ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 209A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
20 ta' Ġunju 2019


Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Parlament Ewropew

2019/C 209 A/01

Avviż ta’ reklutaġġ Nru PE/226/S — Amministratur, inġinier fil-qasam tal-bini (AD 6) (ta’ sess femminil jew maskil)

1


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Parlament Ewropew

20.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 209/1


AVVIŻ TA’ REKLUTAĠĠ NRU PE/226/S

AMMINISTRATUR, INĠINIER FIL-QASAM TAL-BINI (AD 6)

(ta’ sess femminil jew maskil)

(2019/C 209 A/01)

 

Il-Parlament Ewropew qed jorganizza proċedura ta’ selezzjoni abbażi ta’ kwalifiki u testijiet sabiex jistabbilixxi lista ta’ riżerva għal 12-il post ta’

AMMINISTRATUR, INĠINIER FIL-QASAM TAL-BINI (AD 6)

(ta’ sess femminil jew maskil)

Qabel tapplika, jekk jogħġbok aqra sew il-gwida għall-kandidati annessa ma' dan l-avviż ta' reklutaġġ.

Din il-gwida, li hija parti integrali mill-avviż ta' reklutaġġ, tgħinek tifhem ir-regoli marbuta mal-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni.

WERREJ

A.

DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET U REKWIŻITI TA’ ELEĠIBILITÀ (PROFIL MITLUB)

B.

ŻVOLĠIMENT TAL-PROĊEDURA

C.

TRESSIQ TAL-APPLIKAZZJONIJIET

ANNESS:

GWIDA GĦALL-KANDIDATI FIL-PROĊEDURI TA’ SELEZZJONI ORGANIZZATI MILL-PARLAMENT EWROPEW

A.   DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET U REKWIŻITI TA’ ELEĠIBILITÀ (PROFIL MITLUB)

1.   Informazzjoni generali

Il-Parlament Ewropew iddeċieda li jiftaħ, fuq il-bażi tal-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (1), il-proċedura biex jimtlew 12-il post ta’ uffiċjal (AD 6) fid-Direttorat għall-Infrastruttura u fid-Direttorat għall-Proġetti Immobiljari tad-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika. Il-profili mitluba huma dawk ta’ inġinier (2) fil-qasam tal-bini u/jew arkitett f’wieħed minn dawn l-oqsma li ġejjin:

1)

Facility Management (ġestjoni tat-tagħmir) (inġinier)

2)

Tekniki tal-bini (inġinier speċjalizzat fl-idrawlika, fl-ajrawlika u fl-elettriku)

3)

Ġestjoni ta’ proġetti tal-kostruzzjoni: xogħlijiet fil-qafas tal-bini (arkitett jew inġinier)

4)

Ġestjoni ta’ proġetti tal-kostruzzjoni: tagħmir tekniku tal-bini (tisħin, ventilazzjoni, arja kundizzjonata, tagħmir sanitarju, elettriku (kurrenti qawwijin u dgħajfin),(inġinier speċjalizzat fit-tagħmir tekniku)

Il-kandidati huma mitluba joqogħdu attenti għall-fatt li l-applikazzjoni tista’ ssir għal qasam wieħed biss fost dawn l-erba’ oqsma.

Dawn l-impjiegi jeħtieġu kwalifiki speċjali, indikati fit-Taqsima A.3(b) ta’ dan l-avviż.

Ir-reklutaġġ se jsir fil-grad AD 6, l-ewwel skalun, b’salarju bażiku ta’ EUR 5 416,58 fix-xahar. Dan is-salarju huwa soġġett għat-taxxa Komunitarja u tnaqqis ieħor previst mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (1). Huwa eżenti mit-taxxa nazzjonali. L-iskalun li fih se jiġu rreklutati l-persuni li jintgħażlu madankollu jista’ jiġi adattat skont l-esperjenza professjonali ta’ dawn il-persuni. Barra minn hekk, is-salarju bażiku, f’ċerti kundizzjonijiet, jiżdied b’xi allowances.

Il-Parlament Ewropew japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal pereżempju diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.

2.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Il-persuni li jintgħażlu se jkunu bbażati Brussell, il-Lussemburgu jew Strasburgu (3) u se jkunu responsabbli mis-superviżjoni tal-ġestjoni tal-proprjetajiet u tal-proġetti immobiljari tal-Parlament Ewropew. Implimentati taħt l-awtorità tal-kap tal-unità u fil-qafas tal-programmi u tal-prijoritajiet definiti mill-korpi parlamentari u mill-ġerarkija tagħhom, l-oqsma u l-kompiti se jikkonsistu, partikolarment, minn:

qasam nru 1: Facility management (ġestjoni tat-tagħmir)

Fi ħdan dan il-qasam hemm id-diversi servizzi tekniċi u dawk indirizzati lill-utenti li għandhom jiġu implimentati biex jinżamm u jiġi sfruttat b’mod sewwa l-patrimonju immobiljari, fil-qafas ta’ teknika BIM (Building Information Management/Modelling),

qasam nru 2: Tekniki tal-bini (idrawlika, ajrawlika u elettriku)

Fi ħdan dan il-qasam hemm il-ġestjoni tat-tagħmir tekniku tal-bini: tagħmir idrawliku, ajrawliku u elettriku, u partikolarment it-tisħin, il-ventilazzjoni u l-arja kundizzjonata (HVAC) kif ukoll it-tagħmir sanitarju. Il-ġestjoni tas-Sistema ta’ Sikurezza kontra n-Nirien tagħmel parti mill-qasam,

qasam nru 3: Ġestjoni ta’ proġetti tal-kostruzzjoni: xogħlijiet fil-qafas tal-bini

Fi ħdan dan il-qasam hemm il-ġestjoni tal-proġetti kemm tal-kostruzzjoni ta’ bini ġdid kif ukoll ir-rinnovazzjoni parzjali jew totali tal-bini eżistenti,

qasam nru 4: Ġestjoni ta’ proġetti tal-kostruzzjoni: tagħmir tekniku tal-bini (tisħin, ventilazzjoni, arja kundizzjonata, tagħmir sanitarju, elettriku (kurrenti (qawwijin u dgħajfin))

Fi ħdan dan il-qasam hemm il-ġestjoni tal-proġetti kemm tal-kostruzzjoni kif ukoll ir-rinnovazzjoni tat-tagħmir tekniku tal-bini: tisħin, ventilazzjoni, arja kundizzjonata, tagħmir sanitarju, elettriku (kurrenti qawwijin u dgħajfin), elettromekkanika u makkinarju li jgħolli.

It-twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet jeħtieġ, barra minn hekk, kapaċitajiet ta’ analiżi, ta’ raġunament, ta’ kitba, ta’ superviżjoni teknika u ta’ ġestjoni amministrattiva, u għarfien prattiku eżawrjenti tas-software tal-awtomazzjoni tal-uffiċċju (burotika) u tal-iddisinjar u tal-ġestjoni tal-proġetti permezz tal-kompjuter. Il-persuni li jintgħżalu għandu wkoll ikollhom sens qawwi tad-diplomazija, il-kapaċità li jesprimu ruħhom b’kunfidenza fil-pubbliku, iżommu faċilment kuntatti mad-diversi interlokuturi politiċi, ekonomiċi u soċjali, u jkunu kapaċi li jmexxu tim.

Dawn il-funzjonijiet jirrikjedu missjonijiet frekwenti fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew, kif ukoll bosta kuntatti interni u esterni.

3.   Rekwiżiti ta’ eliġibilità

Sal-limitu ta’ żmien stabbilit għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, il-kandidati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)   Rekwiżiti ġenerali

Skont l-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-kandidati għandhom:

ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

igawdu mid-drittijiet ċivili tagħhom,

ikunu ssodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet applikabbli fil-qasam tal-obbligu militari,

joffru l-garanziji ta’ moralità mitluba għat-twettiq tal-funzjonijiet previsti.

