ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 213

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
24 ta' Ġunju 2019

Werrej

Paġna

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

CDJ

2019/C 213/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

V   Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

CDJ

2019/C 213/02

Kawża C-768/18 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2018 minn Michal Harvilik — HYDRA mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) fil-25 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-365/18, Michal Harvilik — HYDRA vs Ir-Repubblika Ċeka u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

2

2019/C 213/03

Kawża C-115/19: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2019 minn China Construction Bank Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fis-6 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-665/17 — China Construction Bank vs EUIPO

2

2019/C 213/04

Kawża C-116/19 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2019 minn Gregor Schneider mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl-4 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-560/16, Gregor Schneider vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

4

2019/C 213/05

Kawża C-190/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Frar 2019 — MG, NH vs Germanwings GmbH

5

2019/C 213/06

Kawża C-220/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fil-11 ta’ Marzu 2019 — Promociones Oliva Park S.L. vs Tribunal Económico Administrativo Regional (TEAR) de la Comunidad Valenciana

6

2019/C 213/07

Kawża C-227/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fl-14 ta’ Marzu 2019 — DX

7

2019/C 213/08

Kawża C-245/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fl-20 ta’ Marzu 2019 — Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu vs B

8

2019/C 213/09

Kawża C-246/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fl-20 ta’ Marzu 2019 — Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu vs B, C, D, F.C.

9

2019/C 213/10

Kawża C-248/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

10

2019/C 213/11

Kawża C-256/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (l-Awstrija) fis-26 ta’ Marzu 2019 — S.A.D. Maler und Anstreicher OG

11

2019/C 213/12

Kawża C-284/19 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ April 2019 minn Andrew Clarke mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-25 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-731/18, Clarke vs Il-Kummissjoni

13

2019/C 213/13

Kawża C-290/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Trnave (is-Slovakkja) fid-9 ta’ April 2019 — RN vs Home Credit Slovakia a.s.

14

2019/C 213/14

Kawża C-298/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

15

2019/C 213/15

Kawża C-299/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Torino (l-Italja) fil-11 ta’ April 2019 — Techbau SpA vs Azienda Sanitaria Locale AL

16

2019/C 213/16

Kawża C-305/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

17

2019/C 213/17

Kawża C-306/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-15 ta’ April 2019 — Milis Energy SpA vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dello Sviluppo Economico, Gestore dei Servizi Energetici SpA — GSE

18

2019/C 213/18

Kawża C-311/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fis-16 ta’ April 2019 — BONVER WIN, a.s. vs Ministerstvo financí

19

2019/C 213/19

Kawża C-337/19 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ April 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fl-14 ta’ Frar 2019 fil-Kawżi Magħquda T-131/16 u T-263/16, Il-Belġju u Magnetrol International vs Il-Kummissjoni

20

2019/C 213/20

Kawża C-348/19 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ April 2019 minn Drex Technologies SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-28 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-414/16, Drex Technologies vs Il-Kunsill

21

2019/C 213/21

Kawża C-349/19 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ April 2019 minn Almashreq Investment Fund mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-28 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-415/16, Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

22

2019/C 213/22

Kawża C-350/19 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ April 2019 minn Souruh SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-28 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-440/16, Souruh vs Il-Kunsill

23

2019/C 213/23

Kawża C-371/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

24

GCEU

2019/C 213/24

Kawża T-748/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 2019 — QH vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanji — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għal assistenza — Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal — Fastidju psikoloġiku — Deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza — Prinċipji ta’ oġġettività u ta’ imparzjalità — Dritt għal amministrazzjoni tajba — Dritt għal smiegħ)

26

2019/C 213/25

Kawża T-49/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2019 — Spanja vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR — Spiża esklużi mill-finanzjament — Korrezzjoniet finanzjarji — Kunċett ta’ produttur — Investimenti mwettqa barra minn postijiet ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi — Kontrolli preċedenti għall-approvazzjoni ta’ programm operattiv — Kontroll tal-awtorizzazzjoni tal-ispejjeż — Korrezzjoni finanzjarja unika — Korrezzjoni finanzjarja fissa — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni)

27

2019/C 213/26

Kawża T-135/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2019 — Scor vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Suq tar-riassigurazzjoni tar-riskji ta’ katastrofi naturali — Għajnuna taħt il-forma ta’ garanzija llimitata tal-Istat mogħtija lil CCR — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern skont il-fażi preliminari tal-eżaminazzjoni — Artikolu 107(3)(c) TFUE — Rikors għal annullament — Locus standi — Nuqqas ta’ assenjazzjoni sostanzjali tal-pożizzjoni kompetittiva — Inammissibbiltà parzjali — Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati — Kwalità ta’ parti interessata — Assenza ta’ diffikultajiet serji)

27

2019/C 213/27

Kawża T-239/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2019 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Infiq imwettaq mill-Ġermanja — Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa applikata għall-frekwenza insuffiċjenti tal-kontrolli ewlenin — Obbligu ta’ kalkolu u ta’ kontabbiltà annwali tal-interessi — Artikoli 31 u 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 — Artikolu 6(h) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità)

28

2019/C 213/28

Kawża T-737/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Wattiau vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Sigurtà soċjali — RKAM — Rimbors għall-ispejjeż mediċi — Konvenzjoni konkluża bejn l-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu u l-Akkordju tal-Isptar tal-Lussemburgu dwar it-tarifikazzjoni tal-kura fl-isptarijiet irċevut mill-li jkunu rċevw l-affiljati tar-RKAM — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE — Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — -Artikolu 39 tar-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ mard tal-uffiċjali)

29

2019/C 213/29

Kawża T-136/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Kuota International vs EUIPO — Sintema Sport (K) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea K — Raġuni assoluta ta’ invalidità — Mala fide — Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

30

2019/C 213/30

Kawżi magħquda T-152/18 sa T-155/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2019 — Sona Nutrition vs EUIPO — Solgar Holdings (SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MULTIPLUS — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

31

2019/C 213/31

Kawża T-214/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Briois vs Il-Parlament (Privileġġi u immunitajiet — Membru tal-Parlament Ewropew — Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari — Rabta mal-funzjonijiet parlamentari — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Drittijiet tad-difiża — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

32

2019/C 213/32

Kawża T-271/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2019 — Mauritsch vs INEA (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Kuntratt għal żmien determinat — Ċaħda inizjali mir-rikorrent tal-offerta ta’ proroga tal-kuntratt — Riżenja — Rifjut tad-dritt għall-allowance tal-qgħad — Responsabbiltà)

32

2019/C 213/33

Kawża T-407/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2019 — WP vs EUIPO (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien determinat — Deċiżjoni li l-kuntratt mhux ser jiġġedded — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dmir ta’ premura — Ugwaljanza fit-trattament — Regola ta’ konkordanza bejn l-ilment u r-rikors)

33

2019/C 213/34

Kawża T-423/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2019 — Fissler vs EUIPO (vita) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea vita — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Karattru deskrittiv — Kunċett ta’ karatteristika — Isem ta’ kulur — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

34

2019/C 213/35

Kawża T-558/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Lupu vs EUIPO — Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam (Djili DS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Djili DS — Trade mark verbali nazzjonali preċedenti DJILI — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

34

2019/C 213/36

Kawża T-353/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Promeco vs EUIPO — Aerts (oġġetti ta’ fuq il-mejda) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

35

2019/C 213/37

Kawża T-381/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2019 — Engel vs EUIPO — F. Engel (ENGEL) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

36

2019/C 213/38

Kawża T-495/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2019 — Dermatest vs EUIPO (DERMATEST) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali DERMATEST — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

37

2019/C 213/39

Kawża T-530/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — FAEG u FAEŻR — Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea — Komunikazzjoni lid-destinatarju — Pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea — Terminu tar-rikors — Bidu tad-dekorrenza — Tardività — Inammissibbiltà)

37

2019/C 213/40

Kawża T-145/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 2019 — Jap Energéticas u Medioambientales vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Ambjent — Strument finanzjarju għall-ambjent (LIFE) - Proġett LIFE 11 ENV/ES/000593-H2AL RECYCLING — Irkupru tas-somom imħallsa — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

38

2019/C 213/41

Kawża T-114/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Pavel vs EUIPO — bugatti (B)

39

2019/C 213/42

Kawża T-190/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2019 — BF vs Il-Kummissjoni

40

2019/C 213/43

Kawża T-196/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2019 — AZ vs Il-Kummissjoni

41

2019/C 213/44

Kawża T-198/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2019 — BA vs Il-Kummissjoni

42

2019/C 213/45

Kawża T-200/19: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2019 — BB vs Il-Kummissjoni

44

2019/C 213/46

Kawża T-201/19: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2019 — BC vs Il-Kummissjoni

45

2019/C 213/47

Kawża T-205/19: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2019 — BD vs Il-Kummissjoni

47

2019/C 213/48

Kawża T-210/19: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2019 — Società Agricola Tenuta di Rimale et vs Il-Kummissjoni

48

2019/C 213/49

Kawża T-231/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2019 — Klöckner Pentaplast vs Il-Kummissjoni

49

2019/C 213/50

Kawża T-232/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2019 — H&R Ölwerke Schindler vs Il-Kummissjoni

50

2019/C 213/51

Kawża T-233/19: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2019 — Infineon Technologies Dresden vs Il-Kummissjoni

52

2019/C 213/52

Kawża T-234/19: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2019 — Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni

53

2019/C 213/53

Kawża T-237/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2019 — GTP vs Il-Kummissjoni

54

2019/C 213/54

Kawża T-238/19: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2019 — Wepa Hygieneprodukte et vs Il-Kummissjoni

55

2019/C 213/55

Kawża T-240/19: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2019 — A9.com vs EUIPO (Ikona ta’ apparat ta’ qanpiena)

56

2019/C 213/56

Kawża T-246/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2019 — Cambodia u CRF vs Il-Kummissjoni

57

2019/C 213/57

Kawża T-248/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2019 — Bilde vs Il-Parlament

58

2019/C 213/58

Kawża T-251/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 — Wieland-Werke vs Il-Kummissjoni

59

2019/C 213/59

Kawża T-252/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 — Pech vs Il-Kunsill

60

2019/C 213/60

Kawża T-253/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 — BG vs Il-Parlament

62

2019/C 213/61

Kawża T-260/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2019 — Al-Tarazi vs Il-Kunsill

62

2019/C 213/62

Kawża T-268/19: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2019 — Imagina Media Audiovisual et vs Il-Kummissjoni

63

2019/C 213/63

Kawża T-269/19: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2019 — Imagina Media Audiovisual vs Il-Kummissjoni

65

2019/C 213/64

Kawża T-270/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2019 — Amazon Technologies vs EUIPO (ring)

66

2019/C 213/65

Kawża T-272/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2019 — TO vs SEAE

67

2019/C 213/66

Kawża T-274/19: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2019 — Target Ventures Group vs EUIPO — Target Partners (TARGET VENTURES)

68

2019/C 213/67

Kawża T-275/19: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2019 — PNB Banka et vs BĊE

69

2019/C 213/68

Kawża T-277/19: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2019 — BK vs L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)

71

2019/C 213/69

Kawża T-278/19: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2019 — Aurora vs CPVO — SESVanderhave (M 02205)

71

2019/C 213/70

Kawża T-280/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2019 — Highgate Capital Management vs Il-Kummissjoni

73

2019/C 213/71

Kawża T-281/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2019 — Chypre vs EUIPO — Filotas Bellas & Yios (Halloumi Vermion grill cheese M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927)

74

2019/C 213/72

Kawża T-282/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2019 — Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO — Filotas Bellas & Yios ((Halloumi χαλλούμι Vermion grill cheese M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927)

75

2019/C 213/73

Kawża T-285/19: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2019 — SGI Studio Galli Ingegneria vs Il-Kummissjoni

76

2019/C 213/74

Kawża T-286/19: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2019 — Azarov vs Il-Kunsill

78

2019/C 213/75

Kawża T-288/19: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2019 — Divaro vs EUIPO — Grendene (IPANEMA)

79

2019/C 213/76

Kawża T-290/19: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2019 — Stada Arzneimittel vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji ħomor ikkurvati mqiegħda waħda fuq l-oħra)

80

2019/C 213/77

Kawża T-295/19: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2019 — Klymenko vs Il-Kunsill

80

2019/C 213/78

Kawża T-296/19: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2019 — Sumol + Compal Marcas vs EUIPO — Heretat Mont-Rubi (SUM011)

82

2019/C 213/79

Kawża T-508/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — OLX vs EUIPO — Stra (STRADIA)

83

2019/C 213/80

Kawża T-543/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — XK vs Il-Kummissjoni

83

2019/C 213/81

Kawża T-546/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — XM et vs Il-Kummissjoni

83

2019/C 213/82

Kawża T-570/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — YQ vs Il-Kummissjoni

84

2019/C 213/83

Kawża T-571/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — YR vs Il-Kummissjoni

84

2019/C 213/84

Kawża T-572/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 –YS vs Il-Kummissjoni

84

2019/C 213/85

Kawża T-746/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Bronckers vs Il-Kummissjoni

85

MT

Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità, xi informazzjoni li tinsab f’din il-ħarġa ma tistax tibqa’ tiġi żvelata, u għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida.

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

CDJ

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/1

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 213/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 206, 17.6.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 187, 3.6.2019

ĠU C 182, 27.5.2019

ĠU C 172, 20.5.2019

ĠU C 164, 13.5.2019

ĠU C 155, 6.5.2019

ĠU C 148, 29.4.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu

V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

CDJ

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/2

Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2018 minn Michal Harvilik — HYDRA mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) fil-25 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-365/18, Michal Harvilik — HYDRA vs Ir-Repubblika Ċeka u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

(Kawża C-768/18 P)

(2019/C 213/02)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Appellant:i Michal Harvilik — HYDRA (rappreżentant: A. Wagner, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Ċeka, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Permezz ta’ digriet tad-19 ta’ Marzu 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala inammissibbli.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/2

Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2019 minn China Construction Bank Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fis-6 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-665/17 — China Construction Bank vs EUIPO

(Kawża C-115/19)

(2019/C 213/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: China Construction Bank Corp. (rappreżentanti: A. Carboni, J. Gibbs, solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Groupement des cartes bancaires

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-665/17;

tagħti sentenza definittiva fir-rigward tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 (1) jew, sussidjarjament, terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, u

tikkundanna lill-EUIPO u lil kull parti intervenjenti f’dan l-appell għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għal dawk tal-appellanti esposti f’din il-kawża u fil-kuntest tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-665/17.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jressqu tliet aggravji fir-rigward tad-deċiżjoni appellata, jiġifieri li l-Qorti Ġenerali:

1.

kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001, u

2.

ma mmotivatx il-konstatazzjoni tagħha li t-trade mark preċedenti invokata mill-parti intervenjenti (iktar ’il quddiem it-“trade mark preċedenti”) kellha karattru distintiv inkrementat fir-rigward tal-“affarijiet finanzjarji, affarijiet monetarji, affarijiet bankarji”, u/jew

3.

żnaturat il-fatti, kemm fir-rigward tal-evalwazzjoni tagħha tat-trade mark preċedenti u tat-trade mark ikkontestata kif ukoll billi waslet għall-imsemmija konstatazzjoni ta’ karattru distintiv inkrementat.

Fir-rigward tal-aggravju dwar ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 l-appellanti tinvoka ulterjorment l-iżbalji li ġejjin imwettqa mill-Qorti Ġenerali fl-evalwazzjoni tagħha tal-każ:

1.

il-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni r-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti fl-ewwel stadju tal-eżami tax-xebh bejn is-sinjali, kif ukoll fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, liema fatt kien jikkostitwixxi approċċ żbaljat li ta lok għal “teħid inkunsiderazzjoni doppju” li ma kienx aċċettabbli;

2.

il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat kemm it-trade mark preċedenti kif ukoll it-trade mark ikkontestata bħallikieku kienu essenzjalment trade marks verbali, fejn ma ħaditx suffiċjentement inkunsiderazzjoni n-natura figurattiva tagħhom, liema fatt kellu effett negattiv kemm fuq ix-xebh viżiv u fonetiku tat-trade marks inkwistjoni kif ukoll fuq l-importanza relattiva li għandha tingħata lil kull waħda minn dawn l-aspetti;

3.

il-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji b’rabta mal-identifikazzjoni tas-servizzi fil-klassi 36 li fir-rigward tagħhom hija kkunsidrat li t-trade mark preċedenti kellha reputazzjoni u, konsegwentement, karattru distintiv, u

4.

kemm b’riżultat tal-iżbalji preċedenti kif ukoll b’riżultat tal-fatt li injorat fatturi importanti addizzjonali, il-Qorti Ġenerali naqset milli twettaq evalwazzjoni globali xierqa tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark preċedenti u t-trade mark ikkontestata.

(1)  Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017. L 154, p. 1).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/4

Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2019 minn Gregor Schneider mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl-4 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-560/16, Gregor Schneider vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-116/19 P)

(2019/C 213/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Gregor Schneider (rappreżentant: H. Tettenborn, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1.

