ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2019/C 207/01 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 207/02 |
||
2019/C 207/03 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2019/C 207/04 |
Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 ) |
|
2019/C 207/05 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
18.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/1 |
KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL
“Is-sinerġiji bejn il-Eurojust u n-netwerks stabbiliti mill-Kunsill fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali”
(2019/C 207/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI r-rwol vitali fil-qasam tal-kooperazzjoni f’materji kriminali fl-Unjoni Ewropea li jaqdu l-Eurojust u l-erba’ netwerks stabbiliti mill-Kunsill, jiġifieri n-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (NĠE), in-netwerk Ewropew ta’ punti ta’ kuntatt dwar persuni li huma responsabbli għal ġenoċidju, reati kontra l-umanità u reati tal-gwerra (in-Netwerk għall-Ġenoċidju), in-Netwerk ta’ Esperti dwar l-Iskwadri ta’ Investigazzjoni Konġunta (in-Netwerk tal-JITs) u n-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew kontra ċ-Ċiberkriminalità (EJCN) (minn hawn ’il quddiem: in-netwerks),
FILWAQT LI JFAKKAR li kull netwerk għandu rwol speċifiku x’jaqdi fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u l-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja, iżda li huma komplementari għal xulxin u għall-Eurojust,
FILWAQT LI JINSAB KONVINT mill-bżonn li l-awtonomija operattiva tan-netwerks tiġi ppreservata u msaħħa aktar,
FILWAQT LI JINNOTA li l-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn il-Eurojust u n-netwerks tjiebu b’mod konsiderevoli f’dawn l-aħħar snin,
FILWAQT LI JOSSERVA, madankollu, li għad hemm lok għal aktar titjib f’dan ir-rigward,
HUWA DETERMINAT li jassisti u jiffaċilita lill-Eurojust u lin-netwerks biex jilħqu l-għan li jkomplu jtejbu l-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejniethom,
B’KONT MEĦUD tal-valutazzjoni pożittiva tal-attivitajiet li saru mill-EJCN mit-twaqqif tiegħu f’Ġunju 2016 ’l hawn u FILWAQT LI JIKKUNSIDRA li t-twaqqif ta’ Segretarjat tal-EJCN formalizzat iżid il-livell ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma u tal-attivitajiet tan-Netwerk u jiżviluppa aktar is-sinerġiji bejn l-EJCN u n-netwerks l-oħra u s-sinerġiji bejn l-EJCN u l-Eurojust,
WARA LI KKUNSIDRA d-Dokument Konġunt abbozzat mill-Eurojust u n-netwerks, li jinsab fl-Anness għal dawn il-konklużjonijiet,
ADOTTA L-KONKLUŻJONIJIET LI ĠEJJIN:
Il-Kunsill jilqa’ l-analiżi mill-Eurojust u n-netwerks, li tinsab fid-Dokument Konġunt tagħhom, dwar il-koordinazzjoni u s-sinerġiji eżistenti bejniethom.
Bl-istess mod il-Kunsill jilqa’ l-analiżi f’dan id-dokument dwar il-possibbiltà li jiġu żviluppati aktar tali koordinazzjoni u sinerġiji.
Il-Kunsill iħeġġeġ lill-Eurojust u lin-netwerks jiżviluppaw aktar il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejniethom, f’konformità mal-possibbiltajiet u l-linja ta’ azzjoni proposta deskritti fid-dokument konġunt.
Il-Kunsill iħeġġeġ ukoll lill-Eurojust u lin-netwerks biex ikomplu bil-kooperazzjoni tagħhom bil-għan li jiżviluppaw aktar il-koordinazzjoni u s-sinerġiji tagħhom, u bil-għan li jiġġieldu l-kriminalità serja u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni f’materji kriminali fl-Unjoni Ewropea b’mod saħansitra aktar effettiv.
Il-Kunsill iqis li, filwaqt li n-netwerks kollha huma importanti u kollha għandhom rwol uniku, is-sħubija privileġġata bejn il-Eurojust u n-NĠE li tirriżulta mill-Artikolu 85(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 25a tad-Deċiżjoni dwar il-Eurojust (1), l-Artikolu 48 tar-Regolament dwar il-Eurojust (2), u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni dwar in-NĠE (3), jenħtieġ li tiġi riflessa kemm fil-livell operattiv kif ukoll dak strateġiku, inkluż billi jibqa’ jsir kontribut għal allokazzjoni xierqa tal-każijiet bejn dawn iż-żewġ atturi ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja u billi jiġi żgurat it-tħaddim tas-segretarjat tan-NĠE bħala unità separata responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ dak in-netwerk.
Mingħajr preġudizzju għall-eżitu tad-diskussjonijiet dwar il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, il-Kunsill jirrikonoxxi li l-Eurojust u n-netwerks jeħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom kif suppost, u li l-Eurojust – u b’estensjoni ta’ dan, in-netwerks – teħtieġ għalhekk li jkollha r-riżorsi adegwati għad-dispożizzjoni tagħha.