(b)   Rekwiżiti speċifiċi

(i)   Kwalifiki, diplomi u għarfien meħtieġa

Il-kandidati għandu jkollhom livell ta’ tagħlim li jikkorrispondi għal ċiklu komplet ta’ studji universitarji ta’ tliet snin jew aktar, b’diploma uffiċjali rikonoxxuta ta’ arkitett jew inġinier b’rabta mas-settur tal-bini, tal-kostruzzjoni jew tat-tekniki tal-idrawlika, tal-ajrawlika, tal-elettromekkanika u tal-elettriku.

(ii)   Esperjenza professjonali meħtieġa

Il-kandidati għandhom ikunu kisbu, wara l-kwalifiki meħtieġa fit-Taqsima A.3(b)(i), esperjenza professjonali ta’ tul ta’ żmien minimu ta’ tliet snin:

għall-qasam nru 1, Facility Management (inġinier), fis-settur tas-servizzi marbuta mal-kostruzzjoni u/jew mal-ġestjoni tat-tagħmir tekniku industrijali jew tal-bini, fosthom sena esperjenza professjonali fit-tħaddim u/jew fl-użu ta’ teknika BIM jew ta’ proċedura ta’ ddisinjar industrijali,

għall-qasam nru 2, Tekniki tal-bini (inġinier speċjalizzat fl-idrawlika, fl-ajrawlika u fl-elettriku), fil-ġestjoni teknika tat-tagħmir idrawliku, ajrawliku u elettriku ta’ apparat industrijali u/jew tal-bini,

għall-qasam nru 3, Ġestjoni ta’ proġetti tal-kostruzzjoni (arkitett jew inġinier), il-ġestjoni ta’ proġetti simultanji kemm tal-kostruzzjoni ta’ bini ġdid kif ukoll tar-rinnovazzjoni parzjali jew totali ta’ bini eżistenti,

għall-qasam nru 4, Ġestjoni tal-proġetti tal-kostruzzjoni ta’ tagħmir tekniku tal-bini (tisħin, ventilazzjoni, arja kundizzjonata, tagħmir sanitarju, elettriku (kurrenti qawwijin u dgħajfin) (inġinier speċjalizzat fit-tagħmir tekniku), fil-ġestjoni ta’ proġetti simultanji ta’ tagħmir tekniku fil-qafas kemm tal-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, kif ukoll tar-rinnovazzjoni parzjali jew totali ta’ bini eżistenti.

(iii)   Għarfien lingwistiku

Il-kandidati għandu jkollhom għarfien fil-fond (minimu ta’ livell C1 (4)) ta’ lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (lingwa 1): il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż,

u

għarfien tajjeb ħafna(minimu ta’ livell B21) tal-Franċiż jew tal-Ingliż (lingwa 2).

Il-lingwa 2 trid tkun differenti mil-lingwa 1.

Il-kandidati huma informati li l-lingwi 2 (il-Franċiż u l-Ingliż) magħżulin għall-finijiet ta’ din il-proċedura ta’ selezzjoni ġew definiti skont l-interess tas-servizz. L-impjiegi offruti jeżiġu kwalifiki speċjali skont id-deskrizzjoni tal-funzjonijiet: kapaċità ta’ analiżi, ta’ kitba, ta’ superviżjoni teknika u ta’ ġestjoni amministrattiva. Ir-reklutati l-ġodda għandhom ikunu kapaċi jifhmu l-kompiti li jkollhom jiżvolġu, jipproċessaw il-fajls u jikkomunikaw b’mod effikaċi mal-interlokuturi esterni u mal-ġerarkija u mal-kollegi.

Il-Franċiż huwa l-lingwa li tintuża b’aktar frekwenza fir-relazzjonijiet fi ħdan u bejn l-unitajiet taż-żewġ direttorati responsabbli mir-reklutaġġ. Għarfien tajjeb tal-Franċiż huwa wkoll neċessarju biex dak li jkun jifhem sewwa l-leġiżlazzjoni applikabbli fil-qasam immobiljari, is-superviżjoni tal-ġestjoni tal-proprjetajiet u tal-proġetti immobiljari fi Brussell, fil-Lussemburgu u fi Strasburgu. Il-Franċiż huwa wkoll il-lingwa li normalment tintuża għall-komunikazzjoni mal-interlokuturi esterni (fornituri ta’ servizzi, amministrazzjonijiet u awtoritajiet lokali fil-qafas tar-regolamentazzjoni fis-seħħ fl-oqsma tal-bini u tal-iġjene u tas-saħħa). L-Ingliż jintuża aktar ta’ spiss fl-iskambji mad-direttorati l-oħra tad-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika, mad-direttorati ġenerali l-oħra u mal-awtoritajiet politiċi u amministrattivi tal-istituzzjoni, partikolarment biex jinkitbu d-dokumenti.

Barra minn hekk, l-istruzzjonijiet u r-regoli applikabbli fil-qasam tas-sigurtà tal-binjiet huma miktubin bil-Franċiż u bl-Ingliż u għandhom ikunu disponibbli u kkomunikati lill-pubbliku b’dawn iż-żewġ lingwi.

B’konsegwenza ta’ dan, bil-għan li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom u jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-sevizzi, il-persuni rreklutati għandhom ikunu kapaċi, f’limitu ta’ żmien raġonevoli, jaħdmu u jikkomunikaw b’mod effikaċi b’tal-anqas waħda minn dawn iż-żewġ lingwi.

Barra minn hekk, fl-interess ta’ trattament indaqs, kull kandidat, anke jekk ikollu waħda minn dawn iż-żewġ lingwi bħala l-ewwel lingwa uffiċjali, huwa mistenni li jkollu biżżejjed għarfien ta’ lingwa oħra, li trid tkun l-oħra minn fost dawn iż-żewġ lingwi.

B.   ŻVOLĠIMENT TAL-PROĊEDURA

Il-proċedura hija organizzata abbażi ta’ kwalifiki u testijiet.

1.   Eleġibilità għall-proċedura ta’ selezzjoni

Jekk

tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ eliġibilità,

ippreżentajt il-fajl tiegħek skont il-modalitajiet u qabel l-iskadenza stabbilita,

il-kumitat ta’ selezzjoni jeżamina l-fajl tiegħek fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ eleġibilità.

Jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ eleġibilità, il-kumitat ta’ selezzjoni se jqisek eleġibbli għall-proċedura ta’ selezzjoni.

Il-kumitat jibbaża esklużivament fuq l-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni li jkunu appoġġati minn dokumenti ġustifikattivi.

2.   Valutazzjoni tal-kwalifiki

Il-kumitat ta’ selezzjoni, abbażi ta’ skeda ta’ valutazzjoni li jkun stabbilixxa minn qabel, jipproċedi għall-valutazzjoni tal-kwalifiki tal-kandidati eleġibbli għall-proċedura ta’ selezzjoni u jistabbilixxi lista tal-aħjar 60 kandidat (15 għal kull qasam), li jiġu mistiedna għat-testijiet.

