ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 280

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
19 ta' Awwissu 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 280/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 280/02

Kawża C-573/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Daniel Adam Popławski (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjonijiet qafas — Assenza ta’ effett dirett — Supremazija tad-dritt tal-Unjoni — Konsegwenzi — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Il-punt 6 tal-Artikolu 4 — Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI — Artikolu 28(2) — Dikjarazzjoni ta’ Stat Membru li tippermettilu jibqa’ japplika l-istrumenti legali eżistenti fil-qasam tat-trasferiment tal-persuni kkundannati applikabbli qabel il-5 ta’ Diċembru 2011 — Dikjarazzjoni tardiva — Konsegwenzi)

2

2019/C 280/03

Kawża C-597/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof — il-Belġju) — Belgisch Syndicaat van Chiropraxie, Bart Vandendries et vs Ministerraad (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 132(1)(ċ) — Eżenzjonijiet — Professjonijiet mediċi u paramediċi — Kiroprattika u osteopatija — Artikolu 98 — Punti 3 u 4 tal-Anness III — Prodotti mediċinali u mezzi mediċi — Rata mnaqqsa — Provvista fil-kuntest ta’ interventi jew ta’ trattamenti ta’ natura terapewtika — Rata normali — Provvista fil-kuntest ta’ interventi jew ta’ trattamenti ta’ natura estetika — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Żamma tal-effetti ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni)

3

2019/C 280/04

Kawża C-723/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel — il-Belġju) — Lies Craeynest et vs Brussels Hoofdstedelijk Gewest, Brussels Instituut voor Milieubeheer (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2008/50/KE — Artikoli 6, 7, 13 u 23 — Anness III — Evalwazzjoni tal-kwalità tal-arja — Kriterji li jippermettu li jiġi kkonstatat qbiż tal-valuri limitu tad-dijossidu tan-nitroġenu — Kejl bl-użu ta’ punti ta’ kampjunament fissi — Għażla ta’ siti xierqa — Interpretazzjoni tal-valuri mkejla mill-punti ta’ kampjunament — Obbligi tal-Istati Membri — Stħarriġ ġudizzjarju — Intensità tal-istħarriġ — Setgħa li tingħata ordni)

4

2019/C 280/05

Kawża C-729/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 258 TFUE — Artikolu 49 TFUE — Direttiva 2006/123/KE — Artikolu 15(2) u (3) — Direttiva 2005/36/KE — Artikoli 13, 14, 50 u l-Anness VII — Libertà ta’ stabbiliment — Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali — Regoli nazzjonali dwar il-fornituri ta’ taħriġ tal-medjaturi)

5

2019/C 280/06

Kawża C-159/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-juge de paix du troisième canton de Charleroi — Il-Belġju) — André Moens vs Ryanair Ltd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 5(3) — Kumpens tal-passiġġieri fil-każ ta’ rifjut ta’ imbark u ta’ kanċellazzjoni jew ta’ dewmien twil ta’ titjira — Portata — Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens — Kunċett ta’ ċirkustanzi straordinarji — Preżenza ta’ petrol fuq runway ta’ ajruport)

6

2019/C 280/07

Kawża C-247/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2019 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Fond Soċjali Ewropew (FSE) — Programm Operattiv taħt l-Objettiv 1 għar-Reġjun ta’ Sicilia (2000-2006) — Tnaqqis tal-kontribuzzjoni finanzjarja inizjalment mogħtija — Regolament (KE) Nru 1260/1999 — Artikolu 39 — Setgħat ta’ kontroll — Verifiki meħtieġa — Korrezzjonijiet finanzjarji — Kalkolu — Metodu b’estrapolazzjoni)

7

2019/C 280/08

Kawża C-348/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Azienda Agricola Barausse Antonio e Gabriele — Società semplice vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Imposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib — Regolament (KEE) Nru 3950/92 — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) — Stabbiliment tal-kontribuzzjoni tal-produtturi għall-ħlas tal-imposta addizzjonali dovuta — Allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati — Miżura nazzjonali li talloka mill-ġdid il-kwantitajiet mhux użati abbażi ta’ kriterji oġġettivi ta’ prijorità)

7

2019/C 280/09

Kawża C-407/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Višje sodišče v Mariboru — Is-Slovenja) — Aleš Kuhar, Jožef Kuhar vs Addiko Bank d.d. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata ta’ kreditu ipotekarju — Att notarili direttament infurzabbli — Stħarriġ ġudizzjarju tal-klawżoli inġusti — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni forzata — Nuqqas ta’ kompetenza tal-qorti adita bit-talba għal eżekuzzjoni forzata — Protezzjoni tal-konsumatur — Prinċipju ta’ effettività — Interpretazzjoni konformi)

8

2019/C 280/10

Kawża C-518/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresní soud v Českých Budějovicích — ir-Repubblika Ċeka) — RD vs SC (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 805/2004 — Titolu eżekuttiv Ewropew għad-djun mhux ikkontestati — Ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja bħala titolu eżekuttiv Ewropew — Standards minimi applikabbli għall-proċeduri relatati mad-djun mhux ikkontestati — Konvenut mingħajr indirizz magħruf li ma jidhirx fis-seduta)

9

2019/C 280/11

Kawża C-619/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Ġunju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE — L-istat tad-dritt — Protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni — Prinċipji ta’ irremovabbiltà u ta’ indipendenza tal-imħallfin — Tnaqqis tal-età tal-irtirar tal-imħallfin tal-Qorti Suprema — Applikazzjoni għall-imħallfin fil-kariga — Possibbiltà ta’ tkomplija tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-imħallef lil hinn minn din l-età suġġetta għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni li tirriżulta mid-deċiżjoni diskrezzjonali tal-President tar-Repubblika)

9

2019/C 280/12

Kawża C-131/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Vanessa Gambietz vs Erika Ziegler (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt tal-kumpanniji — Ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali — Direttiva 2011/7/UE — Artikolu 6 — Kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru — Ħlas ta’ somma fissa u ta’ kumpens raġonevoli — Tnaqqis mis-somma fissa tal-ispejjeż sostnuti sabiex jitqabbad avukat qabel ma tiġi adita qorti)

10

2019/C 280/13

Kawża C-293/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia) — Spanja — Sindicato Nacional de CCOO de Galicia vs Unión General de Trabajadores de Galicia (UGT), Universidad de Santiago de Compostela, Confederación Intersindical Gallega (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim — qafas ETUC, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien iddeterminat — Kalwżoli 2 u 3 — Kunċett ta’ ħaddiem għal żmien iddeterminat — Klawżola 4 — Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni — Paragunabbiltà tas-sitwazzjonijiet — Ġustifikazzjoni — Kumpens f’każ ta’ rexxissjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien mhux iddeterminat għal raġuni oġġettiva — Assenza ta’ kumpens fl-iskadenza ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien iddeterminat ta’ qabel id-dottorat)

11

2019/C 280/14

Kawża C-646/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Gerona — Spanja) — OD vs Ryanair DAC (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ talba għal kumpens għal titjira mdewma — Artikolu 26 — Estensjoni taċita — Ħtieġa għall-konvenut li jidher għas-seduta)

12

2019/C 280/15

Kawża C-657/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski sud u Novom Zagrebu) — il-Kroazja — Hrvatska radiotelevizija vs TY (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 805/2004 — Titolu eżekuttiv Ewropew — Nutara li jaġixxu fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata abbażi ta’ dokument awtentiku — Proċeduri mhux kontradittorji — Artikolu 18 TFUE — Diskriminazzjoni inversa — Assenza ta’ konnesjoni mad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

12

2019/C 280/16

Kawża C-834/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Faro, Juízo do Trabalho de Portimão — Juiz 1 — il-Portugall) — Rolibérica Lda vs Autoridade para as Condições do Trabalho (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Trasport bit-triq — Regolament (KE) Nru 561/2006 — Artikolu 4(i) — Kunċett ta’ ġimgħa — Perijodi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa — Metodi ta’ kalkolu)

13

2019/C 280/17

Kawża C-680/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obvodní soud pro Prahu 5 (ir-Repubblika Ċeka) fil-5 ta’ Novembru 2018 — HJ vs II

14

2019/C 280/18

Kawża C-739/18: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2018 minn Chefaro Ireland DAC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-905/16 — Chefaro Ireland DAC vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

14

2019/C 280/19

Kawża C-819/18 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 minn Next design+produktion GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-18 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-533/17 — Next design+produktion GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

15

2019/C 280/20

Kawża C-31/19 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2019 minn Seven SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-21 ta’ Novembru 2019 fil-Kawża T-339/17, Shenzhen Jiayz Photo Industrial vs EUIPO — Seven

15

2019/C 280/21

Kawża C-36/19 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2019 minn Daico International BV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-22 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-356/17: Daico International vs EUIPO — American Franchise Marketing

16

2019/C 280/22

Kawża C-221/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Gdańsku (il-Polonja) fil-11 ta’ Marzu 2019 — Proċeduri kriminali kontra AV

16

2019/C 280/23

Kawża C-222/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Polonja) fit-8 ta’ Marzu 2019 — BW vs D.R.

17

2019/C 280/24

Kawża C-252/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Polonja) fl-20 ta’ Marzu 2019 — QL S.A. w B. vs C.G.

18

2019/C 280/25

Kawża C-289/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ April 2019 — Dexia Nederland BV vs Z

18

2019/C 280/26

Kawża C-314/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fis-16 ta’ April 2019 — R.C.C. vs M.O.L.

19

2019/C 280/27

Kawża C-335/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fl-24 ta’ April 2019 — E. Sp. z o.o. Sp. k. z siedzibą w S. Vs Minister Finansów

20

2019/C 280/28

Kawża C-342/19 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ April 2019 minn Fabio De Masi u Yanis Varoufakis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-12 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-798/17, Fabio De Masi, Yanis Varoufakis vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

20

2019/C 280/29

Kawża C-356/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Polonja) fit-3 ta’ Mejju 2019 — Delfly sp. z o.o. vs Travel Service Polska sp. z o.o.