Il-Kunsill jappoġġa l-esplorazzjoni ulterjuri tal-possibbiltà tal-istabbiliment ta’ segretarjat kosteffiċjenti fi ħdan il-Eurojust, li jipprovdi assistenza lill-EJCN, u jippermettilu jissodisfa l-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-prattikanti involuti fil-qasam taċ-ċiberkriminalità.
Il-Presidenza hija mistiedna tkompli tiddedika l-attenzjoni xierqa, inkluż fil-livell politiku, lill-kwistjoni tal-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn il-Eurojust u n-netwerks.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 2008.
(2) Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130).
DOKUMENT KONĠUNT
Minn: |
|
||||||||||
Data: |
3.4.2019 |
||||||||||
Lil: |
Il-Presidenza Rumena tal-Kunsill tal-UE Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE |
||||||||||
Suġġett: |
Dokument konġunt tal-Eurojust, in-NĠE, in-Netwerk għall-Ġenoċidju, in-Netwerk tal-JITs, u l-EJCN dwar is-sinerġiji bejn il-Eurojust u n-netwerks stabbiliti mill-Kunsill fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarji f’materji kriminali |
Skop
Fuq talba tal-Presidenza Rumena tal-Kunsill tal-UE (1), In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (NĠE), in-Netwerk Ewropew għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ġenoċidju, ir-reati kontra l-umanità u r-reati tal-gwerra (in-Netwerk għall-Ġenoċidju), in-Netwerk tal-Iskwadri ta’ Investigazzjoni Konġunta (in-Netwerk tal-JITs), in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew kontra ċ-Ċiberkriminalità (EJCN) u l-Eurojust għandhom pjaċir jippreżentaw dokument konġunt li jesprimi l-fehmiet tagħhom dwar is-sinerġiji li jeżistu bejn dawn in-netwerks (2) u bejn dawn in-netwerks u l-Eurojust, u dwar oqsma potenzjali fejn dawn is-sinerġiji jistgħu jiġu żviluppati aktar.
Kif mitlub, dan id-dokument konġunt jindirizza l-mistoqsijiet speċifiċi li tqajmu fid-dokument tal-Kunsill 7000/19, u jinkludi proposti speċifiċi f’dan ir-rigward.
In-netwerks, li huma appoġġati mill-Eurojust, ivarjaw b’mod sinifikanti f’termini ta’ bażi legali (att leġislattiv tal-UE jew dokument ieħor tal-Kunsill), mandat (orizzontali jew iffokat fuq il-kriminalità) u funzjoni (esperti nazzjonali u/jew punti ta’ kuntatt lokali, membri ġudizzjarji u/jew tal-infurzar tal-liġi). In-NĠE, pereżempju, ilu jeżisti żmien twil u żviluppa, skont il-qafas legali tiegħu, “relazzjonijiet privileġġati [mal-Eurojust], ibbażati fuq konsultazzjoni u komplementarità” (3).
F’konformità mal-bażi legali tal-Eurojust (4), is-segretarjati tan-netwerks jaħdmu bħala unitajiet separati u jistgħu jużaw ir-riżorsi amministrattivi tal-Eurojust li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Il-koordinazzjoni ta’ dawk is-segretarjati, koperti mill-Artikolu 48(2) tar-Regolament dwar il-Eurojust, hija żgurata mill-Eurojust.
Dan id-dokument konġunt huwa maqsum f’żewġ taqsimiet ewlenin: 1) is-sinerġiji eżistenti bejn in-netwerks u bejn in-netwerks u l-Eurojust, u 2) l-iżvilupp ulterjuri tas-sinerġiji.
1. Sinerġiji eżistenti bejn in-netwerks u bejn in-netwerks u l-Eurojust
Fi ħdan il-Eurojust, il-Bord għar-Relazzjonijiet mas-Sħab hija s-sottostruttura tal-Kulleġġ bil-kompitu li jtejjeb rispons istituzzjonali, koerenti, komprensiv u kkoordinat lis-sħab tal-Eurojust, inkluż in-netwerks. L-interazzjoni bejn in-netwerks u l-Eurojust hija ffaċilitata u appoġġata mill-punti ta’ kuntatt dedikata maħtura fi ħdan il-Bord.
Mill-1 ta’ Jannar 2019, wara r-riorganizzazzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Eurojust, is-segretarjati tan-netwerks saru parti mid-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-Eurojust, li jippermettilhom jistabbilixxu saħansitra relazzjonijiet aktar mill-qrib bejniethom u jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn in-netwerks u l-Eurojust.