Waqt il-valutazzjoni tal-kwalifiki tal-kandidati, il-kumitat ta’ selezzjoni se jqis, b’mod partikolari, dawn l-elementi li ġejjin li għandhom ikunu ġġustifikati fil-formola tal-applikazzjoni:

għall-qasam Nru 1, Facility Management (ġestjoni tat-tagħmir),

l-esperjenza professjonali fl-organizzazzjoni operattiva tad-diversi oqsma tal-Facility Management, fosthom:

il-manutenzjoni tal-apparat,

il-ġestjoni tas-servizzi lill-utenti,

il-ġestjoni tal-proprjetajiet immobiljari,

l-esperjenza professjonali fit-tħaddim jew fl-użu ta’ teknika BIM, partikolarment:

l-ipproċessar u/jew l-użu ta’ dokumentazzjoni tat-teknika BIM,

l-użu tas-software ta’ viżwalizzazzjoni ta’ mudelli diġitali fuq skala mnaqqsa tal-binjiet,

l-użu tas-software ta’ mmudellar diġitali tal-apparat u/jew tal-binjiet,

l-esperjenza professjonali fil-ħolqien u/jew fl-użu tal-istrumenti tal-organizzazzjoni tal-informazzjoni, fosthom:

il-ġestjoni tal-monitoraġġ tal-kuntratti (stima u monitoraġġ tal-kostijiet, ippjanar, eċċ.),

it-tqassim tax-xogħol f’tim,

l-esperjenza professjonali fl-akkwist pubbliku;

għall-qasam Nru 2, Tekniki tal-bini (idrawlika, ajrawlika u elettriku),

l-esperjenza professjonali fil-ġestjoni tad-diversi oqsma tat-tagħmir tekniku (tagħmir idrawliku, ajrawliku u elettriku):

id-disinn strutturali tal-apparat,

il-monitoraġġ tal-instalazzjonijiet tal-apparat,

l-analiżi u r-riżoluzzjoni ta’ problemi tal-apparat imħaddem,

l-eżekuzzjoni u/jew il-monitoraġġ tal-manutenzjoni tal-apparat,

l-esperjenza professjonali fil-ġestjoni teknika ta’ sistema ta’ sikurezza kontra n-nirien:

l-eżekuzzjoni u/jew il-monitoraġġ tal-manutenzjoni tal-elementi tas-sistema skont ir-regolamentazzjoni Belġjana, Franċiża u Lussemburgiża,

l-esperjenza fil-kitba ta’ analiżijiet funzjonali ta’ sikurezza min-nirien fil-qafas ta’ xogħlijiet ta’ sistemazzjoni,

l-esperjenza professjonali fl-oqsma li ġejjin:

l-istima tal-kostijiet previsti u verifika tal-kostijiet reali tal-operat,

il-ġestjoni tal-monitoraġġ ta’ proġetti,

il-ġestjoni tal-aspetti amministrattivi u ġuridiċi tal-kuntratti,

l-esperjenza professjonali fl-akkwist pubbliku;

għall-qasam Nru 3, Ġestjoni ta’ proġetti tal-kostruzzjoni, xogħlijiet fil-qafas tal-bini,

l-esperjenza professjonali fix-xogħol ta’ arkitett, partikolarment:

l-iddisinjar ġenerali,

it-tħaddim tal-elementi u tal-materjali,

il-prestazzjoni ambjentali,

l-aċċessibilità,

il-prevenzjoni ta’ nirien,

l-esperjenza professjonali fid-dixxiplini l-oħra tal-kostruzzjoni u fil-koordinament tekniku,

l-esperjenza professjonali fid-diversi fażijiet tal-proġetti, mill-konsultazzjoni tal-utenti sal-operazzjonijiet ta’ tqegħid fis-servizz u ta’ monitoraġġ tal-garanziji,

l-esperjenza professjonali fid-diversi aspetti tal-ġestjoni ta’ proġetti,

l-esperjenza professjonali fl-iddisinjar permezz tal-kompjuter (kompjuter-aided design, CAD) b’2-D, 3-D u fit-teknika BIM,

l-esperjenza professjonali fl-oqsma li ġejjin:

l-istima tal-kostijiet previsti u verifika tal-kostijiet reali tal-operat,

il-ġestjoni tal-aspetti amministrattivi u ġuridiċi tal-kuntratti,

it-tmexxija ta’ tim u/jew ta’ bosta parteċipanti,

l-akkwist pubbliku;

għall-qasam Nru 4, Ġestjoni ta’ proġetti tal-kostruzzjoni, tagħmir tekniku tal-bini (tisħin, ventilazzjoni, arja kundizzjonata, tagħmir sanitarju, elettriku (kurrenti (qawwijin u dgħajfin)),

l-esperjenza professjonali fid-diversi oqsma tat-tagħmir tekniku, partikolarment:

l-iddisinjar ġenerali,

id-disinn strutturali tal-apparat,

it-tħaddim u t-tqegħid fis-servizz tal-apparat,

l-analiżi u r-riżoluzzjoni ta’ problemi tal-apparat imħaddem,

il-prestazzjoni ambjentali,

il-possibilità ta’ manutenzjoni,

il-prevenzjoni ta’ nirien,

l-esperjenza professjonali fid-dixxiplini l-oħra tal-kostruzzjoni u fil-koordinament tekniku,

l-esperjenza professjonali fid-diversi fażijiet tal-proġetti, mill-konsultazzjoni tal-utenti sal-operazzjonijiet ta’ tqegħid fis-servizz u ta’ monitoraġġ tal-garanziji,

l-esperjenza professjonali fid-diversi aspetti tal-ġestjoni ta’ proġetti,

l-esperjenza professjonali fl-iddisinjar permezz tal-kompjuter (kompjuter-aided design, CAD) b’2-D, 3-D u fit-teknika BIM,

l-esperjenza professjonali fl-oqsma li ġejjin:

l-istima tal-kostijiet previsti u verifika tal-kostijiet reali tal-operat,

il-ġestjoni tal-aspetti amministrattivi u ġuridiċi tal-kuntratti,

it-tmexxija ta’ tim u/jew ta’ bosta parteċipanti,

l-akkwist pubbliku.

Punteġġ: minn 0 sa 20 punt.

3.   Testijiet

Test bil-miktub

(a)

Test tal-kitba bil-lingwa 2 (Franċiż jew Ingliż), abbażi ta’ fajl, maħsub biex jivvaluta l-kapaċità tal-kandidati li jwettqu l-funzjonijiet deskritti fit-Taqsima A.2, fil-qasam li jagħżlu l-kandidati, kif ukoll il-kapaċità tagħhom tal-kitba.

Tul ta’ żmien tat-test: 3 sigħat.

Punteġġ: minn 0 sa 40 punt (minimu meħtieġ: 20 punt).

Testijiet orali

(b)

Intervista mal-kumitat ta’ selezzjoni bil-lingwa 2 (Franċiż jew Ingliż), li permezz tagħha tkun tista’ tiġi vvalutata l-kapaċità tal-kandidati li jwettqu l-funzjonijiet deskritti fit-Taqsima A.2 fil-qasam li jagħżlu l-kandidati, b’kunsiderazzjoni tal-elementi kollha mniżżlin fil-fajl tal-applikazzjoni. Il-kumitat ta’ selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jeżamina l-għarfien lingwistiku tal-kandidati kif speċifikat fl-applikazzjoni.

Tul ta’ żmien massimu tat-test: 45 minuta.

Punteġġ: minn 0 sa 40 punt (minimu meħtieġ: 20 punt).

(c)

Test ta’ diskussjoni fi grupp bil-lingwa 2 (Franċiż jew Ingliż), sabiex il-kumitat ta’ selezzjoni jkun jista’ jivvaluta l-kapaċità ta’ adattament, il-kapaċità ta’ negozjar u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, kif ukoll l-imġiba tal-kandidati fi grupp.

It-tul ta’ żmien ta’ dan it-test se jiġi stabbilit mill-kumitat ta’ selezzjoni skont il-kompożizzjoni definittiva tal-gruppi.

Punteġġ: minn 0 sa 20 punt (minimu meħtieġ: 10 punti).

4.   Lista ta’ riżerva

Il-lista ta’ riżerva se tinkludi, għal kull qasam, skont l-ordni ta’ mertu, l-ismijiet tas-sitt kandidati li jkunu kisbu l-ogħla għadd ta’ punti fil-proċedura kollha (il-valutazzjoni tal-kwalifiki u t-testijiet) u li jkunu laħqu l-livell minimu meħtieġ f’kull wieħed minn dawn it-testijiet.

Komunikazzjoni bil-miktub se tinforma lill-kandidati personalment bir-riżultati tagħhom.

Il-lista ta’ riżerva titwaħħal fuq l-avviżieri uffiċjali fil-bini tal-Parlament Ewropew. Il-lista ta’ riżerva tibqa’ valida sal-31 ta’ Diċembru 2022; il-validità tagħha tista’ tiġi prorogata. F’dan il-każ, il-kandidati mniżżlin fil-lista ta’ riżerva jiġu informati b’dan fi żmien debitu.