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-560/16;

2.

tiddeċiedi skont it-talbiet tar-rikorrent f’dik il-proċedura, jiġifieri

tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO (f’dak iż-żmien, l-UASI) tat-2 ta’ Ottubru 2014, skont liema r-rikorrent ġie ttrasferit mid-Dipartiment għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u għall-Affarijiet Legali għad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet;

sussidjarjament: tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea wara li tannulla s-sentenza msemmija hawn fuq;

3.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri kollha — jiġifieri, il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u l-proċedura ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jibbaża ruħu fuq disa’ aggravji.

L-ewwel aggravju, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat ir-“regola ta’ korrispondenza” bejn l-ilment fis-sens tal-Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-azzjoni sussegwenti, għaliex hija ċaħdet bħala inammissibbli, b’riferiment għall-prinċipju ta’ korrispondenza, motiv li r-rikorrent, fiż-żmien li fih ressaq l-ilment, bl-ebda mod ma kien f’pożizzjoni li jressaq fl-assenza ta’ allokazzjoni ta’ kompiti li kienet għadha ma saritx.

It-tieni aggravju, il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi billi interpretat b’mod żbaljat il-kriterji għall-evalwazzjoni dwar jekk kienx hemm użu ħażin ta’ poter, sa fejn hija stabbilixxiet il-prinċipju legali li, meta miżura ta’ assenjazzjoni mill-ġdid ma ġietx meqjusa li tmur kontra l-interessi tas-servizz, ma jistax jingħad li hemm użu ħażin ta’ poter. Dan il-prinċipju legali ma jistax ikun korrett għaliex ikun, bħala regola ġenerali, jeskludi mill-każijiet ta’ użu ħażin ta’ poter is-sitwazzjonijiet kollha li fihom l-amministrazzjoni tinvoka interess plawżibbli tas-servizz, mingħajr ma effettivament issegwi dak l-interess. Huma preċiżament il-każijiet ta’ użu ħażin ta’ poter maħsuba b’mod intelliġenti li ma għandhomx ġeneralment jevitaw l-istħarriġ legali permezz ta’ prinċipju legali fformulat b’dan il-mod.

It-tielet aggravju, il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi billi interpretat b’mod żbaljat ir-rekwiżiti għal smigħ, li huwa ggarantit mid-dritt tar-rikorrent għal smigħ, li huwa stabbilit ukoll fl-Artikolu 41(1) flimkien mal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn hija tqis li smigħ huwa meħtieġ biss fejn miżura individwali prevista tista’, mill-perspettiva tal-awtorità, taffettwa b’mod negattiv il-persuna kkonċernata. Smigħ u l-għoti tad-dritt għal smigħ għandhom, madankollu, iservu preċiżament sabiex jiżvelaw perspettivi u effetti ta’ deċiżjonijiet ippjanati li l-awtorità nnfisha tkun għadha ma kkunsidratx.

Ir-raba’ aggravju, il-Qorti Ġenerali kisret b’mod ripetut id-dritt għal smigħ tar-rikorrent, sa fejn, fost l-oħrajn, injorat il-provi ulterjuri prodotti fil-fażi orali tal-proċedura skont l-Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u naqset milli tindirizza l-proposta korrispondenti ta’ xhieda jew li tieħu deċiżjoni taħt l-Artikolu 85(4) tar-Regoli tal-Proċedura. Il-Qorti Ġenerali kisret ukoll id-dritt għal smigħ tar-rikorrent għaliex ma semgħetx lix-xhieda diġà proposti fir-rikors u fl-istess waqt ikkritikat lir-rikorrent talli naqas milli jipproduċi provi.

Il-ħames aggravju, il-Qorti Ġenerali tonqos ukoll b’dan il-mod milli tosserva l-prinċipji fundamentali li jiżguraw smigħ xieraq taħt l-istat tad-dritt għall-finijiet tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tqajjem dubji dwar l-effettività tal-protezzjoni ġudizzjarja.

Is-sitt aggravju, il-Qorti Ġenerali żnaturat ripetutament il-fatti quddiemha.

Is-seba’ aggravju, il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkjarifika l-fatti; it-tmien aggravju, hija naqset li tagħti motivazzjoni; u, id-disa’ aggravju, hija injorat ir-regoli tal-loġika.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/5

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Frar 2019 — MG, NH vs Germanwings GmbH

(Kawża C-190/19)

(2019/C 213/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MG, NH

Konvenuta: Germanwings GmbH

Domanda preliminari

Jeżisti dritt għall-kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) ukoll meta passiġġier ma setax jieħu, minħabba li wasal b’dewmien relattivament minimu, titjira ta’ konnessjoni diretta u meta dan kellu l-konsegwenza ta’ dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar sabiex jasal fid-destinazzjoni finali, iżda meta ż-żewġ titjiriet kienu operati minn trasportaturi tal-ajru differenti u r-reżervazzjoni ġiet ikkonfermata minn aġenzija tal-ivvjaġġar li kkombinat it-titjiriet għall-klijent tagħha?

(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/6

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fil-11 ta’ Marzu 2019 — Promociones Oliva Park S.L. vs Tribunal Económico Administrativo Regional (TEAR) de la Comunidad Valenciana

(Kawża C-220/19)

(2019/C 213/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Promociones Oliva Park S.L.

Konvenuta: Tribunal Económico Administrativo Regional (TEAR) de la Comunidad Valenciana

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1.2 tad-Direttiva 2008/118/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi taxxa formalment diretta bħalma hija l-IVPEE [Taxxa fuq il-Valur tal-Produzzjoni tal-Enerġija Elettrika] li, fid-dawl tan-natura vera tagħha, jirriżulta li hija taxxa indiretta mingħajr skop speċifiku, intiża esklużivament sabiex jiġi ġġenerat dħul, mingħajr ma l-kwalifika mogħtija lilha mid-dritt nazzjonali ma tkun tista’ tieħu l-preċedenza fuq l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, li hija rregolata mill-għanijiet rispettivi ta’ dan l-ordinament ġuridiku u skont il-karatteristiċi oġġettivi tat-taxxa?

2)

Minkejja l-kwalifikazzjoni tal-IVPEE bħala taxxa ambjentali, l-għan essenzjali ta’ din it-taxxa huwa li jiġi ġġenerat dħul, billi tintaxxa bl-istess mod attivitajiet ta’ produzzjoni u ta’ inkorporazzjoni ta’ enerġija elettrika fis-sistema ta’ enerġija elettrika irrispettivament mill-intensità u mill-effett tagħhom fuq l-ambjent, bi ksur tal-Artikoli 1, 3(1), (2) u (3)(a), dan tal-aħħar moqri fid-dawl tal-Artikolu 2(k) tad-Direttiva 2009/28/KE (2)?

3)

Għandu jitqies li l-prinċipju ta’ kompetizzjoni libera u l-promozzjoni tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli jipprekludu l-IVPEE, sa fejn din tal-aħħar tipprevedi l-istess trattament fiskali kemm għall enerġija ġġenerata minn sorsi mhux rinnovabbli kif ukoll għal dik iġġenerata minn sorsi rinnovabbli, b’diskriminazzjoni ta’ dawn tal-aħħar u bi ksur tal-iskema ta’ għajnuna prevista fl-Artikolu 2(k) u fid-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2009/28/KE?

4)

Fl-aħħar nett, l-imsemmi prinċipju ta’ kompetizzjoni libera u l-Artikoli 32, 33 u 34 (KAPITOLU VIII ORGANIZZAZZJONI TA’ AĊĊESS GĦAS-SISTEMA) tad-Direttiva 2009/72/KE (3) jipprekludu l-IVPEE, sa fejn din tippermetti diskriminazzjoni pożittiva għall-produtturi mhux nazzjonali tal-enerġija elettrika, bi preġudizzju għall-produtturi Spanjoli, b’distorsjoni tas-suq intern tal-enerġija elettrika u ta’ aċċess għan-netwerk?

(1)  Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU 2009, L 9, p. 12)

(2)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU 2009, L 140, p. 16).

(3)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009, L 211, p. 55).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/7

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fl-14 ta’ Marzu 2019 — DX

(Kawża C-227/19)

(2019/C 213/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti DX

Awtorità konvenuta: Bürgermeister der Stadt Graz

Intervenjenti: Finanzpolizei

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (1) u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li timplimenta d-Direttiva 96/71/KE (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni legali nazzjonali li, fil-każ ta’ ksur tal-obbligi formali dwar l-impjieg transkonfinali ta’ ħaddiema, bħalma huma n-nuqqas li jitħejjew dokumenti dwar il-pagi jew in-nuqqas li jiġu ppreżentati dikjarazzjonijiet quddiem iz-Zentrale Koordinationsstelle (l-Uffiċċju ta’ Koordinazzjoni Ċentrali, l-Awstrija), tipprevedi multi għolja ħafna, u b’mod partikolari multi minimi għolja, li jiġu imposti b’mod kumulattiv għal kull ħaddiem ikkonċernat?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda ma tingħatax risposta fl-affermattiv:

L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71 u d-Direttiva 2014/67 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, fil-każ ta’ ksur tal-obbligi formali dwar l-impjieg transkonfinali ta’ ħaddiema, jiġu imposti multi kumulattivi mingħajr limitu massimu assolut?

(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431, rettifika fil-ĠU 2015, L 16, p. 66.

(2)  Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (ĠU 2014, L 159, p. 11).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/8

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fl-20 ta’ Marzu 2019 — Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu vs B

(Kawża C-245/19)

(2019/C 213/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Konvenuta: B

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, possibbilment moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-imsemmija Karta, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li, fil-kuntest tas-sistema proċedurali fil-qasam tal-iskambju ta’ informazzjoni fuq talba, stabbilita b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE (1), teskludi kwalunkwe dritt għal azzjoni, b’mod partikolari ġudizzjarja, min-naħa ta’ terz li għandu fil-pussess tiegħu informazzjoni kontra deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità kompetenti ta’ dan l-Istat Membru tobbligah li jipprovdilha informazzjoni sabiex jingħata segwitu għal talba għal skambju ta’ informazzjoni maħruġa minn Stat Membru ieħor?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16 għandhom jiġu interpretati, jekk ikun il-każ b’teħid inkunsiderazzjoni tan-natura evoluttiva tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni Fiskali tal-OECD, fis-sens li talba għal skambju, flimkien ma’ ordni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun saritlu t-talba li jagħti segwitu għaliha, jissodisfaw il-kriterju tal-assenza ta’ nuqqas manifest ta’ rilevanza prevedibbli fejn l-Istat Membru li jagħmel it-talba jindika l-identità tal-persuna taxxabbli kkonċernata, il-perijodu kkonċernat mill-investigazzjoni fl-Istat Membru li jagħmel it-talba u l-identità tal-persuna li jkollha l-informazzjoni mitluba, meta jipprova jikseb informazzjoni dwar kuntratti u l-fatturazzjonijiet u ħlasijiet relatati, li ma humiex speċifikati iżda li huma ddefiniti permezz tal-kriterji li jirrigwardaw, l-ewwel nett, il-fatt li huma ġew konklużi mill-persuna li ġiet identifikata bħala li għandha l-informazzjoni, it-tieni nett, l-applikabbiltà tagħhom matul is-snin taxxabbli kkonċernati mill-investigazzjoni tal-awtoritajiet tal-Istat li jagħmel it-talba u, it-tielet nett, ir-rabta tagħhom mal-persuna taxxabbli identifikata kkonċernata?

(1)  ĠU 2011, L 64, p. 1.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/9

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fl-20 ta’ Marzu 2019 — Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu vs B, C, D, F.C.

(Kawża C-246/19)

(2019/C 213/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Konvenuti: B, C, D, F.C.

Parti oħra: A

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, possibbilment moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-imsemmija karta, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li, fil-kuntest tas-sistema proċedurali fil-qasam tal-iskambju ta’ informazzjoni fuq talba, stabbilita b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE (1), teskludi kwalunkwe dritt għal azzjoni, b’mod partikolari ġudizzjarja, min-naħa tal-persuna taxxabbli kkonċernata mill-investigazzjoni fl-Istat Membru li jagħmel it-talba u ta’ terza persuna kkonċernata, kontra deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità kompetenti ta’ dan l-Istat Membru tobbliga lil persuna li għandha informazzjoni fil-pussess tagħha tipprovdilha informazzjoni sabiex jingħata segwitu għal talba għal skambju ta’ informazzjoni maħruġa minn Stat Membru ieħor?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16 għandhom jiġu interpretati, jekk ikun il-każ b’teħid inkunsiderazzjoni tan-natura evoluttiva tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni Fiskali tal-OECD, fis-sens li talba għal skambju, flimkien ma’ ordni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun saritlu t-talba li jagħti segwitu għaliha, jissodisfaw il-kriterju tal-assenza ta’ nuqqas manifest ta’ rilevanza prevedibbli fejn l-Istat Membru li jagħmel it-talba jindika l-identità tal-persuna taxxabbli kkonċernata, il-perijodu kkonċernat mill-investigazzjoni fl-Istat Membru li jagħmel it-talba u l-identità tal-persuna li jkollha l-informazzjoni mitluba, meta jipprova jikseb informazzjoni dwar kontijiet bankarji u assi finanzjarji li ma humiex speċifikati iżda li huma ddefiniti permezz tal-kriterji li jirrigwardaw, l-ewwel nett, il-fatt li huma miżmuma minn persuna li ġiet identifikata bħala li għandha l-informazzjoni, it-tieni nett, is-snin taxxabbli kkonċernati mill-investigazzjoni tal-awtoritajiet tal-Istat li jagħmel it-talba u, it-tielet nett, ir-rabta tagħhom mal-persuna taxxabbli identifikata kkonċernata?

(1)  ĠU 2011, L 64, p. 1.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/10

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

(Kawża C-248/19)

(2019/C 213/10)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u E. Manhaeve)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li:

billi ma stabbilietx sistema ta’ ġbir fil-31 agglomerazzjoni (Aradippou, Ipsonas, Dali, Varoklini, Deryneia, Sotira, Xylofagou, Pervolia, Kolossi, Poli Chrysochous, Leivadia, Dromolaxia, Pera Chorio-Nisou, Liopetri, Avgorou, Paliometocho, Kiti, Frenaros, Ormideia, Kokkinotrimithia, Trachoni, Episkopi, Xylotympou, Pano Polemidia, Pyla, Lympia, Parekklisia, Kakopetria, Achna, Meneou u Pyrgos), skont l-Artikolu 3 u l-Anness I, Punt A tad-Direttiva 91/271/KEE (1), u

billi ma assigurtatx illi fl-agglomerazzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq, l-ilma urban mormi li jidħol fis-sistemi ta’ ġbir jiġi, qabel ma jintrema, suġġett għal trattament sekondarju jew għal trattament ekwivalenti, skont l-Artikoli 4, 10 u 15 u l-Anness I, punti B u D, id-Direttiva 91/271/KEE,

ir-Repubblika ta’ Ċipru naqset milli twettaq l-obbligi tagħha abbażi tal-Artikoli 3, 4, 10 u 15 u tal-Anness I tad-Direttiva 91/271/KEE dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi;

tikkundanna lir-Repubblika ta’ Ċipru għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Fl-assenza ta’ sistema ta’ ġbir integrata u operattiva, ir-Repubblika ta’ Ċipru ma osservatx it-terminu tal-31 ta’ Diċembru 2012 stabbilit mid-Direttiva 91/271/KEE dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi (kif pprorogata permezz tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Ċipru mal-Unjoni Ewropea) f’erba’ agglomerazzjonijiet li l-abitanti ekwivalenti tagħhom huma superjuri għal 10 000 f’dak li jikkonċerna l-ġbir (Artikolu 3) u, għaldaqstant, it-trattament sekondarju tal-ilma mormi (Artikolu 4) kif ukoll l-infrastruttura u s-sorveljanza marbuta ma’ dan it-trattament (Artikoli 10 u 15).

2.

Fl-assenza ta’ sistema ta’ ġbir integrata u operattiva, ir-Repubblika ta’ Ċipru ma osservats it-terminu tal-31 ta’ Diċembru 2012 stabbilit mid-Direttiva 91/271/KEE dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi (kif pprorogata permezz tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Ċipru mal-Unjoni Ewropea) f’27 agglomerazzjoni li l-abitanti ekwivalenti tagħhom huma bejn 2 000 u 10 000 f’dak li jikkonċerna l-ġbir (Artikolu 3) u, għaldaqstant, it-trattament sekondarju tal-ilma mormi (Artikolu 4) kif ukoll l-infrastruttura u s-sorveljanza marbuta ma’ dan it-trattament (Artikoli 10 u 15).

