ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2019/C 263/01 |
||
2019/C 263/02 |
Metodu ta’ ħatra ta’ Mħallef li jissostitwixxi lil Imħallef impedit |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2019/C 263/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/2 |
Metodu ta’ ħatra ta’ Mħallef li jissostitwixxi lil Imħallef impedit
(2019/C 263/02)
1. |
Fl-10 ta’ Lulju 2019, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, mis-27 ta’ Settembru 2019, fil-każijiet ta’ impediment imsemmija rispettivament fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(2), u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-President tal-Qorti Ġenerali għandu jissostitwixxi lill-Imħallef impedit. |
2. |
Jekk il-President tal-Qorti Ġenerali jkun impedit, dan għandu jaħtar lill-Viċi President tal-Qorti Ġenerali biex jissostitwixxih, konformement mal-Artikolu 11(1) tar-Regoli tal-Proċedura. |
3. |
Jekk il-Viċi President tal-Qorti Ġenerali jkun impedit, il-President tal-Qorti Ġenerali għandu jaħtar lill-Imħallef li għandu jissostitwixxih skont l-ordni stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura, bl-eċċezzjoni tal-Presidenti ta’ Awla. |
4. |
Jekk l-imħallef maħtur konformement mal-paragrafu 3 jkun impedit u l-kawża li fiha jiġi ddikjarat l-impediment tkun kawża tas-servizz pubbliku, kif iddefinit fid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2019 dwar il-kriterji ta’ attribuzzjoni tal-kawżi lill-awli [ĠU 2019, C 246, p. 2], jew kawża relattiva għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali msemmija fir-raba’ titolu tar-Regoli tal-Proċedura, il-President tal-Qorti Ġenerali għandu jaħtar, skont l-ordni stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura, lil Imħallef assenjat lil Awla inkarigata mill-istess tip ta’ kawżi bħal dik li jappartjeni għaliha l-Imħallef impedit biex jissostitwixxi lil dan tal-aħħar. |
5. |
Sabiex jiġi żgurat tqassim ekwilibrat tal-volum ta’ xogħol, il-President tal-Qorti Ġenerali jista’ jidderoga mill-ordni stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura, kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni. |
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budai Központi Kerületi Bíróság — l-Ungerija) — GT vs HS
(Kawża C-38/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 3(1) - Artikolu 4(2) - Artikolu 6(1) - Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija - Komunikazzjoni lill-konsumatur tar-rata tal-kambju applikabbli għas-somma mqiegħda għad-dispożizzjoni fil-munita nazzjonali wara l-konklużjoni tal-kuntratt)
(2019/C 263/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Budai Központi Kerületi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: GT
Konvenuta: HS
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1), l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, kif interpretata mill-qorti suprema ta’ dan l-Istat Membru, li bis-saħħa tagħha kuntratt ta’ self f’munita barranija li, għalkemm jispeċifika s-somma espressa fil-munita nazzjonali li tikkorrispondi għall-applikazzjoni għal finanzjament tal-konsumatur, ma jindikax ir-rata tal-kambju applikabbli għal din is-somma sabiex jiġi ddeterminat l-ammont finali tas-self f’munita barranija, filwaqt li, f’waħda mill-klawżoli tiegħu, jistipula li din ir-rata għandha tiġi ddeterminata mill-persuna li ssellef wara l-konklużjoni tal-kuntratt f’dokument separat, ma jsirx null,
— |
meta din il-klawżola tkun ġiet redatta b’mod ċar u li jinftiehem skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, sa fejn il-mekkaniżmu għall-kalkolu tal-ammont totali mogħti b’self kif ukoll ir-rata tal-kambju applikabbli jkunu stabbiliti b’mod trasparenti sabiex konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat, ikun jista’ jevalwa, abbażi ta’ kriterji preċiżi u li jinftiehmu, il-konsegwenzi ekonomiċi li jikkonċernawh li joħorġu mill-kuntratt, inkluża, b’mod partikolari, l-ispiża totali tas-self tiegħu, jew, jekk ikun jidher li l-klawżola inkwistjoni ma tkunx ġiet redatta b’mod ċar u li jinftiehem, |
— |
meta l-imsemmija klawżola ma tkunx inġusta fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva jew, jekk din tkun inġusta, il-kuntratt ikkonċernat ikun jista’ jkompli jeżisti mingħajrha skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy — il-Polonja) — Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów vs Orange Polska S.A.
(Kawża C-628/17) (1)
(Domanda preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fir-rigward tal-konsumaturi - Kunċett ta’ “prattika kummerċjali aggressiva” - Obbligu tal-konsumatur li jieħu deċiżjoni kummerċjali finali fil-preżenza tal-messaġġier li jagħtih il-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt)
(2019/C 263/04)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów
Konvenuta: Orange Polska S.A.
Dispożittiv
L-Artikolu 2(j) u l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-applikazzjoni minn negozjant ta’ metodu ta’ konklużjoni jew ta’ emendar ta’ kuntratti għall-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tiegħu l-konsumatur għandu jieħu d-deċiżjoni kummerċjali finali fil-preżenza ta’ messaġġier, li jagħtih il-mudell tal-kuntratt, mingħajr ma dan ikun jista’ jaqra liberament il-kontenut ta’ dan tal-aħħar fil-preżenza ta’ dan il-messaġġier,
— |
ma tikkostitwixxix prattika kummerċjali aggressiva fiċ-ċirkustanzi kollha; |
— |
ma tikkostitwixxix prattika kummerċjali aggressiva, bl-eżerċizzju ta’ influwenza mhux xierqa, minħabba biss l-assenza ta’ komunikazzjoni individwali u minn qabel lill-konsumatur, b’mod partikolari permezz ta’ posta elettronika jew fl-indirizz tad-dar tiegħu, tal-mudelli ta’ kuntratti kollha, meta l-konsumatur kellu l-opportunità, qabel iż-żjara tal-messaġġier, li jiffamiljarizza ruħu mal-kontenut tagħhom; u |
— |
tikkostitwixxi prattika kummerċjali aggressiva, billi teżerċita influwenza mhux xierqa, b’mod partikolari meta n-negozjant jew il-messaġġier tiegħu jkunu wettqu aġir żleali li jkollu l-effett li jitfa’ pressjoni fuq il-konsumatur b’tali mod li l-libertà tal-għażla tiegħu tinbidel b’mod sinjifikattiv, bħalma huwa l-aġir li jiskomoda lill-konsumatur jew jiddisturba r-riflessjoni tiegħu dwar id-deċiżjoni kummerċjali li għandha tittieħed. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Oldenburg — il-Ġermanja) — ReFood GmbH & Co. KG vs Landwirtschaftskammer Niedersachsen
(Kawża C-634/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Vjeġġi ta’ skart ġewwa l-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1013/2006 - Artikolu 1(3)(d) - Kamp ta’ applikazzjoni - Regolament (KE) Nru 1069/2009 - Vjeġġi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali)
(2019/C 263/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Oldenburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ReFood GmbH & Co. KG
Konvenuta: Landwirtschaftskammer Niedersachsen
Dispożittiv
L-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart għandu jiġi interpretat fis-sens li l-vjeġġi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006, ħlief fil-każ fejn ir-Regolament Nru 1069/2009 jipprevedi espressament l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Brindisi — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Gianluca Moro
(Kawża C-646/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2012/13/UE - Dritt għal informazzjoni fi proċeduri kriminali - Artikolu 6(4) - Dritt li wieħed jiġi informat bl-akkuża mressqa kontrih - Informazzjoni dwar kull emenda fl-informazzjoni pprovduta meta dan ikun neċessarju sabiex tiġi ggarantita n-natura xierqa tal-proċedura - Emenda tal-kwalifika ġuridika tal-fatti li huma s-suġġett tal-akkuża - Impossibbiltà għall-persuna akkużata li titlob, matul il-proċedura orali, l-applikazzjoni tal-piena nnegozjata prevista mid-dritt nazzjonali - Differenza f’każ ta’ emenda tal-fatti li fuqhom hija bbażata l-akkuża)
(2019/C 263/06)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Brindisi
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Gianluca Moro
Dispożittiv
L-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali u l-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha l-persuna akkużata tista’ titlob, matul il-proċedura orali, l-applikazzjoni ta’ piena nnegozjata fil-każ ta’ emenda tal-fatti li fuqhom hija bbażata l-akkuża, u mhux fil-każ ta’ emenda tal-kwalifika ġuridika tal-fatti li huma s-suġġett tal-akkuża.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim — il-Polonja) — Kawża mressqa minn WB
(Kawża C-658/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 650/2012 - Artikolu 3(1)(g) u (i) - Kunċett ta’ “deċiżjoni” fil-qasam tas-suċċessjoni - Kunċett ta’ “strument awtentiku” fil-qasam tas-suċċessjoni - Klassifikazzjoni ġuridika ta’ ċertifikat ta’ eredità nazzjonali - Artikolu 3(2) - Kunċett ta’ “qorti” - Assenza ta’ notifika lill-Kummissjoni Ewropea, mill-Istat Membru, ta’ nutara bħala awtoritajiet mhux ġudizzjarji li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji bħala qrati)
(2019/C 263/07)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim
Partijiet fil-kawża prinċipali
WB
fil-preżenza ta’: Przemysława Bac, li qiegħda taġixxi bħala nutar
Dispożittiv
1. |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas ta’ notifika minn Stat Membru tal-eżerċizzju minn nutara ta’ funzjonijiet ġudizzjarji, previst f’din id-dispożizzjoni, ma huwiex determinanti għall-klassifikazzjoni ta’ tali nutara bħala “qorti”. L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li nutar li jfassal att dwar l-applikazzjoni konġunta tal-partijiet kollha fil-proċedura notarili, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jikkostitwixxix “qorti” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u, konsegwentement, l-Artikolu 3(1)(g) ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat li jfisser li tali att ma jikkostitwixxix “deċiżjoni” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
2) |
L-Artikolu 3(1)(i) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċertifikat ta’ eredità, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, imfassal min-nutar fuq talba konkordanti tal-partijiet kollha fil-proċedura notarili, jikkostitwixxi “strument awtentiku” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li l-għoti tiegħu jista’ jsir flimkien mal-formola prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(1) ta’ dan ir-regolament, li tikkorrispondi għal dik prevista fl-Anness 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1329/2014 tad-9 ta’ Diċembru 2014 li jistabbilixxi l-Formoli msemmija fir-Regolament Nru 650/2012. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Areios Pagos — il-Greċja) — Ellinika Nafpigeia AE vs Panagiotis Anagnostopoulos et
(Kawża C-664/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2001/23/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Trasferiment ta’ parti minn impriża - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema - Kunċett ta’ “trasferiment” - Kunċett ta’ “entità ekonomika” - Trasferiment ta’ parti mill-attività ekonomika ta’ kumpannija omm lil sussidjarja li għadha kemm ġiet stabbilita - Identità - Awtonomija - Tkomplija ta’ attività ekonomika - Kriterju ta’ stabbiltà tat-tkomplija ta’ attività ekonomika - Użu ta’ fatturi ta’ produzzjoni ta’ terzi - Intenzjoni li l-entità ttrasferita tiġi llikwidata)
(2019/C 263/08)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Areios Pagos
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ellinika Nafpigeia AE
Konvenuti: Panagiotis Anagnostopoulos et
fil-preżenza ta’: Syllogos Ergazomenon Nafpigeion Skaramagka, I TRIAINA, Panellinia Omospondia Ergatoÿpallilon Metallou (POEM), Geniki Synomospondia Ergaton Ellados (GSEE)
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, b’mod partikolari l-Artikolu 1(1)(a) u (b) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tapplika għat-trasferiment ta’ unità ta’ produzzjoni meta, minn naħa, iċ-ċedent, iċ-ċessjonarju jew dawn iż-żewġ persuni flimkien jaġixxu bil-għan li l-attività ekonomika eżerċitata miċ-ċedent titkompla miċ-ċessjonarju, iżda wkoll bil-għan tat-tmiem tal-eżistenza taċ-ċessjonarju nnifsu, fil-kuntest ta’ likwidazzjoni, u, min-naħa l-oħra, l-unità inkwistjoni, li ma jkollhiex il-kapaċità li tilħaq l-għan ekonomiku tagħha mingħajr ma tuża fatturi ta’ produzzjoni minn terzi, ma tkunx kompletament awtonoma, bil-kundizzjoni, li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju, minn naħa, li l-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jimponi fuq iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju l-obbligu li ma jipprovawx jibbenefikaw b’mod frawdolenti u abbużiv mill-vantaġġi li jistgħu jnisslu mid-Direttiva 2001/23 jiġi osservat, u, min-naħa l-oħra, li l-unità ta’ produzzjoni kkonċernata jkollha garanziji suffiċjenti li jiżgurawlha l-aċċess għall-fatturi ta’ produzzjoni ta’ terz sabiex ma tkunx tiddependi fuq l-għażliet ekonomiċi magħmula b’mod unilaterali minn dan tal-aħħar.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Svea hovrätt — L-Isvezja) — Patent-och registreringsverket vs Mats Hansson
(Kawża C-705/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 4(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Impressjoni globali - Trade mark preċedenti rreġistrata b’dikjarazzjoni ta’ rinunzja (disclaimer) - Effetti ta’ tali rinunzja fuq il-portata tal-protezzjoni tat-trade mark preċedenti)
(2019/C 263/09)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Svea hovrätt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Patent-och registreringsverket
Konvenut: Mats Hansson
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal dikjarazzjoni ta’ rinunzja li jkollha l-effett li teskludi element ta’ trade mark kumplessa, ikkonċernat minn din id-dikjarazzjoni, mill-analiżi globali tal-fatturi rilevanti biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jew li tagħti lil tali element, mill-bidu u b’mod permanenti, importanza limitata f’din l-analiżi.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Mohammed Bilali vs Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl
(Kawża C-720/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika tal-ażil - Protezzjoni sussidjarja - Direttiva 2011/95/UE - Artikolu 19 - Revoka tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja - Żball tal-amministrazzjoni li jikkonċerna liċ-ċirkustanzi ta’ fatt)
(2019/C 263/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Mohammed Bilali
Konvenut: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl
Dispożittiv
L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, moqri flimkien mal-Artikolu 16 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru għandu jirrevoka l-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja meta jkun ngħata dan l-istatus mingħajr ma l-kundizzjonijiet għal dan l-għoti jkunu ssodisfatti, abbażi ta’ fatti li sussegwentement ġew irrivelati li huma żbaljati, u għalkemm il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi kkritikata li qiegħda tqarraq b’dak l-Istat Membru f’dik l-okkażjoni.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Darmstadt — il-Ġermanja) — TopFit e.V., Daniele Biffi vs Deutscher Leichtathletikverband e.V.
