ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 235

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
12 ta' Lulju 2019


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2019/C 235/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2019 dwar il-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 235/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9391 — PGGM/Macquarie/MAGL) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

2019/C 235/03

Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Lulju 2019 li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 235/04

Rata tal-kambju tal-euro

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 235/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9425 — Genstar Capital Partners/TA Associates/Insightsoftware Business) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

2019/C 235/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9390 — Brookfield Asset Management/Oaktree Capital Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 235/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

9

2019/C 235/08

Pubblikazzjoni ta' Dokument Uniku kif imsemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

24


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kunsill

12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Lulju 2019

dwar il-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew

(2019/C 235/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 283(2) u 139(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.2 tiegħu,

B'DAN JIRRAKKOMANDA LILL-KUNSILL EWROPEW LI:

Is-Sinjura Christine LAGARDE tinħatar bħala President tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin b'effett mill-1 ta' Novembru 2019.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LINTILÄ


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9391 — PGGM/Macquarie/MAGL)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 235/02)

Fl-4 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9391. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/3


DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-1 ta’ Lulju 2019

li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew

(2019/C 235/03)

IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 223(2) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 25 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fil-laqgħa tiegħu tal-10 ta’ Diċembru 2018, il-Bureau adotta r-regoli l-ġodda dwar it-trainees tal-Membri (2), li jintroduċu l-possibilità għal gruppi ta’ Membri li jingaġġaw trainees u li jestendu l-amministrazzjoni min-naħa ta’ aġent tal-ħlas għall-ftehimiet ta’ traineeships iffirmati mill-Membri mat-trainees fl-Istat Membru mnejn ikunu ġew eletti. Dawk ir-regoli ser jidħlu fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2019.

(2)

F’Mejju 2019 il-Kwesturi approvaw sistema elettronika ġdida li tippermetti l-awtomatizzazzjoni tar-rimborżi tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar bl-ajru tal-Membri (3), li se tirrazzjonalizza, ittejjeb u tħaffef il-ġestjoni tal-applikazzjonijiet tal-Membri.

(3)

Il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (4) (“il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni”) għandhom jiġu adattati b’konsegwenza ta’ dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni huma emendati kif ġej:

(1)

l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

fil-każ ta’ vjaġġ bl-ajru: il-biljetti li juru isem il-Membru u l-karti kollha tal-imbark jew il-prova elettronika tal-użu ta’ dawn il-biljetti;”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Membru li jixtri l-biljetti mill-aġenzija tal-ivvjaġġar tal-Parlament jista’, fuq ir-responsabilità esklużiva tiegħu u wara li jiffirma l-konferma tar-riċevuta, jitlob lid-dipartiment ikkonċernat sabiex jirrimborża l-ispejjeż direttament lill-aġenzija tal-ivvjaġġar. F’każijiet bħal dawn, id-dipartiment rilevanti jista’ jsib id-dokumenti ġustifikattivi elenkati taħt il-paragrafu 1 mis-sistema ta’ prenotazzjoni tal-aġenzija tal-ivvjaġġar.”;

(2)

fl-Artikolu 34(2), subparagrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Diversi Membri jistgħu, bi ftehim bil-miktub, jingħaqdu flimkien biex b’mod konġunt jimpjegaw jew jagħmlu użu mis-servizzi ta’ assistent wieħed jew aktar kif imsemmi fil-paragrafu 1, jew ta’ wieħed jew aktar trainees. F’dan il-każ, il-Membri kkonċernati għandhom jinnominaw minn fosthom, il-Membru jew Membri awtorizzat(i) biex jiffirma(w) (i)l-kuntratti, jew biex jissottometti/u talba għall-reklutaġġ, f’isem il-grupp.”;

(3)

fl-Artikolu 35, paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-kuntratti kollha tax-xogħol u ta’ forniment ta’ servizzi, kif ukoll kwalunkwe ftehim ta’ traineeship fir-rigward ta’ trainees li huma bbażati fl-Istat Membru mnejn ikunu ġew eletti, konklużi bejn Membru jew minn raggruppament ta’ Membri, għandhom ikunu ġestiti minn aġent tal-ħlas stabbilit fi Stat Membru.”;

(4)

l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Fuq talba tal-Membru, il-Parlament għandu, b’eċċezzjoni u f’ismu, jgħaddi s-salarju nett direttament lill-assistenti li magħhom il-Membru jkun ikkonkluda kuntratt tax-xogħol. L-aġent tal-ħlas għandu jikkomunika mingħajr dewmien lid-dipartiment rilevanti l-ammonti ta’ ħlas ta’ sigurtà soċjali u ta’ taxxa, u għandu jipprepara r-rendikont tal-paga.”

(b)

il-paragrafu 5a huwa mħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 2005/684/KE, Euratom tat-28 ta’ Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2018 dwar it-trainees tal-Membri.

(3)  Avviż tal-Kwesturi 19/2019 tat-13 ta’ Mejju 2019.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU C 159, 13.7.2009, p. 1).


Il-Kummissjoni Ewropea

12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Lulju 2019

(2019/C 235/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1285

JPY

Yen Ġappuniż

121,94

DKK

Krona Daniża

7,4673

GBP

Lira Sterlina

0,89790

SEK

Krona Żvediża

10,5808

CHF

Frank Żvizzeru

1,1114

ISK

Krona Iżlandiża

141,90

NOK

Krona Norveġiża

9,6323

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,605

HUF

Forint Ungeriż

325,83

PLN

Zloty Pollakk

4,2681

RON

Leu Rumen

4,7340

TRY

Lira Turka

6,3917

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6154

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4735

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8264

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6889

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5288

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 324,03

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,6500

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7477

HRK

Kuna Kroata

7,3940

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 872,35

MYR

Ringgit Malażjan

4,6443

PHP

Peso Filippin

57,803

RUB

Rouble Russu

70,9968

THB

Baht Tajlandiż

34,549

BRL

Real Brażiljan

4,2169

MXN

Peso Messikan

21,5886

INR

Rupi Indjan

77,1495


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9425 — Genstar Capital Partners/TA Associates/Insightsoftware Business)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 235/05)

1.   

Fil-5 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Genstar Capital Partners, LLC (“Genstar”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

TA Associates L.P. (“TA Associates”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

GS Topco LP (“Insightsoftware”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Genstar u TA Associates jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Insightsoftware kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Genstar: fond ta’ investiment iffukat fuq tranżazzjonijiet ta’ akkwiżizzjoni maġġoritarja ingranata f’kumpaniji ta’ daqs medju fl-Istati Uniti. Genstar tinvesti primarjament fis-servizzi finanzjarji, fil-kura tas-saħħa, fit-teknoloġija industrijali, u f’setturi tas-software;

—   għal TA Associates: grupp ta’ ekwità privata bbażat fl-Istati Uniti u attiv fl-Amerka ta’ Fuq, fl-Ewropa u fl-Asja. TA Associates twettaq akkwiżizzjonijiet u rikapitalizzazzjonijiet minoritarji ta’ kumpaniji bi tkabbir profittabbli;

—   għal Insightsoftware: rappurtar finanzjarju u soluzzjonijiet b’softwer għall-prestazzjoni tal-intrapriżi biex tiżdied l-effiċjenza tal-operazzjonijiet finanzjarji. Insightsoftware hija kkontrollata minn TA Associates.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9425 — Genstar Capital Partners/TA Associates/Insightsoftware Business

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email, ta’ faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9390 — Brookfield Asset Management/Oaktree Capital Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 235/06)

1.   

Fil-5 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Oaktree Capital Group Holdings, L.P. (“OCGH”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Oaktree Capital Group, LLC (“Oaktree”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

OCGH attwalment tikkontrolla biss Oaktree. Il-konċentrazzjoni tikkonsisti minn Brookfield u OCGH li jakkwistaw il-kontroll konġunt ta’ Oaktree skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Brookfield tipprovdi servizzi għall-ġestjoni tal-assi, u hija ffukata fuq il-proprjetà immobbli, l-infrastruttura, l-enerġija rinnovabbli u l-ekwità privata.

OCGH u Oaktree huma parti mill-Oaktree Capital Group, fornitur ta’ servizzi għall-ġestjoni ta’ assi li jiffoka l-aktar fuq l-investiment ta’ kreditu korporattiv.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9390 — Brookfield Asset Management/Oaktree Capital Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email, ta’ faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/9


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2019/C 235/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

“VALLAGARINA”

PGI-IT-A0756-AM03

Data tal-applikazzjoni: 20.6.2017

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Żieda ta’ kategoriji ġodda ta’ nbid frizzanti

L-emenda tikkonċerna ż-żieda tal-kategoriji u tat-tipi li ġejjin ta’ nbid frizzanti:

 

“inbid frizzanti” abjad u rożè;

 

“inbid frizzanti ta’ kwalità” abjad u rożè;

 

“inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità” abjad.

L-emenda tipprovdi li:

it-tipi ta’ “inbid frizzanti” u “inbid frizzanti ta’ kwalità” għandhom jinkisbu b’mod esklussiv mill-varjetajiet tal-għeneb li ġejjin: Chardonnay, Pinot Bianco, Pinot Grigio, Pinot Nero u Müller Thurgau; bl-eċċezzjoni ta’ Pinot Grigio, l-isem/ismijiet ta’ waħda minn dawn il-varjetajiet tal-għeneb jew ta’ tnejn minn dawn il-varjetajiet tal-għeneb jistgħu jiġu indikati fuq it-tikketta;

it-tip ta’ “inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità” għandu jinkiseb b’mod esklussiv mill-varjetà tal-għeneb ta’ Moscato Giallo, li tista’ tissemma fid-denominazzjoni u l-preżentazzjoni tal-prodott.

Diversi nbejjed frizzanti ewlenin ilhom snin twal jiġu prodotti kemm fil-provinċja ta’ Trento kif ukoll ta’ Verona permezz tal-metodu ta’ fermentazzjoni sekondarja f’kontenituri kbar (il-proċess Charmat). L-għan ta’ din l-emenda huwa li dawn l-inbejjed jingħataw livell ogħla ta’ protezzjoni u rabta aktar mill-qrib mat-territorju ta’ oriġini billi jiġu inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-IĠP “Vallagarina”, u billi jiġu soġġetti għall-istess regoli li ilhom żmien twil japplikaw għall-inbejjed bla gass u semifrizzanti.