(1)  Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/11

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (l-Awstrija) fis-26 ta’ Marzu 2019 — S.A.D. Maler und Anstreicher OG

(Kawża C-256/19)

(2019/C 213/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: S.A.D. Maler und Anstreicher OG

Konvenut: Magistrat der Stadt Wien

Parti oħra fil-proċedura: Bauarbeiter Urlaubs- und Abfertigungskasse

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li, sabiex jitħarsu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati, jistabbilixxi fil-Kostituzzjoni tiegħu dritt fundamentali għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Imħallfin skont ordni ta’ servizz stabbilita minn qabel skont regoli ġenerali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-leġiżlatur għandu jistabbilixxi li din il-garanzija fundamentali tkun effettiva u mhux sempliċement teoretika?

1a)

Domanda komplementari fil-każ fejn l-ewwel domanda tiġi risposta fin-negattiv:

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività jimponu f’ordinament ġuridiku nazzjonali li fil-Kostituzzjoni jkun stabbilixxa d-dritt fundamentali għal ordni ta’ servizz, obbligi ta’ garanzija ta’ kwalunkwe natura fuq il-leġiżlatur u, jekk ikun il-każ, liema?

1b)

Domandi komplementari: fil-każ fejn l-ewwel domanda tiġi risposta fl-affermattiv:

1b - 1)

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li fil-Kostituzzjoni jkun stabbilixxa d-dritt fundamentali għal ordni ta’ servizz jimponu li ma tiġix osservata istruttorja jew li ma jiġix osservat att li jikkonċerna l-assenjazzjoni tal-kawżi lil Imħallef, li jinħarġu minn korp li ma huwiex kompetenti skont il-liġi li jagħti din l-istruttorja jew li jippreżenta dan l-att?

1b - 2)

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li fil-Kostituzzjoni jkun stabbilixxa d-dritt fundamentali għal ordni ta’ servizz jimponu li r-regoli interni ta’ qorti ma jirrikonoxxu ebda marġni ta’ diskrezzjoni lil korp inkarigat bl-assenjazzjoni tal-kawżi fl-assenjazzjoni tal-kawżi jew jirrikonoxxulu biss marġni limitat ħafna li jkun iddeterminat minn qabel?

2)

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li, sabiex jitħarsu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati, jistabbilixxi fil-Kostituzzjoni tiegħu dritt fundamentali għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Imħallfin skont ordni ta’ servizz stabbilita minn qabel skont regoli ġenerali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li Mħallef li jkollu dubji rigward 1) il-legalità tal-ordni ta’ servizz interna ta’ qorti jew 2) il-legalità tad-deċiżjoni interna ta’ qorti li timplimenta l-ordni ta’ servizz interna tal-qorti, li tmiss direttament l-attività ta’ dan l-Imħallef (b’mod partikolari deċiżjoni li tassenja kawżi), għandu jkun jista’ jippreżenta appell (mingħajr piż finanzjarju fuq dan l-Imħallef) quddiem qorti oħra li jkollha kompetenza sħiħa sabiex tistħarreġ il-legalità tal-att ġuridiku kklassifikat bħala illegali?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: il-leġiżlatur għandu jiggarantixxi dispożizzjonijiet oħra ta’ kwalunkwe natura li jiżguraw li Mħallef ikun f’pożizzjoni li legalment jikseb l-osservanza tad-dispożizzjonijiet legali li jikkonċernawh sabiex jiġu osservati d-dispożizzjonijiet legali (b’mod partikolari fil-qorti) dwar l-assenjazzjoni tal-kawżi?

3)

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li, sabiex jitħarsu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati, jistabbilixxi fil-Kostituzzjoni tiegħu dritt fundamentali għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Imħallfin skont ordni ta’ servizz stabbilita minn qabel skont regoli ġenerali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li parti fil-proċedura ġudizzjarja li jkollha dubji rigward 1) il-legalità tal-ordni ta’ servizz interna tal-qorti stabbilita b’dannu għall-eżitu tal-kawża tagħha jew 2) il-legalità tal-assenzjazzjoni ta’ din il-kawża lil ċertu Mħallef għandha, qabel ma l-qorti tiddeċiedi, tkun tista’ tippreżenta appell (mingħajr piż finanzjarju fuq din il-parti) quddiem qorti oħra li jkollha kompetenza sħiħa sabiex tistħarreġ il-legalità tal-att ġuridiku kklassifikat bħala illegali?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: il-leġiżlatur għandu jiggarantixxi dispożizzjonijiet oħra ta’ kwalunkwe natura sabiex jistabbilixxi li parti tkun fil-pożizzjoni, qabel ma l-qorti tagħti deċiżjoni, li tikseb legalment l-osservanza tad-dritt fundamentali tagħha li jiġi osservat il-prinċipju tal-“qorti legali”?

4)

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li, sabiex jitħarsu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati, jistabbilixxi fil-Kostituzzjoni tiegħu dritt fundamentali għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Imħallfin skont ordni ta’ servizz stabbilita minn qabel skont regoli ġenerali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-assenjazzjoni tal-kawżi f’qorti u r-reġistrazzjoni tal-kawżi mressqa għandhom jitfasslu b’mod tant trasparenti u ċar li l-Imħallef jew parti jkunu f’pożizzjoni li faċilment jivverifikaw il-konformità tal-assenjazzjoni konkreta ta’ kawża lil Imħallef jew lil Awla mad-dispożizzjonijiet tal-ordni ta’ servizz interna fis-seħħ fil-qorti?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: il-leġiżlatur għandu jiggarantixxi dispożizzjonijiet oħra ta’ kawalunkwe natura li jistabbilixxu li Mħallef jew parti jkunu fil-pożizzjoni li jkunu jistgħu jinformaw ruħhom dwar il-legalità tal-assenjazzjoni ta’ kawża?

5)

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li, sabiex jitħarsu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati, jistabbilixxi fil-Kostituzzjoni tiegħu dritt fundamentali għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Imħallfin skont ordni ta’ servizz stabbilita minn qabel skont regoli ġenerali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-partijiet fil-proċedura u l-Imħallef fi proċedura tal-qorti għandhom ikunu f’pożizzjoni li jifhmu mingħajr diffikultà l-kontenut tar-regoli tal-ordni ta’ servizz u fis-sens li l-partijiet fil-proċedura u l-Imħallef għandhom ikunu b’dan il-mod f’pożizzjoni li jivverifikaw il-legalità tal-assenjazzjoni magħmula lil Imħallef jew lil Awla?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: il-leġiżlatur għandu jiggarantixxi dispożizzjonijiet oħra ta’ kwalunkwe natura li jistabbilixxu li Mħallef jew parti għandhom jitqiegħdu f’pożizzjoni li jkunu jistgħu jinformaw ruħhom dwar il-legalità tal-assenjazzjoni ta’ kawża?

6)

Liema huma l-inizjattivi li Mħallef għandu jieħu skont l-obbligu tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni li josserva l-prinċipji ta’ proċedura tad-dritt tal-Unjoni, meta att ġuridiku (estern jew intern għall-qorti) li ma jistax jikkontesta jġiegħlu jaġixxi bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u mingħajr kunsiderazzjoni tad-drittijiet tal-partijiet?

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/13

Appell ippreżentat fit-3 ta’ April 2019 minn Andrew Clarke mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-25 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-731/18, Clarke vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-284/19 P)

(2019/C 213/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Andrew Clarke (rappreżentant: E. Lock, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tirrinvija r-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali għal teħid inkunsiderazzjoni tagħha u biex tqies il-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tordna li sa mhux iktar tard mit-12 ta’ April 2019 (jew xi data oħra li għaliha jista’ jiġi estiż l-perijodu tal-Artikolu 50 TFUE)

(a)

il-Qorti Ġenerali tindirizza dak ir-rikors skont skeda u mod tali li tista’ tagħti s-sentenza tagħha fuqha;

(b)

bħala miżura provviżorja, il-Kummissjoni tagħti lir-Renju Unit opinjoni motivata filwaqt li tistabbilixxi l-pożizzjoni tagħha dwar il-ksur tad-dritt Ewropew li tista’ tiġi dedotta mill-ittra tagħha lill-appellant tal-25 ta’ Ottubru 2018;

tordna li l-partijiet għandhom il-libertà li jagħmlu rikors lill-Qorti Ġenerali għal xi direzzjonijiet oħra kif xieraq;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellant.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant iqajjem eċċezzjoni waħda:

Il-Qorti Ġenerali fid-digriet tagħha fil-25 ta’ Marzu 2019 interpretat b’mod ħażin dak li r-rikorrent fittex bir-rikors tiegħu, iddeterminat b’mod żbaljat li ma għandu ebda locus standi biex jippreżenta r-rikors tiegħu u li ma għandha ebda ġurisdizzjoni biex tagħti d-digriet imfittex.

L-appellant ma talabx li l-Kummissjoni tressaq proċedimenti kontra r-Renju Unit. Qed jintalbu l-annullamenti ta’ żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, li waħda minnhom ġiet identifikata b’mod żbaljat mill-Qorti Ġenerali. Fir-rigward tagħhom, il-ġurisprudenza li bbażat fuqha l-Qorti Ġenerali jew ma ssostnietx il-proposta li għaliha hija kkwotata jew hija rrilevanti. L-appellant huwa intitolat ifittex l-annullament ta’ dawk id-deċiżjonijiet sa fejn kienu indirizzati lilu u/jew huma ta’ interess dirett u individwali għalih. Barra minn dan, sussidjarament, l-appellant huwa intitolat ifittex digriet taħt l-Artikolu 265 TFUE fuq il-bażi li l-Kummissjoni naqqset milli taġixxi billi ma tatx opinjoni motivata lir-Renju Unit abbażi ta’ obbligu mandatarju biex tagħmel hekk skont l-ewwel parti tal-Artikolu 258 TFUE minħabba l-aċċettazzjoni impliċita tagħha bit-tieni waħda minn dawk id-deċiżjonijiet biex tersaq biex tikkunsidra id-diskrezzjoni tagħha skont it-tieni parti tal-Artikolu 258 li r-Renju Unit kien qed jikser id-dritt Ewropew. Dan huwa abbażi tal-fatt li l-opinjoni motivata għandha tkun indirizzata wkoll lill-appellant u/jew tkun ta’ interess dirett u individwali għalih. L-appellant huwa intitolat ukoll li jfittex digriet ta’ inġunzjoni u miżuri provviżorji fir-rigward tar-rikors tiegħu abbażi tal-Artikolu 265 TFUE.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/14

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Trnave (is-Slovakkja) fid-9 ta’ April 2019 — RN vs Home Credit Slovakia a.s.

(Kawża C-290/19)

(2019/C 213/13)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Trnave

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RN

Konvenuta: Home Credit Slovakia a.s.

Domandi preliminari

L-Artikolu 10(1)(g) tad-Direttiva 2008/48/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li jissodisfa r-rekwiżit previst fl-imsemmi artikolu, ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi li jindika r-rata annwali effettiva totali mhux permezz ta’ perċentwali speċifiku, iżda permezz ta’ medda ta’ bejn żewġ valuri (minimu-massimu)?

(1)  ĠU 2008, L 133, p. 66.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/15

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-298/19)

(2019/C 213/14)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u E. Manhaeve, agenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li r-Repubblika Ellenika, billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ April 2015, fil-Kawża C-149/14, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ellenika (1), naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 260(1) TFUE;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ħlas tal-multa proposta, ekwivalenti għal EUR 23 753.25, għal kull jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-149/14, mill-jum tal-għoti tas-sentenza fl-imsemmija kawża sal-jum li fih tkun ġiet eżegwita s-sentenza mogħtija fl-imsemmija kawża;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ħlas ta’ somma f’daqqa ta’ kuljum ekwivalenti għal EUR 2 639.25, mill-jum tal-għoti tas-sentenza fil-Kawża C-149/14 sal-jum li fih tingħata s-sentenza f’din il-kawża jew sad-data li fih tkun ġiet eżegwita s-sentenza fil-Kawża C-149/14, jekk dan iseħħ f’data preċedenti u f’każ li l-imsemmija somma ma tkunx ikbar minn dan l-ammont, tikkundannaha għall-ħlas fil-forma ta’ somma f’daqqa minima ta’ EUR 1 310 000;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Skont l-Artikolu 260(1) TFUE ir-Repubblika Ellenika hija obbligata tadotta il-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-149/14. Madankollu, ir-Repubblica Ellenika ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-dispożittiv tal-imsemmija sentenza. B’mod partikolari, ir-Repubblika Ellenika ma stabbilixxietx programmi ta’ azzjoni inkonnessjoni maż-żoni vulnerabbli ikkaratterizzati mill-preżenza ta’ passaġġi ta’ ilma tas-superfiċji u ta’ taħt l-art imniġġsa b’nitrati li joriġinaw minn sorsi agrikoli. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

2.

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ħlas ta’ somma ta’ kuljuum li titħallas f’daqqa ekwivalenti għal EUR 2 639.25 u ta’ multa ta’ kuljum ekwivalenti għal EUR 23 753.25. L-ammont tas-somma li titħallas f’daqqa u l-ammont tal-multa ġew ikkalkulati b’kont meħud tas-serjetà u t-tul tal-ksur kif ukoll tal-effett ta’ deterrent, skont il-kapaċità finanzjarja ta’ tali Stat Membru.

(1)  EU:C:2015:264.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/16

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Torino (l-Italja) fil-11 ta’ April 2019 — Techbau SpA vs Azienda Sanitaria Locale AL

(Kawża C-299/19)

(2019/C 213/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti/Appellanti: Techbau SpA

Konvenuta: Azienda Sanitaria Locale AL

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/35/KE (1) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 2(1)(a) tad-Digriet Leġiżlattiv tad-9 ta’ Ottubru 2002 Nru 231, li jeskludi mill-kunċett ta’ “tranżazzjoni kummerċjali” — miftiehem bħala kuntratt “li jwassal, esklużivament jew prinċipalment, għall-provvista ta’ merkanziji jew servizzi bi ħlas” — u b’hekk mill-kamp ta’ applikazzjoni proprju tiegħu, il-kuntratt ta’ appalt li għandu bħala s-suġġett tiegħu, it-twettiq ta’ xogħol (“contratto di appalto di opera”), kemm jekk pubbliku kif ukoll jekk privat, u b’mod speċjali il-kuntratt pubbliku għal xogħolijiet fis-sens tad-Direttiva 93/37/KEE (2)?

(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17,Vol. 1, p. 226

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/17

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-305/19)

(2019/C 213/16)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek, K. Talabér-Ritz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi naqset milli tiżgura li f’binjiet b’erja totali ta’ art utilizzabbli ta’ iktar minn 500m2, li għalihom inħareġ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija taħt l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2010/31/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, u li huma ffrekwentati regolarment mill-pubbliku, iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom jiġu murija, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(2) ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

L-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2010/31/UE jipprovdi għall-obbligu ta’ wiri taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, maħruġ skont l-Artikolu 12(1) tad-direttiva, f’każijiet meta bini b’erja totali ta’ art utilizzabbli ta’ iktar minn 500m2 ikun iffrekwentat regolarment mill-pubbliku.

2.

Madankollu, id-dritt Ċek (§ 7a zákon č. 406/2000 Sb., o hospodaření energií, ve znění pozdějších předpisů (paragrafu 7a tal-Liġi Nru 406/2000 dwar l-immaniġjar tal-enerġija, kif emendata)) jipprovdi għall-obbligu ta’ wiri ta’ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, jew passaport tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, biss għal dawk il-binjiet li fihom ikun hemm awtoritajiet pubbliċi. Għaldaqstant id-dritt Ċek ma jipprovdix għall-obbligu ta’ wiri ta’ passaport tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’sitwazzjonijiet meta f’dawk il-binjiet ikun hemm korpi li ma humiex awtoritajiet pubbliċi, u huma ffrekwentati regolarment mill-pubbliku. Il-leġiżlazzjoni meħtieġa għadha sempliċement fl-istadju preparatorju.

3.

Għaldaqstant ir-Repubblika Ċeka ma żguratx li, f’binjiet b’erja totali ta’ art utilizzabbli ta’ iktar minn 500m2, li għalihom inħareġ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija taħt l-Artikolu 12(1) tad-direttiva, u li huma ffrekwentati regolarment mill-pubbliku, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jiġi muri, u għaldaqstant naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(2) tad-direttiva.

(1)  ĠU 2010, L 153, p. 13.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/18

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-15 ta’ April 2019 — Milis Energy SpA vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dello Sviluppo Economico, Gestore dei Servizi Energetici SpA — GSE

(Kawża C-306/19)

(2019/C 213/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Milis Energy SpA

Konvenuta: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dello Sviluppo Economico,

Gestore dei Servizi Energetici SpA — GSE

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħal dik fl-Artikolu 26(2) u (3), tad-Digriet–Liġi Nru 91/2014, kif ikkonvertit mil-Liġi Nru 116/2014, li jnaqqas jew idewwem b’mod sinjifikattiv il-ħlas ta’ inċentivi diġà mogħtija b’liġi u ddefiniti skont ftehimiet ad hoc miftiehma mill-produtturi tal-elettriku mill-konverżjoni fotovoltajika mal-Gestore dei servizi energetici S.p.a., (ġestjonarja tas-servizz ta’ enerġija) kumpannija pubblika inkarigata b’din il-funzjoni? B’mod partikolari, din id-dipożizzjoni nazzjonali hija kompatibli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività, mal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mad-Direttiva 2009/28/KE (1) u mar-regolamentazzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ li huma previsti hemmhekk; mal-Artikolu 216(2) TFUE, b’mod partikolari fir-rigward tat-Trattat tal-Karta Ewropea tal-Enerġija.