22

2019/C 280/30

Kawża C-370/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Mejju 2019 — GE vs Société Air France

23

2019/C 280/31

Kawża C-383/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim (il-Polonja) fil-15 ta’ Mejju 2019 — Powiat Ostrowski vs Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny z siedzibą w Warszawie

23

2019/C 280/32

Kawża C-391/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Mejju 2019 — Unipack АD vs Direktor na Teritorialna direktsiya Dunavska kam Agentsiya Mitnitsi, Prokuror ot Varhovna administrativna prokuratura na Republika Bulgaria

24

2019/C 280/33

Kawża C-406/19 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-20 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-237/17, Spanja vs Il-Kummissjoni

25

2019/C 280/34

Kawża C-439/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Satversmes tiesa (il-Latvja) fil-11 ta’ Ġunju 2019 — B vs Latvijas Republikas Saeima

25

2019/C 280/35

Kawża C-450/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-13 ta’ Ġunju 2019 — Kilpailu- ja kuluttajavirasto

26

2019/C 280/36

Kawża C-454/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Heilbronn (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Ġunju 2019 — Proċeduri kriminali kontra ZW

27

2019/C 280/37

Kawża C-456/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea Hovrätt (L-Isvezja) fl-14 ta’ Ġunju 2019 — Östgötatrafiken AB vs Patent- och registreringsverket

27

2019/C 280/38

Kawża C-459/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit) fis-17 ta’ Ġunju 2019 — Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Wellcome Trust Ltd

28

2019/C 280/39

Kawża C-463/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de prud’hommes de Metz (Franza) fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Syndicat CFTC du personnel de la Caisse primaire d’assurance maladie de la Moselle vs Caisse primaire d’assurance maladie de Moselle

29

2019/C 280/40

Kawża C-467/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Ġunju 2019 — Proċeduri kriminali kontra QR

29

2019/C 280/41

Kawża C-470/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-17 ta’ Ġunju 2019 — Friends of the Irish Environment Limited vs Commissioner for Environmental Information

30

2019/C 280/42

Kawża C-472/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-20 ta’ Ġunju 2019 — Vert Marine SAS vs Premier ministre, Ministre de l’Économie et des Finances

31

2019/C 280/43

Kawża C-489/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Ġunju 2019 — proċeduri kriminali kontra NJ

31

2019/C 280/44

Kawża C-50/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark — l-Awstrija) — Mijo Meštrović vs Bezirkshauptmannschaft Murtal, fil-preżenza ta’: Finanzpolizei

32

2019/C 280/45

Kawża C-69/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ April 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja, sostnuta minn: Ir-Renju tal-Belġju, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika Franċiża

32

2019/C 280/46

Kawża C-391/18: Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tat-8 ta’ April 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Kroazja

33

2019/C 280/47

Kawża C-437/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari taSąd Okręgowy w Gliwicach, VIII Wydział Pracy i Ubezpieczeń Społecznych — il-Polonja) — Lebopoll Logistics Sp. z o.o.w Sośnicowicach vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Zabrzu, fil-preżenza ta’: NJ

33

2019/C 280/48

Kawża C-758/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Landesgericht Korneuburg — l-Awstrija) — Bulgarian Air Charter Limited vs NE

33

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 280/49

Kawża T-542/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja (Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim ta’ self Port of Tartous Nru 22057 — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim — Rimbors tas-somom antiċipati — Interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja)

34

2019/C 280/50

Kawża T-543/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja (Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim ta’ self Syrian Healthcare Nru 21595 — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim — Rimbors tas-somom antiċipati — Interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja)

35

2019/C 280/51

Kawża T-588/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja (Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim ta’ self Euphrates Drainage and Irrigation Nru 80211 — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim — Rimbors tas-somom antiċipati — Interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja)

36

2019/C 280/52

Kawża T-589/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja (Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim ta’ self Aleppo Tall Kojak Road Project Nru 60136 — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim — Rimbors tas-somom antiċipati — Interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja)

37

2019/C 280/53

Kawża T-590/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja (Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim ta’ self Water Supply Sweida Region Nru 80212 — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim — Rimbors tas-somom antiċipati — Interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja)

38

2019/C 280/54

Kawża T-591/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja (Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim ta’ self Water Supply Deir Ez Zor Region Nru 80310 — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim — Rimbors tas-somom antiċipati — Interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja)

39

2019/C 280/55

Kawża T-244/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni (Riċerka u żvilupp teknoloġiku — Regolament finanzjarju — Sitt Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006) — Ftehim ta’ sussidju J-Web — Deċiżjoni li teżegwixxi rkupru — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni)

40

2019/C 280/56

Kawża T-299/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Strabag Belgium vs Il-Parlament (Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Xogħlijiet minn kuntrattur ġenerali fuq il-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerenti oħra — Offerta anormalment baxxa — Rikors għal annullament — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

40

2019/C 280/57

Kawża T-652/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Porus vs EUIPO (oral Dialysis) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali oral Dialysis — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

41

2019/C 280/58

Kawża T-306/19: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2019 — Graanhandel P. van Schelven vs Il-Kummissjoni

42

2019/C 280/59

Kawża T-393/19: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2019 — Catasta vs Il-Parlament

43

2019/C 280/60

Kawża T-394/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Zecchino vs Il-Parlament

43

2019/C 280/61

Kawża T-395/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Tognoli vs Il-Parlament

44

2019/C 280/62

Kawża T-396/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Allione vs Il-Parlament

45

2019/C 280/63

Kawża T-397/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Novati vs Il-Parlament

45

2019/C 280/64

Kawża T-398/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Paciotti vs Il-Parlament

46

2019/C 280/65

Kawża T-403/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Fantuzzi vs Il-Parlament

47

2019/C 280/66

Kawża T-404/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Lavarra vs Il-Parlament

47

2019/C 280/67

Kawża T-405/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Malerba vs Il-Parlament

48


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 280/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 270, 12.8.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 263, 5.8.2019

ĠU C 255, 29.7.2019

ĠU C 246, 22.7.2019

ĠU C 238, 15.7.2019

ĠU C 230, 8.7.2019

ĠU C 220, 1.7.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Daniel Adam Popławski

(Kawża C-573/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjonijiet qafas - Assenza ta’ effett dirett - Supremazija tad-dritt tal-Unjoni - Konsegwenzi - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Il-punt 6 tal-Artikolu 4 - Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI - Artikolu 28(2) - Dikjarazzjoni ta’ Stat Membru li tippermettilu jibqa’ japplika l-istrumenti legali eżistenti fil-qasam tat-trasferiment tal-persuni kkundannati applikabbli qabel il-5 ta’ Diċembru 2011 - Dikjarazzjoni tardiva - Konsegwenzi)

(2019/C 280/02)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Parti fil-kawża prinċipali

Daniel Adam Popławski

fil-preżenza ta’: Openbaar Ministerie

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li dikjarazzjoni magħmula, taħt din id-dispożizzjoni, minn Stat Membru, wara d-data tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni qafas, ma jistax ikollha effetti legali.

2)

Il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lil qorti nazzjonali ma tapplikax dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tkun inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ deċiżjoni qafas, bħalma huma d-deċiżjonijiet qafas inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-effetti legali tagħhom huma miżmuma konformement mal-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, anness mat-Trattati, peress li dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx effett dirett. Madankollu, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, inklużi l-qrati, huma meħtieġa jagħtu, sa fejn ikun possibbli, interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali tagħhom li tippermettilhom jiżguraw riżultat kompatibbli mal-finalità segwita mid-deċiżjoni qafas ikkonċernata.


(1)  ĠU C 412, 4.12.2017.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof — il-Belġju) — Belgisch Syndicaat van Chiropraxie, Bart Vandendries et vs Ministerraad

(Kawża C-597/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(ċ) - Eżenzjonijiet - Professjonijiet mediċi u paramediċi - Kiroprattika u osteopatija - Artikolu 98 - Punti 3 u 4 tal-Anness III - Prodotti mediċinali u mezzi mediċi - Rata mnaqqsa - Provvista fil-kuntest ta’ interventi jew ta’ trattamenti ta’ natura terapewtika - Rata normali - Provvista fil-kuntest ta’ interventi jew ta’ trattamenti ta’ natura estetika - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Żamma tal-effetti ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni)

(2019/C 280/03)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Belgisch Syndicaat van Chiropraxie, Bart Vandendries, Belgische Unie van Osteopaten et, Plast.Surg. et, Belgian Society for Private Clinics et

Konvenut: Ministerraad

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jirriżervax l-applikazzjoni tal-eżenzjoni li jipprevedi għall-provvista mwettqa minn prattikanti ta’ professjoni medika jew paramedika rregolata mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

2)

L-Artikolu 98 tad-Direttiva 2006/112, moqri flimkien mal-punti 3 u 4 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħmel differenza fit-trattament bejn il-prodotti mediċinali u l-mezzi mediċi pprovduti fil-kuntest ta’ interventi jew ta’ trattamenti ta’ natura terapewtika, minn naħa, u l-prodotti mediċinali u l-mezzi mediċi pprovduti fil-kuntest ta’ interventi jew ta’ trattamenti ta’ natura esklużivament estetika, min-naħa l-oħra, billi dawn tal-aħħar jiġu esklużi mill-benefiċċju tar-rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) applikabbli għal tal-ewwel.

3)

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, qorti nazzjonali ma tistax tagħmel użu minn dispożizzjoni nazzjonali li tawtorizzaha li żżomm ċerti effetti ta’ att annullat sabiex provviżorjament iżżomm l-effett ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li hija qieset inkompatibbli mad-Direttiva 2006/112 sakemm jitqiegħdu f’konformità ma’ din id-direttiva, sabiex, minn naħa, jiġu limitati r-riskji ta’ inċertezza legali li jirriżultaw mill-effett retroattiv ta’ dan l-annullament u, min-naħa l-oħra, li tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ skema nazzjonali preċedenti għal dawn id-dispożizzjonijiet inkompatibbli ma’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel — il-Belġju) — Lies Craeynest et vs Brussels Hoofdstedelijk Gewest, Brussels Instituut voor Milieubeheer

(Kawża C-723/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2008/50/KE - Artikoli 6, 7, 13 u 23 - Anness III - Evalwazzjoni tal-kwalità tal-arja - Kriterji li jippermettu li jiġi kkonstatat qbiż tal-valuri limitu tad-dijossidu tan-nitroġenu - Kejl bl-użu ta’ punti ta’ kampjunament fissi - Għażla ta’ siti xierqa - Interpretazzjoni tal-valuri mkejla mill-punti ta’ kampjunament - Obbligi tal-Istati Membri - Stħarriġ ġudizzjarju - Intensità tal-istħarriġ - Setgħa li tingħata ordni)

(2019/C 280/04)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lies Craeynest, Cristina Lopez Devaux, Frédéric Mertens, Stefan Vandermeulen, Karin De Schepper, ClientEarth VZW

Konvenuti: Brussels Hoofdstedelijk Gewest, Brussels Instituut voor Milieubeheer

fil-preżenza ta’: Belgische Staat

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(3) TUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqrija flimkien mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, u l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti nazzjonali, adita b’talba mressqa għal dan l-iskop minn individwi li huma direttament ikkonċernati mill-qbiż tal-valuri limitu msemmija fl-Artikolu 13(1) tal-imsemmija direttiva, għandha tivverifika jekk il-punti ta’ kampjunament f’żona partikolari ġewx installati f’konformità mal-kriterji previsti fil-punt 1(a) tat-Taqsima B tal-Anness III ta’ din l-istess direttiva u, jekk dan ma jkunx il-każ, għandha tadotta, fil-konfront tal-awtorità nazzjonali kompetenti, il-miżuri kollha neċessarji, bħal, jekk tkun prevista mid-dritt nazzjonali, ordni, sabiex dawn il-punti ta’ kampjunament jiġu installati f’konformità ma’ dawn il-kriterji.

