ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 233A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
11 ta' Lulju 2019


Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2019/C 233 A/01

Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AST-SC/08/19 — Uxxiera Parlamentari (SC 1/SC 2)

1


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

11.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 233/1


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

EPSO/AST-SC/08/19 — Uxxiera Parlamentari (SC 1/SC 2)

(2019/C 233 A/01)

Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: L-10 ta’ Settembru 2019 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni ġenerali, ibbażata fuq kwalifiki u testijiet, sabiex jinħolqu listi ta’ riserva li minnhom il-Parlament Ewropew ikun jista’ jirrekluta membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “ uxxiera parlamentari ” (grupp ta’ funzjoni AST-SC).

Il-kandidati ta’ suċċess li jkollhom grad SC 2 jistgħu jiġu reklutati wkoll għal dmirijiet simili mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu.

Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal dawn il-proċeduri ta’ selezzjoni.

Ara l-ANNESS III biex taqra r-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali.

L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula:

Grad SC 1: 20 Grad SC 2: 27

Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni jkopri żewġ gradi. Tista’ tapplika biss għal wieħed. Din l-għażla trid tagħmilha meta tkun qed tapplika online u ma tistax tibdilha ġaladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni elettronika tiegħek. Madankollu, taħt ċerti kundizzjonijiet , deskritti fil-punt 3) tat-Taqsima KIF SE NINTGĦAŻEL?, l-applikazzjoni tiegħek għall-grad SC 2 tista’ tiġi assenjata mill-ġdid mill-Bord tas-Selezzjoni għall-grad SC 1.

LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?

L-uxxiera parlamentari huma mistennija jgħinu lill-Membri Parlamentari (MPE) u lil dinjitarji oħra matul is-sessjonijiet plenarji, fil-laqgħat ta’ korpi parlamentari, kif ukoll matul il-bosta avvenimenti li jsiru fil-binjiet tal-Parlament Ewropew. Huma jiżguraw ir-rispett tar-regoli u l-osservanza tal-prinċipji ta’ sigurtà.

Dan jinkludi, fost l-oħrajn, it-tħejjija u l-monitoraġġ tas-swali tal-laqgħat, l-akkumpanjament u l-assenjazzjoni ta’ siġġu għall-MPE, il-VIPs jew il-viżitaturi fis-swali tal-laqgħat jew fl-emiċiklu, kif ukoll it-twettiq ta’ kompiti ċerimonjali f’kooperazzjoni mas-servizz tal-Protokoll. Dawn il-kompiti jeħtieġu li l-uxxiera jkunu flessibli fil-ħinijiet tax-xogħol u jinvolvu vvjaġġar bejn it-tliet postijiet regolari tax-xogħol tal-Parlament (Brussell, il-Lussemburgu u Strasburgu) kif ukoll barra minn dawn il-postijiet. Huma meħtieġa jilbsu uniformi pprovduta mill-Parlament Ewropew.

Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jitwettqu.

JIENA ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?

Trid tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi KOLLHA li ġejjin sad-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet onlajn:

1)    Kundizzjonijiet ġenerali

Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari

jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-karattru għad-dmirijiet ikkonċernati

2)    Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi

Irid ikollok għarfien ta’ mill-inqas tliet (3) lingwi uffiċjali tal-UE ; waħda b’livell minimu ta’ C1 (għarfien profond), waħda b’livell minimu ta’ B2 (għarfien sodisfaċenti), u oħra b’livell minimu ta’ A2 (għarfien bażiku).

Kun af li l-livelli minimi meħtieġa hawn fuq iridu japplikaw għal kull ħila lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) kif mitluba fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn il-ħiliet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr).

F’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni nagħmlu referenza għal-lingwi bħala:

Lingwa 1: il-lingwa użata għat-testijiet b’mistoqsijiet b’għażla multipla bil-kompjuter

Lingwa 2: il-lingwa użata għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener), għat-testijiet ta’ kompetenza ġenerali u relatati mal-qasam matul il-fażi ta’ valutazzjoni u għall-komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidati li jkunu ppreżentaw applikazzjoni valida. Din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwa 1.

Lingwa 3: il-lingwa użata għat-test orali matul il-fażi ta’ valutazzjoni. Din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwi 1 u 2.

Il-lingwa 2 trid tkun il-Franċiż jew l-Ingliż.