(1)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU 2009 L 140, p. 16).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/19

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fis-16 ta’ April 2019 — BONVER WIN, a.s. vs Ministerstvo financí

(Kawża C-311/19)

(2019/C 213/18)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BONVER WIN, a.s.

Konvenut: Ministerstvo financí

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 56 et seq tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal leġiżlazzjoni nazzjonali (digriet komunali ta’ applikazzjoni ġenerali) li tipprojbixxi f’parti minn komun servizz determinat, minħabba biss li parti mill-klijenti tal-fornitur ta’ servizzi kkonċernati minn din il-leġiżlazzjoni tista’ toriġina jew toriġina minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea?

Fil-każ ta’ risposta pożittiva, għall-finijiet tal-applikabbiltà tal-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa suffiċjenti li tiġi invokata l-eventwali preżenza ta’ klijenti minn Stat Membru ieħor jew il-fornitur ta’ servizzi huwa obbligat li jipprova r-realtà tal-provvista ta’ servizzi lil klijenti li joriġinaw minn Stati Membri oħrajn?

2)

Għandu effett, b’xi mod, għar-risposta għall-ewwel domanda magħmula:

a)

li r-restrizzjoni potenzjali għall-provvista libera tas-servizzi tkun kunsiderevolment limitata, u dan, kemm fuq il-livell ġeografiku kif ukoll fuq il-livell materjali (l-eventwali applikabbiltà tal-eċċezzjoni de minimis);

b)

li ma jidhirx ċar li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tirregola b’mod differenti, fid-dritt jew fil-fatt, is-sitwazzjoni tal-operaturi li jipprovdu servizzi b’mod ewlieni liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, u dik tal-operaturi li jimmiraw lill-klijenti nazzjonali, min-naħa l-oħra?

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/20

Appell ippreżentat fl-24 ta’ April 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fl-14 ta’ Frar 2019 fil-Kawżi Magħquda T-131/16 u T-263/16, Il-Belġju u Magnetrol International vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-337/19 P)

(2019/C 213/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.J. Loewenthal, F. Tomat, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Renju tal-Belġju, Magnetrol International, l-Irlanda

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) tal-14 ta’ Frar 2019 fil-Kawżi Magħquda T-131/16 u T-263/16 Il-Belġju u Magnetrol International vs Il-Kummissjoni EU:T:2019:91 sa fejn din issostni li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699 (1), tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju kklassifikat b’mod żbaljat is-sistema ta’ “profitti eċċesivi” bħala skema fis-sens tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament Nru 2015/1589 (2);

sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid, u

tirriżerva l-ispejjeż tal-proċedura fl-ewwel istanza u fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkonkludiet li kien żbaljat li l-prattika tad-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa fuq “profitti żejda”, implimentata mill-Belġju mill-2004 sal-2014, tiġi kklassifikata bħala skema fis-sens tal-Artikolu 1(d) ta’ Regolament Nru 2015/1589.

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-ewwel kundizzjoni tal-Artikolu 1(d) u żnaturat il-premessi (94) sa (110) tad-deċiżjoni kkontestata billi kkonkludiet li l-Kummissjoni kkunsidrat biss l-atti leġiżlattivi elenkati fil-premessa (99) bħala li jikkostitwixxu l-bażi tal-iskema ta’ “profitti żejda”.

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat it-tieni kundizzjoni tal-Artikolu 1(d) u żnaturat il-premessi (100) sa (108) tad-deċiżjoni kkontestata billi kkonkludiet li l-għoti tal-eżenzjoni tal-“profitti żejda” kien jeħtieġ l-adozzjoni ta’ iktar miżuri ta’ implimentazzjoni.

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat it-tielet kundizzjoni tal-Artikolu 1(d) u żnaturat il-premessi (66), (102), (103), (109), (139) u (140) tad-deċiżjoni kkontestata tad-deċiżjoni kkontestata billi kkonkludiet li iktar miżuri ta’ implimentazzjoni kienu neċessarji sabiex jiġu speċifikati l-benefiċjarji tal-eżenzjoni ta’ “profitti żejda”.

Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali injorat ir-ratio legis tal-Artikolu 1(d) billi kkonkludiet li l-Kummissjoni b’mod żbaljat ikklassifikat is-sistema ta’ “profitti żejda”bħala skema fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni.

(1)  ĠU 2016, L 260, p. 61.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/21

Appell ippreżentat fid-29 ta’ April 2019 minn Drex Technologies SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-28 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-414/16, Drex Technologies vs Il-Kunsill

(Kawża C-348/19 P)

(2019/C 213/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Drex Technologies SA (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsil tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara dan l-appell ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla s-sentenza tat-28 ta’ Frar 2019 (T-414/16).

U, tiddeċiedi skont dispożizzjonijiet ġodda:

tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 (1) u l-atti sussegwenti ta’ implimentazzjoni tagħha, sa fejn dawn jirrigwardaw lill-appellanti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

l-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tar-rikorrenti, stabbilit bl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għal smigħ qabel l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi ġodda.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq distorsjoni tal-fatti sa fejn il-Qorti Ġenerali injorat l-artikli ppreżentati mir-rikorrenti insostenn tar-rikors għal annullament tagħha sabiex turi li hija ma kinitx tappoġġja r-reġim Sirjan.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx li huma illegali d-dispożizzjonijiet 27 u 28 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK skont liema l-appartenenza għall-familja Al-Assad jew għall-familja Makhlouf tikkostitwixxi kriterju awtonomu li jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ sanzjoni, li fl-istess waqt jaqleb l-oneru tal-prova.

(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/22

Appell ippreżentat fid-29 ta’ April 2019 minn Almashreq Investment Fund mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-28 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-415/16, Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

(Kawża C-349/19 P)

(2019/C 213/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Almashreq Investment Fund (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara l-appell preżenti ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla s-sentenza tat-28 ta’ Frar 2019 (T-415/16).

Sussegwentement, billi tiddeċiedi permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda:

tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 (1) u l-atti ta’ implimentazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-appellanti, stabbilit bl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li tinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi ġodda.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq distorsjoni tal-fatti inkwantu l-Qorti Ġenerali injorat l-artikli ppreżentati mir-rikorrenti insostenn tar-rikors tagħha għal annullament sabiex turi li hija ma kinitx issostni lir-reġim Sirjan.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti Ġenerali ma ġġudikatx bħala illegali d-dispożizzjonijiet 27 u 28 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK li skonthom l-appartenenza għall-familja Al-Assad jew għall-familja Makhlouf tikkostitwixxi kriterju awtonomu li jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ sanzjoni, fejn b’dan il-mod ikun qed jinqabel l-oneru tal-prova.

(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/23

Appell ippreżentat fid-29 ta’ April 2019 minn Souruh SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-28 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-440/16, Souruh vs Il-Kunsill

(Kawża C-350/19 P)

(2019/C 213/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Souruh SA (rappreżentant: E. Ruchat, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tiddikjara dan l-appell ammissibbli u fondat;

Konsegwentement, tannulla s-sentenza tat-28 ta’ Frar 2019 (T-440/16).

U, billi tiddeċiedi permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda:

Tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 (1) u l-atti sussegwenti ta’ implimentazzjoni tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lill-appellanti;

Tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti Ġenerali naqset milli tirrispetta d-dritt tal-appellanti, stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li tiġi mismugħa qabel l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi ġodda.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq distorsjoni tal-fatti inkwantu l-Qorti Ġenerali injorat l-artikli ppreżentati mill-appellanti insostenn tar-rikors għal annullament tagħha sabiex turi li hija ma kinitx issostni lir-reġim Sirjan.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx bħala illegali d-dispożizzjonijiet 27 u 28 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK li skonthom l-appartenenza għall-familja Al-Assad jew għall-familja Makhlouf tikkostitwixxi kriterju awtonomu li jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ sanzjoni, u fl-istess okkażjoni qalbet l-oneru tal-prova.

(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/24

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-371/19)

(2019/C 213/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Jokubauskaitė u R. Pethke, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 170 u 171 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) kif ukoll taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (2), sa fejn tirrifjuta sistematikament li titlob l-informazzjoni li ma tkunx ipprovduta f’applikazzjoni għal rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud u, minflok, tiċħad direttament l-applikazzjonijiet għal rimbors f’dawk il-każijiet fejn din l-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi pprovduta qabel it-terminu tat-30 ta’ Settembru;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea tinvoka t-tliet motivi segwenti:

1.

L-ewwel motiv: ksur tal-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kisret il-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud li huwa stabbilit fl-Artikoli 170 u 171 tad-Direttiva 2006/112 u fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/9 u li jipprovdi li fl-istadju tal-kunsinna ta’ oġġetti u tal-provvista ta’ servizzi għandha tiġi eliminata, favur il-persuna taxxabbli, it-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa fi stadji preċedenti.

Il-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud jeħtieġ li kull applikazzjoni għal rimbors li tissodisfa l-kundizzjonijiet materjali għandha tintlaqa’. Fil-każ ta’ dubji dwar jekk ikunux issodisfatti l-kundizzjonijiet materjali għar-rimbors, applikazzjonijiet għal rimbors jistgħu jiġu rrifjutati biss, skont l-Artikolu 5 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2008/9, fil-każ biss li ma tingħatax tweġiba għat-talba għal informazzjoni addizzjonali magħmula mill-Istat Membru ta’ rifjużjoni taħt l-Artikolu 20 ta’ din id-direttiva.

2.

It-tieni motiv: ksur tal-prinċipju ta’ effett utli tad-dritt għal rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud

L-interpretazzjoni mogħtija lill-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2008/9 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tostakola l-eżerċizzju effettiv mill-persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rimbors tad-dritt li japplikaw għal rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud. B’hekk, il-prassi amministrattiva tal-awtoritajiet tat-taxxa Ġermaniżi tillimita d-drittijiet ta’ dawn il-persuni taxxabbli taħt l-Artikoli 170 u 171 tad-Direttiva 2006/112 u taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/9.

L-effett utli tad-Direttiva 2006/112 u 2008/9 jeħtieġ li jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għal rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud li jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet materjali, sabiex b’hekk ikun issodisfat kemm jista’ jkun possibbli l-prinċipju ta’ newtralità. Ir-regoli huma intiżi li, fl-istadju tal-kunsinna ta’ oġġetti u tal-provvista ta’ servizzi, tiġi eliminata kompletament it-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa fi stadji preċedenti u b’hekk huma intiżi li joħolqu kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ugwali għall-persuni taxxabbli kollha anki fil-każijiet ta’ tranżazzjonijiet transkonfinali. Għaldaqstant, għandhom jittieħdu l-miżuri amministrattivi raġonevoli kollha previsti fid-Direttiva li huma intiżi sabiex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għal rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud.

3.

It-tielet motiv: ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi

Ir-rifjut sistematiku min-naħa tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja li titlob informazzjoni addizzjonali u dokumenti ta’ sostenn skont l-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2008/9 jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi. Ladarba tirċievi konferma li l-applikazzjoni għal rimbors tagħha kienet riċevuta, persuna taxxabbli għandha tkun tista’ tistenna li l-applikazzjoni tagħha ser tiġi pproċessata inkonformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva. Jekk dan ma jkunx il-każ, tiġi miksura l-aspettattiva ta’ din il-persuna li l-applikazzjoni tagħha ser tiġi pproċessata skont il-liġi.

(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

(2)  ĠU 2008, L 44, p. 23.

GCEU

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/26

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 2019 — QH vs Il-Parlament

(Kawża T-748/16) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku - Deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza - Prinċipji ta’ oġġettività u ta’ imparzjalità - Dritt għal amministrazzjoni tajba - Dritt għal smiegħ)

(2019/C 213/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: RH (rappreżentanti: inizjalment N. Lhoëst u S. Michiels, sussegwentement N. Lhoëst, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u Í. Ní Riagáin Düro, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Jannar 2016 li permezz tagħha l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta’ impjieg ta’ din l-istituzzjoni ċaħdet it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrent fil-11 ta’ Diċembru 2014 kif ukoll id-deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2016 li permezz tagħha l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta’ impjieg ta’ din l-istituzzjoni ċaħdet l-ilment tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għal kumpens għad-dannu li allegatament sostna minħabba l-illegalitajiet imwettqa minn din l-awtorità fit-trattament ta’ din it-talba għal assitenza.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Jannar 2016 li tiċħad it-talba għal assistenza ta’ QH, kif hija kkonfermata bid-deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2016 li tiċħad l-ilment, hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

(1)  ĠU C 22, 23.1.2017

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/27

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2019 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-49/17) (1)

(“FAEG u FAEŻR - Spiża esklużi mill-finanzjament - Korrezzjoniet finanzjarji - Kunċett ta’ ‘produttur’ - Investimenti mwettqa barra minn postijiet ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi - Kontrolli preċedenti għall-approvazzjoni ta’ programm operattiv - Kontroll tal-awtorizzazzjoni tal-ispejjeż - Korrezzjoni finanzjarja unika - Korrezzjoni finanzjarja fissa - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2019/C 213/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn V. Ester Casas, abogado del Estado, sussegwentement minn S. Jiménez García, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis u M. Morales Puerta, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2018 tal-15 ta’ Novembru 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 312, p. 26).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 95, 27.3.2017

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/27

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2019 — Scor vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-135/17) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Suq tar-riassigurazzjoni tar-riskji ta’ katastrofi naturali - Għajnuna taħt il-forma ta’ garanzija llimitata tal-Istat mogħtija lil CCR - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern skont il-fażi preliminari tal-eżaminazzjoni - Artikolu 107(3)(c) TFUE - Rikors għal annullament - Locus standi - Nuqqas ta’ assenjazzjoni sostanzjali tal-pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà parzjali - Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati - Kwalità ta’ parti interessata - Assenza ta’ diffikultajiet serji”)

(2019/C 213/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Scor SE (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: N. Baverez, N. Autet, M. Béas u G. Marson, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, A. Bouchagiar u K. Blanck, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment D. Colas, B. Fodda, E. de Moustier u J. Bousin, sussegwentement D. Colas, B. Fodda, P. Dodeller, R. Coesme u E. de Moustier, aġenti) u Caisse centrale de réassurance (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Gunther, A. Giraud u S. Petit, sussegwentement A. Giraud u S. Petit, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2016) 5995 finali tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Settembru 2016, dwar il-miżuri SA.37649 u SA.45860 mogħtija minn Franza, sa fejn il-Kummissjoni ddikjarat kompatibbli mas-suq intern il-garanzija llimitata mogħtija lil CCR għal attività tagħha tar-riassigurazzjoni tar-riskji ta’ katastrofi naturali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Scor SE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u l-Caisse centrale de réassurance (CCR), inklużi l-ispejjeż sostnuti fl-okkażjoni tat-talba għal trattament kunfidenzjali.

3)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, inklużi l-ispejjeż sostnuti fl-okkażjoni tat-talba għal trattament kunfidenzjali.

(1)  ĠU C 144, 8.5.2017

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/28

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2019 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-239/17) (1)

(“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq mill-Ġermanja - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa applikata għall-frekwenza insuffiċjenti tal-kontrolli ewlenin - Obbligu ta’ kalkolu u ta’ kontabbiltà annwali tal-interessi - Artikoli 31 u 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Artikolu 6(h) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”)

(2019/C 213/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentati: inizjalment D. Klebs u T. Henze, sussegwentement D. Klebs, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentati: D. Triantafyllou, u M. Zalewski, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/264 tal-14 ta’ Frar 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2017, L 39, p. 12), sa fejn tirrigwarda lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

(1)  ĠU C 195, 19.6.2017.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/29

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Wattiau vs Il-Parlament

(Kawża T-737/17) (1)

(Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - RKAM - Rimbors għall-ispejjeż mediċi - Konvenzjoni konkluża bejn l-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu u l-Akkordju tal-Isptar tal-Lussemburgu dwar it-tarifikazzjoni tal-kura fl-isptarijiet irċevut mill-li jkunu rċevw l-affiljati tar-RKAM - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE - Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - -Artikolu 39 tar-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ mard tal-uffiċjali)

(2019/C 213/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Francis Wattiau (Bridel, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Il-Palament Ewropew (rappreżentanti: M. Rantala u J. Van Pottelberge, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Association des seniors de la fonction publique européenne (SFPE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE li titlob l-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Ħlasijiet tal-Lussemburgu tal-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Unjoni Ewropea, kif jidher mill-karta tal-ħlas Nru 244 tal-25 ta’ Jannar 2017, li jagħmel lir-rikorrent responsabbli għall-ammont ta’ EUR 843.01 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tas-Segretarju-Ġenerali tal-Parlament, bħala l-Awtorità tal-Ħatra, tat-2 ta’ Awwissu 2017, li tikkonferma din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Ħlasijiet tal-Lussemburgu tal-Iskema Komuni ta’ Assigurazzjoni għall-Mard tal-Unjoni Ewropea, kif jidher mill-karta tal-ħlas Nru 244 tal-25 ta’ Jannar 2017, li jagħmel lil Francis Wattiau responsabbli għall-ammont ta’ EUR 843.01 li jikkorrispondi għal 15 % tal-fattura medika tat-30 ta’ Mejju 2016, hija annullata.