Jekk jiġi offrut impjieg, il-persuni mniżżlin fil-lista għandhom, għal finijiet ta’ ċertifikazzjoni, jippreżentaw il-kopji oriġinali tad-dokumenti kollha meħtieġa, partikolarment tad-diplomi u tar-referenzi tax-xogħol tagħhom.

C.   TRESSIQ TAL-APPLIKAZZJONIJIET

Il-kandidati għandhom jużaw il-formola tal-applikazzjoni (oriġinali jew kopja) speċifika għal dan l-avviż ta’ reklutaġġ li tinsab fil-Ġurnal Uffiċjali ppubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Il-kandidati jistgħu jagħżlu qasam wieħed biss minn fost l-erba’ oqsma proposti.

Il-kandidati huma mitluba jaqraw bir-reqqa l-gwida għall-kandidati qabel ma jimlew l-applikazzjoni tagħhom.

Data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet

Il-formola tal-applikazzjoni u l-fotokopji tad-dokumenti ġustifikattivi jridu jintbagħtu esklużivament bil-posta rreġistrata (5) sa mhux aktar tard mit-22 ta’ Lulju 2019 (it-timbru tal-posta jitqies bħala prova), fl-indirizz li ġej:

EUROPEAN PARLIAMENT

Talent Selection Unit – MON 05 S030

Selection procedure PE/226/S

(għandu jiġi indikat in-numru ta’ referenza tal-proċedura ta’ selezzjoni)

(this selection procedure reference number must be quoted)

60 rue Wiertz

1047 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-posta mhux irreġistrata jew bil-posta interna mhumiex se jiġu kkunsidrati. L-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti mhijiex se taċċetta applikazzjonijiet li jitressqu bl-idejn.

Mhi se tintbagħat l-ebda konferma ta’ riċevuta tal-fajls tal-applikazzjoni, ħlief jekk konferma ta’ riċevuta postali takkumpanja ittra rreġistrata.

Il-kandidati huma mitluba MA JĊEMPLUX rigward informazzjoni dwar il-kalendarju tal-proċedura.

Jekk sal-31 ta’ Ottubru 2019 il-kandidati ma jirċevux email relatata mal-applikazzjoni, huma mitlubin jibagħtu email lil dan l-indirizz PE-226-S@ep.europa.eu.


(1)  Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji speċjali applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1), kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) u l-iktar reċenti mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).

(2)  Kull referenza f’dan l-avviż għal persuna tas-sess maskil tinkludi wkoll persuna tas-sess femminil, u viċeversa.

(3)  Dawn il-pożizzjonijiet jistgħu jkunu bbażati f’wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.

(4)  Ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (QKERL) — https://europass.cedefop.europa.eu/sites/default/files/cefr-mt.pdf

(5)  Il-kunsinna minn kurrier privat titqies bħala posta rregistrata. F’dan il-każ, id-data li tidher fuq it-tikketta tal-kunsinna titqies bħala d-data tal-kunsinna.


ANNESS

Gwida għall-kandidati fil-proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-Parlament Ewropew

Paġna

1.

INTRODUZZJONI

11

 

Kif tiżvolġi proċedura ta’ selezzjoni?

11

2.

STADJI TAL-PROĊEDURA TA’ SELEZZJONI

11

 

Wasla tal-fajls tal-applikazzjoni

11

 

Eżami tar-rekwiżiti ġenerali

12

 

Eżami tar-rekwiżiti speċifiċi

12

 

Evalwazzjoni tal-kwalifiki

13

 

Testijiet

13

 

Lista ta’ riżerva

13

3.

KIF ISSIR L-APPLIKAZZJONI?

13

 

Punti ġenerali

13

 

Kif jintbagħat il-fajl komplut?

13

 

Liema dokumenti ġustifikattivi għandhom jinhemżu mal-fajl?

14

 

Punti ġenerali

14

 

Dokumenti ġustifikattivi għar-rekwiżiti ġenerali

14

 

Dokumenti ġustifikattivi għar-rekwiżiti speċifiċi u l-evalwazzjoni tal-kwalifiki

14

4.

AVVIŻ

15

5.

INFORMAZZJONI ĠENERALI

16

 

Opportunitajiet indaqs

16

 

Talbiet għal aċċess mill-kandidati għall-informazzjoni li tikkonċernahom

16

 

Protezzjoni tad-data personali

17

 

Spejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ soġġorn

17

ANNESS I

18

ANNESS II

21

1.   INTRODUZZJONI

Kif tiżvolġi proċedura ta’ selezzjoni?

Proċedura ta’ selezzjoni tinvolvi sensiela ta’ stadji fejn il-kandidati jikkompetu bejniethom. Din il-proċedura hija miftuħa għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea li, sad-data tal-iskadenza stabbilita għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, jissodisfaw il-kriterji meħtieġa, toffri l-istess possibilità lill-kandidati kollha biex juru l-ħiliet tagħhom u tippermetti selezzjoni bbażata fuq il-mertu, fir-rispett tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

Il-kandidati li jgħaddu minn proċedura ta’ selezzjoni jitniżżlu f’lista ta’ riżerva li se sservi bħala bażi għall-Parlament Ewropew sabiex jimla l-kariga li għaliha japplika dan l-avviż ta’ reklutaġġ.

Għal kull proċedura ta’ selezzjoni jiġi kostitwit kumitat ta’ selezzjoni magħmul minn rappreżentanti tal-amministrazzjoni u tal-kumitat tal-persunal. Ix-xogħol ta’ dan il-kumitat ta’ selezzjoni hu sigriet u jiżvolġi skont l-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (1).

Il-kuntatti diretti jew indiretti tal-kandidati mal-kumitat ta’ selezzjoni huma formalment ipprojbiti. L-Awtorità tal-Ħatra tirriżerva d-dritt li teskludi kull kandidat li jikser din il-projbizzjoni.

Il-kumitat ta’ selezzjoni jimxi b’mod strett mar-rekwiżiti ta’ eliġibilità msemmija fl-avviż ta’ reklutaġġ biex jiddeċiedi dwar l-eliġibilità jew le ta’ kull kandidat. Il-kandidati li kienu eliġibbli għal konkors jew proċedura ta’ selezzjoni preċedenti ma jkunux eliġibbli awtomatikament.

Sabiex jagħżel l-aħjar kandidati, il-kumitat ta’ selezzjoni jqabbel il-prestazzjonijiet tal-kandidati sabiex jivvaluta l-ħila tagħhom biex iwettqu l-funzjonijiet deskritti fl-avviż. Għalhekk ma jridx biss jevalwa l-livell tal-għarfien, iżda wkoll jidentifika l-persuni l-aktar kwalifikati abbażi tal-merti tagħhom.

Għall-informazzjoni, proċedura ta’ selezzjoni tista’ ddum bejn 6 xhur u 9 xhur, skont in-numru tal-kandidati.

2.   STADJI TAL-PROĊEDURA TA’ SELEZZJONI

Il-proċedura ta’ selezzjoni hija magħmula mill-istadji li ġejjin:

wasla tal-fajls tal-applikazzjoni,

eżami tar-rekwiżiti ġenerali,

eżami tar-rekwiżiti speċifiċi,

evalwazzjoni tal-kwalifiki,

testijiet,

inklużjoni fil-lista ta’ riżerva.

Wasla tal-fajls tal-applikazzjoni

Il-kandidati li jiddeċiedu li japplikaw għandhom jibagħtu — inkella jiġu esklużi — fajl tal-applikazzjoni komplut, li jinkludi l-formola tal-applikazzjoni speċifika għall-avviż ta’ reklutaġġ, mimlija, iffirmata u akkumpanjata mid-dokumenti ġustifikattivi kollha meħtieġa li jagħtu prova li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-avviż ta’ reklutaġġ. Dan il-fajl għandu jintbagħat bil-posta rreġistrata (il-kunsinna permezz ta’ kurrier privat se titqies bħala ekwivalenti għall-posta rreġistrata. F’dan il-każ, id-data li tidher fil-formola tal-kunsinna se titqies bħala d-data tal-kunsinna) sad-data stabbilita fl-avviż. Ara t-Taqsima C tal-avviż ta’ reklutaġġ għall-indirizz u d-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

Eżami tar-rekwiżiti ġenerali

L-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti teżamina jekk l-applikazzjoni tistax tiġi aċċettata, jiġifieri jekk l-applikazzjoni ntbagħtitx skont il-modalitajiet u sad-data tal-iskadenza indikata fl-avviż ta’ reklutaġġ u jekk ir-rekwiżiti ġenerali ta’ eliġibilità ġewx issodisfati.