Minbarra li tagħti lill-konsumaturi indikazzjoni preċiża tal-oriġini ġeografika tal-inbid, il-possibbiltà li dawn il-prodotti jiġu kklassifikati taħt l-IĠP “Vallagarina” għandha tiġġustifika wkoll żieda fil-valur f’termini tal-pożizzjonament tagħhom fuq l-iskala tal-prezz, b’aġġustament kemm fil-prezz għal kull flixkun kif ukoll, bħala konsegwenza, fil-valur tal-għeneb li jintuża.

Barra minn hekk, id-distinzjoni li tingħata mill-isem tal-IĠP “Vallagarina” tippermetti lill-produzzjoni lokali tispikka mill-firxa wiesgħa ta’ nbejjed frizzanti ġeneriċi jew varjetali anonimi, u tevita li l-politika tal-prezzijiet tiġi imposta mill-preżenza mifruxa ta’ tali prodotti fis-suq.

Id-deskrizzjoni tar-rabta mal-ambjent ġeografiku turi kif il-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti fit-tliet kategoriji (inbid frizzanti, inbid frizzanti ta’ kwalità u nbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità) għandha tradizzjoni twila fit-territorju tal-IĠP “Vallagarina”.

L-emenda tikkonċerna t-taqsimiet li ġejjin tad-Dokument Uniku: 2.3 “Kategorija tal-prodotti tad-dwieli”, 3.4 “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, 2.5 “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”, 2.8 “Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet” u l-Artikoli 1, 2, 5 u 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

2.2.   L-inklużjoni ta’ varjetajiet ġodda kklassifikati bħala “taħt osservazzjoni” fil-kombinazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni: L-emenda tikkonċerna l-inklużjoni fil-kombinazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb għall-IĠP “Vallagarina” tal-varjetajiet li ġejjin fil-provinċji ta’ Trento u Verona rispettivament:

BRONNER* (B)/(Trento);

HELIOS* (B)/(Trento);

JOHANNITER* (B)/(Trento);

SOLARIS* (B)/(Trento);

TURCA (N)/(Trento);

ANCELLOTTA (N)/(Verona);

GOLDTRAMINER (B)/(Verona);

GOSEN (N)/(Verona);

OSELETA (N)/(Verona);

PETIT VERDOT (N)/(Verona);

REBO (N)/(Verona);

ROSSIGNOLA (N)/(Verona);

SANGIOVESE (N)/(Verona);

SAUVIGNON (B)/(Verona);

SENNEN (N)/(Verona);

SYRAH (N)/(Verona);

TREBBIANO GIALLO (N)/(Verona);

TREBBIANO ROMAGNOLO (B)/(Verona);

VELTLINER (B)/(Verona).

L-użu ta’ dawn il-varjetajiet biex jiġu prodotti nbejjed tal-IĠP huwa permess mil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli dwar il-klassifikazzjoni tal-varjetajiet tad-dwieli, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Għalhekk, dawn il-varjetajiet il-ġodda tal-għeneb jiżdiedu ma’ dawk li huma diġà inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-varjetajiet immarkati b’asterisk fil-lista t’hawn fuq joriġinaw minn ibridi interspeċifiċi ta’ Vitis vinifera u speċijiet oħra.

L-għan tal-emenda huwa li testendi l-kombinazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb għall-inbejjed tal-IĠP “Vallagarina” biex jiġu inklużi varjetajiet ġodda tal-għeneb fil-provinċji rilevanti ta’ Trento u Verona.

Għalhekk, il-valur miżjud jista’ jidher fl-għadd akbar ta’ nbejjed tal-IĠP “Vallagarina” li huma għall-bejgħ mal-varjetajiet il-ġodda, li f’xi każijiet involvew l-irkupru ta’ varjetajiet lokali qodma li jinsabu f’riskju ta’ estinzjoni, u f’każijiet oħra l-promozzjoni ta’ ċerti varjetajiet “reżistenti” li jirrikjedu biss użu limitat tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

Dawn il-varjetajiet ma jistgħux jintużaw fil-produzzjoni ta’ nbejjed b’DOP, iżda jistgħu, wara l-emenda, jiġu indikati u promossi fuq it-tikkettar tal-inbejjed b’IĠP rilevanti.

Fost affarijiet oħra, il-bidliet reċenti li saru fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-UE, ħolqu l-possibbiltà li jintużaw il-varjetajiet tad-dwieli li joriġinaw mill-ibridi interspeċifiċi ta’ Vitis vinifera u speċijiet oħra sabiex jiġu prodotti nbejjed tal-IĠP.

Bħala tali, il-varjetajiet huma reżistenti b’mod naturali għall-patoġeni ewlenin tad-dwieli (Plasmopara viticola u Uncinula necator) u għalhekk jirrikjedu biss użu limitat ta’ trattamenti kimiċi. Din il-karatteristika partikolari tfisser li dawn jitkabbru prinċipalment qrib żoni “sensittivi”, bħal skejjel, żoni mibnija, faċilitajiet tal-isports, rotti taċ-ċiklisti, sptarijiet, eċċ., sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa f’dawn iż-żoni.

Għalhekk, filwaqt li jitqiesu dawn il-kwalitajiet ambjentali, iż-żieda fiż-żona mħawla bil-varjetajiet inkwistjoni u r-riżultati favorevoli miksuba mill-vinifikazzjoni ta’ dawn il-varjetajiet innovattivi, din l-emenda għandha l-għan li tagħti l-livell meħtieġ ta’ rikonoxxibbiltà u protezzjoni lil dawn il-prodotti wkoll.

Il-possibbiltà li l-inbejjed tal-IĠP jitqiegħdu fis-suq bl-ismijiet ta’ dawn il-varjetajiet fuq it-tikketti tagħhom iżżid il-valur tagħhom.

Il-possibbiltà li dawn il-varjetajiet jissemmew fuq it-tikketta, flimkien mal-indikazzjoni ġeografika “Vallagarina”, ittejjeb il-valur tal-prodotti individwali. Wieħed għandu jżomm f’moħħu li xi drabi dawn il-varjetajiet ma jkunux magħrufa jew apprezzati ħafna mill-konsumaturi għaliex, s’issa, ma kienx possibbli li dawn jissemmew fuq it-tikketti tal-inbejjed ikkonċernati.

Fi kwalunkwe każ, fil-produzzjoni tal-inbejjed bojod tal-IĠP “Vallagarina” għad hemm il-possibbiltà li jintużaw tali varjetajiet fi kwalunkwe proporzjon.

L-emenda tikkonċerna t-taqsima 2.7 tad-Dokument Uniku “Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed” u l-Artikoli 2, 5 u 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

2.3.   Derogi għall-produzzjoni fl-inbid fiż-żoni tal-viċinat

Iż-żona ġeografika ġiet estiża u ddefinita fir-rigward tad-derogi għat-twettiq tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti.

F’dan ir-rigward, ġie stabbilit li, minbarra ż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb iddefinita fl-Artikolu 3, l-inbid jista’ jiġi prodott ukoll fit-territorju amministrattiv kollu tal-provinċji ta’ Trento u Verona.

Barra minn hekk, l-inbejjed tal-IĠP “Vallagarina” jistgħu jiġu pproċessati fir-Reġjun ta’ Veneto u fir-Reġjun tal-viċinat tal-Lombardija, dment li l-azjendi kkonċernati jkunu jistgħu juru tradizzjoni mingħajr waqfien tal-produzzjoni tal-inbejjed tal-IĠP “Vallagarina” u/jew tal-ipproċessar tagħhom fi nbejjed semifrizzanti matul dawn l-aħħar ħames snin ta’ vitikultura.

Għalhekk, din l-emenda se tipprovdi regoli, f’konformità mar-regolament applikabbli, għall-ipproċessar tal-inbejjed tal-IĠP “Vallagarina” anke fl-unitajiet amministrattivi tal-viċinat taż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb iddefinita, li tinkludi r-Reġjuni ta’ Veneto u tal-Lombardija. Sabiex l-azjendi kkonċernati jkunu eliġibbli għad-deroga li tippermettilhom jipproduċu l-inbid u/jew jipproċessawh fi nbid semifrizzanti fl-unitajiet amministrattivi kkwotati, li huma akbar mill-provinċji, dawn iridu juru li wettqu b’mod kontinwu dawn l-attivitajiet għall-inbejjed tal-IĠP “Vallagarina” matul dawn l-aħħar ħames snin ta’ vitikultura.

Din id-deroga hija bbażata fuq tradizzjoni stabbilita sew u tippermetti lill-produtturi kkonċernati jużaw ukoll faċilitajiet tal-ipproċessar li jinsabu fiż-żoni msemmija qabel li jmissu maż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb. Fl-istess ħin, id-deroga mhijiex estiża għal impriżi oħra tal-ipproċessar, anke sabiex jiġu ssimplifikati l-kontrolli meħtieġa.

Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima 2.9 tad-Dokument Uniku “Rekwiżiti oħra applikabbli” u l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

2.4.   Dettalji dwar il-prattika enoloġika tat-taħlit tal-inbejjed

Il-paragrafu tal-Artikolu 5 dwar il-prattika enoloġika tat-taħlit tal-inbejjed u tal-most ġie fformulat mill-ġdid biex tiġi eliminata l-possibbiltà li jintużaw, anke jekk parzjalment biss, l-inbejjed li jkunu nkisbu minn varjetajiet tal-għeneb differenti minn dawk li jistgħu jitkabbru fil-provinċji ta’ Trento u Verona.

L-emenda għandha l-għan li tagħti lill-operaturi informazzjoni aktar ċara, għalkemm din hija aktar restrittiva meta mqabbla mal-Ispeċifikazzjoni preċedenti, dwar il-possibbiltajiet biex tintuża l-prattika tradizzjonali tat-taħlit. Din il-kjarifika għandha l-għan li tevita li l-prattika tat-taħlit bl-użu ta’ varjetajiet tal-għeneb differenti minn dawk li jistgħu jitkabbru fil-provinċji taffettwa b’mod negattiv il-karatterizzazzjoni u l-karatteristiċi tipiċi tal-inbejjed inkwistjoni.

Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima 2.5 tad-Dokument Uniku “Prattiki enoloġiċi” u l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

2.5.   It-tneħħija tat-tip varjetali “Pinot Grigio”

Il-varjetà tal-għeneb “Pinot Grigio” ma tistax tibqa’ tissemma aktar fl-isem u fil-preżentazzjoni ta’ nbejjed b’IĠP “Vallagarina” bla gass, semifrizzanti u frizzanti, anke fil-każ meta jkunu speċifikati żewġ varjetajiet tal-għeneb fuq it-tikketta.