L-għan ta’ din il-kompetizzjoni huwa li tinħoloq listi ta’ riżerva ta’ uxxiera parlamentari għar-reklutaġġ fil-Parlament Ewropew. Ir-rekwiżiti lingwistiċi għal din il-kompetizzjoni jqisu l-kompiti tal-postijiet offruti. Ladarba jiġu reklutati, huwa essenzjali li l-uxxiera jkunu jistgħu jikkomunikaw mal-MEPs, il-Kummissarji tal-UE, il-viżitaturi, il-kollegi u l-maniġers tagħhom. Fil-fatt, parti kbira mill-kompiti tal-uxxiera parlamentari tikkonsisti fl-għajnuna lil parteċipanti f’avvenimenti, bħall-MEPs u VIPS oħra minn organizzazzjonijiet internazzjonali, li prinċipalment jikkomunikaw bl-Ingliż u/jew bil-Franċiż. L-uxxiera għalhekk jaġixxu bħala intermedjarji bejn l-MPEs u l-kollegi tagħhom. Għalhekk, din l-għażla taż-żewġ lingwi 2 hija orjentata lejn is-servizz u biħsiebha timminimizza t-tfixkil fis-servizz. L-uxxiera għandhom ikunu kapaċi jifhmu dak li huma mitluba jagħmlu, biex jagħtu struzzjonijiet dwar is-sikurezza f’każ ta’ periklu, biex jagħtu informazzjoni u għajnuna f’lingwa li tinftiehem mill-aktar mill-akbar numru ta’ nies li jżuru l-bini tal-Parlament Ewropew.

Fuq din il-bażi, tielet lingwa addizzjonali hija mitluba għal din il-kompetizzjoni minħabba d-diversità lingwistika kbira fl-assemblea Ewropea u l-viżitaturi jew d-dinjitarji mistiedna.

3)    Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol

Gradi SC 1 u SC 2

Livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikat b’diploma li jagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja, segwit b’ minn tal-inqas tliet (3) snin esperjenza professjonali f’qasam relatat b’mod dirett ma’ dawn id-dmirijiet

jew

Taħriġ professjonali (ekwivalenti għal-Livell 4 tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki http://ec.europa.eu/ploteus/search/site?f%5B0%5D=im_field_entity_type%3A97), segwit minn tal-inqas sitt (3) snin esperjenza professjonali. Mill-inqas l-esperjenza għandha tkun relatata b’mod dirett mal-kompiti

jew

Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas tmien (8) snin relatata direttament mad-dmirijiet.

Esperjenza professjonali addizzjonali

— Grad SC2 biss

Mill-inqas erba’ (4) snin esperjenza professjonali addizzjonali direttament relatati man-natura tad-dmirijiet.

Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tal-kwalifika u/jew l-esperjenza professjonali meħtieġa għall-aċċess għall-kompetizzjoni (ara Gradi SC 1 u SC 2 hawn fuq).

L-esperjenza professjonali meħtieġa għaż-żewġ gradi trid tkun direttament relatata mad-dmirijiet ta’ uxxier kif deskritt fl-ANNESS I. L-esperjenza fil-ġestjoni ta’ kollegi li jwettqu l-kompiti ta’ uxxier ma tiġix ikkunsidrata.

Ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

KIF SE NINTGĦAŻEL?

1)    Il-proċess tal-applikazzjoni

Meta timla l-forma tal-applikazzjoni tiegħek, ikollok tagħżel il-lingwa 1, il-lingwa 2 u l-lingwa 3 tiegħek. Trid tagħżel il-lingwa 1 tiegħek minn fost kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE, il-lingwa 2 tiegħek minn fost l-Ingliż u l-Franċiż, u l-lingwa 3 tiegħek ukoll minn fost it-24 lingwa uffiċjali tal-UE; madankollu, il-lingwa 3 trid tkun differenti mil-lingwi 1 u 2. Tintalab ukoll tikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek għall-kompetizzjoni u tagħti aktar informazzjoni rilevanti għal din il-kompetizzjoni (pereżempju: diplomi, esperjenza ta’ xogħol, u tweġibiet għal mistoqsijiet speċifiċi għall-qasam (Talent Screener)).

Tista’ tagħżel kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE biex timla l-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ħlief fit-taqsima tat- Talent Screener li trid timtela bil-lingwa 2 tiegħek , għar-raġunijiet li ġejjin: it-Talent Screener huwa suġġett għal evalwazzjoni komparattiva mill-Bord tas-Selezzjoni, jintuża bħala dokument ta’ referenza mill-Bord waqt l-intervista relatata mal-qasam fil-fażi ta’ valutazzjoni, u jintuża għal skopijiet ta’ reklutaġġ jekk kandidat jirnexxi. Huwa għalhekk fl-interess tas-servizz u tal-kandidati li t-Talent Screener jimtela bil-Lingwa 2.

Kun af li l-formola tal-applikazzjoni kollha tiegħek se tiġi aċċessata mill-Bord tas-Selezzjoni (matul il-kompetizzjoni) u mis-servizzi tal-HR tal-Istituzzjonijiet Ewropej (għar-reklutaġġ fil-każ li inti tkun fost il-kandidati ammessi) li joperaw b’għadd limitat ta’ lingwi ta’ ħidma.