Konsegwentement, jiġu eliminati awtomatikament il-kandidati li:

bagħtu l-fajl tal-applikazzjoni tagħhom wara d-data tal-iskadenza, kif muri mit-timbru tal-posta jew mill-formola tal-kunsinna tal-kurrier privat, jew

ma bagħtux il-fajl tal-applikazzjoni tagħhom bil-posta rreġistrata jew permezz ta’ kurrier privat, jew

ma użawx il-formola tal-applikazzjoni speċifika għall-avviż ta’ reklutaġġ, jew

ma mlewx b’mod adegwat il-formola tal-applikazzjoni speċifika għall-avviż ta’ reklutaġġ, jew

ma ffirmawx il-formola tal-applikazzjoni, jew

ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ġenerali ta’ eliġibilità.

Il-kandidati jiġu informati individwalment b’dan ir-rifjut wara d-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

Il-lista tal-kandidati li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-avviż ta’ reklutaġġ hija stabbilita mill-Awtorità tal-Ħatra, imbagħad din il-lista tintbagħat flimkien mal-fajls lill-kumitat ta’ selezzjoni.

Eżami tar-rekwiżiti speċifiċi

Il-kumitat ta’ selezzjoni jeżamina l-applikazzjonijiet u jistabbilixxi l-lista tal-kandidati li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-avviż ta’ reklutaġġ. Huwa jibbaża esklużivament fuq l-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni li tkun appoġġata minn dokumenti ġustifikattivi .

L-istudji, it-taħriġ, l-għarfien lingwistiku u, jekk ikun xieraq, l-esperjenza professjonali għandhom jiġu speċifikati fid-dettall fil-formola tal-applikazzjoni, jiġifieri:

għall-istudji: id-dati tal-bidu u tat-tmiem u d-deskrizzjoni tad-diploma/i, kif ukoll is-suġġetti studjati;

għall-esperjenza professjonali eventwali: id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-esperjenza kif ukoll deskrizzjoni preċiża tal-kompiti mwettqa.

Il-kandidati li jkunu ppubblikaw studji, artikli jew testi oħra rilevanti għad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet għandhom jinkluduhom fil-formola tal-applikazzjoni.

F’dan l-istadju huma esklużi l-kandidati li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ eliġibilità stabbiliti fl-avviż ta’ reklutaġġ.

Kull kandidat jiġi informat b’ittra dwar id-deċiżjoni tal-kumitat ta’ selezzjoni jekk ikunx eliġibbli jew le għall-proċedura.

Evalwazzjoni tal-kwalifiki

Sabiex jagħżel il-kandidati li jiġu mistiedna għat-testijiet, il-kumitat ta’ selezzjoni jipproċedi għall-evalwazzjoni tal-kwalifiki tal-kandidati eliġibbli. Huwa jibbaża esklużivament fuq l-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni li tkun appoġġata minn dokumenti ġustifikattivi (ara l-punt 3 ta’ hawn taħt). Il-kumitat ta’ selezzjoni jibbaża fuq il-kriterji li jkun stabbilixxa minn qabel filwaqt li jikkunsidra, b’mod speċjali, il-kwalifiki speċifikati fl-avviż ta’ reklutaġġ fit-Taqsima B.2.

Kull kandidat jiġi informat b’ittra dwar id-deċiżjoni tal-kumitat ta’ selezzjoni jekk ikunx eliġibbli jew le għat-testijiet.

Testijiet

It-testijiet kollha huma obbligatorji u eliminatorji. In-numru massimu ta’ kandidati eliġibbli għat-testijiet huwa stabbilit fit-Taqsima B.2. tal-avviż ta’ reklutaġġ.

Minħabba raġunijiet ta’ organizzazzjoni, il-kandidati jistgħu jiġu mistiedna għat-testijiet kollha bil-miktub u orali. Madankollu, il-korrezzjoni tat-testijiet issir fl-ordni li jidher fl-avviż ta’ reklutaġġ. Konsegwentement, meta kandidat ma jiksibx il-punteġġ minimu meħtieġ f’wieħed mit-testijiet, il-kumitat ta’ selezzjoni ma jikkoreġix it-testijiet sussegwenti.

F’każ ta’ abbandun min-naħa tal-kandidat, it-testijiet ma jiġux ikkoreġuti.

Lista ta’ riżerva

Fil-lista ta’ riżerva jiddaħħal biss in-numru massimu ta’ kandidati stabbilit fit-Taqsima B.4 tal-avviż ta’ reklutaġġ.

Il-fatt li isem kandidat jitniżżel fil-lista ta’ riżerva jfisser li jista’ jiġi mistieden minn wieħed mis-servizzi tal-istituzzjoni għal intervista, iżda dan ma jikkostitwix dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ min-naħa tal-istituzzjoni.

3.   KIF ISSIR L-APPLIKAZZJONI?

Punti ġenerali

Qabel ma japplikaw, il-kandidati għandhom jivverifikaw sew jekk jissodisfawx ir-rekwiżiti kollha ta’ eliġibilità, kemm dawk ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi. Dan jimplika li għandhom l-ewwel jaqraw l-avviż ta’ reklutaġġ u din il-gwida u jaċċettaw il-kondizzjonijiet tagħhom.

Minkejja li l-avviżi ta’ reklutaġġ ma għandhomx limitu ta’ età, għandha tingħata attenzjoni għall-età tal-pensjoni stabbilita mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-kandidati għandhom jimlew il-formola tal-applikazzjoni (oriġinali jew kopja) speċifika għall-avviż ta’ reklutaġġ u li tinsab f’dan Il-Ġurnal Uffiċjali ppubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Id-dokumenti li jintbagħtu wara d-data tal-iskadenza mhumiex se jiġu kkunsidrati.

Il-kandidati li għandhom diżabilità jew li jinsabu f’sitwazzjoni partikolari (pereżempju tqala, treddigħ ta’ trabi, stat ta’ saħħa, terapija medika, eċċ.), li tista’ tikkawża diffikultajiet waqt l-iżvolġiment tat-testijiet, għandhom jindikawha fil-formola tal-applikazzjoni u jagħtu kull informazzjoni utli sabiex l-amministrazzjoni, jekk ikun possibbli, tkun tista’ tagħmel l-arranġamenti kollha meħtieġa. Jekk ikun il-każ, mal-applikazzjoni tagħhom għandhom jehmżu nota, fuq karta separata, li tippreċiża d-dispożizzjonijiet li huma jqisu neċessarji biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tagħhom fit-testijiet.

Kif jintbagħat il-fajl komplut?

1)

Imla u ffirma l-formola tal-applikazzjoni speċifika għall-avviż ta’ reklutaġġ.

2)

Ehmeż lista nnumerata tad-dokumenti ġustifikattivi kollha mal-fajl tiegħek.

3)

Ehmeż id-dokumenti ġustifikattivi kollha meħtieġa, li inti tkun innumerajt minn qabel.

4)

Ibgħat il-fajl bil-mezzi indikati fl-avviż ta’ reklutaġġ u qabel id-data tal-iskadenza indikata fl-avviż ta’ reklutaġġ.

Liema dokumenti ġustifikattivi għandhom jinhemżu mal-fajl?

Punti ġenerali

M’għandhomx jintbagħtu l-oriġinali; għandhom jiġu mehmuża biss fotokopji mhux iċċertifikati tad-dokumenti mitluba. Ir-referenzi għal siti tal-Internet ma jistgħux jitqiesu bħala dokumenti ġustifikattivi. Dokumenti stampati minn siti tal-Internet mhumiex se jitqiesu bħala ċertifikati, iżda jistgħu jinhemżu bħala informazzjoni addizzjonali.