(a) Sinerġiji eżistenti u l-aħjar prattika fil-kooperazzjoni bejn in-NĠE, in-Netwerk tal-JITs, in-Netwerk għall-Ġenoċidju u l-EJCN
— Faċilitazzjoni tal-kuntatti, eż. laqgħat regolari u plenarji, il-kondiviżjoni ta’ listi ta’ kuntatt, aċċess għat-taqsima ristretta tas-siti web
Il-kapijiet tas-segretarjati tan-NĠE, in-Netwerk għall-Ġenoċidju u n-Netwerk tal-JITs, kif ukoll it-tim ta’ appoġġ tal-EJCN, jiltaqgħu fuq bażi regolari biex jiskambjaw fehmiet dwar kwistjonijiet amministrattivi u sostantivi rilevanti għall-mandat tan-netwerks rispettivi. Il-fatt li jinsabu qrib ħafna xulxin fil-bini tal-Eurojust f’The Hague jiffaċilita l-kuntatti kostanti tagħhom.
In-netwerks jistiednu lill-membri ta’ xulxin għal-laqgħat plenarji u annwali rispettivi tagħhom fuq bażi regolari, bil-għan li jikkondividu l-informazzjoni u l-għarfien fl-oqsma ta’ interess komuni. Huma jikkonsultaw ma’ xulxin biex jevitaw id-duplikazzjoni fl-organizzazzjoni ta’ dawn il-laqgħat.
Il-kondiviżjoni tad-dettalji ta’ kuntatt tal-membri/persuni ta’ kuntatt bejn in-netwerks hija kruċjali ħafna għall-appoġġ operazzjonali għall-prattikanti. Bħalissa, id-dettalji ta’ kuntatt tal-esperti tal-JITs u tal-membri u tal-membri tal-EJCN ittellgħu fuq is-sit web tan-NĠE u jiġu aġġornati fuq bażi regolari. L-esperti tal-JITs u l-membri tal-EJCN, min-naħa tagħhom, ingħataw il-kredenzjali biex ikollhom aċċess għad-dettalji ta’ kuntatt tal-Punti ta’ Kuntatt tan-NĠE fuq is-sit web tan-NĠE. Il-lista tal-Punti ta’ Kuntatt tan-Netwerk għall-Ġenoċidju hija dokument ippubblikat mill-Kunsill u kondiviż abbażi tal-politika LIMITE tad-dokumenti tal-Kunsill.
Fir-rigward tal-aċċess għat-taqsima ristretta tas-siti web tan-netwerks, bħalissa, il-Punti ta’ Kuntatt tan-NĠE għandhom il-possibbiltà li jitolbu aċċess għaż-żona ristretta tal-JITs.
— Kooperazzjoni strateġika
B’kont meħud tar-rwoli u l-mandati differenti tan-netwerks rispettivi, l-attivitajiet strateġiċi konġunti bejn żewġ netwerks jew diversi minnhom jitwettqu meta jkun rilevanti, eż. fir-rigward tal-input għal proposti għal strumenti ġodda dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali (opinjoni EJCN-NĠE dwar iċ-ċertifikati annessi mal-proposta ta’ evidenza elettronika), konsultazzjoni dwar kwistjonijiet sostantivi marbuta mal-qasam tal-għarfien espert tagħhom (konsultazzjonijiet bejn in-Netwerk tal-JITs u l-EJCN dwar kif jista’ jittejjeb l-użu ta’ JITs f’każijiet ta’ ċiberkriminalità), eċċ.
Is-sit web tan-NĠE huwa l-aktar pjattaforma importanti għall-forniment ta’ informazzjoni u għodod għall-prattikanti dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali. Konsultazzjonijiet dwar liema dokumenti tan-netwerks l-oħra għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tan-NĠE jsiru fuq bażi regolari.
(b) Sinerġiji eżistenti u l-aħjar prattika fil-kooperazzjoni bejn in-netwerks u l-Eurojust
— Faċilitazzjoni tal-kuntatti, eż. laqgħat regolari u plenarji, il-kondiviżjoni ta’ listi ta’ kuntatt, aċċess għat-taqsima ristretta tas-siti web
Il-Eurojust tattendi regolarment il-laqgħat plenarji jew il-laqgħat annwali tan-netwerks – li ġeneralment jiġu ospitati fil-bini tal-Eurojust – u s-segretarjati tan-netwerks jiġu wkoll regolarment mistiedna għal-laqgħat tal-Eurojust, inkluż laqgħat tal-Kulleġġ, fejn jiġu diskussi kwistjonijiet ta’ interess komuni jew kwistjonijiet baġitarji rilevanti. B’mod ġenerali, bil-ħsieb li tiġi evitata d-duplikazzjoni fl-organizzazzjoni tal-laqgħat, isiru konsultazzjonijiet preparatorji bejn il-Eurojust u l-kapijiet tas-segretarjati tan-netwerks. Wara l-laqgħat plenarji jew il-laqgħat annwali tan-netwerks, il-konklużjonijiet tal-imsemmija laqgħat huma ġeneralment ippreżentati lill-Kulleġġ tal-Eurojust għall-informazzjoni, ukoll bil-ħsieb li jiġi żgurat is-segwitu ta’ kwistjonijiet ta’ interess komuni.
Il-laqgħat annwali bejn il-Bord tal-Presidenza tan-NĠE u t-Tim tal-Presidenza tal-Eurojust isiru darba fis-sena. Il-Eurojust dejjem tattendi l-laqgħat plenarji tan-NĠE li jsiru fl-Istati Membri li jkollhom il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE. Barra minn hekk, membri tal-Uffiċċji Nazzjonali tal-Eurojust jattendu, fuq stedina, il-laqgħat reġjonali/nazzjonali tan-NĠE.
Ġiet stabbilita prattika regolari mit-Tim taċ-Ċiberkriminalità tal-Eurojust li jiġi mistieden il-Bord tal-EJCN għal laqgħat tat-tim permezz tat-telefon/vidjokonferenza. Barra minn hekk, l-EJCN stabbilixxa linji gwida amministrattivi interni skont liema l-Eurojust hija kkonsultata mill-qrib dwar kwistjonijiet ta’ importanza strateġika, bħar-relazzjonijiet ma’ Stati terzi u l-programmi ta’ ħidma tal-EJCN.
Biex jiġi żgurat li l-Uffiċċji Nazzjonali tal-Eurojust ikollhom aċċess għal informazzjoni ristretta fuq is-sit web tan-NĠE, is-Segretarjat tan-NĠE pprovdielhom il-kredenzjali meħtieġa għaż-żoni protetti b’password tas-sit web.
Il-Eurojust tospita wkoll fuq is-sit web tagħha taqsimiet dedikati għan-NĠE, in-Netwerk għall-Ġenoċidju, in-Netwerk tal-JITs u l-EJCN.
— Kooperazzjoni strateġika
B’mod ġenerali, in-netwerks u l-Eurojust jikkondividu informazzjoni dwar suġġetti rilevanti għal-laqgħat li jorganizzaw. Jipprovdu wkoll lil xulxin informazzjoni dwar l-attivitajiet u l-prodotti tagħhom bil-għan tal-pubblikazzjoni fuq is-siti web ta’ xulxin.
Dawn li ġejjin huma wħud mill-ħafna eżempji ta’ kooperazzjoni fil-livell strateġiku bejn il-Eurojust u n-netwerks:
— |
In-NĠE u l-Eurojust bdew it-tħejjija ta’ dokument konġunt għall-prattikanti fuq il-bażi tad-diskussjonijiet u s-sejbiet fi ħdan in-NĠE u l-Eurojust dwar l-applikazzjoni prattika tal-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea (OIE). |
— |
Il-Eurojust u n-NĠE kkontribwew għad-diskussjonijiet dwar is-suġġetti tad-disa’ ċiklu ta’ evalwazzjonijiet reċiproċi. |
— |
Mit-twaqqif tiegħu ’l hawn, is-Segretarjat tan-Netwerk tal-JITs, flimkien mal-Eurojust (kif ukoll il-Europol u OLAF), żviluppa diversi għodod li jiffaċilitaw l-aċċess effettiv għall-JITs mill-prattikanti kollha: il-Manwal tal-JITs, il-ftehim mudell tal-JITs u l-Gwida Prattika għall-JITs. Barra minn hekk, in-Netwerk tal-JITs u l-Eurojust ħejjew flimkien it-tieni rapport ta’ evalwazzjoni tal-JITs. |
— |
L-EJCN u l-Eurojust jikkooperaw fuq diversi proġetti strateġiċi, fosthom kontributi tal-EJCN għall-prodotti tal-Eurojust bħall-Moniter Ġudizzjarju dwar iċ-Ċiberkriminalità u l-Osservatorju tal-Kriptaġġ, opinjonijiet konġunti dwar strumenti legali ġodda, kif ukoll kontributi konġunti lill-partijiet ikkonċernati. |
— |
Fl-2018, in-Netwerk għall-Ġenoċidju u l-Eurojust ikkooperaw fit-tħejjija ta’ memorandum dwar l-evidenza fuq il-post tal-battalja marbuta mal-ġbir u l-użu ta’ informazzjoni derivata minn żoni ta’ gwerra. Is-Segretarjat tan-Netwerk għall-Ġenoċidju jipparteċipa wkoll fil-laqgħat tat-Tim tal-Eurojust Kontra t-Terroriżmu. |
Bħalissa qed jiġi kkunsidrat l-iżvilupp ta’ preżentazzjoni promozzjonali konġunta tar-rwoli tal-Eurojust u n-netwerks ospitati fil-Eurojust, li tista’ tkompli tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali biex jidentifikaw sħab rilevanti.
— Kooperazzjoni operazzjonali
Id-dokument konġunt tan-NĠE/Eurojust “Assistance in International Cooperation in Criminal Matters for Practitioners – What can we do for you?” huwa dokument ċentrali dwar l-allokazzjoni tal-każijiet bejniethom. Dan id-dokument jgħin lill-prattikanti ġudizzjarji jiddeċiedu jekk għandhomx jikkuntattjaw lin-NĠE jew lill-Eurojust għall-assistenza fil-kooperazzjoni internazzjonali f’materji kriminali. Id-dokument konġunt ġie aġġornat fl-2018, u t-traduzzjoni tiegħu qed issir fl-Istati Membri. In-NĠE u l-Eurojust ilhom mill-2018 jaħdmu fuq proġett konġunt dwar il-valutazzjoni tal-allokazzjoni tal-każijiet.
Is-Segretarjat tan-Netwerk tal-JITs żviluppa rabtiet mill-qrib ħafna mal-ħidma operattiva tal-Eurojust u qed jiġi mistieden jipparteċipa dejjem aktar spiss fil-laqgħat tal-livell II (bejn l-Uffiċċji Nazzjonali f’każ partikolari) u fil-laqgħat tal-livell III (laqgħat ta’ koordinazzjoni) fil-Eurojust, li matulhom jistgħu jiġu diskussi diversi aspetti relatati mat-twaqqif jew it-tħaddim ta’ JIT. Sa mis-27 ta’ Awwissu 2018, il-Eurojust implimentat għalkollox l-għodda online tagħha – il-Portal ta' Finanzjament tal-JITs – għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-finanzjament tal-JITs. Ħafna mill-aġġustamenti li saru fil-proċess ta’ finanzjament f’dawn l-aħħar snin ġew xprunati mill-ħtiġijiet tal-prattikanti tal-JIT, fosthom rappreżentanti mill-Uffiċċji Nazzjonali tal-Eurojust.
Bħalissa qed jiġi żviluppat sottogrupp fi ħdan l-EJCN li “jibni l-każijiet”, li jagħti pariri lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri dwar l-aħjar użu possibbli tas-servizzi offruti mill-Eurojust.
Informazzjoni kunfidenzjali skambjata matul is-sessjonijiet magħluqa fil-laqgħat tan-Netwerk għall-Ġenoċidju pprovdiet punt tat-tluq għall-bidu ta’ laqgħat ta’ koordinazzjoni tal-Eurojust. In-Netwerk għall-Ġenoċidju (il-punti ta’ kuntatt u s-segretarjat) huwa mistieden għal-laqgħat ta’ koordinazzjoni tal-Eurojust f’każijiet ta’ reati kriminali internazzjonali l-aktar serji.
— Sensibilizzazzjoni
Bħala parti mill-missjoni tiegħu biex jiżgura rispons koordinat lis-sħab tal-Eurojust, il-Bord għar-Relazzjonijiet mas-Sħab jiżgura l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u jiffaċilita l-konnessjonijiet bejn dawn is-sħab u n-netwerks.
Il-Eurojust tinvolvi b’mod attiv in-netwerks rilevanti f’diversi proġetti esterni tagħha (eż EuroMed għan-NĠE, il-Proġett SIRIUS għan-NĠE u l-EJCN, EL PAcTO għan-Netwerk tal-JITs, u l-proġett tal-Akkademja ta’ Nuremberg dwar il-ġbir u l-preservazzjoni tal-evidenza elettronika għan-Netwerk għall-Ġenoċidju).
Il-Eurojust tippromwovi wkoll il-ħidma tan-netwerks fir-relazzjonijiet tagħha ma’ aġenziji oħra tal-UE (bħan-netwerk tal-aġenziji tal-ĠAI), u tlaqqagħhom flimkien jekk rilevanti. Eżempji jinkludu l-manwal tal-FRA dwar iċ-ċiberkriminalità (Eurojust-EJCN) u taħriġ konġunt dwar il-JITs (CEPOL u l-EJTN).
2. Żvilupp ulterjuri tas-sinerġiji
(a) Użu tas-Sistema ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Eurojust (ENCS)
Il-korrispondenti nazzjonali tal-ENCS għall-Eurojust, il-Punti ta’ Kuntatt tan-NĠE u l-membri jew il-punti ta’ kuntatt tan-netwerks l-oħra għandhom ikomplu jiltaqgħu regolarment biex jiddiskutu l-kooperazzjoni bejniethom u biex iżommu kuntatti mill-qrib f’każijiet operattivi (l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni dwar il-Eurojust u l-Artikolu 20 tar-Regolament dwar il-Eurojust). L-ENCS għandha tkompli tintuża għal dan il-għan u l-potenzjal sħiħ tagħha ser jiġi sfruttat f’dak ir-rigward.
Biex titjieb l-effiċjenza tal-kooperazzjoni bejn in-netwerks u jittieħed vantaġġ sħiħ mis-sinerġiji maħluqa permezz ta’ kooperazzjoni bħal din, in-netwerks jistgħu jikkunsidraw, jekk ikun possibbli, li jappoġġaw il-funzjonijiet b’rwoli doppji jew multipli tal-membri tan-netwerk maħtura mill-Istati Membri, kif diġà jsir b’rabta ma’ ċerti Punti ta’ Kuntatt tan-NĠE u esperti tal-JITs li għandhom żewġ rwoli. Uħud mill-Membri jew Deputati Nazzjonali tal-Eurojust iwettqu wkoll il-funzjoni ta’ Punti ta’ Kuntatt tan-NĠE.
L-Istati Membri jistgħu jesploraw ukoll il-possibbiltà li jinkludu membri tal-EJCN fl-ENCS abbażi tal-Artikolu 20(3)(f) tar-Regolament dwar il-Eurojust, li ser isir applikabbli f’Diċembru 2019. Dan għandu l-potenzjal li jkompli jtejjeb l-interazzjoni ġenerali bejn l-EJCN, in-netwerks l-oħra u l-Eurojust fuq livell nazzjonali.
(b) Sfruttament sħiħ tal-opportunitajiet kollha jitwasslu messaġġi komuni
In-netwerks u l-Eurojust ser ikomplu jesploraw oqsma li fihom jistgħu jibdew jew iżidu l-koordinazzjoni ta’ messaġġi komuni bil-ħsieb ta’ approċċ sistematiku konġunt għal suġġett, pereżempju permezz ta’ laqgħat topiċi konġunti, proġetti strateġiċi konġunti, opinjonijiet konġunti dwar strumenti legali, eċċ.
Bil-ħsieb ta’ dan il-għan, ser jiġi kkunsidrat l-iżvilupp ta’ metodoloġija ta’ ħidma konġunta bejn is-segretarjati tan-netwerks u l-Eurojust biex jiġu stabbiliti proċessi ta’ ħidma għat-tħejjija ta’ inizjattivi u riżultati tanġibbli konġunti. Il-punti ta’ kuntatt fi ħdan il-Bord tal-Eurojust dwar ir-Relazzjonijiet mas-Sħab ser ikollhom rwol ewlieni f’dan ir-rigward.
(c) Aċċess għat-taqsima ristretta tas-siti web tan-netwerks
Mingħajr preġudizzju għal u skont il-bażi legali ta’ kull netwerk, sabiex jiġi kondiviż l-għarfien u l-għarfien espert rilevanti ta’ dak in-netwerk u titqassam l-informazzjoni lil prattikanti oħrajn, l-aċċess reċiproku għaż-żoni ristretti tas-siti web tan-netwerks huwa meqjus bħala prijorità ta’ kooperazzjoni. F’dan ir-rigward, għandha tiġi analizzata u, jekk ikun xieraq, tingħata l-possibbiltà li l-membri tan-netwerks ikollhom aċċess dirett għaż-żoni ristretti tas-siti web.
(d) Riżorsi marbuta mal-appoġġ tal-Eurojust għan-netwerks
F’konformità mal-bażi legali tagħha, il-Eurojust dejjem qieset l-appoġġ tan-netwerks tal-prattikanti bħala parti integrali tal-missjoni tagħha kif ukoll opportunità unika biex taqsam l-aħjar prattiki u ssaħħaħ ir-rabtiet mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali.
L-ospitar tas-segretarjati tan-netwerks fil-Eurojust huwa ta’ benefiċċju reċiproku: is-segretarjati tan-netwerks huma magħmula minn persunal iddedikat u jirċievu allokazzjoni baġitarja annwali li hija parti mill-baġit regolari tal-Eurojust. Jibbenefikaw ukoll mill-infrastruttura ġenerali tal-Eurojust (IT għall-infrastruttura u l-manutenzjoni tas-siti web, riżorsi umani, baġit, servizzi ġenerali, eċċ.), u b’hekk jikkontribwixxu għall-ekonomiji ta’ skala.
Fl-istess ħin, il-Eurojust qed tfittex li ttejjeb l-effiċjenza biex tagħti l-aħjar appoġġ possibbli lin-netwerks (eż. billi tikkondividi servizzi komuni) u ser tkompli tagħmel dan.
Madankollu, għandhom ikunu żgurati riżorsi suffiċjenti sabiex il-Eurojust tibqa’ tagħti appoġġ adegwat lin-netwerks. Biż-żieda fil-volum ta’ każijiet u t-tnaqqis fil-baġit tal-Eurojust, hemm riskju li l-appoġġ għan-netwerks jista’ jaħdem kontra l-mandat ewlieni tal-Eurojust, jiġifieri li tappoġġa l-koordinazzjoni ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet transfruntiera.
(e) Stabbiliment ta’ segretarjat li jappoġġa lill-EJCN
Fir-Rapport tagħha dwar il-funzjonament tal-EJCN (dokument tal-Kunsill 15521/18), il-Eurojust indikat li ż-żieda fil-livell ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-EJCN kif ukoll it-titjib tas-sinerġiji bejn l-EJCN u atturi oħra ser jiddependu fuq l-allokazzjoni ta’ riżorsi addizzjonali. Sa mill-2016, ir-riżorsi li jistgħu jkunu disponibbli għall-EJCN mill-Eurojust fil-limiti tal-baġit eżistenti tagħha ma ppermettewx lill-EJCN jiżviluppa b’mod konsistenti u sħiħ il-prodotti u s-sit web tiegħu.
L-isforzi fit-tul meħtieġa biex titjieb din is-sitwazzjoni (speċjalment fir-rigward tal-iżvilupp ulterjuri tas-sit web tal-EJCN u s-sottogruppi tematiċi tal-EJCN) jistgħu jitwettqu biss abbażi tal-allokazzjoni ta’ riżorsi addizzjonali, li jippermettu li l-Eurojust tistabbilixxi Segretarjat formali tal-EJCN.
Dan is-segretarjat għandu jiffunzjona bħala struttura ta’ appoġġ kosteffiċjenti għall-EJCN, li jippermettilu jilħaq il-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-prattikanti involuti fil-qasam taċ-ċiberkriminalità. Din l-istruttura dedikata hija meħtieġa biex jinżammu u jiġu żviluppati aktar is-sinerġiji bejn l-EJCN u n-netwerks l-oħra u bejn l-EJCN u l-Eurojust.
Barra minn hekk, fin-nuqqas tal-allokazzjoni ta’ riżorsi addizzjonali għall-finijiet tan-Netwerk, u fid-dawl tat-tnaqqis ippjanat fil-baġit li jaffettwa il-kapaċitajiet ta’ appoġġ tal-Eurojust, il-Eurojust lanqas biss ser tkun tista’ żżomm il-livell ta’ appoġġ attwalment ipprovdut lill-EJCN (inkluż ir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex isiru żewġ laqgħat plenarji annwali).
(1) Dokument tal-Kunsill 7000/19, maħruġ fil-5 ta’ Marzu 2019.
(2) Minbarra dawn in-netwerks “formalizzati”, il-Eurojust tappoġġa u tiffaċilita s-sinerġiji ma’ netwerks oħra ta’ prattikanti: in-netwerk tal-korrispondenti nazzjonali għal kwistjonijiet ta’ terroriżmu, in-Netwerk Ewropew ta’ Prosekuturi għall-Proprjetà Intellettwali (EIPPN), u l-Forum Konsultattiv tal-Prosekuturi Ġenerali u d-Diretturi tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
(3) L-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI u l-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/1727 (Regolament dwar il-Eurojust). Ara wkoll l-Artikolu 85(1)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
(4) L-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/1727.
Il-Kummissjoni Ewropea
18.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/8 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-17 ta’ Ġunju 2019
(2019/C 207/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1234 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
122,06 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4674 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,89208 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,6495 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1214 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
141,50 |
NOK |
Krona Norveġiża |
9,7938 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,560 |
HUF |
Forint Ungeriż |
322,29 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2605 |
RON |
Leu Rumen |
4,7280 |
TRY |
Lira Turka |
6,5950 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6355 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5069 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7963 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7259 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5400 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 333,25 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,6463 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7794 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4055 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 103,94 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6913 |
PHP |
Peso Filippin |
58,703 |
RUB |
Rouble Russu |
72,1432 |
THB |
Baht Tajlandiż |
35,196 |
BRL |
Real Brażiljan |
4,3796 |
MXN |
Peso Messikan |
21,5292 |
INR |
Rupi Indjan |
78,5770 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
18.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/9 |
Aġġornament interim tal-ponderazzjoni applikabbli għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jservu f’pajjiżi terzi (1)
(2019/C 207/03)
AWWISSU 2018
Post tal-impjieg |
Parità ekonomika Awwissu 2018 |
Rata tal-kambju Awwissu 2018 (*1) |
Ponderazzjoni Awwissu 2018 (*2) |
L-Armenja |
404,3 |
563,360 |
71,8 |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
2 533 |
1 897,78 |
133,5 |
L-Eġittu |
11,92 |
20,9617 |
56,9 |
Is-Sudan t’Isfel |
301,3 |
165,639 |
181,9 |
SETTEMBRU 2018
Post tal-impjieg |
Parità ekonomika Settembru 2018 |
Rata tal-kambju Settembru 2018 (*3) |
Ponderazzjoni Settembru 2018 (*4) |
L-Arġentina |
16,15 |
39,7528 |
40,6 |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
2 341 |
1 889,11 |
123,9 |
L-Etjopja |
23,64 |
32,1548 |
73,5 |
Il-Liberja |
2,079 |
1,16920 |
177,8 |
Is-Sudan t’Isfel |
252,6 |
172,183 |
146,7 |
It-Turkmenistan |
3,654 |
4,09220 |
89,3 |
OTTUBRU 2018
Post tal-impjieg |
Parità ekonomika Ottubru 2018 |
Rata tal-kambju Ottubru 2018 (*5) |
Ponderazzjoni Ottubru 2018 (*6) |
L-Arġentina |
17,47 |
43,6671 |
40,0 |
Il-Benin |
537,9 |
655,957 |
82,0 |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
2 175 |
1 921,30 |
113,2 |
Il-Malasja |
3,013 |
4,83980 |
62,3 |
Il-Mali |
544,0 |
655,957 |
82,9 |
In-Namibja |
11,63 |
16,5152 |
70,4 |
New Zealand |
1,678 |
1,76380 |
95,1 |
Il-Filippini |
49,02 |
63,3570 |
77,4 |
Sierra Leone |
8 781 |
9 623,99 |
91,2 |
Is-Sudan t’Isfel |
227,7 |
175,417 |
129,8 |
Is-Sudan |
28,53 |
34,0894 |
83,7 |
It-Turkija |
3,261 |
7,04150 |
46,3 |
NOVEMBRU 2018
Post tal-impjieg |
Parità ekonomika Novembru 2018 |
Rata tal-kambju Novembru 2018 (*7) |
Ponderazzjoni Novembru 2018 (*8) |
L-Ażerbajġan |
1,510 |
1,93324 |
78,1 |
Il-Burundi |
1 634 |
2 049,15 |
79,7 |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
2 007 |
1 865,22 |
107,6 |
L-Etjopja |
24,86 |
32,0565 |
77,6 |
Il-Georgia |
1,879 |
3,08050 |
61,0 |
Il-Kosta tal-Avorju |
591,9 |
655,957 |
90,2 |
It-Tanzanija |
1 963 |
2 601,75 |
75,4 |
It-Turkmenistan |
3,968 |
3,98020 |
99,7 |
Iż-Żimbabwe |
1,174 |
1,13720 |
103,2 |
DIĊEMBRU 2018
Post tal-impjieg |
Parità ekonomika Diċembru 2018 |
Rata tal-kambju Diċembru 2018 (*9) |
Ponderazzjoni Diċembru 2018 (*10) |
L-Arġentina |
18,81 |
43,8969 |
42,9 |
Iċ-Ċina |
6,595 |
7,90630 |
83,4 |
Il-Kongo |
727,3 |
655,957 |
110,9 |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
1 861 |
1 852,88 |
100,4 |
Ir-Repubblika Dominicana |
33,16 |
56,9274 |
58,2 |
Il-Guyana |
171,1 |
237,820 |
71,9 |
Il-Haiti |
75,88 |
84,4705 |
89,8 |
L-Indoneżja (Jakarta) |
11 221 |
16 334,1 |
68,7 |
In-Nepal |
112,7 |
128,920 |
87,4 |
It-Tajlandja |
28,76 |
37,5030 |
76,7 |
Timor Leste |
0,9152 |
1,13870 |
80,4 |
Iż-Żimbabwe |
1,277 |
1,13870 |
112,1 |
JANNAR 2019
Post tal-impjieg |
Parità ekonomika Jannar 2019 |
Rata tal-kambju Jannar 2019 (*11) |
Ponderazzjoni Jannar 2019 (*12) |
L-Angola |
363,4 |
352,198 |
103,2 |
L-Ażerbajġan |
1,629 |
1,94718 |
83,7 |
Il-Benin |
506,8 |
655,957 |
77,3 |
Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana |
692,8 |
655,957 |
105,6 |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
1 751 |
1 862,37 |
94,0 |
Il-Gambja |
34,69 |
56,7000 |
61,2 |
Il-Guinea |
9 043 |
10 364,3 |
87,3 |
Il-Liberja |
2,205 |
1,14540 |
192,5 |
Il-Malawi |
464,2 |
829,656 |
56,0 |
Il-Mali |
489,1 |
655,957 |
74,6 |
In-Namibja |
12,38 |
16,4506 |
75,3 |
Il-Filippini |
51,70 |
60,2820 |
85,8 |
It-Turkmenistan |
4,313 |
4,00890 |
107,6 |
(1) Skont ir-Rapport tal-Eurostat tad-29 ta’ April 2019 dwar l-aġġornament interim tal-ponderazzjoni (koeffiċjenti tal-korrezzjoni) applikabbli għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali, persunal temporanju u persunal kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jservu f’Delegazzjonijiet barra mill-UE skont l-Artikolu 64, u l-Anness X u l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea.
Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Eurostat (http://ec.europa.eu/eurostat > “Data” > “Database” > “Economy and finance” > “Prices” > “Correction coefficients”).
(*1) 1 EUR = x unitajiet tal-munita domestika.
(*2) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(*3) 1 EUR = x unitajiet tal-munita domestika, minbarra l-USD għal-Liberja.
(*4) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(*5) 1 EUR = x unitajiet tal-munita domestika.
(*6) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(*7) 1 EUR = x unitajiet tal-munita domestika, minbarra l-USD għaż-Żimbabwe.
(*8) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(*9) 1 EUR = x unitajiet tal-munita domestika, minbarra l-USD għal Timor Leste u ż-Żimbabwe.
(*10) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(*11) 1 EUR = x unitajiet tal-munita domestika, minbarra l-USD għal-Liberja.
(*12) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
18.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/12 |
Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 207/04)
Stat Membru |
Spanja |
|||||||
Rotta kkonċernata |
Melilla-Almería/Granada/Sevilla |
|||||||
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 |
|||||||
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
|||||||
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mas-sejħa pubblika għall-offerti u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
|
18.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/12 |
Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(2019/C 207/05)
Stat Membru |
Spanja |
|||||||
Rotta kkonċernata |
Menorca-Madrid |
|||||||
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-1 ta’ Novembru 2019 sat-30 ta’ April 2020 u mill-1 ta’ Novembru 2020 sat-30 ta’ April 2021 |
|||||||
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
|||||||
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mas-sejħa pubblika għall-offerti u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
|