2)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk esposti minn F. Wattiau.

3)

L-Assoċjazzjoni tal-Anzjani tas-Servizz Pubbliku Ewropew (SFPE) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

(1)  ĠU C 32, 29.1.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/30

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Kuota International vs EUIPO — Sintema Sport (K)

(Kawża T-136/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea K - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Mala fide - Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 213/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Kuota International Corp. Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: C. Herissay Ducamp, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Sintema Sport Srl (Albiate, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 3111/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Kuota International u Sintema Sport.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 3111/2014-1) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 166, 14.5.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/31

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2019 — Sona Nutrition vs EUIPO — Solgar Holdings (SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA)

(Kawżi magħquda T-152/18 sa T-155/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MULTIPLUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 213/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sona Nutrition Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Solgar Holdings, Inc. (Ronkonkoma, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: K. Neefs u S. Cubitt, avukati)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2017 (Każijiet R 1319/2017-4, R 1321/2017-4, R 1322/2017-4 u R 1323/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sona Nutrition u Solgar Holdings.

Dispożittiv

1)

Il-kawżi T-152/18 sa T-155/18 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Id-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (Każijiet R 1319/2017-4, R 1321/2017-4, R 1322/2017-4 u R 1323/2017-4) huma annullati.

3)

L-EUIPO u Solgar Holdings, Inc., għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Sona Nutrition Ltd.

(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/32

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Briois vs Il-Parlament

(Kawża T-214/18) (1)

(“Privileġġi u immunitajiet - Membru tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari - Rabta mal-funzjonijiet parlamentari - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Drittijiet tad-difiża - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

(2019/C 213/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Steeve Briois (Hénin-Beaumont, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz u S. Alonso de León, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament P8_TA(2018)0020 tas-6 ta’ Frar 2018 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artkolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Steeve Briois għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.

(1)  ĠU C 211, 18.6.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/32

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2019 — Mauritsch vs INEA

(Kawża T-271/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien determinat - Ċaħda inizjali mir-rikorrent tal-offerta ta’ proroga tal-kuntratt - Riżenja - Rifjut tad-dritt għall-allowance tal-qgħad - Responsabbiltà”)

(2019/C 213/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Walter Mauritsch (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (rappreżentanti: I. Ramallo, aġent, assistit minn A. Duron, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-INEA tal-24 ta’ Jannar 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-4 ta’ Ottubru 2017 u, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tal-INEA tat-2 ta’ Awwissu 2017 li tiċħad it-talba għad-danni tar-rikorrent tal-10 ta’ April 2017 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Walter Mauritsch huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/33

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2019 — WP vs EUIPO

(Kawża T-407/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni li l-kuntratt mhux ser jiġġedded - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dmir ta’ premura - Ugwaljanza fit-trattament - Regola ta’ konkordanza bejn l-ilment u r-rikors”)

(2019/C 213/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: WP (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u K. Tóth, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2017 li tiċħad li l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti jiġġedded għat-tieni darba.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

WP hija kkundannata għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 319, 10.9.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/34

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2019 — Fissler vs EUIPO (vita)

(Kawża T-423/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea vita - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Kunċett ta’ karatteristika - Isem ta’ kulur - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 213/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fissler GmbH (Idar-Oberstein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u K. Middelhoff, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek et D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Marzu 2018 (Każ R 1326/2017-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali vita bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Marzu 2018 (Każ R 1326/2017-5) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 294, 20.8.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/34

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Lupu vs EUIPO — Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam (Djili DS)

(Kawża T-558/18) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Djili DS - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti DJILI - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

(2019/C 213/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Victor Lupu (Bucharest, ir-Rumanija) (rappreżentant: P. Acsinte, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam (Dulovo, il-Bulgarija) (rappreżentant: C.-R. Romițan, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 2391/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn V. Lupu u Djili Soy Dzhihangir Ibryam.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Victor Lupu huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 408, 12.11.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/35

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Promeco vs EUIPO — Aerts (oġġetti ta’ fuq il-mejda)

(Kawża T-353/18) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2019/C 213/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Promeco NV (Kortrijk, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Hartwig u A. von Mühlendahl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, u H. O'Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aerts NV (Geel, il-Belġju) (rappreżentanti: G. Glas u T. Carmeliet, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-EUIPO tas-16 ta’ Frar 2018 (Każ R 459/2016-G), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Promeco NV u Aerts NV.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Promeco NV hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk imġarrba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Aerts NV għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/36

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2019 — Engel vs EUIPO — F. Engel (ENGEL)

(Kawża T-381/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2019/C 213/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Engel GmbH (Pfullingen, il-Ġermaniż) (rappreżentant: C. Pfitzer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: F. Engel K/S (Haderslev, id-Danimarka) (rappreżentant: L. Elmgaard Sørensen, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Marzu 2018 (Każ R 1423/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn F. Engel u Engel.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors

2)

Engel GmbH u F. Engel K/S huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u Engel GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

(1)  ĠU C 276, 6.8.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/37

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2019 — Dermatest vs EUIPO (DERMATEST)

(Kawża T-495/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali DERMATEST - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2019/C 213/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dermatest Gesellschaft für allergologische Forschung u. Vertrieb von Körperpflegemitteln mbH (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek, D. Hanf u D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 426/2018-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali DERMATEST bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Dermatest Gesellschaft für allergologische Forschung u. Vertrieb von Körperpflegemitteln mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 352, 1.10.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/37

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-530/18) (1)

(Rikors għal annullament - FAEG u FAEŻR - Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea - Komunikazzjoni lid-destinatarju - Pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea - Terminu tar-rikors - Bidu tad-dekorrenza - Tardività - Inammissibbiltà)

(2019/C 213/39)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: C.-R. Canțăr, E. Gane, C.-M. Florescu u O.-C. Ichim, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J Aquilina u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/873 tat 13 ta’ Novembru 2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 152, 20.11.2015, p. 29), sa fejn din tikkonċerna lir-Rumanija.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-Rumanija hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(1)  ĠU C 408, 12.11.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/38

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 2019 — Jap Energéticas u Medioambientales vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-145/19 R) (1)

(“Miżuri provviżorji - Ambjent - Strument finanzjarju għall-ambjent (LIFE) - Proġett LIFE 11 ENV/ES/000593-H2AL RECYCLING - Irkupru tas-somom imħallsa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2019/C 213/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Jap Energéticas u Medioambientales, SL (Valencia, Spanja) (rappreżentant: G. Alabau Zabal, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u S. Izquierdo Pérez, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni BUDG/DGA 1/C4/CB/3241812545, tal-14 ta’ Jannar 2019, dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti tas-somma ta’ EUR 82 750.96 flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.

(1)  ĠU C ##, ##.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/39

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Pavel vs EUIPO — bugatti (B)

(Kawża T-114/19)

(2019/C 213/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dan-Gabriel Pavel (Oradea, ir-Rumanija) (rappreżentant: E. Nedelcu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: bugatti GmbH (Herford, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva B — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 545 181

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedura ta’ annullament

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2018 fil-Każijiet relatati R 49/2018-1 u R 85/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u żżomm it-trade mark EUTM-013545181 irreġistrata validatament kif kienet irreġistrata fil-05/05/2016 għall-prodotti u s-servizzi kollha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ġudizzjarji.

Motivi invokati

Inapplikabbiltà tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Assenza ta’ prova dwar il-ksur tal-interess pubbliku.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/40

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2019 — BF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-190/19)

(2019/C 213/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BF (rappreżentanti: S. Gesterkamp, avukat, u C. König, professur)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li, b’effett mit-18 ta’ Diċembru 2018, id-data tal-preżentata b’mod elettroniku tat-tieni ittra ta’ intimazzjoni tar-rikorrent, il-konvenuta, minħabba nuqqas li tieħu azzjoni, naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li tadotta deċiżjoni li tagħlaq il-proċedura ta’ eżami preliminari fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat SA.48706 (RVV Rostocker Versorgungs- und Verkehrs-Holding GmbH und Nordwasser GmbH) u li kellha tiġi kkomunikata lir-rikorrent, bħala persuna li ressqet ilment, u dan kemm jekk din tkun deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali u kemm jekk tkun deċiżjoni li ma tinfetaħx tali proċedura;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża; kif ukoll

bħala miżura kawtelatorja u sussidjarjament fil-każ li l-konvenuta tieħu azzjoni lis pendens, tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi segwenti.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrent isostni li l-kundizzjonijiet għal rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni huma ssodisfatti u dan sa fejn, fid-data tal-preżentata tat-tieni ittra ta’ intimazzjoni, il-fatti għal deċiżjoni li tagħlaq il-proċedura ta’ eżami preliminari taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2015/1589 (1) kienu jinsabu fi stadju fejn setgħet tittieħed deċiżjoni.

Fit-tieni lok, ir-rikorrent isostni li fl-ittra amministrattiva tagħha tas-17 ta’ Diċembru 2018, il-konvenuta invokat biss, minn aspett normattiv, monopolju legali favur Nordwasser GmbH ibbażat fuq tranżazzjoni interna, li jista’ jeskludi distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, mingħajr ma indirizzat punti ta’ fatt, bħal pereżempju l-kwistjoni ta’ jekk kienx hemm favoritiżmu.

Fit-tielet lok, ir-rikorrent jargumenta li huwa kien diġà oġġezzjona, permezz tal-ilment tiegħu ppreżentat fi stadju bikri tal-proċedura, għall-istabbiliment ta’ monopolju legali li huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, kien imissha ppreżentat il-pożizzjoni legali tagħha fuq il-bażi tal-fatti eżistenti tal-każ u, għaldaqstant, sa mhux iktar tard minn Diċembru 2018 kellha minn tal-inqas tadotta deċiżjoni, li tista’ tiġi kkontestata, li ma tinfetaħx proċedura skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2015/1589.

(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/41

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2019 — AZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-196/19)

(2019/C 213/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: AZ (rappreżentanti: F. Wagner u N. Voß, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166 (ĠU 2019, L 14, p. 1), fir-rigward tas-snin 2012 u 2013;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, fir-rigward tas-snin 2012 u 2013, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

iktar sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, sa fejn stabbilixxiet li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 500 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 15 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati u li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 8 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 10 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati,

dejjem iktar sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, sa fejn tikkonċerna, lir-rikorrenti sa fejn stabbilixxiet li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, kif ukoll

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż legali u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.

1.

Konstatazzjoni żbaljata tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li, fl-evalwazzjoni tal-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk inkwistjoni, il-konvenuta wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li kien hemm użu ta’ riżorsi tal-Istat.

Barra minn hekk, fl-evalwazzjoni tal-kriterju ta’ “selettività”, is-sistema ta’ referenza ġiet iddeterminata b’mod żbaljat u inkomplet.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li, minħabba d-determinazzjoni żbaljata tas-sistema ta’ referenza, il-konvenuta kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

2.

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni li, permezz tad-deċiżjoni tal-konvenuta ġew iddeterminati biss obbligi dwar il-ħlas ta’ pagamenti b’lura għall-konsumaturi ta’ karga bażika li, fis-snin 2012 u 2013, kienu eżentati kompletament mit-tariffi tan-netwerk. Għaldaqstant, dawn il-konsumaturi ta’ karga bażika, meta mqabbla ma’ konsumaturi ta’ karga bażika li, fir-rigward tal-istess perijodu, ibbenefikaw minn tnaqqis b’rata fissa fit-tariffi tan-netwerk u li fir-rigward tagħhom ma ġewx iddeterminati obbligi dwar il-ħlas ta’ pagamenti b’lura, huma s-suġġett ta’ inugwaljanza fit-trattament u ta’ diskriminazzjoni inġusta.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni wkoll li, fid-dawl ta’ din id-differenza fit-trattament, il-konvenuta kisret ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u l-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Id-differenza fit-trattament tikkostitwixxi wkoll ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni prevista fl-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2009/72/KE (1).

3.

Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni li, fuq il-bażi tas-sitwazzjoni individwali tagħha, hija setgħet trawwem l-aspettattiva li kienet ser tibqa’ tibbenefika mit-tariffi tan-netwerk speċjali li kienet tibbenefika minnhom.

(1)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009, L 211, p. 55).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/42

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2019 — BA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-198/19)

(2019/C 213/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BA (rappreżentanti: F. Wagner u N. Voß, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166 (ĠU 2019, L 14, p. 1), fir-rigward tas-snin 2012 u 2013;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, fir-rigward tas-snin 2012 u 2013, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

iktar sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, sa fejn stabbilixxiet li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 500 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 15 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati u li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 8 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 10 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati,

dejjem iktar sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, sa fejn stabbilixxiet li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, kif ukoll

C 213/44

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2019 — BB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-200/19)

(2019/C 213/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BB (rappreżentanti: F. Wagner u N. Voß, avukati)

C 213/45

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2019 — BC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/19)

(2019/C 213/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BC (rappreżentanti: F. Wagner u N. Voß, avukati)

C 213/47

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2019 — BD vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-205/19)

(2019/C 213/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BD (rappreżentanti: F. Wagner u N. Voß, avukati)

C 213/48

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2019 — Società Agricola Tenuta di Rimale et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-210/19)

(2019/C 213/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società Agricola Tenuta di Rimale Ss (Fidenza, l-Italja) u 9 rikorrenti oħra (rappreżentanti: M. Libertini, A. Scognamiglio u M. Spolidoro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla n-nota kkontestata u teżamina l-motivi esposti fir-rikors. Dan l-eżami għandu jkun ibbażat fuq interpretazzjoni differenti u iktar korretta tal-Artikolu 150 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (1) kif ukoll fuq investigazzjoni iktar bir-reqqa li tiżvela l-assenza ta’ loġika u ta’ koerenza tar-raġunijiet imressqa mill-Consorzio biex jiġi ikkonfermat għal perijodu indefinit regolamentazzjoni diskriminatorja u mhux iġġustifikata tal-provvista tal-ħalib għall-produzzjoni tal-ġobon DOP (Denominazione di Oriġini Protetta) Parmigiano Reggiano.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa indirizzat kontra n-nota tal-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tas-6 ta’ Frar 2019, li permezz tagħha ġie arkivjat l-ilment imressaq mir-rikorrenti fil-5 ta’ Frar 2018, li permezz tiegħu dawn tal-aħħar invokaw l-illegalità tad-Digriet Nru 6762, tal-Ministru tal-Politika Agrikola u Forestali, tal-15 ta’ Diċembru 2016, li japprova l-Pjan Regolatorju tal-Provvista tal-ġobon Parmigiano-Reggiano għall-perijodu 2017-2019, kif ukoll id-Digriet Nru 5320 tal-istess ministru, tad-19 ta’ Settembru 2017, li japprova l-Pjan Regolatorju tal-Provvista tal-ġobon Parmigiano-Reggiano għall-perijodu 2017-2019.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 150 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ maġġoranza kkwalifikata tal-produtturi interessati fil-proposta għall-irregolar tal-provvista.

2.

It-tieni motiv, huwa ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 150 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu vverifikati l-kundizzjonijiet bażiċi tal-bilanċ tas-suq għall-finijiet tal-adozzjoni tal-miżuri temporanji biex jirregolaw il-provvista u l-ħtieġa għal motivazzjoni adegwata f’dan is-sens.

3.

It-tielet motiv, huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 150 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-parti li tirrigwarda l-projbizzjoni tal-iskemi li jirregolaw il-provvista b’kontenut diskriminatorju.

(1)  ĠU 2013 L 347, p. 608.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/49

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2019 — Klöckner Pentaplast vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-231/19)

(2019/C 213/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Klöckner Pentaplast GmbH (Heiligenroth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Voß u D. Fouquet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166 (ĠU 2019, L 14, p. 1), fir-rigward tas-snin 2012 u 2013;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, fir-rigward tas-snin 2012 u 2013, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż legali u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.

1.

Konstatazzjoni żbaljata tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li, fl-evalwazzjoni tal-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk inkwistjoni, il-konvenuta wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li kien hemm użu ta’ riżorsi tal-Istat.

Barra minn hekk, fl-evalwazzjoni tal-kriterju ta’ “selettività”, is-sistema ta’ referenza ġiet iddeterminata b’mod żbaljat u inkomplet.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li, minħabba d-determinazzjoni żbaljata tas-sistema ta’ referenza, il-konvenuta kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

2.

Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni li, fuq il-bażi tas-sitwazzjoni individwali tagħha, hija setgħet trawwem l-aspettattiva li kienet ser tibqa’ tibbenefika mit-tariffi tan-netwerk speċjali li kienet tibbenefika minnhom.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/50

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2019 — H&R Ölwerke Schindler vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-232/19)

(2019/C 213/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: H&R Ölwerke Schindler GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Voß u D. Fouquet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166 (ĠU 2019, L 14, p. 1), fir-rigward tas-snin 2012 u 2013;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, fir-rigward tas-snin 2012 u 2013, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

iktar sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, sa fejn stabbilixxiet li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 500 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 15 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati u li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 8 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 10 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati,

dejjem iktar sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, sa fejn stabbilixxiet li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, kif ukoll

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż legali u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.

1.

Konstatazzjoni żbaljata tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li, fl-evalwazzjoni tal-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk inkwistjoni, il-konvenuta wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li kien hemm użu ta’ riżorsi tal-Istat.

Barra minn hekk, fl-evalwazzjoni tal-kriterju ta’ “selettività”, is-sistema ta’ referenza ġiet iddeterminata b’mod żbaljat u inkomplet.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li, minħabba d-determinazzjoni żbaljata tas-sistema ta’ referenza, il-konvenuta kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

2.

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni li, permezz tad-deċiżjoni tal-konvenuta ġew iddeterminati biss obbligi dwar il-ħlas ta’ pagamenti b’lura għall-konsumaturi ta’ karga bażika li, fis-snin 2012 u 2013, kienu eżentati kompletament mit-tariffi tan-netwerk. Għaldaqstant, dawn il-konsumaturi ta’ karga bażika, meta mqabbla ma’ konsumaturi ta’ karga bażika li, fir-rigward tal-istess perijodu, ibbenefikaw minn tnaqqis b’rata fissa fit-tariffi tan-netwerk u li fir-rigward tagħhom ma ġewx iddeterminati obbligi dwar il-ħlas ta’ pagamenti b’lura, huma s-suġġett ta’ inugwaljanza fit-trattament u ta’ diskriminazzjoni inġusta.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni wkoll li, fid-dawl ta’ din id-differenza fit-trattament, il-konvenuta kisret ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u l-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Id-differenza fit-trattament tikkostitwixxi wkoll ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni prevista fl-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2009/72/KE (1).

3.

Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni li, fuq il-bażi tas-sitwazzjoni individwali tagħha, hija setgħet trawwem l-aspettattiva li kienet ser tibqa’ tibbenefika mit-tariffi tan-netwerk speċjali li kienet tibbenefika minnhom.

(1)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009, L 211, p. 55).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/52

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2019 — Infineon Technologies Dresden vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-233/19)

(2019/C 213/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Infineon Technologies Dresden GmbH & Co. KG (Dresden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Assmann u M. Peiffer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-konvenuta nnotifikata bid-dokument C(2018) 3166 (ĠU 2019, L 14, p. 1) tat-28 ta’ Mejju 2018 dwar skema ta’ għajnuna SA.34045 (2013/c) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-konsumaturi ta’ karga bażika skont l-Artikolu 19 tar-Regolament StromNEV, kif ukoll

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq motiv wieħed li permezz tiegħu r-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali sa fejn l-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikoli 107 et seq. TFUE.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, li l-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk mogħtija fuq il-bażi tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV ma hijiex mogħtija minn riżorsi tal-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE iżda hija ffinanzjata mill-kumpannija Ġermaniża li topera n-netwerk tal-elettriku, li hija rregolata mid-dritt privat u li l-aġir tagħha ma jistax jiġi attribwit lill-Istat. Is-soprataxxa inkwistjoni lanqas ma tista’ titqies li hija ekwivalenti, fl-applikazzjoni tagħha, għal imposta fuq il-konsum tal-elettriku fil-Ġermanja. Barra minn hekk, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma teżerċita ebda kontroll fuq l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku li jamministraw dawn il-fondi.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk fuq il-bażi tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV hija materjalment differenti miċ-ċirkustanzi li kienu inkwistjoni fil-Kawża C-206/06, Essent Netwerk Noord et u fil-Kawża C-262/12, Vent De Colère!. Madankollu, il-każ ineżami jista’ jitqabbel mas-soprataxxa inkwistjoni fil-Kawża C-405/16 P, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, u għalhekk ma għandux jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/53

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2019 — Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-234/19)

(2019/C 213/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Infineon Technologies AG (Neubiberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Assmann u M. Peiffer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-konvenuta nnotifikata bid-dokument C(2018) 3166 (ĠU 2019, L 14, p. 1) tat-28 ta’ Mejju 2018 dwar skema ta’ għajnuna SA.34045 (2013/c) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-konsumaturi ta’ karga bażika skont l-Artikolu 19 tar-Regolament StromNEV, kif ukoll

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq motiv wieħed li permezz tiegħu r-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali sa fejn l-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikoli 107 et seq. TFUE.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, li l-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk mogħtija fuq il-bażi tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV ma hijiex mogħtija minn riżorsi tal-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE iżda hija ffinanzjata mill-kumpannija Ġermaniża li topera n-netwerk tal-elettriku, li hija rregolata mid-dritt privat u li l-aġir tagħha ma jistax jiġi attribwit lill-Istat. Is-soprataxxa inkwistjoni lanqas ma tista’ titqies li hija ekwivalenti, fl-applikazzjoni tagħha, għal imposta fuq il-konsum tal-elettriku fil-Ġermanja. Barra minn hekk, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma teżerċita ebda kontroll fuq l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku li jamministraw dawn il-fondi.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk fuq il-bażi tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament StromNEV hija materjalment differenti miċ-ċirkustanzi li kienu inkwistjoni fil-Kawża C-206/06, Essent Netwerk Noord et u fil-Kawża C-262/12, Vent De Colère!. Madankollu, il-każ ineżami jista’ jitqabbel mas-soprataxxa inkwistjoni fil-Kawża C-405/16 P, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, u għalhekk ma għandux jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/54

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2019 — GTP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-237/19)

(2019/C 213/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GTP — Glastechnik Piesau GmbH & Co. KG (Neuhaus am Rennweg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Wagner u N. Voß, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166 (ĠU 2019, L 14, p. 1), fir-rigward tas-snin 2012 u 2013;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, fir-rigward tas-snin 2012 u 2013, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

iktar sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, sa fejn stabbilixxiet li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 500 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 15 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati u li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 8 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 10 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati,

dejjem iktar sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, sa fejn stabbilixxiet li fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, kif ukoll

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż legali u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.

1.

Konstatazzjoni żbaljata tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li, fl-evalwazzjoni tal-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk inkwistjoni, il-konvenuta wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li kien hemm użu ta’ riżorsi tal-Istat.

Barra minn hekk, fl-evalwazzjoni tal-kriterju ta’ “selettività”, is-sistema ta’ referenza ġiet iddeterminata b’mod żbaljat u inkomplet.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li, minħabba d-determinazzjoni żbaljata tas-sistema ta’ referenza, il-konvenuta kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

2.

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni li, permezz tad-deċiżjoni tal-konvenuta ġew iddeterminati biss obbligi dwar il-ħlas ta’ pagamenti b’lura għall-konsumaturi ta’ karga bażika li, fis-snin 2012 u 2013, kienu eżentati kompletament mit-tariffi tan-netwerk. Għaldaqstant, dawn il-konsumaturi ta’ karga bażika, meta mqabbla ma’ konsumaturi ta’ karga bażika li, fir-rigward tal-istess perijodu, ibbenefikaw minn tnaqqis b’rata fissa fit-tariffi tan-netwerk u li fir-rigward tagħhom ma ġewx iddeterminati obbligi dwar il-ħlas ta’ pagamenti b’lura, huma s-suġġett ta’ inugwaljanza fit-trattament u ta’ diskriminazzjoni inġusta.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni wkoll li, fid-dawl ta’ din id-differenza fit-trattament, il-konvenuta kisret ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u l-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Id-differenza fit-trattament tikkostitwixxi wkoll ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni prevista fl-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2009/72/KE (1).

3.

Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni li, fuq il-bażi tas-sitwazzjoni individwali tagħha, hija setgħet trawwem l-aspettattiva li kienet ser tibqa’ tibbenefika mit-tariffi tan-netwerk speċjali li kienet tibbenefika minnhom.

(1)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009, L 211, p. 55).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/55

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2019 — Wepa Hygieneprodukte et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-238/19)

(2019/C 213/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wepa Hygieneprodukte GmbH (Arnsberg, il-Ġermanja), Wepa Leuna GmbH (Leuna, il-Ġermanja), Wepa Papierfabrik Sachsen GmbH (Arnsberg) (rappreżentanti: H. Janssen u A. Vallone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea nnotifikata bid-dokument C(2018) 3166 (ĠU 2019, L 14, p. 1) tat-28 ta’ Mejju 2018 dwar skema ta’ għajnuna SA.34045 (2013/c) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-konsumaturi ta’ karga bażika skont l-Artikolu 19 tar-Regolament StromNEV, kif ukoll

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq motiv wieħed li permezz tiegħu r-rikorrenti jsostnu li l-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu, l-ewwel nett, li l-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk ma tinvolvix l-użu ta’ riżorsi tal-Istat jew ta’ riżorsi mogħtija mill-Istat. It-tieni nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenuta żbaljat meta kkunsidrat li s-soprataxxa prevista fl-Artikolu 19 tikkostitwixxi “imposta” jew “imposta parafiskali” li l-Istat jimponi fuq il-konsumatur finali fis-sens tas-sentenza tas-17 ta’ Lulju 2008, Essent Netwerk Noord et (C-206/06, EU:C:2008:413).

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li l-konsumaturi ta’ karga bażika ma bbenefikaw minn ebda vantaġġ selettiv.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/56

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2019 — A9.com vs EUIPO (Ikona ta’ apparat ta’ qanpiena)

(Kawża T-240/19)

(2019/C 213/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: A9.com, Inc. (Palo Alto, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Klett u C. Mikyska, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ Ikona ta’ apparat ta’ qanpiena — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 868 712)

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1309/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li:

Il-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

Il-konvenut għandu jħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell inklużi l-ispejjeż neċessarji tar-rikorrenti fiż-żewġ proċedimenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikoli 7(1)(c) u 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/57

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2019 — Cambodia u CRF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-246/19)

(2019/C 213/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju tal-Kambodja u Cambodia Rice Federation (CRF) (Phnom Penh, il-Kambodja) (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/67 tas-16 ta’ Jannar 2019; (1) u

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega li l-limitazzjoni tal-kunċett ta’ produtturi tal-Unjoni Ewropea għal dawk il-produtturi ta’ prodotti simili jew ta’ prodotti li jikkompetu direttament li jiġu manifatturati bl-użu tal-materja prima (ross bil-ħliefa (paddy)) prodotti fl-Unjoni Ewropea tikser l-Artikolu 22(1) u 23 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 (2). Sussidjarjament, l-approċċ tal-konvenuta kien jikser l-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 978/2012.

2.

It-tieni motiv, li jallega li billi bbażat ruħha fuq dejta żbaljata jew mhux preċiża, jew dejta li ma kinitx tkun relatata b’mod speċifiku mal-prodott simili, il-konvenuta naqset milli tevalwa b’mod xieraq id-“diffikultajiet serji”, b’ ksur tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 978/2012. Dan kien jagħmel impossibbli l-evalwazzjoni xierqa dwar jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 humiex sodisfatti fir-rigward tal-prodott simili kif iddefinit fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 978/2012.

3.

It-tielet motiv, li jallega li l-konvenuta wettqet paragun bejn il-prezzijiet ta’ importazzjoni mill-Kambodja u l-prezzijiet tal-Unjoni Ewropea b’mod li jikser l-Artikolu 22(1) u 23 tar-Regolament Nru 978/2012.

4.

Ir-raba’ motiv, li jallega li l-analiżi tal-kawżalità tal-konvenuta tikser l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 978/2012, peress li d-diffikultajiet serji li għandha l-industrija tal-Unjoni Ewropea ma kinux ikunu konsegwenza diretta suffiċjenti tal-volum u tal-prezzijiet ta’ importazzjoni mill-Kambodja. Sa fejn ir-Regolament 2019/67 huwa bbażat fuq evalwazzjoni kumulattiva, dan jikser ukoll l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 978/2012.

5.

Il-ħames motiv, li jallega li l-konvenuta naqset milli tesponi diversi fatti jew kunsiderazzjonijiet jew dettalji essenzjali abbażi ta’ tali fatti jew kunsiderazzjonijiet essenzjali bi ksur tal-Artikoli 17(1), (2), (3) u (4) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1083/2013, tat-28 ta’ Awwissu 2013 (3), tal-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 978/2012 u tad-dritt tad-difiża tar-rikorrenti.

6.

Is-sitt motiv, li jallega li l-fajl iffurmat huwa fil-parti l-kbira nieqes minn informazzjoni u jinjora gruppi ta’ informazzjoni importanti. Dan jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni Nru 1083/2013, tal-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 978/2012 u tad-dritt tad-difiża tar-rikorrenti.

(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/67 tas-16 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ross Indica li joriġina mill-Kambodja u mill-Myanmar (ĠU L 15, 17.1.2019, p. 5).

(2)  Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).

(3)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1083/2013 tat-28 ta’ Awwissu 2013 li jistabbilixxi regoli marbuta mal-proċedura għall-irtirar temporanju ta’ preferenzi tariffarji u mal-adozzjoni ta’ miżuri ġenerali ta’ salvagwardja skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 16).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/58

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2019 — Bilde vs Il-Parlament

(Kawża T-248/19)

(2019/C 213/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dominique Bilde (Lagarde, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew P8_TA-PROV(2019)0137, tat-12 ta’ Marzu 2019, dwar it-talba li titneħħa l-immunità tar-rikorrenti 2018/2267(IMM), u effettivament tneħħi l-immunità tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea (ĠU 2010, C 83, p. 266), tal-Artikolu 5(1) u (5) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew (ĠU 2005, L 44, p. 1) u tal-Komunikazzjonijiet lill-membri Nri 11/2003 u 11/2016.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq użu ħażin tal-proċedura, b’mod iktar partikolari, fuq il-ksur tal-Artikolu 43 tal-Komunikazzjoni lill-membri Nru 11/2016, sa fejn l-għan tal-azzjonijiet kontriha huwa li jiġi kkawżat dannu għall-attività politika tar-rikorrenti, li jikkostitwixxi każ ta’ fumus persecutionis fil-konfront tagħha.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni “ne bis in idem” u “una via electa”, ta’ użu ħażin ta’ proċedura u ta’ użu ħażin ta’ poter.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/59

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 — Wieland-Werke vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-251/19)

(2019/C 213/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wieland-Werke AG (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Soltész, C. von Köckritz u K. Winkelmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Każ M.8900 — Wieland/Aurubis Rolled Products/Schwermetall tal-5 ta’ Frar 2019;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tar-rikorrenti f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħdax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti min-naħa tal-Kummissjoni billi bbażat id-deċiżjoni kkontestata fuq il-kunċett difettuż tal-hekk imsejjaħ settur speċifiku “high-end” minflok ma bbażat id-deċiżjoni kkontestata fuq is-suq rilevanti għall-prodotti ta’ ram pre-rolled hekk kif iddefinit mill-Kummissjoni nnifisha.

2.

It-tieni motiv, ibbażat nuqqas ta’ definizzjoni kif ukoll nuqqas ta’ spjegazzjoni ċara min-naħa tal-Kummissjoni tal-hekk imsejjaħ settur speċifiku “high-end” li fuqu, mingħajr ebda dubju, hija bbażat l-evalwazzjoni tagħha. L-approċċ tal-Kummissjoni huwa manifestament żbaljat u spekulattiv.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni billii kkontradixxiet il-konstatazzjonijiet tagħha fid-deċiżjoni ta’ clearance fil-Każ M.8909 — KME/MKM.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq applikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ta’ teorija ta’ ħsara sui generis mingħajr preċedent u mhux sostenibbli inkwantu ħolqot rabta bejn l-effetti orizzontali u mhux orizzontali u kkonfondiet gwida ċara u preċiża pprovduta mil-linji gwida dwar amalgamazzjonijiet.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti min-naħa tal-Kummissjoni fl-evalwazzjoni kompetittiva tal-allegat tħassib orizzontali tagħha fejn b’mod flagranti naqset milli tinvestiga fatti ovvji fil-konstatazzjoni tal-qafas kompetittiv tas-suq rilevanti.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq evalwazzjoni manifest żbaljata min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward tal-possibbiltà tal-konsumaturi li jibdlu marka.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ produzzjoni ta’ provi min-naħa tal-Kummissjoni rispettivament għall-allegazzjonijiet tagħha ta’ żidiet fil-prezzijiet dovuti għat-tranżazzjoni.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-bidla minn kontroll konġunt għal kontroll uniku fuq Schwermetall. B’mod partikolari, il-Kummissjoni naqset milli tadotta l-miżuri ta’ investigazzjoni neċessarji.