(Kawża C-22/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 18, 21 u 165 TFUE - Regolament ta’ assoċjazzjoni sportiva - Parteċipazzjoni f’kampjonat nazzjonali ta’ Stat Membru minn atleta dilettant ta’ nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor - Trattament differenti minħabba n-nazzjonalità - Restrizzjoni għall-moviment liberu)
(2019/C 263/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Darmstadt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TopFit e.V., Daniele Biffi
Konvenuta: Deutscher Leichtathletikverband e.V.
Dispożittiv
L-Artikoli 18, 21 u 165 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regoli ta’ assoċjazzjoni sportiva nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħhom ċittadin tal-Unjoni Ewropea, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, li ilu jirrisjedi għal diversi snin fuq it-territorju tal-Istat Membru fejn hija stabbilita din l-assoċjazzjoni fejn huwa jipprattika l-ġiri bħala dilettant fil-kategorija senior, ma jistax jipparteċipa għall-kampjonati nazzjonali f’dawn id-dixxiplini bl-istess mod bħaċ-ċittadini nazzjonali jew li jista’ jipparteċipa f’dawn il-kampjonati biss “barra mill-klassifikazzjoni” jew “mingħajr klassifikazzjoni”, mingħajr ma jkollu aċċess għall-finali u mingħajr ma jkun jista’ jikseb it-titolu ta’ rebbieħ nazzjonali, sakemm dawn ir-regoli ma jkunux iġġustifikati minn kunsiderazzjonijiet oġġettivi u proporzjonati għall-għan leġittimament imfittex, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Liège — il-Belġju) — V vs Institut national d’assurances sociales pour travailleurs indépendants (Inasti), Securex Integrity ASBL
(Kawża C-33/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali - Ħaddiema migranti - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Artikolu 87(8) - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 14ċ(b) - Ħaddiem li jeżerċita attività bħala persuna impjegata u attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stati Membri differenti - Derogi għall-prinċipju ta’ uniċità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli - Affiljazzjoni doppja - Tressiq ta’ talba bil-għan tal-issuġġettar għal-leġiżlazzjoni applikabbli bis-saħħa tar-Regolament Nru 883/2004)
(2019/C 263/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour du travail de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: V
Konvenuti: Institut national d’assurances sociales pour travailleurs indépendants, Securex Integrity ASBL
Dispożittiv
L-Artikolu 87(8) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li, fid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004, kienet teżerċita attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru u attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor, peress li kienet għaldaqstant suġġetta simultanjament għal-leġiżlazzjonijiet applikabbli fil-qasam tas-sigurtà soċjali ta’ dawn iż-żewġ Stati Membri, ma kellhiex, sabiex tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni applikabbli skont ir-Regolament Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 988/2009, tressaq talba espressa f’dan is-sens.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — il-Belġju) — Compagnie d’entreprises CFE SA vs Région de Bruxelles-Capitale
(Kawża C-43/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Digriet - Għażla ta’ żona speċjali ta’ konservazzjoni skont id-Direttiva 92/43/KEE - Stabbiliment tal-għanijiet ta’ konservazzjoni u ta’ ċerti miżuri ta’ prevenzjoni - Kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” - Obbligu ta’ twettiq ta’ evalwazzjoni ambjentali)
(2019/C 263/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Compagnie d’entreprises CFE SA
Konvenut: Région de Bruxelles-Capitale
Dispożittiv
L-Artikolu 3(2) u (4) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent għandu jiġi interpretat fis-sens li, mingħajr ħsara għall-verifiki li l-qorti tar-rinviju għandha tagħmel, digriet, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu Stat Membru jagħżel żona speċjali ta’ konservazzjoni (ŻSK) u jistabbilixxi għanijiet ta’ konservazzjoni u ċerti miżuri ta’ prevenzjoni, ma huwiex inkluż fil-“pjanijiet u programmi” li għalihom evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent hija obbligatorja.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Justice de Paix du canton de Visé — il-Belġju) — Michel Schyns vs Belfius Banque SA
(Kawża C-58/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2008/48/KE - Obbligi prekuntrattwali - Artikolu 5(6) - Obbligu tal-kreditur li jfittex it-tip u l-ammont tal-kreditu l-iktar adattati - Artikolu 8(1) - Obbligu għall-kreditur li jastjeni milli jikkonkludi l-kuntratt ta’ self f’każ ta’ dubji dwar is-solvenza tal-konsumatur - Obbligu għall-kreditur li jevalwa l-opportunità tal-kreditu)
(2019/C 263/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Justice de Paix du canton de Visé
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Michel Schyns
Konvenut: Belfius Banque SA
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq il-kredituri jew l-intermedjarji tal-kreditu li jfittxu, fil-qafas tal-kuntratti ta’ kreditu li s-soltu joffru, it-tip u l-ammont ta’ kreditu li huwa l-iktar adattat, inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt u tal-għan tal-kreditu. |
2) |
L-Artikolu 5(6) u l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/48 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teħtieġ li l-kreditur jastjeni milli jikkonkludi l-ftehim ta’ kreditu jekk ma jkunx jista’ jevalwa b’mod raġonevoli, fi tmiem il-verifika tas-solvibbiltà tal-konsumatur, li dan tal-aħħar għandu jkun jista’ josserva l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt propost. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles — Il-Belġju) — Skype Communications Sàrl vs Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)
(Kawża C-142/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/21/KE - Artikolu 2(c) - Kunċett ta’ “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” - Trażmissjoni ta’ sinjali - Servizz ta’ Voice over Internet Protocol (VoIP) lejn numri tat-telefon fissi jew mobbli - Servizz SkypeOut)
(2019/C 263/15)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Skype Communications Sàrl
Konvenut: Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)
Dispożittiv
L-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-provvista, mill-pubblikatur ta’ softwer, ta’ funzjonalità li toffri servizz “Voice over Internet Protocol” (VoIP), li jippermetti lill-utent iċempel numru fiss jew mobbli minn pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni permezz tal-Public Switched Telephone Network (PSTN) ta’ Stat Membru minn terminal, jikkostitwixxi “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hekk kif il-provvista ta’ dak is-servizz, minn naħa, tagħti lok għar-remunerazzjoni tal-pubblikatur u, min-naħa l-oħra, tinvolvi l-konklużjoni minn dan tal-aħħar ta’ ftehimiet mal-fornituri ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni debitament awtorizzati sabiex jittrażmettu u jitterminaw telefonati lejn il-PSTN.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Oro Efectivo SL vs Diputación Foral de Bizkaia
(Kawża C-185/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 401 - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Akkwist minn impriżi, mingħand individwi, ta’ muniti tad-deheb u metalli prezzjużi intiżi għall-bejgħ mill-ġdid - Taxxa fuq it-trasferimenti tal-assi)
(2019/C 263/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Oro Efectivo SL
Konvenut: Diputación Foral de Bizkaia
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta t-trasferimenti tal-assi għal taxxa indiretta, distinta mill-VAT, l-akkwist minn impriża, mingħand individwi, ta’ oġġetti ta’ kontenut għoli ta’ deheb jew ta’ metall prezzjuż, fejn dawn l-oġġetti huma intiżi għall-attività ekonomika ta’ din l-impriża, li, għall-finijiet tal-ipproċessar tagħhom u għall-introduzzjoni mill-ġdid tagħhom fil-kummerċ, tbigħhom mill-ġdid lil impriżi speċjalizzati fil-manifattura ta’ ingotti jew prodotti oħra ta’ metall prezzjuż.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — il-Ġermanja) — Google LLC vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-193/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/21/KE - Artikolu 2(c) - Kunċett ta’ “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” - Trażmissjoni ta’ sinjali - Servizz ta’ posta elettronika fuq l-internet - Servizz Gmail)
(2019/C 263/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Google LLC
Konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Dispożittiv
L-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz ta’ posta elettronika fuq l-Internet li ma jinkludix aċċess għall-Internet, bħas-servizz Gmail ipprovdut minn Google, ma jikkonsistix kollu kemm hu jew fil-parti l-kbira tiegħu, fit-trażmissjoni ta’ sinjali fuq netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u għaldaqstant ma jikkostitwixxix “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Deichmann SE vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Munich, SL
(Kawża C-223/18 P) (1)
(Appell - Trademark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Proċedimenti ta’ revoka - Trademark figurattiva li tirrappreżenta salib fuq il-ġenb ta’ żarbun tal-isport - Ċaħda tat-talba għal revoka)
(2019/C 263/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Deichmann SE (rappreżentant: C. Onken, Rechtsanwältin)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: D. Gája, agent), Munich, SL (rappreżentant: J. Güell Serra u M. del Mar Guix Vilanova, abogados)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Deichmann SE hija kkundannata għall-ispejjeż. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof — il-Belġju) — P. M., N. G.d.M., P. V.d.S. vs Ministerraad
(Kawża C-264/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 10(c) u (d)(i), (ii) u (v) - Validità - Kamp ta’ applikazzjoni - Esklużjoni tas-servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni u ta’ ċerti servizzi legali - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ sussidjarjetà - Artikoli 49 u 56 TFUE)
(2019/C 263/19)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiz
Qorti tar-rinviju
Grondwettelijk Hof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: P. M., N. G.d.M., P. V.d.S.