F’każ li jirnexxilek tgħaddi mill-kompetizzjoni u titqiegħed fil-lista ta’ riżerva, inti tintalab tipprovdi traduzzjoni tal-formola tal-applikazzjoni fil-lingwa 2 (l-Ingliż jew il-Franċiż) lis-servizzi tar-reklutaġġ jekk tkun użajt xi lingwa oħra biex timla l-formola tal-applikazzjoni.

Meta tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek tiddikjara fuq l-unur tiegħek li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” Meta tkun ivvalidajt il-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ma tkunx tista’ tagħmel aktar tibdil. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tara li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek sal-iskadenza .

2)    Testijiet ta’ Mistoqsijiet b’Għażla Multipla (MCQ) fuq il-kompjuter

Jekk in-numru ta’ kandidati jaqbeż ċertu limitu , kif definit mid-direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra, il-kandidati kollha li jkunu vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jkunu mistiedna jattendu sensiela ta’ testijiet MCQ bil-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.

Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ skont l-istruzzjonijiet mill-EPSO. Tipikament, tiġi offrut diversi dati li fihom inti tista’ tagħmel it-testijiet, f’diversi postijiet. Il-perjodi tal-ibbukkjar u l-ittestjar huma limitati .

Jekk in-numru ta’ kandidati ikun taħt il-limitu , dawn it-testijiet isiru matul il-fażi tal-valutazzjoni (il-punt 5) minflok.

It-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:

Testijiet

Lingwa

Mistoqsijiet

Durata

Marki

Marka minima meħtieġa

Raġunar verbali

Lingwa 1

20 mistoqsija

35 min

Minn 20

10/20

Raġunar numeriku

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

20 min

Minn 10

Numeriku + astratt flimkien: 10/20

Raġunar astratt

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

10 min

Minn 10

Dawn it-testijiet huma eliminatorji u ma jgħoddux għat-testijiet l-oħra li jsiru matul il-fażi tal-valutazzjoni.

3)    Kontrolli tal-eliġibilità

Ir-rekwiżiti tal-eliġibilità stabbiliti fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” hawn fuq se jiġu ċċekkjati mad-data pprovduta fl-applikazzjonijiet onlajn tal-kandidati. L-EPSO jiċċekkja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà filwaqt li l-bord ta’ selezzjoni jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà fit-Taqsimiet “Edukazzjoni u Taħriġ”, “Esperjenza Professjonali” u “Ħiliet Lingwistiċi” tal-applikazzjoni onlajn tal-kandidati.

Hemm żewġ (2) xenarji possibbli:

Jekk it-testijiet MCQ fuq il-kompjuter jiġu organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidati jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-marki miksuba f’dawk it-testijiet sakemm in-numru ta’ kandidati eliġibbli jilħaq massimu ta’ 10 darbiet in-numru ta’ kandidati ta’ suċċess imfittxija għal kull grad. Il-fajls l-oħrajn ma jiġux iċċekkjati.

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter ma jiġux organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidati kollha li jkunu vvalidaw l-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jiġu ċċekkjati għall-eliġibilità.

Kandidati tal-Grad SC 2: waqt il-verifika tal-eliġibbiltà, il-bord tas-selezzjoni jista’ jittrasferixxi l-applikazzjoni tiegħek għall-grad SC 1 jekk tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

ġibt waħda mill-ogħla marki totali għall-grad SC 2 fit-testijiet MCQ (ara l-punt 2) taħt it-taqsima “KIF SE NINTGĦAŻEL?”), u

skont id-data mogħtija fl-applikazzjoni tiegħek ma tissodisfax il-ħtiġijiet ta’ eliġibbiltà tal-grad SC 2 iżda tissodisfa dawk għall-grad SC 1, u

tajt il-kunsens tiegħek għat-trasferiment lejn il-grad SC 1 meta tkun applikajt, u

ġibt ukoll waħda mill-ogħla marki totali fit-testijiet MCQ għall-grad SC 1.

F’dan il-każ, inti tkun meqjus bħala kandidat għall-grad AD 1 għall-kumplament tal-proċedura.

Kull assenjar mill-ġdid bħal dan iseħħ qabel ma sseħħ is-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki u jsir fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun tajt fl-applikazzjoni onlajn tiegħek. Il-kandidati li ma kisbux l-aħjar marki għall-grad SC 2 mhux se jiġu kkunsidrati għat-trasferiment għall-grad SC 1.