9.

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-impenji offerti lir-rikorrenti.

10.

L-għaxar motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ konformità mal-proċess applikabbli min-naħa tal-Kummissjoni tal-ġestjoni tal-proċedura ta’ rimedji u tat-test tas-suq.

11.

Il-ħdax-il motiv, ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali u tal-proċedura applikabbli min-naħa tal-Kummissjoni. Hija rrifjutat li tissottometti l-ewwel żewġ impenji għat-test tas-suq u nediet test tas-suq fi stadju ta’ proċeduri li kien tard wisq.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/60

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 — Pech vs Il-Kunsill

(Kawża T-252/19)

(2019/C 213/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Laurent Pech (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: O. Brouwer u T. McGrath, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill inkluża f’ittra lir-rikorrent tat-12 ta’ Frar 2019 li tirrifjuta l-aċċess sħiħ għad-dokument ST 13593 2018 INIT (parir legali tas-servizz legali tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2018), skont l-Artikoli 4(2) u 4(3) tar-Regolament 1049/2001 (1),

sussidjarjament, tordna lill-Kunsill jagħti aċċess parzjali iktar wiesa’ għad-dokument ST 13593 2018 INIT, skont l-Artikolu 4(6) tar-Regolament 1049/2001; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrent, inklużi l-ispejjeż ta’ kwalunkwe partijiet intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq applikazzjoni żbaljata tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament 1049/2001.

Ir-rikorrent jargumenta li l-Kunsill naqas milli juri li d-dokument rikjest kien jinkludi parir legali.

Ir-rikorrent jargumenta wkoll li l-Kunsill interpreta u applika b’mod żbaljat it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament 1049/2001, billi ma ħax inkunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju tal-Unjoni Ewropea mqassra fir-rikors kif ukoll tal-prinċipju li dokumenti leġiżlattivi tal-Unjoni huma suġġetti għall-iktar aċċess wiesa’ possibbli, filwaqt li bbaża ruħu wkoll fuq kunċetti vagi u suġġettivi li ma jagħmlux parti mid-dritt Ewropew sabiex jiġi ġġustifikat nuqqas ta’ żvelar.

Il-Kunsill wettaq żball ta’ liġi u applika l-eżami ta’ interess pubbliku superjuri b’mod żbaljat.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq applikazzjoni żbaljata tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament 1049/2001.

Ir-rikorrent jargumenta li l-Kunsill naqas milli juri li żvelar sħiħ kien speċifikament u effettivament jimmina l-proċess deċiżjonali inkwistjoni.

Il-Kunsill interpreta u applika b’mod żbaljat l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament 1049/2001 u l-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, billi injora d-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju tal-Unjoni mqassra fir-rikors u l-prinċipju li dokumenti leġiżlattivi tal-Unjoni huma suġġetti għall-iktar aċċess wiesa’ possibbli.

Il-Kunsill naqas milli jevalwa b’mod xieraq l-interess pubbliku fl-iżvelar.

3.

It-tielet motiv, motiv sussidjarju, ibbażat fuq l-argument li, jekk l-eċċezzjonijiet mqajma huma applikabbli għad-dokument rikjest, il-Kunsill kiser l-Artikolu 4(6) tar-Regolament 1049/2001, sa fejn evidentement huwa naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu li jagħti l-aċċess parzjali (xieraq u meħtieġ) li huwa missu ta għad-dokument rikjest taħt l-imsemmi Artikolu 4(6), billi naqas milli jagħti aċċess għat-taqsima sħiħa dwar l-analiżi legali.

(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/62

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 — BG vs Il-Parlament

(Kawża T-253/19)

(2019/C 213/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: BG (rappreżentanti: L. Levi, A. Champetier u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2018 li xxolji l-kuntratt tar-rikorrent;

jekk ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Jannar 2019 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tas-16 ta’ Awwissu 2018, innotifikata fid-9 ta’ Jannar 2019;

tordna lill-konvenut jikkumpensa lir-rikorrent għad-danni morali subiti bħala riżultat tan-nuqqas tal-konvenut, stmat għas-somma ta’ EUR 50 000;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u ta’ regoli ta’ proċedura applikabbli fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt inkwistjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u, b’konnessjoni ma’ dan, fuq ksur tad-dritt li persuna jkollha l-kwistjonijiet tagħha ttrattati b’mod imparzjali u ġust, fuq ksur tal-obbligu ta’ diliġenza u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/62

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2019 — Al-Tarazi vs Il-Kunsill

(Kawża T-260/19)

(2019/C 213/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mazen Al-Tarazi (Shuwaikh, il-Kuwajt) (rappreżentanti: G. Beck u A. Khan, Barristers, u S. Patel, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal-21 ta’ Jannar 2019 (1) u l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal-21 ta’ Jannar 2019 (2) mhux applikabbli fil-konfront tar-rikorrent;

tannulla, sa fejn jirrigwarda r-rikorrent, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2019/85 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2019/87;

tiddikjara li l-isem tar-rikorrent għandu jitneħħa mill-Anness (min-numru 266 tiegħu) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2019/85 u mill-Anness (min-numru 266 tiegħu) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2019/87; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti jew mhux issostanzjata min-naħa tal-konvenut għall-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti fl-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista, inkwantu l-konvenut kien naqas milli jipproduċi provi tal-fatti indikati li jissostanzjaw jew li allegatament jissostanzjaw il-motivazzjoni tal-miżuri adottati jew inkwantu l-konvenut kien silet konklużjonijiet irraġonevoli minn dawn il-fatti.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent minħabba l-inklużjoni tiegħu fil-lista.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà, ta’ libertà ta’ kummerċ u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tar-rikorrent minħabba l-inklużjoni tiegħu fil-lista.

(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal-21 ta’ Jannar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 18I, 2019, p. 4).

(2)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal-21 ta’ Jannar 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 18I, 2019, p. 13).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/63

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2019 — Imagina Media Audiovisual et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-268/19)

(2019/C 213/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Imagina Media Audiovisual, SA (Barcelona, Spanja), Imagina EU (Brussell, il-Belġju), dpa Deutsche Presse-Agentur GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Kuypers, N. Groot, B. Vitez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2019 bir-riferiment Ares(2019)856949 dwar l-esklużjoni ta’ IMAGINA MEDIA AUDIOVISUAL SL mill-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti u ta’ għoti ta’ sussidji rregolati mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), sa fejn eskludiet il-konsorzju Imagina/dpa jew ċaħdet l-offerti tiegħu;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2019 bir-riferiment Ares (2019) 2494476 sa fejn għandha tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li l-konsorzju jiġi eskluż mill-offerta bin-numru ta’ riferiment PO/2018-05/A4 jew miċħuda l-offerti tiegħu;

tannulla l-att(i) li permezz tiegħu (tagħhom) l-Kummissjoni tagħti l-kuntratti, jew tippermetti lil parti oħra għajr il-konsorzju Imagina/dpa teżegwixxi l-kopertura awdjoviżiva tal-affarijiet kurrenti tal-UE, relatati mal-Lottijiet I, III u VI kif deskritt fl-offerta;

tordna lill-Kummissjoni tikkumpensa lill-konsorzju għad-dannu li l-Kummissjoni kkawżat billi impediet lill-konsorzju milli jeżegwixxi l-kuntratti għal-Lottijiet I, III u VI;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta l-Kummissjoni naqset milli tirrikonoxxi li l-esklużjoni ta’ Imagina Media Audiovisual SL — li hija waħda mill-membri tal-konsorzju — ma għandha l-ebda effett fuq l-eżekuzzjoni tal-kuntratt fir-rigward tal-Lottijiet I, III u VI tal-offerta mill-konsorzju. Lanqas l-esklużjoni ta’ Imagina Media Audiovisual SL ma għandha xi effett fuq id-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni tat dawn il-kuntratti lill-konsorzju.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta l-Kummissjoni naqset milli tapplika b’mod korrett id-dokumenti tal-offerta. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma talbitx lill-konsorzju sabiex jissostitwixxi lil Imagina Media Audiovisual SL b’entità oħra sabiex tifforma parti mill-konsorzju, kif kien rikjest mid-dokumenti tal-offerta.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta l-Kummissjoni naqset milli tapplika b’mod korrett l-Artikolu 136(9) tar-Regolament 2018/1046. Konsegwentement, l-uffiċjal awtorizzanti tal-Kummissjoni ma rrikjediex mill-konsorzju li jissostitwixxi Imagina Media Audiovisual SL b’entità oħra sabiex tifforma parti mill-konsorzju, kif kien rikjest mir-Regolament 2018/1046.

4.

Ir-raba’ aggravju ibbażat fuq ksur tal-Kummissjoni tad-dritt tal-konsorzju għal rimedju effettiv u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Il-Kummissjoni użat illegalment id-deċiżjoni tagħha tat-12 ta’ Frar 2019 bir-riferiment Ares (2019) 856949 dwar l-esklużjoni ta’ Imagina Media Audiovisual SL jew l-ittra tagħha tad-9 ta’ April 2019 bir-riferiment Ares(2019) 2494476 sabiex teskludi lill-konsorzju mill-offerta bin-numru ta’ riferiment PO/2018-05/A4.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Kummissjoni tad-dritt tal-konsorzju għal rimedju effettiv, l-obbligu tal-Kummissjoni li tagħti raġunijiet u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Il-Kummissjoni wettqet żbalji proċedurali u tat illegalment il-kuntratti għal-Lottijiet I, III u VI tal-offerta bin-numru ta’ riferiment PO/2018-05/A4 lil offerent li ma huwiex il-konsorzju.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kkawżat danni lill-Konsorzju bl-aġir illegali min-naħa tal-Kummissjoni li bħala konsegwenza tiegħu l-konsorzju ma jistax jeżegwixxi l-kuntratti għal-Lottijiet I, III u VI tas-offerta bin-numru ta’ riferiment PO/2018-05/A4.

(1)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/65

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2019 — Imagina Media Audiovisual vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-269/19)

(2019/C 213/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Imagina Media Audiovisual, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: P. Kuypers, N. Groot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Ares(2019)856949 li permezz tagħha l-Kummissjoni imponiet esklużjoni ta’ sentejn fuq ir-rikorrenti u rreġistrat lir-rikorrenti fid-database ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni (1);

tordna lill-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni kkawżati mid-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv: il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli twettaq l-evalwazzjoni jew l-analiżi tagħha stess u bbażat ruħha esklużivament fuq il-konstatazzjonijiet tal-US Department of Justice (id-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti, l-Istati Uniti tal-Amerika) u billi interpretat b’mod żbaljat il-konstatazzjonijiet tad-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti mingħajr ma wettqet evalwazzjoni tagħha stess. Għaldaqstant, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti u għalhekk kisret id-dmir ta’ premura tagħha.

2.

It-tieni motiv: il-Kummissjoni eskludiet b’mod żbaljat lir-rikorrenti, bi ksur tal-Artikolu 136(1)(c) tar-Regolament 2018/1046 u tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, billi naqset milli tiddikjara b’mod ċar x’jikkostitwixxi preċiżament mġiba professjonali ħażina serja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni żbaljat meta ddikjarat li r-rikorrenti hija eskluża wkoll minn sejħiet għal offerti kurrenti, sa fejn dan ma jirriżultax mid-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata, meta eskludiet lir-rikorrenti fuq il-bażi ta’ mġiba marbuta ma’ drittijiet tal-media u tal-marketing fil-qasam tal-isport fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti għall-kopertura awdjoviżiva ta’ affarijiet kurrenti tal-Unjoni Ewropea sa fejn dawn huma swieq differenti li ma għandhomx impatt fuq xulxin, b’tali mod li tista’ tiġi stabbilita l-affidabbiltà tar-rikorrenti f’kuntratti għall-Unjoni, u meta ddeċidiet li r-rikorrenti għandha tiġi eskluża minħabba li ma kellhiex provi biżżejjed sabiex tasal għad-deċiżjoni kkontestata u minħabba li l-ftehim dwar nuqqas ta’ prosekuzzjoni milħuq bejn ir-rikorrenti u d-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti ma jgħidx li r-rikorrenti jew id-direttur eżekuttiv tagħha huma ħatja.

3.

It-tielet motiv: il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-esklużjoni tkun proporzjonata fis-sens tal-Artikolu 136(3) tar-Regolament 2018/1046 u għalhekk naqset milli tqis il-fatt li ma kienx hemm effett fuq l-interessi finanzjarji u r-reputazzjoni tal-Unjoni u ż-żmien li għadda mill-imġiba kontenzjuża.

4.

Ir-raba’ motv: il-Kummissjoni wettqet żball meta ddeċidiet li l-miżuri ta’ rimedju meħuda mir-rikorrenti huma ta’ natura provviżorja u insuffiċjenti fid-dawl tal-Artikolu 136(6)(a) flimkien mal-Artikolu 136(7) tar-Regolament 2018/1046.

5.

Il-ħames motiv: il-Kummissjoni kisret il-prinċipju fundamentali ta’ trattament ugwali billi ttrattat lir-rikorrenti b’mod differenti meta mqabbla ma’ offerenti oħra li kkonkludew ftehim dwar nuqqas ta’ prosekuzzjoni mad-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti.

6.

Is-sitt motiv: il-Kummissjoni kkawżat dannu lir-rikorrenti minħabba li d-deċidiet b’mod illegali li r-rikorrenti għandha tiġi eskluża mill-proċeduri għall-allokazzjoni ta’ għoti.

(1)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/66

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2019 — Amazon Technologies vs EUIPO (ring)

(Kawża T-270/19)

(2019/C 213/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Amazon Technologies, Inc. (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Klett u C. Mikyska, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva “ring” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 401 009

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 2211/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO inklużi l-ispejjeż neċessarji tar-rikorrenti fiż-żewġ proċeduri.

Motiv invokat

Ksur, mill-Bord tal-Appell, tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, peress li rrifjuta l-protezzjoni tat-trade mark inkwistjoni.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/67

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2019 — TO vs SEAE

(Kawża T-272/19)

(2019/C 213/65)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: TO (rappreżentant: G. Generet, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ inġaġġ tas-SEAE tal-15 ta’ Ġunju 2018 li tqis li r-rikorrenti ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ ingaġġ previsti mill-Artikolu 82 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u li hija ma tistax tiġi ingaġġata fi ħdan is-SEAE bħala membru tal-persunal bil-kuntratt li jaqa’ taħt l-Artikolu 3b;

tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ inġaġġ tas-SEAE tal-14 ta’ Jannar 2019 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti fl-14 ta’ Settembru 2018;

tikkundanna lis-SEAE sabiex tħallas kumpens stmat għal EUR 36 992.52 li jikkorrispondi għal sena remunerazzjoni għal kuntratt AC FG II skont l-iskala tas-salarju fis-seħħ mill-1 ta’ Novembru 2017, suġġett għal kalkolu iktar preċiż matul il-proċedura;

tikkundanna lis-SEAE sabiex tikkalkola t-telf għal dak li jirrigwarda d-dritt għall-pensjoni wara n-nuqqas ta’ reklutaġġ tagħha;

tikkundanna lis-SEAE sabiex tħallas lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 15 000 għad-dannu morali li rriżulta mill-ħsara għad-dinjità tagħha u għar-reputazzjoni professjonali tagħha;

tikkundanna lis-SEAE sabiex tħallas lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 15 000 għad-dannu morali li rriżulta mill-ħsara għas-saħħa tagħha u għall-bilanċ personali tagħha;

tikkundanna lis-SEAE sabiex tħallas lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 15 000 għad-dannu morali li rriżulta mill-ksur, mis-SEAE, tar-Regolament Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data;

tikkundanna lis-SEAE sabiex tħallas lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 10 000 għad-dannu morali li rriżulta mill-ksur tas-sigriet mediku u tan-natura kunfidenzjali tad-data personali inkluża fil-fajl mediku tar-rikorrenti;

tikkundanna lis-SEAE sabiex tħallas lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 10 000 għad-dannu morali li rriżulta mill-malafama u/jew mid-diffamazzjoni fil-konfront tar-rikorrenti;

tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 33 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 82 u 83 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ kontradittorju, tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u ta’ premura, tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u tad-dritt għal trattament imparzjali u ġust u tal-projbizzjoni ta’ kull fastidju psikoloġiku.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102, rettifika fil-ĠU 2013, L 298, p. 50) u tal-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/68

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2019 — Target Ventures Group vs EUIPO — Target Partners (TARGET VENTURES)

(Kawża T-274/19)

(2019/C 213/66)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Target Ventures Group Ltd (Road Town, British Virgin Islands) (rappreżentant: T. Dolde, P. Homann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Target Partners GmbH (Munich, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “TARGET VENTURES” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 685 565

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1685/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi għal dawk magħmula quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u quddiem it-Tieni Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/69

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2019 — PNB Banka et vs BĊE

(Kawża T-275/19)

(2019/C 213/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PNB Banka AS (Riga, il-Latvja),  CR (*1),  CT (*1) (rappreżentanti: O. Behrends u M. Kirchner, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-14 ta’ Frar 2019 sabiex jitwettaq kontroll fuq il-post fil-bini ta’ PNB Banka AS u l-kumpanniji tal-grupp tagħha;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw għaxar motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE ma kienx l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti fir-rigward ta’ PNB Banka AS meta ttieħdet id-deċiżjoni sabiex jitwettaq kontroll fuq il-post.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-argument li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx “neċessarj[a]” skont l-Artikolu 12 tar-Regolament dwar il-MSU (1).