2)

L-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi kkonstatat li nqabeż valur limitu stabbilit fl-Anness XI ta’ din id-direttiva fir-rigward tal-medja kkalkolata għal sena kalendarja, huwa biżżejjed li livell ta’ tniġġis li jaqbeż dan il-valur ikun tkejjel f’punt ta’ kampjunament iżolat.


(1)  ĠU C 104, 19.3.2018.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-729/17) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 258 TFUE - Artikolu 49 TFUE - Direttiva 2006/123/KE - Artikolu 15(2) u (3) - Direttiva 2005/36/KE - Artikoli 13, 14, 50 u l-Anness VII - Libertà ta’ stabbiliment - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Regoli nazzjonali dwar il-fornituri ta’ taħriġ tal-medjaturi)

(2019/C 280/05)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: M. Tassopoulou, D. Tsagkaraki u Ch. Machairas, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi llimitat il-forma legali tal-organi ta’ taħriġ ta’ medjaturi għal kumpanniji mingħajr skop ta’ qligħ, li għandhom ikunu kkostitwiti b’mod konġunt minn tal-inqas assoċjazzjoni ta’ avukati u minn tal-inqas kamra professjonali fil-Greċja, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 15(2)(b), (ċ) u (3) tad-Direttiva 2006/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern;

billi ssuġġettat il-proċedura ta’ rikonoxximent ta’ kwalifiki akkademiċi għal rekwiżiti addizzjonali relatati mal-kontenut taċ-ċertifikati meħtieġa u għal miżuri kumpensatorji mingħajr evalwazzjoni minn qabel tal-eżistenza possibbli ta’ differenzi sostanzjali b’paragun mat-taħriġ nazzjonali, u billi żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet diskriminatorji li jobbligaw lill-applikanti għal akkreditazzjoni ta’ medjatur li jkollhom ċertifikati ta’ akkreditazzjoni miksuba barra mill-pajjiż jew maħruġa minn organu ta’ taħriġ irrikonoxxut barra mill-pajjiż fi tmiem kors ta’ taħriġ mogħti fil-Greċja juru li għandhom esperjenza ta’ mill inqas tliet parteċipazzjonijiet fi proċedura ta’ medjazzjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13, 14, 50(1) u l-Anness VII tad-Direttiva 2005/36 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, kif emendata bid-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal 20 ta’ Novembru 2013.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 83, 5.3.2018.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-juge de paix du troisième canton de Charleroi — Il-Belġju) — André Moens vs Ryanair Ltd

(Kawża C-159/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(3) - Kumpens tal-passiġġieri fil-każ ta’ rifjut ta’ imbark u ta’ kanċellazzjoni jew ta’ dewmien twil ta’ titjira - Portata - Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens - Kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” - Preżenza ta’ petrol fuq runway ta’ ajruport)

(2019/C 280/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Juge de paix du troisième canton de Charleroi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: André Moens

Konvenuta: Ryanair Ltd

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, moqri fid-dawl tal-premessi 14 u 15 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-preżenza ta’ petrol fuq runway ta’ ajruport li tat lok għall-għeluq tagħha u, konsegwentement, id-dewmien twil tat-titjira minn jew lejn dan l-ajruport taqa’ taħt il-kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni meta l-petrol inkwistjoni ma jkunx ġej minn ajruplan tat-trasportatur li opera din it-titjira.

2)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri fid-dawl tal premessi 14 u 15 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-preżenza ta’ petrol fuq runway ta’ ajruport li tat lok għall-għeluq tagħha, li fir rigward tagħha ġiet stabbilita n-natura ta’ “ċirkustanza straordinarja”, għandha titqies bħala ċirkustanza li ma setgħetx tiġi evitata anki jekk il-miżuri raġonevoli kollha kienu ttieħdu fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 166, 14.5.2018


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2019 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-247/18 P) (1)

(Appell - Fond Soċjali Ewropew (FSE) - Programm Operattiv taħt l-Objettiv 1 għar-Reġjun ta’ Sicilia (2000-2006) - Tnaqqis tal-kontribuzzjoni finanzjarja inizjalment mogħtija - Regolament (KE) Nru 1260/1999 - Artikolu 39 - Setgħat ta’ kontroll - Verifiki meħtieġa - Korrezzjonijiet finanzjarji - Kalkolu - Metodu b’estrapolazzjoni)

(2019/C 280/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, P. Gentili, avvocato dello Stato)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Arenas u F. Tomat, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 182, 28.05.2018


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Azienda Agricola Barausse Antonio e Gabriele — Società semplice vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)

(Kawża C-348/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Imposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib - Regolament (KEE) Nru 3950/92 - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) - Stabbiliment tal-kontribuzzjoni tal-produtturi għall-ħlas tal-imposta addizzjonali dovuta - Allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati - Miżura nazzjonali li talloka mill-ġdid il-kwantitajiet mhux użati abbażi ta’ kriterji oġġettivi ta’ prijorità)

(2019/C 280/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Azienda Agricola Barausse Antonio e Gabriele — Società semplice

Konvenuta: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)

fil-preżenza ta’: Comitato Spontaneo Produttori Latte (COSPLAT), Società Agricola Galleana — Società semplice, VS et

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi taxxa addizzjonali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru jiddeċiedi li jwettaq allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet ta’ referenza mhux użati, din l-allokazzjoni mill-ġdid għandha ssir, bejn il-produtturi li jkunu eċċedew il-kwantitajiet ta’ referenza tagħhom, proporzjonalment għall-kwantitajiet ta’ referenza ta’ kull wieħed minn dawn il-produtturi


(1)  ĠU C 394, 20.8.2018.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Višje sodišče v Mariboru — Is-Slovenja) — Aleš Kuhar, Jožef Kuhar vs Addiko Bank d.d.

(Kawża C-407/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata ta’ kreditu ipotekarju - Att notarili direttament infurzabbli - Stħarriġ ġudizzjarju tal-klawżoli inġusti - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni forzata - Nuqqas ta’ kompetenza tal-qorti adita bit-talba għal eżekuzzjoni forzata - Protezzjoni tal-konsumatur - Prinċipju ta’ effettività - Interpretazzjoni konformi)

(2019/C 280/09)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Višje sodišče v Mariboru

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aleš Kuhar, Jožef Kuhar

Konvenut: Addiko Bank d.d.

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tiġi interpretata, fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema l-qorti nazzjonali adita b’talba għal eżekuzzjoni forzata ta’ kuntratt ta’ kreditu ipotekarju, konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur fil-forma ta’ att notarili direttament infurzabbli, ma għandhiex, jew fuq talba tal-konsumatur, jew ex officio, il-possibbiltà li teżamina jekk il-klawżoli inklużi f’tali att għandhomx natura inġusta, fis-sens ta’ din id-direttiva, u, fuq din il-bażi, li tissospendi l-eżekuzzjoni forzata mitluba


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresní soud v Českých Budějovicích — ir-Repubblika Ċeka) — RD vs SC

(Kawża C-518/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 805/2004 - Titolu eżekuttiv Ewropew għad-djun mhux ikkontestati - Ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja bħala titolu eżekuttiv Ewropew - Standards minimi applikabbli għall-proċeduri relatati mad-djun mhux ikkontestati - Konvenut mingħajr indirizz magħruf li ma jidhirx fis-seduta)

(2019/C 280/10)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Okresní soud v Českých Budějovicích

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RD

Konvenut: SC

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn huwa impossibbli għal qorti li tikseb l-indirizz tal-konvenuta, huwa ma jippermettix li tiġi ċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew deċiżjoni ġudizzjarja relatata ma’ dejn mogħtija wara seduta li fiha la l-konvenuta u lanqas il-kuratur maħtur għall-finijiet tal-proċedura ma jkunu dehru.


(1)  ĠU C 392, 29.10.2018.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Ġunju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-619/18) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE - L-istat tad-dritt - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni - Prinċipji ta’ irremovabbiltà u ta’ indipendenza tal-imħallfin - Tnaqqis tal-età tal-irtirar tal-imħallfin tal-Qorti Suprema - Applikazzjoni għall-imħallfin fil-kariga - Possibbiltà ta’ tkomplija tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-imħallef lil hinn minn din l-età suġġetta għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni li tirriżulta mid-deċiżjoni diskrezzjonali tal-President tar-Repubblika”)

(2019/C 280/11)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Banks, H. Krämer u S. L. Kalėda, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, K. Majcher u S. Żyrek, aġenti)

Dispożittiv

1)

Minn naħa, billi tipprevedi l-applikazzjoni tal-miżura intiża sabiex titnaqqas l-età tal-irtirar tal-imħallfin tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) għall-imħallfin fil-kariga li kienu nħatru f’din il-qorti qabel it 3 ta’ April 2018 u, min-naħa l-oħra, billi taw lill-President tar-Repubblika s-setgħa diskrezzjonali sabiex jestendi l-funzjoni ġudizzjarja attiva tal-imħallfin ta’ din il-qorti lil hinn mill-età tal-irtirar stabbilita mill-ġdid, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

L-Ungerija għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 427 du 26.11.2018


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Vanessa Gambietz vs Erika Ziegler

(Kawża C-131/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-kumpanniji - Ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali - Direttiva 2011/7/UE - Artikolu 6 - Kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru - Ħlas ta’ somma fissa u ta’ kumpens raġonevoli - Tnaqqis mis-somma fissa tal-ispejjeż sostnuti sabiex jitqabbad avukat qabel ma tiġi adita qorti)

(2019/C 280/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vanessa Gambietz