Għandu jitfakkar li l-kandidati mniżżla fil-lista ta’ riżerva li ssirilhom offerta ta’ impjieg għandhom jippreżentaw l-oriġinali tad-dokumenti meħtieġa qabel ma jkunu jistgħu jiġu reklutati.

Curriculum vitæ mhuwiex meqjus bħala dokument ġustifikattiv.

Il-kandidati ma jistgħux jirreferu għal formoli tal-applikazzjoni jew dokumenti oħra mibgħuta fil-kuntest ta’ applikazzjoni preċedenti (2).

L-ebda element tal-fajl ma jintbagħat lura lill-kandidati.

Dokumenti ġustifikattivi għar-rekwiżiti ġenerali

F’dan l-istadju, l-ebda dokument ma huwa meħtieġ biex jiġġustifika li l-kandidati:

huma ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea,

igawdu d-drittijiet ċivili tagħhom,

ikunu ssodisfaw kull obbligu impost fuqhom mil-liġijiet dwar is-servizz militari,

joffru l-garanziji ta’ moralità mitluba għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti.

Il-kandidati huma obbligati jiffirmaw il-formola tal-applikazzjoni. B’din il-firma, jiddikjaraw fuq l-unur tagħhom li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti u li l-informazzjoni fornuta hija veritiera u kompluta.

Dokumenti ġustifikattivi għar-rekwiżiti speċifiċi u l-evalwazzjoni tal-kwalifiki

Huwa f’idejn il-kandidati li jfornu lill-kumitat ta’ selezzjoni l-informazzjoni u d-dokumenti kollha li jippermettulu jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni msemmija fil-formola tal-applikazzjoni.

Diplomi u/jew ċertifikati li jiċċertifikaw it-tlestija tal-istudji

Il-kandidati għandhom ifornu fotokopji tad-diplomi jew taċ-ċertifikati li jiċċertifikaw l-istudji tal-livell meħtieġ fl-avviż ta’ reklutaġġ.

F’dan ir-rigward, il-kumitat ta’ selezzjoni jqis is-sistemi edukattivi differenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Għal diplomi postsekondarji, għandha tinhemeż l-informazzjoni l-aktar dettaljata possibbli, speċjalment dwar it-tul tal-istudji u s-suġġetti studjati, sabiex il-kumitat ta’ selezzjoni jkun jista’ jivvaluta r-rilevanza tad-diplomi b’rabta mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet.

Fil-każ ta’ taħriġ tekniku jew professjonali, jew kors ta’ perfezzjonament jew speċjalizzazzjoni, il-kandidati għandhom jindikaw jekk kienx kors full time jew part time jew kors ta’ filgħaxija, kif ukoll is-suġġetti u t-tul uffiċjali tal-korsijiet.

Esperjenza professjonali

Jekk l-avviż jeżiġi esperjenza professjonali, din se titqies biss jekk tkun inkisbet wara l-kisba tad-diploma jew taċ-ċertifikat meħtieġa. Huwa indispensabbli li d-dokumenti ġustifikattivi jagħtu prova tat-tul u l-livell tal-esperjenza professjonali u li d-deskrizzjoni tal-kompiti tkun dettaljata kemm jista’ jkun sabiex il-kumitat ta’ selezzjoni jkun jista’ jivvaluta r-rilevanza tal-esperjenza b’rabta mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet.

Il-perjodi kollha tal-attività professjonali kkonċernati għandhom ikunu koperti minn dokumenti ġustifikattivi, speċjalment:

ċertifikati minn min kien iħaddem il-kandidat preċedentement u minn min iħaddem il-kandidat fil-preżent li jiġġustifikaw l-esperjenza professjonali mitluba għall-aċċess għall-proċedura ta’ selezzjoni;

jekk, minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, il-kandidati ma jistgħux jehmżu ċ-ċertifikati tax-xogħol meħtieġa, huwa essenzjali li, sabiex dawn jiġu sostitwiti, ifornu fotokopji tal-kuntratt tax-xogħol jew tal-ittra ta’ reklutaġġ u tal-ewwel u l-aħħar dokument tal-paga;

għal dawk li ma jaħdmux bħala impjegati (dawk li jaħdmu għal rashom, professjonijiet liberali, eċċ.), jistgħu jkunu aċċettati bħala prova riċevuti li jagħtu dettalji dwar is-servizzi mogħtija jew kull dokument ġustifikattiv uffiċjali ieħor li jkun rilevanti.

Għarfien lingwistiku

L-għarfien tal-lingwi meħtieġ għandu jkun iċċertifikat minn diploma, ċertifikat jew dikjarazzjoni fuq l-unur, fuq karta separata, li tispjega kif inkiseb l-għarfien ta’ dawn il-lingwi.

Jekk, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, jiġi kkonstatat li l-informazzjoni fornuta fl-applikazzjoni ma tkunx eżatta, ma tkunx sostnuta mid-dokumentazzjoni meħtieġa jew ma tikkorrispondix mar-rekwiżiti kollha ta’ dan l-avviż ta’ reklutaġġ, l-eliġibilità tal-kandidat tiġi ddikjarata nulla.

4.   AVVIŻ

Hija r-responsabilità tal-kandidati li jieħdu l-miżuri kollha sabiex l-applikazzjoni (oriġinali jew kopja) ikkompletata kif xieraq, iffirmata u akkumpanjata mid-dokumenti ġustifikattivi kollha, tintbagħat bil-posta rreġistrata (3), qabel id-data tal-iskadenza. It-timbru tal-posta jitqies bħala prova.

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-posta mhux irreġistrata jew bil-posta interna mhumiex se jiġu kkunsidrati. L-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti mhijiex se taċċetta applikazzjonijiet li jitressqu bl-idejn.

Mhi se tintbagħat l-ebda konferma ta’ riċevuta tal-fajls tal-applikazzjoni, ħlief jekk konferma ta’ riċevuta postali takkumpanja ittra rreġistrata.

Il-kandidati għandhom jindirizzaw ittra jew email (4) lill-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti jekk ma jirċevux email dwar l-applikazzjoni tagħhom sad-data mogħtija fl-aħħar paragrafu tal-avviż ta’ reklutaġġ.

Fil-korrispondenza kollha mibgħuta minn kandidat fir-rigward tal-applikazzjoni mressqa taħt isem partikolari, għandu jsir riferiment għal dan l-isem kif ukoll għan-numru tal-proċedura ta’ selezzjoni.

Kull korrispondenza indirizzata mill-Parlament Ewropew b’rabta mal-proċedura ta’ selezzjoni, inklużi l-konvokazzjonijiet għat-testijiet, tintbagħat bl-email fl-indirizz indikat mill-kandidat fl-applikazzjoni. Il-kandidat għandu r-responsabilità li jikkonsulta l-email tiegħu regolarment (tal-anqas darbtejn fil-ġimgħa) u li jinnotifika lill-Unità ta’ Selezzjoni tat-Talenti dwar bidliet eventwali tal-informazzjoni personali tiegħu.

Għal kull komunikazzjoni dwar il-proċedura ta’ selezzjoni, għandha tintbagħat email f’dan l-indirizz elettroniku:

PE-226-S@ep.europa.eu

Jekk il-kandidati ma jkunx jistgħu jikkonsultaw aktar l-emails tagħhom, hija r-responsabilità tagħhom li jinformaw minnufih lill-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti u li jagħtuha indirizz elettroniku ġdid.

Sabiex tinżamm l-indipendenza tal-kumitat ta’ selezzjoni, kull kuntatt, dirett jew indirett, tal-kandidati mal-kumitat ta’ selezzjoni huwa formalment ipprojbit u jista’ jwassal għall-esklużjoni mill-proċedura.