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE naqas milli jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu b’mod debitu skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament dwar il-MSU.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE kiser id-drittijiet tar-rikorrenti għal smigħ.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE kiser l-obbligu tiegħu li jeżamina u jevalwa b’reqqa u b’imparzjalità l-aspetti rilevanti kollha tal-każ partikolari.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE kiser l-obbligu li jipprovdi raġunament xieraq għad-deċiżjoni tiegħu.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE kiser il-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

9.

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u aġixxa b’mod diskriminatorju fir-rigward tar-rikorrenti.

10.

L-għaxar motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE kiser l-Artikolu 19 u l-premessa (75) tar-Regolament dwar il-MSU u għamel użu ħażin tal-poter.

(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.

(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/71

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2019 — BK vs L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)

(Kawża T-277/19)

(2019/C 213/68)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: BK (rappreżentanti: B. Christianos, A. Skoulikis u D. Karagkounis, dikigoroi)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Awtorità tal-Ħatra, li l-kontenut tagħha huwa espress fil-messaġġ tal-posta elettronika tat-2 ta’ Settembru 2018 tal-Kap tad-Dipartiment Amministrazzjoni, u d-deċiżjoni impliċita tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti. B’konsegwenza ta’ dan l-EASO jkollu jadotta, b’effett retroattiv, il-miżuri sabiex jimplementa d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, fis-sens tal-Artikolu 266 TFUE.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha tal-kawża tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq assenza ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur ta’ formalità essenzjali fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, li tinvolvi żball sostantiv.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi, peress li d-deċiżjoni ma tiħux inkunsiderazzjoni l-interess tas-servizz u tad-dmir ta’ premura tal-Amministrazzjoni fil-konfront tal-membri tal-persunal tagħha.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/71

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2019 — Aurora vs CPVO — SESVanderhave (M 02205)

(Kawża T-278/19)

(2019/C 213/69)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aurora Srl (Padova, l-Italja) (rappreżentant: L.-B. Buchman, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SESVanderhave NV (Tienen, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-CPVO

Proprjetarju tal-protezzjoni Komunitarja tal-varjetà tal-pjanti ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Protezzjoni Komunitarja tal-varjetà tal-pjanti ikkonċernata: protezzjoni Komunitarja tal-varjetà tal-pjanti Nru UE 15118, varjetà ta’ pitrava ħelwa M 02205

Proċedimenti quddiem l-CPVO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-CPVO tas-27 ta’ Frar 2019 fil-Każ R A010/2013-RENV

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddeċiedi li d-deċiżjoni kkontestata tapplika b’mod żbaljat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017, fil-Kawża T-410/15;

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata, tannulla d-deċiżjoni CPVO NN10 tat-23 ta’ Settembru 2013 u tilqa’ l-kontestazzjoni ta’ validità tal-protezzjoni Komunitarja ta’ varjetà tal-pjanti Nru UE 15118 mressqa mir-rikorrenti fit-28 ta’ Awwissu 2012;

u konsegwentement:

tiddikkjara l-protezzjoni Komunitarja ta’ varjetà tal-pjanti Nru UE 15118 invalida u nulla ab initio;

tikkundanna lill-CPVO għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż tal-intervenjenti.

Motivi invokati

Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi;

Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u ġustizzja miċħuda.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/73

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2019 — Highgate Capital Management vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-280/19)

(2019/C 213/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Highgate Capital Management LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Struys, lawyer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti (Każ SA.53105 — Għajnuna allegatament mogħtija lil Eurobank Ergasias bil-bejgħ ta’ Piraeus Bank Bulgaria) tal-inqas safejn din tirrigwarda in-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi ta’ ristrutturazzjoni fil-Kawżi SA.43364 u SA.43363, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret rekwiżiti formali essenzjali kif ukoll:

l-Artikolu 24(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) u l-punt 72 tal-Kodiċi tal-Aħjar Prattiki għat-tmexxija tal-proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat (2);

id-dritt għal smigħ tar-rikorrenti;

l-obbligu ta’ motivazzjoni preskritta mill-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

id-dritt għal rimedju tar-rikorrenti ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kkonkludiet b’mod żbaljat li l-impenji ta’ ristrutturazzjoni stabbiliti rispettivament 1o) fil-Każ SA.43364 li jikkonċerna l-għajnuna mill-Istat riċevuta minn Piraeus Bank u 2o) fil-Każ SA.43363 li jikkonċerna l-għajnuna mill-Istat riċevuta minn Eurobank Ergasias ma japplikawx ratione temporis peress li l-konklużjoni tal-bejgħ ta’ Piraeus Bank Bulgaria seħħ wara l-31 ta’ Diċembru 2018

(1)  ĠU 2015, L 248, p. 9.

(2)  ĠU 2018, C 253, p. 14.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/74

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2019 — Chypre vs EUIPO — Filotas Bellas & Yios (Halloumi Vermion grill cheese M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927)

(Kawża T-281/19)

(2019/C 213/71)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz QC (Queen’s Counsel), S. Baran, Barrister, V. Marsland, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Filotas Bellas & Yios AE (Alexandreia Imathias, il-Greċja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: It-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Halloumi χαλούμι Vermion grill cheese/grill est/grill kase M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927 — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 172 276

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 2298/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-applikazzjoni għal annullament.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/75

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2019 — Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO — Filotas Bellas & Yios ((Halloumi χαλλούμι Vermion grill cheese M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927)

(Kawża T-282/19)

(2019/C 213/72)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (Nicosia, Ċipru) (rappreżentanti: S. Malynicz QC (Queen’s Counsel), S. Baran, Barrister u V. Marsland, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Filotas Bellas & Yios AE (Alexandreia Imathias, il-Greċja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: It-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Halloumi χαλούμι Vermion grill cheese/grill est/grill kase M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927 — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 172 276

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 2298/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-applikazzjoni għal annullament.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/76

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2019 — SGI Studio Galli Ingegneria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-285/19)

(2019/C 213/73)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: SGI Studio Galli Ingegneria Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Marini, V. Catenacci u R. Viglietta, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata u tiddikjara li r-rikorrenti ma għandhiex tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somom mitluba minn din tal-aħħar permezz tan-nota ta’ debitu Nru 3241902288 li rċeviet fit-22 ta’ Frar 2019 u fl-aħħar lok permezz tal-ittra li rċeviet fid-29 ta’ April 2019 — Ref. Ares (2019) 2858540, mitluba għall-irkupru tal-kontribuzzjoni u għad-danni peress li Studio Galli Ingegneria allegatament naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt il-ftehim ta’ sussidju Nru 619120 dwar il-proġett imsejjaħ “MARSOL”;

tikkonstata u tiddikjara li n-nuqqasijiet invokati mill-Kummissjoni ma jeżistux;

tikkonstata u tiddikjara l-illegalità, l-invalidità u, fi kwalunkwe każ, in-natura infondata tal-ittra ta’ informazzjoni minn qabel tad-19 ta’ Diċembru 2018, tar-rapport ta’ spezzjoni tal-OLAF, tan-nota ta’ debitu tat-22 ta’ Frar 2019, tan-nota ta’ tfakkir sussegwenti tat-2 ta’ April 2019 u tal-ittra finali ta’ determinazzjoni mill-ġdid tal-ammont mitlub u ta’ ċaħda tat-talbiet sussegwenti ta’ SGI tad-29 ta’ April 2019 — Ref. Ares (2019) 2858540;

tikkonstata u tiddikjara l-ineżistenza tad-dejn invokat mill-Kummissjoni;

tikkonstata u tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għall-kontribuzzjoni effettivament imħallsa mill-Kummissjoni taħt il-ftehim ta’ sussidju Nru 619120 għall-proġett “MARSOL”;

sussidjarjament, tikkonstata u tiddikjara li s-somma li hija s-suġġett tat-talba għal irkupru mill-Kummissjoni ma tistax teċċedi l-ammont ta’ EUR 100 044.99;

iktar sussidjarjament, tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lil SGI l-ispejjeż imġarrba għall-eżekuzzjoni tal-proġett MARSOL, bħala arrikkiment indebitu.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ bona fide kuntrattwali, il-ksur tad-drittijiet tad-difiża fil-fażi wara l-għeluq tal-ispezzjoni, il-ksur tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba fis-sens tal-Artikolu 41 tal-Karta, il-ksur tad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti fis-sens tal-Artikolu 42 tal-Karta, kif ukoll il-ksur tal-Artikolu II.22 tal-ftehim ta’ sussidju u tal-Artikolu 1134 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni t-talba għas-sospensjoni tal-proċedura u t-talba għal aċċess għad-dokumenti tal-fajl ta’ spezzjoni tal-OLAF imressqa mir-rikorrenti, iżda li hija xorta waħda ħarġet in-nota ta’ debitu u n-noti ta’ tfakkir sussegwenti, minkejja li l-kumpannija ma kellhiex il-possibbiltà materjali li twieġeb għar-rapport finali tal-OLAF minħabba problemi interni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ bona fide kuntrattwali u d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kemm fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva kif ukoll quddiem il-Qorti Ġenerali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-ineżistenza tan-nuqqas invokat, l-ineżistenza tad-dejn invokat mill-Kummissjoni Ewropea, l-illegalità u n-natura infondata tar-rapport ta’ spezzjoni tal-OLAF, u, konsegwentement, il-ksur tal-prinċipji ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza, tal-oneru tal-prova u ta’ ekwità previsti mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013, kif ukoll l-eżistenza ta’ żball fl-evalwazzjoni tal-prova, u l-ksur tal-Artikolu 1315 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li l-ebda wieħed min-nuqqasijiet li fuqhom il-Kummissjoni bbażat it-talba għal irkupru ma huwa fondat, kif stabbilit mid-dokumenti annessi mal-proċess. Il-ħinijiet tax-xogħol u l-ispejjeż tal-persunal ġew indikati b’mod korrett għar-riżorsi kollha ddedikati għall-proġett u jikkorrispondu għal dak li ntalab mill-Kummissjoni. Ma teżisti ebda sovrappożizzjoni bejn ir-riżorsi u l-proġetti sussidjati l-oħra. Ma jeżisti l-ebda wieħed min-nuqqasijiet invokati. L-ilmenti tal-OLAF li fuqhom il-Kummissjoni bbażat it-talba għal irkupru jirrigwardaw proġetti oħra. L-oneru tal-prova ma nqalibx.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ta’ ekwità u ta’ bona fide kuntrattwali u l-ksur tal-Artikolu II.22 tal-ftehim ta’ sussidju.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi talbet ir-rimbors tat-totalità tal-kontribuzzjoni mħallsa lir-rikorrenti, minkejja li kienu ġew ikkonstatati inkonsistenzi, fil-kuntest tal-proċedura ta’ spezzjoni, biss fir-rigward ta’ żewġ professjonisti li pparteċipaw fil-proġett. L-ispejjeż diretti l-oħra kollha, għajr l-ispejjeż tal-persunal, kif ukoll l-ispejjeż indiretti kollha ntalbu wkoll.

4.

Ir-raba’ motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq id-dritt għal kumpens minħabba l-arrikkiment indebitu tal-Kummissjoni.

Fl-opinjoni tar-rikorrenti, il-kundizzjonijiet mitluba għat-tressiq ta’ azzjoni huma ssodisfatti, jiġifieri l-arrikkiment indebitu ta’ parti fil-kuntratt u t-tfaqqir tal-parti l-oħra, kif ukoll ir-rabta kawżali bejn l-arrikkiment u t-tfaqqir.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/78

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2019 — Azarov vs Il-Kunsill

(Kawża T-286/19)

(2019/C 213/74)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2019, L 64, p. 7, rettifika fil-ĠU 2019, L 86, p. 118), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2019, L 64, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 86, p. 118);

tadotta ċerti miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, b’mod konformi mal-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u b’mod partikolari

a)

tistieden lill-Kunsill li jipproduċi dokumenti f’dak li jikkonċerna l-eżami tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif ukoll l-eżami tal-fondatezza tal-ilmenti fformulati;

b)

tistieden lis-SEAE sabiex jipproduċi dokumenti f’dak li jikkonċerna l-eżami tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż, b’mod konformi mal-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq motiv li l-atti ġuridiċi kkontestati huma vvizzjati minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Ir-rikorrent jinvoka l-ksur tal-obbligu ta’ eżami formali li jaqa’ fuq il-konvenut ikkonċernat, b’mod partikolari, l-eżami awtonomu, l-eżami tal-ġurisdizzjoni u r-rispett tad-drittijiet tad-difiża kif ukoll id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. F’dan ir-rigward, il-konvenut ma ssodisfax ir-rekwiżiti fformulati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tad-19 ta’ Diċembru 2018, Azarov vs Il-Kunsill (C-530/17 P, EU:C:2018:1031).

Minbarra dan, ir-rikorrent jinvoka l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jaqa’ fuq il-konvenut, peress li dan ma eżaminax il-fondatezza tal-ilmenti fformulati kontra r-rikorrent.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/79

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2019 — Divaro vs EUIPO — Grendene (IPANEMA)

(Kawża T-288/19)

(2019/C 213/75)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Divaro, SA (Oviedo, Spanja) (rappreżentanti: M. Santos Quintana u M. A. Fernández Munárriz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grendene, SA (Sobral, il-Brażil)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea IPANEMA — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 180 038

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1785/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1782/2018-2;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-10 ta’ Lulju 2018 (Oppożizzjoni B 2 598 285.)

tirreġistra it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 180 038 li ġiet opposta għall-prodotti kollha li hemm riferiment għalihom fl-applikazzjoni.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/80

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2019 — Stada Arzneimittel vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji ħomor ikkurvati mqiegħda waħda fuq l-oħra)

(Kawża T-290/19)

(2019/C 213/76)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea “Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji ħomor ikkurvati mqiegħda waħda fuq l-oħra” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 375 540

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1918/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/80

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2019 — Klymenko vs Il-Kunsill

(Kawża T-295/19)

(2019/C 213/77)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Oleksandr Viktorovych Klymenko (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: M. Phelippeau, avukat)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewopea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li r-rikors ta’ Oleksandr Viktorovych Klymenko huwa ammissibbli;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż b’applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn l-atti kkontestati ma humiex immotivati b’mod suffiċjenti.

2.

It-tieni motiv huwa ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv iggarantiti permezz tal-prinċipji fundamentali tad-dritt Ewropew, u sanċiti fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali sa fejn l-Artikolu 29 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea ma jistax ikun il-bażi legali tal-miżura restrittiva meħuda kontra r-rikorrent.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn ir-rikorrent jġib provi li juru l-assenza ta’ bażi fattwali suffiċjenti sabiex jitressqu kwalunkwe proċeduri kriminali.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għar-rispett tal-proprjetà, prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni protett permezz tal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u permezz tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/82

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2019 — Sumol + Compal Marcas vs EUIPO — Heretat Mont-Rubi (SUM011)

(Kawża T-296/19)

(2019/C 213/78)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sumol + Compal Marcas, SA (Carnaxide, il-Portugall) (rappreżentanti: J. Pimenta u A. Sebastião, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heretat Mont-Rubi, SA (Font-Rubi, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SUM011 — Applikazzzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 761 168

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1662/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tibdel id-deċiżjoni kkontestata u tordna li tiġi rrifjutata l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 761 168 — SUM 011, fir-rigward tas-servizzi l-oħra fil-klassijiet 35 u 39;

tikkundanna lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż ta’ din il-kawża kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/83

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — OLX vs EUIPO — Stra (STRADIA)

(Kawża T-508/18) (1)

(2019/C 213/79)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 373, 15.10.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/83

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — XK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-543/18) (1)

(2019/C 213/80)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 399, 5.11.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/83

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — XM et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-546/18) (1)

(2019/C 213/81)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 399, 5.11.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/84

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — YQ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-570/18) (1)

(2019/C 213/82)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 408, 12.11.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/84

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — YR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-571/18) (1)

(2019/C 213/83)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 408, 12.11.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/84

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 –YS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-572/18) (1)

(2019/C 213/84)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 408, 12.11.2018.

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/85

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Bronckers vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-746/18) (1)

(2019/C 213/85)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 72, 25.2.2019.