4)    Selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki — Talent Screener

Sabiex il-bord tas-selezzjoni jkun jista’ jagħmel valutazzjoni oġġettiva tal-merti komparattivi tal-kandidati kollha b’mod strutturat, kull kandidat f’din il-kompetizzjoni jrid iwieġeb l-istess sett ta’ mistoqsijiet fit-taqsima “Evalwatur tal-Kapaċitajiet” tal-formola ta’ applikazzjoni. L-għażla bbażata fuq il-kwalifiki ssir biss għal dawk il-kandidati li jitqies li jkunu eliġibbli kif deskritt hawn fuq fil-punt 3, bl-użu tal-informazzjoni pprovduta f’din it-Taqsima tal-“Evalwatur tal-Kapaċitajiet” biss . Għalhekk trid tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti fit-tweġibiet tiegħek fit-Taqsima “Talent Screener”, anki jekk tkun diġà semmejtha f’taqsimiet oħra tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek. Il-mistoqsijiet huma bbażati fuq il-kriterji tas-selezzjoni inklużi f’dan l-avviż.

Ara l-ANNESS II għal-lista ta’ kriterji.

Biex jagħmel l-għażla fuq il-bażi tal-kwalifiki, il-bord tas-selezzjoni l-ewwel jassenja piż lil kull kriterju tas-selezzjoni li jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (minn 1 sa 3) u kull waħda mit-tweġibiet ta’ kull kandidat tingħata bejn 0 u 4 punti. Il-punti jiġu mbagħad immultiplikati bil-piż għal kull kriterju u magħduda flimkien sabiex jiġu identifikati dawk il-kandidati li l-profili tagħhom jaqblu l-aħjar id-dmirijiet li se jitwettqu.

Dawk il-kandidati li jkunu kisbu l-aħjar marki totali fis-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki biss jgħaddu għall-istadju li jmiss.

5)    Il-fażi tal-valutazzjoni

Sa massimu ta’ tliet (3) darbiet l-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull grad jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni onlajn tiegħek u jekk għandek waħda mill-ogħla marki totali fis-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki, tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata (1) jew tnejn (2) fil-fażi ta’ valutazzjoni, x’aktarx fi Brussell , sabiex tagħmel it-testijiet fil- lingwi 2 u 3 tiegħek .

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter deskritti fil-punt 1 ma kinux organizzati minn qabel , tagħmilhom fil-fażi ta’ valutazzjoni. Dawn it-testijiet huma eliminatorji u l-marki miksuba mhux se jkunu miżjuda mal-marki ta’ testijiet ta’ valutazzjoni oħra fil-kalkolu tal-punteġġ totali tiegħek.

Sakemm ma tkunx avżat mod ieħor, trid iġġib stikka USB elettronika li jkun fiha kopji skenjati tad-dokumenti ta’ sostenn tiegħek għall-fażi ta’ valutazzjoni. L-EPSO se jniżżel il-files tiegħek matul it-testijiet ta’ valutazzjoni tiegħek u jagħtik lura l-istikka tal-USB fl-istess ġurnata.

Seba’ kompetenzi ġenerali, kull waħda mmarkata minn 10, kif ukoll il-kompetenzi speċifiċi meħtieġa għal din il-kompetizzjoni, se jiġu ttestjati matul il-fażi ta’ valutazzjoni permezz ta’ 4 testijiet (intervista ġenerali bbażata fuq il-kompetenza, intervista relatata mal-qasam u eżerċizzju ta’ rwol fil-lingwa 2 tiegħek, u test orali speċifiku għall-lingwa fil-lingwa 3 tiegħek) kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenza

Taqsima

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Logħob ta’ rwoli

2.

Komunikazzjoni

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

3.

Kwalità u riżultati

Logħob ta’ rwoli

4.

Tagħlim u żvilupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

6.

Reżiljenza

Logħob ta’ rwoli

7.

Ħidma ma’ oħrajn

Logħob ta’ rwoli

Il-minimu meħtieġ: Total 35/70

Kompetenza

Taqsima

Punti u marki minimi meħtieġa

Kompetenzi relatati mal-qasam

Intervista relatata mal-qasam

50/100

Lingwa 3

Test orali speċifiku għal-lingwa

Minn 10 — l-ebda minimu

Ma hemm l-ebda minimu meħtieġ għat-test orali tal-Lingwa 3; il-marka miksuba, madankollu, għandha tiġi miżjuda ma’ dawk miksuba fit-testijiet tal-fażi ta’ valutazzjoni l-oħrajn biex il-kandidati jingħataw il-punteġġ globali tagħhom.

6)    Lista ta’ riżerva

Wara li jiċċekkja l-eleġibbiltà tal-kandidati fid-dokumenti ta’ sostenn u l-kwalifiki tagħhom (Talent Screener), il-bord tas-selezzjoni jistabbilixxi lista ta’ riżerva għal kull grad — sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati li għaddew — minn dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa kollha kif ukoll l-ogħla marki wara l-fażi ta’ valutazzjoni. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.