Kull korrispondenza indirizzata lill-kumitat ta’ selezzjoni, u kwalunkwe talba għall-informazzjoni jew korrispondenza oħra relatata mal-iżvolġiment tal-proċedura, għandha tkun indirizzata esklużivament lill-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti (2), li hija inkarigata mill-komunikazzjoni mal-kandidati sa tmiem il-proċedura ta’ selezzjoni.

5.   INFORMAZZJONI ĠENERALI

Opportunitajiet indaqs

Il-Parlament Ewropew jiżgura li jevita kull forma ta’ diskriminazzjoni.

Huwa japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal pereżempju diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.

Talbiet għal aċċess mill-kandidati għall-informazzjoni li tikkonċernahom

Fil-kuntest tal-proċeduri ta’ selezzjoni, jiġi rikonoxxut id-dritt speċifiku tal-kandidati li jkollhom aċċess, skont il-kondizzjonijiet deskritti hawn taħt, għal ċerta informazzjoni li tikkonċernahom direttament u individwalment. Bis-saħħa ta’ dan id-dritt, il-Parlament Ewropew jista’ jagħti lil kandidat, fuq talba tiegħu, l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

(a)

il-kandidati li ma jkunux ġew mistiedna għat-test bil-miktub jistgħu jiksbu, fuq talba tagħhom, kopja tad-dokument ta’ evalwazzjoni tal-kwalifiki tagħhom. It-talba għandha ssir fi żmien xahar mid-data ta’ meta tkun intbagħtet l-ittra li tikkomunika d-deċiżjoni.

(b)

il-kandidati li ma jkunux għaddew mit-test bil-miktub u/jew ma jkunux fost dawk li ġew mistiedna għat-test orali jistgħu jiksbu, fuq talba tagħhom, kopja ta’ dan it-test kif ukoll kopja tad-dokument ta’ evalwazzjoni individwali li tinkludi l-valutazzjonijiet magħmula mill-kumitat ta’ selezzjoni. It-talba għandha ssir fi żmien xahar mid-data ta’ meta tkun intbagħtet l-ittra li tikkomunika d-deċiżjoni.

(c)

il-kandidati li ġew mistiedna għat-testijiet orali u li ma tniżżlux fil-lista ta’ riżerva se jiġu informati bil-punteġġ tagħhom fit-testijiet differenti wara li l-kumitat ta’ selezzjoni jkun stabbilixxa l-lista ta’ riżerva. Fuq talba tagħhom, il-kandidati jistgħu jiksbu kopja tat-test bil-miktub tagħhom u, għal kull test, bil-miktub jew orali, kopja tad-dokumenti individwali li jinkludu l-valutazzjonijiet magħmula mill-kumitat ta’ selezzjoni. Kwalunkwe talba għal kopja għandha ssir fi żmien xahar mid-data ta’ meta ntbagħtet l-ittra li tikkomunika d-deċiżjoni li dak li jkun ma jkunx ġie inkluż fil-lista ta’ riżerva.

(d)

il-kandidati inklużi fil-lista ta’ riżerva jiġu informati biss li huma għaddew mill-proċedura ta’ selezzjoni.

It-talbiet huma pproċessati b’kunsiderazzjoni tas-segretezza tax-xogħlijiet tal-kumitat ta’ selezzjoni prevista mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Anness III, Artikolu 6) u fir-rispett tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi rigward l-ipproċessar tad-data personali.

Protezzjoni tad-data personali

Il-Parlament Ewropew, bħala l-korp responsabbli għall-organizzazzjoni tas-selezzjonijiet, jiżgura li d-data personali tal-kandidati tiġi pproċessata fir-rispett sħiħ tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), speċjalment rigward il-kunfidenzjalità u s-sigurtà tagħhom.

Spejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ soġġorn

Il-kandidati mistiedna għat-testijiet jingħataw kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ soġġorn. Il-kandidati jiġu informati bl-arranġamenti u bit-tariffi applikabbli waqt l-istedina tagħhom għat-testijiet.

L-indirizz mogħti mill-kandidat fil-formola tal-applikazzjoni jitqies bħala l-post minn fejn il-kandidat jitlaq biex jattendi t-testijiet. F’dan ir-rigward, bidla tal-indirizz ikkomunikata mill-kandidat wara li l-Parlament Ewropew ikun bagħat l-istedina għat-testijiet ma tistax tiġi kkunsidrata, ħlief jekk il-Parlament Ewropew iqis li ċ-ċirkostanzi msemmija mill-kandidat ikunu ekwivalenti għal forza maġġuri jew ikun każ mhux mistenni.


(1)  Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68.

(2)  Dawn il-kondizzjonijiet japplikaw għall-kandidati kollha, inklużi l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

(3)  Il-kunsinna permezz ta’ kurrier privat titqies bħala rreġistrata. F’dan il-każ, id-data li tidher fuq il-formola tal-kunsinna titqies bħala d-data tal-kunsinna.

(4)  Indirizz: European Parliament, Talent Selection Unit — MON 05 S 030, Selection procedure PE/226/S, 60 rue Wiertz, 1047, Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË. Indirizz tal-email: PE-226-S@ep.europa.eu

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS I

Tabella indikattiva tad-diplomi li jagħtu aċċess għall-proċeduri ta’ selezzjoni tal-grupp ta’ funzjonijiet AD (1) (kull każ għandu jiġi eżaminat għalih)

PAJJIŻ

Edukazzjoni ta’ livell universitarju - 4 snin jew aktar

Edukazzjoni ta’ livell universitarju - 3 snin jew aktar

Belgique – België – Belgien

Licence/Licentiaat/Diplôme d’études approfondies (DEA)/Diplôme d’études spécialisées (DES)/Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS)/Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)/Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)/Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation de l’enseignement secondaire supérieur (AESS)/Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrïeel ingenieur/Master — 60/120 ECTS/Master complémentaire — 60 ECTS ou plus

Agrégation de l’enseignement secondaire supérieur (AESS) — 30 ECTS

Doctorat/Doctoraal Diploma

Bachelor académique (dit “de transition”) - 180 ECTS

Academisch gerichte Bachelor - 180 ECTS

България

Диплома за висше образование Бакалавър — 240 ECTS/Магистър — 300 ECTS/Доктор

Магистър след Бакалавър — 60 ECTS/Магистър след Професионален бакалавър по … — 120 ECTS

 

Česká republika

Diplom o ukončení vysokoškolského studia/Magistr/Doktor

Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář)

Danmark

Kandidatgrad/Candidatus/Master/Magistergrad (Mag.Art)/Licenciatgrad/Ph.d.-grad

Bachelorgrad (B.A or B. Sc)/Professionsbachelorgrad/Diplomingeniør

Deutschland

Master (alle Hochschulen)/Diplom (Univ.)/Magister/Staatsexamen/Doktorgrad

Bachelor/Fachhochschulabschluss (FH)

Staatsexamen (Regelstudienzeit 3 Jahre)

Eesti

Rakenduskõrghariduse diplom Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)/Magistrikraad/Arstikraad/Hambaarstikraad/Loomaarstikraad/Filosoofiadoktor/Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)/Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Céim Onórach Bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS) Honours Bachelor Degree (4 years/240 ECTS)/Céim Ollscoile University Degree/

Céim Mháistir (60-120 ECTS) Masters Degree (60-120 ECTS)/Céim Dochtúra Doctorate

Céim Onórach Bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B. Eng) Honours Bachelor Degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B. Eng)

Ελλάδα

Πτυχίο [ΑΕΙ (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου), ΤΕΙ υποχρεωτικής τετραετούς φοίτησης] 4 χρόνια (1ος κύκλος)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

 

España

Licenciado/Ingeniero/Arquitecto/Graduado/Máster Universitario/Doctor

Diplomado/Ingeniero técnico

Arquitecto técnico/Maestro

France

Maîtrise/MST (maîtrise des sciences et techniques)/MSG (maîtrise des sciences de gestion)

DEST (diplôme d’études supérieures techniques)/DRT (diplôme de recherche technologique)

DESS (diplôme d’études supérieures spécialisées)/DEA (diplôme d’études approfondies)

Master 1/Master 2 professionnel/Master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles/Diplôme d’ingénieur/Doctorat