It-tneħħija tat-tip varjetali “Pinot Grigio” hija relatata mat-talba parallela għall-protezzjoni tad-DOP “Delle Venezie” li għaliha huwa riżervat l-użu ta’ dan it-tip varjetali. Din id-deċiżjoni ġiet miftiehma fi ħdan il-katina tal-produzzjoni u għandha l-għan li tagħti l-ogħla status ta’ denominazzjoni ta’ oriġini lill-inbid li jinkiseb mill-varjetà “Pinot Grigio”, li hija l-aktar waħda distintiva u rappreżentattiva fil-Grigal tal-Italja.

Din l-emenda tikkonċerna l-punti 2.4 “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, 2.7 “Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed” u 2.9 “Rekwiżiti oħra applikabbli” tad-Dokument Uniku u l-Artikoli 2 u 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

2.6.   Aġġornament tal-korp ta’ spezzjoni

Il-korp ta’ spezzjoni ġie aġġornat: Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Industrija, l-Artiġjanat u l-Agrikoltura ta’ Trento hija indikata bħala l-korp ta’ spezzjoni minflok il-Ministeru għall-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija.

Ir-raġuni għall-emenda hija li mill-1 ta’ Awwissu 2012, il-Kamra tal-Kummerċ, l-Industrija, l-Artiġjanat u l-Agrikoltura ta’ Trento ħadet f’idejha l-kompitu li twettaq l-ispezzjonijiet tal-katina tal-produzzjoni tal-IĠP “Vallagarina” mill-Ministeru għall-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 9 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma timmodifikax id-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Vallagarina

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP — Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid frizzanti

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

6.

Inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità

8.

Inbid semifrizzanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

“Vallagarina” Bianco — Kategoriji Nbid (1) u Nbid semifrizzanti (8), inkluż bl-ispeċifikazzjoni ta’ varjetà waħda tal-għeneb jew ta’ żewġ varjetajiet tal-għeneb, għajr Pinot Grigio

It-tipi differenti ta’ nbejjed bojod juru firxa ta’ kuluri li tvarja minn isfar lewn it-tiben għal isfar dehbi, xi drabi bi ħjiel ta’ aħdar ċar jew kulur ir-ram. Dawn għandhom aroma fina, bil-frott, xi kultant aromatika, togħmiet li jirriflettu l-varjetà ewlenija tal-għeneb li tintuża fl-inbid. It-togħma hija armonjuża u strutturata tajjeb, li tvarja minn qarsa għal ħelwa u b’bilanċ tajjeb bejn il-kontenut tal-alkoħol u l-aċidità.

Fil-każ tal-inbid abjad semifrizzanti, il-preżenza tad-dijossidu tal-karbonju tagħti lill-inbid freskezza u dinamiżmu.

Dawk il-kategoriji u t-tipi ta’ nbid abjad li jindikaw l-isem/ismijiet ta’ varjetà waħda tal-għeneb jew ta’ żewġ varjetajiet tal-għeneb irid ikollhom il-karatteristiċi organolettiċi tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb rilevanti li minnhom ikun inkiseb l-inbid, b’mod partikolari fir-rigward tal-karatteristiċi tal-kulur.

Il-produzzjoni tal-inbid permezz ta’ żewġ varjetajiet differenti ta’ għeneb tal-istess kulur hija prattika stabbilita sew u mifruxa. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-inbejjed jirriflettu l-karatteristiċi taż-żewġ varjetajiet tal-għeneb li minnhom isiru, il-varjetà “minuri” tal-għeneb xorta trid tammonta għal aktar minn 15 % tat-total, u l-varjetajiet iridu jiġu indikati fuq it-tikketta f’ordni dixxendenti fir-rigward tal-ammont reali tal-għeneb li jintuża.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 9,0 %

Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Kwalunkwe parametru analitiku mhux imsemmi jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

“Vallagarina” Rosato — Kategoriji Nbid (1) u Nbid semifrizzanti (8), inkluż bl-ispeċifikazzjoni ta’ varjetà waħda tal-għeneb jew ta’ żewġ varjetajiet tal-għeneb, għajr Pinot Grigio

L-inbejjed rożè huma grupp ta’ prodotti “lesti għax-xorb” li jinkisbu primarjament mill-varjetajiet tal-għeneb Schiava u Merlot.

Dawn għandhom kulur roża li jvarja fl-intensità skont il-proċess tal-vinifikazzjoni u t-tul ta’ żmien ta’ kuntatt mal-qxur. L-aroma għandha aromi tal-frott delikati li jixbhu l-frott artab selvaġġ; it-togħma tvarja minn qarsa għal ħelwa u hija kkaratterizzata minn grad għoli ta’ freskezza u ta’ faċilità biex jinxtorob, b’mod partikolari fit-tip semifrizzanti.

Fil-każ tal-inbid rożè semifrizzanti, il-preżenza tad-diossidu tal-karbonju tagħti lill-inbid freskezza u dinamiżmu.

Dawk il-kategoriji u t-tipi ta’ nbid li jindikaw l-isem/ismijiet ta’ varjetà waħda tal-għeneb jew ta’ żewġ varjetajiet tal-għeneb irid ikollhom il-karatteristiċi organolettiċi tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb rilevanti li minnhom ikun inkiseb l-inbid, b’mod partikolari fir-rigward tal-karatteristiċi tal-kulur.

Il-produzzjoni tal-inbid permezz ta’ żewġ varjetajiet differenti ta’ għeneb tal-istess kulur hija prattika stabbilita sew u mifruxa. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-inbejjed jirriflettu l-karatteristiċi taż-żewġ varjetajiet tal-għeneb li minnhom isiru, il-varjetà “minuri” tal-għeneb xorta trid tammonta għal aktar minn 15 % tat-total, u l-varjetajiet iridu jiġu indikati fuq it-tikketta f’ordni dixxendenti fir-rigward tal-ammont reali tal-għeneb li jintuża.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 9,0 %

Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Kwalunkwe parametru analitiku mhux imsemmi jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

“Vallagarina” Rosso — Kategoriji Nbid (1) u Nbid semifrizzanti (8), inkluż bl-ispeċifikazzjoni ta’ varjetà waħda tal-għeneb jew ta’ żewġ varjetajiet tal-għeneb

Dawn l-inbejjed għandhom kulur aħmar lewn ir-rubini li jvarja fl-intensità, xi drabi bi ħjiel ta’ oranġjo hekk kif l-inbid jimmatura.

L-aroma hija tal-frott, xi drabi b’togħmiet etereali li jvarjaw fl-intensità, u li jiżviluppaw jekk l-inbid jiġi mmaturat. It-togħma hija armonjuża, minn qarsa għal ħelwa. It-tip Novello jesprimi l-aromi u t-togħmiet assoċjati mat-teknika partikolari tal-maċerazzjoni tal-karbonju li tintuża biex jiġi prodott l-inbid mill-għeneb.

Fil-każ tal-inbid aħmar semifrizzanti, il-preżenza tad-diossidu tal-karbonju tagħti lill-inbid freskezza u dinamiżmu.

Dawk il-kategoriji u t-tipi tal-inbid aħmar li jindikaw l-isem/l-ismijiet ta’ varjetà waħda tal-għeneb jew ta’ żewġ varjetajiet tal-għeneb irid ikollhom il-karatteristiċi organolettiċi tal-varjetà jew tal-varjetajiet rilevanti tal-għeneb li minnhom ikun inkiseb l-inbid, b’mod partikolari fir-rigward tal-kulur.

Il-produzzjoni tal-inbid permezz ta’ żewġ varjetajiet differenti ta’ għeneb tal-istess kulur hija prattika stabbilita sew u mifruxa. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-inbejjed jirriflettu l-karatteristiċi taż-żewġ varjetajiet tal-għeneb li minnhom isiru, il-varjetà “minuri” tal-għeneb xorta trid tammonta għal aktar minn 15 % tat-total, u l-varjetajiet iridu jiġu indikati fuq it-tikketta f’ordni dixxendenti fir-rigward tal-ammont reali tal-għeneb li jintuża.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum:

11,0 % fil-każ tat-tip “Novello”;

9,0 % għal tipi oħra;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Kwalunkwe parametru analitiku mhux imsemmi jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

“Vallagarina” Bianco — Kategoriji Nbid frizzanti (4) u Nbid frizzanti ta’ kwalità (5), inkluż bl-ispeċifikazzjoni ta’ varjetà waħda tal-għeneb jew ta’ żewġ varjetajiet tal-għeneb, għajr Pinot Grigio

Dawn it-tipi jistgħu jiġu prodotti biss mill-varjetajiet Chardonnay, Pinot Bianco, Pinot Grigio, Pinot Nero u Müller Thurgau, jew waħedhom jew flimkien.

Il-kulur tal-inbejjed ivarja minn isfar kulur it-tiben għal isfar dehbi bi ħjiel ta’ aħdar ċar u ragħwa fina u li ddum għal żmien twil; dawn għandhom aroma fina, xi kultant tal-frott, bi ħjiel tal-ħmira.

It-togħma hija dinamika u armonjuża, minn brut nature għal ħelwa.

Dawk il-kategoriji u t-tipi ta’ nbid abjad frizzanti li jindikaw l-isem/ismijiet ta’ varjetà waħda tal-għeneb jew ta’ żewġ varjetajiet tal-għeneb irid ikollhom il-karatteristiċi organolettiċi tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb rilevanti li minnhom ikun inkiseb l-inbid, b’mod partikolari fir-rigward tal-karatteristiċi tal-kulur, għajr fil-każ tal-qxur iffermentati tal-għeneb Pinot Nero u li jintużaw biex jiġu prodotti nbejjed frizzanti u nbejjed frizzanti ta’ kwalità.