Konvenuta: Erika Ziegler

Dispożittiv

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li mill-kumpens raġonevoli previst f’din id-dispożizzjoni għandha titnaqqas is-somma fissa ta’ EUR 40, irrikonoxxuta lill-kreditur bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 142, 23.4.2018.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia) — Spanja — Sindicato Nacional de CCOO de Galicia vs Unión General de Trabajadores de Galicia (UGT), Universidad de Santiago de Compostela, Confederación Intersindical Gallega

(Kawża C-293/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim — qafas ETUC, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien iddeterminat - Kalwżoli 2 u 3 - Kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien iddeterminat” - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni - Paragunabbiltà tas-sitwazzjonijiet - Ġustifikazzjoni - Kumpens f’każ ta’ rexxissjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien mhux iddeterminat għal raġuni oġġettiva - Assenza ta’ kumpens fl-iskadenza ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien iddeterminat ta’ qabel id-dottorat)

(2019/C 280/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sindicato Nacional de CCOO de Galicia

Konvenuti: Unión General de Trabajadores de Galicia (UGT), Universidad de Santiago de Compostela, Confederación Intersindical Gallega

Dispożittiv

1)

Il-ftehim-qafas fuq ix-xogħol għal żmien iddeterminat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien iddeterminat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, b’mod partikolari il-klawżola 2(1) u l-klawżola 3(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan japplika għal ħaddiema bħall-persunal impjegat fil-kuntest ta’ kuntratti tat-tip ta’ qabel id-dottorat inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

2)

Il-klawżola 4(1) tal-ftehim-qafas fuq ix-xogħol għal żmien iddeterminat li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdi għall-ħlas tal-ebda kumpens lill-ħaddiema impjegati fuq il-bażi ta’ kuntratti tat-tip ta’ qabel id-dottorat, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fl-iskadenza tal-perijodi ta’ dawn il-kuntratti, filwaqt li jingħata kumpens lill-ħaddiema għal żmien mhux iddeterminat fl-okkażjoni tar-rexxissjoni tal-kuntratt tax=xogħol tagħhom għal raġuni oġġettiva.


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Gerona — Spanja) — OD vs Ryanair DAC

(Kawża C-646/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ talba għal kumpens għal titjira mdewma - Artikolu 26 - Estensjoni taċita - Ħtieġa għall-konvenut li jidher għas-seduta)

(2019/C 280/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 1 de Gerona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OD

Konvenuta: Ryanair DAC

Dispożittiv

L-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax f’każ, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-konvenut ma ppreżentax osservazzjonijiet jew ma deherx għas-seduta.


(1)  ĠU C 25, 21.1.2019.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski sud u Novom Zagrebu) — il-Kroazja — Hrvatska radiotelevizija vs TY

(Kawża C-657/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 805/2004 - Titolu eżekuttiv Ewropew - Nutara li jaġixxu fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata abbażi ta’ dokument awtentiku - Proċeduri mhux kontradittorji - Artikolu 18 TFUE - Diskriminazzjoni inversa - Assenza ta’ konnesjoni mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2019/C 280/15)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Općinski sud u Novom Zagrebu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hrvatska radiotelevizija

Konvenut: TY

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi d-domandi magħmula mill-Općinski sud u Novom Zagrebu (il-Qorti Muniċipali ta’ Novi Zagreb, il-Kroazja).


(1)  ĠU C 4, 7.1.2019.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Faro, Juízo do Trabalho de Portimão — Juiz 1 — il-Portugall) — Rolibérica Lda vs Autoridade para as Condições do Trabalho

(Kawża C-834/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport bit-triq - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Artikolu 4(i) - Kunċett ta’ “ġimgħa” - Perijodi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa - Metodi ta’ kalkolu)

(2019/C 280/16)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca de Faro, Juízo do Trabalho de Portimão — Juiz 1

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rolibérica Lda

Konvenuta: Autoridade para as Condições do Trabalho

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa”fis-sens tal-Artikolu 8 ta’ dan ir-regolament, ma għandux neċessarjament jintemm matul il-“ġimgħa”, kif iddefinita fl-Artikolu 4(i) tal-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 112, 25.3.2019.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obvodní soud pro Prahu 5 (ir-Repubblika Ċeka) fil-5 ta’ Novembru 2018 — HJ vs II

(Kawża C-680/18)

(2019/C 280/17)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Obvodní soud pro Prahu 5

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: HJ

Konvenut: II

B’digriet tal-11 ta’ April 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddeċidiet li din it-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/14


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2018 minn Chefaro Ireland DAC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-905/16 — Chefaro Ireland DAC vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-739/18)

(2019/C 280/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Chefaro Ireland DAC (rappreżentanti: P. Maeyaert, J. Muyldermans, advocaten)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-2 ta’ Mejju 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) iddikjarat l-appell inammissibbli.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/15


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 minn Next design+produktion GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-18 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-533/17 — Next design+produktion GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-819/18 P)

(2019/C 280/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Next design+produktion GmbH (rappreżentanti: M. Hirsch, Rechtsanwalt, M. Metzner, Rechtsanwältin)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG

B’digriet tal-11 ta’ Lulju 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż rispettivi tagħha.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/15


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2019 minn Seven SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-21 ta’ Novembru 2019 fil-Kawża T-339/17, Shenzhen Jiayz Photo Industrial vs EUIPO — Seven

(Kawża C-31/19 P)

(2019/C 280/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Seven SpA (rappreżentant: L. Trevisan, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Shenzhen Jiayz Photo Industrial Ltd, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-2 ta’ Lulju 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba Awla) iddikjarat l-appell inammissibbli.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/16


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2019 minn Daico International BV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-22 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-356/17: Daico International vs EUIPO — American Franchise Marketing

(Kawża C-36/19 P)

(2019/C 280/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Daico International BV (rappreżentant: M. F. J. Haak, advocaat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Permezz ta’ digriet tal-4 ta’ Lulju 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Gdańsku (il-Polonja) fil-11 ta’ Marzu 2019 — Proċeduri kriminali kontra AV

(Kawża C-221/19)

(2019/C 280/22)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Gdańsku

Parti fil-kawża prinċipali

AV

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (1), li jipprovdi li t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ kundanni preċedenti mogħtija fi Stat Membru ieħor, previst fil-paragrafu 1, la għandu l-effett li jinfluwenza dawn il-kundanni preċedenti jew kwalunkwe deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni tagħhom fl-Istat Membru fejn iseħħu l-proċedimenti l-ġodda, la li jiġu rrevokati, u lanqas li jerġgħu jiġu eżaminati mill-ġdid, għandu jiġi interpretat fis-sens li jitqies bħala att li jinfluwenza [l-kundanni] fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni mhux biss il-fatt li sentenza globali tkopri piena prevista f’sentenza mogħtija fi Stat tal-Unjoni Ewropea, iżda wkoll il-fatt li din is-sentenza tkopri tali piena, li ttieħdet għal eżekuzzjoni fi Stat ieħor tal-Unjoni b’sentenza mogħtija f’dan l-Istat, fil-kuntest tas-sentenza globali?

2)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (2), dwar il-prinċipji tal-proċedura ta’ exequatur, stipulati fl-Artikolu 8(2) sa (4) [tagħha], fl-Artikolu 19(1) u (2) tagħha, li jipprovdi li l-amnestija u l-maħfra jistgħu jingħataw kemm mill-Istat emittenti kif ukoll mill-Istat ta’ eżekuzzjoni (paragrafu 1); huwa biss l-Istat emittenti li jista’ jagħti deċiżjoni fuq rikors għal reviżjoni tas-sentenza li tagħti l-kundanna li għandha tiġi eżegwita skont din id-deċiżjoni qafas (paragrafu 2), kif ukoll l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17(1) tagħha, skont liema l-eżekuzzjoni ta’ kundanna hija rregolata bid-dritt tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, huwa possibbli li tingħata sentenza globali li tkopri l-pieni previsti f’sentenza mogħtija fi Stat tal-Unjoni Ewropea eżegwita fi Stat ieħor tal-Unjoni permezz ta’ sentenza mogħtija f’dan l-Istat fil-kuntest ta’ sentenza globali?


(1)  ĠU 2008, L 220, p. 32.

(2)  ĠU 2008, L 327, p. 27.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Polonja) fit-8 ta’ Marzu 2019 — BW vs D.R.

(Kawża C-222/19)

(2019/C 280/23)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Qorti Distrettwali ta’ Opatów, il-Polonja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BW sp. z o.o.

Konvenut: D.R.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, kif ukoll il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-ekwilibriju kuntrattwali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-introduzzjoni, fl-ordinament [ġuridiku] nazzjonali, tal-istituzzjoni tal-“ispejjeż massimi tal-kreditu esklużi l-interessi” u tal-mudell matematiku ta’ kalkolu tal-ammont ta’ dawn l-ispejjeż, previsti fil-punt 6-a tal-Artikolu 5 moqri flimkien mal-Artikolu 36-a tal-ustawa z 12 maja 2011 r. o kredycie konsumenckim (il-Liġi tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-kreditu fuq il-konsum, test ikkonsolidat, Dz. U. tal-2018, intestatura 993), fejn dawn il-mekkaniżmi ġuridiċi jippermettu li jiġi inkluż ukoll, fl-ispejjeż relatati mal-kuntratt ta’ kreditu sostnuti mill-konsumatur (ammont totali tal-kreditu), l-ispejjeż tal-attività ekonomika eżerċitata mill-impriża?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Polonja) fl-20 ta’ Marzu 2019 — QL S.A. w B. vs C.G.

(Kawża C-252/19)

(2019/C 280/24)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Qorti Distrettwali ta’ Opatów, il-Polonja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: QL S.A. w B.

Konvenut: C.G.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(g) u l-Artikolu 22(1) tal-imsemmija direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-introduzzjoni, fl-ordinament [ġuridiku] nazzjonali, tal-istituzzjoni tal-“ispejjeż massimi tal-kreditu esklużi l-interessi” u tal-mudell matematiku ta’ kalkolu tal-ammont ta’ dawn l-ispejjeż, previsti fil-punt 6-a tal-Artikolu 5 moqri flimkien mal-Artikolu 36-a tal-ustawa z 12 maja 2011 r. o kredycie konsumenckim (il-Liġi tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-kreditu fuq il-konsum, test ikkonsolidat, Dz. U. tal-2018, intestatura 993), fejn dawn il-mekkaniżmi ġuridiċi jippermettu li jiġi inkluż ukoll, fl-ispejjeż relatati mal-kuntratt ta’ kreditu sostnuti mill-konsumatur (ammont totali tal-kreditu), l-ispejjeż tal-attività ekonomika eżerċitata mill-impriża?