Konvenut: Ministerraad
Dispożittiv
L-eżami tal-kwistjoni ma żvela l-ebda fattur ta’ tali tip li jaffettwa l-validità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(c) u (d)(i), (ii) u (v) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku [l-għoti tal-kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, fid-dawl tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u tas-sussidjarjetà kif ukoll tal-Artikoli 49 u 56 TFUE.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Faro — il-Portugall) — Cátia Correia Moreira vs Município de Portimão
(Kawża C-317/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/23/KE - Trasferimenti ta’ impriżi - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema - Kunċett ta’ “ħaddiem” - Modifika sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għad-detriment tal-ħaddiem)
(2019/C 263/20)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Judicial da Comarca de Faro
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cátia Correia Moreira
Konvenuta: Município de Portimão
Dispożittiv
1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1)(d) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li persuna li kkonkludiet, flimkien mal-persuna li tagħmel it-trasferiment, kuntratt ta’ provvista ta’ servizz, fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tista’ titqies bħala “ħaddiem” u għalhekk tibbenefika mill-protezzjoni mogħtija minn din id-direttiva, bil-kundizzjoni, madankollu, li hija tkun protetta bħala ħaddiem permezz ta’ din il-leġiżlazzjoni u li tibbenefika minn kuntratt ta’ xogħol fid-data tat-trasferiment, li hija ħaġa li l-qorti tar-rinviju għandha tivverifika. |
2) |
Id-Direttiva 2001/23, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(2) TUE, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, fil-każ ta’ trasferiment, fis-sens ta’ din id-direttiva, u fejn il-persuna li lilha jsir it-trasferiment tkun awtorità muniċipali, il-ħaddiema kkonċernati għandhom, minn naħa, ikunu suġġetti għal proċedura ta’ kompetizzjoni pubblika u, min-naħa l-oħra, isiru suġġetti għal rabta ġdida mal-persuna li lilha jsir it-trasferiment. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/17 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — il-Belġju) — Terre wallonne ASBL vs Région wallonne
(Kawża C-321/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Digriet - Stabbiliment tal-għanijiet ta’ konservazzjoni għan-netwerk Natura 2000, skont id-Direttiva 92/43/KEE - Kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” - Obbligu li ssir evalwazzjoni ambjentali)
(2019/C 263/21)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Terre wallonne ASBL
Konvenut: Région wallonne
Dispożittiv
L-Artikolu 3(2) u (4) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent għandu jiġi interpretat fis-sens li digriet, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu korp ta’ Stat Membru jistabbilixxi, fil-livell reġjonali għan-netwerk Natura 2000 tiegħu, għanijiet ta’ konservazzjoni li għandhom valur indikattiv, filwaqt li l-għanijiet ta’ konservazzjoni fil-livell ta’ siti għandhom valur regolatorju, ma jinsabx fost il-“pjanijiet u programmi”, fis-sens ta’ din id-direttiva, li għalihom huwa obbligatorju li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/18 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szekszárdi Járásbíróság — l-Ungerija) — Ágnes Weil vs Géza Gulácsi
(Kawża C-361/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 66 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Materji ċivili u kummerċjali - Artikolu 1(1) u (2)(a) - Materji esklużi - Effetti matrimonjali - Artikolu 54 - Talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat li jiċċertifika li d-deċiżjoni mogħtija mill-qorti ta’ oriġini hija eżekuttiva - Deċiżjoni ġudizzjarja dwar dejn li jirriżulta mill-ħall tad-drittijiet ta’ proprjetà li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ sħubija de facto)
(2019/C 263/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szekszárdi Járásbíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ágnes Weil
Konvenut: Géza Gulácsi
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 54 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti ta’ Stat Membru adita b’talba għal ħruġ ta’ ċertifikat li jiċċertifika li deċiżjoni mogħtija mill-qorti ta’ oriġini hija eżekuttiva għandha, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li fiha l-qorti li tat id-deċiżjoni li għandha tiġi eżegwita ma ddeċidietx, fl-adozzjoni tagħha, dwar l-applikabbiltà ta’ dan ir-regolament, tivverifika jekk it-tilwima taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament. |
2) |
L-Artikolu 1(1) u (2)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha bħala suġġett talba għall-ħall tad-drittijiet tal-proprjetà li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ sħubija de facto taqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali”, fis-sens ta’ dan il-paragrafu (1), u tidħol, għaldaqstant, fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ dan ir-regolament |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/19 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof ’s-Hertogenbosch — il-Pajjiżi l-Baxxi) — IO vs Inspecteur van de rijksbelastingdienst
(Kawża C-420/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 10 - Persuna taxxabbli - Attività ekonomika eżerċitata b’“mod indipendenti” - Kunċett - Attività ta’ membru tal-bord ta’ sorveljanza ta’ fondazzjoni)
(2019/C 263/23)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof ’s-Hertogenbosch
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: IO
Konvenut: Inspecteur van de rijksbelastingdienst
Dispożittiv
L-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jeżerċitax attività ekonomika b’mod indipendenti membru tal-bord ta’ sorveljanza ta’ fondazzjoni, bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li, minkejja li ma huwa marbut bl-ebda rabta ta’ subordinazzjoni ġerarkika mal-korp ta’ direzzjoni ta’ din il-fondazzjoni u lanqas ma huwa marbut b’tali rabta mal-bord ta’ sorveljanza tal-imsemmija fondazzjoni f’dak li jirrigwarda l-eżerċizzju tal-attività tiegħu ta’ membru ta’ dan il-bord, la jaġixxi f’ismu u lanqas taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu, iżda jaġixxi f’isem u taħt ir-responsabbiltà ta’ dan l-istess bord u lanqas ma jġorr ir-riskju ekonomiku li jirriżulta mill-attività tiegħu, peress li huwa jirċievi remunerazzjoni fissa, li la tiddependi mill-parteċipazzjoni tiegħu għal-laqgħat u lanqas mis-sigħat ta’ xogħol li huwa effettivament ikun wettaq.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/20 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Inge Barnett vs Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(Kawża C-503/18 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjal - Pensjoni tal-irtirar - Irtirar antiċipat mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni - Regolamenti tal-persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 9(2) tal-Anness VIII - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni - Interess tas-servizz - Deċiżjoni adottata b’eżekuzzjoni ta’ sentenza tat-Tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 266 TFUE - Res judicata)
(2019/C 263/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Inge Barnett (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, A. Carvajal u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer, abogado, F.-M. Hislaire, avocat)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Inge Barnett hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk esposti mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE). |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/20 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Copebi SCA vs Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)
(Kawża C-505/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni 2009/402/KE - Pjanijiet ta’ kontinġenza fis-settur tal-frott u l-ħaxix implimentati mir-Repubblika Franċiża - Konstatazzjoni tal-inkompatibbiltà tal-għajnuna - Ordni ta’ rkupru - Kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni - Kumitati ekonomiċi agrikoli)
(2019/C 263/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Copebi SCA
Konvenut: Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)
fil-preżenza ta’: Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation
Dispożittiv
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/402/KE tat-28 ta’ Jannar 2009 dwar il- pjanijiet ta’ kontinġenza fis-settur tal-frott u l-ħaxix implimentati minn Franza għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri l-għajnuna mħallsa mill-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes et de l’horticulture (Oniflhor) lill-comité économique bigarreau industrie (CEBI) u attribwita lill-produtturi ta’ ċirasa bigarreau għal finijiet industrijali mill-gruppi ta’ produtturi membri ta’ dan il-kumitat minkejja li, minn naħa, dan il-kumitat ma jirriżultax fost it-tmien kumitati ekonomiċi agrikoli msemmija f’din id-deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, din l-għajnuna, kuntrarjament għall-mekkaniżmu ta’ finanzjament deskritt fl-imsemmija deċiżjoni, kienet iffinanzjata biss permezz ta’ sussidji tal-Oniflhor u mhux, ukoll, permezz tal-kontribuzzjonijiet volontarji tal-produtturi.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/21 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Mejju 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court, High Court (l-Irlanda) — l-Irlanda) — Eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra OG (C-508/18), PI (C-82/19 PPU)
(Kawżi magħquda C-508/18 u C-82/19 PPU) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 6(1) - Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” - Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Uffiċċju tal-prosekuzzjoni ta’ Stat Membru - Status - Eżistenza ta’ rabta ta’ subordinazzjoni fir-rigward ta’ korp tal-poter eżekuttiv - Setgħat ta’ struzzjoni individwali tal-Ministru għall-Ġustizzja - Assenza ta’ garanzija ta’ indipendenza)
(2019/C 263/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qrati tar-rinviju
Supreme Court, High Court (l-Irlanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
OG (C-508/18), PI (C-82/19 PPU)
Dispożittiv
1) |
Il-Kawżi C-508/18 u C-82/19 PPU huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza. |
2) |
Il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti”, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat bħala li ma jirreferix għall-Uffiċċji tal-Prosekutur ta’ Stat Membru li huma esposti għar-riskju li, b’mod dirett jew indirett, jiġu suġġetti għal ordnijiet jew għal struzzjonijiet individwali min-naħa tal-poter eżekuttiv, bħalma huwa Ministru għall-Ġustizzja, fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/22 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court — l-Irlanda) — Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra PF
(Kawża C-509/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 6(1) - Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” - Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Prosekutur Ġenerali ta’ Stat Membru - Status - Garanzija ta’ indipendenza)
(2019/C 263/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Parti fil-kawża prinċipali
PF
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti”, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat bħala li jirreferi għall-Prosekutur Ġenerali ta’ Stat Membru li, filwaqt li strutturalment indipendenti mill-ġudikatura, huwa kompetenti sabiex jeżerċita l-prosekuzzjoni kriminali u li l-istatus tiegħu f’dak l-Istat Membru jagħtih garanzija ta’ indipendenza mill-poter eżekuttiv fil-kuntest tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fit-3 ta’ Jannar 2019 — Wilo Salmson France SAS vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București — Administrația Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenți
(Kawża C-10/19)
(2019/C 263/28)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul București
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wilo Salmson France SAS
Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București — Administrația Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenți
B’digriet tal-5 ta’ Ġunju 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) iddikjarat it-talba għal deċiżjoni preliminari manifestament inammissibbli.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/23 |
Appell ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2019 minn Dovgan GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-830/16 — Monolith Frost GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
(Kawża C-142/19)
(2019/C 263/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Dovgan GmbH (rappreżentant: C. Rohnke, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Monolith Frost GmbH
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 (Kawża T-830/16); u |
— |
għaldaqstant: tiċħad ir-rikors. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka aggravji bbażati fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll fuq żnaturament tal-provi.
1. |
Żnaturament tal-provi L-appellanti ssostni, bil-kontra ta’ dak li tafferma l-Qorti Ġenerali fil-punt 55 tas-sentenza appellata, li l-Amtsgericht Köln (il-Qorti Distrettwali ta’ Köln, il-Ġermanja) ma stabbilixxietx li parti kunsiderevoli tal-popolazzjoni Ġermaniża titkellem bir-Russu. L-appellanti ssostni, bil-kontra ta’ dak li tafferma l-Qorti Ġenerali fil-punt 64 tas-sentenza appellata, li l-Bord tal-Appell tal-EUIPO effettivament ikkontesta d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO, skont liema l-kelma “пломбир” [plombir] kienet tintuża, fi żmien dik li kienet l-Unjoni Sovjetika, sabiex tindika tip ta’ ġelat. |
2. |
Ksur tal-Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, għaliex ma ħaditx inkunsiderazzjoni, b’mod żbaljat, id-deċiżjoni tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja) tas-6 ta’ Lulju 2017, li l-intervenjenti kienet issottomettiet. Il-fatt li din il-prova ġiet prodotta biss fil-fażi orali tal-proċedura kien iġġustifikat, fil-fehma tagħha, fid-dawl tad-data tad-deċiżjoni. Barra minn hekk, skont l-appellanti, din kienet prova kuntrarja fis-sens tal-Artikolu 92(7) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
3. |
Ksur tal-Artikolu 85(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali L-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta bbażat ruħha, fil-punt 69, fuq l-annessi K 16 u K 17 prodotti minn Monolith Frost GmbH. Fil-fehma tagħha, dawn l-annessi kienu fil-fatti ġew ippreżentati b’mod tardiv u, skont l-Artikolu 85(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ma kellhomx jibqgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni. |
4. |
Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza appellata, ma pprovdietx motivazzjoni suffiċjenti għall-affermazzjoni li parti kunsiderevoli taċ-ċittadini fl-Istati Baltiċi kienet taf it-tifsira tal-kelma Russa “пломбир”. Hija tqis, b’mod partikolari, li xejn ma jippermetti l-konklużjoni li din il-kelma taqa’ taħt il-vokabularju bażiku u li tinftiehem minn persuni li r-Russu ma huwiex il-lingwa materna tagħhom. L-appellanti ssostni wkoll li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza appellata (b’mod partikolari, fil-punti 64 u 65), ma tatx motivazzjoni suffiċjenti għalfejn il-kelma “пломбир” ma setgħetx tindika isem ta’ fantażija jew trade mark ta’ prodott fi żmien dik li kienet l-Unjoni Sovjetika. Fl-aħħar nett, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli ma tatx raġunijiet, fis-sentenza tagħha (il-punt 66), għalfejn is-sempliċi riferiment ta’ isem fi standard GOST kellu neċessarjament iwassal għall-konklużjoni li kien “kelma komuni” u għalfejn dan l-istandard kellu jkun magħruf mill-pubbliku fl-Unjoni Ewropea. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Trgovački sud u Zagrebu (il-Kroazja) fit-28 ta’ Marzu 2019 — PARKING d.o.o. vs SAWAL d.o.o.
(Kawża C-267/19)
(2019/C 263/30)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Trgovački sud u Zagrebu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: PARKING d.o.o.
Konvenuta: SAWAL d.o.o.
Domandi preliminari
1) |
Dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-Artikolu 1 tal-Ovršni zakon (il-Liġi dwar l-eżekuzzjoni forzata, ippubblikata fin-Narodne novine Nri 112/12, 25/13, 93/14, 55/16 u 73/17), li tagħti s-setgħa lin-nutara sabiex jipproċedu bl-irkupru forzat ta’ djun abbażi ta’ dokument awtentiku billi tinħareġ ordni ta’ infurzar, bħala titolu eżekuttiv, mingħajr kunsens espliċitu tal-persuna ġuridika debitriċi stabbilita fir-Repubblika tal-Kroazja, hija konformi mal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-Artikolu 18 TFUE, fid-dawl tas-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C-484/15 u C-551/15? |
2) |
L-interpretazzjoni mogħtija fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Marzu 2017, Zulfikarpašić (C-484/15, EU:C:2017:199), u Pula Parking (C-551/15, EU:C:2017:193), tista’ tiġi applikata għall-Kawża Povrv-1614/2018 esposta iktar ’il fuq, li din il-qorti hija adita biha, u, b’mod iktar partikolari, ir-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-Kroazja, in-nutara, li jaġixxu fil-qafas tal-kompetenzi li huma mogħtija lilhom bid-dritt nazzjonali fil-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni forzata abbażi ta’ “dokument awtentiku”, li fihom il-konvenuti fil-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni huma persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea, ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “qorti” fis-sens tal-imsemmi regolament? |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Visoki trgovački sud Republike Hrvatske (il-Kroazja) fil-11 ta’ April 2019 — Obala i lučice d.o.o. vs NLB Leasing d.o.o.
(Kawża C-307/19)
(2019/C 263/31)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Visoki trgovački sud Republike Hrvatske
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Obala i lučice d.o.o.
Konvenuta: NLB Leasing d.o.o.