Il-produzzjoni tal-inbid permezz ta’ żewġ varjetajiet differenti ta’ għeneb tal-istess kulur hija prattika stabbilita sew u mifruxa. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-inbejjed jirriflettu l-karatteristiċi taż-żewġ varjetajiet tal-għeneb li minnhom isiru, il-varjetà “minuri” tal-għeneb xorta trid tammonta għal aktar minn 15 % tat-total, u l-varjetajiet iridu jiġu indikati fuq it-tikketta f’ordni dixxendenti fir-rigward tal-ammont reali tal-għeneb li jintuża.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,0 %

Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Kwalunkwe parametru analitiku mhux imsemmi jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

“Vallagarina” Rosato — Kategoriji Nbid frizzanti (4) u Nbid frizzanti ta’ kwalità (5), inkluż bl-ispeċifikazzjoni ta’ varjetà waħda tal-għeneb jew ta’ żewġ varjetajiet tal-għeneb, għajr Pinot Grigio

Dawn it-tipi jistgħu jiġu prodotti biss mill-inbejjed magħmula mill-varjetajiet Chardonnay, Pinot Bianco, Pinot Grigio, Pinot Nero u Müller Thurgau, jew waħedhom jew flimkien.

L-inbejjed rożè frizzanti għandhom kulur roża li jvarja fl-intensità u ragħwa fina u li ddum żmien twil; dawn għandhom aroma fina, xi kultant tal-frott, bi ħjiel tal-ħmira.

It-togħma hija dinamika u armonjuża, minn brut nature għal ħelwa.

Meta jinħarġu għall-konsum, dawn il-kategoriji u t-tipi tal-inbejjed rożè frizzanti li jindikaw l-isem/ismijiet ta’ varjetà waħda tal-għeneb jew ta’ żewġ varjetajiet tal-għeneb, minbarra l-karatteristiċi msemmija hawn fuq, irid ikollhom il-karatteristiċi organolettiċi tal-varjetà jew tal-varjetajiet rilevanti tal-għeneb li minnhom ikun inkiseb l-inbid.

Il-produzzjoni tal-inbid permezz ta’ żewġ varjetajiet differenti ta’ għeneb tal-istess kulur hija prattika stabbilita sew u mifruxa. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-inbejjed jirriflettu l-karatteristiċi taż-żewġ varjetajiet tal-għeneb li minnhom isiru, il-varjetà “minuri” tal-għeneb xorta trid tammonta għal aktar minn 15 % tat-total, u l-varjetajiet iridu jiġu indikati fuq it-tikketta f’ordni dixxendenti fir-rigward tal-ammont reali tal-għeneb li jintuża.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,0 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Kwalunkwe parametru analitiku mhux imsemmi jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

“Vallagarina” Bianco — Kategorija Nbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità (6), inkluż bl-ispeċifikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb Moscato Giallo

Dan it-tip jista’ jiġi prodott biss mill-most jew minn most parzjalment ifframmentat mill-varjetà Moscato Giallo.

Il-kulur tal-inbid abjad frizzanti aromatiku jvarja minn isfar lewn it-tiben għal isfar dehbi bi ħjiel ta’ aħdar ċar u ragħwa fina u li ddum żmien twil. L-aroma hija aromatika, fina u tipika tal-Moscato, u t-togħma hija dinamika, minn extra brut għal ħelwa.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,0 %

Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,0 g/l

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

6,0

Aċidità totali minima

5,0 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Kwalunkwe parametru analitiku mhux imsemmi jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.    Prattiki enoloġiċi essenzjali

Il-prattika enoloġika tat-taħlit tal-most u tal-inbejjed

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tippermetti t-taħlit ta’ most u nbejjed sa massimu ta’ 15 %, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea, ma’ most u nbejjed, inkluż minn żoni Taljani oħra tal-vitikultura, sakemm dawn ikunu nkisbu minn varjetajiet tal-għeneb mhux aromatiċi kklassifikati bħala “tajbin għall-kultivazzjoni” jew “taħt osservazzjoni” fil-provinċji ta’ Trento u Verona.

Il-prattika enoloġika tal-ipproċessar fi nbid frizzanti

Restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

L-ipproċessar fi nbid frizzanti jitħalla jsir b’mod esklussiv permezz tal-metodu tal-fermentazzjoni sekondarja f’kontenituri kbar (awtoklavi).

b.    Rendimenti massimi

It-tipi “Vallagarina” Bianco, Rosato u Rosso mingħajr indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb

23 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

It-tipi “Vallagarina” li jispeċifikaw il-varjetà tal-għeneb — fir-rigward tal-għeneb li jinqata’ fil-provinċja ta’ Verona

23 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

It-tipi “Vallagarina” li jispeċifikaw il-varjetà tal-għeneb — fir-rigward tal-għeneb li jinqata’ fil-provinċja ta’ Trento

19 500 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Deskrizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb li jintuża biex jiġu prodotti l-inbejjed “Vallagrina” tinkludi:

it-territorju amministrattiv kollu tal-munċipalitajiet ta’ Ala, Aldeno, Avio, Besenello, Brentonico, Calliano, Cimone, Garniga, Isera, Mori, Nogaredo, Nomi, Pomarolo, Rovereto, Terragnolo, Trambileno, Vallarsa, Villa Lagarina u Volano fil-Provinċja Awtonoma ta’ Trento;

parti ddefinita tat-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Brentino Belluno, Dolcè u Rivoli Veronese fil-provinċja ta’ Verona.

Iż-żona tal-produzzjoni tinkludi ż-żona ġeografikament u storikament magħrufa bħala “Vallagarina”, li testendi għal madwar 60 km tul il-medda tax-Xmara Adige bejn il-provinċji ta’ Trento u Verona.

Iż-żona taqa’ fiż-żoni ta’ vitikultura tal-UE “C I” (fir-rigward taż-żona fil-Provinċja ta’ Trento) u “C II” (fir-rigward taż-żona fil-provinċja ta’ Verona).

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

 

Grapariol B.

 

Gosen N.

 

Goldtraminer B.

 

Garganega B. — Garganego

 

Franconia N.

 

Forsellina N.

 

Maor B.

 

Manzoni Bianco B. — Incrocio Manzoni 6.0.13 B.

 

Malvasia Istriana B. — Malvasia

 

Malvasia Bianca Lunga B. — Malvoisier

 

Corbina N. — Corbinella

 

Chardonnay B.

 

Lagrein N.

 

Lagarino B.

 

Kerner B.

 

Johanniter B.

 

Helios B.

 

Groppello di Revò N. — Groppello

 

Bianchetta Trevigiana B. — Bianchetta

 

Barbera N.

 

Durella B. — Durello

 

Dindarella N.

 

Croatina N. — Bonarda

 

Corvinone N.

 

Corvina N. — Cruina

 

Cortese B. — Bianca Fernanda

 

Ancellotta N. — Lancellotta

 

Casetta N.

 

Carmenère N. — Cabernet Nostrano

 

Cabernet Sauvignon N. — Cabernet

 

Cabernet Franc N. — Cabernet

 

Bronner B.

 

Verdealbara B.

 

Veltliner B. — Grüner Veltliner

 

Turchetta N.

 

Tocai Friulano B. — Tuchì

 

Moscato Bianco B. — Moscato Reale

 

Teroldego N.

 

Syrah N. — Shiraz

 

Sylvaner Verde B. — Sylvaner

 

Spigamonti N.

 

Solaris B.

 

Sennen N.

 

Schiava Grossa N. — Großvernatsch

 

Schiava Grigia N. — Grauvernatsch

 

Riesling Renano B. — Riesling

 

Riesling Italico B. — Welschriesling

 

Rebo N.

 

Raboso Veronese N. — Raboso

 

Turca N.

 

Trebbiano Toscano B. — Procanico

 

Trebbiano Romagnolo B. — Trebbiano

 

Trebbiano Giallo B. — Rossetto

 

Trebbiano di Soave B. — Turbiana

 

Traminer Aromatico Rs. — Gewürztraminer

 

Petit Verdot N.

 

Pavana N.

 

Paolina B.

 

Oseleta N.

 

Nosiola B.

 

Schiava Gentile N. — Mittervernatsch

 

Sauvignon B. — Sauvignon Blanc

 

Sangiovese N. — Sangioveto

 

Saint Laurent N.

 

Rossignola N. — Rossetta

 

Rossara N.

 

Rondinella N.

 

Molinara N.

 

Meunier N.

 

Merlot N.

 

Marzemino N. — Berzemino

 

Marzemina Grossa N. — Marzemina Bastarda

 

Pinot Nero N. — Pinot

 

Pinot Grigio — Pinot

 

Pinot Bianco B. — Pinot

 

Lambrusco a Foglia Frastagliata N. — Enantio N.

 

Negrara N.

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

IĠP “Vallagarina” — il-kateogriji kollha tal-prodott: Inbid (1), Inbid frizzanti (4), Inbid frizzanti ta’ kwalità (5), Inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità (6), Inbid semifrizzanti (8)

Il-fatturi naturali li huma rilevanti għar-rabta

Il-Vallagrina tinkludi ż-żona li testendi tul il-medda tax-Xmara Adige bejn il-provinċji ta’ Trento u Verona. Il-vitikultura tirrappreżenta l-attività agrikola ewlenija f’din iż-żona, inkluż f’termini ta’ pajsaġġ. Iż-żona għandha l-kontorni tipiċi ta’ widien glaċjali kbar, b’għoljiet weqfin magħluqa b’uċuħ tal-ġebel vertikali. Il-vinji jkopru l-art bejn 100 u 700 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar. Il-ħamrija fil-qiegħ tal-wied hija magħmula minn depożiti alluvjali b’nisġa li fil-biċċa l-kbira tagħha hija magħmula mit-tafal u mir-ramel u bi proporzjon għoli ta’ ramel fin; ġeneralment ma jkun hemm l-ebda ġebel u blat, minbarra fi ftit żoni tal-għargħar li jinsabu qrib id-depożiti alluvjali. Il-ħamrija m’ilhiex wisq li ġiet iffurmata u tvarja minn fonda għal fonda ħafna, b’nisġa li fil-parti l-kbira tagħha hija magħmula minn trab ġulġlieni u trab ġulġlieni ramli, u ta’ spiss ikollha kontenut għoli tal-ġebel tal-ġir; ġeneralment, l-ilma jiskula tajjeb fiha. Iż-żona bl-għoljiet tikkonsisti minn koni kalkarużi, ġeneralment b’livell għoli ta’ karbonati u ħafna blat u ġebel. Fl-għoljiet bejn Isera u Brentonico, hemm ħamrija li toriġina minn substrati bażaltiċi. Fejn l-għoljiet huma aktar wieqfa, il-ħamrija hija mtarrġa b’ħitan tal-ġebel niexef. Vallagarina hija żona ta’ tranżizzjoni bejn il-klima Alpina u l-klima aktar moderata tal-Prealpi ta’ Veneto. Is-sjuf huma sħan, iżda, speċjalment fl-aħħar tas-sajf, iż-żoni bl-għoljiet igawdu varjazzjoni sinifikanti fit-temperatura bejn binhar u billejl. Ix-xtiewi huma kesħin u t-temperaturi jistgħu jinżlu taħt iż-żero; it-temperaturi huma aktar moderati miż-żoni li jinsabu aktar ’il fuq, bis-saħħa tal-kurrenti mil-Lag ta’ Garda li jinsab fil-qrib. Ix-xita hija tipika tal-Mediterran b’medji annwali ta’ 850/1 000 mm ta’ xita.