(1)  ĠU 2008, L 133, p. 66 u r-Rettifiki.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ April 2019 — Dexia Nederland BV vs Z

(Kawża C-289/19)

(2019/C 280/25)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti:Dexia Nederland BV

Appellat: Z

Domandi preliminari

1)

L-utent ta’ klawżola abbużiva li ġiet annullata u li kienet intiża għall-ħlas ta’ kumpens fil-każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni mill-konsumatur tal-obbligi tiegħu, jista’ jinvoka l-kumpens legali applikabbli abbażi ta’ liġi supplimentari?

2)

Għall-finijiet ta’ risposta għal din id-domanda, hija importanti l-kwistjoni dwar jekk il-kumpens li jista’ jiġi pretiż b’applikazzjoni tas-sistema ta’ kumpens legali jkunx ugwali, inferjuri jew superjuri għall-kumpens previst mill-klawżola annullata?


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fis-16 ta’ April 2019 — R.C.C. vs M.O.L.

(Kawża C-314/19)

(2019/C 280/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: R.C.C.

Konvenut: M.O.L.

Domandi preliminari

L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (1) u, konsegwentement, il-kontenut tal-imsemmija direttiva, huwa applikabbli għal sitwazzjoni li fiha nutar, li huwa kemm uffiċjal pubbliku kif ukoll persuna privata li timpjega ħaddiema fis-servizz tagħha u li r-relazzjonijiet tagħha bħala persuna li timpjega huma rregolati bid-dritt ġenerali tax-xogħol kif ukoll bi ftehim kollettiv settorjali, jissostitwixxi n-nutar preċedenti, jieħu l-atti tiegħu, ikompli jeżerċita l-attività fl-istess post tax-xogħol bl-istess struttura materjali, u jieħu lura l-ħaddiema li kienu impjegati minn dan tal-aħħar?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fl-24 ta’ April 2019 — E. Sp. z o.o. Sp. k. z siedzibą w S. Vs Minister Finansów

(Kawża C-335/19)

(2019/C 280/27)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: E. Sp. z o.o. Sp. k. z siedzibą w S.

Konvenut: Minister Finansów

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), b’mod partikolari l-Artikolu 90(2) tagħha, tawtorizza, fid-dawl tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità, l-introduzzjoni, fid-dritt nazzjonali, ta’ dispożizzjonijiet li jillimitaw il-possibbiltà li l-ammont taxxabbli jitnaqqas fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas parzjali jew totali, skont l-istatus fiskali partikolari tad-debitur u tal-kreditur?

2)

B’mod iktar partikolari, id-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-istabbiliment, fid-dritt nazzjonali, ta’ regoli li jippermettu “tnaqqis għal djun irrekuperabbli” sakemm, fid-data tal-eżekuzzjoni tal-provvista ta’ servizzi jew tal-kunsinna ta’ oġġetti, kif ukoll fil-jum li jippreċedi l-jum li fih tiġi ppreżentata r-regolarizzazzjoni tad-dikjarazzjoni fiskali intiża sabiex jittieħed benefiċċju mill-imsemmi tnaqqis:

id-debitur ma jkunx suġġett għal proċedura ta’ insolvenza jew ta’ stralċ?

il-kreditur u d-debitur ikunu rreġistrati bħala persuni suġġetti għall-VAT?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifka fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/20


Appell ippreżentat fit-30 ta’ April 2019 minn Fabio De Masi u Yanis Varoufakis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-12 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-798/17, Fabio De Masi, Yanis Varoufakis vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(Kawża C-342/19 P)

(2019/C 280/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Fabio De Masi, Yanis Varoufakis (rappreżentant: Professur Dr. A. Fischer-Lescano, professur fl-Università)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1.

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2019 kollha kemm hi u tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza;

2.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 184, moqri flimkien mal-Artikoli 137 et seq tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-ewwel istanza, l-appellanti talbu l-annullament, taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, tad-deċiżjoni tal-BĊE tas-16 ta’ Ottubru 2017, li permezz tagħha huwa rrifjutalhom l-aċċess għad-dokument tat-23 ta’ April 2015 intitolat “Risposti għal domandi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14.4 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE”.

L-appellanti jippreżentaw erba’ aggravji insostenn tal-ewwel kap ta’ talbiet tagħhom:

1.

Ksur tal-istabbiliment fid-dritt primarju tal-prinċipju ta’ trasparenza fl-Artikolu 15(1) TFUE, fl-Artikolu 10(3) TUE u fl-Artikolu 298(1) TFUE, kif ukoll fl-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Is-sentenza appellata tinjora l-fatt li l-portata tad-dritt għal trasparenza ma tirriżultax biss mid-dritt sekondarju, iżda li, fir-rigward tad-dritt għal trasparenza, dan id-dritt sekondarju għandu jiġi interpretat b’mod konformi mad-dritt primarju. Il-Qorti Ġenerali tnaqqas b’dan il-mod il-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tad-dritt għal trasparenza bi ksur tal-prinċipju tal-istat tad-dritt.

2.

Ksur tal-importanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tar-rekwiżiti tal-obbligu ta’ motivazzjoni żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tinjora l-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tal-BĊE bl-ebda mod ma tindika kif l-iżvelar konkretament jippreġudika lill-BĊE.

3.

Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tar-rabta bejn l-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/258/KE (1) (eċċezzjoni mill-prinċipju ta’ trasparenza: teħid ta’ pożizzjoni intiżi għall-użu intern) u l-Artikolu 4(2) ta’ din id-deċiżjoni (eċċezzjoni mill-prinċipju ta’ trasparenza: pariri legali). Il-Qorti Ġenerali tinjora l-fatt li l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2004/258 jikkostitwixxi lex specialis fir-rigward tat-teħid ta’ pożizzjonijiet legali, u li l-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2004/258 ma huwiex applikabbli għal parir legali astratt.

4.

Is-sentenza appellata tiċħad globalment b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokument fis-sens tal-Artikolu 4(3) tad-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq.

Il-kundanna għall-ispejjeż hija mitluba taħt id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 184 u tal-Artikoli 137 et seq tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Marzu 2004 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2004/3) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 5, p. 51).


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Polonja) fit-3 ta’ Mejju 2019 — Delfly sp. z o.o. vs Travel Service Polska sp. z o.o.

(Kawża C-356/19)

(2019/C 280/29)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Delfly sp. z o.o.

Konvenuta: Travel Service Polska sp. z o.o.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni ma tirregolax biss il-portata tal-obbligu tal-ħlas ta’ kumpens iżda wkoll il-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tiegħu?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-passiġġier jew l-aventi kawża tiegħu jista’ jeżiġi, b’mod validu, il-ħlas tal-ammont ta’ EUR 400 f’munita oħra, b’mod partikolari fil-munita nazzjonali tal-post ta’ residenza tal-passiġġier li t-titjira tiegħu ġiet ikkanċellata jew ittardjat?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, skont liema kriterji għandha tiġi ddeterminata l-munita li fiha l-passiġġier jew l-aventi kawża tiegħu jista’ jitlob il-ħlas u liema rata ta’ skambju għandha tapplika?

4)

L-Artikolu 7(1) jew dispożizzjonijiet oħrajn tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 jipprekludu l-applikazzjoni ta’ regoli tad-dritt nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni ta’ obbligi li jipprevedu li t-talba ta’ passiġġier jew tal-aventi kawża tiegħu għandha tiġi miċħuda għas-sempliċi raġuni li dan ikun esprima t-talba b’mod żbaljat fil-munita nazzjonali tal-post ta’ residenza tal-passiġġier, minflok f’euros, konformement mal-Artikolu 7(1) tar-regolament?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7 Vol. 8, p. 10


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Mejju 2019 — GE vs Société Air France

(Kawża C-370/19)

(2019/C 280/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GE

Konvenuta: Société Air France

Domanda preliminari

Għal trasportatur tal-ajru li jopera titjira, l-istrajk tal-persunal tiegħu stess organizzat minn sindakati jikkostitwixxi “ċirkustanza staordinarja” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim (il-Polonja) fil-15 ta’ Mejju 2019 — Powiat Ostrowski vs Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny z siedzibą w Warszawie

(Kawża C-383/19)

(2019/C 280/31)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Powiat Ostrowski

Konvenut: Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny z siedzibą w Warszawie

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU 2009, L 263, p. 11(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ċivili dwar il-moviment ta’ vetturi bil-mutur ikopri wkoll is-sitwazzjoni fejn awtorità lokali — id-distrett — akkwistat, skont deċiżjoni tal-qorti, il-proprjetà ta’ vettura li ma tistax tinstaq u li tinsab fuq art privata, jiġifieri parkeġġ mgħasses mhux fit-triq prinċipali pubblika, u li, minħabba d-deċiżjoni tad-detentur tagħha, hija ddestinata li tinqered?

2)

Jew għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’tali ċirkustanzi, l-awtorità lokali, bħala l-proprjetarja tal-vettura, ma hijiex marbuta li jkollha assigurazzjoni tagħha, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà li għandu l-fond [ta’ garanzija] lejn terzi ppreġudikati?


(1)  ĠU 2009, L 263, p. 11.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Mejju 2019 — “Unipack” АD vs Direktor na Teritorialna direktsiya “Dunavska” kam Agentsiya “Mitnitsi”, Prokuror ot Varhovna administrativna prokuratura na Republika Bulgaria

(Kawża C-391/19)

(2019/C 280/32)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Unipack” АD

Konvenuti: Direktor na Teritorialna direktsiya “Dunavska” kam Agentsiya “Mitnitsi”, Prokuror ot Varhovna administrativna prokuratura na Republika Bulgaria

Domanda preliminari

Iċ-ċirkustanzi segwenti għandhom jitqiesu bħala ċirkustanzi eċċezzjonali, fis-sens tal-Artikolu 172(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), li jiġġustifikaw l-għoti, taħt l-Artikolu 211(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (iktar ’il quddiem il-“Kodiċi”) (2), ta’ awtorizzazzjoni retroattiva għall-applikazzjoni, taħt l-Artikolu 254 tal-Kodiċi, tal-proċedura ta’ użu aħħari għal importazzjoni ta’ merkanzija mwettqa qabel it-tressiq tat-talba għall-awtorizzazzjoni għall-applikazzjoni ta’ din il-proċedura: l-ewwel nett, id-deċiżjoni b’informazzjoni tariffarja vinkolanti fir-rigward ta’ din il-merkanzija, mogħtija lid-detentur tal-proċedura, ma baqgħetx valida minħabba l-emendi introdotti fin-Nomenklatura Magħquda; it-tieni nett, matul perijodu (ta’ madwar 10 xhur) bejn il-mument li fih ma baqgħetx valida l-imsemmija deċiżjoni u l-importazzjoni li fir-rigward tagħha ntalbet il-proċedura ta’ użu aħħari, kienu twettqu diversi (speċifikament, disgħa) importazzjonijiet ta’ merkanzija mingħajr ma l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda ddikjarat ma ġie kkoreġut mill-awtoritajiet doganali u, it-tielet nett, il-merkanzija ntużat għal skop eżentat mid-dazju antidumping?


(1)  ĠU 2015, L 349, p. 1, u rettifiki fil-ĠU 2016, L 87, p. 35, fil-ĠU 2017, L 101, p. 164, u fil-ĠU 2018, L 75, p. 41.

(2)  ĠU 2013, L 269, p. 1, u rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/25


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-20 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-237/17, Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-406/19 P)

(2019/C 280/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u J. Aquilina, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata,

tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza, u

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-amministrazzjoni tal-oneru tal-prova fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet fissi konformement mal-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1).


(1)  ĠU 2013, L 347, p. 549, u r-rettifiki.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Satversmes tiesa (il-Latvja) fil-11 ta’ Ġunju 2019 — B vs Latvijas Republikas Saeima

(Kawża C-439/19)

(2019/C 280/34)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Satversmes tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: B

Korp awtur tal-att, li l-konstituzzjonalità tiegħu hija inkwistjoni: Latvijas Republikas Saeima

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “ipproċessar ta’ data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati jew relatata ma’ miżuri ta’ sigurtà” użat fl-Artikolu 10 tar-Regolament 2016/679 (1) għandu jiġi interpretat bħala li jirreferi għall-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar il-punti ta’ penalità imposti għal reati tat-traffiku lis-sewwieqa previst fid-dispożizzjoni inkwistjoni?

2)

Irrispettivament mir-risposta għall-ewwel domanda, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2016/679, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ “integrità u kunfidenzjalità” stabbilit fl-Artikolu 5(1)(f), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu lill-Istati Membri milli jistabbilixxu li l-informazzjoni ġenerali dwar il-punti ta’ penalità imposti għal reati tat-traffiku lis-sewwieqa tkun aċċessibbli lill-pubbliku u milli jippermettu l-ipproċessar tad-data korrispondenti permezz tal-komunikazzjoni tagħha?

3)

Il-premessi 50 u 154, l-Artikoli 5(1)(b) u 10 tar-Regolament Nru 2016/679, kif ukoll l-Artikolu 1(2)(cc) tad-Direttiva 2003/98/KE (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-punti ta’ penalità imposti għal reati tat-traffiku lis-sewwieqa sabiex tintuża mill-ġdid?

4)

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għal waħda mid-domandi preċedenti, il-prinċipji ta’ supremazija u ta’ ċertezza legali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretat fis-sens li jippermettu l-applikazzjoni tar-regola inkwistjoni u li jinżammu l-effetti ġuridiċi tagħha sakemm tingħata d-deċiżjoni finali tal-Qorti Kostituzzjonali?


(1)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2).

(2)  Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 701).


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-13 ta’ Ġunju 2019 — Kilpailu- ja kuluttajavirasto

(Kawża C-450/19)

(2019/C 280/35)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kilpailu- ja kuluttajavirasto

Konvenuta: Eltel Group Oy und Eltel Networks Oy

Domandi preliminari

1)

Is-sistema ta’ kompetizzjoni tal-Artikolu 101 TFUE għandha tiġi interpretata fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn parteċipant f’akkordju jkun ikkonkluda, ma’ terz barra mill-akkordju, kuntratt ta’ kostruzzjoni bħal dak li huwa s-suġġett tal-akkordju, il-ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni jissokta, minħabba l-effetti ekonomiċi kkawżati minn tali sitwazzjoni, matul il-perijodu kollu li fih jitwettqu l-obbligi kuntrattwali ta’dan il-kuntratt, jew li fih ikompli jitħallas il-prezz għax-xogħlijiet lill-partijiet kontraenti, jiġifieri sal-punt li fih jitħallas l-aħħar pagament għax-xogħlijiet, jew minn tal-inqas sa kemm jitlestew ix-xogħlijiet inkwistjoni;

2)

jew inkella huwa possibbli li jitqies li l-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni jissokta biss sal-punt li fih l-impriża li tkun wettqet il-ksur tkun ippreżentat offerta rigward ix-xogħlijiet inkwistjoni, jew tkun ikkonkludiet kuntratt għat-twettiq tax-xogħlijiet?


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Heilbronn (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Ġunju 2019 — Proċeduri kriminali kontra ZW

(Kawża C-454/19)

(2019/C 280/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Heilbronn

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

ZW

Parti oħra fil-proċeduri: Staatsanwaltschaft Heilbronn

Domandi preliminari

1)

Id-dritt Ewropew primarju u/jew sekondarju, b’mod partikolari d-Direttiva 2004/38/KE (1), fis-sens ta’ dritt wiesgħa taċ-ċittadini tal-Unjoni li jiċċaqilqu u li jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, għandu jiġi interpretat bħala li jkopri wkoll dispożizzjonijiet kriminali nazzjonali?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

 

L-interpretazzjoni tad-dritt Ewropew primarju u/jew sekondarju tipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni kriminali nazzjonali li tissanzjona l-fatt li wild li jinsab barra mill-pajjiż ma jiġix irritornat lit-tutur tiegħu, meta l-imsemmija dispożizzjoni ma tagħmilx distinzjoni f’dan ir-rigward bejn l-Istati tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea Hovrätt (L-Isvezja) fl-14 ta’ Ġunju 2019 — Östgötatrafiken AB vs Patent- och registreringsverket

(Kawża C-456/19)

(2019/C 280/37)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Svea Hovrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Östgötatrafiken AB

Parti oħra fil-proċedura: Patent- och registreringsverket

Domandi preliminari

Id-domandi jikkonċernaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (1), u huma dawn li ġejjin:

1)

L-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark li tkopri servizzi u li tikkonsisti f’sinjal imqiegħed f’ċerta pożizzjoni u li jkopri partijiet kbar minn wiċċ l-oġġetti materjali użati għall-provvista tal-imsemmija servizzi, jeħtieġ li jiġi eżaminat sa liema punt it-trade mark ma hijiex indipendenti mid-dehra tal-imsemmija oġġetti?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun fl-affermattiv, hemm bżonn li sabiex it-trade mark titqies li għandha karattru distintiv hija tmur lil hinn, b’mod sinjifikattiv, min-norma u mill-abitudnijiet tas-settur ekonomiku kkonċernat?


(1)  ĠU 2015, L 336, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 110, p. 5.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit) fis-17 ta’ Ġunju 2019 — Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Wellcome Trust Ltd

(Kawża C-459/19)

(2019/C 280/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Konvenuta: Wellcome Trust Ltd

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli għandha titqies bħala “persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali” fejn il-persuna taxxabbli li teżerċita attività mhux ekonomika li tikkonsisti fix-xiri u l-bejgħ ta’ ishma u titoli oħra fil-ġestjoni tal-beni ta’ trust ta’ karità, tikseb, esklużivament għall-finijiet ta’ tali attività, il-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ investimenti minn persuna stabbilita barra mill-Komunità?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda u l-Artikoli 46 sa 49 tad-direttiva ma japplikawx, l-Artikolu 45 tad-direttiva japplika għall-provvisti ta’ servizzi jew beni jew la l-Artikolu 44 u lanqas l-Artikolu 45 tad-direttiva ma japplikaw għall-provvisti ta’ servizzi?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de prud’hommes de Metz (Franza) fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Syndicat CFTC du personnel de la Caisse primaire d’assurance maladie de la Moselle vs Caisse primaire d’assurance maladie de Moselle

(Kawża C-463/19)

(2019/C 280/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil de prud’hommes de Metz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Syndicat CFTC du personnel de la Caisse primaire d’assurance maladie de la Moselle

Konvenuta: Caisse primaire d’assurance maladie de Moselle

Parti oħra: Mission nationale de contrôle et d’audit des organismes de sécurité sociale

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2006/54/KE (1) moqrija fid-dawl tal-Artikoli 8 u 157 TFUE, tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni tat-trattament ugwali u tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni u tal-Artikoli 20, 21(1) u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, għandha tiġi interpretata fis-sens li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali tagħha, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 46 tal-Ftehim Kollettiv Nazzjonali Franċiż tal-Korpi tas-Sigurtà Soċjali, li jirriżerva lill-impjegati nisa tal-imsemmija korpi li jrabbu lit-tfal tagħhom huma stess, leave ta’ tliet xhur b’nofs paga jew leave ta’ xahar u nofs b’paga sħiħa u leave mingħajr paga ta’ sena, wara l-leave tal-maternità?


(1)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU 2006, L 204, p. 23).


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Ġunju 2019 — Proċeduri kriminali kontra QR

(Kawża C-467/19)

(2019/C 280/40)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

QR

Domanda preliminari

Prassi ġudizzjarja taħt id-dritt nazzjonali dwar l-approvazzjoni mill-qorti ta’ ftehim milħuq bejn il-prosekuzzjoni u d-difiża li tissuġġetta l-approvazzjoni ta’ dan il-ftehim għall-kunsens tal-persuni akkużati l-oħra, fejn dan il-kunsens huwa meħtieġ biss fir-rigward tal-fażi ġudizzjarja tal-proċedura, hija konformi mal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva Nru 2016/343 (1), mal-Artikoli 47 u 52 tal-Karta, mal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ effettività?


(1)  Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU 2016, L 65, p. 1).


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-17 ta’ Ġunju 2019 — Friends of the Irish Environment Limited vs Commissioner for Environmental Information

(Kawża C-470/19)

(2019/C 280/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (L-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Friends of the Irish Environment Limited

Konvenut: Commissioner for Environmental Information

L-ewwel parti intervenjenti: The Courts Service of Ireland

Domanda preliminari

Il-kontroll tal-aċċess għall-fajls ġudizzjarji relatati ma’ proċeduri li fihom ingħatat deċiżjoni definittiva, it-terminu għall-preżentata ta’ appell skada u l-ebda appell jew applikazzjoni oħra ma hija pendenti, iżda fejn applikazzjonijiet oħra f’ċirkustanzi speċifiċi għadhom possibbli, jikkostitwixxi eżerċizzju ta’ “kapaċità ġudizzjarja” fis-sens tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-20 ta’ Ġunju 2019 — Vert Marine SAS vs Premier ministre, Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-472/19)

(2019/C 280/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vert Marine SAS

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Économie et des Finances

Domandi preliminari

1.

Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bil-għan li tippromwovi l-akkontabbiltà fl-akkwist pubbliku, tista’ ma tagħtix lil operatur ekonomiku kkundannat permezz ta’ sentenza definittiva għal reat ta’ natura partikolarment serja u li, għal din ir-raġuni, huwa suġġett għal miżura ta’ projbizzjoni li jipparteċipa fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt ta’ konċessjoni għal perijodu ta’ ħames snin, il-possibbiltà li jipproduċi provi li jikkonfermaw li l-miżuri li jkun ħa huma suffiċjenti sabiex juru l-affidabbiltà tiegħu lill-awtorità kontraenti minkejja l-eżistenza ta’ din ir-raġuni ta’ esklużjoni?

2.

Jekk id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 tippermetti lill-Istati Membri jagħtu lil awtoritajiet għajr lill-awtorità kontraenti kkonċernata r-responsabbiltà li tevalwa l-mekkaniżmu ta’ konformità tal-operaturi, tali possibbiltà tippermetti li dan il-mekkaniżmu jiġi fdat lil awtoritajiet ġudizzjarji? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, mekkaniżmi bħal dawk previsti fid-dritt Franċiż dwar it-tneħħija ta’ projbizzjonijiet, ir-riabilitazzjoni ġudizzjarja u l-esklużjoni tal-indikazzjoni tal-kundanna fil-Bulettin Nru 2 tar-rekord kriminali jistgħu jiġi assimilati ma’ mekkaniżmi ta’ konformità fis-sens tad-Direttiva?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2015, L 114, p. 24 u fil-ĠU 2018, L 82, p. 17.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Ġunju 2019 — proċeduri kriminali kontra NJ

(Kawża C-489/19)

(2019/C 280/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergericht Berlin (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Berlin)

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

Generalstaatsanwaltschaft Berlin

vs

NJ

Domanda preliminari

L-ordnijiet li tkun suġġetta għalihom prosekuzzjoni jipprekluduha milli toħroġ validament mandat ta’ arrest Ewropew (1) anki jekk din id-deċiżjoni tkun suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju eżawrjenti qabel l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew?


(1)  Ara, f’dan ir-rigward, id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU 2002 L 190, p. 1, rettifika fil-ĠU 2009 L 17, p. 45).


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/32


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark — l-Awstrija) — Mijo Meštrović vs Bezirkshauptmannschaft Murtal, fil-preżenza ta’: Finanzpolizei

(Kawża C-50/18) (1)

(2019/C 280/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/32


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ April 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja, sostnuta minn: Ir-Renju tal-Belġju, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-69/18) (1)

(2019/C 280/45)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 152, 30.04.2018.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/33


Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tat-8 ta’ April 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Kroazja

(Kawża C-391/18) (1)

(2019/C 280/46)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 268, 30.07.2018


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari taSąd Okręgowy w Gliwicach, VIII Wydział Pracy i Ubezpieczeń Społecznych — il-Polonja) — Lebopoll Logistics Sp. z o.o.w Sośnicowicach vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Zabrzu, fil-preżenza ta’: NJ

(Kawża C-437/18) (1)

(2019/C 280/47)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Landesgericht Korneuburg — l-Awstrija) — Bulgarian Air Charter Limited vs NE

(Kawża C-758/18) (1)

(2019/C 280/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 93, 11.3.2019.


Il-Qorti Ġenerali

19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-542/17) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ self ‘Port of Tartous’ Nru 22057 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)

(2019/C 280/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment P. Chamberlain, T. Gilliams, F. Oxangoiti Briones u J. Shirran, sussegwentement F. Oxangoiti Briones, J. Klein u J. Shirran, aġenti, assistiti minn D. Arts, avukat, u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża għall-kisba tal-kundanna tar-Repubblika Għarbija Sirjana sabiex tirrimborsa s-somom dovuti fil-qafas tal-ftehim ta’ self “Port of Tartous” Nru 22057, flimkien ma’ interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somma ta’ EUR 20 609 429,45.

2)

L-imsemmija somma ġġib magħha interessi moratorji, ikkalkolati skont il-metodu previst mill-Artikolu 3(2) tal-ftehim ta’ self “Port of Tartous” Nru 22057, konkluż bejn il-BEI u r-Repubblika Għarbija Sirjana fit-22 ta’ Mejju 2003 u emendat fis-17 ta’ Mejju 2006, fil-21 ta’ Mejju 2007 u fl-10 ta’ Lulju 2008, fuq l-ammonti prinċipali u fuq l-interessi kuntrattwali, mid-9 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 369, 30.10.2017.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-543/17) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ self ‘Syrian Healthcare’ Nru 21595 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)

(2019/C 280/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment minn P. Chamberlain, T. Gilliams, F. Oxangoiti Briones u J. Shirran, sussegwentement minn F. Oxangoiti Briones, J. Klein u J. Shirran, aġenti, assistiti minn D. Arts, avukat, u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikseb il-kundanna tar-Repubblika Għarbija Sirjana għar-rimbors tas-somom dovuti fil-kuntest tal-ftehim ta’ self “Syrian Healthcare” Nru 21595, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somom ta’ EUR 62 646 209,04 u ta’ USD 3 582 381,15.

2)

L-imsemmija somom għandu jkollhom interessi moratorji kkalkulati skont il-metodu stabbilit fl-Artikolu 3(2) tal-ftehim tas-self “Syrian Healthcare” Nru 21595 konkluż bejn il-BEI u r-Repubblika Għarbija Sirjana fil-15 ta’ Ġunju 2002 u emendat fis-17 ta’ Ottubru u fid-29 ta’ Novembru 2007, dwar ammonti prinċipali u interessi kuntrattwali, mid-9 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 369, 30.10.2017.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-588/17) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ self ‘Euphrates Drainage and Irrigation’ Nru 80211 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)

(2019/C 280/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment P. Chamberlain, T. Gilliams, F. Oxangoiti Briones u J. Shirran, sussegwentement F. Oxangoiti Briones, J. Klein u J. Shirran, aġenti, assistiti minn D. Arts, avukat, u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża għall-kisba tal-kundanna tar-Repubblika Għarbija Sirjana sabiex tirrimborsa somom dovuti fil-qafas tal-ftehim ta’ self “Euphrates Drainage and Irrigation” Nru 80211, flimkien ma’ interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somma ta’ EUR 2 184 271,58.

2)

L-imsemmija somma ġġib magħha interessi moratorji fuq l-ammonti prinċipali u fiq l-interessi kuntrattwali, fir-rata’ annwali ta’ 3,5 %, mill-25 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 369, 30.10.2017.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-589/17) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ self “Aleppo Tall Kojak Road Project” Nru 60136 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja)

(2019/C 280/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investimenti (rappreżentanti: inizjalment P. Chamberlain, T. Gilliams, F. Oxangoiti Briones u J. Shirran, sussegwentement F. Oxangoiti Briones, J. Klein u J. Shirran, aġenti, assistiti minn D. Arts, avukat, u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikseb il-kundanna tar-Repubblika Għarbija Sirjana għar-rimbors tas-somom dovuti fil-kuntest tal-ftehim ta’ self “Aleppo — Tall Kojak Road Project” Nru 60136, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somma ta’ EUR 820 451,25.

2)

L-imsemmija somma tinkludi interessi moratorji fuq l-ammonti prinċipali b'rata annwali ta’ 3.5% mill-25 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 369, 30.10.2017.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-590/17) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ self ‘Water Supply Sweida Region’ Nru 80212 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)

(2019/C 280/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investimenti (rappreżentanti: inizjalment P. Chamberlain, T. Gilliams, F. Oxangoiti Briones u J. Shirran, sussegwentement F. Oxangoiti Briones, J. Klein u J. Shirran, aġenti, assistiti minn D. Arts, avukat, u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikseb il-kundanna tar-Repubblika Għarbija Sirjana għar-rimbors tas-somom dovuti fil-kuntest tal-ftehim ta’ self “Water Supply Sweida Region” Nru 80212, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somma ta’ EUR 726 942,8.

2)

L-imsemmija somma tinkludi interessi moratorji fuq l-ammonti prinċipali b'rata annwali ta’ 3.5% mill-25 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 369, 30.10.2017.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-591/17) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ self ‘Water Supply Deir Ez Zor Region’ Nru 80310 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)

(2019/C 280/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investimenti (rappreżentanti: inizjalment P. Chamberlain, T. Gilliams, F. Oxangoiti Briones u J. Shirran, sussegwentement F. Oxangoiti Briones, J. Klein u J. Shirran, aġenti, assistiti minn D. Arts, avukat, u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikseb il-kundanna tar-Repubblika Għarbija Sirjana għar-rimbors tas-somom dovuti fil-kuntest tal-ftehim ta’ self “Water Supply Deir Ez Zor Region” Nru 80310, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somma ta’ EUR 404 425,58.