Il-lista ta’ riżerva u l-passaporti ta’ kompetenza, li jagħtu rispons kwalittativ mill-Bord tas-Selezzjoni, tal-kandidati ta’ suċċess jkunu disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp futur tal-karriera. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tagħti l-ebda dritt jew garanzija li persuna tiġi rreklutata.

OPPORTUNITAJIET INDAQS U AĠĠUSTAMENTI SPEĊJALI

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess ugwali lill-kandidati kollha.

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn.

Skopri aktar dwar il-politika ta’ opportunitajiet indaqs tagħna u l-proċedura biex titlob aġġustamenti speċjali fuq il-websajt tagħna (https://epso.europa.eu/how-to-apply/equal-opportunities_mt) u fir-regoli Ġenerali annessi ma’ dan l-avviż (taħt il-punt 1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali).

FEJN U META NISTA’ NAPPLIKA?

Sabiex tapplika, l-ewwel trid toħloq kont tal-EPSO. Innota li tista’ toħloq kont wieħed biss għal kull applikazzjoni tal-EPSO.

Applika onlajn fuq il-websajt tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sat-:

L-10 ta’ Settembru 2019 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.


ANNESS I

KOMPITI

L-uxxiera parlamentari huma mistennija jgħinu lill-MPE u dinjitarji oħrajn fil-Parlament Ewropew, b’mod partikolari matul is-sessjonijiet plenarji, fil-laqgħat ta’ korpi parlamentari oħrajn kif ukoll matul l-avvenimenti varji li jsiru fil-binjiet tal-Parlament Ewropew.

Dan ix-xogħol jeħtieġ disponibbiltà kbira, flessibilità fil-ħinijiet tax-xogħol u vvjaġġar regolari fit-tliet postijiet tax-xogħol regolari tal-Parlament (Brussell, il-Lussemburgu u Strasburgu) kif ukoll barra minn dawn il-postijiet.

Id-dmirijiet jinkludu:

Il-Kamra u l-kmamar għal-laqgħat:

ħejjija prattika tal-kmamar tal-laqgħat u/jew swali tal-konferenzi

għoti ta’ assistenza prattika lill-President

ilqugħ u akkumpanjament lill-parteċipanti

tqassim tad-dokumenti fil-lingwi kollha

tqegħid tal-ismijiet għall-postijiet

monitoraġġ li l-MPEs jiffirmaw

immaniġġar tal-listi tal-attendenza

forniment ta’ assistenza lill-parteċipanti u l-avvenimenti

kollaborazzjoni ma’ servizzi oħra biex jiġi żgurat l-iżvolġiment tajjeb tal-laqgħat

provvista ta’ sigurtà u, b’talba tal-President, intervent biex tinżamm l-ordni

kontroll tal-aċċess għall-bosta kmamar.

Dmirijiet ta’ protokoll u avvenimenti uffiċjali:

ilqugħ u akkumpanjament lill-personalitajiet importanti ħafna (VIPs)

armar tal-bnadar

armar tal-ħbula tal-protokoll

parteċipazzjoni fil-gwardja tal-unur matul iż-żjarat uffiċjali.

Aktar dmirijiet:

żvojtar tad-dokumenti mill-kaxex, it-trolleys u l-kabinetti għad-distribuzzjoni

ilqugħ ta’ gruppi ta’ viżitaturi, l-akkumpanjament tagħhom u li jitqiegħdu fil-galleriji u l-kmamar; żgurar li tinżamm l-ordni; żgurar li jiġu segwiti struzzjonijiet speċifiċi

immaniġġar tal-kmamar fejn jinżammu l-ġgieget għall grupp ta’ viżitaturi

twettiq ta’ kompiti amministrattivi (ir-reġistrazzjoni tal-posta, l-iffajljar eċċ.)

twettiq ta’ kompiti amministrattivi permezz ta’ kompjuter (posta elettronika, ipproċessar bażiku f’Word, intranet, eċċ.)

għoti ta’ informazzjoni lill-viżitaturi, l-uffiċjali tal-UE u kull persuna oħra

għajnuna lid-dipartiment għall-prevenzjoni tan-nar

wiri ta’ kartelluni u sinjali uffiċjali.

Tmiem l-ANNESS I, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS II

KRITERJI TAS-SELEZZJONI

Il-bord tas-selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:

1.

Esperjenza professjonali fil-preparazzjoni ta’ kmamar u l-għoti ta’ assistenza waqt laqgħat jew avvenimenti.

2.

Esperjenza professjonali, minbarra dik imsemmija taħt il-kriterji 3, tal-ilqugħ tal-VIPs u l-applikazzjoni tar-regoli tal-protokoll f’istituzzjonijiet/organizzazzjonijiet/awtoritajiet internazzjonali/nazzjonali/reġjonali/lokali, jew f’avvenimenti organizzati f’kuntest uffiċjali minn waħda mill-entitajiet imsemmija qabel.

3.