Il-fatturi storiċi u umani rilevanti għar-rabta

Il-kultivazzjoni tal-vinji fiż-żona tmur lura għaċ-ċivilizzazzjoni ta’ Paleoveneto jew dik Etruska-Reta (is-seklu 7 — 5 Q.K.). Sa miż-żminijiet Rumani, il-pożizzjoni strateġika taż-żona li tgħaqqad lit-Tramuntana man-Nofsinhar tal-Ewropa ppermettiet li l-inbejjed jinfirxu fis-swieq fiż-żewġ direzzjonijiet. Evidenza sinifikanti hija rrappreżentata mil-lapida tal-funerali li tmur lura għat-tieni/it-tielet seklu A.D. iddedikata lin-negozjant tal-inbid ta’ Trento Publius Tenatius Essimnus, li nstabet f’Passau, il-Ġermanja. Il-vitikultura fiż-żona ngħatat spinta qawwija bl-annessjoni mar-Repubblika ta’ Venezja, bl-introduzzjoni tal-varjetà Marzemino f’Vallagarina li tmur lura għal dan l-avveniment. Il-vitikultura mbagħad tilfet xi ftit mill-importanza tagħha meta l-bdiewa lokali tefgħu ħarsithom fuq il-kultivazzjoni tat-tut biex jitimgħu lid-dud tal-ħarir. Ir-rikostruzzjoni ta’ wara l-filossera u ta’ wara l-gwerra ppermettiet lil Vallagarina terġa’ tikseb l-importanza tagħha fil-kuntest tal-produzzjoni tal-inbid nazzjonali sa mis-snin ħamsin. Minn dak iż-żmien, l-evidenza turi li l-isem “Vallagarina” intuża b’mod kontinwu, filwaqt li wassal għar-rikonoxximent tal-indikazzjoni ġeografika tal-istess isem fl-1995. L-isem ġeografiku “Vallagarina” intuża wkoll storikament kemm fir-rapporti tas-swieq tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Trento kif ukoll fil-katalgi tal-avvenimenti tal-inbid li ilhom jiġu organizzati fir-reġjun mill-bidu tas-seklu 20.

Minn dak iż-żmien, kien hemm influwenza pożittiva fuq il-vitikultura u l-attività enoloġika f’Vallagarina minħabba l-prossimità tal-iskejjel storiċi tal-enoloġija ta’ San Michele all’Adige (Trento) u ta’ Conegliano Veneto (Treviso), li ta’ min jiġu mfaħħra talli kkontribwew għat-tixrid ta’ tekniki ġodda u għarfien ġdid dwar il-vitikultura u dawk enoloġiċi minn mindu ġew stabbiliti.

Barra minn hekk, il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati lokali (kultivaturi tal-inbid u enoloġisti) fl-użu ta’ metodi tal-produzzjoni bbażati fuq is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika u fl-adozzjoni ta’ tekniki u teknoloġija tal-produzzjoni innovattivi huwa kruċjali wkoll.

Il-karatteristiċi u l-kwalitajiet tal-inbejjed tal-IĠP “Vallagarina” huma dovuti għall-ħila tal-produtturi tal-inbid, li joperaw f’territorju fejn it-topografija u l-frammentazzjoni tal-proprjetà jirrikjedu għadd kbir ta’ sigħat ta’ xogħol fis-sena (huma meħtieġa aktar minn 600 siegħa biex jiġi kkultivat ettaru wieħed ta’ vinja). B’mod partikolari, il-biċċa l-kbira ta’ dan il-ħin jiġi ddedikat għal operazzjonijiet li għadhom l-għan li jottimizzaw it-tkabbir tal-pjanti u l-maturazzjoni tal-għeneb, filwaqt li jistimolaw ir-reżistenza naturali għall-patoġeni u jnaqqsu l-użu ta’ miżuri għas-saħħa tal-pjanti. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li kważi ż-żona sħiħa mħawla bid-dwieli tiġi kkultivata skont il-prinċipji tal-ġestjoni integrata, u dejjem aktar organika, tal-organiżmi ta’ ħsara.

Illum il-ġurnata, il-vitikultura hija waħda mill-attivitajiet ekonomiċi ewlenin ta’ Vallagarina, b’aktar minn 800 azjenda tal-vitikultura, u qed tħalli impatt pożittiv fuq għadd ta’ oqsma, fosthom it-tradizzjonijiet popolari, il-kultura, l-arti u l-gastronomija. Minn perspettiva ambjentali, il-vinji huma wkoll il-karatteristika tal-pajsaġġ li tiddistingwi lit-territorju ta’ Vallagarina u huma l-prerekwiżit għall-enoturiżmu.

IĠP “Vallagarina” — Kategorija (1) Inbid

Informazzjoni dwar il-kwalità speċjali tal-prodotti attribwibbli għall-oriġini ġeografika u r-rabta kawżali mal-karatteristiċi naturali u umani taż-żona ġeografika

Il-ħamrija u l-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb, bħalma huma l-esponiment, iż-żiffiet u r-riħ, l-istruttura u l-kompożizzjoni tal-ħamrija favorevoli tagħha, l-effett mitiganti tal-Lag ta’ Garda li jinsab fil-qrib, u l-varjazzjoni sinifikanti fit-temperatura bejn binhar u billejl jipprovdu l-kundizzjonijiet ottimali biex jinkiseb għeneb ta’ kwalità għolja, b’akkumulazzjoni ta’ sustanzi aromatiċi u ż-żamma ta’ bilanċ tajjeb bejn il-kontenut taz-zokkor u tal-aċidu u l-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed li jirriżultaw.

Il-biċċa l-kbira ta’ dan il-ħin jiġi ddedikat għal “ġestjoni ekoloġika”, jiġifieri operazzjonijiet li għandhom l-għan li jottimizzaw it-tkabbir tal-pjanti u l-maturazzjoni tal-għeneb, filwaqt li jistimolaw ir-reżistenza naturali għall-patoġeni u jnaqqsu l-użu ta’ miżuri għas-saħħa tal-pjanti.

L-għarfien tal-produtturi dwar il-karatteristiċi tad-diversi varjetajiet tal-għeneb fiż-żoni tal-produzzjoni differenti jagħmilha possibbli biex jippjanaw l-operazzjonijiet tal-ħsad (li għadhom jitwettqu b’mod manwali) b’tali mod li jidentifikaw l-aħjar mument possibbli għall-qtugħ skont il-karatteristiċi mixtieqa tal-inbid.

L-għeneb abjad normalment jinqata’ kmieni sabiex jiġi ppreservat il-komponent aċidiku, li huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li l-inbejjed ikollhom il-freskezza karatteristika u t-togħmiet tal-frott tipiċi; min-naħa l-oħra, l-għeneb li jintuża biex jiġi prodott l-inbid aħmar jinħasad aktar tard sabiex ikun aktar misjur u aktar kumpless, u b’hekk jittejbu l-komponenti alkoħoliċi u polifenoli.

L-inbejjed bojod jiġu fi spettru ta’ kuluri li jvarjaw minn isfar lewn it-tiben għal isfar dehbi, xi kultant bi ħjiel ta’ aħdar ċar; għandhom aromi tal-frott u għandhom palat frisk u kemxejn aċiduż; meta l-inbejjed jinkisbu minn varjetajiet aromatiċi jew semiaromatiċi, din il-karatteristika hija evidenti u xi ftit jew wisq b’saħħitha fit-togħma.

L-inbejjed bojod joriġinaw primarjament minn żoni bl-għoljiet u normalment għandhom struttura medja, iżda huma apprezzati ħafna għall-freskezza, il-fwieħa u t-togħma ġenerali bbilanċjata tajjeb tagħhom. Il-maġġoranza tal-inbejjed bojod huma magħmula minn varjetajiet internazzjonali, li madankollu ilhom jiġu mkabbra fiż-żona għal żmien twil, bħal Chardonnay, Müller Thurgau and Sauvignon, li magħhom huma miżjuda għadd ta’ varjetajiet nattivi bħal Nosiola u Traminer Aromatico.

L-inbejjed ħomor joriġinaw primarjament mill-ħamrija sedimentarja fonda tal-qiegħ tal-wied. Il-kwalità minerali aħjar ta’ din il-ħamrija tiffavorixxi l-produzzjoni tal-inbejjed li huma pjuttost kumplessi, strutturati u adattati wkoll għall-maturazzjoni, li tista’ tittejjeb b’perjodu moderat ta’ ħażna f’kontenituri tal-injam. L-inbejjed għandhom kulur aħmar lewn ir-rubini li jvarja fl-intensità, skont id-durata tal-fermentazzjoni fuq il-qxur; mal-maturazzjoni l-kulur jista’ jevolvi fil-lewn, billi jiżviluppa ħjiel ta’ oranġjo. Anke l-maġġoranza tal-inbejjed ħomor huma magħmula minn varjetajiet internazzjonali bħal Merlot u l-Cabernets, li magħhom jiżdiedu għadd ta’ varjetajiet nattivi bħal Schiava, Lagrein u Teroldego.

L-inbejjed rożè jammontaw għal minoranza tal-inbejjed “Vallagarina” fir-rigward tal-kwantità, u primarjament huma magħmula minn għadd ta’ varjetajiet (Schiava, Merlot) li l-għeneb tagħhom huma qxur iffermentati jew, l-aktar, b’perjodu qasir ta’ kuntatt mal-qxur. L-inbejjed rożè għandhom kulur roża skur karatteristika; dawn għandhom aromi delikati li jixbhu l-frott artab selvaġġ u s-sensazzjonijiet tal-frott fuq il-palat huma akkumpanjati minn freskezza u faċilità biex jinxtorob sinifikanti.

L-interazzjoni bejn il-fatturi naturali (il-varjetà tal-għeneb, il-klima, il-ħamrija), l-esperjenza miksuba mill-operaturi lokali u mit-tekniki moderni tat-tkabbir u tal-vinifikazzjoni tagħmilha possibbli li jiġu prodotti nbejjed ta’ kwalità li l-karatteristiċi u r-reputazzjoni tagħhom huma marbutin kemm maż-żona tal-produzzjoni kif ukoll mal-varjetà tal-għeneb li minnhom huma prodotti. B’mod partikolari, il-kombinazzjoni tal-fatturi naturali, ambjentali u klimatiċi, tagħti lill-inbejjed struttura tajba, qawwa alkoħolika moderata, freskezza partikolari marbuta ma’ kontenut aċidiku għoli u freskezza u intensità ta’ aromi mhux komuni.

IĠP “Vallagarina” — Kategoriji (4) Inbid frizzanti, (5) Inbid frizzanti ta’ kwalità u (6) Inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità

Informazzjoni dwar il-kwalità speċjali tal-prodotti attribwibbli għall-oriġini ġeografika u r-rabta kawżali mal-karatteristiċi naturali u umani taż-żona ġeografika

Fil-każ tal-inbid frizzanti, ir-rabta maż-żona hija stabbilita mit-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti li ż-żona tista’ tgawdi minnha. Il-produzzjoni tal-inbid frizzanti tmur lura għall-bidu tas-seklu 20 u żviluppat maż-żmien kemm fir-rigward tal-għadd ta’ vinji li jipproduċu l-inbid kif ukoll it-teknoloġija tal-produzzjoni li hija disponibbli għall-operaturi. It-tradizzjoni stabbilita sew tal-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti identifikat l-għeneb tal-varjetajiet Chardonnay, Pinot Bianco, Pinot Grigio, Pinot Nero u Müller-Thurgau bħala partikolarment adattati għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti u tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità, kemm dawk li jsiru minn varjetà waħda kif ukoll dawk li jsiru minn taħlita ta’ varjetajiet, u l-varjetà nattiva tal-għeneb Moscato Giallo bħala l-unika bażi għall-produzzjoni ta’ “inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità”. Il-karatteristiċi tipiċi tal-inbejjed frizzanti tal-IĠP “Vallagarina” huma msejsa fuq id-disponibbiltà tal-materja prima minn żoni ta’ vitikultura b’altitudni għolja fejn l-għeneb iżomm, aktar minn kwalunkwe post ieħor, bilanċ bejn il-kontenut taz-zokkor u l-komponent aċiduż, li t-tnejn li huma jittejbu bil-varjazzjoni fit-temperatura bejn binhar u billejl, li ssir aktar qawwija hekk kif tiżdied l-altitudni tal-vinji.

Dawn il-karatteristiċi, flimkien mal-attenzjoni partikolari li tingħata matul il-fażijiet tat-tkabbir u tal-vinifikazzjoni tal-għeneb u matul il-perjodu tal-fermentazzjoni sekondarja sussegwenti, jirriżultaw fi prodott komplut bi kwalitajiet partikolari ta’ sottilezza u eleganza.

Dawn l-inbejjed frizzanti huma kkaratterizzati mill-iżvilupp ta’ ragħwa fina u li ddum żmien twil, u minn kulur li jvarja minn isfar lewn it-tiben għal isfar dehbi bi ħjiel ta’ aħdar ċar. Dawn għandhom aroma fina, xi kultant tal-frott, bi ħjiel tal-ħmira. It-togħma hija fina u armonjuża u karatteristika tal-varjetà Moscato jekk l-inbid frizzanti jinkiseb minn din il-varjetà tal-għeneb.

L-inbid frizzanti rożè, li primarjament jinkiseb mill-varjetà tal-għeneb ta’ Pinot Nero, huwa kkaratterizzat minn ragħwa fina u li ddum żmien twil, u minn kulur roża li jvarja fl-intensità. Għandu aroma distintiva u fina bi ħjiel tal-ħmira. It-togħma hija fina u distintiva.

Il-kategoriji (inbid frizzanti, inbid frizzanti ta’ kwalità, inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità) u t-tipi (abjad, rożè) kollha tal-inbid frizzanti jistgħu jiġu prodotti fil-verżjonijiet minn “brut nature” sa “ħelwa” skont il-kontenut taz-zokkor residwu fil-prodott meta jiġi kkunsmat.

L-interazzjoni bejn il-fatturi naturali (il-varjetà tal-għeneb, il-klima, il-ħamrija), l-esperjenza miksuba mill-operaturi lokali u mit-tekniki moderni tat-tkabbir u tal-vinifikazzjoni tagħmilha possibbli li jiġu prodotti nbejjed ta’ kwalità li l-karatteristiċi tagħhom huma marbuta kemm maż-żona tal-produzzjoni kif ukoll mal-varjetà tal-għeneb li minnhom huma prodotti. B’mod partikolari, il-kombinazzjoni ta’ fatturi naturali, ambjentali u klimatiċi tagħti lill-inbejjed struttura tajba, qawwa alkoħolika moderata, freskezza partikolari marbuta ma’ kontenut għoli tal-aċidu u freskezza u intensità tal-aromi mhux komuni.

IĠP “Vallagarina” — Kategorija (8) Inbid semifrizzanti

Informazzjoni dwar il-kwalità speċjali tal-prodotti attribwibbli għall-oriġini ġeografika u r-rabta kawżali mal-karatteristiċi naturali u umani taż-żona ġeografika

Ir-rabta maż-żona hija stabbilita mill-produzzjoni tradizzjonali f’Vallagarina ta’ nbejjed semifrizzanti naturali. Dan it-tip ta’ produzzjoni, li ilu li beda mis-snin sittin sabiex tiġi ssodisfata d-domanda li ġejja primarjament mis-swieq fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż, aktar tard irnexxa wkoll fis-swieq lokali u nazzjonali. Dan is-suċċess wassal kemm għall-kontinwità tal-produzzjoni kif ukoll għall-irfinar tat-tekniki tal-produzzjoni li tejbu l-livell tal-kwalità tal-inbejjed.

Il-konverżjoni varjetali ta’ “Vallagarina” fissret li l-maġġoranza tal-għeneb iswed ġie ssostitwit b’varjetajiet tal-għeneb abjad li rriżultat f’disponibbiltà akbar tal-inbejjed b’karatteristiċi li jagħmluhom adattati biex jiġu pproċessati fi nbid semifrizzanti. Primarjament dawn huma, iżda mhux biss, l-istess varjetajiet bħal dawk li jintużaw biex jiġi prodott l-inbid frizzanti. L-inbejjed ħomor u rożè huma magħmula wkoll fi nbid semifrizzanti iżda fuq skala iżgħar.

Il-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti tal-IĠP “Vallagarina” hija msejsa fuq id-disponibbiltà tal-materja prima minn żoni ta’ vitikultura b’altitudni għolja fejn l-għeneb għandu bilanċ bejn il-kontenut taz-zokkor u l-komponent aċiduż, li jittejjeb bil-varjazzjoni fit-temperatura bejn binhar u billejl, li ssir aktar qawwija hekk kif tiżdied l-altitudni tal-vinji. Dawn il-varjazzjonijiet fit-temperatura jikkawżaw akkumulazzjoni konsiderevoli tal-prekursuri aromatiċi li jagħtu lill-inbejjed il-karatteristiċi organolettiċi partikolari tagħhom.

Dawn il-karatteristiċi, flimkien mal-attenzjoni partikolari li tittieħed matul il-fażijiet tat-tkabbir u tal-vinifikazzjoni tal-għeneb u matul il-perjodu tal-fermentazzjoni sekondarja sussegwenti, jagħtu lill-inbejjed semifrizzanti dawk il-karatteristiċi tal-freskezza u tad-dinamiżmu li jiddistingwuhom u li huma marbuta wkoll mar-rilaxx moderat tad-diossidu tal-karbonju.

B’mod partikolari, minħabba l-investimenti konsiderevoli meħtieġa għall-ipproċessar tal-inbid semifrizzanti, il-produzzjoni ta’ dan l-inbid hija kkonċentrata f’għadd limitat ta’ impriżi, li jwettqu wkoll il-proċess f’isem partijiet terzi. L-ispeċjalizzazzjoni għolja ta’ dawn l-impriżi, li għandhom tagħmir teknoloġikament avvanzat, għamlitha possibbli li tiġi rfinuta t-teknika tal-fermentazzjoni sekondarja f’kontenituri kbar (awtoklavi), filwaqt li għenet biex tittejjeb il-kwalità tal-inbejjed semifrizzanti.

It-topografija tal-art u l-frammentazzjoni tal-proprjetà jammontaw għall-għadd kbir ta’ sigħat ta’ xogħol fis-sena (aktar minn 600) meħtieġa biex jiġi kkultivat ettaru wieħed ta’ vinja. Il-biċċa l-kbira ta’ dan il-ħin jiġi ddedikat għal operazzjonijiet li jkollhom l-għan li jottimizzaw it-tkabbir tal-pjanti u l-maturazzjoni tal-għeneb, filwaqt li jistimolaw ir-reżistenza naturali għall-patoġeni u jnaqqsu l-użu ta’ miżuri għas-saħħa tal-pjanti. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li kważi ż-żona sħiħa mħawla bid-dwieli tiġi kkultivata skont il-prinċipji tal-ġestjoni integrata, u dejjem aktar organika, tal-organiżmi ta’ ħsara.

L-interazzjoni bejn il-fatturi naturali (il-varjetà tal-għeneb, il-klima, il-ħamrija), l-esperjenza miksuba mill-operaturi lokali u mit-tekniki moderni tat-tkabbir u tal-vinifikazzjoni tagħmilha possibbli li jiġu prodotti nbejjed ta’ kwalità li l-karatteristiċi tagħhom huma marbutin kemm maż-żona tal-produzzjoni kif ukoll mal-varjetajiet tal-għeneb li minnhom huma prodotti. B’mod partikolari, il-kombinazzjoni ta’ fatturi naturali, ambjentali u klimatiċi tagħti lill-inbejjed struttura tajba, qawwa alkoħolika moderata, freskezza partikolari marbuta ma’ kontenut għoli tal-aċidu, u freskezza u intensità tal-aromi mhux komuni.