2)

L-imsemmija somma tinkludi interessi moratorji fuq l-ammonti prinċipali b'rata annwali ta’ 3.5% mill-25 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 369, 30.10.2017.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-244/18) (1)

(“Riċerka u żvilupp teknoloġiku - Regolament finanzjarju - Sitt Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006) - Ftehim ta’ sussidju J-Web - Deċiżjoni li teżegwixxi rkupru - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2019/C 280/55)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: K. Damis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A Katsimerou u A. Kyratsou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1115 finali, tad-19 ta’ Frar 2018, dwar l-irkupru tal-ammont ta’ EUR 76 282,08, miżjud bl-interessi, min-naħa tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Strabag Belgium vs Il-Parlament

(Kawża T-299/18) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Xogħlijiet minn kuntrattur ġenerali fuq il-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerenti oħra - Offerta anormalment baxxa - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2019/C 280/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Strabag Belgium (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment M. Schoups, K. Lemmens u M. Lahbib, sussegwentement M. Schoups, K. Lemmens u M. Thomas, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: P. López-Carceller, Z. Nagy D. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tad-19 ta’ April 2018 li jżomm fis-seħħ id-deċiżjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li tagħti lil ħames offerenti l-kuntratt dwar kuntratt qafas dwar xogħlijiet minn kuntrattur ġenerali fuq il-bini tal-Parlament fi Brussell (sejħa għal offerti 06D 20/2017/M036) u, min-naħa l-oħra, tal-addendum mehmuż mar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-offerti tal-Parlament tas-26 ta’ Marzu 2018.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Strabag Belgium hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Porus vs EUIPO (oral Dialysis)

(Kawża T-652/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali oral Dialysis - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 280/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Porus GmbH (Monheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Schneider u D. Hanf, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ 'Settembru 2018 (Każ R 1375/2018-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali oral Dialysis bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Porus GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 4, 7.1.2019.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/42


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2019 — Graanhandel P. van Schelven vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-306/19)

(2019/C 280/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Graanhandel P. van Schelven BV (Nieuwe Tonge, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Almeida, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/446; (1)

tordna lill-konvenuta tipproduċi d-dokumenti kollha rilevanti li wasslu għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/446.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li r-revoka tal-Kummissjoni ta’ “Control Union Certifications” (iktar ’il quddiem “CUC”) bħala ċertifikatur bijoloġiku tal-UE tidher li hija arbitrarja għaliex hija bbażata fuq fatti foloz.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-dritt suġġettiv tar-rikorrenti li tkun protetta mir-revoka arbitarja ta’ nomini tal-Kummissjoni ta’ ċertifikaturi bijoloġiċi sabiex twettaq kontrolli bijoloġiċi tal-UE f’pajjiżi terzi. L-interess tar-rikorrenti bħala kompetitur ta’ suq bijoloġiku ma ġiex protett.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li, bir-revoka tan-nomina ta’ CUC bħala ċertifikatur bijoloġiku tal-UE, il-provvista ta’ prodotti bijoloġiċi f’relazzjonijiet kummerċjali deċennali hija bblokkata u hemm riperkussjonijiet diretti fuq id-drittijiet tar-rikorrenti bħala importatur. Tali interess dirett huwa stabbilit bir-regolament ikkontestat peress li r-rikorrenti kienet id-destinatarja, bħala importatur, ta’ ċertifikati ta’ spezzjoni maħruġa minn CUC li tawha aċċess għas-suq tal-ikel u tal-għalf bijoloġiku tal-UE. CUC huwa ċ-ċertifikatur bijoloġiku għall-irziezet fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed li huwa s-sors tal-provvista prinċipali tal-prodotti bijoloġiċi tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret id-dritt tar-rikorrenti li tkun suġġetta biss għal interferenza proporzjonata mal-kummerċ tagħha kif ukoll id-dritt fundamentali għall-proprjetà tagħha u l-libertà tagħha ta’ intrapriża.

5.

Il-ħames motiv, li jirreferi għall-fatt li t-tieni kap ta’ talbiet tar-rikorrenti, li huwa intiż għal aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni, huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li r-rikorrenti tgawdi aċċess ġenerali għad-drittijiet mogħtija skont id-dritt tal-UE u bbażati fuq il-garanzija ta’ amministrazzjoni tajba u d-dritt għal smigħ xieraq kif protett mill-istrumenti tad-drittijiet tal-bniedem rilevanti.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/446 tad-19 ta’ Marzu 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU 2019 L 77, p. 67)


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/43


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2019 — Catasta vs Il-Parlament

(Kawża T-393/19)

(2019/C 280/59)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Anna Catasta (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti jew tannulla b’mod sħiħ il-miżura li r-rikorrenti ġiet informata biha permezz tal-Komunikazzjoni kkontestata, li biha l-Parlament Ewropew reġa’ ddetermina d-drittijiet għal pensjoni ta’ waqfien mill-attività u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tad-determinazzjoni tal-pensjoni;

tordna lill-Parlament Ewropew il-ħlas lura tal-ammonti kollha li nżammu indebitament li magħhom għandhom jiżdiedu l-interessi legali mid-datta taż-żamma tal-bilanċ u bil-kundanna għall-Parlament Ewropew li jimplimenta s-sentenza li għandha tingħata u li jassumi l-iniżjattivi kollha, atti jew miżuri, neċessarji li jiggarantixxu l-immedjat irkupru bis-sħiħ tal-miżura oriġinali tat-trattament tal-pensjoni;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/43


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Zecchino vs Il-Parlament

(Kawża T-394/19)

(2019/C 280/60)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Ortensio Zecchino (Ariano Irpino, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti jew tannulla b’mod sħiħ l-att li r-rikorrent ġie informat bih permezz tal-komunikazzjoni kkontestata, li permezz tiegħu l-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni marbuta mal-waqfien tal-attività u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tal-kalkolu tal-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha miżmuma indebitament, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sal-ħlas tagħhom, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jadotta kull inizjattiva, att jew miżura neċessarja biex jiżgura r-rikostituzzjoni immedjata u sħiħa tal-portata inizjali tal-benefiċċju tal-pensjoni;

tikkundanna lill-Parlament Ewopew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/44


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Tognoli vs Il-Parlament

(Kawża T-395/19)

(2019/C 280/61)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo Tognoli (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti jew tannulla b’mod sħiħ il-miżura li biha r-rikorrent ġie informat permezz tal-komunikazzjoni kkontestata, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tad-determinazzjoni preċedenti tal-pensjoni;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lura s-somom kollha miżmuma indebitament li għandhom jiġu miżjuda bl-interessi legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas u tikkundanna lill-Parlament Ewropew jeżegwixxi s-sentenza li tingħata u jieħu l-passi, l-atti jew il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi ggarantita r-rikostituzzjoni tal-miżura oriġinali tal-pensjoni;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tal-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/45


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Allione vs Il-Parlament

(Kawża T-396/19)

(2019/C 280/62)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Emma Allione (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti jew tannulla kompletament il-miżura li dwarha r-rikorrenti ġiet informata permezz tal-komunikazzjoni kkontestata, li biha l-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet għal pensjoni tal-irtirar u ordnat l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi ta’ kalkolu tal-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew għar-restituzzjoni tal-ammonti kollha miżmuma b’mod indebitu flimkien mal-interessi legali mid-data ta’ meta dawn inżammu sal-ħlas tagħhom kif ukoll tordna lill-Parlament Ewropew sabiex teżegwixxi s-sentenza mogħtija u tassumi l-inizjattivi, atti jew provvedimenti kollha neċessarji sabiex tiggarantixxi l-istabbiliment sħiħ mill-ġdid tal-miżura oriġinali tal-pensjoni dovuta;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/45


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Novati vs Il-Parlament

(Kawża T-397/19)

(2019/C 280/63)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenta: Vanda Novati (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti jew tannulla fl-intier tagħha l-miżura li biha r-rikorrenti ġiet infurmata permezz tal-komunikazzjoni kkontestata, li biha l-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tal-kalkolu preċedenti tal-pensjoni;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura s-somom kollha miżmuma indebitament miżjuda bl-interessi legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas u tordna lill-Parlament Ewropew jeżegwixxi s-sentenza mogħtija u jieħu l-inizjattivi, atti jew miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura li jkun stabbilit mill-ġdid, b’mod immedjat u sħiħ l-ammont oriġinali tal-pensjoni;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/46


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Paciotti vs Il-Parlament

(Kawża T-398/19)

(2019/C 280/64)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Elena Ornella Paciotti (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti jew tannulla b’mod sħiħ l-att li r-rikorrent ġie informat bih permezz tal-komunikazzjoni kkontestata, li permezz tiegħu l-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni marbuta mal-waqfien tal-attività u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tal-kalkolu tal-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha miżmuma indebitament, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data taż-żamma sal-ħlas tagħhom, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jadotta kull inizjattiva, att jew miżura neċessarja biex jiżgura r-rikostituzzjoni immedjata u sħiħa tal-portata inizjali tal-benefiċċju tal-pensjoni;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/47


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Fantuzzi vs Il-Parlament

(Kawża T-403/19)

(2019/C 280/65)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Giulio Fantuzzi (Correggio, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti jew tannulla b’mod sħiħ il-miżura li biha r-rikorrent ġie informat permezz tal-komunikazzjoni kkontestata, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tad-determinazzjoni preċedenti tal-pensjoni;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lura s-somom kollha miżmuma indebitament li għandhom jiġu miżjuda bl-interessi legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas u tikkundanna lill-Parlament Ewropew jeżegwixxi s-sentenza li tingħata u jieħu l-passi, l-atti jew il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi ggarantita r-rikostituzzjoni tal-miżura oriġinali tal-pensjoni;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tal-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/47


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Lavarra vs Il-Parlament

(Kawża T-404/19)

(2019/C 280/66)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Vincenzo Lavarra (Bari, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti jew tannulla kompletament il-miżura li r-rikorrent ġie infurmat biha permezz tal-avviż ikkontestat, li permezz tiegħu l-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet tal-pensjoni tal-irtirar u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tad-determinazzjoni tal-pensjoni preċedenti

tordna lill-Parlament Ewropew ir-restituzzjoni tas-somom kollha miżmuma indebitament, li għandhom jiżdiedu bl-interessi legali mid-data ta’ żamma mill-bilanċ, u sabiex il-Parlament Ewropew jiġi ikkundannat li jimplimenta s-sentenza li sejra tingħata u jieħu l-inizjattivi, atti jew miżuri kollha meħtieġa sabiex jiggarantixxi l-istabbiliment mill-ġdid sħiħ immedjat tal-ammont oriġinali tad-drittijiet tal-pensjoni;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tal-ispjjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċiplai huma simili għall-dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.


19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/48


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Malerba vs Il-Parlament

(Kawża T-405/19)

(2019/C 280/67)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Franco Malerba (Issy-Les-Moulineaux, Franza) (rappreżentanti: M. Merola u L. Florio, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti u tannulla kompletament id-dispożizzjoni li dwarha r-rikorrent kien ġie informat permezz tal-komunikazzjoni kkontestata, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet għal pensjoni tal-irtirar u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas fuq il-bażi tal-kalkolu preċedenti tal-pensjoni;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura s-somom kollha indebitament miżmuma flimkien mal-interessi legali mid-data taż-żamma sal-ħlas tagħhom u tordna lill-Parlament jeżegwixxi s-sentenza mogħtija u jassumi l-inizjattivi, l-atti jew id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex il-miżura oriġinali ta’ kalkolu tal-pensjoni tiġi immedjatament ikkostitwita kollha kemm hi mill-ġdid.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.