Domandi preliminari
1) |
In-nutara huma awtorizzati jwettqu n-notifika ta’ dokumenti b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, meta huma jinnotifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom f’kawżi li fir-rigward tagħhom ma japplikax ir-Regolament Nru 1215/2012 (2), b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li, fil-Kroazja, in-nutara, meta huma jaġixxu fil-kuntest tas-setgħat mogħtija lilhom mid-dritt nazzjonali fil-proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata abbażi ta’ “dokument awtentiku”, ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “qorti” fis-sens tar-Regolament Nru 1215/2012? Fi kliem ieħor, peress li n-nutara ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “qorti” imsemmi fir-Regolament Nru 1215/2012, huma jistgħu, meta jaġixxu fil-kuntest tas-setgħat mogħtija lilhom mid-dritt nazzjonali fil-proċeduri ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ “dokument awtentiku”, japplikaw ir-regoli relatati man-notifika ta’ dokumenti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1393/2007? |
2) |
L-ipparkjar fit-triq u fit-toroq prinċipali pubbliċi, meta d-dritt għall-ġbir tal-ħlas huwa previst fiż-Zakon o sigurnosti prometa na cestama (il-Liġi dwar is-Sigurtà fit-Toroq) u fir-regoli dwar it-twettiq tal-attivitajiet muniċipali bħala attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi stess, jista’ jitqies bħala kwistjoni ċivili fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 1215/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (riformulazzjoni), li jirregola l-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati kif ukoll ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li, meta tiġi kkonstatata l-preżenza ta’ vettura mingħajr biljett tal-ipparkjar jew b’biljett tal-ipparkjar invalidu, din il-vettura tkun immedjatament suġġetta għall-obbligu ta’ ħlas ta’ biljett ta’ ġurnata, daqs li kieku din kienet ipparkjata l-ġurnata kollha, irrispettivament mit-tul ta’ ħin eżatt tal-użu tal-post tal-ipparkjar, b’mod li dan il-ġbir tal-ħlas tal-biljett ta’ ġurnata huwa ta’ natura sanzjonatorja, filwaqt li għandu jiġi ppreċiżat li f’ċerti Stati Membri, dan l-ipparkjar jitqies bħala kontravvenzjoni tat-traffiku? |
3) |
Fil-proċeduri ġudizzjarji msemmija iktar ’il fuq relatati mal-ipparkjar fit-triq u fit-toroq prinċipali pubbliċi, meta d-dritt għall-ġbir tal-ħlas huwa previst fil-Liġi dwar is-Sigurtà fit-Toroq u fir-regoli dwar it-twettiq tal-attivitajiet muniċipali bħala attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi stess, il-qrati jistgħu jwettqu n-notifika ta’ dokument lill-konvenuti fi Stat Membru ieħor b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali? Fil-każ li, abbażi tad-domandi magħmula iktar ’il fuq, jiġi deċiż li dan it-tip ta’ pparkjar huwa kwistjoni ċivili, id-domandi sussegwenti jsiru b’mod sussidjarju: |
4) |
F’dan il-każ, tapplika l-preżunzjoni ta’ konklużjoni ta’ kuntratt permezz tal-imsemmi pparkjar fit-triq f’post identifikat permezz ta’ sinjali orizzontali u/jew vertikali, jiġifieri, huwa meqjus li permezz tal-ipparkjar kuntratt huwa konkluż u li jekk il-prezz ma jitħallasx skont it-tariffa fis-siegħa tal-ipparkjar, il-biljett ta’ ġurnata jkun dovut. Għaldaqstant, tqum id-domanda dwar jekk din il-preżunzjoni ta’ konklużjoni ta’ kuntratt permezz ta’ dan l-ipparkjar u l-kunsens għall-ħlas tal-prezz tal-biljett ta’ ġurnata meta l-biljett ma jinxtarax skont it-tariffa fis-siegħa tal-ipparkjar jew meta jiskadi t-tul ta’ ħin tal-biljett mixtri jmorrux kontra d-dispożizzjonijiet fundamentali fil-qasam ta’ provvista ta’ servizzi previsti fl-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fid-dispożizzjonijiet l-oħra tal-acquis tal-Unjoni Ewropea. |
5) |
F’dan il-każ l-ipparkjar kien sar f’Zadar u, għaldaqstant, teżisti rabta bejn dan il-kuntratt u l-qrati Kroati, iżda dan l-ipparkjar huwa “servizz” skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012, peress li l-kunċett ta’ servizz jimplika li l-parti li tipprovdih twettaq attività speċifika, jiġifieri, li hija twettaq din l-attività speċifika inkambju għal ħlas u, għaldaqstant, tqum id-domanda dwar jekk l-attività mwettqa mir-rikorrenti hijiex biżżejjed sabiex titqies bħala servizz? Fil-każ ta’ assenza ta’ ġurisdizzjoni speċjali tal-qrati Kroati bis-saħħa tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012, il-qorti tad-domiċilju tal-konvenuta jkollha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża. |
6) |
L-ipparkjar fit-triq u fit-toroq prinċipali pubbliċi, meta d-dritt għall-ġbir tal-ħlas huwa stabbilit permezz tal-Liġi dwar is-Sigurtà fit-Toroq u tar-regoli dwar it-twettiq tal-attivitajiet muniċipali bħala attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi u l-ġbir tal-ħlas isir biss matul perijodu speċifiku tal-ġurnata, jista’ jitqies bħala kuntratt ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli abbażi tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012? |
7) |
Jekk f’dan il-każ ma tistax tiġi applikata l-preżunzjoni msemmija iktar ’il fuq li dan l-ipparkjar wassal għall-konklużjoni ta’ kuntratt (ir-raba’ domanda preliminari), dan it-tip ta’ pparkjar, li fir-rigward tiegħu l-kompetenza fil-qasam tal-ġbir tal-ħlas għall-ipparkjar tirriżulta mil-Liġi dwar is-Sigurtà fit-Toroq u li tipprevedi l-ħlas ta’ biljett ta’ ġurnata jekk il-biljett ma jitħallasx minn qabel għal kull siegħa ta’ użu tal-post tal-ipparkjar jew jekk it-tul ta’ ħin li għalih il-biljett tħallas ikun skada, jista’ jitqies bħala delitt jew kważi delitt fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012? |
8) |
F’dan il-każ, l-ipparkjar seħħ qabel id-data ta’ adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, preċiżament fit-30 ta’ Ġunju 2012 fis-1.02 ta’ waranofsinhar. Għaldaqstant, qiegħed jiġi mistoqsi jekk ir-regolamenti relatati mal-liġi applikabbli, jiġifieri r-Regolament Nru 593/2008 (3) jew ir-Regolament Nru 864/2007 (4), humiex applikabbli f’dan il-każ, fid-dawl tal-validità ratione temporis ta’ dawn ir-regolamenti? Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dritt sostantiv issir id-domanda sussegwenti: |
9) |
Il-preżunzjoni ta’ konklużjoni ta’ kuntratt permezz ta’ dan l-ipparkjar u tal-kunsens għall-ħlas tal-prezz tal-biljett ta’ ġurnata meta l-biljett ma jinxtarax skont it-tariffa fis-siegħa tal-ipparkjar jew meta jiskadi t-tul ta’ ħin tal-biljett mixtri jmorru kontra d-dispożizzjonijiet fundamentali fil-qasam ta’ provvista ta’ servizzi stabbiliti fl-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fid-dispożizzjonijiet l-oħra tal-acquis tal-Unjoni Ewropea, irrispettivament minn jekk il-proprjetarju tal-vettura huwiex persuna fiżika jew ġuridika? Fi kliem ieħor, fir-rigward tad-determinazzjoni tad-dritt sostantiv, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 593/2008 jistgħu japplikaw f’dan il-każ (meta jiġi osservat li l-proċess preżenti ma jinkludi ebda prova li l-partijiet qablu dwar il-liġi applikabbli)?
|
(1) Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU 2007, L 324, p. 79, rettifika fil-ĠU 2015, L 68, p. 91).
(2) Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).
(3) Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU 2008, L 177, p. 6, rettifika fil-ĠU 2009, L 309, p. 87).
(4) Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU 2007, L 199, p. 40).
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/28 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fil-15 ta’ April 2019 — Consiliul Concurenței vs Whiteland Import Export SRL
(Kawża C-308/19)
(2019/C 263/32)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Înalta Curte de Casație și Justiție
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Consiliul Concurenței (il-Kunsill tal-kompetizzjoni, ir-Rumanija)
Konvenuta: Whiteland Import Export SRL
Domanda preliminari
L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 101 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri, li jagħtu, lir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-preskrizzjoni tad-dritt tal-Kunsill tal-kompetizzjoni li jimponi sanzjonijiet amministrattivi, interpretazzjoni konformi mal-leġiżlazzjoni li tinsab fl-Artikolu 25(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1) u li jipprekludu li r-regoli tad-dritt nazzjonali jiġu interpretati fis-sens li b’att li jinterrompi l-preskrizzjoni wieħed għandu jifhem biss l-att formali ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni dwar prattika antikompetittiva, mingħajr ma l-azzjonijiet ulterjuri mwettqa għall-finijiet tat-tkomplija ta’ din il-prattika jaqgħu fl-istess kategorija tal-atti li jinterrompu l-preskrizzjoni?
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/28 |
Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 mill-Asociación de fabricantes de morcilla de Burgos mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-14 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-709/18, Asociación de fabricantes de morcilla de Burgos vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-309/19 P)
(2019/C 263/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Asociación de fabricantes de morcilla de Burgos (rappreżentanti: J. J. Azcárate Olano u E. Almarza Nantes, abogados)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
tannulla kompletament id-digriet appellat u, għaldaqstant, tiddikjara ammissibbli r-rikors għal annullament ippreżentat minn din il-parti bis-saħħa tal-Artikolu 263 TFUE kontra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1214 tad-29 ta’ Awwissu 2018 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti “Morcilla de Burgos” (IĠP) (1); sabiex, sussegwentement, wara eżami tal-mertu tal-kawża, tingħata sentenza li permezz tagħha l-imsemmi Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1214 tad-29 ta’ Awwissu 2018 jiġi ddikjarat null u bla effett, tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-aggravju huwa bbażat fuq l-irregolarità tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, li tippreġudika l-interessi ta’ din l-appellanti, li tirriżulta minn żball ta’ liġi, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 73(1) et seq tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u tal-ġurisprudenza li tiżviluppah, skont il-bażijiet legali sussegwenti:
— |
id-digriet appellat essenzjalemnt jafferma, b’mod żbaljat, li t-talba kien fiha “biss firem skannjati” tar-rappreżentati tal-appellanti, meta, fir-realtà, din kien fiha firem elettroniċi kkwalifikati, b’ċertifikat ikkwalifikat ACA, li għandhom effett ġuridiku ekwivalenti għal dak ta’ firma bl-idejn. |
— |
dawn il-firem elettroniċi kkwalifikati huma rrikonoxxuti u protetti mir-Regolament eIDAS, Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 (2). |
— |
il-firem elettroniċi kkwalifikati, b’ċertifikati kkwalifikati ACA, josservaw kompletament l-essenza u l-bażi tal-Artikolu 73(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali: “bil-għan ta’ ċertezza legali, tiġi ggarantita l-awtentiċità ta’ dan l-att proċedurali u jiġi eskluż ir-riskju li dan ma jkunx, fir-realtà, xogħol ta’ awtur awtorizzat għal dan il-għan”, hekk kif jindika d-digriet appellat. |
— |
l-Artikolu 73(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tħassar permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tal-11 ta’ Lulju 2018, fejn din l-emenda daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2018 (jumejn wara t-tressiq tat-talba), filwaqt li l-applikazzjoni tar-regola l-iktar favorevoli tikkostitwixxi prinċipju fundamentali u universali fid-dritt ta’ sanzjoni tal-ordinamenti ġuridiċi tal-Punent. |
— |
il-ġurisprudenza invokata fid-digriet appellat, sabiex tiġi ġġustifikata l-inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat minn din il-parti, tirrigwarda prinċipalment il-firem skannjati. Madankollu, il-każ inkwistjoni f’din il-kawża (talba b’firma elettronika kkwalifikata, b’ċertifikat ACA) ma ġiex deċiż mill-qrati tal-Unjoni. |
— |
ir-regoli għandhom jiġu interpretati b’rabta mar-realtà soċjali taż-żmien li fih għandhom jiġu applikati, filwaqt li għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-essenza u għall-għan tagħhom. |
(2) Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU 2014, L 257, p. 73).
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/29 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Trgovački sud u Zagrebu (il-Kroazja) fit-18 ta’ April 2019 — Interplastics s.r.o. vs Letifico d.o.o.
(Kawża C-323/19)
(2019/C 263/34)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Trgovački sud u Zagrebu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorreni: Interplastics s.r.o.
Konvenuta: Letifico d.o.o.
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, jiġifieri l-Artikolu 1 tal-Ovršni zakon (il-Liġi dwar l-Eżekuzzjoni Forzata) (Narodne novine, br. 112/12, 25/13, 93/14, 55/16 u 73/17), li tawtorizza lin-nutara li jwettqu l-irkupru forzat ta’ dejn abbażi ta’ dokument awtentiku billi joħorġu mandat ta’ eżekuzzjoni, bħala titolu eżeuttiv, mingħajr il-kunsens speċifiku tal-persuna ġuridika debitriċi stabbilita fil-Kroazja, hija konformi mal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali kif ukoll mal-Artikolu 18 tat-[Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea], fid-dawl tas-sentenzi [tad-9 ta’ Marzu 2017, Zulfikarpašić (C-484/15, EU:C:2017:199)] u [tad-9 ta’ Marzu 2017, Pula Parking (C-551/15, EU:C:2017:193)]? |
2) |
L-interpretazzjoni mogħtija fis-sentenzi [ċċitati iktar ’il fuq] tal-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiġi applikata għall-Kawża [Povrv-752/19], esposta preċedentement, u, iktar preċiżament, ir-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-Kroazja, in-nutura, li jaġixxu fil-kuntest ta’ kompetenzi mogħtija lilhom mid-dritt nazzjonali fil-proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata abbażi ta’ “dokument awtentiku” li [fihom] il-partijiet li jfittxu l-eżekuzzjoni huma persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “qorti” fis-sens ta’ dan ir-regolament? |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fit-2 ta’ Mejju 2019 — D. J. vs Radiotelevizija Slovenija
(Kawża C-344/19)
(2019/C 263/35)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče Republike Slovenije
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: D. J.
Konvenuta: Radiotelevizija Slovenija
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża inkwistjoni għandu jitqies bħala ħin tax-xogħol il-perijodu ta’ stand-by li matulu l-ħaddiem li jaħdem f’ċentru ta’ trażmissjoni tat-televiżjoni, meta jkun liberu (peress li l-preżenza fiżika tiegħu fuq il-post tax-xogħol ma tkunx neċessarja), għandu jkun jista’ jiġi kkuntattjat permezz tat-telefon u jirritorna fuq il-post tax-xogħol, fil-każ ta’ bżonn, fi żmien siegħa? |
2) |
Il-fatt li l-ħaddiem jirrisjedi f’residenza li tinsab fil-post fejn huwa jwettaq xogħlu (ċentru ta’ trażmissjoni tat-televiżjoni) peress li l-karatteristiċi ġeografiċi tal-post jirrendu impossibbli (jew iktar diffiċli) li huwa jirritorna kuljum ix-xogħol (“fil-wied”) għandu effett fuq id-definizzjoni tal-istand-by fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża? |
3) |
Ir-risposta għad-domandi preċedenti hija differenti jekk il-post involut ikun wieħed fejn il-possibbiltajiet li jiġu eżerċitati attivitajiet rikreattivi jkunu limitati minħabba l-karatteristiċi ġeografiċi tal-imsemmi post u jekk il-ħaddiem ikun iktar limitat fil-ġestjoni ta’ ħinu u sabiex isegwi l-interessi proprji tiegħu (milli kieku jkun joqgħod f’daru)? |
(1) Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/31 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Mejju 2019 — Bundeszentralamt für Steuern vs Y-GmbH
(Kawża C-346/19)
(2019/C 263/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bundeszentralamt für Steuern
Konvenuta: Y-GmbH
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 8(2)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1), prevista fid-Direttiva 2006/112/EC (2), għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor, li jipprovdi li l-applikazzjoni għal rifużjoni għandha tinkludi fost l-oħrajn, għal kull Stat Membru ta’ rifjużjoni u għal kull fattura, in-numru tal-fattura, għandu jiġi interpretat fis-sens li n-numru ta’ referenza tal-fattura, indikat bħala kriterju ta’ klassifikazzjoni supplimentari, flimkien man-numru ta’ fattura, huwa wkoll suffiċjenti? |
2) |
Fil-każ li r-risposta li tingħata għad-domanda preċedenti tkun fin-negattiv: applikazzjoni għal rifużjoni, li tindika n-numru ta’ referenza ta’ fattura minflok in-numru tal-fattura, għandha titqies li hija formalment kompluta u ppreżentata fit-terminu previst għall-finijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/9? |
3) |
Fir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-persuna taxxabbli li ma hijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni setgħet raġonevolement tippreżupponi li, minn perspettiva ta’ applikant avżat, u minħabba l-istruttura tal-portal elettroniku fl-Istat Membru ta’ residenza, huwa biżżejjed, sabiex l-applikazzjoni tkun korretta u, fi kwalunkwe każ, sabiex tkun formalment kompluta u ppreżentata fit-terminu previst, li jiġi indikat kodiċi ieħor għajr in-numru tal-fattura sabiex tiġi identifikata l-fattura li hija s-suġġett tal-applikazzjoni? |
(2) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60)
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/32 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (is-Slovenja) fit-8 ta’ Mejju 2019 — Ministrstvo za notranje zadeve vs Tax-Fin-Lex d.o.o.
(Kawża C-367/19)
(2019/C 263/37)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ministrstvo za notranje zadeve
Konvenuta: Tax-Fin-Lex d.o.o.
Domandi preliminari
1) |
Ikun hemm “kuntratt b’titolu oneruż”, bħala element ta’ kuntratt pubbliku fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24 (1) meta l-awtorità kontraenti ma hija meħtieġa tipprovdi ebda korrispettiv iżda, bl-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku, l-operatur ekonomiku jikseb aċċess għal suq ġdid u referenzi? |
2) |
Huwa possibbli jew neċessarju li l-punt 5 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24 jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi bażi legali għal ċaħda ta’ offerta bi prezz ta’ EUR 0.00? |
(1) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 64, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68).
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/32 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fid-29 ta’ Mejju 2019 — Maksu- ja Tolliamet vs Heavyinstall OÜ
(Kawża C-420/19)
(2019/C 263/38)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Riigikohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Maksu- ja Tolliamet
Parti oħra fil-proċedura: Heavyinstall OÜ
Domanda preliminari
L-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti ta’ Stat Membru li rċeviet it-talba għal miżuri ta’ prekawzjoni tkun, meta tagħti deċiżjoni dwar din it-talba konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha (li l-qorti rikjesta tista’ tagħmel konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 16), marbuta bil-perspettiva tal-qorti tal-Istat tal-istabbiliment tal-applikant fir-rigward tan-neċessità u tal-possibbiltà ta’ miżuri ta’ prekawzjoni meta dokument li jinkludi din il-perspettiva jkun tressaq quddiem il-qorti (l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16[(1)], li tindika li dan id-dokument ma għandu jkun suġġett għal ebda att ta’ rikonoxximent, ta’ suppliment jew ta’ sostituzzjoni fl-Istat Membru rikjest)?
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/33 |
Appell ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2019 minn Deutsche Lufthansa AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fit-12 ta’ April 2019 fil-Kawża T-492/15, Deutsche Lufthansa AG vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-453/19 P)
(2019/C 263/39)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Deutsche Lufthansa AG (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Land Rheinland-Pfalz, Ryanair DAC
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tiddikjara li r-rikors kien ammissibbli u fondat, sa fejn l-appellanti kkontestat il-miżura Nru 12 (ħlas fir-riżerva ta’ kapital tal-FFHG (1)), minħabba li b’din il-miżura kienet iffinanzjat għajnuna operatorja favur il-FFHG; |
— |
minbarra dan, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2019 fil-Kawża T-492/15; |
— |
tilqa’ t-talba tal-ewwel istanza u tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża tal-Kummissjoni SA.21121 tal-1 ta’ Ottubru 2014 (2) (bl-eċċezzjoni tal-miżura Nru 12, sa fejn intużat għall-ħlas ta’ għajnuna operatorja għall-funzjonament favur il-FFHG); |
— |
sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka essenzjalment l-aggravji li ġejjin:
Għajnuna individwali li hija s-suġġett ta’ proċedura ta’ investigazzjoni:
— |
L-appellanti ssostni li hija kienet diġà individwalment ikkonċernata abbażi tas-sentenza COFAZ (3) u għalhekk għandha locus standi. Dan huwa bbażat fuq il-fatt li punti ta’ fatt essenzjali u vantaġġi supplimentari ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni, minkejja li kienet ġet informata b’dawn il-miżuri mill-appellanti. Skont l-appellanti, il-Kummissjoni kienet għalhekk kisret id-drittijiet proċedurali tagħha. |
— |
Jekk l-hekk imsejħa ġurisprudenza Mory (4) hija intiża li tapplika, għalhekk sussidjarjament kellha tapplika l-ewwel alternattiva. L-appellanti tqis, fid-dawl tal-ksur tad-drittijiet proċedurali tagħha, li ma jistax jitqies li l-Kummissjoni implimentat proċedura ta’ investigazzjoni regolari. F’dan il-każ ukoll, l-appellanti kienet individwalment ikkonċernata u għalhekk għandha locus standi. |
— |
Sussidjarjament l-appellanti ssostni li r-rikors għandu jitqies bħala ammissibbli f’każ ta’ applikazzjoni tat-tieni alternattiva tal-hekk imsejħa ġurisprudenza Mory, li tipprovdi li din l-appellanti għandha tipproduċi l-prova li l-pożizzjoni tagħha fis-suq hija affettwata b’mod sinjifikattiv. Fil-fehma tagħha, f’dan il-każ hemm inverżjoni tal-oneru tal-prova, u tal-inqas tnaqqis tal-oneru tal-prova favur l-appellanti, peress li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni, b’mod arbitrarju, il-punti fattwali kunsiderevoli li kienet taf dwarhom. B’mod unikament sussidjarju, għandu jiġi kkonstatat, skont l-appellanti, li din effettivament uriet li l-pożizzjoni tagħha fis-suq kienet ġiet affettwata b’mod sinjifikattiv. L-evalwazzjoni ġuridika differenti tal-Qorti Ġenerali ma tiħux inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u hija bbażata fuq analiżi legalment żbaljata tas-suq rilevanti. F’dan ir-rigward, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali żnaturat u rreduċiet il-fatti tal-appellanti u tal-Kummissjoni, emendat il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata u kisret ir-regoli tal-oneru tal-prova. |
Skemi ta’ għajnuna:
— |
Fil-kuntest ukoll tal-iskemi ta’ għajnuna, l-appellanti tqis li r-rikors kellu jitqies bħala ammissibbli abbażi tas-sentenza Montessori (5). |
Għajnuna individwali li ma kinitx is-suġġett ta’ investigazzjoni:
— |
Fir-rigward tal-għajnuna individwali li ma kinitx is-suġġett ta’ investigazzjoni, l-appellanti tqis li r-rikors kellu fi kwalunkwe każ jitqies bħala ammissibbli skont l-ewwel alternattiva tal-ġurisprudenza Mory, minħabba li l-Kummissjoni ma fetħitx f’dan ir-rigward proċedura ta’ investigazzjoni approfondita. |
(1) Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH (iktar ’il quddiem il-FFHG).
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/789 tal-1 ta’ Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21121 (C29/08) (l-eks NN 54/07) implimentata mill-Ġermanja dwar il-finanzjament tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn u r-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-ajruport u Ryanair (ĠU 2016, L 134, p. 46).
(3) Sentenza tat-12 ta’ Lulju 1990, Société CdF Chimie azote et fertilisants SA u Société chimique de la Grande Paroisse (SCGP) SA vs Il-Kummissjoni (C-164/84, ECLI:EU:C:1990:301).
(4) Sentenza tas-17 ta’ Settembru 2015, Mory SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea (C-33/14 P, ECLI:EU:C:2015:609).
(5) Sentenza tas-6 ta’ Novembru 2018, Scuola Elementare Maria Mntessori Srl et (C-622/16 P sa C-624/16 P, ECLI:EU:C:2018:873).
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/35 |
Appell ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 minn ClientEarth mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-4 ta’ April 2019 fil-Kawża T-108/17, ClientEarth vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-458/19 P)
(2019/C 263/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: ClientEarth (rappreżentant: A. Jones, barrister)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-108/17; |
— |
tibgħat il-kawża lill-Qorti Ġenerali, jew, sussidjarjament, |
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-108/17 u |
— |
tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża u, fi kwalunkwe każ, |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mill-intervenjenti, fl-ewwel istanza u fl-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju: Żball ta’ liġi meta ddikjarat li r-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali “jista’ jirrigwarda biss il-legalità tad-deċiżjoni dwar it-talba għal eżami mill-ġdid intern u mhux in-natura suffiċjenti jew le tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni” u li “l-motivi u l-argumenti mqajma quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kuntest ta’ rikors intiż għall-annullament ta’ deċiżjoni li tiċħad talba għal eżami mill-ġdid intern jistgħu jiġu kkunsidrati li huma ammissibbli biss sa fejn dawn il-motivi u dawn l-argumenti jkunu diġà ġew ippreżentati mir-rikorrent fit-talba għal eżami mill-ġdid intern” u meta fid-dawl ta’ dawn il-premessi ċaħdet ir-rikors għal annullament tal-appellanti bħala inammissibbli.
It-tieni aggravju: Żball ta’ liġi meta rrikjediet livell għoli wisq ta’ grad ta’ prova ta’ Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (NGOs) li jaġixxu abbażi tal-Artikoli 10 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (1).
It-tielet aggravju: Żball ta’ liġi meta ddeċidiet li t-tnaqqis fl-ammont ta’ SVHC (2) verġni prodotta jew użata minflok l-użu ta’ verżjoni rriċiklata tas-SVHC tista’ tikkostitwixxi funzjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (3) u l-bażi ta’ analiżi utli ta’ alternattiva.
Ir-raba’ aggravju: Żball ta’ liġi meta interpretat l-evalwazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 60(7) tar-Regolament (KE) Nru 19047/2006 bħala li tirirgwarda biss il-forma u ma rrikjedietx li tivverifika jekk l-informazzjoni pprovduta b’applikazzjoni fil-fatt issodisfatx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 62 u tal-Anness I.
Il-ħames aggravju: Żball ta’ liġi meta interpretat l-Artikolu 60(4) bħala li jippermetti li tikkonkludi fuq il-bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji mingħajr ma jkollha informazzjoni dwar ir-riskju li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness I.
Is-sitt aggravju: Żball ta’ liġi meta ddeċidiet li “fid-dawl tal-Artikolu 60(2) u tal-Artikolu 62(4)(d) tar-Regolament Nru 1907/2006, għandu jiġi konkluż li hija biss id-data li tirrigwarda l-proprjetajiet intrinsiċi ta’ sustanza li ġiet inkluża fl-Anness IV tar-Regolament Nru 1907/2006 li hija rilevanti għall-istima tar-riskji, imsemmija fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 60(4) tar-Regolament Nru 1907/2006.”
Is-seba’ aggravju: Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-prinċipju ta’ prekawzjoni.
(1) Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13).
(2) Substance of very high concern, sustanza sustanza ta’ tħassib serju ħafna.
(3) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU 2011, L 44, p. 2, rettifika fil-ĠU 2011, L 49, p. 52).
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/36 |
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 minn Qualcomm, Inc., Qualcomm Europe, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-9 ta’ April 2019 fil-Kawża T-371/17, Qualcomm and Qualcomm Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-466/19 P)
(2019/C 263/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Qualcomm, Inc., Qualcomm Europe, Inc. (rappreżentanti: M. Pinto de Lemos Fermiano Rato, advogado, M. Davilla, dikigoros)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 2258 finali tal-31 ta’ Marzu 2017 dwar il-proċedura skont l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) fil-Każ AT.39711 — Qualcomm (Predation) (id-“Deċiżjoni”); |
— |
alternattivament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni konformement mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-appellanti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali naqset milli tindirizza l-argumenti mqajjma mir-rikorrent.
It-tieni aggravju: il-konklużjoni li d-deċiżjoni kienet immotivata adegwatament hija bbażata fuq żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ dritt u hija milquta minn nuqqas ta’ motivazzjoni.
It-tielet aggravju: il-konklużjoni li l-informazzjoni rikjesta mid-deċiżjoni kienet neċessarja hija bbażata fuq żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ dritt, żnaturament tal-provi, nuqqas ta’ motivazzjoni, u nuqqas li jiġu evalwati il-provi rilevanti kollha.
Ir-raba’ aggravju: il-konklużjoni li l-informazzjoni rikjesta mid-deċiżjoni kienet proporzjonata hija bbażata fuq żbalji manifesti ta’ fatt, żnaturament tal-provi, u nuqqas ta’ motivazzjoni.
Il-ħames aggravju: il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat ir-regoli dwar l-oneru tal-prova inkkonessjoni mal-allegat ksur tal-Artikolu 102 TFEU.
Is-sitt aggravju: il-Qorti Ġenerali waslet għal konklużjonijiet li jiksru id-dritt li tiġi evitata l-awtoinkriminazzjoni.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
Il-Qorti Ġenerali
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/38 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — Frank vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-478/16) (1)
(“Riċerka u żvilupp teknoloġiku - Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) - Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma ERC għas-sena 2016 - Deċiżjoni tal-ERCEA li tiċħad talba għal sussidju bħala ineliġibbli - Rikors amministrattiv quddiem il-Kummissjoni - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda - Inammissibbiltà parzjali - Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)
(2019/C 263/42)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Regine Frank (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Conrad, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, L. Mantl u B. Conte, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2016 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2016 li jiċħdu rispettivament b’mod impliċitu u espliċitu l-azzjoni amministrattiva ppreżentata mir-rikorrenti, konformement mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 235).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/39 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — RV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-167/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal - Għoti ta’ leave fl-interess tas-servizz - Irtirar awtomatiku - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà parzjali - Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi - Tqajjim ex officio - Interpretazzjoni letterali, kuntestwali u teleoloġika”)
(2019/C 263/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: RV (rappreżentanti: inizjalment minn J.-N. Louis u N. de Montigny, sussegwentement minn J.-N. Louis,)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u D. Martin, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn J. Steele u D. Nessaf, sussegwentement minn J. Steele u M. Rantala, u finalment minn J. Steele u C. González Argüelles, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2016 li tqiegħed lir-rikorrent fuq leave fl-interess tas-servizz skont l-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u, simultanjament, fuq irtirar awtomatiku skont il-ħames paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Diċembru 2016 li permezz tagħha RV tqiegħed fuq leave fl-interess tas-servizz u, simultanjament, fuq irtirar awtomatiku, hija annullata. |
2) |
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. |
3) |
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn RV, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |
4) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — CC vs Il-Parlament
(Kawża T-248/17 RENV) (1)
(“Responsabbiltà - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali EUR/A/151/98 - Żbalji mwettqa mill-Parlament Ewropew fil-ġestjoni tal-lista ta’ riżerva - Dannu materjali”)
(2019/C 263/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CC (rappreżentanti: G. Maximini u C. Hölzer, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u E. Despotopoulou, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża li tikseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament iġġarrab minħabba żbalji differenti mwettqa mill-Parlament fil-ġestjoni tal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EUR/A/151/98.
Dispożittiv
1) |
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil CC is-somma ta’ EUR 6 000. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
(1) ĠU C 133, 5.5.2012 (kawża inizjalment irreġistrata mat-Tribunal għas-Servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-9/12 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — TO vs AEA
(Kawża T-462/17) (1)
(“Servizz Pubbliku - Aġenti kuntrattwali - Kuntratt għal żmien ddeterminat - Tkeċċija matul leave tal-mard - Artikolu 16 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 48(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 26 tal-Istatut - Ipproċessar ta’ data ta’ natura personali - Artikolu 84 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Fastidju morali”)
(2019/C 263/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: TO (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (rappreżentanti: O. Cornu, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn D. Nessaf u J. Van Pottelberge, sussegwentement minn J. Van Pottelberge u J. Steele, aġenti) u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża minn naħa, għall-annullament, fl-ewwel lok, tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2016 li biha d-direttur eżekuttiv tal-AEA irrexxinda r-reklutaġġ tar-rikorrenti bħala aġent kuntrattwali u, fit-tieni lok, tad-deċiżjoni tal-20 ta’ April 2017, li biha l-imsemmi direttur ċaħad l-ilment tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2016 u, min-naħa l-oħra, għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2016, li biha d-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (AEA) irrexxinda r-reklutaġġ ta’ TO bħala aġent kuntrattwali, hija annullata. |
2) |
L-AEE hija kkundannata tħallas lil TO ammont li jekwivali għal xahar ta’ remunerazzjoni fuq il-bażi ta’ preavviż u għal terz tas-salarju bażiku mensili tal-perijodu ta’ prova mwettaq mir-rikorrenti, li minnu għandha jitnaqqas il-kumpens tat-tkeċċija li hija diġà rċeviet. |
3) |
L-AEA hija kkundannata tħallas lil TO l-ammont ta’ EUR 6 000. |
4) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
5) |
L-AEA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn TO. |
6) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/41 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — EOS Deutscher Inkasso-Dienst vs EUIPO — IOS Finance EFC (IOS FINANCE)
(Kawża T-583/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva IOS FINANCE - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti EOS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2019/C 263/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: EOS Deutscher Inkasso-Dienst GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Sorg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: IOS Finance EFC, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 2262/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn EOS Deutscher Inkasso-Dienst u IOS Finance EFC.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
EOS Deutscher Inkasso-Dienst GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/42 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Visi/one vs EUIPO — EasyFix (Tabelli li jiddendlu għall-karozzi)
(Kawża T-74/18) (1)
(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tabelli li jiddendlu għall-karozzi - Disinn preċedenti - Prova tal-iżvelar - Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Raġuni għall-invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Utent avżat - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikoli 6 u 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002”)
(2019/C 263/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Visi/one GmbH (Remscheid, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Bourree u M. Bartz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Hanne u D. Walicka, agents)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: EasyFix GmbH (Vjenna, l-Awstrija)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1424/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn EasyFix u Visi/one.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Visi/one GmbH u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/43 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — MPM-Quality vs EUIPO — Elton Hodinářská (MANUFACTURE PRIM 1949)
(Kawża T-75/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva MANUFACTURE PRIM 1949 - Użu ġenwin tat-trade mark - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2019/C 263/48)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: MPM-Quality v.o.s. (Frýdek-Místek, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Kyjovský, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elton Hodinářská a.s. (Nové Město nad Metují, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Matoušek, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 556/2017-4) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn MPM-QUALITY u ELTON hodinářská.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
MPM-QUALITY v.o.s. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |
3) |
ELTON hodinářská, a.s. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/44 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-138/18) (1)
(“Servizz pubbliku - Eks Uffiċjali - Investigazzjoni tal-OLAF - Kawża ‘Eurostat’ - Trażmissjoni lil awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali ta’ informazzjoni relattiva għal fatti li jistgħu jkunu suġġetti għal proċeduri kriminali - Assenza ta’ informazzjoni preċedenti dwar l-uffiċjali potenzjalment ikkonċernati - Danni allegatament subiti minħabba l-aġir tal-OLAF u tal-Kummissjoni matul il-proċedura - Dannu morali, fiżiku u materjali - Rabta ta’ kawżalità”)
(2019/C 263/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Fernando De Esteban Alonso (Saint-Martin-de-Seignanx, Franza) (rappreżentant: C. Huglo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Striani u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża biex jinkiseb kumpens għad-danni morali, fiżiċi u materjali allegatament subiti mir-rikorrent.
Dispożittiv
1) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil Fernando De Esteban Alonso s-somma ta’ EUR 62 000 bħala kumpens għad-dannu morali subit minnu. |
2) |
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk subiti minn F. De Esteban Alonso. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/44 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — Biedermann Technologies vs EUIPO (Compliant Constructs)
(Kawża T-291/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Compliant Constructs - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 263/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Biedermann Technologies GmbH & Co. KG (Donaueschingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Jacob, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek u M. Fischer, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2018 (Każ R 1626/2017-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Compliant Constructs bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożttiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Biedermann Technologies GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/45 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — Advance Magazine Publishers vs EUIPO — Enovation Brands (VOGUE)
(Kawża T-346/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali VOGUE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VOGA - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625) - Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95”)
(2019/C 263/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Alkin, barrister u N. Hine, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Enovation Brands, Inc. (Aventura, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2018 (Każ R 259/2017-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Enovation Brands u Advance Magazine Publishers.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ Marzu 2018 (Każ R 259/2017-4) hija annullata. |
2) |
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Advance Magazine Publishers, Inc. |
3) |
Enovation Brands, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/46 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Luz Saúde vs EUIPO — Clínica La Luz (HOSPITAL DA LUZ)
(Kawża T-357/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva HOSPITAL DA LUZ - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti clínica LALUZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 263/52)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Luz Saúde, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Gentil Anastácio, P. Guerra e Andrade, M. Barros Silva u G. Moreira Rato, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u I. Ribeiro da Cunha u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Clínica La Luz, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ April 2018 (Każ R 2084/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Clínica La Luz u Luz Saúde.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Luz Saúde, SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/47 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Innocenti vs EUIPO — Gemelli (Innocenti)
(Kawża T-392/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Innocenti - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti INNOCENTI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 263/53)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Innocenti SA (Lugano, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Ferretti, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Filippo Gemelli (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment C. Renna, sussegwentement F. Canu, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ April 2018 (Każ R 2336/2010-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn F. Gemelli u Innocenti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Innocenti SA hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn F. Gemelli. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/47 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Pielczyk vs EUIPO — Thalgo TCH (DERMÆPIL SUGAR EPIL SYSTEM)
(Kawża T-398/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea DERMÆPIL sugar epil system - Trade mark figurattiva preċedenti dermépil - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64 (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament 2017/1001) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tal-imsemmi regolament (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001) - Tqabbil tal-prodotti”)
(2019/C 263/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Radoslaw Pielczyk (Klijndijk, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: K. Kielar, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u K. Kompari, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Thalgo TCH (Roquebrune-sur-Argens, Franza) (rappreżentant: C. Bercial Arias, avukat)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ April 2018 (Każijiet magħquda R 979/2017-4 u R 1070/2017-4), dwar procedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Thalgo TCH u M. Pielczyk.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Radoslaw Pielczyk huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/48 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Ortlieb Sportartikel vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ Poligonu ottagonali)
(Kawża T-449/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta poligonu ottagonali - Raġuni assolut għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 263/55)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ortlieb Sportartikel GmbH (Heilsbronn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Wulff u K. Schmidt-Hern, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ April 2018 (Każ R 1634/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta poligonu ottagonali bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ortlieb Sportartikel GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/49 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2019 — VK vs Il-Kunsill
(Kawża T-151/18)
(2019/C 263/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: VK (rappreżentant: K. Lara, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/141 tad-29 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija ĠU 2018, L 25, p. 38) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/135 tat-28 ta’ Jannar 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2019, L 25, p. 23) sa fejn dawn id-deċiżjoni jikkonċernaw lir-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 31, 46 u 55 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni. F’dan ir-rigward r-rikorrent isostni li skont dawn id-dispożizzjonijiet, miżura ta’ prekawzjoni ta’ ffriżar u konfiska trid tkun ibbażata jew fuq deċiżjoni tal-Istat li jagħmel it-talba għaliha, jew fuq espożizzjoni tal-fatti rilevanti minn dan l-istess Stat li jagħmel it-talba għaliha b’deskrizzjoni tal-miżuri mitluba. Isa, skontu, il-miżuri restrittivi ġew ordnati u estiżi mingħajr espożizzjoni, anki qasira, tal-fatt allegati. Barra minn hekk it-Tuneżija ma titlobx li jibqgħu l-miżuri restrittivi kkontestati. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kunsill meta qies li ma kienx marbut li jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi prodotti mir-rikorrent u l-argumenti magħmula minnu, lanqas li jagħmel verifiki supplimentari mal-awtoritajiet Tuneżini, filwaqt li l-imsemmija elementi u argumenti kienu tali li jqajmu mistoqsijiet leġittimi dwar l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter imwettaq mill-Kunsill, peress li allegtament huwa kompliċi tal-awtoritajiet Tuneżini li l-iskop uniku tagħhom huwa li jiġġustifikaw il-konfiska inġusta u illegali tal-proprjetà tar-rikorrent mingħajr ma dan kien seta’ jiddefendi ruħu u mingħajr il-possibbiltà ta’ rimedju. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/50 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2019 — AMVAC Netherlands vs Il-Kummisjsoni
(Kawża T-317/19)
(2019/C 263/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AMVAC Netherlands BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Mereu, M. Grunchard u S. Englebert, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/344 tat-28 ta’ Frar 2019; (1) |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat ġie adottat wara żball manifest ta’ evalwazzjoni. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat huwa riżultat ta’ proċedura li matulha d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti ma ġewx irrispettati. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni. |
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/344 tat-28 ta’ Frar 2019 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva ethoprophos, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2019 L 62, p. 7).
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/50 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 — UE vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-338/19)
(2019/C 263/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: UE (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Awwissu 2018 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti intiża għar-rikonoxximent ta’ marda kkaġunata mix-xogħol; |
— |
jekk ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2019 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-5 ta’ Novembru 2018; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ interpretazzjoni tan-natura raġonevoli tat-terminu li fih tressqet it-talba għal rikonoxximent ta’ marda kkaġunata mix-xogħol. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/51 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Santini vs Il-Parlament
(Kawża T-345/19)
(2019/C 263/59)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Giacomo Santini (Trento, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ, |
— |
tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew: |
— |
konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrent għandu d-dritt li jżomm l-allokazzjoni għall-ħajja inkwistjoni sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, kif ukoll |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrent. |
— |
f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tar-riżerva ta’ kompetenza tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Parlament Ewropew. Ir-rikorrent jinvoka n-natura illegali tal-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja Ewropea sa fejn twettaq unilateralment u b’mod retroattiv u permanenti abbażi ta’ applikazzjoni awtomatika ddikjarata (ineżistenti) tad-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Kamra tad-Deputati (l-Italja), fl-assenza ta’ deliberazzjoni preċedenti fuq dan il-punt mill-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Parlament Ewropew, li minflok tgawdi mill-kompetenza sħiħa f’dan ir-rigward (skont l-Artikolu 25 tar-Regoli Interni tal-Parlament Ewropew). |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-Regoli Interni tal-Parlament Ewropew. Ir-rikorrent jinvoka n-natura illegali tal-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja Ewropea sa fejn jikser l-Artikolu 1 tal-Anness III tal-leġiżlazzjoni dwar in-nefqa u l-kumpens tal-membri tal-Parlament Ewropew fis-seħħ qabel l-2009. Fil-mument meta jintemm il-mandat tal-membru tal-Parlament Ewropew, is-sitwazzjoni tiegħu fir-rigward tas-sigurtà soċjali tittieħed definittivament skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-mument għad-deputati nazzjonali Taljani. Emendi eventwali ta’ dawn il-kundizzjonijiet, deċiżi snin wara, ma jistgħux ikollhom impatt retroattiv fuq sitwazzjoni li tkun iddefinita u likwidata mill-Parlament Ewropew skont il-kundizzjonijiet fis-seħħ fil-mument tal-kisba tad-dritt, peress li wara dan iż-żmien, il-Kamra tad-Deputati (l-Italja) ma jkollhiex iktar awtorità f’dan ir-rigward. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 28 tal-Istatut tad-deputati. Ir-rikorrent jinvoka n-natura illegali tal-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja Ewropea sa fejn jikser l-Artikolu 28 tal-Istatut tad-deputati Ewropej u l-Artikoli 75 u 76 tal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, li jistabbilixxu li d-drittijiet miksuba qabel id-dħul fis-seħħ tal-Istatut il-ġdid jibqgħu kweżiti u jiġu onorati taħt il-kundizzjonijiet previsti meta nkisbu. Skont ir-rikorrent, ma tistax issir deroga minn dawn il-klawżoli ta’ salvagwardja, u wisq inqas permezz ta’ sempliċi deliberazzjoni tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati (l-Italja) ta’ natura retroattiva u permanenti, mingħajr ma jinkisru dawn il-klawżoli kif ukoll l-aspettattivi leġittimi li l-persuni interessati fiż-żamma mingħajr deterjorament tal-allokazzjoni tal-ħajja u tal-ammont tagħha, saħansitra retroattivament u permezz tal-applikazzjoni ta’ sistema ta’ kalkolu differenti introdotta b’mod arbitrarju b’effett retroattiv. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq in-natura ta’ sanzjoni tal-miżura ta’ tnaqqis u fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ legalità, ta’ non-retroattività u ta’ nondiskriminazzjoni. Ir-rikorrent jinvoka n-natura illegali tal-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja sa fejn dan għandu natura ta’ sanzjoni u huwa diskriminatorju fir-rigward ta’ kategorija waħda ta’ persuni (eks membri parlamentari Taljani) u jirrappreżenta miżura purament simbolika ta’ natura politika mhux assoċjata mal-għan li jitnaqqas l-infiq; sa fejn il-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni tal-ħajja mwettaq retroattivament skont metodi differenti u b’effetti permanenti jagħti lok għal differenza mhux iġġustifikata fit-trattament meta mqabbel mal-eks membri tal-Parlament Ewropew tal-Istati Membri l-oħra, kif ukoll mal-membri tal-Parlament Ewropew eletti wara l-2009 u maċ-ċittadini l-oħra kollha b’mod ġenerali, li ma jbatu ebda miżura ta’ tnaqqis ta’ dan it-tip. |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Skont ir-rikorrent, l-allokazzjoni tal-ħajja hija benefiċċju ekonomiku li sar jifforma parti mill-patrimonju individwali tal-membri parlamentari li jirċivuh jew li kisbu d-dritt li jirċivuh fil-futur. It-tnaqqis improvviż tiegħu, fuq kollox jekk jirriżulta minn kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni mwettaq b’mod retroattiv permezz ta’ kriterji ta’ ħlas differenti ffissati unilateralment u arbitrarjament mill-Kamra tad-Deputati (l-Italja) — effettivament huwa ekwivalenti għal taxxa fuq il-patrimonju individwali tad-deputati li, bħala tali, tista’ biss tiġi stabbilita permezz ta’ liġi u li, f’kull każ, kellha tkun iġġustifikata minn interess pubbliku speċifiku, li f’dan il-każ ma ġiex invokat u lanqas jidher li jeżisti, fid-dawl tal-fatt li din id-determinazzjoni mill-ġdid tal-allokazzjoni tal-ħajja ma ser twassal għal ebda tnaqqis konkret fl-infiq. |
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji tal-aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tad-drittijiet kweżiti. Ir-rikorrent jinvoka l-illegalità minħabba ksur manifest tal-prinċipji ta’ ċertezza tal-liġi u tar-relazzjonijiet legali kif ukoll tal-aspettattivi leġittimi u tal-protezzjoni tad-drittijiet kweżiti. Fil-fehma tiegħu, il-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni tal-ħajja jopera retrospettivament, billi jimponi b’mod retrospettiv metodoloġija differenti għad-determinazzjoni tal-benefiċċju, liema kalkolu jwassal għal tnaqqis ta’ daqs konsegwenti (f’dan il-każ 50 % inqas), definittiv u permanenti, meta l-benefiċjarju ilu li kiseb id-dritt għalih ferm qabel l-adozzjoni tad-deliberazzjoni msemmija. B’dan il-mod, kien hemm ksur radikali tal-aspettativi leġittimi tal-benefiċjarji dwar l-effettività u dwar l-istabbilità ratione temporis tal-allokazzjoni tal-ħajja fin-nuqqas ta’ kull raġuni xierqa biex tiġġustifika effett daqstant radikali u permanenti fuq sitwazzjonijiet li diġà seħħew u ġew konklużi ħafna żmien ilu. |
7. |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ raġjonevolezza, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ solidarjetà. Ir-rikorrent jinvoka l-illegalità tal-intervent sa fejn dan ġie adottat mingħajr motivazzjoni għar-raġunijiet u għall-għan tiegħu, u jeċċedi l-limiti ta’ eċċezzjonalità u ta’ konformità, u jwassal għal kuntrast manifest mal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ raġjonevolezza. |
8. |
It-tmien motiv, ibbażat fuq motivi oħrajn ta’ ksur tal-prinċipji ta’ raġjonevolezza, ta’ proporzjonalità, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ solidarjetà. Ir-rikorrent jinvoka l-illegalità tal-intervent inkwistjoni sa fejn jikser il-prinċipji ta’ raġjonevolezza, ta’ proporzjonalità, ta’ solidarjetà, ta’ ugwaljanza fit-trattament, peress li: 1) jimponi retroattivament is-sistema tal-kontribuzzjonijiet fuq persuni li kisbu l-allowance ferm qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Kamra tad-Deputati (l-Italja), jekk mhux saħansitra ferm qabel ma daħlet fis-seħħ is-sistema tal-kontribuzzjonijiet bl-hekk imsejħa Riforma Dini (1996); 2) jemenda l-istatus legali tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-eks deputat mingħajr, madankollu, ma jsemmi xejn dwar it-taxxi diretti mħallsa lill-Kamra bħala taxxa ta’ sostituzzjoni; 3) jimponi l-applikazzjoni retroattiva ta’ sistema ta’ kontribuzzjonijiet li madankollu ma għandha xejn ta’ natura kontributtiva la fil-metodu u lanqas fl-iskop; 4) japplika b’mod irrazzjonali u żbaljat il-koeffiċjenti ta’ trasformazzjoni u tal-kriterji tal-kalkolu tal-probabbiltajiet, billi jorbothom mal-passat diġà magħruf minflok milli mal-futur; 5) jinjora r-rieda ċara li jkun hemm parità fil-benefiċċji tal-allokazzjoni tal-ħajja mal-benefiċċji ta’ sigurtà soċjali tal-ħaddiema pubbliċi, meta fir-realtà, dawn huma ħlasijiet ta’ natura differenti. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/53 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Ceravolo vs Il-Parlament
(Kawża T-346/19)
(2019/C 263/60)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Domenico Ceravolo (Noventa Padovana, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
suġġett għall-verifika ta’ illegalità — minħabba ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, tal-prinċipju ta’ protezzjoni tad-drittijiet kweżiti, ta’ raġjonevolezza, ta’ proporzjonalità, ta’ legalità tal-Artikoli 6 u 14 KEDB u tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali 1 tal-KEDB, kif ukoll tal-Artikoli 27 u 28 tal-Istatut tal-Membri Parlamentari Ewropej, tal-Artikoli 75-76 tal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu — tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ, tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew: |
— |
konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrent għandu d-dritt li jżomm l-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, kif ukoll tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrent. |
— |
f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/54 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Falqui vs Il-Parlament
(Kawża T-347/19)
(2019/C 263/61)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Enrico Falqui (Firenze, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sorrentino u A. Sandulli, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla n-nota kkontestata u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom imnaqqsa indebitament pendente lite.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa dirett kontra n-nota Nru D (2019) 14406 tal-11 ta’ April 2019 tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, dwar id-determinazzjoni mill-ġdid tal-pensjoni li għandu jibbenefika minnha r-rikorrent fil-kwalità tiegħu bħala eks membru tal-Parlament Ewropew.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas, min-naħa tal-Parlament Ewropew, li ma japplikax leġiżlazzjoni nazzjonali invalida.
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-applikazzjoni illeġittima, min-naħa tal-Parlament Ewropew, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tikser il-prinċipji fundamentali tas-sistema legali tal-Unjoni u, in primis, il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Ksur tal-prinċipju ta’ supremazija tal-liġi tal-Unjoni.
|
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/56 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Poggiolini vs Il-Parlament
(Kawża T-348/19)
(2019/C 263/62)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Danilo Poggiolini (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sorrentino u A. Sandulli, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla n-nota kkontestata u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom imnaqqsa indebitament pendente lite.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra n-nota Nru D(2019) 14435 tal-11 ta’ April 2019 tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, dwar id-determinazzjoni tal-pensjoni li għandu jibbenefika minnha r-rikorrent fil-kwalità tiegħu bħala eks membru tal-Parlament Ewropew.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk li huma invokati fil-Kawża T-347/19, Falqui vs Il-Parlament Ewropew.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/56 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 — Ċipru vs EUIPO — Filotas Bellas & Yios (Halloumi Vermion grill cheese M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927)
(Kawża T-351/19)
(2019/C 263/63)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, S. Baran, Barrister u V. Marsland, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Filotas Bellas & Yios AE (Alexandreia Imathias, il-Greċja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Halloumi χαλλούμι Vermion grill cheese M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 172 276
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedura ta’ annullament
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ April 2019 fil-Każ R 2297/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tagħha u tħallas dawk tar-rikorrenti għal annullament. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/57 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-357/19)
(2019/C 263/64)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, u G. Palmieri, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019) 2652 finali tat-3 ta’ April 2019, innotifikata fl-4 ta’ April 2019, li tapprova il-“Proġett nazzjonali kbir Banda Ultra Larga (broadband b’veloċità għolja ħafna) — żoni bojod” (GP BUL) għal spiża eliġibbli ta’ EUR 941 022 670, sa fejn din teskludi mill-kontribuzzjoni tal-FEŻR l-ispejjeż sostnuti mill-benefiċċjaru rappreżentanti VAT, u tiddikajara li għall-kuntrarju, dawn l-ispejjeż għandhom ikunu inklużi fil-kontribuzzjoni u finalment li tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
Permezz tal-ewwel motiv, hija tallega ksur tal-Artikolu 69(3)(c) tar-Regolament Nru 1303/2013 peress li l-ebda waħda mit-tliet raġunijiet għal esklużjoni tal-ispejjeż tal-VAT ma tikkorrispondi mal-każ li fih huwa possibbli li tiġi rkuprata l-VAT skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali f’dan il-qasam. |
2. |
Permezz tat-tieni motiv, hija tallega ksur tal-leġiżlazzjoni marbuta mal-persuna suġġetta għall-VAT (Artikoli 9 u 13 tad-Direttiva 2006/112/CE) u mal-korp li jintaxxa fil-qasam tal-VAT (Artikoli 206 u 250 tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq); hija tilmenta wkoll dwar ksur tal-kostituzzjonijiet nazzjonali u tal-istruttura fundamentali tal-Istati Membri (Artikolu 4(2) TUE); tal-Artikolu 69(3)(c) tar-Regolament Nru 1303/2013. F’dan ir-rigward huwa ddikajarat li huwa illegali li jitqies li l-VAT imħallsa fuq l-input mill-MiSE (Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku) bħala benefiċċjarju tal-kontribuzzjoni tal-FEDER tista’ tiġi rkuprata peress li ministeru ieħor (dak tal-Finanzi) ġabar dawn is-somom abbażi ta’ dan id-dħul fiskali. |
3. |
Permezz tat-tielet motiv, hija tallega ksur tal-Artikoli 9, 11, 13 u 28 tad-Direttiva 2006/112/KE. Skont ir-rikorrenti, il-fatt li Infratel hija kumpannija in house tal-MiSE (Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku) ma jeskludix il-fatt li l-provvista minn dan tal-aħħar ta’ beni u ta’ servizzi huma ffatturati bil-VAT. |
4. |
Permezz tar-raba’ motiv, hija tallega ksur tal-Artikoli 61(8) u 69(3)(c) tar-Regolament Nru 1303/2013. Ir-rikorrenti ssostni li l-proġett inkwistjoni ġie kkofinanzjat mill-FEŻR bħala għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, dan tal-aħħar ma jistax jitqies bħala proġett li jiġġenera dħul. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/58 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 — Daimler vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-359/19)
(2019/C 263/65)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Daimler AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Wimmer, C. Arhold u G. Ollinger, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 2359, tat-3 ta’ April 2019, adottata skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u b’mod partikolari skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5) tiegħu (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), sa fejn hija tispeċifika, fl-Artikolu 1(1) tagħha, moqri flimkien mal-kolonni D u I tat-Tabella 1 u tat-Tabella 2 tal-Anness I, l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u t-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ CO2 miksuba għall-innovazzjonijiet ekoloġiċi, u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (2) u tal-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/158 (3) Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti tallega li l-konvenuta kisret id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u tal-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/158 sa fejn, matul il-verifika ad hoc tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2, hija eskludiet il-metodu ta’ prova approvat, billi applikat fattur ta’ Willans żbaljat. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, tal-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/158 u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, tal-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/158 u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 billi eskludiet, fil-kuntest tal-metodu ta’ prova applikat minnha għall-finijiet tal-verifika ad hoc, il-prekundizzjonament speċifiku neċessarju. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret l-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 billi ordnat li l-innovazzjoni ekoloġika ma kellhiex tittieħed inkunsiderazzjoni għas-sena preċedenti, is-sena 2017, minkejja li l-imsemmija dispożizzjoni tawtorizza espressament biss deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni inkwistjoni għas-sena sussegwenti. |
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ Fil-kuntest tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti tallega li l-konvenuta kisret id-dritt għal smigħ tagħha kif jeżiġi l-prinċipju ġenerali tar-rispett tad-drittijiet ta’ difiża kif ukoll l-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
5. |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni Fil-kuntest tal-ħames motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex motivata konformement mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u mal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Hija tiddikjara li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-konvenuta tillimita ruħha li, f’termini astratti, tirreferi għal diverġenzi fil-metodu ta’ prova, mingħajr ma tindirizza l-kwistjoni determinanti dwar jekk u sa fejn il-metodu ta’ prova jeżiġix prekundizzjonament speċifiku u jekk il-konvenuta awtorizzatx tali metodu ta’ prova bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/158. |
(1) Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO 2 minn vetturi ħfief (ĠU 2009, L 140, p. 1, rettifika fil-ĠU 2017, L 336, p. 60)
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO 2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 194, p. 19)
(3) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/158 tat-30 ta’ Jannar 2015 dwar l-approvazzjoni ta’ żewġ alternaturi ta’ effiċjenza għolja Robert Bosch GmbH bħala t-teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO 2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2015, L 26, p. 31)
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/60 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 — Jalkh vs Il-Parlament
(Kawża T-360/19)
(2019/C 263/66)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-François Jalkh (Gretz-Armainvilliers, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 dwar il-proposta ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) f’dak li jikkonċerna l-kooperazzjoni mal-Prosekutur Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF (COM(2018)0338 — C8-0214/2018 — 2018J0170(COD); |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn ir-riżoluzzjoni kkontestata tippermetti lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li jkollu aċċess għal informazzjoni personali, li huwa f’kontradizzjoni mad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, sa fejn ir-riżoluzzjoni kkontestata tippermetti lill-OLAF li jdur mal-immunità parlamentari tal-Membri. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew u tal-Artikolu 4 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew. Ir-rikorrent isostni li r-riżoluzzjoni kkontestata tippermetti lill-OLAF, minn naħa, li jdur mal-immunità parlamentari tal-Membri u, min-naħa l–oħra, li jkollu aċċess għal dokumenti li ma humiex dokumenti tal-Parlament Ewropew. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, sa fejn ir-riżoluzzjoni kkontestata tikser id-drittijiet tad-difiża tal-Membri. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/61 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2019 — CF vs Il-Parlament
(Kawża T-361/19)
(2019/C 263/67)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: CF (rappreżentant: A. Daoût, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati; |
— |
tordna l-kumpens għad-dannu finanzjarju u morali kkawżat bid-deċiżjonijiet ikkontestati, jew tagħti lir-rikorrenti s-somma provviżorja ta’ EUR 50 000; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors intiż għall-annullament taż-żewġ deċiżjonijiet tal-President tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 li jiddikjaraw lir-rikorrenti ħatja ta’ fastidju morali kontra l-ex assistenta parlamentari tagħha akkreditata u li jagħtuha sanzjoni ta’ ċanfira, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-definizzjoni legali ta’ fastidju li tinsab fl-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, minħabba li l-President tal-Parlament Ewropew ma ħax inkunsiderazzjoni elementi li jikkostitwixxu l-kunċett ta’ fastidju morali stabbiliti mil-liġi u mill-ġurisprudenza. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tal-att ikkontestat. Ir-rikorrenti ssostni li l-President tal-Parlament Ewropew jimmotiva l-ewwel deċiżjoni tiegħu billi jibbaża lilu nnifsu fuq ir-rapport tal-kumitat konsultattiv, li fih ċertu nuqqasijiet, u li t-tieni deċiżjoni tiegħu ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti mill-Artikolu 166 tar-Regoli Interni tal-Parlament Ewropew. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u tad-drittijiet tad-difiża. Skont ir-rikorrenti, l-amministrazzjoni marret kontra d-dmir tagħha ta’ premura, il-prinċipju ta’ terminu raġonevoli, ir-regoli ta’ kunfidenzjalità tal-investigazzjoni, id-drittijiet tad-difiża, il-preżunzjoni ta’ innoċenza u d-dritt ta’ aċċess għall-fajl dixxiplinari. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u fuq in-nuqqas ta’ retroattività tar-regoli koerċitivi, inkwantu l-President tal-Parlament Ewropew u l-kumitat konsultattiv applikaw leġiżlazzjoni koerċittiva għal fatti li jippreċedu l-adozzjoni tagħha. Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob kumpens għad-danni morali u finanzjarji. Hija ssostni li l-mod kif tmexxiet l-investigazzjoni kellha bħala konsegwenza li tħammeġ ir-reputazzjoni tagħha u li ttelfilha l-possibbiltà li tippreżenta ruħha għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/62 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2019 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-363/19)
(2019/C 263/68)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Brandon, aġent, P. Baker QC u T. Johnston, Barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2019) 2526 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit fir-rigward ta’ CFC Group Financing Exemption; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, li jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni: identifikazzjoni tas-sistema ta’ referenza ż-żbaljata.
|
2. |
It-tieni motiv, li jallega li l-eżenzjonijiet li jinsabu fil-Kapitolu 9 tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 (l-Att tal-2010 dwar it-Taxxa (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet oħra)) ma humiex derogi.
|
3. |
It-tielet motiv, li jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tas-selettività.
|
4. |
Ir-raba’ motiv, li jallega li ma hem ebda impatt fuq il-kummerċ intra-Komunitarju.
|
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/64 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2019 — Moretti vs Il-Parlament
(Kawża T-364/19)
(2019/C 263/69)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Moretti (Nembro, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ, |
— |
tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew: |
— |
konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrent għandu d-dritt li jżomm l-allokazzjoni għall-ħajja inkwistjoni sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, kif ukoll |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrent. |
— |
f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/65 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2019 — Capraro vs Il-Parlament
(Kawża T-365/19)
(2019/C 263/70)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Patrizia Capraro (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ, |
— |
tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew: |
— |
konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrenti għandha d-dritt li żżomm l-allokazzjoni għall-ħajja inkwistjoni sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallasha s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, kif ukoll |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrenti. |
— |
f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/66 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Sboarina vs Il-Parlament
(Kawża T-366/19)
(2019/C 263/71)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Gabriele Sboarina (Verona, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ, |
— |
tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew: |
— |
konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrent għandu d-dritt li jżomm l-allokazzjoni għall-ħajja inkwistjoni sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, kif ukoll |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrent. |
— |
f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/67 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2019 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-370/19)
(2019/C 263/72)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. García-Valdecasas Dorrego, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Marzu 2019. |
— |
tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors odjern huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2019 dwar il-parteċipazzjoni tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tal-Kosovo fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (1).
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (2), sa fejn dan l-artikolu jipprovdi li huma biss il-bord tar-regolaturi, il-gruppi ta’ ħidma u l-bord maniġerjali li huma miftuħin għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji ta’ pajjiżi terzi. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1971, sa fejn ma jeżisti l-ebda ftehim mal-awtorità regolatorja tal-Kosovo għall-finijiet tal-parteċipazzjoni fil-BEREC. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1971, sa fejn il-Kommissjoni Ewropea żvijjat mill-proċedura stabbilita għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji ta’ pajjiżi terzi fil-BEREC. Barra minn hekk, dan kollu wassal għall-adozzjoni ta’ att ġuridiku li m’għandu l-ebda bażi legali li joħloq obbligi fil-konfront ta’ terzi, meta l-Kummissjoni ma ingħatatx il-kompetenzi speċifiċi sabiex tagħmel dan. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/68 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Itinerant Show Room vs EUIPO — Forest (FAKE DUCK)
(Kawża T-371/19)
(2019/C 263/73)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Itinerant Show Room Srl (San Giorgio in Bosco, l-Italja) (rappreżentanti: A. Visentin, M. Cartella u B. Cartella, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Forest Srl (Milano, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva FAKE DUCK — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 912 496
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2019 fil-Każ R 1117/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
fuq il-bażi tal-motivi invokati, tilqa’ r-rikors bħala fondat u għalhekk: |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tordna lill-EUIPO tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 015912496 anki fir-rigward tal-klassijiet 18 u 25; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Assenza ta’ evalwazzjoni tal-modalitajiet konkreti tal-akkwist tal-prodotti. |
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/69 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2019 — Cellai vs Il-Parlament
(Kawża T-372/19)
(2019/C 263/74)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Marco Cellai (Firenze, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ, |
— |
tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew: |
— |
konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrent għandu d-dritt li jżomm l-allokazzjoni għall-ħajja inkwistjoni sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, kif ukoll |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrent. |
— |
f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/70 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’Ġunju 2019 — Gatti vs Il-Parlamemt
(Kawża T-373/19)
(2019/C 263/75)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Natalino Gatti (Nonantola, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ, |
— |
tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew; |
— |
konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrent għandu d-dritt li jżomm l-allokazzjoni għall-ħajja inkwistjoni sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati (l-Italja) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat (l-Italja), u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, u |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrent. |
— |
f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/71 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2019 — Wuhrer vs Il-Parlament
(Kawża T-374/19)
(2019/C 263/76)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Lina Wuhrer (Brescia, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ, |
— |
tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew: |
— |
konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrenti għandha d-dritt li żżomm l-allokazzjoni għall-ħajja inkwistjoni sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallasha s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, kif ukoll |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrenti. |
— |
f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/72 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2019 — El Corte Inglés vs EUIPO — Big Bang (LTC latiendaencasa.es BIG BANG DAY)
(Kawża T-376/19)
(2019/C 263/77)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Big Bang, trgovina in storitve, d.o.o. (Ljubljana, is-Slovenja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva LTC latiendaencasa.es BIG BANG DAY — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 879 323
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2019 fil-Każ R 1684/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tilqa’ dan ir-rikors għal annullament u, bis-saħħa tiegħu, tistabbilixxi l-motivi għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata li tiċħad ir-rikors tar-rikorrenti u tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni (oppożizzjoni B 2 840 414) li tiċħad it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 879 323 biss għall-prodotti u s-servizzi tal-klassijiet li għalihom tressqet l-oppożizzjoni (7, 9, 11, 16, 35 u 42) bl-eċċezzjoni tal-prodotti li ġejjin, li jinsabu fil-klassi 7 li fir-rigward tagħhom din ma ġietx miċħuda: “komponenti li jigganċjaw il-magni u għat-trażmissjoni (minbarra għal vetturi fuq l-art), apparat agrikolu li ma jitħaddimx bl-idejn; inkubaturi għall-bajd, magni tal-bejgħ awtomatiċi”; u; |
— |
tikkundanna lill-parti jew partijiet kuntrarji li jopponu dan ir-rikors għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.