Licence

Italia

Diploma di Laurea (DL) — da 4 a 6 anni/Laurea specialistica (LS)/Laurea magistrale (LM)/Master universitario di primo livello/Master universitario di secondo livello/Diploma di Specializzazione (DS)/Dottorato di ricerca (DR)

Diploma universitario (3 anni)/Diploma di Scuola diretta a fini speciali (3 anni)/Laurea — L180 crediti

Κύπρος

Πανεπιστημιακό Πτυχíο/Bachelor

Master/Doctorat

 

Latvija

Bakalaura diploms (160 kredītpunkti)/Profesionālā bakalaura diploms/Maģistra diploms/Profesionālā maģistra diploms/Doktora grāds

Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunkti)

Lietuva

Aukštojo mokslo diplomas/Bakalauro diplomas/Magistro diplomas/Daktaro diplomas/Meno licenciato diplomas

Profesinio bakalauro diplomas Aukštojo mokslo diplomas

Lussemburgu

Master/Diplôme d’ingénieur industriel/DESS en droit européen

Bachelor/Diplôme d’ingénieur technicien

Magyarország

Egyetemi oklevél/Alapfokozat – 240 kredit/Mesterfokozat/Doktori fokozat

Főiskolai oklevél/Alapfokozat – 180 kredit vagy annál több

Malta

Bachelor’s degree/Master of Arts/Doctorate

Bachelor’s degree

Nederland

HBO Bachelor degree

HBO/WO Master’s degree

Doctoraal examen/Doctoraat

Bachelor (WO)

Österreich

Master Magister/Magistra

Magister/Magistra (FH)

Diplom-Ingenieur/in

Diplom-Ingenieur/in (FH)

Doktor/in

PhD

Bachelor

Bakkalaureus/Bakkalaurea

Bakkalaureus/Bakkalaurea (FH)

Polska

Magister/Magister inżynier

Dyplom doktora

Licencjat/Inżynier

Portugal

Licenciado/Mestre/Doutor

Bacharel/Licenciado

Hrvatska

Baccalaureus/Baccalaurea (Sveučilišni Prvostupnik/Prvostupnica)

Stručni Specijalist

Master degree (magistar struke) 300 kredit min

magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing).

Doktor struke/Doktor umjetnosti

Baccalaureus/Baccalaurea (Sveučilišni Prvostupnik/Prvostupnica)

România

Diplomă de Licență/Diplomă de inginer/Diplomă de urbanist/Diplomă de Master/Diplomă de Studii Aprofundate/Certificat de atestare (studii academice postuniversitare)/Diplomă de doctor

Diplomă de Licență

Slovenija

Univerzitetna diploma/Magisterij/Specializacija/Doktorat

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Slovensko

diplom o ukončení vysokoškolského štúdia/bakalár (Bc.)/magister magister/inžinier/ArtD

diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (bakalár)

Suomi/

Finland

Maisterin tutkinto — Magister-examen

Ammattikorkeakoulututkinto — Yrkeshögskoleexamen (min 160 opintoviikkoa — studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen — antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen/Lisensiaatti/Licentiat

Kandidaatin tutkinto - Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto -

Yrkeshögskoleexamen (min 120 opintoviikkoa — studieveckor)

Sverige

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)/Licentiatexamen/Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå: Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng/Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå: Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng/Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå:

Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

United Kingdom

Honours Bachelor degree/Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)/Doctorate

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland


(1)  L-aċċess għall-gradi 7 sa 16 tal-grupp ta’ funzjonijiet AD huwa soġġett għall-kondizzjoni addizzjonali ta’ esperjenza professjonali adegwata ta’ mill-anqas sena.


ANNESS II

TALBIET GĦAL RIEŻAMI — APPELLI — ILMENTI LILL-OMBUDSMAN EWROPEW

Il-kandidati li jqisu li deċiżjoni laqtithom b’mod negattiv jistgħu jitolbu li jsir rieżami ta’ din id-deċiżjoni, jappellaw jew jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew (1).

Talbiet għal rieżami

Il-kandidati jistgħu jitolbu lill-kumitat ta’ selezzjoni biex jagħmel rieżami tad-deċiżjonijiet li ġejjin:

in-nuqqas ta’ eliġibilità għall-proċedura ta’ selezzjoni

in-nuqqas ta’ stedina għat-test bil-miktub u

in-nuqqas ta’ stedina għat-testijiet orali.

Id-deċiżjoni li wieħed ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva ma tistax tkun soġġetta għal rieżami mill-kumitat ta’ selezzjoni.

It-talbiet għal rieżami motivati jridu jintbagħtu permezz ta’ email fl-indirizz elettroniku PE-226-S@ep.europa.eu fi żmien għaxart ijiem kalendarji li jiddekorru mid-data meta l-Unità tas-Selezzjoni tat-Talenti tkun bagħtet l-email li tinnotifika din d-deċiżjoni. It-tweġiba tiġi nnotifikata lill-persuna kkonċernata mill-aktar fis possibbli.

Appelli

Il-kandidati jistgħu jippreżentaw ilment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), indirizzat lil:

The Secretary-General

European Parliament

Konrad Adenauer Building

2929 Luxembourg

LUXEMBOURG

Din il-possibilità hija miftuħa għall-istadji kollha tal-proċedura ta’ selezzjoni.

Għandha tiġi nnutata s-setgħa ta’ valutazzjoni wiesgħa li għandhom il-kumitati ta’ selezzjoni, li jiddeliberaw b’indipendenza sħiħa u li d-deċiżjonijiet tagħhom ma jistgħux jinbidlu mill-Awtorità tal-Ħatra. Din is-setgħa ta’ valutazzjoni wiesgħa mhix soġġetta għall-kontroll għajr f’każ ta’ ksur evidenti tar-regoli li jirregolaw il-ħidma tagħhom. Id-deċiżjoni tal-kumitat ta’ selezzjoni tista’ b’hekk titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea anke jekk ma jkun ġie ppreżentat ebda lment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-appell għandu jitressaq lil:

General Court of the European Union

L-2925 Luxembourg

LUXEMBOURG

abbażi tal-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 91 tar-Regolament tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din il-possibilità hija prevista biss għad-deċiżjonijiet meħuda mill-kumitat ta’ selezzjoni.

F’każ ta’ deċiżjonijiet amministrattivi li jirrifjutaw l-aċċess għall-proċedura ta’ selezzjoni minħabba n-nuqqas ta’ konformità tal-applikazzjoni mar-rekwiżiti ta’ eliġibilità kif stipulat fit-Taqsima B.1. tal-avviż, appell quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea jista’ jsir biss wara li jkun sar ilment kif imsemmi hawn fuq.

It-talba għal appell quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tirrikjedi b’mod obbligatorju l-intervent ta’ avukat li jista’ jeżerċita quddiem ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea.

Il-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u li japplikaw għal dawn iż-żewġ tipi ta’ appelli jibdew jiddekorru, jew mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni inizjali li tolqot b’mod negattiv jew, fil-każ ta’ talba għal rieżami, mid-data tan-notifika tat-tweġiba inizjali tal-kumitat ta’ selezzjoni għal din it-talba.

Ilmenti mressqa lill-Ombudsman Ewropew

Bħal kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni Ewropea, il-kandidati jistgħu jippreżentaw ilment lil:

The European Ombudsman

1, Avenue du Président Robert Schuman — B.P. 403

67001 STRASBOURG CEDEX

FRANCE

skont l-Artikolu 228(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kondizzjonijiet previsti mid-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew (3).

Għandha tinġibed l-attenzjoni tal-kandidati għall-fatt li l-ilmenti ppreżentati lill-Ombudsman ma jissospendux il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għat-tressiq ta’ appell quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Il-preżentazzjoni ta’ talbiet għal rieżami, appelli jew ilmenti lill-Ombudsman Ewropew ma jwaqqfux ix-xogħol tal-kumitat ta’ selezzjoni.

(2)  Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68.

(3)  Id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15).


 

Image 1

Image 2

Image 3

Image 4