Esperjenza professjonali, minbarra dik imsemmija taħt il-kriterji 2, tal-ilqugħ u l-assistenza għall-viżitaturi lil istituzzjonijiet/organizzazzjonijiet/awtoritajiet internazzjonali/nazzjonali/reġjonali/lokali/awtoritajiet, jew għal avvenimenti organizzati f’kuntest uffiċjali minn waħda mill-entitajiet imsemmija qabel.

4.

Esperjenza professjonali fis-sigurtà passiva fl-oqsma tal-prevenzjoni tan-nirien, l-evakwazzjoni u/jew l-attakki.

5.

Esperjenza professjonali fix-xogħol amministrattiv bl-użu ta’ Word, Excel, fajling, navigazzjoni tal-web u e-mails b’rabta mad-dmirijiet kif deskritt fl-Avviż tal-Kompetizzjoni.

6.

Esperjenza professjonali bħala uxxier b’rabta man-natura tad-dmirijiet kif deskritt fl-Avviż ta’ Kompetizzjoni f’ambjent multikulturali.

7.

Esperjenza professjonali fl-assistenza lin-nies b’mobbiltà mnaqqsa.

Tmien tal-ANNEX II, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS III

REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

INFORMAZZJONI ĠENERALI

Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.

Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.

Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.

1.   MIN JISTA’ JAPPLIKA?

1.1.   Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi

Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”.

Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jenħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” ta’ dan l-avviżli tkun relevanti għad-dmirijiet .

(a)

Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru għall-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. Il-Bord tas-Selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni.

Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija.

(b)

L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u tkun:

tikkostitwixxi xogħol ġenwin u effettiv;

tkun imħallsa;

tkun tinvolvi relazzjoni ta’ subordinazzjoni jew il-forniment ta’ servizz; kif ukoll

tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

ħidma volontarja: jekk imħallsa u tinvolvi ħinijiet fil-ġimgħa u tul bħal impjieg normali;

apprendistati: jekk imħallsa;

servizz militari obbligatorju: magħmul qabel jew wara d-diploma meħtieġa għal perjodu li ma jaqbiżx it-tul ta’ żmien statutorju fl-Istat Membru tiegħek;

liv tal-maternità/paternità/adozzjoni: jekk kopert minn kuntratt ta’ impjieg;

dottorat: għal perjodu massimu ta’ tliet snin, bil-kundizzjoni li d-dottorat ikun effettivament inkiseb, u jekk ix-xogħol kienx imħallas jew le; kif ukoll

xogħol part-time: ikkalkulat pro rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma, pereżempju half-time għal sitt xhur ikun jiswa daqs tliet xhur.

1.2.   Dokumenti ta’ sostenn

Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).

Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:

dokumenti minn impjegatur(i) tal-passat u impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew

il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa;

(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti;

(għall-interpreti tal-konferenzi, meta l-esperjenza professjonali tkun meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ ġranet, u minn liema u lejn liema lingwi seħħet l-interpretazzjoni, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni tal-konferenzi.

B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.

Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta.

1.3.   Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabbiltà jew kundizzjoni tiżviluppa wara li tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.

Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-akkomodazzjoni raġonevoli tista’ ssir meta dan ikun meħtieġ.

Jekk tiltaqa’ ma’ xi kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà, jew jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja t-tim tal-aċċessibbiltà tal-EPSO bil-:

bil-posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu);

faks (+32 22998081); jew

posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

EPSO accessibility

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

2.   MINN MIN NIĠI VVALUTAT?

Jiġi maħtur Bord tas-Selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom fuq il-bażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.

Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-Bord tas-Selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.

Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom għandhom jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.

L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-Bordijiet tas-Selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).

L-ismijiet tal-membri tal-Bord tas-Selezzjoni jkunu ppubblikati fil-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru/tal-fażi ta’ valutazzjoni.

3.   KOMUNIKAZZJONI

3.1.   Komunikazzjoni mal-EPSO

Jenħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, trid tinnotifika lill-EPSO immedjatament u esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.

F’kull korrispondenza relatata ma’ xi applikazzjoni, semmi ismek kif jidher fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.

L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/code-conduct-eu-staff_mt (kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, l-EPSO jirriżerva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrelevanti).

3.2.   Aċċess għall-informazzjoni

Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personali, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.

Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.

Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.

3.2.1.   Żvelar awtomatiku

Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:

It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż b’mod espliċitu;

eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà li ma kinux issodisfati;

Evalwatur tat-Talenti (EN — talent screener, FR — évaluateur de talent, DE — talentfilter): ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek;

testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek;

testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss;

fażi/ċentru ta’ valutazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-Bord tas-Selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru/fil-fażi ta’ valutazzjoni.

Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunikax lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, billi dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:

it-testijiet ikunu tlestew;

ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll

it-testi sors/l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri.