Anke f’dan il-każ, il-prossimità tal-Istitut Agrikolu San Michele all’Adige u tal-Iskola tal-Enoloġija ta’ Conegliano għenet biex jiġi żviluppat l-għarfien tekniku meħtieġ biex jiġu prodotti nbejjed semifrizzanti ta’ kwalità għolja permezz tal-varjetajiet tal-dwieli li jitkabbru fiż-żona, u biex dan l-għarfien jinxtered fost il-kultivaturi tal-inbid u l-enoloġisti.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Derogi għaż-żona tal-vinifikazzjoni

Qafas ġuridiku: Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali: Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika identifikata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Minbarra fiż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-ipproċessar fi nbid semifrizzanti u frizzanti jistgħu jitwettqu wkoll fir-Reġjun ta’ Veneto u fir-reġjun tal-viċinat tal-Lombardija, dment li l-azjendi kkonċernati jkunu jistgħu juru tradizzjoni mingħajr waqfien tal-produzzjoni ta’ nbejjed tal-IĠP “Vallagarina” matul dawn l-aħħar ħames snin tal-vitikultura.

Din id-deroga hija bbażata fuq tradizzjoni stabbilita sew u tippermetti lill-produtturi kkonċernati jużaw ukoll faċilitajiet tal-ipproċessar li jinsabu fiż-żoni msemmija qabel li jmissu maż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb; fl-istess ħin, id-deroga mhijiex estiża għal impriżi oħra tal-ipproċessar, anke sabiex jiġu ssimplifikati l-kontrolli meħtieġa.

Indikazzjoni tal-isem tal-varjetà tal-għeneb fuq it-tikketta

Qafas ġuridiku: Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

It-tikketti tal-inbejjed tal-IĠP “Vallagarina” jistgħu juru l-isem/ismijiet ta’ varjetà waħda tal-għeneb jew ta’ żewġ varjetajiet tal-għeneb, minbarra għall-varjetajiet li ġejjin, li huma pprojbiti b’mod espliċitu fid-denominazzjoni u l-preżentazzjoni:

Il-varjetà Pinot Grigio hija eskluża għall-inbejjed tal-provinċja ta’ Verona;

Il-varjetajiet Pinot Grigio u Marzemino huma esklużi għall-inbejjed tal-provinċja ta’ Trento.

Fil-każ ta’ nbejjed frizzanti, tista’ ssir referenza għal varjetà waħda jew għal żewġ varjetajiet, limitata għall-varjetajiet li ġejjin:

Inbid frizzanti u Nbid frizzanti ta’ kwalità: Chardonnay, Pinot Bianco, Pinot Nero u Müller Thurgau;

Inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità: Moscato Giallo.

Barra minn hekk, sabiex l-inbejjed tal-IĠP “Vallagarina” jiġu denominati bl-ismijiet ta’ żewġ varjetajiet tal-għeneb tal-istess kulur, l-għeneb tal-varjetà “minuri” tal-għeneb xorta trid tammonta għal aktar minn 15 % tat-total, u l-varjetajiet iridu jiġu indikati fuq it-tikketta f’ordni dixxendenti sabiex jiġi rrispettat l-ammont attwali tal-għeneb li jintuża. Ir-raġuni għal dan huwa biex jiġi żgurat li tali nbejjed jirriflettu l-karatteristiċi taż-żewġ varjetajiet tal-għeneb li minnhom jiġu prodotti.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/13199


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


12.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/24


Pubblikazzjoni ta' Dokument Uniku kif imsemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(2019/C 235/08)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt ta' oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Vera de Estenas”

PDO-ES-N1665

Data tat-tressiq tal-applikazzjoni: 27.9.2013

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Vera de Estenas

2.   Tip ta' indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta' oriġini protetta

3.   Kategorija tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbid aħmar “Reserva” u “Gran Reserva”

Inbid aħmar “Reserva”

Dehra: kulur aħmar lewn iċ-ċirasa, bi sfumaturi ħfief bejn lewn iċ-ċirasa u l-madum tat-terrakotta.

Aroma: aromi primarji friski, ta' frott u varjetali. Aromi ta' għeneb misjur sew u ta' vanilla u ħjiel ta' sħana mhux qawwija huma notevoli.

Togħma: ħelwa, b'palat qawwi, li fl-aħħar tħalli togħma niexfa.

Inbid aħmar “Gran Reserva”:

Dehra: kulur tal-granata bi lwien tal-madum tat-terrakotta.

Aroma: frott niexef, frott aħmar misjur ħafna; maż-żmien, dawn l-aromi jistgħu jevolvu għal waħda b'noti pikkanti u b'noti balsamiċi li jikkumplimentaw lil xulxin. Aromi fini ħafna tal-injam, tal-vanilla u ħjiel ta' ballut mixwi.

Togħma: fwieħet l-inbid strutturata, ta' frott misjur sew, li ddum ħafna fil-palat.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum)

 (*1)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% tal-volum)

12,5

Aċidità minima totali

5 grammi/litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru)

15,83

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru)

140

Inbid aħmar “Crianza” u nbid aħmar immaturat fil-btieti (“madurado en barrica”)

Inbid aħmar “Crianza”: aħmar lewn iċ-ċirasa. Noti ta' frott u ta' ħwawar integrati sew; veġetazzjoni Mediterranja. Togħma ħelwa, frott b'tannini ħfief, palat pjaċevoli.

Inbid aħmar immaturat fil-btieti: b'tonalitajiet fil-vjola; ileqq u nadif. Aromi primarji tajbin ta' frott aħmar, aromi tal-foresta u tal-injam. Fil-ħalq, iħalli togħmiet pikkanti u ta' frott.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum)

 (*2)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% tal-volum)

12

Aċidità minima totali

5 grammi/litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru)

15,83

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru)

140

Inbid rożè

Kulur aħmar b'tonalitajiet tal-frawli u ħjiel ta' vjola; ċar u jleqq. Aroma qawwija ħafna u ta' frott. Ibbilanċjata ħafna fil-ħalq, u tfakkar fil-frott u fl-aromi tal-fjuri.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum)

 (*3)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% tal-volum)

12

Aċidità minima totali

6 grammi/litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru)

14,17

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru)

190

Inbid abjad

Kulur isfar lewn it-tiben, ileqq. Aromi ta' frott. Fil-ħalq, togħma ta' frott qawwija u tajba.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum)

 (*4)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% tal-volum)

12

Aċidità minima totali

5 grammi/litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru)

15,0

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru)

190

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Prattika enoloġika speċifika

Il-vinifikazzjoni tal-inbejjed ħomor immaturati fil-btieti, “Crianza”, “Reserva” u “Gran reserva”, issir mill-varjetajiet ta' Bobal, Tempranillo, Cabernet Sauvignon jew Merlot. Il-produzzjoni ssir f'kontenituri b'temperatura kkontrollata li ma taqbiżx it-28 °C. Il-maturazzjoni ssir fi btieti tal-ballut b'kapaċità ta' 225 jew 300 litru. L-inbejjed immaturati fil-btieti jinżammu hemmhekk għal inqas minn 6 xhur, għall-kuntrarju tal-inbejjed “Crianza” li jinżammu hemmhekk minn tal-inqas 6 xhur, l-inbejjed “Reserva” li jinżammu hemmhekk minn tal-inqas 12-il xahar, u l-inbejjed “Gran Reserva” li jinżammu hemmhekk minn tal-inqas 18-il xahar. Dawn l-inbejjed jilħqu l-maturazzjoni tagħhom fil-flixkun sal-iskadenza tal-perjodu minimu legalment previst.

L-inbejjed bojod Chardonnay jiffermentaw fi btieti ġodda tal-ballut ta' 225 jew 300 litru.

L-inbejjed rożè jiġu prodotti l-aktar mill-varjetà tal-għenba ħamra ta' Bobal. Il-produzzjoni tagħhom ssir f'kontenituri tal-azzar inossidabbli b'temperatura li ma taqbiżx it-22 °C.

Ir-rendiment massimu huwa stabbilit għal 70 %.

Metodi ta' kultivazzjoni

Il-varjetà Bobal titkabbar skont id-daqs tradizzjonali ta' siġar miżburin b'forma ta' skutella. Il-varjetajiet l-oħra jitħawlu bl-istruttura “espaldera”. Il-kontroll tal-maturazzjoni, tal-kontenut taz-zokkor, tal-pH u tal-aċidità jiddetermina l-jum ideali għall-ħsad, skont l-inbid li se jiġi prodott mill-għeneb.

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

Varjetajiet ħomor:

7 950 kg ta' għeneb għal kull ettaru

Varjetajiet ħomor:

55,65 ettolitru għal kull ettaru

Varjetajiet bojod:

8 700 kg ta' għeneb għal kull ettaru

Varjetajiet bojod:

60,90 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona demarkata tinsab fil-muniċipalità ta' Utiel (Valencia), u hija mqassma kif ġej: Il-poligonu 37, l-irqajja' art 101, 104, 141, 143, 144, 146, 147, 148, 149 u l-poligonu 38, l-irqajja art 195, 196, 197, 204, 205, 206a1 u a2, b, d, e, f u g, 207, 208, 337 a, b u d, 218, 220 u 534.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

 

CABERNET SAUVIGNON

 

BOBAL

 

TEMPRANILLO

 

MERLOT

 

CHARDONNAY

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Fatturi naturali u umani

“Vera de Estenas” huwa l-isem taż-żona ġeografika demarkata. Din iż-żona testendi fuq għolja żgħira li tinżel mis-Sierra Juan Navarro sal-pjanura tax-xmara Magro, mat-tarf tan-nixxiegħa ta' Estenas, li għaliha hija msemmija ż-żona demarkata, tul iż-żona għall-kultivazzjoni tad-dwieli, tixrob l-ilmijiet tal-muntanji tat-Tramuntana ta' Utiel lejn ix-xmara Magro, u hija fruntiera naturali ta' din il-muniċipalità li tinsab fil-provinċja ta' Valencia.

Iż-żona ġeografika demarkata tinsab fuq ilma tal-pjan li huwa baxx ħafna; barra minn hekk, il-preċipitazzjoni medja hija ta' madwar 430 mm li tikkorrispondi għal medja ta' 52 jum ta' xita. In-numru medju ta' sigħat ta' xemx huwa ta' 2 600 għal medja ta' 60 jum, filwaqt li s-sema tkun bla sħab madwar 130 jum fis-sena.

Fir-rigward tal-ġeoloġija, il-vinji taż-żona għall-kultivazzjoni tad-dwieli jinsabu prinċipalment f'għelieqi mijoċene u, b'mod aktar limitat, f'għelieqi kwaternarji. It-tip ta' ħamrija predominanti fiż-żona tikkonsisti minn ġebel tal-ġir kannella, b'rati medji ta' ġebel tal-ġir totali u ta' ġebel tal-ġir attiv ta' 38 % u ta' 14 % rispettivament. Il-konduttività medja tal-ħamrija hija baxxa, li jindika li m'hemmx problemi ta' salinità. Il-kontenut ta' materjal organiku jammonta għal medja ta' 1,5 %, li huwa valur aktar baxx minn dak taż-żoni ġirien, filwaqt li l-pH tal-ħamrija taż-żona jaqbeż it-8,5.

Għandha tiġi nnotata wkoll il-preżenza ta' bosk ta' 2 ha fiż-żona demarkata, li jirregola l-umdità u jnaqqas ir-riħ u t-temperatura.

Fl-aħħar nett, waħda mill-karatteristiċi tal-vinji ta' din iż-żona hija l-orjentazzjoni tagħhom. Fid-dawl tal-orografija partikolari taż-żona, l-għażla tal-orjentazzjoni tar-ringieli u tas-sistema ta' kontroll tiddependi prinċipalment fuq il-forma tal-irqajja' art, tal-gradjent, tad-disponibbiltà tal-ilma u tad-direzzjoni tar-riħ l-aktar komuni, filwaqt li dejjem jiġi mfittex esponiment tajjeb għax-xemx.

Deskrizzjoni tal-inbid

L-inbejjed ta' din iż-żona jiddependu fuq il-karatteristiċi partikolari tal-ħamrija, tat-topografija u tal-klima lokali, u b'mod partikolari fuq il-qiegħ baxx ħafna tal-ilma tal-pjan. Huma nbejjed b'qawwa alkoħolika tajba; b'kuluri rikki u jleqqu; b'aromi primarji ta' frott misjur li jibqgħu għal bosta snin fl-inbid; fil-ħalq, dawn l-inbejjed huma strutturati u armonjużi u fwieħet l-inbid – id-denominatur komuni – jinsabu f'kull sena tal-għasir. Huma nbejjed strutturati sew u huma adattati għall-maturazzjoni fil-btieti u mbagħad fil-fliexken, b'tannini qawwijin iżda mhux aggressivi, indiċi ta' polifenoli totali fl-inbejjed ħomor u aċidità totali, espressa bħala aċidu tartariku, ta' madwar 5-6 g/l.

Rabta

L-orografija partikolari taż-żona demarkata, ikkaratterizzata mill-prossimità tax-xmara Magro fin-Nofsinhar, tas-Sierra Negrete fit-Tramuntana u tan-nixxiegħa ta' Estenas tul iż-żona, li huma lkoll fruntieri naturali, il-klima speċifika, it-tip ta' ħamrija deskritta, il-preżenza ta' żona msaġġra fiċ-ċentru tagħha u s-sitwazzjoni taż-żona fuq ilma tal-pjan li jinsab ftit metri 'l isfel jippermettu l-kisba ta' maturazzjoni tajba tal-għeneb, kontenut għoli ta' zokkor u aċidità tajba. Għal dan il-għan, l-umdità aktar għolja fiż-żona għall-kultivazzjoni tad-dwieli meta mqabbla maż-żoni tal-madwar hija fattur kruċjali li jevita dewmien fil-maturazzjoni prinċipalment matul ix-xhur l-aktar nexfin tas-sena; b'hekk jippermetti l-kisba ta' nbejjed b'kulur rikk ħafna, b'perċentwal għoli ta' tannini u ta' polifenoli, qawwa alkoħolika tajba u aċidità bbilanċjata. L-influwenza fuq il-vinja tal-ilma tal-pjan u tal-orografija partikolari taż-żona hija kruċjali biex jinkisbu dawn l-inbejjed.

L-aċidità totali, espressa bħala aċidu tartariku, ta' bejn 5 u 6 g/l, tagħmel l-inbejjed ibbilanċjati ħafna fil-ħalq; din l-aċidità tirriżulta mill-influwenza tal-ilma tal-pjan fiż-żona demarkata, li timmodera d-differenza fit-temperatura bejn il-jum u l-lejl, filwaqt li tikkawża varjazzjonijiet inqas qawwijin mill-bqija tar-reġjun u żżomm umdità aktar għolja miż-żoni tal-madwar. Dan huwa ta' benefiċċju għal tkabbir tal-weraq tajjeb, li jdum sa wara l-ħsad b'weraq b'saħħtu. Il-bosk li jinsab fiċ-ċentru taż-żona jinfluwenza wkoll il-maturazzjoni tal-għeneb billi jżomm il-freskezza matul is-sajf, li twassal għal maturazzjoni kajmana li tagħti lill-inbejjed aċidità bbilanċjata ħafna. Il-bosk jipproteġi wkoll il-vinji fil-qrib matul ix-xitwa u r-rebbiegħa, filwaqt li jevita l-ġlati li jdumu.

In-natura tal-inbejjed hija ddeterminata wkoll mill-prossimità taż-żona, lejn in-Nofsinhar, mad-dwieli tax-xmara Magro, li timmodera t-temperaturi u l-umdità tal-pjanura. L-istess jgħodd għat-Tramuntana, fejn is-Sierra Negrete sservi bħala lqugħ kontra r-riħ kiesaħ tat-Tramuntana fix-xitwa u fir-rebbiegħa. In-nixxiegħa ta' Estenas, tul iż-żona għall-kultivazzjoni tad-dwieli u li tixrob l-ilmijiet tal-muntanji tat-Tramuntana ta' Utiel u tiddireġihom lejn ix-xmara Magro, hija element distintiv ieħor. Il-ħamrija b'qoxra tal-ġebla tal-ġir tagħti wkoll rata ta' umdità ogħla minn dik tal-bqija tar-reġjun, fejn il-ħamrija żviluppata fuq materjali mhux ikkonsolidati hija predominanti. Minħabba dan, filwaqt li l-pH taż-żoni tal-madwar huwa ta' madwar 8,2 u 8,3, fiż-żona demarkata huwa ta' 8,5. Dawn il-pH għoljin huma dovuti prinċipalment għall-kwantitajiet kbar ta' karbonat tal-kalċju, u jippromwovu l-assorbiment tal-fosfati, tal-potassju, tal-kalċju u tal-manjeżju mill-vinji.

Għalhekk, il-kontenut tal-ġebla tal-ġir fil-ħamrija ma jikkorrispondix għal dak tal-bqija tar-reġjun: dan tal-aħħar jinsab f'medja ta' 25 %, filwaqt li l-ħamrija taż-żona demarkata għandha rata tal-ġebla tal-ġir totali ta' 38 % u rata tal-ġebla tal-ġir attiva ta' 14 %. Bl-istess mod, il-livelli ta' fosforu u ta' potassju fil-ħamrija taż-żona (minkejja li jistgħu jvarjaw minn roqgħa art għal oħra) huma aktar għoljin mill-bqija tar-reġjun u miż-żoni tal-madwar: bejn 30 u 50 ppm għall-fosforu u bejn 0,35 u 0,55 mEq/l għall-potassju.

Għaldaqstant, dawn il-fatturi kollha jiżguraw li l-inbejjed ta' din il-vinja jkunu kkaratterizzati minn kulur rikk ileqq, aromi primarji ta' frott misjur, struttura ċara u armonija tajba fil-ħalq.

Barra minn hekk, id-differenzi l-aktar notevoli bejn l-inbejjed “Vera de Estenas” u l-inbejjed prodotti fil-madwar, koperti mid-DOP Utiel-Requena, huma kif ġej, b'mod partikolari għall-inbejjed ħomor immaturati:

Parametru

DOP Utiel-Requena

Vera de Estenas

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% tal-volum)

10,5

12,5

Kontenut ta' zokkor totali massimu (g/l)

9

4

Aċidità minima totali (g/l)

3,5

5

Aċidità volatili massima (g/l)

1,2

0,95

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (mg/l)

150

140

Intensità tal-kulur minima

 

10 UA/cm

IPT min

 

55

Rendiment massimu (kg/ha)

7 500 -10 500

7 850

Rendiment ta' estrazzjoni (%)

74

70

Fl-aħħar nett, ta' min jinnota li għalkemm bħalissa teżisti biss kantina tal-inbid waħda fiż-żona demarkata, “Compañía Vinícola del Campo de Requena, SL” ressqet applikazzjoni lir-reġistru tal-artijiet. Din l-impriża nħolqot speċifikament biex tlaqqa' flimkien grupp ta' proprjetarji ta' vinji li jinsabu fiż-żona demarkata, biex japplikaw għad-DOP. Fil-fatt, din il-kantina tal-inbid mhix proprjetarja ta' 100 % tal-irqajja' art fiż-żona ġeografika demarkata, peress li l-irqajja' art bin-numri 144 u 147 tal-poligonu 37, u l-irqajja' art 197, 204, 207, 208, 218 u 220 tal-poligonu 38 jappartjenu għal proprjetarji vitikulturi oħra, li kellhom il-possibbiltà li jsemmgħu leħinhom. Ma' dan jeħtieġ li nżidu li, minkejja li l-kantina tal-inbid għandha rqajja' art oħra ħdejn iż-żona demarkata, dawn ma ġewx inklużi fiż-żona minħabba n-nuqqas ta' kundizzjonijiet pedoklimatiċi meħtieġa.

Għalhekk, minkejja li bħalissa jeżisti biss stabbiliment ta' vinifikazzjoni wieħed, jista' jagħti l-każ li fil-futur jiżdiedu stabbilimenti ġodda, li jekk jirrispettaw l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, jistgħu jużaw id-DOP.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Xejn

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.agroambient.gva.es/documents/163228750/163232588/PC+VERA+DE+ESTENAS-GRABADA.pdf/d0d9334c-f314-407f-82e2-15d935a0f9e5


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(*1)  Il-valur tal-qawwa alkoħolika totali massima għandu jibqa' fil-limiti legali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

(*2)  Il-valur tal-qawwa alkoħolika totali massima għandu jibqa' fil-limiti legali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

(*3)  Il-valur tal-qawwa alkoħolika totali massima għandu jibqa' fil-limiti legali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

(*4)  Il-valur tal-qawwa alkoħolika totali massima għandu jibqa' fil-limiti legali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.