ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 192

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
7 ta' Ġunju 2019


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2019/C 192/01

Riżoluzzjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA u l-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Istati Membri qabel il-laqgħat tal-WADA

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 192/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9375 — Clearlake/Insight/Appriss) ( 1 )

5

2019/C 192/03

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Komunikazzjoni 2012/C 72/07 — Linji Gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009

5


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2019/C 192/04

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar approċċ strateġiku tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali u qafas għal azzjoni

6

2019/C 192/05

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-titjib fiċ-ċirkolazzjoni transfruntiera ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, b’enfasi fuq il-koproduzzjonijiet

11

2019/C 192/06

Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar l-Aċċess għall-isport għall-persuni b’diżabilità

18

2019/C 192/07

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

23

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 192/08

Rata tal-kambju tal-euro

24

2019/C 192/09

Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

25

2019/C 192/10

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

26

2019/C 192/11

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

27

2019/C 192/12

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

28

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2019/C 192/13

Rapport Speċjali Nru 7/2019 — Azzjonijiet tal-UE fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali: ambizzjonijiet sinifikanti, iżda tenħtieġ ġestjoni aħjar

29

2019/C 192/14

Rapport Speċjali Nru 8/2019 — Enerġija eolika u solari għall-ġenerazzjoni tal-elettriku: jeħtieġ li tittieħed azzjoni sinifikanti jekk iridu jintlaħqu l-miri tal-UE

29


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 192/15

Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antisussidji li jirrigwarda l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu

30

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 192/16

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9362 — Suez Organique/Avril PA/Terrial) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

40

2019/C 192/17

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9357 — FIS/Worldpay) ( 1 )

42

2019/C 192/18

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9377 — MIRA/BCI/iGH) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

43


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kunsill

7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/1


Riżoluzzjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA u l-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Istati Membri qabel il-laqgħat tal-WADA

(2019/C 192/01)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,

FILWAQT LI JFAKKRU:

1.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġlieda kontra d-doping (1).

2.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2010, dwar ir-rwol tal-UE fil-ġlieda internazzjonali kontra d-doping (2).

3.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA u l-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri tagħha qabel il-laqgħat tal-WADA (3).

4.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2015, li jeżaminaw ir-Riżoluzzjoni tal-2011, dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA u l-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri tagħha qabel il-laqgħat tal-WADA li jipprevedi sal-31 ta’ Diċembru 2018, l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ulterjuri ta’ din ir-riżoluzzjoni għandha tiġi eżaminata għal darba oħra (4).

JIRRIKONOXXU LI:

1.

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom ikunu kapaċi jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom u jwettqu r-rwol tagħhom matul it-tħejjija, in-negozjar u l-adozzjoni, fost l-oħrajn, tar-regoli, l-istandards u l-linji gwida mill-Aġenzija Dinjija kontra d-Doping (WADA).

2.

Tliet siġġijiet fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA huma allokati lir-rappreżentanti mill-Istati Membri tal-UE.

3.

Jeħtieġ li jiġu previsti modalitajiet prattiċi rigward il-parteċipazzjoni tar-rappreżentazzjoni mill-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA, kif ukoll il-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri tagħha qabel il-laqgħat tal-CAHAMA (5) u tal-WADA. Dawn il-modalitajiet prattiċi għandhom jirriflettu d-dover ta’ kooperazzjoni sinċiera u jfittxu li jippromwovu l-unità fir-rappreżentazzjoni esterna tal-UE filwaqt li jevitaw ix-xogħol doppju fil-CAHAMA.

4.

Il-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-kontinent Ewropew qabel il-laqgħat tal-WADA għandha ssir fi ħdan il-CAHAMA u għandu jkun żgurat li d-deċiżjonijiet meħuda f’dak il-korp jirrispettaw bis-sħiħ kwalunkwe leġislazzjoni applikabbli tal-UE.

5.

Hemm ħtieġa qawwija għal kontinwità u impenn fir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA, li huwa appoġġat minn mandat politiku u għarfien espert adatt.

KONSEGWENTEMENT JAQBLU LI:

1.

Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA ser ikunu fil-livell ministerjali u li s-siġġijiet ser jiġu allokati kif ġej:

siġġu wieħed ser jiġi allokat lil persuna inkarigata mill-isport fil-livell ministerjali minn wieħed mill-Istati Membri li jifforma t-Triju ta’ Presidenza fil-kariga,

siġġu wieħed ser jiġi allokat lil persuna inkarigata mill-isport fil-livell ministerjali minn wieħed mill-Istati Membri li jifforma t-Triju ta’ Presidenzi futuri,

siġġu wieħed ser jiġi allokat b’mod konġunt mill-Istati Membri imlaqqgħin fil-Kunsill lil persuna responsabbli għall-isport fil-livell ministerjali (minn hawn ’il quddiem “espert fil-livell ta’ gvern”)

2.

L-arranġamenti rigward ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA kif deskritti fl-Anness I għandhom isiru effettivi mit-30 ta’ Ġunju 2019, mingħajr preġudizzju għall-mandati approvati qabel din id-data.

3.

Ir-rappreżentant mit-Triju ta’ Presidenzi fil-kariga fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA ser jirrapporta dwar l-eżitu tal-laqgħa tal-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport (EYCS) tal-UE u ser jippreżenta rapport bil-miktub dwar l-eżitu tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar l-Isport (WPS).

4.

Waqt li jevitaw ix-xogħol doppju mal-CAHAMA, id-delegati tal-Istat Membri, imlaqqgħin fi ħdan id-WPS jistgħu jikkoordinaw pożizzjoni komuni dwar kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Istati Membri, dment li jkun hemm valur miżjud ċar ta’ tali pożizzjoni komuni. Il-pożizzjoni komuni hija soġġetta għall-approvazzjoni mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper), dment li l-Istati Membri jilħqu qbil differenti.

5.

Kwalunkwe pożizzjoni komuni maqbula mill-Istati Membri tal-UE trid tkun konsistenti ma’ kwalunkwe pożizzjoni maqbula tal-UE u ser tiġi ppreżentata mill-Presidenza fil-laqgħat tal-CAHAMA. L-Istati Membri tal-UE għandhom ifittxu li jinkludu din il-pożizzjoni komuni fil-pożizzjoni tal-kontinent Ewropew imħejjija mill-CAHAMA.

6.

Ir-rappreżentanti mill-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA ser jitkellmu u jivvutaw dwar kwistjonijiet f’konformità mal-pożizzjoni tal-kontinent Ewropew maqbula mill-CAHAMA, dment li tali pożizzjoni tkun konsistenti mal-acquis tal-UE.

7.

Sal-31 ta’ Diċembru 2021, ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, ser jeżaminaw l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ din ir-Riżoluzzjoni u jqisu jekk ikunux meħtieġa xi aġġustamenti għall-arranġament stabbilit minn din ir-Riżoluzzjoni.

8.

Din ir-Riżoluzzjoni, inkluż l-Arranġamenti mehmuża rigward ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA, u l-Arranġamenti Prattiċi rigward il-preparazzjonijiet għal-laqgħat tal-WADA dwar kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Unjoni adottati mill-Kunsill fit-23 ta’ Mejju 2019, jissostitwixxu r-Riżoluzzjoni 2011/C/372/02 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA u l-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri tagħha qabel il-laqgħat tal-WADA (6).

(1)  ĠU C 356, 12.12.2000, p. 1.

(2)  ĠU C 324, 1.12.2010, p. 18.

(3)  ĠU C 372, 20.12.2011, p. 7.

(4)  ĠU C 417, 15.12.2015, p. 45.

(5)  Il-Kumitat Ewropew Ad Hoc għall-Aġenzija Dinjija tal-Antidoping (CAHAMA) huwa kumitat ta’ esperti responsabbli għall-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ Stati parti għall-Konvenzjoni Kulturali Ewropea li jaġixxu f’isem l-Aġenzija Dinjija kontra d-Doping (WADA).

(6)  ĠU C 372, 20.12.2011, p. 7.


ANNESS I

Arranġamenti rigward ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA

L-Istati Membri tal-UE jaqblu dwar is-sistema ta’ rappreżentazzjoni li ġejja:

RAPPREŻENTANTI MILL-ISTATI MEMBRI LI JIFFURMAW IT-TRIJU TA’ PRESIDENZI FIL-KARIGA U DAK FUTUR:

L-Istati Membri li jiffurmaw it-Triju ta’ Presidenzi fil-kariga ser jagħżlu, wara konsultazzjoni interna, wieħed minnhom bħala rappreżentant tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA. L-Istat Membru magħżul, wara l-proċeduri interni tiegħu, ser jinnomina rappreżentant għal dak il-għan. Dan ir-rappreżentant għandu jkun il-persuna responsabbli fil-livell ministerjali għall-isport fl-Istat Membru. L-Istat Membru magħżul biex jipprovdi rappreżentant u l-isem ta’ dak ir-rappreżentant ser jiġi notifikat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE (SĠK).

Jekk ir-rappreżentant jieqaf mill-funzjonijiet tiegħu/tagħha fil-livell ministerjali, l-Istat Membru jinnomina sostitut inkarigat mill-isport fil-livell ministerjali.

Ir-regoli msemmija hawn fuq ser japplikaw ukoll għall-Istati Membri li jiffurmaw it-Triju ta’ Presidenzi futur.

Il-mandat tar-rappreżentanti msemmija hawn fuq huwa ta’ tliet snin.

Ir-rappreżentant mill-Istati Membri li jiffurmaw it-Triju ta’ Presidenzi futur ser jibqa’ fil-kariga anke wara li dan isir it-Triju ta’ Presidenzi fil-kariga sabiex tiġi żgurata l-kontinwità u ż-żamma tal-mandat ta’ tliet snin.

ESPERT FIL-LIVELL TA’ GVERN INNOMINAT B’MOD KONĠUNT MILL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL:

Proposti għal rappreżentant espert ser jiġu ppreżentati mill-Istati Membri mhux aktar tard minn xahar qabel il-laqgħa tal-Kunsill tal-UE, li matulha għandha sseħħ in-nomina. Il-proposti mhux ser jinkludu Ministri mill-Istati Membri li jiffurmaw it-Triju ta’ Presidenzi fil-kariga jew it-Triju ta’ Presidenzi futur. Il-proposti għal rappreżentant espert għandhom jintbagħtu lis-SĠK.

Fil-każ li jkun hemm aktar minn kandidatura waħda għar-rappreżentant espert, il-Presidenza ser tfittex il-kunsens tal-Istati Membri li jorganizzaw votazzjoni b’vot indikattiv fid-WPS sabiex jinħatar ir-rappreżentant espert. Il-proċedura tal-votazzjoni ser tiġi proposta mill-Presidenza u maqbula ukoll b’kunsens fost l-Istati Membri.

Il-mandat tar-rappreżentant espert ser ikun ta’ tliet snin dment li hu/hi jwaqqaf/twaqqaf il-funzjoni tiegħu/tagħha fil-livell ministerjali fl-Istat Membru tiegħu/tagħha. F’dan il-każ, proċedura ta’ nomina ġdida ser tiġi inizjata. Ir-rappreżentant espert attwali ser jibqa’ fil-kariga sakemm il-proċedura għal nomina ġdida tkun intemmet. Il-mandat ser ikun konsistenti mar-regoli tal-WADA u fi kwalunkwe każ ser ikun limitat għal mhux aktar minn tliet termini.

REGOLI TRANSIZZJONALI:

Ir-regoli eżistenti dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA, kif jinsabu fir-Riżoluzzjoni tal-2011 imsemmija hawn fuq, ser japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2019.

PROĊESS TA’ APPROVAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL:

L-approvazzjoni tal-espert fil-livell ta’ gvern u l-Istati Membri magħżulin mit-Triju ta’ Presidenzi fil-kariga u dak futur biex jinnominaw rappreżentanti fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA, ser issir mill-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill b’avviż suffiċjentement bil-quddiem.

L-ismijiet tal-membri kollha tal-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA li huma rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE ser jiġu notifikati permezz tas-SĠK lill-WADA.


ANNESS II

Arranġamenti Prattiċi rigward il-preparazzjonijiet għal-laqgħat tal-WADA dwar kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Unjoni

Mingħajr preġudizzju għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (RPK) u d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) rigward il-proċess ta’ teħid ta’deċiżjonijiet tal-UE, il-Kunsill b’hekk jaqbel dwar l-arranġamenti prattiċi li ġejjin bil-ħsieb li jiżgura l-prevedibbiltà u t-trasparenza fil-proċess tal-preparazzjoni għal-laqgħat tal-koordinazzjoni tal-kontinent Ewropew fil-Kunsill tal-Ewropa (CAHAMA) u għal-laqgħat tal-WADA:

1.

Qabel kull laqgħa tal-WADA, il-Kummissjoni hija mistiedna tħejji u tippreżenta lill-Kunsill proposta għal pożizzjoni tal-UE dwar kwistjonijiet fi ħdan il-kompetenza tal-Unjoni, b’fokus fuq l-acquis tal-UE suffiċjentement qabel il-laqgħat tal-CAHAMA u tal-WADA.

2.

Dan l-abbozz ta’ pożizzjoni tal-UE ser jiġi eżaminat mid-WPS.

3.

Ladarba d-WPS jaqbel dwar abbozz ta’ pożizzjoni tal-UE dwar kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenzi tal-Unjoni, tali abbozz ta’ pożizzjoni tal-UE ser jiġi ppreżentat lill-Coreper għall-approvazzjoni. Il-Coreper jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-Kunsill għall-adozzjoni kif meħtieġ jew adatt.

4.

F’każijiet ta’ urġenza, meta jkun meħtieġ li l-pożizzjonijiet jiġu adottati fi żmien qasir, il-Presidenza tista’ tfittex qbil permezz tal-proċedura bil-miktub jew ta’ silenzju.

5.

Fil-każ li l-CAHAMA jintalab li jadotta att li jkollu effetti legali, il-Kummissjoni hija mistiedna tippreżenta proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 218(9) TFUE fir-rigward ta’ dak l-att.

6.

Fil-laqgħat tal-CAHAMA il-Kummissjoni mistiedna tippreżenta l-pożizzjoni tal-UE, sa fejn permess mir-regoli tal-CAHAMA. Inkella, ir-rappreżentant tal-Presidenza ser jippreżentaha.

7.

Fi kwalunkwe waqt u fejn meħtieġ, jistgħu jitlaqqgħu fuq il-post laqgħat ta’ koordinazzjoni tal-UE bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u preseduti mill-Presidenza.

8.

Dawn l-Arranġamenti Prattiċi u r-Riżoluzzjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA u l-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Istati Membri qabel il-laqgħat tal-WADA, adottati fit-23 ta’ Mejju 2019, jissostitwixxu r-Riżoluzzjoni 2011/C/372/02 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Bord ta’ Fondazzjoni tal-WADA u l-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri tagħha qabel il-laqgħat tal-WADA (1).


(1)  ĠU C 372, 20.12.2011, p. 7.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9375 — Clearlake/Insight/Appriss)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 192/02)

Fit-23 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9375. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/5


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Komunikazzjoni 2012/C 72/07 — Linji Gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009

(2019/C 192/03)

Wara li daħal fis-seħħ għalkollox l-obbligu ta’ ħatt l-art stabbilit bl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msejħa “Linji Gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009” (2) hija emendata kif ġej:

1.

il-punt 3(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

jekk l-istokk ikkonċernat jinqabad f’sajd imħallat u nuqqas sinifikanti tal-kwota jkun se jevita lill-ispeċijiet assoċjati f’dik il-qabda mis-sajd imħallat milli jiġu sfruttati; jew”;

2.

il-punt 5 jitħassar.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(2)  ĠU C 72, 10.3.2012, p. 27.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/6


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar approċċ strateġiku tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali u qafas għal azzjoni

(2019/C 192/04)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

FILWAQT LI JIBNI FUQ:

1.

il-Konvenzjoni tal-Unesco tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali (1);

2.

il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2017 dwar approċċ strateġiku tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali (2);

3.

il-Kunsens Ewropew Ġdid għall-Iżvilupp: “Id-Dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-futur tagħna” tas-7 ta’ Ġunju 2017 (3);

4.

il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2018 dwar il-ħtieġa li l-wirt kulturali jitpoġġa fuq quddiem fil-politiki kollha tal-UE (4);

5.

il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2018 dwar il-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2019-2022 (5);

FILWAQT LI JILQA’:

6.

il-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli “Lejn strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali” tal-2016;

7.

il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura” tal-2018;

FILWAQT LI JIEĦU NOTA TA’:

8.

ir-Rapport dwar l-istat attwali tas-sħubija bejn ir-raggruppamenti tal-Istituti Nazzjonali tal-UE għall-Kultura (EUNIC) u d-delegazzjonijiet tal-UE ta’ Lulju 2018 u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu (6);

9.

il-varar tal-proġett “Djar tal-Kultura Ewropea”, immirat lejn l-ittestjar u l-implimentazzjoni ta’ mudelli innovattivi ta’ kollaborazzjoni bejn l-atturi Ewropej u l-partijiet ikkonċernati lokali f’pajjiżi mhux tal-UE (7);

FILWAQT LI JIRRIKONOXXI LI:

10.

il-politika barranija tal-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq l-iżvilupp ta’ solidarjetà politika reċiproka bejn l-Istati Membri, fuq l-identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ interess ġenerali u t-twettiq ta’ konverġenza dejjem akbar tal-azzjonijiet tal-Istati Membri;

11.

l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-kultura hija bbażata fuq il-kompetenza tal-UE li twettaq azzjonijiet biex tappoġġa, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri;

12.

id-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali huma parti integrali mill-valuri tal-Unjoni Ewropea u jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà artistika, ir-rispett u t-tolleranza lejn oħrajn, il-fehim reċiproku, il-prevenzjoni tal-kunflitti, ir-rikonċiljazzjoni u l-ġlieda kontra l-estremiżmu u jikkontribwixxu għad-demokratizzazzjoni, governanza tajba u soċjetajiet aktar paċifiċi;

13.

billi l-ewwel u qabel kollox hija valur fiha nnifisha, il-kultura għandha effetti soċjoekonomiċi pożittivi, ittejjeb il-kwalità tal-ħajja, u r-rwol pożittiv tagħha fir-relazzjonijiet esterni kiseb aktar rikonoxximent;

BIL-GĦAN LI:

14.

isaħħaħ l-effettività u l-impatt tal-politika barranija tal-UE billi jintegra r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali fil-firxa tal-istrumenti tal-politika barranija tiegħu, speċjalment b’perspettiva fit-tul;

15.

itejjeb il-koerenza tal-pożizzjonijiet u l-azzjonijiet tal-UE fil-livell multilaterali sabiex tiżdied l-effettività tal-UE bħala forza koeżiva fir-relazzjonijiet internazzjonali, inkluż billi jitneħħew l-ostakli għall-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha biex joperaw b’mod effettiv;

16.

irawwem it-tagħlim reċiproku, il-fehim interkulturali u l-fiduċja bejn l-UE u s-sħab tagħha fir-relazzjonijiet esterni, filwaqt li jagħti s-setgħa lis-setturi kulturali lokali bħala magni għal żvilupp inklużiv u sostenibbli u għal progress soċjali u kulturali, kif ukoll irawwem id-diversità kulturali, l-innovazzjoni u r-reżiljenza ekonomika;

17.

isaħħaħ b’mod reċiproku d-dimensjonijiet esterni tal-politiki, programmi u proġetti kulturali kif ukoll id-dimensjoni kulturali u kreattiva tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-UE u l-Istati Membri tagħha billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni transsettorjali bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri u fi ħdanhom;

18.

ifittex sinerġiji u komplementarjetà bejn l-attivitajiet imwettqa mill-UE u l-Istati Membri tagħha f’pajjiżi terzi, inkluż ir-rappreżentazzjonijiet diplomatiċi u konsulari tagħhom u n-netwerk tal-EUNIC;

FILWAQT LI JQIS B’MOD XIERAQ:

19.

l-isferi rispettivi ta’ kompetenza tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-SEAE, kif ukoll il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u komplementarjetà;

FILWAQT LI JIRRISPETTA:

20.

id-diversità kulturali, il-libertà artistika u l-indipendenza tas-settur kulturali;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXI L-ĦTIEĠA GĦAL:

21.

approċċ trasversali għall-kultura li jinkludi l-industriji kulturali u kreattivi, l-arti, ix-xjenza, l-edukazzjoni, it-turiżmu u l-wirt kulturali, eċċ.;

22.

it-tkomplija tal-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ beni kulturali;

23.

l-inklużività: għandu jiġi inkuraġġit u ffaċilitat l-involviment tal-Istati Membri f’pajjiżi terzi, inkluż fejn ma jkollhom l-ebda rappreżentanza diplomatika jew konsulari;

24.

spirtu ġdid ta’ djalogu, fehim reċiproku u tagħlim, li jinvolvi l-kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati lokali u mas-soċjetà ċivili fil-livelli kollha (l-ippjanar, it-tfassil, l-implimentazzjoni) u fuq bażi ugwali, li jimmira lejn approċċ minn isfel għal fuq u bejn il-persuni, l-emanċipazzjoni lokali, il-parteċipazzjoni u l-kokreazzjoni;

25.

approċċ deċentralizzat, li jirrikjedi politiki u proġetti adattati għall-kuntest, il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet lokali;

26.

l-ispjegazzjoni u s-sensibilizzazzjoni, inkluż dwar ir-rwoli rispettivi u l-aspettattivi reċiproċi tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri, flimkien mar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari tagħhom, l-istituti u n-netwerks kulturali bħall-EUNIC, kif ukoll partijiet ikkonċernati oħra;

27.

il-flessibbiltà fit-tfassil ta’ għodod finanzjarji u amministrattivi, sabiex jiġu appoġġati wkoll proġetti ta’ daqs żgħir u medju u jitqabblu l-kapaċitajiet lokali;

GĦALHEKK JISTABBILIXXI L-QAFAS LI ĠEJ GĦAL AZZJONI BILLI JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

28.

itejbu, fejn xieraq, il-kollaborazzjoni bejn il-ministeri rilevanti, b’mod partikolari l-ministeri tal-kultura u l-affarijiet barranin;

29.

fejn rilevanti, jiżviluppaw aktar netwerks eżistenti għall-iżvilupp tal-għarfien u l-kompetenza u jinkoraġġixxu l-iskambju bejn l-akkademja u dawk li jaħdmu fil-qasam tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali;

30.

jagħmlu użu, meta jkollhom il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE, mil-laqgħat informali ta’ uffiċjali għolja fil-ministeri tal-kultura u uffiċjali għolja għall-kultura fil-ministeri tal-affarijiet barranin biex janalizzaw u jakkumpanjaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-approċċ strateġiku, flimkien ma’ laqgħat tal-Kunsill u l-korpi preparatorji ġeografiċi u tematiċi rilevanti tiegħu, li jibqgħu l-awtorità prinċipali għall-gwida politika, it-tiswir ta’ deċiżjonijiet u t-teħid ta’ deċiżjonijiet;

31.

isaħħu l-parteċipazzjoni tagħhom fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ strateġiji u proġetti kulturali lokali komuni f’pajjiżi terzi. Il-EUNIC u l-kooperazzjoni bejn rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari jistgħu jikkontribwixxu għall-kisba ta’ dan l-objettiv;

FILWAQT LI JAPPELLA LILL-KUMMISSJONI U LIR-RAPPREŻENTANT GĦOLI TAL-UNJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA’ SIGURTÀ BIEX:

32.

jinkorporaw l-prinċipji u l-objettivi ta’ dan l-approċċ strateġiku u jsaħħu l-kollaborazzjoni mal-korpi rilevanti tal-Kunsill fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-oqfsa tematiċi u ġeografiċi eżistenti u futuri, bħal fil-kuntest tat-tkabbir, l-iżvilupp u l-pajjiżi tal-PEV jew sħab strateġiċi;

33.

jiżguraw l-għarfien espert xieraq fil-qasam tar-relazzjonijiet kulturali;

34.

jiddeżinjaw “punti fokali kulturali” u jiżguraw kapaċitajiet adegwati għall-kultura fid-delegazzjonijiet tal-UE;

35.

jistabbilixxu punt ta’ kuntatt uniku fuq l-Internet b’aċċess għal informazzjoni dwar il-politiki, il-programmi u l-azzjonijiet tal-UE mwettqa mill-Kummissjoni u s-SEAE rigward ir-relazzjonijiet kulturali internazzjonali;

36.

jinkludu l-aspett tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, fejn xieraq, fir-rappurtar regolari dwar azzjonijiet u programmi ta’ politika barranija, inkluż fil-kuntest tal-Istrateġija Globali;

FILWAQT LI JAPPELLA LILL-ISTATI MEMBRI, LILL-KUMMISSJONI U LIR-RAPPREŻENTANT GĦOLI TAL-UNJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA’ SIGURTÀ, FL-ISFERI TA’ KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM U B’KUNSIDERAZZJONI XIERQA GĦALL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ U L-KUMPLIMENTARJETÀ, BIEX:

37.

issaħħu l-koordinazzjoni, is-sinerġiji u l-gwida strateġika dwar l-aħjar mod biex jiġu promossi r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, b’mod partikolari permezz tal-impenn regolari tal-Kunsill u l-korpi preparatorji u l-gruppi ta’ esperti ddedikati rilevanti tiegħu;

38.

ikomplu jsaħħu r-rwol tal-kultura fil-politiki u l-programmi fi ħdan il-qafas tar-relazzjonijiet esterni, inkluż skont il-PESK;

39.

jippromwovu l-kooperazzjoni skont l-objettivi ta’ dan l-approċċ strateġiku ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari l-Unesco u l-Kunsill tal-Ewropa;

40.

iżidu l-isforzi biex jilħqu pożizzjonijiet komuni tal-UE fil-fora u n-netwerks multilaterali u, fejn xieraq, jitkellmu b’vuċi waħda dwar kwistjonijiet li għandhom impatt fuq ir-relazzjonijiet kulturali internazzjonali;

41.

jappoġġaw l-isforzi biex jissaħħaħ ir-rwol tal-kultura bħala faċilitatur orizzontali tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli;

42.

jiffaċilitaw, permezz tal-oqfsa istituzzjonali u legali xierqa u l-miżuri ta’ appoġġ, il-mobbiltà tal-artisti u l-professjonisti kulturali bejn l-UE u pajjiżi terzi;

43.

jiżviluppaw sħubiji ma’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet internazzjonali li jippromwovu r-rwol tal-kultura u tal-wirt kulturali biex iġibu l-paċi fiż-żoni ta’ konflitt u żoni ta’ wara l-konflitt;

44.

jagħmlu sforz partikolari fl-implimentazzjoni ta’ proġetti komuni u azzjonijiet konġunti f’pajjiżi terzi bbażat fuq viżjoni strateġika komuni żviluppata fil-livell lokali mill-Istati Membri, ir-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari tagħhom, l-istituti kulturali tagħhom, il-EUNIC, id-delegazzjonijiet tal-UE u l-partijiet ikkonċernati lokali; għandhom jiġu żviluppati oqfsa u strumenti adegwati għal dak il-għan;

45.

jagħmlu użu aħjar mill-fora, il-mekkaniżmi, in-netwerks u l-bażijiet ta’ data eżistenti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajba, inkluż il-Pjattaforma ta’ Diplomazija Kulturali.

(1)  https://en.unesco.org/creativity/convention

(2)  ĠU C 189, 15.6.2017, p. 38.

(3)  ĠU C 210, 30.6.2017, p. 1.

(4)  ĠU C 196, 8.6.2018, p. 20.

(5)  ĠU C 460, 21.12.2018, p. 12.

(6)  https://www.eunicglobal.eu/news/report-on-the-current-state-of-the-partnership-between-eunic-clusters-and-eu-delegations

(7)  https://www.eunicglobal.eu/european-houses-of-culture


ANNESS

Referenzi politiċi ewlenin

Il-Konvenzjoni tal-Aja għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta’ Konflitt Armat tal-1954;

il-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-Mezzi ta’ Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, tal-Esportazzjoni u tat-Trasferiment Illeċitu tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali tal-1970;

il-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-Protezzjoni tal-Patrimonju Dinji Kulturali u Naturali tal-1972;

il-Konvenzjoni tal-Unesco għall-Ħarsien tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli tal-2003;

il-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali tal-2005;

l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2015;

il-Konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-kultura, il-wirt arkitettoniku, il-wirt arkeoloġiku, il-valur tal-wirt kulturali għas-soċjetà u l-pajsaġġ;

il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-promozzjoni tad-diversità kulturali u tad-djalogu interkulturali fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha;

il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2015 dwar il-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE b’attenzjoni fuq il-kultura fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Ottubru 2016 dwar l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-UE


7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/11


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-titjib fiċ-ċirkolazzjoni transfruntiera ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, b’enfasi fuq il-koproduzzjonijiet

(2019/C 192/05)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

FILWAQT LI JFAKKAR:

fil-kuntest politiku kif stabbilit fl-Anness I (1) għal dawn il-konklużjonijiet, u b’mod partikolari l-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2019-2022, adottat fis-27 ta’ Novembru 2018,

JAGĦRAF LI

1.

Id-diversità kulturali u lingwistika tal-Ewropa tirrappreżenta assi importanti għas-settur awdjoviżiv Ewropew. Meta japprofitta mill-aqwa użu tat-teknoloġiji diġitali online, il-kontenut awdjoviżiv jista’ jegħleb il-konfini ġeografiċi u lingwistiċi, jippromwovi d-diversità kulturali u jaqsam il-valuri Ewropej, biex b’hekk irawwem sens ta’ appartenenza għal spazju kulturali komuni u l-kompetittività tas-settur awdjoviżiv Ewropew.

2.

Ix-xogħlijiet awdjoviżivi, partikolarment films, sensiliet u teledrammi f’episodji, kemm biex jintwerew fiċ-ċinema kif ukoll għal servizzi tal-media awdjoviżiva, jirriflettu r-rikkezza u d-diversità tal-kulturi Ewropej u jikkostitwixxu wirt li jeħtieġ li jkun promoss u ppreservat għall-ġenerazzjonijiet futuri u minnhom stess.

3.

L-iżvilupp diġitali għamel possibbli l-koeżistenza tat-teatri taċ-ċinema u tas-servizzi tal-media awdjoviżivi lineari u nonlineari, li ħalliet impatt fuq id-drawwiet u l-preferenzi tal-udjenzi (2). Madankollu, it-teatri taċ-ċinema għadhom il-pjattaforma ewlenija għall-esplojtazzjoni kummerċjali ta’ films twal (3).

4.

Ittieħdu passi importanti fil-livell Ewropew biex tiġi indirizzata l-piraterija awdjoviżiva online, iżda huma meħtieġa aktar sforzi biex tissaħħaħ l-ekonomija kreattiva fl-era diġitali, sabiex titħares id-diversità kulturali tagħha u jiġi żgurat li aktar xogħlijiet ikunu disponibbli għan-nies madwar l-Ewropa u lil hinn minnha.

5.

Ġeneralment, iċ-ċirkolazzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi tiġi stimulata b’miżuri ta’ finanzjament nazzjonali u internazzjonali marbuta mal-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, inkluż matul l-istadju tal-iżvilupp permezz ta’ mezzi diġitali differenti, kif ukoll wirjiet f’festivals, fost l-oħrajn. Il-qafas legali awdjoviżiv Ewropew, b’mod partikolari d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, huwa pilastru importanti biex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-produzzjonijiet awdjoviżivi Ewropej fil-pajjiżi tal-UE.

6.

Studji (4) mill-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew juru li parti kbira mill-films prodotti fl-UE huma koproduzzjonijiet Ewropej u jindikaw il-vantaġġi tal-koproduzzjoni, jiġifieri l-possibbiltà li jintlaħqu udjenzi u swieq akbar milli għal films nazzjonali (5) u li jibbenefikaw minn aktar sorsi ta’ finanzjament, inkluż il-finanzjament pubbliku (6). Barra minn hekk, il-koproduzzjonijiet jirriżultaw minn kooperazzjoni kreattiva, finanzjarja u prattika msejsa fuq il-kondiviżjoni tal-għarfien espert u jibnu pontijiet bejn żoni u kuntesti ġeografiċi u lingwistiċi differenti, waqt li jħallu effetti pożittivi fuq is-sħab, kemm maġoritarji kif ukoll minoritarji, tal-koproduzzjoni u fuq is-settur awdjoviżiv kollu kemm hu.

7.

It-titjib taċ-ċirkolazzjoni transfruntiera tax-xogħlijiet awdjoviżivi permezz ta’ pjattaformi u katalgi differenti jeħtieġ approċċ koerenti għall-politiki f’dan il-qasam, inkluż fir-rigward tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda bħall-intelliġenza artifiċjali.

8.

Qafas regolatorju xieraq skont il-ħtieġa u komplementarjetà bejn is-sorsi differenti ta’ finanzjament huma meħtieġa biex jiġu inkoraġġiti l-ħolqien u l-produzzjoni ta’ kwalità għolja fis-settur awdjoviżiv, waqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-swieq awdjoviżivi u l-kapaċitajiet tagħhom, il-politiki u l-miżuri eżistenti ta’ appoġġ fil-livell nazzjonali, kif ukoll l-ispeċifiċitajiet tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament u għoti ta’ liċenzji għal ċerti xogħlijiet awdjoviżivi, sikwit ibbażati fuq l-għoti ta’ liċenzji territorjali esklużivi. Fil-maġġoranza tal-każijiet, il-fondi nazzjonali għal films bi skemi ta’ appoġġ differenti u tipi differenti ta’ għotjiet, self, inċentivi fiskali u mekkaniżmi ta’ finanzjament Ewropej għal proġetti multilaterali, bħas-sottoprogram MEDIA u Eurimages, jipprovdu lis-settur awdjoviżiv b’riżorsi vitali għall-proġetti tiegħu. Filwaqt li qed jiġu ttestjati u żviluppati għodod ġodda ta’ finanzjament, il-bejgħ minn qabel lil xandara pubbliċi u privati u lil distributuri minn pajjiżi differenti, u l-investimenti tagħhom, jibqgħu essenzjali għall-finanzjament ta’ films Ewropej (7). Mil-livell reġjonali sa dak Ewropew, il-fondi pubbliċi żviluppaw dejjem aktar opportunitajiet finanzjarji, inkluż inċentivi ta’ produzzjoni u skemi ta’ koproduzzjoni minoritarji.

9.

Is-settur awdjoviżiv Ewropew huwa karatterizzat minn speċifiċitajiet ġeografiċi u/jew lingwistiċi, li jistgħu jkunu l-kawża ta’ frammentazzjoni tas-suq. Bil-ħsieb li dan jingħeleb, il-koproduzzjonijiet jistgħu jsaħħu ċ-ċirkolazzjoni internazzjonali tax-xogħlijiet awdjoviżivi u jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet nazzjonali ta’ produzzjoni u distribuzzjoni u fiż-żieda tal-kompetittività u l-viżibbiltà tal-produzzjonijiet awdjoviżivi nazzjonali.

10.

Il-preżenza ta’ koproduzzjonijiet f’festivals tal-films għandha l-potenzjal li tiżgura l-viżibbiltà ta’ xogħlijiet ta’ kwalità u żżid iċ-ċirkolazzjoni tagħhom. Il-festivals tal-films jaqdu wkoll rwol importanti fit-trawwim tal-kooperazzjoni (pereżempju bil-kondiviżjoni ta’ riżorsi u tagħrif espert) bejn atturi differenti fil-katina tal-valur.

FILWAQT LI F’DAN IL-KUNTEST JENFASIZZAW LI:

11.

Fil-qafas tal-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2015-2018, ġie stabbilit grupp ta’ esperti dwar il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni (OMC) b’rabta maċ-ċirkolazzjoni tal-films Ewropej. Huwa rrakkomanda li jitħeġġeġ aktar investiment fil-koproduzzjonijiet billi jkunu inċentivati l-koproduzzjonijiet f’oqfsa legali nazzjonali u fi skemi ta’ appoġġ awdjoviżiv, inkluż bl-appoġġ ta’ fondi bilaterali għal koproduzzjoni jew kożvilupp. Irrakkomanda wkoll li jiġu mħeġġa l-koproduzzjonijiet bejn sħab varji minn firxa wiesgħa ta’ Stati Membri.

12.

Fil-kuntest tal-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2019-2022, grupp ġdid ta’ esperti OMC ser jiffoka fuq il-koproduzzjonijiet fis-settur awdjoviżiv. Il-grupp għandu jibni fuq il-ħidma tal-grupp espert OMC dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ films Ewropej u huwa mistenni jivvaluta b’mod aktar speċifiku l-koproduzzjonijiet, inkluż ma’ pajjiżi mhux tal-UE, u jirrapporta rakkomandazzjonijiet konkreti lill-Kunsill.

13.

Fid-dawl tal-iżviluppi msemmija hawn fuq, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali, fil-limitu tar-riżorsi eżistenti, lil żewġ linji ta’ azzjoni:

A.   MIŻURI DIRETTI BIEX JINKORAĠĠIXXU L-KOPRODUZZJONIJIET

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

JISSOTTOLINJA LI:

14.

Kemm is-sħab maġġoritarji kif ukoll dawk minoritarji ta’ koproduzzjoni jibbenefikaw mill-opportunitajiet li tipprovdi l-kooperazzjoni, f’termini ta’ fondi, faċilitajiet tekniċi, għarfien espert, valuri għolja ta’ produzzjoni u ċ-ċirkolazzjoni msaħħa miksuba mill-koproduzzjoni.

15.

Il-fondi, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji nazzjonali tal-films – ta’ spiss fil-kuntest ta’ ftehimiet ta’ koproduzzjoni – jagħtu kontribut sinifikanti għall-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tal-koproduzzjonijiet fl-Ewropa billi jappoġġawhom fil-fażijiet kollha (l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni).

16.

Is-sottoprogramm MEDIA 2014-2020 huwa magħmul minn ħafna skemi ta’ finanzjament u azzjonijiet differenti li jinkoraġġixxu u jappoġġaw il-koproduzzjonijiet Ewropej. L-appoġġ dirett tiegħu lill-koproduzzjonijiet jinkludi l-operazzjoni ta’ fondi għall-koproduzzjoni internazzjonali, azzjonijiet speċifiċi skont l-iskema tal-iżvilupp (finanzjament individwali jew tat-tip slate) u l-iskema tal-programmazzjoni tat-TV, u appoġġ għall-istrateġiji ta’ distribuzzjoni li jtejbu ċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet iffinanzjati.

17.

Filwaqt li t-trattati jew il-ftehimiet bilaterali ta’ koproduzzjoni jiffaċilitaw l-aċċess għas-sistemi nazzjonali ta’ finanzjament u ta’ appoġġ, il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Koproduzzjoni Ċinematografika tal-Kunsill tal-Ewropa (1992, riveduta fl-2017) tipprovdi qafas legali komprensiv u standards għall-koproduzzjonijiet multilaterali u għall-koproduzzjonijiet bilaterali bejn partijiet li ma jkunux daħlu fi trattat bilaterali.

18.

Eurimages, il-fond ta’ appoġġ kulturali tal-Kunsill tal-Ewropa, huwa strument importanti ħafna biex jingħata finanzjament għall-koproduzzjonijiet u huwa rilevanti għad-distribuzzjoni u l-esplojtazzjoni kummerċjali ta’ films twal, animazzjonijiet u films dokumentarji.

19.

Il-koproduzzjonijiet fost il-pajjiżi li huma qrib xulxin ġeografikament u/jew kulturalment, f’xi każijiet saħħu l-prattika ta’ kooperazzjoni strutturata tul il-katina tal-valur.

20.

Kemm il-koproduzzjonijiet Ewropej kif ukoll dawk internazzjonali, spiss appoġġati mill-fondi reġjonali, nazzjonali u Ewropej imsemmija hawn fuq, urew potenzjal ta’ ċirkolazzjoni msaħħaħ u sikwit kienu ppremjati bl-aktar premjijiet u rikonoxximenti għall-films prestiġjużi fid-dinja.

21.

L-opportunitajiet ġodda offruti mill-ambjent diġitali qegħdin kull ma jmur jintużaw minn produtturi fl-istruttura u l-proċess ta’ koproduzzjoni internazzjonali.

22.

Ir-rekwiżiti amministrattivi differenti fost il-korpi ta’ finanzjament pubbliku u diversi settijiet ta’ regoli fil-livell reġjonali, nazzjonali, u Ewropew jistgħu xi kultant ikunu ta’ sfida għas-sħab f’koproduzzjoni, mil-lat tekniku, artistiku u finanzjarju.

23.

Waqt li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet huwa limitat għall-koproduzzjonijiet minn fost il-pajjiżi Ewropej, importanti li jiġi ssottolinjat l-interess dejjem jiżdied fis-settur awdjoviżiv Ewropew f’koproduzzjonijiet ma’ pajjiżi ewlenin mhux Ewropej. Minbarra li jinvolvi talenti mid-dinja kollha, dan għandu potenzjal għoli li jżid iċ-ċirkolazzjoni internazzjonali ta’ xogħlijiet Ewropej koprodotti.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FIL-LIMITI TAL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM, BIEX:

24.

jibqgħu jinkoraġġixxu l-koproduzzjonijiet Ewropej bejn pajjiżi b’kapaċitajiet awdjoviżivi diversi u/jew bejn pajjiżi b’żona lingwistika jew ġeografika ristretta, kif ukoll iċ-ċirkolazzjoni u l-viżibbiltà ta’ dawn ix-xogħlijiet;

25.

jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jaqsmu prattiki tajba u jidentifikaw soluzzjonijiet għas-simplifikazzjoni amministrattiva, il-koerenza u t-trasparenza tar-regoli ta’ fondi pubbliċi differenti, inkluż permezz tat-teknoloġiji diġitali, sabiex ikomplu jiffaċilitaw il-koproduzzjonijiet Ewropej;

26.

iqisu l-possibbiltà li jtejbu ċ-ċirkolazzjoni, il-promozzjoni u l-esplojtazzjoni kummerċjali tal-films waqt it-tfassil tal-iskemi ta’ appoġġ tagħhom u jikkunsidraw il-valutazzjoni tal-iskemi pubbliċi tagħhom tal-iffinanzjar fid-dawl ta’ objettivi ċari dwar il-kwalità ta’ xogħlijiet kofinanzjati u tal-potenzjal tagħhom li jiċċirkolaw fl-UE;

27.

iħeġġu lill-atturi kollha, inkluż il-fornituri tas-servizzi tal-kontenut online, biex jikkondividu data dwar l-udjenza mal-awtoritajiet pubbliċi u mad-detenturi tad-drittijiet u jużaw din id-data sabiex ikunu jafu l-udjenza tagħhom u jifhmuha aħjar sabiex jadattaw l-iskemi ta’ appoġġ kif xieraq.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

28.

jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ appoġġ, inkluż skemi għall-koproduzzjonijiet minoritarji, biex jissupplimentaw il-finanzjament privat u l-istrumenti finanzjarji Ewropej, sabiex iħeġġu l-produzzjoni u l-promozzjoni tax-xogħlijiet Ewropej fuq il-pjattaformi kollha;

29.

jappoġġaw aktar il-fondi reġjonali u nazzjonali fir-rwol essenzjali tagħhom ta’ faċilitaturi ta’ koproduzzjonijiet, filwaqt li fejn possibbli jiżguraw il-komplementarjetà tagħhom mal-miżuri ta’ appoġġ;

30.

jużaw teknoloġiji ġodda fid-diġitalizzazzjoni tal-proċess kuntrattwali u ta’ finanzjament sabiex jissimplifikaw l-aċċess għall-finanzjament, jiżguraw użu aktar effiċjenti u trasparenti tal-flejjes pubbliċi u jnaqqsu l-għadd ta’ kwistjonijiet legali li jirriżultaw b’rabta mal-koproduzzjoni;

31.

jenfasizzaw ir-rwol tal-produtturi indipendenti fil-proċess ta’ koproduzzjoni.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:

32.

tesplora modi kif tista’ tiżviluppa, tippromwovi u tissimplifika aktar l-opportunitajiet ta’ finanzjament għall-koproduzzjonijiet skont is-sottoprogramm MEDIA;

33.

tippromwovi miżuri għall-kisba ta’ viżibbiltà u ċirkolazzjoni aħjar ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, filwaqt li tiżgura kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni li jqisu l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi u lingwistiċi tal-Istati Membri f’termini ta’ produzzjoni, distribuzzjoni u kapaċitajiet ta’ udjenzi;

34.

tqis għażliet li jistgħu jittieħdu għat-tkabbir tal-viżibbiltà tas-sħab kollha tal-koproduzzjoni – kemm is-sħab maġġoritarji kif ukoll dawk minotarji – għal xogħlijiet appoġġati mis-sottoprogramm MEDIA;

35.

f’kooperazzjoni mal-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew, tippreżenta valutazzjoni tal-koproduzzjonijiet fl-Ewropa, inkluż inventarju tal-opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq għall-koproduzzjonijiet, filwaqt li tissuġġerixxi modi kif issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħhom;

36.

issaħħaħ il-kooperazzjoni, id-djalogu politiku strutturat u l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-korpi reġjonali u nazzjonali rilevanti, aġenziji tal-films Ewropej, id-Diretturi tal-Aġenzija Ewropea tal-Films (EFADs), kif ukoll mal-Kunsill tal-Ewropa, b’mod partikolari Eurimages u l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew, waqt li tfittex sinerġiji possibbli u opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni u tgħarraf lill-Istati Membri b’dawn l-iskambji;

37.

tesplora għażliet għall-appoġġ ta’ inizjattivi bħal laboratorji ta’ kreattività jew kmamar għall-kitba, fejn il-produtturi, l-awturi u d-diretturi jkunu jistgħu jaħdmu flimkien fuq l-iżvilupp ta’ koproduzzjonijiet;

B.   APPOĠĠ GĦAL EKOSISTEMA SOSTENIBBLI GĦALL-KOPRODUZZJONIJIET

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

JISSOTTOLINJA LI:

38.

Il-potenzjal tal-koproduzzjonijiet Ewropej jista’ jiġi sfruttat aktar billi titrawwem ekosistema li matul il-katina kollha tal-produzzjoni tinkoraġġixxi u tippromwovi xogħlijiet koprodotti. Dan jinkludi miżuri ta’ implimentazzjoni għall-appoġġ indirett tal-koproduzzjonijiet, iżda wkoll il-faċilitazzjoni tal-kollaborazzjoni fl-istadju tal-kitba tal-iskritt u l-iżvilupp, u d-distribuzzjoni tax-xogħlijiet koprodotti u l-aċċess għalihom wara li jinħarġu.

39.

Kif irrakkomandat mill-grupp ta’ esperti OMC dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-films Ewropej inġenerali, biex tiżdied iċ-ċirkolazzjoni, jenħtieġ li ssir azzjoni f’oqsma bħall-promozzjoni, it-teatri taċ-ċinema, il-festivals, il-VOD, id-data dwar l-udjenza, l-iskemi ta’ appoġġ, il-kooperazzjoni politika, l-aċċess għall-finanzi, u l-monitoraġġ tar-riżultati tal-finanzjament pubbliku;

40.

It-trasparenza tal-appoġġ finanzjarju offrut lill-koproduzzjonijiet jenħtieġ li tkun żgurata. B’mod partikolari, l-informazzjoni li tikkonċerna l-finanzjament pubbliku dirett jew indirett li jirċievu l-proġetti ta’ koproduzzjoni minn sorsi differenti - kemm jekk ikunu (sotto)nazzjonali jew inkella Ewropej - jenħtieġ li tkun aċċessibbli għall-korpi pubbliċi ta’ finanzjament.

41.

Skont is-sottoprogramm MEDIA, il-miżuri indiretti sabiex jinkoraġġixxu l-koproduzzjonijiet jinkludu t-taħriġ, l-aċċess għas-swieq u l-attivitajiet internazzjonali ta’ networking li jinkoraġġixxu u jżidu l-kapaċità għall-kooperazzjoni transfruntiera.

42.

Id-distribuzzjoni u l-esplojtazzjoni kummerċjali huma stadji ewlenin fil-bini tal-udjenzi għax-xogħlijiet koprodotti. In-netwerk Europa Cinemas, iffinanzjat mis-sottoprogramm MEDIA, jagħti appoġġ sinifikanti lill-wiri ta’ films Ewropej mhux nazzjonali. Madankollu, huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġi żgurat li xogħlijiet koprodotti jiġu distribwiti, sfruttati kummerċjalment, u promossi internazzjonalment fuq il-kanali u l-pjattaformi kollha tad-distribuzzjoni. B’mod partikolari, il-kooperazzjoni fil-promozzjoni ta’ xogħlijiet koprodotti hija essenzjali biex jiġi żgurat is-suċċess internazzjonali tagħhom.

43.

Ġeneralment, il-politiki fis-settur awdjoviżiv għandhom fil-qalba tagħhom il-provvista ta’ kontenut ta’ kwalità għolja u varjat kulturalment u lingwistikament. Huwa essenzjali li jiġu żviluppati udjenzi għal xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej ta’ kwalità għolja, oriġinali u innovattivi u jkunu appoġġati l-viżibbiltà ta’ dan it-tip ta’ kontenut u l-aċċess għalih. Skont l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew, hemm żbilanċ sinifikanti bejn l-għadd ta’ films Ewropej maħruġa u s-sehem tagħhom mit-total tal-entrati u għalhekk huwa essenzjali li jissaħħu l-konnessjonijiet bejn il-films u l-udjenzi maħsuba għalihom.

44.

Rigward id-distribuzzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi permezz ta’ pjattaformi diġitali, huwa importanti li tiġi żgurata ekosistema bilanċjata u rispett għad-dritt tal-awtur, bħala mezz ta’ appoġġ lill-kreattività.

45.

It-talent jinsab fil-qalba tas-settur awdjoviżiv Ewropew. Għaldaqstant, l-investiment fil-professjonisti tas-settur awdjoviżiv Ewropew – inkluż fit-taħriġ tagħhom – jibqa’ prekondizzjoni għal ekosistema kompetittiva.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FIL-LIMITI TAL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM U FIL-LIMITU TAR-RIŻORSI EŻISTENTI, BIEX:

46.

Jappoġġaw aktar is-settur awdjoviżiv u jikkunsidraw l-użu ta’ programmi settorjali biex jilħqu dan l-oġġettiv.

47.

Ikomplu jippromwovu miżuri li jagħtu appoġġ indirett lill-koproduzzjonijiet, inkluż in-networking internazzjonali, it-taħriġ lill-professjonisti tal-films, l-iżvilupp tat-talent, sessjonijiet ta’ ħidma ta’ koproduzzjoni, l-iskambju ta’ prattiki tajba u attivitajiet ta’ kooperazzjoni, peress li l-proċessi kreattivi kollaborattivi għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw proġetti ta’ kwalità għolja li jirnexxu.

48.

Jivvalutaw jekk ikunx opportun li jistabbilixxu miżuri speċifiċi biex jinkoraġġixxu lill-professjonisti żgħażagħ jiżviluppaw u jvaraw l-ewwel proġetti tagħhom, u b’hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp taċ-ċinema Ewropea;

49.

Jiffaċilitaw l-aċċess tal-udjenzi għal xogħlijiet u kontenut awdjoviżivi permezz ta’ miżuri li jinkoraġġixxu promozzjoni u distribuzzjoni transfruntiera usa’, inkluż l-iżvilupp ta’ teknoloġiji diġitali għad-doppjaġġ u s-sottotitolaġġ f’kemm lingwi Ewropej possibbli. Dan jinkludi xogħlijiet awdjoviżivi koprodotti minn pajjiżi jew reġjuni li l-lingwi tagħhom mhumiex mitħaddta wisq, bil-ħsieb li tkun promossa d-diversità lingwistika waqt li fl-istess ħin jingħelbu l-ostakli li jġibu magħhom il-lingwi jew il-bżonnijiet speċjali;

50.

Iżidu l-isforzi biex jiżguraw li x-xogħlijiet koprodotti jkunu appoġġati u promossi tul il-katina kollha tal-valur, inkluż fil-livell transfruntier, u li jilħqu l-akbar udjenza internazzjonali possibbli.

51.

Ikomplu jikkooperaw fl-iżvilupp ta’ Direttorju tal-Films Ewropej, li ser iġib aktar viżibbiltà u trasparenza lix-xogħlijiet koprodotti Ewropej disponibbli online.

52.

Jinkoraġġixxu d-djalogu strutturat u komprensiv mal-aktar firxa wiesgħa possibbli ta’ partijiet ikkonċernati privati, sabiex iżommu l-impenn attwali tagħhom li jikkontribwixxu għall-ekosistema tal-koproduzzjonijiet u jiżguraw il-komplementarjetà tas-sorsi ta’ finanzjament;

53.

B’kont dovut meħud tas-sussidjarjetà, jinkoraġġixxu u jappoġġaw aktar inizjattivi ta’ litteriżmu fil-films fl-edukazzjoni formali, informali u nonformali, waqt li jipprovdu l-ħiliet kreattivi liż-żgħażagħ Ewropej u jrawmu l-potenzjal innovattiv tagħhom. Il-litteriżmu fil-films jaqdi rwol fundamentali fl-involviment tal-ġenerazzjonijiet żgħażagħ u jagħtihom il-kapaċità li jiskopru u japprezzaw il-wirt u d-diversità kulturali tal-films Ewropej.

(1)  L-Anness I jelenka dokumenti rilevanti marbuta mal-kwistjonijiet ikkonċernati (atti leġislattivi, konklużjonijiet tal-Kunsill, komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea, eċċ.).

(2)  Skont l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew, fl-2017 il-medja tas-sehem tal-films mill-UE f’37 katalgu tal-pajjiż ta’ abbonamenti għal video on demand (SVOD) kienet ta’ 20 %.

Bħala medja, 22 % tal-films prodotti kull sena fl-UE kienu koproduzzjonijiet, minn 24 % fil-katalgu ta’ Flimmit sa 53 % fil-katalgi ta’ Horizon/UPC Prime. Fis-27 katalgu ta’ Netflix, medja ta’ 36 % tal-films kienu koproduzzjonijiet.

Rigward il-films prodotti u maħruġa fit-teatri taċ-ċinema fl-UE bejn l-2005 u l-2014, 64 % kienu ta’ oriġini mill-UE, 16 % mill-Istati Uniti, 15 % ta’ oriġini internazzjonali u 4 % ta’ oriġini Ewropea oħra. Il-koproduzzjonijiet mhux nazzjonali mill-UE kienu l-maġġoranza tal-films mhux nazzjonali mill-UE fil-katalgi.

(3)  47 % biss tal-films Ewropej maħruġa fiċ-ċinema tul l-istess perijodu kienu inklużi f’minn tal-anqas servizz wieħed ta’ video on demand (VOD), waqt li l-films Ewropej irrappreżentaw madwar 25 % tat-total ta’ films fuq pjattaformi ta’ VOD.

Ara l-istudji 1 u 4 mill-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew, elenkati fl-Anness II.

(4)  Ara l-istudji 1-3 fl-Anness II.

(5)  Il-koproduzzjonijiet sarrfu f’24 % tal-produzzjoni totali fl-Ewropa bejn l-2005 u l-2014, iżda l-entrati madwar id-dinja għall-koproduzzjonijiet ammontaw għal 50,3 % tat-total tal-entrati għall-films Ewropej (56,9 % għall-films mill-UE), fejn qabżu bi ftit l-entrati għal films purament nazzjonali. Bħala medja, l-entrati għall-koproduzzjonijiet Ewropej huma aktar minn tliet darbiet ogħla mill-entrati għal films purament nazzjonali.

(6)  Ara l-istudju 4 fl-Anness II.

(7)  Il-bejgħ minn qabel lix-xandara u lid-distributuri f’diversi territorji sarraf f’total ta’ 41 % tal-volum ta’ finanzjament kumulattiv f’kampjun ta’ 445 film Ewropew twil. Ara l-istudju 5 fl-Anness II.


ANNESS I

Atti Leġislattivi

1.

Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221).

2.

Regolament (UE) 2017/1128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar l-iżgurar tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut online fis-suq intern (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 1).

3.

Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69).

Konklużjonijiet tal-Kunsill

4.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-patrimonju ċinematografiku Ewropew, inkluż l-isfidi tal-era diġitali (ĠU C 324, 1.12.2010, p. 1).

5.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-kontenut Ewropew fl-ekonomija diġitali (ĠU C 457, 19.12.2018, p. 2).

6.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2019-2022 (ĠU C 460, 21.12.2018, p. 12).

7.

Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2017, EUCO 19/17.

Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill

8.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-taħriġ kontinwu (ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1).

Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni

9.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-opportunitajiet u l-isfidi għaċ-ċinema Ewropea fl-era diġitali, 24 ta’ Settembru 2010, COM (2010) 487 final

10.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda Ġdida Ewropea għall-Kultura, 22 ta’ Mejju 2018, COM(2018) 267 final.

Konvenzjonijiet internazzjonali

11.

Konvenzjoni tal-Unesco tal-20 ta’ Ottubru 2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali

12.

Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Koproduzzjoni Ċinematografika (riveduta), 30 ta’ Jannar 2017.

ANNESS II

Studji tal-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew

13.

How do films circulate on VOD services and in cinemas in the European Union? A comparative analysis, Christian Grece, 2016

14.

Film production in Europe. Production volume, co-production and worldwide circulation, Julio Talavera Milla, 2017

15.

YearBook 2017/2018. Key trends. Television, cinema, video-on-demand audiovisual services – the pan-European picture, Francisco Cabrera, Gilles Fontaine, Christian Grece, Marta Jimenez Pumares, Martin Kanzler, Ismail Rabie, Agnes Schneeberger, Patrizia Simone, Julio Talavera, Sophie Valais, 2018

16.

The legal framework for international co-productions, Francisco Javier Cabrera Blázquez, Maja Cappello, Enric Enrich, Julio Talavera Milla, Sophie Valais, 2018, IRIS Plus

17.

Fiction film financing in Europe: A sample analysis of films released in 2016, Martin Kanzler, 2018

7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/18


Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar l-Aċċess għall-isport għall-persuni b’diżabilità

(2019/C 192/06)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL,

BILLI

1.

Sal-2020, l-UE hija mistennija li jkollha 120 miljun persuna b’diżabilità. L-UE tippromwovi l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u l-aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità. Parti fundamentali tal-istrateġija tagħha tinvolvi ħidma lejn Ewropa mingħajr ostakoli (1).

2.

Il-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3, id-definizzjoni ta’ disinn universali kif stabbilita fl-Artikolu 2 u d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-parteċipazzjoni fil-ħajja kulturali, ir-rikreazzjoni, id-divertiment u l-isport stabbiliti fl-Artikolu 30 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD) (2) huma partikolarment rilevanti għall-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabilità fl-attivitajiet sportivi fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor.

3.

Fl-UE, id-diżabilità u l-mard ta’ spiss jissemmew bħala raġunijiet għan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni f’attivitajiet sportivi u fiżiċi (3).

4.

L-isport jista’ jiġi ddisinjat speċifikament għall-persuni b’diżabilità jew adattat sabiex jippermetti l-aċċess għall-persuni b’diżabilità irrispettivament mit-tip ta’ indeboliment, kemm jekk ikun fiżiku, intellettwali jew sensorju. F’ċerti kundizzjonijiet, l-isport għall-persuni b’diżabilità jista’ jiġi pprattikat flimkien ma’ dawk mingħajr diżabilità, li juri n-natura inklużiva tal-isport.

5.

Il-valuri tal-isport fir-rigward tal-inklużjoni soċjali, u b’mod partikolari r-rwol tal-isport fil-promozzjoni u l-kisba tal-integrazzjoni ta’ gruppi ta’ minoranza u dawk emarġinati, huma rikonoxxuti b’mod wiesa’.

6.

L-avvenimenti sportivi ewlenin għall-persuni b’diżabilità kibru fil-popolarità, kif muri mil-Logħob Paraolimpiku tas-sajf u dak tax-xitwa l-aktar reċenti li attiraw udjenza massiva ta’ telespettaturi minn madwar id-dinja, u mill-organizzazzjoni li għadha ssir ta’ avvenimenti internazzjonali ewlenin għall-persuni b’diżabilità.

JENFASIZZA LI

7.

Il-persuni b’diżabilità għandhom aktar probabilità li jkunu soġġetti għal żvantaġġ soċjoekonomiku bħall-faqar u rati ta’ dħul baxx, l-iżolament soċjali, id-diskriminazzjoni, aċċess limitat għas-suq tax-xogħol, aċċess limitat għat-trasport, anqas opportunitajiet edukattivi u aspetti relatati mas-saħħa. Dawn il-kwistjonijiet għandhom impatt negattiv fuq il-possibbiltajiet li persuna b’diżabilità tipparteċipa fl-isport.

8.

B’rabta diretta mal-kuntest sportiv, il-persuni b’diżabilità jista’ jkollhom jegħlbu sfidi fosthom:

(a)

Is-severità ta’ indeboliment tista’ tillimita l-mobilità u saħansitra tikkawża wġigħ fiżiku f’ċertu taħriġ sportiv jew sitwazzjonijiet ta’ logħob. Dan, flimkien ma’ diversi ostakoli, jista’ jiġi aggravat minn perċezzjoni tad-diżabilità tal-persuna stess li tkun negattiva jew li tillimita, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ fiduċja fil-kapaċità tal-persuna li tilgħab l-isport.

(b)

Il-ħtieġa ta’ ħiliet u għarfien speċjalizzati rigward id-diżabilità fost dawk li jaħdmu ma’ persuni b’diżabilità f’kuntest ta’ attività fiżika relatata mal-isport, b’mod partikolari l-għalliema tal-edukazzjoni fiżika, il-kowċis tal-isport u persunal sportiv ieħor.

(c)

Id-disponibilità ta’ infrastruttura sportiva aċċessibbli fir-rigward ta’ faċilitajiet ta’ taħriġ sportiv jew tal-attendenza għalih, faċilitajiet sportivi li fihom jiġi pprattikat sport għall-persuni b’diżabilità, jew avvenimenti sportivi li fihom jistgħu jipparteċipaw persuni b’diżabilità.

(d)

L-ispejjeż finanzjarji addizzjonali relatati mal-akkwist ta’ tagħmir sportiv speċjalizzat jew ma’ servizzi ta’ appoġġ, li mingħajrhom it-taħriġ jew il-logħob sportiv ma jkunx possibbli.

9.

Il-parteċipazzjoni fl-isport għandha titqies mill-perspettiva tal-prattika tal-isport bħala forma ta’ attività fiżika u mill-perspettiva tal-parteċipazzjoni f’attivitajiet soċjali, pereżempju l-attendenza f’avvenimenti sportivi jew il-parteċipazzjoni attiva f’komunità sportiva bħala voluntieri, membri ta’ klabb sportiv jew ta’ klabb tal-partitarji.

10.

Il-parteċipazzjoni fl-isport tista’ tikkontribwixxi għat-titjib tal-benesseri tal-persuni b’diżabilità kif ukoll is-saħħa fiżika u mentali tagħhom, filwaqt li żżid il-mobilità u l-awtonomija personali u tippromwovi l-inklużjoni soċjali.

11.

Il-prattika tal-isport minn età bikrija ġġib magħha benefiċċji ulterjuri għall-persuni b’diżabilità, minħabba l-effett pożittiv fuq l-iżvilupp tal-ħiliet motorji, li huwa kruċjali għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja ġenerali ta’ persuna.

12.

Iż-żieda fl-attenzjoni tal-media mogħtija lill-avvenimenti sportivi tal-ogħla livell għall-persuni b’diżabilità jew lill-atleti b’diżabilità tista’ tkun ta’ ispirazzjoni kemm għall-persuni b’diżabilità kif ukoll mingħajr diżabilità biex jipprattikaw l-isport. Sabiex tiżdied l-attraenza tal-isport għall-persuni b’diżabilità, għandhom isiru sforzi biex jiġi żgurat li l-isport tal-massa jirċievi livelli adegwati ta’ attenzjoni mill-media, mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-media.

13.

It-teknoloġija ta’ assistenza tista’ tkun importanti biex tgħin lill-persuni b’diżabilità jipparteċipaw f’attivitajiet sportivi, kemm fil-livelli tad-dilettanti kif ukoll fl-ogħla livelli. Madankollu, id-disponibilità u l-affordabilità mifruxa tagħha jistgħu jkunu ta’ tħassib.

14.

L-implimentazzjoni u l-konformità ma’ regoli dwar il-ġlieda kontra d-doping u regoli mfassla biex jiġġieldu x-xiri tal-logħob, kif ukoll l-iżgurar ta’ valutazzjoni preċiża tad-diżabilitajiet u l-użu leali tat-teknoloġija ta’ assistenza huma kruċjali għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli tal-isport għall-persuni b’diżabilità.

15.

Ix-xogħol volontarju huwa kritiku biex jappoġġa s-settur sportiv, inkluż għall-isport għall-persuni b’diżabilità.

16.

Huwa importanti li tiġi inkluża perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-istrateġiji u l-politiki mmirati biex iżidu l-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabilità fl-isport.

17.

L-isport jista’ jipprovdi arena għall-interazzjonijiet soċjali bejn il-persuni b’diżabilità u dawk mingħajr diżabilità, u dan jagħmel l-isport għodda siewja għall-promozzjoni tal-inklużjoni u l-fehim reċiproku.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, F’KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ U FIL-LIVELLI XIERQA, BIEX

18.

Jappoġġaw kampanji edukattivi u ta’ sensibilizzazzjoni soċjali għall-membri tal-familja, gwardjani legali, assistenti personali, għalliema tal-edukazzjoni fiżika, kowċis, persunal sportiv u atturi rilevanti oħra fil-komunità sportiva, b’diżabilità jew mingħajr diżabilità, bil-ħsieb li jiġi promoss approċċ miftuħ u akkoljenti għall-persuni b’diżabilità kif ukoll fehim xieraq tal-opportunitajiet u l-benefiċċji tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet sportivi għal kulħadd, inkluż għat-tfal u għall-adulti b’diżabilità. Fejn ikun xieraq, joffru assistenza lill-membri tal-familja u lill-gwardjani legali ta’ persuni b’diżabilità, bil-ħsieb li dawn tal-aħħar jiġu mħeġġa jipparteċipaw fl-isport.

19.

Jappoġġaw l-edukazzjoni u t-taħriġ ulterjuri tal-għalliema tal-edukazzjoni fiżika, kowċis, persunal sportiv ieħor u voluntiera b’mod ġenerali, b’diżabilità jew mingħajr diżabilità, billi jattrezzawhom bl-għarfien meħtieġ, b’ħiliet speċifiċi u b’rikonoxximent xieraq tal-kompetenza biex ikunu jistgħu jinkludu persuni b’diżabilità f’kuntesti ta’ edukazzjoni fiżika jew sportivi differenti. Tali programmi ta’ taħriġ għandhom iqisu d-differenzi bejn il-ħtiġijiet ta’ persuni orjentati lejn il-parteċipazzjoni u dawk orjentati lejn il-prestazzjoni.

20.

Jieħdu azzjoni biex jiżguraw l-aċċess tal-persuni b’diżabilità u mingħajr diżabilità għall-infrastruttura sportiva, inkluż l-attendenza f’avvenimenti sportivi, fit-taħriġ jew fil-parteċipazzjoni fl-isport. Il-miżuri jistgħu jinkludu l-iżvilupp jew it-titjib tal-istandards ta’ aċċessibilità fil-faċilitajiet sportivi, l-għoti ta’ appoġġ uman personalizzat, id-disponibilità ta’ fondi, iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni fost l-organizzazzjonijiet sportivi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tal-opportunitajiet eżistenti ta’ finanzjament tal-UE, jew l-iffaċilitar, kif xieraq, tal-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-atleti b’diżabilità fil-korpi rilevanti ta’ organizzazzjonijiet sportivi.

21.

Fejn ikun xieraq fis-sistemi tal-iskejjel nazzjonali, jippromwovu programmi inklużivi tal-isport u tal-edukazzjoni fiżika, sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tat-tfal b’diżabilità, bil-għan li jiġu offruti opportunitajiet indaqs għat-tfal kollha billi jistimulaw il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet fiżiċi relatati mal-isport u jinkoraġġixxu l-interess tagħhom fl-isport.

22.

Jużaw mezzi ta’ kooperazzjoni eżistenti bejn l-Istati Membri sabiex jiġi promoss l-iskambju ta’ għarfien espert u prattika tajba bil-ħsieb li jitjieb l-aċċess għall-isport għall-persuni b’diżabilità.

23.

Jindirizzaw il-kwistjoni ta’ atleti ta’ livell għoli u ta’ prestazzjoni għolja fil-kuntest ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ nondiskriminazzjoni ta’ persuni b’diżabilità, u jrawmu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki f’dan ir-rigward bejn il-korpi responsabbli għall-isport fl-Istati Membri.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI EWROPEA, FL-OQSMA TA’ KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM, BIEX

24.

Jikkunsidraw li joffru appoġġ finanzjarju għall-organizzazzjonijiet iddedikati speċifikament għall-promozzjoni tal-isport għall-persuni b’diżabilità u għall-organizzazzjonijiet sportivi konvenzjonali li jiżviluppaw attivitajiet sportivi għall-persuni b’diżabilità, fost l-oħrajn bil-għan li jqarrbu ż-żewġ komunitajiet sportivi lejn xulxin.

25.

Jippromwovu u jappoġġaw azzjonijiet, fejn xieraq fil-livell tal-UE, relatati mal-ġbir regolari tal-istatistika u l-iżvilupp tal-indikaturi rigward l-isport u d-diżabilità, bħar-rati ta’ parteċipazzjoni fl-isport, l-ostakoli għall-parteċipazzjoni, l-għadd ta’ persuni b’diżabilità li huma rreġistrati mal-klabbs sportivi jew il-livell ta’ interess fl-isport (4).

26.

Jikkunsidraw li, fil-ħidma tal-gruppi ta’ esperti rilevanti, jindirizzaw il-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva ta’ persuni b’diżabilità fl-isport, inkluż il-ħiliet u t-taħriġ speċifiċi meħtieġa fir-rigward tal-ikkowċjar ta’ persuni b’diżabilità (5).

27.

Jagħmlu użu mill-parti ta’ finanzjament relatata mal-isport tal-programm Erasmus+ biex jippromwovu l-isport fost il-persuni b’diżabilità u l-iskambju ta’ prattiki u politiki tajbin bejn l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati; mill-Fondi Soċjali Ewropej għat-taħriġ professjonali tal-persunal sportiv jew għall-inklużjoni permezz ta’ attivitajiet sportivi; mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali biex tiġi indirizzata l-aċċessibilità tal-infrastrutturi sportivi; u jużaw ir-riżultati tar-riċerka ta’ proġetti ffinanzjati permezz ta’ Orizzont Ewropa kif xieraq biex jixprunaw soluzzjonijiet innovattivi sabiex il-persuni b’diżabilità jiġu involuti fl-isport.

28.

Fejn xieraq, jippromwovu tali opportunitajiet ta’ finanzjament u r-riżultati tal-proġetti ffinanzjati fost il-persuni b’diżabilità, organizzazzjonijiet sportivi u atturi mhux governattivi rilevanti oħra.

29.

Jissensibilizzaw dwar l-eżiti pożittivi li jirriżultaw mill-ħidma li qed issir fil-qasam tal-isport għall-persuni b’diżabilità, inkluż dwar l-impatt pożittiv li għandu l-isport f’termini tal-inklużjoni soċjali tal-persuni b’diżabilità.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI EWROPEA BIEX

30.

Tkompli tinkludi l-isport f’azzjonijiet ewlenin futuri li jappoġġaw politiki futuri dwar id-diżabilità billi tibni fuq l-esperjenza miksuba s’issa fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea attwali tad-Diżabilità,

31.

Meta jkunu diskussi suġġetti dwar l-isport mas-sħab soċjali fi proċessi ta’ djalogu soċjali fil-livell tal-UE, tinkludi politiki u miżuri tal-UE li jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabilità u jrawmu l-parteċipazzjoni ta’ persuni b’diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom (6).

32.

Tieħu l-opportunità tal-Premju Ewropew għall-Belt Aċċessibbli biex tagħti viżibilità lill-ibliet li jiffaċilitaw l-aċċess għall-faċilitajiet sportivi għall-persuni b’diżabilità, u tivvaluta kif l-esperjenza tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità tista’ tikkontribwixxi biex jiżdiedu l-livelli ta’ attendenza f’avvenimenti sportivi anke minn persuni b’diżabilità.

33.

Tintegra l-isport għall-persuni b’diżabilità f’diversi kwistjonijiet relatati mal-isport indirizzati fil-livell tal-UE bħall-karrieri doppji għall-atleti jew l-Attività Fiżika Favur is-Saħħa (HEPA) (7).

JISTIEDEN LILL-MOVIMENT TAL-ISPORT BIEX

34.

Jippromwovi, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-persuni b’diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, il-parteċipazzjoni ta’ persuni b’diżabilità f’attivitajiet sportivi ġenerali fil-livelli kollha (8), bil-ħsieb li tikkontribwixxi għat-twettiq b’suċċess tal-funzjoni soċjali u edukattiva tal-isport.

35.

Jagħmel użu mill-mekkaniżmi ta’ solidarjetà eżistenti, b’mod partikolari fil-livell tal-isport professjonali, sabiex l-isport għall-persuni b’diżabilità jkun jista’ jiġi ffinanzjat b’mod adegwat.

36.

Jadotta approċċ inklużiv meta jfassal sistemi ta’ kompetizzjoni sportivi jew meta jippromwovi l-parteċipazzjoni fl-isport b’mod ġenerali billi jinkoraġġixxi miżuri bħall-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet u ċerimonji ta’ għoti ta’ premjijiet għall-atleti b’diżabilità jew mingħajr diżabilità fl-istess ħin u fl-istess post. Fl-istess spirtu, jiffaċilita fejn xieraq l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità fis-sessjonijiet tat-taħriġ jew fit-timijiet ta’ persuni mingħajr diżabilità.

37.

Jiżgura li l-faċilitajiet tat-taħriġ, tal-isport u li jospitaw ikunu aċċessibbli (9), u li tiġi pprovduta akkomodazzjoni raġonevoli (10) biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità.

38.

Iżid is-sensibilizzazzjoni fost il-persuni b’diżabilità fir-rigward ta’ opportunitajiet ta’ sport u taħriġ eżistenti li jwieġbu għall-ħtiġijiet tagħhom.

39.

Jibni sħubiji ma’ atturi istituzzjonali rilevanti ġejjin mis-settur privat jew pubbliku u li huma attivi fis-settur tad-diżabilità, sabiex jifhem aħjar il-ħtiġijiet u l-interessi tal-persuni b’diżabilità u jinkoraġġixxi ż-żieda fil-parteċipazzjoni fi programmi sportivi (11).

(1)  https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1141#navItem-3

(2)  https://www.un.org/development/desa/disabilities/convention-on-the-rights-of-persons-with-disabilities.html

(3)  TNS Opinion & Social (2018); Ewrobarometru Speċjali 472 dwar l-isport u l-attività fiżika; Stħarriġ mitlub mill-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura u kkoordinat mid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni dwar id-Diżabilità; Ħidma fuq il-post, Diċembru 2017.

(4)  F’konformità mal-Artikolu 31 tas-CRPD tan-NU.

(5)  F’konformità mal-Artikolu 30 tas-CRPD tan-NU.

(6)  F’konformità mal-Artikolu 4(3) tas-CRPD tan-NU.

(7)  http://www.euro.who.int/en/health-topics/disease-prevention/physical-activity/activities/hepa-europe

(8)  F’konformità mal-Artikolu 30(5) tas-CRPD tan-NU.

(9)  F’konformità mal-Artikolu 9 tas-CRPD tan-NU.

(10)  F’konformità mal-Artikolu 5(3) tas-CRPD tan-NU.

(11)  F’konformità mal-Artikolu 4(3) tas-CRPD tan-NU.


ANNESS

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill ifakkru fi

1.

L-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), li jenfasizza l-funzjoni soċjali u edukattiva tal-isport.

2.

Il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità tan-Nazzjonijiet Uniti (2), li l-UE hija parti għaliha, u li tirrikonoxxi, pereżempju, id-dritt tal-persuni b’diżabilità li jieħdu sehem fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor fil-ħajja kulturali, ir-rikreazzjoni, id-divertiment u l-isport.

3.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli, li fir-rigward tal-isport, tenfasizza l-ħtieġa li titjieb l-aċċessibilità għall-isport, tiġi promossa l-parteċipazzjoni fl-avvenimenti sportivi u l-organizzazzjoni ta’ dawk b’diżabilità speċifika (3).

4.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabbiltà 2010-2020 (4)

5.

Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (5)

6.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport (2017-2020) (6), li tqiegħed enfasi partikolari fuq l-inklużjoni soċjali.

7.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-isport bħala sors u mutur tal-inklużjoni soċjali attiva (7).

8.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kontribut tal-isport għall-ekonomija tal-UE, u b’mod partikolari għat-trattament tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-inklużjoni soċjali (8).

9.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-isport bħala pjattaforma għall-inklużjoni soċjali permezz tal-volontarjat (9).

10.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-kowċis fis-soċjetà (10).

(1)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A12008E165

(2)  https://www.un.org/development/desa/disabilities/convention-on-the-rights-of-persons-with-disabilities.html

(3)  Dok. 16489/10 - COM(2010) 636 final.

(4)  ĠU C 300, 11.10.2011, p. 1.

(5)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.

(6)  ĠU C 189, 15.6.2017, p. 5.

(7)  ĠU C 326, 3.12.2010, p. 5.

(8)  ĠU C 32, 4.2.2014, p. 2.

(9)  ĠU C 189, 15.6.2017, p. 40.

(10)  ĠU C 423, 9.12.2017, p. 6ĠU 423, 9.12.2017, p. 6.


7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/23


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2019/C 192/07)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni tas-Sur Alexander Mihailovich NOSATOV (nru. 27), is-Sur Sergey Gennadevich TSYPLAKOV (nru. 47), is-Sur Igor Sergeievich SHEVCHENKO (nru. 61), is-Sur PLOTNITSKY (nru. 70), is-Sur Vladimir Petrovich KONONOV (nru. 97), is-Sur Andrey Yurevich PINCHUK (nru. 100), is-Sur Oleg Vladimirovich BEREZA (nru. 101), is-Sur Ihor Vladymyrovych KOSTENOK (nru. 130), Vladyslav Mykolayovych DEYNEGO (nru. 132), is-Sur Eduard Aleksandrovich BASURIN (nru. 137), is-Sur Alexandr Vasilievich SHUBIN (nru. 138), is-Sur Sergey Yurevich IGNATOV (nru. 140), is-Sur Aleksandr Yurievich TIMOFEEV (nru. 142), is-Sinjura Olga Igorevna BESEDINA (nru. 145), is-Sur Aleksandr Yurevich PETUKHOV (nru. 164), is-Sinjura Olga Valerievna POZDNYAKOVA (nru. 167) u s-Sur. Vladimir Yurievich VYSOTSKIY (nru. 173), u l-Intrapriża Unitarja tal-Istat "Unjoni Produzzjoni-Agrarja "Massandra" tar-"Repubblika tal-Krimea"" (nru. 18), il-battaljun Sparta (nru. 30), il-battaljun Oplot (nru. 34) u l-battaljun Kalmius (nru. 35), persuni u entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill qed jikkunsidra jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni u l-entitajiet huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsubin għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel l-14 ta’ Ġunju 2019, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


Il-Kummissjoni Ewropea

7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/24


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Ġunju 2019

(2019/C 192/08)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1266

JPY

Yen Ġappuniż

121,82

DKK

Krona Daniża

7,4687

GBP

Lira Sterlina

0,88558

SEK

Krona Żvediża

10,6175

CHF

Frank Żvizzeru

1,1174

ISK

Krona Iżlandiża

139,30

NOK

Krona Norveġiża

9,8083

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,663

HUF

Forint Ungeriż

321,30

PLN

Zloty Pollakk

4,2788

RON

Leu Rumen

4,7221

TRY

Lira Turka

6,5014

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6132

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5096

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8333

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6983

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5363

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 328,90

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,7523

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7880

HRK

Kuna Kroata

7,4215

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 990,96

MYR

Ringgit Malażjan

4,6872

PHP

Peso Filippin

58,249

RUB

Rouble Russu

73,4704

THB

Baht Tajlandiż

35,285

BRL

Real Brażiljan

4,3659

MXN

Peso Messikan

22,2767

INR

Rupi Indjan

78,0180


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/25


Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 192/09)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

Fil-paġna 41, fin-nota ta’ Spjegazzjoni tas-subintestatura tan-NM “0408 99 80 Oħrajn”, l-aħħar paragrafu huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Din is-subintestatura tinkludi bajd likwidi pasturizzati tat-tjur, li għandhom karatteristiċi organolettiċi identiċi għal dawk tal-bajd friski tat-tjur, kemm jekk fihom ammonti żgħar ta’ ilma miżjud u preservattivi kimiċi kif ukoll jekk le (pereżempju, aċidu ċitriku (E 330)).”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1.


7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/26


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2019/C 192/10)

Image 1

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-2 euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Estonja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : L-Estonja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-150 anniversarju tal-Festival tal-Kanzunetta

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn huwa ispirat mill-purċissjoni Song Celebration, li timxi bħall-mewġ fuq il-baħar b’espressjonijiet b’vuċi għolja ta’ kburija u ferħ u varjetà wiesgħa ta’ lbiesi nazzjonali. Id-disinn jgħaqqad il-kostumi, il-kostumi nazzjonali, u d-diversi postijiet taċ-Ċelebrazzjoni kbira u qawwija mal-baħar tal-Festival tal-Kanzunetta tan-nazzjon. Id-disinn fih ukoll l-ewwel noti tal-innu nazzjonali Estonjan u, fil-qiegħ, il-kliem “Laulupidu 150” (Ċelebrazzjoni tal-Festival tal-Kanzunetta 150). Fin-naħa ta’ fuq hemm is-sena tal-ħruġ “2019” u taħt l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “EESTI”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

1 000 000

Data tal-ħruġ : Ġunju 2019


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/27


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2019/C 192/11)

Image 2

Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta’ EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mir-Repubblika ta’ San Marino

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Ir-Repubblika ta’ San Marino

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-500 anniversarju mill-mewt ta’ Leonardo da Vinci

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-munita turi fiċ-ċentru tagħha “anġlu” impitter minn Leonardo da Vinci, lu hu dettall mix-xogħol “Il-Magħmudija ta’ Kristu”; Fil-periferija, fuq ix-xellug, l-iskrizzjoni “SAN MARINO” u fuq il-lemin, l-iskrizzjoni “1519 Leonardo 2019”; fuq ix-xellug hemm l-akronimu tal-awtur Uliana Pernazza UP u fil-qiegħ fuq il-lemin l-ittra R li tidentifika l-Munita ta’ Ruma.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu : 60 500 munita

Id-data tal-ħruġ : April tal-2019


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9 tal-14.1.2009, p. 52).


7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/28


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2019/C 192/12)

Image 3

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-2 euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Id-90 anniversarju mit-twaqqif tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn fih ritratt ta’ Papa Piju XI (Sovran tal-Istat fl-1929) u l-Lateran f’Ruma. Fin-naħa ta’ fuq, mix-xellug għal-lemin, f’nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “STATO DELLA CITTÀ DEL VATICANO”. Fin-naħa ta’ taħt hemm is-snin “1929” u “2019” u taħt l-isem tal-artist “FUSCO”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

91 000

Data tal-ħruġ : l-4 ta’ Marzu 2019.


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Il-Qorti tal-Awdituri

7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/29


Rapport Speċjali Nru 7/2019

Azzjonijiet tal-UE fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali: ambizzjonijiet sinifikanti, iżda tenħtieġ ġestjoni aħjar

(2019/C 192/13)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 7/2019 “Azzjonijiet tal-UE fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali: ambizzjonijiet sinifikanti, iżda tenħtieġ ġestjoni aħjar” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/29


Rapport Speċjali Nru 8/2019

Enerġija eolika u solari għall-ġenerazzjoni tal-elettriku: jeħtieġ li tittieħed azzjoni sinifikanti jekk iridu jintlaħqu l-miri tal-UE

(2019/C 192/14)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 8/2019 “Enerġija eolika u solari għall-ġenerazzjoni tal-elettriku: jeħtieġ li tittieħed azzjoni sinifikanti jekk iridu jintlaħqu l-miri tal-UE” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/30


Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antisussidji li jirrigwarda l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Eġittu

(2019/C 192/15)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet ilment skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu, li joriġinaw mill-Eġittu, qegħdin ikunu sussidjati u b’hekk qegħdin jikkawżaw dannu (2) lill-industrija tal-Unjoni.

1.   L-ilment

L-ilment ġie ppreżentat fl-24 ta’ April 2019 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Fibra tal-Ħġieġ (“APFE”) (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu.

Verżjoni miftuħa tal-ilment u l-analiżi tal-livell ta’ sostenn għall-ilment minn produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl għall-partijiet interessati.

2.   Il-prodott li qed jiġi investigat

Il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni huwa t-trofof tal-fibra tal-ħġieġ imqattgħin, ta’ tul ta’ mhux aktar minn 50 mm (“trofof imqattgħin”); ftietel tal-fibra tal-ħġieġ, għajr dawk li huma mimlijin u miksijin u li għandhom telf malli jitqabbdu ta’ iktar minn 3 % (kif stipulat mill-Istandard ISO 1887) (“ftietel”); u mats magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ minbarra mats tas-suf tal-ħġieġ (“mats”), (“il-prodott li qed jiġi investigat”).

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw informazzjoni dwar l-ambitu tal-prodott iridu jagħmlu dan fi żmien għaxart (10) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika (3).

3.   Allegazzjoni ta’ sussidjar

Il-prodott li allegatament qiegħed ikun issussidjat huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina mill-Eġittu (“il-pajjiż ikkonċernat”), u li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00, ex 7019 12 00, 7019 31 00 (il-kodiċijiet TARIC 7019120022, 7019120025, 7019120026 u 7019120039). Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtija biss bħala informazzjoni.

Il-Kummissjoni tqis li l-ilment jinkludi biżżejjed evidenza li l-produtturi tal-prodott li qed jiġi investigat mill-Eġittu gawdew minn għadd ta’ sussidji imputabbli lill-Gvern tal-Eġittu.

Il-prattiki tas-sussidji allegati jikkonsistu, fost l-oħrajn, minn (i) trasferiment dirett ta’ fondi, (ii) dħul tal-gvern mitluf jew mhux miġbur u (iii) forniment mill-gvern ta’ prodotti jew servizzi għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata. L-ilment kien fih evidenza, pereżempju, ta’ politika ta’ self preferenzjali, u benefiċċji tat-taxxa taħt il-liġijiet Eġizzjani, eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni tal-materja prima u tat-tagħmir tal-produzzjoni.

Apparti s-sussidji mogħtija direttament mill-Gvern tal-Eġittu, l-ilmentatur jallega ulterjorment li l-produtturi mill-Eġittu tal-prodott li qed jiġi investigat jibbenefikaw ukoll mis-sussidji mogħtija direttament mill-Gvern tal-Eġittu jew permezz tal-entitajiet Eġizzjani fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn l-Eġittu u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għat-tkattir tal-investimenti f’żona ekonomika speċjali (iż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali tas-Suez bejn iċ-Ċina u l-Eġittu). L-ilment fih evidenza tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn il-Gvernijiet Ċiniżi u Eġizzjani kif ukoll ta’ self minn Entitajiet tal-Istat Ċiniż jew Entitajiet ikkontrollati mill-Istat Ċiniż lil banek proprjetà tal-Istat Eġizzjan. Fid-dawl tal-objettivi ta’ dawn il-ftehimiet u s-self, l-ilmentatur isostni li dan is-self huwa ta’ benefiċċju għall-produttur esportatur li huwa proprjetà taċ-Ċina fl-Eġittu.

L-ilmentatur jallega wkoll li l-miżuri ta’ hawn fuq huma sussidji billi jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Eġittu (inklużi l-korpi pubbliċi) u jikkonferixxu benefiċċju lill-produtturi esportaturi tal-prodott li qed jiġi investigat. Dawn huma allegatament limitati għal ċerti impriżi jew industriji jew grupp ta’ impriżi u/jew kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għaldaqstant huma speċifiċi u kumpensabbli. Fuq dik il-bażi, l-ammonti ta’ sussidju allegati jidhru li huma sinifikanti għall-Eġittu.

Fid-dawl tal-Artikoli 10(2) u 10(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħejjiet memorandum dwar is-suffiċjenza tal-evidenza, li jinkludi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evidenza kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha dwar l-Eġittu u li abbażi tagħha l-Kummissjoni tibda l-investigazzjoni. Dan il-memorandum jinsab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tinvestiga sussidji oħra ta’ rilevanza li jistgħu jiġu żvelati matul l-investigazzjoni.

4.   Allegazzjonijiet ta’ dannu u rabta ta’ kawżalità

L-ilmentatur ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu kumplessivament f’termini assoluti u żdiedu f’termini ta’ sehem mis-suq.

L-evidenza li pprovda l-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni, li wasslu għal effetti avversi sostanzjali fuq il-qagħda finanzjarja, il-qagħda tal-impjiegi u l-prestazzjoni b’mod kumplessiv tal-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Ladarba stabbilixxiet, wara li għarrfet lill-Istati Membri, li l-ilment sar mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha, u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat, huwiex qed ikun issussidjat u jekk dawn l-importazzjonijiet issussidjati kkawżawx jew humiex qed jheddu li jikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

Jekk il-konklużjonijiet ikunu affermattivi, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

Il-Gvern tal-Eġittu ġie mistieden għall-konsultazzjonijiet.

Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ġunju 2018, (il-pakkett tal-Modernizzazzjoni tat-TDI) daħħal għadd ta’ tibdiliet fl-iskeda ta’ żmien u fl-iskadenzi li qabel kienu japplikaw fi proċedimenti antisussidji. B’mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata tad-dazji proviżorji tliet (3) ġimgħat qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji. Il-limiti ta’ żmien biex il-partijiet interessati jimmanifestaw ruħhom, b’mod partikolari fl-istadju bikri tal-investigazzjonijiet, tqassru. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati biex jirrispettaw il-passi proċedurali u l-iskadenzi pprovduti f’din in-Notifika kif ukoll f’komunikazzjonijiet ulterjuri mill-Kummissjoni.

5.1.    Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

L-investigazzjoni ta’ sussidjar u dannu se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ April 2018 sal-31 ta’ Marzu 2019 (“il-perjodu tal-investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Kummenti dwar l-ilment u l-bidu tal-investigazzjoni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar l-ilment (inklużi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-dannu u mar-rabta ta’ kawżalità) jew dwar kwalunkwe aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għall-ilment) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.3.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tas-sussidjar

Il-produtturi esportaturi (5) tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Partijiet oħra li l-Kummissjoni se tfittex informazzjoni rilevanti mingħandhom biex tiddetermina l-eżistenza u l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli konferiti lill-prodott li qed jiġi investigat huma wkoll mistiedna li kemm jista’ jkun possibbli jikkooperaw mal-Kummissjoni.

5.3.1.   Investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

Il-produtturi esportaturi u l-assoċjazzjonijiet kollha tal-produtturi esportaturi fl-Eġittu huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, preferibbilment bil-posta elettronika, minnufih u mhux iktar tard minn sebat (7) ijiem wara l-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sabiex jippreżentaw lilhom infushom u jitolbu kwestjonarju.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-Eġittu.

Il-produtturi esportaturi fl-Eġittu jridu jimlew kwestjonarju fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kwestjonarju se jkun disponibbli wkoll għal kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u għall-awtoritajiet ta’ tal-Eġittu.

Kopja tal-kwestjonarju hawn fuq imsemmi għall-produtturi esportaturi tinsab disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2404.

5.3.2.   Investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (6) (7)

L-importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni huma mistiedna jieħdu sehem f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd potenzjali ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan il-proċediment, u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi li mhumiex relatati u li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

B’hekk, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom, mitluba fl-Anness ta’ din in-Notifika fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar il-kampjun tal-importaturi. Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati li jkunu parti mill-kampjun. Dawk il-partijiet iridu jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2404.

5.4.    Proċedura għad-determinazzjoni tad-dannu u għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Id-determinazzjoni tad-dannu tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżami oġġettiv tal-volum tal-importazzjonijiet issussidjati, tal-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u tal-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx xi dannu, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li jkun qed jiġi investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Minħabba l-għadd ta’ produtturi kkonċernati tal-Unjoni u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-għadd tal-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

B’mod proviżorju, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. B’hekk, il-partijiet interessati huma mistiedna jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kampjun, iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u/jew lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li fl-aħħar mill-aħħar ikunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.

Il-produtturi tal-Unjoni li jkunu parti mill-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2404.

5.5.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ sussidjar u ta’ dannu kkawżat minħabba fih, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri antisussidji tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur u t-trejdjunjins huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni.

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew f’format ħieles jew inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott li qed jiġi investigat, hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2404. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni ppreżentata se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.6.    Partijiet interessati

Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Il-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li ppreżentaw informazzjoni disponibbli b’konformità mal-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3, 5.4 u 5.5 ta’ hawn fuq jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Partijiet oħra jkunu jistgħu jieħdu sehem biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta jagħmlu lilhom infushom magħrufa, u diment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat. Il-fatt li wieħed jitqies bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna sabiex ikollok aċċess.

5.7.    Possibbiltà ta’ seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.

L-iskeda ta’ żmien għas-seduti ta’ smigħ hija kif ġejja:

Għal kwalunkwe seduta ta’ smigħ li ssir qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, jenħtieġ li t-talba ssir fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika u s-seduta ta’ smigħ normalment isseħħ fi żmien 60 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Wara l-istadju proviżorju, jenħtieġ li ssir talba fi żmien ħamest (5) ijiem mid-data tal-iżvelar proviżorju jew tad-dokument ta’ informazzjoni, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tal-iżvelar jew mid-data tad-dokument ta’ informazzjoni.

Fl-istadju definittiv, jenħtieġ li ssir talba fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tal-iżvelar finali, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir fil-perjodu mogħti biex isiru kummenti dwar l-iżvelar finali. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li ssir talba minnufih malli jasal dan l-iżvelar finali addizzjonali, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir sal-iskadenza sabiex jiġu pprovduti kummenti dwar dan l-iżvelar.

L-iskeda ta’ żmien deskritta hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tas-servizzi tal-Kummissjoni li jaċċettaw seduti ta’ smigħ lil hinn mill-iskeda ta’ żmien f’każijiet debitament ġustifikati u għad-dritt tal-Kummissjoni li tiċħad seduti ta’ smigħ f’każijiet debitament ġustifikati. Meta s-servizzi tal-Kummissjoni jirrifjutaw talba għal seduta ta’ smigħ, il-parti kkonċernata tiġi infurmata bir-raġunijiet għal tali rifjut.

Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.

5.8.    Struzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw informazzjoni u/jew data lill-Kummissjoni soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu (a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u (b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Limited” (Ristretti) (8). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Limited” (Ristretta) huma mitluba jfasslu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Jenħtieġ li dawk is-sommarji jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli.

Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ) ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni ulterjuri dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet permezz ta’ TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

TRON.tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI

Indirizz tal-posta elettronika

:

TRADE-AS657-GFR-SUBSIDY-EGYPT@ec.europa.eu

TRADE-AS657-GFR-INJURY@ec.europa.eu

6.   L-iskeda tal-investigazzjoni

Skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, normalment l-investigazzjoni tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar, iżda mhux iktar minn 13-il xahar, mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri proviżorji jistgħu jiġu imposti, normalment, mhux aktar tard minn disa’ (9) xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

F’konformità mal-Artikolu 29a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata tad-dazji proviżorji tliet (3) ġimgħat qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji. Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu din l-informazzjoni bil-miktub fi żmien erba’ (4) xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-partijiet interessati se jingħataw tlett (3) ijiem tax-xogħol biex jikkummentaw bil-miktub dwar l-akkuratezza tal-kalkoli.

F’każijiet fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li ma timponix dazji proviżorji iżda li tkompli l-investigazzjoni, il-partijiet interessati, tliet (3) ġimgħat qabel ma tiskorri l-iskadenza, jiġu infurmati bil-miktub rigward in-nuqqas ta’ impożizzjoni tad-dazji, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku.

Fil-prinċipju, il-partijiet interessati jingħataw 15-il jum biex jikkummentaw bil-miktub dwar is-sejbiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni, u għaxart (10) ijiem biex jikkummentaw bil-miktub dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Fejn ikun applikabbli, l-iżvelar finali addizzjonali jispeċifika l-iskadenza għall-partijiet interessati biex jikkummentaw bil-miktub.

7.   Preżentazzjoni tal-informazzjoni

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni biss fl-iskedi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsimiet 5 u 6 ta’ din in-Notifika. Il-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra mhux koperta minn dawk it-taqsimiet jenħtieġ li tirrispetta l-iskeda li ġejja:

Kwalunkwe informazzjoni għall-istadju tas-sejbiet proviżorji jenħtieġ li tiġi ppreżentata fi żmien 70 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, jenħtieġ li l-partijiet interessati ma jippreżentawx informazzjoni fattwali ġdida wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar proviżorju jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni fl-istadju proviżorju. Lil hinn minn tali skadenza, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss informazzjoni fattwali ġdida diment li tali partijiet ikunu jistgħu juru li tali informazzjoni fattwali ġdida hija meħtieġa biex jirribattu l-allegazzjonijiet fattwali magħmula minn partijiet interessati oħra u diment li tali informazzjoni fattwali ġdida tista’ tiġi vverifikata fiż-żmien disponibbli biex l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhix se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.

8.   Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Tali kummenti jenħtieġ li jsiru skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:

Jenħtieġ li kwalunkwe kumment dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, isir fi żmien 75 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet proviżorji jew tad-dokument ta’ informazzjoni, jiġu ppreżentati fi żmien sebat (7) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien tlett (3) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar ulterjuri jsiru fi żmien jum wieħed (1) mill-iskadenza għal kummenti dwar dan l-iżvelar ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-qafas ta’ żmien deskritt huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

9.   Estensjoni tal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

Kwalunkwe estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika tista’ tintalab biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u tingħata biss jekk tkun debitament ġustifikata.

Jistgħu jingħataw estensjonijiet tal-iskadenza għat-tweġibiet għall-kwestjonarji, jekk debitament ġustifikati, u normalment ikunu limitati sa tlett (3) ijiem addizzjonali. Bħala regola, tali estensjonijiet ma jaqbżux sebat (7) ijiem. Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata f’din in-Notifika, l-estensjonijiet ikunu limitati għal tlett (3) ijiem sakemm ma jintwerewx xi ċirkostanzi eċċezzjonali.

10.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jsiru sejbiet proviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u l-konklużjonijiet ikunu għalhekk ibbażati fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja immedjatament lill-Kummissjoni.

11.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti tal-kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Kwalunkwe talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ l-avveniment li jiġġustifika tali intervent. Fil-prinċipju, l-iskedi ta’ żmien stabbiliti fit-Taqsima 5.7 sabiex jintalbu seduti ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni japplikaw mutatis mutandis għal talbiet għal seduti ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati lil hinn mill-oqfsa ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet ikunu saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawk il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

Għal iktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

12.   Proċessar ta’ data personali

Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/html/157639.htm.


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(2)  It-terminu ġenerali “dannu” jirreferi għal dannu materjali kif ukoll għal theddida ta’ dannu materjali jew dewmien materjali tal-istabbiliment ta’ industrija kif stabbilit fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament bażiku.

(3)  Ir-referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika jirreferu għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).

(5)  Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u li tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, jew direttament jew inkella permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe waħda mill-kumpaniji relatati tagħha involuti fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat.

(6)  Din it-taqsima tkopri biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jikkompletaw l-Anness ta’ din in-Notifika għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn parti terza; (g) flimkien jikkontrollaw parti terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(7)  Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, għajr biex jiġi ddeterminat is-sussidjar.

(8)  Dokument “Limited” (Ristrett) huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Antisussidji). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/40


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9362 — Suez Organique/Avril PA/Terrial)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 192/16)

1.   

Fit-28 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Suez Organique SAS (“Suez Organique”, Franza),

Avril SCA (“Avril”, Franza),

SAS Terrial (“Terrier”, Franza), ikkontrollata biss minn Avril.

Suez Organique u Avril jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Terrial.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma u ta’ trasferiment ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Suez Organique: it-trattament bijoloġiku tal-iskart organiku,

—   Avril: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti bbażati fuq iż-żejt u l-għalf tal-annimali,

—   Terrial: ġbir ta’ skart organiku kif ukoll produzzjoni u bejgħ ta’ emendi u fertilizzanti organiċi tal-ħamrija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9362 — Suez Organique/Avril PA/Terrial

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/42


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9357 — FIS/Worldpay)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 192/17)

1.   

Fit-28 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Fidelity National Information Services, Inc. (“FIS”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

Worldpay Inc. (“Worldpay”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

FIS takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Worldplay kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

FIS hija fornitur dinji tat-teknoloġija tas-servizzi finanzjarji b’iffukar fuq l-operazzjonijiet bankarji għallġ-konsumatur u għall-istituzzjonijiet, il-pagamenti, il-ġestjoni tal-assi u tal-ġid, ir-riskju u l-konformità, u s-soluzzjonijiet ta’ outsourcing;

Worldpay hija fornitur dinji ta’ akkwist merkantili u servizzi tat-teknoloġija tal-ħlas relatati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9357 — FIS/Worldpay

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/43


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9377 — MIRA/BCI/iGH)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 192/18)

1.   

Fid-29 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Macquarie Infrastructure and Real Assets (Europe) Limited (“MIRA”, l-Awstralja), proprjetà ta’ Macquarie Group Limited (l-Awstralja),

British Columbia Investment Management Corporation ("BCI", il-Kanada),

innogy Grid Holdings, a.s. (“iGH”, ir-Repubblika Ċeka), li bħalissa hija kkontrollata biss minn RWE Czech Gas Grid Holding B.V. (ir-Repubblika Ċeka).

MIRA u BCI jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ iGH kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

MIRA tiffoka fuq il-ġestjoni tal-infrastruttura u assi reali oħra, inklużi l-proprjetà immobbli, l-enerġija u l-assi agrikoli.

BCI tinvesti f’introjtu fiss, self ipotekarju, ekwità pubblika u privata, proprjetà immobbli, infrastruttura u riżorsi rinnovabbli.

iGH hija kumpanija azzjonarja għal GasNet, s.r.o. (li tħaddem is-sistema ta’ pajpijiet tal-gass għad-distribuzzjoni tal-gass tal-iGH) u GridServices, s.r.o., (li żżomm is-sistema ta’ distribuzzjoni u l-installazzjonijiet tal-gass għall-GasNet) fiċ-Ċekja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9377 — MIRA / BCI / iGH

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.