3.2.2.   Informazzjoni fuq talba

Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal eżerċizzji tal-e-tray u studji ta’ każijiet.

Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-Bord tas-Selezzjoni u ma jiġux żvelati.

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-Bord tas-Selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.

Kull talba għal informazzjoni jenħtieġ li tkun mibgħuta permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.

4.   ILMENTI U KWISTJONIJIET

4.1.   Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi

Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

F’kull korrispondenza, indika ismek (kif jidher fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.

Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet jekk jogħġbok:

avża lill-inviġilaturi immedjatament sabiex tkun tista’ tiġi investigata soluzzjoni fiċ-ċentru nnifsu. F’kull każ, itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll

ikkuntattja lill-EPSO mhux iktar tard minn tlett (3) ijiem kalendarji wara t-testijiet tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.

Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju prinċipalment dwar il-proċess tal-ibbukkjar tat-test), segwi l-istruzzjonijiet fil-kont EPSO tiegħek u fuq is-sit web tal-EPSO jew ikkuntattja lill-EPSO minnufih permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

Għal kwistjonijiet bl-applikazzjoni tiegħek, trid tikkuntattja lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt). Mistoqsijiet mibgħuta inqas minn ħamest (5) ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet jistgħu ma jitweġbux qabel l-iskadenza.

4.2.   Proċeduri ta’ reviżjoni interna

4.2.1.   Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)

Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-Bordijiet tas-Selezzjoni.

Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-Bord tas-Selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).

B’din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni.

L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li tkun għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien tliet (3) ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter;

tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun.

Ma jiġux ikkunsidrati t-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.

B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.

L-istess proċedura ta’ eżami mill-ġdid tapplika fir-rigward ta’ żbalji fl-eżerċizzju tal-e-tray.

4.2.2.   Talbiet għal rieżami

Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-Bord tas-Selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.

It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:

irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew

nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza.

Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-Bord tas-Selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u/jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li hija għamel żball. It-talbiet għal rieżami sottomessi fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.

L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li tkun għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-Bord tas-Selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.

Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.

4.3.   Forom oħra ta’ kontestazzjoni

4.3.1.   Ilmenti amministrattivi

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.

Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn Bord tas-Selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).

L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li tkun għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

4.3.2.   Appelli ġudizzjarji

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt tippreżenta appell ġudizzjarju lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Innota li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO minflok milli mill-bord tas-selezzjoni ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali biss jekk ikun ippreżentat ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 4.3.1). B’mod partikolari, dan huwa l-każ bid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-kriterji ġenerali tal-eliġibbiltà, li huma meħuda mill-EPSO u mhux mill-bord tas-selezzjoni.

L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:

proċedura: jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit web tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/).

4.3.3.   Ombudsman Ewropew

Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew.

Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1–4.3).

L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.

L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:

proċedura: Ikkonsulta l-websajt tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/).

4.4.   Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni

Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int:

ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed;

applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli;

ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà;

għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa;

ma bbukkjajtx jew ma għamiltx wieħed jew iżjed mit-testijiet tiegħek;

qarraqt waqt it-testijiet;

ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwi meħtieġa f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, jew ma ddikjarajtx il-livell(i) minimu/i meħtieġ(a) għal dawn il-lingwi;

ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat;

inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni;

bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ sostenn jew tikketti/titoli ta’ diplomi); u/jew

iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi.

Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.

Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS IV

EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT IL-PAJJIŻ U L-GRAD LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONIJIET

Ikklikkja hawn għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji

PAJJIŻ

Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6

Minn AST 1 sa AST 7

Minn AST 3 sa AST 11

Minn AD 5 sa AD 16

Edukazzjoni sekondarja(li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post sekondarja)

Edukazzjoni post sekondarja (kors post sekondarju iżda mhux Universitarju jew kors Universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn)

Edukazzjoni universitarja (mill-anqas tliet snin)

Edukazzjoni universitarja (erba’ snin jew aktar)

Belgique —

België —

Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs

Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/Getuigschrift van hoger secundair onderwijs

Diplôme d’enseignement professionnel/Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature/Kandidaat

Graduat/Gegradueerde

Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor

Bachelor académique (180 crédits)

Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS)

Licence/Licentiaat

Master

Diplôme d’études approfondies (DEA)

Diplôme d’études spécialisées (DES)

Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS)

Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)

Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)

Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation/Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur

Doctorat/Doctoraal diploma

България

Диплома за завършено средно образование

Специалист по …

 

Диплома за висше образование

Бакалавър

Магистър

Česká republika

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář)

Diplom o ukončení vysokoškolského studia

Magistr

Doktor

Danmark

Bevis for:

Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF)

Højere Handelseksamen (HHX)

Højere Afgangseksamen (HA)

Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser

= Bevis for = Eksamensbevis som (erhvervsakademiuddannelse AK)

Bachelorgrad (BA eller BS)

Professionsbachelorgrad

Diplomingeniør

Kandidatgrad/Candidatus

Master/Magistergrad (mag.art)

Licenciatgrad

ph.d.-grad

Deutschland

Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife

Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife

 

Fachhochschulabschluss

Bachelor

Hochschulabschluss/Fachhochschulabschluss/Master

Magister Artium/Magistra Artium

Staatsexamen/Diplom

Erstes Juristisches Staatsexamen

Doktorgrad

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Rakenduskõrghariduse diplom

Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)

Magistrikraad

Arstikraad

Hambaarstikraad

Loomaarstikraad

Filosoofiadoktor

Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht, Grád D3, I 5 ábhar/Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects

Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)/Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta/National Certificate

Gnáthchéim bhaitsiléara/Ordinary bachelor degree

Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)/National diploma (ND, Dip.)

Ardteastas (120 ECTS)/Higher Certificate (120 ECTS)

Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)/Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)/Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS)

Céim ollscoile/University degree

Céim mháistir (60-120 ECTS)/Master’s degree (60-120 ECTS)

Dochtúireacht/Doctorate

Ελλάδα

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου

Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (ΙΕΚ)

 

Πτυχίο ΑΕΙ (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕΙ)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

España

Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU)

Bachillerato

BUP

Diploma de Técnico especialista

FP grado superior (Técnico superior)

Diplomado/Ingeniero técnico

Licenciatura

Máster

Ingeniero

Título de Doctor

France

Baccalauréat

Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU)

Brevet de technicien

Diplôme d’études universitaires générales (DEUG)

Brevet de technicien supérieur (BTS)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Licence

Maîtrise

Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d’études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles

Diplôme d’ingénieur

Doctorat

Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o završnom ispitu

Stručni pristupnik/pristupnica

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Stručni specijalist

Magistar struke

Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing)

Doktor struke

Doktor umjetnosti

Italia

Diploma di maturità (vecchio ordinamento)

Perito ragioniere

Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore

Diploma universitario (DU)

Certificato di specializzazione tecnica superiore

Attestato di competenza (4 semestri)

Diploma di laurea – L (breve)

Diploma di laurea (DL)

Laurea specialistica (LS)

Master di I livello

Dottorato di ricerca (DR)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory)

Higher Diploma

 

Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor

Master

Doctorat

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu)

Bakalaura diploms (160 kredītpunktu)

Profesionālā bakalaura diploms

Maģistra diploms

Profesionālā maģistra diploms

Doktora grāds

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Profesinio bakalauro diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Bakalauro diplomas

Magistro diplomas

Daktaro diplomas

Meno licenciato diplomas

Lussemburgu

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

BTS

Brevet de maîtrise

Brevet de technicien supérieur

Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Bachelor

Diplôme d’ingénieur technicien

Master

Diplôme d’ingénieur industriel

DESS en droit européen

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány

Szakközépiskolai érettségi-képesítő bizonyítvány

Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme)

Főiskolai oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits)

Egyetemi oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits)

Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés)

Doktori fokozat

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher)

Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5

2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Bachelor’s degree

Bachelor’s degree

Master of Arts

Doctorate

Nederland

Diploma VWO

Diploma staatsexamen (2 diploma’s)

Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO)

Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Bachelor (WO)

HBO bachelor degree

Baccalaureus of “Ingenieur”

HBO/WO Master’s degree

Doctoraal examen/Doctoraat

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife- und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom/Akademiediplom

Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea

Universitätsdiplom

Fachhochschuldiplom

Magister/Magistra

Master

Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur

Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis

Doktortitel

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego

Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Licencjat/Inżynier

Magister/Magister inżynier

Dyplom doktora

Portugal

Diploma de Ensino Secundário

Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

Bacharel Licenciado

Licenciado

Mestre

Doutorado

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire (colegiu universitar)

Învățământ preuniversitar

Diplomă de licență

Diplomă de licență

Diplomă de inginer

Diplomă de urbanist

Diplomă de master

Certificat de atestare (studii academice postuniversitare)

Diplomă de doctor

Slovenija

Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Univerzitetna diploma

Magisterij

Specializacija

Doktorat

Slovensko

Vysvedčenie o maturitnej skúške

Absolventský diplom

Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár)

Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia

Bakalár (Bc.)

Magister

Magister/Inžinier

ArtD.

Suomi/Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus - Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning

Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto - Yrkesexamen på institutnivå

Kandidaatin tutkinto - Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto - Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa - studieveckor)

Maisterin tutkinto - Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto - Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa - studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen - antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen

Lisensiaatti/Licentiat

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)

Licentiatexamen

Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå:

Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng

Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå:

Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ)

Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland

Honours Bachelor degree

Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)

Doctorate

Tmiem tal-ANNESS IV, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali