ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 172

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
20 ta' Mejju 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

CDJ

2019/C 172/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

GCEU

2019/C 172/02

Kompożizzjoni tal-Awla Manja

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

CDJ

2019/C 172/03

Kawża C-54/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte — l-Italja) — Cooperativa Animazione Valdocco S.C.S. Impresa Sociale Onlus vs Consorzio Intercomunale Servizi Sociali di Pinerolo, Azienda Sanitaria Locale To3 di Collegno e Pinerolo (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Proċeduri ta’ reviżjoni — Direttiva 89/665/KEE — Artikoli 1 u 2c — Proċeduri ta’ reviżjoni mid-deċiżjonijiet ta’ ammissjoni jew ta’ esklużjoni tal-offerenti — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Terminu ta’ dekadenza ta’ 30 jum — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li tiġi eċċepita l-illegalità ta’ deċiżjoni ta’ ammissjoni fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ reviżjoni mill-atti sussegwenti — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

3

2019/C 172/04

Kawża C-373/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Penafiel — Il-Portugall) — Prosa — Produtos e Serviços Agrícolas vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Direttiva 69/335/KEE — Artikoli 4 u 7 — Kostituzzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju — Taxxa tal-boll fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1984 — Tneħħija sussegwenti ta’ din it-taxxa tal-boll, u introduzzjoni mill-ġdid tagħha)

4

2019/C 172/05

Kawża C-489/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság) — l-Ungerija — Farmland Kft. vs Földművelésügyi Miniszter (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Agrikoltura — Skemi ta’ għajnuna diretta — Skema ta’ pagament uniku — Applikazzjoni għal pagament uniku skont l-erja — Kriterji — Utent leġittimu tal-art agrikola)

5

2019/C 172/06

Kawża C-689/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dioikitiko Protodikeio Patron — il-Greċja) — XT vs Elliniko Dimosio (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Taxxi interni — Projbizzjoni ta’ taxxi diskriminatorji — Taxxa fuq il-prodotti ta’ lussu — Vetturi — Eżenzjoni mit-taxxa fid-data tal-ewwel dħul fis-servizz fl-Istat Membru tat-tassazzjoni — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-data ta’ meta l-vettura tidħol l-ewwel darba fis-servizz fi Stat Membru ieħor)

5

2019/C 172/07

Kawża C-8/19 PPU: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Frar 2019 (talba għal deċizjoni preliminari tas-Spetsializiran nakazatelen sad — il-Bulgarija) — proċeduri kriminali kontra RH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Direttiva (UE) 2016/343 — Artikolu 4 — Riferimenti pubbliċi għall-ħtija — Deċiżjoni ta’ detenzjoni provviżorja — Rimedji ġudizzjarji — Proċedura ta’ stħarriġ tal-legalità ta’ din id-deċiżjoni — Osservanza tal-preżunzjoni ta’ innoċenza — Artikolu 267 TFUE — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dritt għal smigħ f’terminu raġonevoli — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-fakultà tal-qrati nazzjonali li jagħmlu domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja jew li tobbligahom jiddeċiedu mingħajr ma jistennew ir-risposta għal din id-domanda — Sanzjonijiet dixxiplinari f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ din il-leġiżlazzjoni)

6

2019/C 172/08

Kawża C-755/18 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2018 minn Harry Shindler et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fis-26 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-458/17, Shindler et vs Il-Kunsill

7

2019/C 172/09

Kawża C-88/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Zărnești (ir-Rumanija) fis-7 ta’ Frar 2019 — Asociația Alianța pentru combaterea abuzurilor vs TM, UN, Asociația DMPA

7

2019/C 172/10

Kawża C-96/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Niederösterreich (l-Awstrija) fit-8 ta’ Frar 2019 — VO vs Bezirkshauptmannschaft Tulln

8

2019/C 172/11

Kawża C-101/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Frar 2019 — Deutsche Homöopathie-Union (DHU) Arzneimittel GmbH & Co. KG vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

9

2019/C 172/12

Kawża C-102/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Frar 2019 — Deutsche Homöopathie-Union (DHU) Arzneimittel GmbH & Co. KG vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

10

2019/C 172/13

Kawża C-108/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fil-11 ta’ Frar 2019 — Krakvet sp. z o.o. sp.k. vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București, Administrația Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenți

10

2019/C 172/14

Kawża C-112/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Aachen (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Frar 2019 — Marvin M vs Kreis Heinsberg

11

2019/C 172/15

Kawża C-118/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-15 ta’ Frar 2019 — ZS vs PVA Landesstelle Salzburg

12

2019/C 172/16

Kawża C-134/19 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2019 minn Bank Refah Kargaran mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-10 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-552/15, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill

12

2019/C 172/17

Kawża C-135/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-20 ta’ Frar 2019 — Pensionsversicherungsanstalt vs CW

14

2019/C 172/18

Kawża C-157/19 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2019 minn Ehab Makhlouf mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-409/16, Makhlouf vs Il-Kunsill

15

2019/C 172/19

Kawża C-158/19 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2019 minn Razan Othman mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-416/16, Othman vs Il-Kunsill

16

2019/C 172/20

Kawża C-159/19 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2019 minn Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-411/16, Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

17

2019/C 172/21

Kawża C-182/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Frar 2019 — Pfizer Consumer Healthcare Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

18

2019/C 172/22

Kawża C-208/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Graz (l-Awstrija) fl-4 ta’ Marzu 2019 — NK vs MS u AS

19

2019/C 172/23

Kawża C-217/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

20

2019/C 172/24

Kawża C-231/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit) fil-15 ta’ Marzu 2019 — Blackrock Investment Management (UK) Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

21

2019/C 172/25

Kawża C-235/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (ir-Renju Unit) fit-18 ta’ Marzu 2019 — United Biscuits (Pensions Trustees) Limited, United Biscuits Pension Investments Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

22

2019/C 172/26

Kawża C-239/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fl-20 ta’ Marzu 2019 — Eli Lilly and Company vs Genentech Inc.

22

2019/C 172/27

Kawża C-510/17: Digriet tal-President tat-Tieni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Okresný súd Bratislava — is-Slovakkja) — ML

23

2019/C 172/28

Kawża C-564/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Frar 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju, sostnut minn: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Republlika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija

23

2019/C 172/29

Kawża C-596/17: Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Japan Tobacco International SA, Japan Tobacco International France SAS vs Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics, Ministre des Solidarités et de la Santé

24

2019/C 172/30

Kawża C-657/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Hussein Mohamad Hussein, fil-preżenza ta’: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

24

2019/C 172/31

Kawża C-277/18: Digriet tal-President tal-Ħames Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo de Círculo de Lisboa — il-Portugall) — Henkel Ibérica Portugal, Unipessoal Lda vs Comissão de Segurança de Serviços e Bens de Consumo

24

2019/C 172/32

Kawża C-368/18: Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Justice de paix du troisième canton de Charleroi — il-Belġju) — Frank Casteels vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd)

25

2019/C 172/33

Kawża C-399/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven — il-Pajjiżi il-Baxxi) — Vereniging Gasopslag Nederland, TAQA Onshore BV, TAQA Piek Gas BV vs Autoriteit Consument en Markt, fil-presenza ta’: Gas Transport Services BV

25

2019/C 172/34

Kawża C-498/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — ZW vs Deutsche Lufthansa AG

25

2019/C 172/35

Kawża C-614/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Frar 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

26

2019/C 172/36

Kawża C-660/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin — il-Ġermanja) — Sundair GmbH vs WV, XU, YT, ZS

26

2019/C 172/37

Kawża C-701/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Nürnberg — il-Ġermanja) — Geld-für-Flug GmbH vs Ryanair DAC

26

2019/C 172/38

Kawża C-750/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rechtbank Amsterdam — il-Pajjiżi l-Baxxi — A, B vs C

27

 

GCEU

2019/C 172/39

Kawżi T-251/17 u T-252/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2019 — Robert Bosch vs EUIPO (Simply. Connected.) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjonijiet għal trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea Simply. Connected. — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Portata tal-eżami li għandu jitwettaq mill-Bord tal-Appell — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Artikolu 64 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 71 tar-Regolament 2017/1001))

28

2019/C 172/40

Kawża T-480/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 Marzu 2019 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Infiq imġarrab mill-Greċja — Korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u b’rata fissa — Kundizzjonalità — Kontroll tar-rekwiżiti regolamentari fil-qasam tal-ġestjoni — Analiżi tar-riskji — Evalwazzjoni tad-dannu finanzjarju — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità)

29

2019/C 172/41

Kawża T-492/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2019 — Fleig vs SEAE (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Kuntratt għal żmien indeterminat — Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Xoljiment permezz ta’ preavviż — Raġunijiet għax-xoljiment — Ksur tar-relazzjoni ta’ fiduċja — Interess tas-servizz — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dmir ta’ premura — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Artikoli 30 u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Kwistjoni proċedurali — Pubblikazzjoni fuq l-internet ta’ dokumenti inklużi fil-proċess tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali — Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal)

29

2019/C 172/42

Kawża T-562/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 28 ta’ Marzu 2019 — dm-drogerie markt vs EUIPO — Albea Services (ALBÉA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva ALBÉA — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea preċedenti — Trade mark verbali Balea — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

30

2019/C 172/43

Kawża T-611/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2019 — All Star vs EUIPO — Carrefour Hypermarchés (Forma ta’ pett ta’ żarbun) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea — Forma ta’ pett ta’ żarbun — Fatti magħrufa — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001) — Karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) u Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 59(2) tar-Regolament 2017/1001) — Ċaħda tat-talba għaż-żamma ta’ seduta quddiem il-Bord tal-Appell — Artikolu 77 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 96(1) tar-Regolament 2017/1001))

31

2019/C 172/44

Kawża T-779/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2019 — United Wineries vs EUIPO — Compañía de Vinos Miguel Martín (VIÑA ALARDE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali VIÑA ALARDE — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ALARDE — Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Identità tal-prodotti — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001))

32

2019/C 172/45

Kawża T-804/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2019 — Stada Arzneimittel vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ arkati ċirkulari opposti) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta żewġ arkati ċirkulari opposti — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

33

2019/C 172/46

Kawża T-259/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2019 — Zakłady Chemiczne Siarkopol Tarnobrzeg vs EUIPO — EuroChem Agro (Unifoska) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Unifoska — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea NITROFOSKA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

33

2019/C 172/47

Kawża T-186/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2019 — Abaco Energy et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna favur enerġiji rinnovabbli — Proċedura ta’ eżami preliminari — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Rikors ippreżentat minn benefiċċjarji — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà)

34

2019/C 172/48

Kawża T-190/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2019 — Solwindet las Lomas vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna favur enerġiji rinnovabbli — Proċedura ta’ eżami preliminari — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Rikors ippreżentat minn benefiċċjarji — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà)

35

2019/C 172/49

Kawża T-631/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2019 — Herholz vs EUIPO (#) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea # — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Talba għal bidla — Inammissibbiltà manifesta)

36

2019/C 172/50

Kawża T-157/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2019 — Șanli vs Il-Kunsill

36

2019/C 172/51

Kawża T-161/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2019 — Deutsche Telekom vs Il-Parlament u Il-Kunsill

37

2019/C 172/52

Kawża T-162/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2019 — Telefónica u Telefónica de España vs Il-Parlament u Il-Kunsill

38

2019/C 172/53

Kawża T-171/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2019 — Hebberecht vs SEAE

39

2019/C 172/54

Kawża T-173/19: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2019 — AV u AW vs Il-Parlament

40

2019/C 172/55

Kawża T-176/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2019 — 3V Sigma vs ECHA

41

2019/C 172/56

Kawża T-182/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2019 — Puma v EUIPO (SOFTFOAM)

42

2019/C 172/57

Kawża T-184/19: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2019– Aurea Biolabs v EUIPO — Avizel (AUREA BIOLABS)

43

2019/C 172/58

Kawża T-185/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2019 — Public.Resource.Org u Right to Know vs Il-Kummissjoni

44

2019/C 172/59

Kawża T-187/19: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2019 — Glaxo Group vs EUIPO (marka ta’ kulur vjola)

45

2019/C 172/60

Kawża T-188/19: Rikors ippreżentat fil-1 ta’ April 2019 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummisssjoni

46


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

CDJ

20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 172/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 164, 13.5.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 155, 6.5.2019

ĠU C 148, 29.4.2019

ĠU C 139, 15.4.2019

ĠU C 131, 8.4.2019

ĠU C 122, 1.4.2019

ĠU C 112, 25.3.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


GCEU

20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/2


Kompożizzjoni tal-Awla Manja

(2019/C 172/02)

Fl-10 ta’ April 2019 il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, għall-perijodu mis-26 ta’ Settembru 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2022, u konformement mal-Artikolu 15(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-ħmistax-il Imħallef li jifformaw l-Awla Manja huma l-President tal-Qorti Ġenerali, il-Viċi President, żewġ Presidenti ta’ Awla maħtura skont sistema ta’ rotazzjoni, l-Imħallfin sedenti fil-kulleġġ ġudikanti bi tliet Imħallfin li lilhom tkun ġiet assenjata l-kawża inizjalment u ż-żewġ Imħallfin meħtieġa sabiex jikkompletaw dan il-kulleġġ ġudikanti bi tliet Imħallfin li kieku l-kawża tkun ġiet assenjata lil awla komposta minn ħames Imħallfin, kif ukoll sitt Imħallfin maħtura skont sistema ta’ rotazzjoni, minn fost l-Imħallfin kollha tal-Qorti Ġenerali bl-esklużjoni tal-Presidenti ta’ Awla, billi tiġi segwita, b’mod alternat, l-ordni stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura u l-ordni invers.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

CDJ

20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte — l-Italja) — Cooperativa Animazione Valdocco S.C.S. Impresa Sociale Onlus vs Consorzio Intercomunale Servizi Sociali di Pinerolo, Azienda Sanitaria Locale To3 di Collegno e Pinerolo

(Kawża C-54/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Proċeduri ta’ reviżjoni - Direttiva 89/665/KEE - Artikoli 1 u 2c - Proċeduri ta’ reviżjoni mid-deċiżjonijiet ta’ ammissjoni jew ta’ esklużjoni tal-offerenti - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Terminu ta’ dekadenza ta’ 30 jum - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li tiġi eċċepita l-illegalità ta’ deċiżjoni ta’ ammissjoni fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ reviżjoni mill-atti sussegwenti - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

(2019/C 172/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cooperativa Animazione Valdocco S.C.S. Impresa Sociale Onlus

Konvenuti: Consorzio Intercomunale Servizi Sociali di Pinerolo, Azienda Sanitaria Locale To3 di Collegno e Pinerolo

fil-preżenza ta’: Ati Cilte Soc. coop. soc., Coesa Pinerolo Soc. coop. soc. arl, La Dua Valadda Soc. coop. soc., Consorzio di Cooperative Sociali il Deltaplano Soc. coop. soc., La Fonte Soc. coop. soc. Onlus, Società Italiana degli Avvocati Amministrativisti (SIAA), Associazione Amministrativisti.it, Camera degli Avvocati Amministrativisti

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi ta’ provvista u ta’ xogħlijiet], kif emendata bid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tla-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014, u b’mod partikolari l-Artikoli 1, 2 u 2c, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li rikorsi kontra d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti li jammettu jew jeskludu l-parteċipazzjoni għall-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għandhom jiġu ppreżentati f’terminu ta’ 30 jum, taħt piena ta’ dekadenza, mid-data tal-komunikazzjoni tagħhom lill-persuni kkonċernati bil-kundizzjoni li d-deċiżjonijiet hekk ikkomunikati jinkludu espożizzjoni tar-raġunijiet rilevanti li jiggarantixxu li l-imsemmija persuni kkonċernati kellhom jew setgħu kellhom għarfien tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni li huma jallegaw.

2)

Id-Direttiva 89/665, kif emendata bid-Direttiva 2014/23, u b’mod partikolari l-Artikoli 1, 2, u 2c tagħha, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġu interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li, fl-assenza ta’ kontestazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti li jaċċettaw lil offerenti fil-parteċipazzjoni ta’ proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi f’terminu ta’ 30 jum mid-data ta’ komunikazzjoni tagħhom, ma jkunx iżjed possibbli għall-persuni kkonċernati li jeċċepixxu l-illegalità tal-imsemmija deċiżjonijiet fil-kuntest ta’ rikorsi diretti kontra l-atti sussegwenti, u b’mod partikolari kontra d-deċiżjonijet ta’ għoti, sakemm tali dekadenza tkun tista’ tiġi kkontestata mill-imsemmija persuni kkonċernati biss taħt il-kundizzjoni li kellhom jew setgħu kellhom għarfien, permezz tal-imsemmija komunikazzjoni, tal-illegalità li huma jallegaw.


(1)  ĠU C 142, 23.4.2018


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Penafiel — Il-Portugall) — Prosa — Produtos e Serviços Agrícolas vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-373/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Direttiva 69/335/KEE - Artikoli 4 u 7 - Kostituzzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju - Taxxa tal-boll fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1984 - Tneħħija sussegwenti ta’ din it-taxxa tal-boll, u introduzzjoni mill-ġdid tagħha)

(2019/C 172/04)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Administrativo e Fiscal de Penafiel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Prosa — Produtos e Serviços Agrícolas

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikoli 4(1)(a) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE tas-17 ta’ Lulju 1969 li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva 85/303/KEE tal-10 ta’ Ġunju 1985, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha Stat Membru jkun introduċa mill-ġdid dazju fuq il-kapital fuq tranżazzjonijiet ta’ kostituzzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju taħt l-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, li kienu suġġetti għal tali dazju fl-1 ta’ Lulju 1984, iżda li, sussegwentement, ikunu ġew eżentati minnha.


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság) — l-Ungerija — Farmland Kft. vs Földművelésügyi Miniszter

(Kawża C-489/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Agrikoltura - Skemi ta’ għajnuna diretta - Skema ta’ pagament uniku - Applikazzjoni għal pagament uniku skont l-erja - Kriterji - Utent leġittimu tal-art agrikola)

(2019/C 172/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Farmland Kft.

Konvenut: Földművelésügyi Miniszter

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u Industrjali tad-Distrett ta’ Budapest, l-Ungerija), permezz tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 2018, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 381, 22.10.2018.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dioikitiko Protodikeio Patron — il-Greċja) — XT vs Elliniko Dimosio

(Kawża C-689/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Taxxi interni - Projbizzjoni ta’ taxxi diskriminatorji - Taxxa fuq il-prodotti ta’ lussu - Vetturi - Eżenzjoni mit-taxxa fid-data tal-ewwel dħul fis-servizz fl-Istat Membru tat-tassazzjoni - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-data ta’ meta l-vettura tidħol l-ewwel darba fis-servizz fi Stat Membru ieħor)

(2019/C 172/06)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Dioikitiko Protodikeio Patron

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XT

Konvenuta: Elliniko Dimosio

Dispożittiv

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi r-regolament ta’ Stat Membru, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema sid jew possessur ta’ karozza b’ċilindrata kbira għall-użu privat li l-età tagħha, ikkalkulata mid-data tal-ewwel dħul fis-servizz f'dan l-Istat Membru, hija iktar minn għaxar snin, hija eżenti mit-taxxa fuq oġġetti ta’ lussu, mingħajr ma jitqies kwalunkwe dħul fis-servizz preċedenti fi Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 25, 21.01.2019.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Frar 2019 (talba għal deċizjoni preliminari tas-Spetsializiran nakazatelen sad — il-Bulgarija) — proċeduri kriminali kontra RH

(Kawża C-8/19 PPU) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva (UE) 2016/343 - Artikolu 4 - Riferimenti pubbliċi għall-ħtija - Deċiżjoni ta’ detenzjoni provviżorja - Rimedji ġudizzjarji - Proċedura ta’ stħarriġ tal-legalità ta’ din id-deċiżjoni - Osservanza tal-preżunzjoni ta’ innoċenza - Artikolu 267 TFUE - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal smigħ f’terminu raġonevoli - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-fakultà tal-qrati nazzjonali li jagħmlu domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja jew li tobbligahom jiddeċiedu mingħajr ma jistennew ir-risposta għal din id-domanda - Sanzjonijiet dixxiplinari f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ din il-leġiżlazzjoni)

(2019/C 172/07)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

RH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 267 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, kif interpretata mill-ġurisprudenza, li għandha l-konsegwenza li l-qorti nazzjonali hija obbligata tiddeċiedi dwar il-legalità ta’ deċiżjoni ta’ detenzjoni provviżorja, mingħajr il-possibbiltà li tagħmel talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jew li tistenna r-risposta ta’ din.

2)

L-Artikoli 4 u 6 tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, moqrija flimkien mal-premessa 16 ta’ din, għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-preżunzjoni ta’ innoċenza ma jipprekludux li, meta qorti kompetenti teżamina r-raġunijiet plawżibbli li jippermettu li jiġi ssuspettat li l-persuna ssuspettata jew il-persuna akkużata wettqet ir-reat inkwistjoni, sabiex tiddeċiedi dwar il-legalità ta’ deċiżjoni ta’ detenzjoni provviżorja, din il-qorti tibbilanċja l-provi inkriminanti u skaġunanti prodotti quddiemha u timmotiva d-deċiżjoni tagħha mhux biss billi turi l-provi milqugħa, iżda wkoll billi tiddeċiedi dwar l-oġġezzjonijiet tal-avukat tal-persuna kkonċernata, sakemm din id-deċiżjoni ma tippreżentax lill-persuna detenuta bħala ħatja.


(1)  ĠU C 93, 11.3.2019


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/7


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2018 minn Harry Shindler et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fis-26 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-458/17, Shindler et vs Il-Kunsill

(Kawża C-755/18 P)

(2019/C 172/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Harry Shindler et (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tad-19 ta’ Marzu 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) ċaħdet l-appell.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Zărnești (ir-Rumanija) fis-7 ta’ Frar 2019 — Asociația “Alianța pentru combaterea abuzurilor” vs TM, UN, Asociația DMPA

(Kawża C-88/19)

(2019/C 172/09)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Zărnești

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociația “Alianța pentru combaterea abuzurilor”

Konvenuti: TM, UN, Asociația DMPA

Domanda preliminari

L-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/43/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jistabbilixxu derogi mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12, 13, 14 u tal-Artikolu 15(a) u (b), anki meta l-annimali li jagħmlu parti mill-ispeċi mhedda jitilqu mill-habitat naturali tagħhom u jkunu jinsabu jew viċin ħafna tiegħu jew kompletament ’il barra minnu?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Niederösterreich (l-Awstrija) fit-8 ta’ Frar 2019 — VO vs Bezirkshauptmannschaft Tulln

(Kawża C-96/19)

(2019/C 172/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Niederösterreich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: VO

Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Tulln

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 (1), b’mod partikolari l-aħħar sentenza tal-Artikolu 34(3) u l-Artikolu 36(2) tiegħu, għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi regoli nazzjonali li jeżiġu minn sewwieqa ta’ vetturi li huma mgħammra b’takografu diġitali fis-sens tal-Artikolu 2(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 li jżommu abbord u jipproduċu, matul kontrolli, konfermazzjonijiet mill-persuna li timpjega, li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi tal-formola mħejjija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2006/22/KE (2), għal jiem tax-xogħol individwali li jkunu nieqsa mill-kard tas-sewwieq (Artikolu 2(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014), li għalihom, madankollu, ebda folji ta’ reġistrazzjoni ma huma meħtieġa li jinżammu abbord?

2)

Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv:

Il-formola stipulata mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni 2009/959/UE (3) tagħha hija totalment jew parzjalment invalida?


(1)  Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU 2014, L 60, p. 1).

(2)  Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU 2006, L 102, p. 35).

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/230/KE dwar formola li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni soċjali marbuta mal-attivitajiet tat-trasport bit-triq (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9895) (ĠU 2009, L 330, p. 80).


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Frar 2019 — Deutsche Homöopathie-Union (DHU) Arzneimittel GmbH & Co. KG vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-101/19)

(2019/C 172/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Homöopathie-Union (DHU) Arzneimittel GmbH & Co. KG

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 69 tad-Direttiva 2001/83/KE (1) jinkludi regoli eżawrjenti dwar il-kontenut awtorizzat tal-fuljett fil-pakkett tal-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 14(1) [tal-imsemmija direttiva] jew f’dan il-fuljett tista’ tiġi inkluża informazzjoni oħra fis-sens tal-Artikolu 62 ta’ din id-direttiva?

2)

Informazzjoni dwar il-pożoloġija tal-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2001/83 tista’ tkun informazzjoni utli għall-pazjent, fis-sens tal-Artikolu 62 ta’ din id-direttiva?


(1)  Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 (ĠU 2012, L 299, p. 1).


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Frar 2019 — Deutsche Homöopathie-Union (DHU) Arzneimittel GmbH & Co. KG vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-102/19

(2019/C 172/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Homöopathie-Union (DHU) Arzneimittel GmbH & Co. KG

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 69 tad-Direttiva 2001/83/KE (1) jinkludi regoli eżawrjenti dwar il-kontenut awtorizzat tal-fuljett fil-pakkett tal-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 14(1) [tal-imsemmija direttiva] jew f’dan il-fuljett tista’ tiġi inkluża informazzjoni oħra fis-sens tal-Artikolu 62 ta’ din id-direttiva?

2)

Informazzjoni dwar il-pożoloġija tal-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2001/83 tista’ tkun informazzjoni utli għall-pazjent, fis-sens tal-Artikolu 62 ta’ din id-direttiva?


(1)  Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 (ĠU 2012, L 299, p. 1).


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fil-11 ta’ Frar 2019 — Krakvet sp. z o.o. sp.k. vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București, Administrația Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenți

(Kawża C-108/19)

(2019/C 172/13)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Krakvet sp. z o.o. sp.k.

Konvenuta: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București, Administrația Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenți

Domanda preliminari

Fil-kuntest ta’ bejgħ ta’ oġġetti permezz ta’ negozju online, l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2006/112 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax fil-każ fejn il-klijent jidħol direttament f’kuntratt għas-servizz ta’ trasport tal-oġġetti mill-Istat Membru tal-fornitur għall-Istat Membru tiegħu konformement mal-għażliet ta’ spedizzjoni offruti mill-fornitur, fid-dawl tal-fatt li t-trasport ma jittwettaqx f’isem il-fornitur?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (GU 2006, L 347, p. 1).


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Aachen (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Frar 2019 — Marvin M vs Kreis Heinsberg

(Kawża C-112/19)

(2019/C 172/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Aachen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marvin M.

Konvenut: Kreis Heinsberg

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dokument tal-liċenzja tas-sewqan, inklużi l-awtorizzazzjonijiet ta’ sewqan stabbiliti fih, għandu jiġi strettament irrikonoxxut mill-Istati Membri anki meta l-ħruġ ta’ dan id-dokument ikun jirriżulta mill-iskambju ta’ dokument tal-liċenzja tas-sewqan skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2006/126/KE?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: Stat Membru jista’ jirrifjuta milli jirrikonoxxi d-dokument tal-liċenzja tas-sewqan skambjat bis-saħħa tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE meta l-iskambju mill-Istat ta’ ħruġ ikun sar f’mument fejn l-Istat Membru li minnu toriġina l-awtorizzazzjoni materjali ta’ sewqan kien diġà rtira l-imsemmija awtorizzazzjoni?

3)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv u jekk jeżisti obbligu ta’ rikonoxximent: Stat Membru jista’ jirrifjuta fi kwalunkwe każ ir-rikonoxximent tad-dokument tal-liċenzja tas-sewqan skambjat meta l-Istat Membru, li fit-territorju tiegħu tqum il-kwistjoni tar-rikonoxximent tal-imsemmi dokument, ikun jista’ jikkonstata, abbażi ta’ “informazzjoni inkontestabbli”, li l-awtorizzazzjoni materjali ta’ sewqan ma kinitx teżisti iktar fil-mument tal-iskambju tal-liċenzja tas-sewqan?


(1)  Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid) (ĠU 2006, L 403, p. 18).


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-15 ta’ Frar 2019 — ZS vs PVA Landesstelle Salzburg

(Kawża C-118/19)

(2019/C 172/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZS

Konvenut: PVA Landesstelle Salzburg

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Marzu 2019.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/12


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2019 minn Bank Refah Kargaran mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-10 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-552/15, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill

(Kawża C-134/19 P)

(2019/C 172/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bank Refah Kargaran (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla parzjalment is-sentenza mogħtija fl-10 ta’ Diċembru 2018 mit-Tieni Awla tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-522/15;

prinċipalment, tilqa’ t-talbiet li r-rikorrent għamel quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-għoti ta’ danni bħala kumpens għad-dannu materjali fl-ammont ta’ EUR 68 651 319 u bħala kumpens għad-dannu mhux materjali fl-ammont ta’ EUR 52 547 415;

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

fiż-żewġ każijiet, tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka seba’ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li n-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni annullata ma huwiex ksur suffiċjentement serju ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-fatt li rikkorrent vittma ta’ sanzjoni illegali adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ppreżenta rikors u kiseb l-annullament tas-sanzjoni irendi inutli l-invokazzjoni ta’ ksur biżżejjed serju tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet motiv ippreċiżat mir-rikorrent fir-replika tiegħu mingħajr ma vverifikat, kif meħtieġ mill-ġurisprudenza, jekk l-iżvilupp ta’ dan il-motiv fir-replika jirriżultax mill-evoluzzjoni normali tad-dibattitu mibdi fir-rikors matul il-proċedura kontenzjuża.

4.

Ir-raba’ u l-ħames aggravju bbażati fuq żball ta’ liġi

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod żbaljat is-sentenza mogħtija fil-Kawża T-24/11 (1), u billi kkunsidrat li l-konstatazzjoni li l-Kunsill kiser l-obbligu tiegħu li jikkomunika lir-rikorrent l-elementi kontra tiegħu f’dak li jikkonċerna l-motiv bħala bażi għall-miżuri tal-iffriżar ta’ fondi ma jistabbilixxix l-eżistenza ta’ ksur biżżejjed serju tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jwassal għar-responsabbiltà tal-Unjoni.

5.

Is-sitt aggravju bbażat fuq l-iżnaturament tar-rikors

Il-Qorti Ġenerali żnaturat ir-rikors meta kkunsidrat, sabiex issib li l-argument tiegħu inammissibbli, li r-rikorrent, fl-istadju tar-rikors, ma invokax allegata illegalità ibbażata fuq l-assenza ta’ konformità tal-motiv ta’ inklużjoni ta’ ismu fuq il-listi ta’ persuni milquta minn miżuri restrittivi bil-kriterju applikat mill-Kunsill.

6.

Is-seba aggravju bbażat fuq l-iżnaturament tar-rikors

Billi rriduċiet il-motivi ta’ illegalità allegati mir-rikorrent għall-uniku ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, il-Qorti Ġenerali żnaturat ir-rikors.


(1)  Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill (T-24/11, EU:T:2013:403).


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-20 ta’ Frar 2019 — Pensionsversicherungsanstalt vs CW

(Kawża C-135/19)

(2019/C 172/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pensionsversicherungsanstalt

Konvenuta: CW

Domandi preliminari

1)

Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), l-allowance Awstrijaka għar-riabilitazzjoni għandha titqies

bħala benefiċċju marbut mal-mard skont l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament, jew

bħala benefiċċju marbut mal-invalidità skont l-Artikolu 3(1)(ċ) tar-Regolament, jew

bħala benefiċċju tal-qgħad skont l-Artikolu 3(1)(h) tar-Regolament?

2)

Fid-dawl tad-dritt primarju, ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li, bħala l-Istat ta’ residenza preċedenti u l-Istat ta’ impjieg preċedenti, Stat Membru huwa obbligat iħallas benefiċċji bħall-allowance Awstrijaka għar-riabilitazzjoni lil persuna li hija residenti fi Stat Membru ieħor jekk dik il-persuna tkun ikkompletat il-parti l-kbira tal-perijodi ta’ assigurazzjoni marbuta mal-fergħat tal-mard u tal-pensjoni bħala impjegat fl-Istat Membru l-ieħor (wara t-trasferiment ta’ residenza lejn dak il-pajjiż snin qabel) u li minn dakinhar ma rċeviet l-ebda benefiċċju mill-iskema ta’ assigurazzjoni għall-mard u għall-pensjoni tal-Istat preċedenti ta’ residenza u ta’ impjieg?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/15


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2019 minn Ehab Makhlouf mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-409/16, Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża C-157/19 P)

(2019/C 172/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Ehab Makhlouf (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara l-appell tal-appellant bħala ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla s-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2018 mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-409/16 Ehab Makhlouf vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

U, billi tiddeċiedi permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda:

tannulla d-Deċiżjoni PESK/2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 (1) u l-atti ta’ implimentazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn jikkonċernaw lill-appellant;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji:

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali ma rrispettatx id-dritt tal-appellant li jinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi ġodda, kif irrikonoxxut fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq distorsjoni tal-fatti sa fejn il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx l-artikli ppreżentati mill-appellant insostenn tar-rikors għal annullament tiegħu sabiex juri li huwa ma kienx isostni r-reġim fis-Sirja.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx li huma illegali d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK (2) li jipprovdu li l-fatt li wieħed ikun jagħmel parti mill-familja Al-Assad jew mill-familja Makhlouf jikkostitwixxi kriterju awtonomu li jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ sanzjoni, b’tali mod li fl-istess ħin qalbet l-oneru tal-prova.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850, tas-27 ta’ Mejju 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 141, p. 125);

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2013, L 147, p. 14).


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/16


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2019 minn Razan Othman mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-416/16, Othman vs Il-Kunsill

(Kawża C-158/19 P)

(2019/C 172/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Razan Othman (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara l-appell tal-appellant bħala ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla s-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2018 mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-416/16, Razan Othman vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

U, billi tiddeċiedi permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda:

tannulla d-Deċiżjoni PESK/2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 (1) u l-atti ta’ implimentazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn jikkonċernaw lill-appellant;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellant jinvoka tliet aggravji:

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali ma rrispettatx id-dritt tal-appellant li jinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi ġodda, kif irrikonoxxut fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq distorsjoni tal-fatti sa fejn il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx l-artikli ppreżentati mill-appellant insostenn tar-rikors għal annullament tiegħu sabiex juri li huwa ma kienx isostni r-reġim fis-Sirja.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx li huma illegali d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK (2) li jipprovdu li l-fatt li wieħed ikun jagħmel parti mill-familja Al-Assad jew mill-familja Makhlouf jikkostitwixxi kriterju awtonomu li jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ sanzjoni, b’tali mod li fl-istess ħin qalbet l-oneru tal-prova.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850, tas-27 ta’ Mejju 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 141, p. 125);

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2013, L 147, p. 14).


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/17


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2019 minn Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-411/16, Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

(Kawża C-159/19 P)

(2019/C 172/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara l-appell tal-appellanti bħala ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla s-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2018 mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-411/16, Syriatel Mobile Telecom vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

U, billi tiddeċiedi permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda:

tannulla d-Deċiżjoni PESK/2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 (1) u l-atti ta’ implimentazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn jikkonċernaw lill-appellanti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji:

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali ma rrispettatx id-dritt tal-appellant li jinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi ġodda, kif irrikonoxxut fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq distorsjoni tal-fatti sa fejn il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx l-artikli ppreżentati mill-appellanti insostenn tar-rikors għal annullament tagħha sabiex turi li hija ma kinitx issostni r-reġim fis-Sirja.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx li huma illegali d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK (2) li jipprovdu li l-fatt li wieħed ikun jagħmel parti mill-familja Al-Assad jew mill-familja Makhlouf jikkostitwixxi kriterju awtonomu li jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ sanzjoni, b’tali mod li fl-istess ħin qalbet l-oneru tal-prova.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850, tas-27 ta’ Mejju 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 141, p. 125);

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2013, L 147, p. 14).


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Frar 2019 — Pfizer Consumer Healthcare Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-182/19)

(2019/C 172/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pfizer Consumer Healthcare Ltd

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domanda preliminari

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1140 (1) tat-8 ta’ Lulju 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, huwa invalidu sa fejn huwa jikklassifika taħt il-Kodiċi NM 3824, u b’mod iktar speċifiku, taħt il-Kodiċi 38249096, prodotti li:

i.

huma komposti minn materjal li qisu faxxa, li jinkludi “ċelloli tas-sħana” b’kimiċi;

ii.

jaħdmu b’mod simili għal ġbara, għalkemm jipprovdu iktar benefiċċji;

iii.

permezz ta’ reazzjoni kimika esotermika jtaffu l-uġiegħ, inaqqsu l-għebusija u jippromwovu l-fejqan tat-tessut (kif ivverifikat f’diversi provi kliniċi);

iv.

jitpoġġew f’forom jew f’ippakkjar għal bejgħ bl-imnut, u

v.

huma espliċitament ippreżentati u kkummerċjalizzati bħala li għandhom skopijiet mediċi u li jipproduċu l-effetti identifikati fil-punt (iii) iktar ’il fuq,

għar-raġuni li l-materjal jew il-komponent li jagħtihom il-karattru essenzjali tagħhom huma prodotti kimiċi, minflok jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 3005 (abbażi tal-formulazzjoni tas-subintestaturi, tan-noti tat-taqsima jew tal-kapitoli u tan-noti ta’ spjega tar-Regola Ġenerali ta’ Interpretazzjoni I applikabbli, għaliex il-loġika tar-Regola Ġenerali ta’ Interpretazzjoni 3(a) teżiġi klassifikazzjoni konformement mad-deskrizzjoni l-iktar speċifika, jew fuq kwalunkwe bażi oħra)?


(1)  ĠU 2016, L 189, p. 1.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Graz (l-Awstrija) fl-4 ta’ Marzu 2019 — NK vs MS u AS

(Kawża C-208/19)

(2019/C 172/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht für Zivilrechtssachen Graz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NK

Konvenuti: MS, AS

Domandi preliminari

1)

Kuntratt bejn perit u konsumatur, li jgħid li l-perit għandu jwettaq (biss) l-ippjanar ta’ dar individwali (detached) ġdida li għandha tinbena, b’mod partikolari billi jfassal il-pjanti, huwa kuntratt “għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid” fis-sens tal-Artikolu 3(3)(f) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)?

2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:

Kuntratt bejn perit u konsumatur, li jgħid li l-perit jintrabat li jwettaq, skont ir-rekwiżiti u x-xewqat tal-mandanti tiegħu, l-ippjanar ta’ dar individwali (detached) ġdida li għandha tinbena u, f’dan il-kuntest, għandu jfassal il-pjanti, huwa kuntratt għall-provvista ta’ “oġġetti li saru għall-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b’mod ċar” fis-sens tal-Artikolu 16(c) u tal-Artikolu 2(3) u (4) tad-Direttiva 2011/83/UE?


(1)  ĠU 2011, L 304, p. 64.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/20


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-217/19)

(2019/C 172/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes, E. Ljung Rasmussen, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li billi toħroġ b’mod rikorrenti permessi għall-kaċċa fir-rebbiegħa tal-Edreduni (Somateria mollissima) maskili fil-provinċja ta’ Åland mill-2011, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7(4) u 9(l)(c) tad-Direttiva 2009/147/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Mill-2011, il-gvern tar-reġjun tal-gżejjer Åland, reġjun awtonomu fil-Finlandja, awtorizza b’mod rikorrenti kull sena “deroga għal kaċċa fir-rebbiegħa” tal-papri Edreduni maskili bi kwota totali minn 2000 sa 3800 għasfur matul ġimgħatejn sa tliet ġimgħat f’Mejju. Dan il-perijodu jikkoinċidi mal-perijodu ta’ riproduzzjoni tal-Edreduni.

L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2009/147/KE jipprojbixxi l-kaċċa matul il-perijodu ta’ riproduzzjoni.

Il-Finlandja ssostni li l-kaċċa fir-rebbiegħa għall-Edreduni fil-gżejjer Åland hija ġġustifikata mid-dispożizzjoni ta’ deroga tal-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 2009/147/KE. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istati Membri għandhom l-oneru li jipprovaw li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ din id-dispożizzjoni.

Il-Kummissjoni tqis li l-Finlandja, l-ewwel nett, ma stabbilixxietx li s-sistema ta’ deroga tikkostitwixxi “użu meqjus” fis-sens tal-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 2009/147/KE. B’mod partikolari, il-Finlandja ma ssostanzjatx bi provi xjentifiċi affidabbli li huwa żgurat li l-popolazzjoni rilevanti tal-papri Edreduni qedha tinżamm f’livell sodisfaċenti.

It-tieni net, il-Finlandja ma pprovatx li l-kaċċa fir-rebbiegħa awtorizzata tikkonċerna biss l-użu ta’ għasafar “f’numri żgħar” skont l-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 2009/147/KE.


(1)  Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU 2010, L 20, p. 7)


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit) fil-15 ta’ Marzu 2019 — Blackrock Investment Management (UK) Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-231/19)

(2019/C 172/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Blackrock Investment Management (UK) Limited

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domandi preliminari

Skont interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), meta tiġi pprovduta provvista unika ta’ servizzi ta’ immaniġġar skont it-tifsira ta’ dan l-artikolu minn fornitur terz lill-maniġer tal-fond u din tintuża min dak il-maniġer tal-fond kemm fl-immaniġġjar ta’ fondi speċjali ta’ investiment kif ukoll fl-immaniġġjar ta’ fondi oħra li ma humiex fondi speċjali ta’ investiment:

(a)

dik il-provvista unika għandha tkun suġġetta għal rata unikata’ taxxa? Jekk iva, kif għandha tiġi ddeterminata dik ir-rata unika? jew

(b)

il-korrispettiv għal dik il-provvista unika għandu jitqassam skont l-użu tas-servizzi ta’ immaniġġjar (pereżempju, b’riferiment għall-ammonti tal-fondi immaniġġjati fil-fondi speċjali ta’ investiment u fil-fondi ta’ investiment mhux speċjali rispettivament) sabiex parti mill-provvista unika titqies bħala eżenti mit-taxxa u parti oħra minnha titqies bħala taxxabbli?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (ir-Renju Unit) fit-18 ta’ Marzu 2019 — United Biscuits (Pensions Trustees) Limited, United Biscuits Pension Investments Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-235/19)

(2019/C 172/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: United Biscuits (Pensions Trustees) Limited, United Biscuits Pension Investments Limited

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domanda preliminari

Il-provvisti tas-servizzi tat-tmexxija tal-fondi tal-pensjoni (is-Servizzi PFM) kif ipprovduti lit-Trustees minn (a) assiguraturi u/jew (b) nonassiguraturi ta’ “transazzjonijet ta’ […]assigurazzjoni” huma skont it-tifsira tal-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva tal-VAT (1) (li qabel kien l-Artikolu 13B(a) tas-Sitt Direttiva)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fl-20 ta’ Marzu 2019 — Eli Lilly and Company vs Genentech Inc.

(Kawża C-239/19)

(2019/C 172/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eli Lilly and Company

Konvenuta: Genentech Inc.

Domanda preliminari

Ir-Regolament Nru 469/2009 (1) jipprekludi l-għoti ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari lill-proprjetarju ta’ privattiva bażika fir-rigward ta’ prodott li huwa s-suġġett ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq miżmuma minn terz mingħajr il-kunsens ta’ dan it-terz?


(1)  Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU 2009, L 152, p. 1).


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/23


Digriet tal-President tat-Tieni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Okresný súd Bratislava — is-Slovakkja) — ML

(Kawża C-510/17) (1)

(2019/C 172/27)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakkja

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 374, 06.11.2017


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Frar 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju, sostnut minn: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Republlika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija

(Kawża C-564/17) (1)

(2019/C 172/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 328, 13.11.2017.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/24


Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Japan Tobacco International SA, Japan Tobacco International France SAS vs Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics, Ministre des Solidarités et de la Santé

(Kawża C-596/17) (1)

(2019/C 172/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 437, 18.12.2017.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/24


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Hussein Mohamad Hussein, fil-preżenza ta’: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

(Kawża C-657/17) (1)

(2019/C 172/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 52, 12.2.2018.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/24


Digriet tal-President tal-Ħames Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo de Círculo de Lisboa — il-Portugall) — Henkel Ibérica Portugal, Unipessoal Lda vs Comissão de Segurança de Serviços e Bens de Consumo

(Kawża C-277/18) (1)

(2019/C 172/31)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Ħames Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/25


Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Justice de paix du troisième canton de Charleroi — il-Belġju) — Frank Casteels vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd)

(Kawża C-368/18) (1)

(2019/C 172/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 285, 13.8.2018.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/25


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven — il-Pajjiżi il-Baxxi) — Vereniging Gasopslag Nederland, TAQA Onshore BV, TAQA Piek Gas BV vs Autoriteit Consument en Markt, fil-presenza ta’: Gas Transport Services BV

(Kawża C-399/18) (1)

(2019/C 172/33)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/25


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — ZW vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-498/18) (1)

(2019/C 172/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 399, 5.11.2018.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/26


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Frar 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-614/18) (1)

(2019/C 172/35)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 445, 10.12.2018.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/26


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin — il-Ġermanja) — Sundair GmbH vs WV, XU, YT, ZS

(Kawża C-660/18) (1)

(2019/C 172/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 25, 21.1.2019.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/26


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Nürnberg — il-Ġermanja) — Geld-für-Flug GmbH vs Ryanair DAC

(Kawża C-701/18) (1)

(2019/C 172/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 72, 25.2.2019.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/27


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rechtbank Amsterdam — il-Pajjiżi l-Baxxi — A, B vs C

(Kawża C-750/18) (1)

(2019/C 172/38)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 93, 11.03.2019.


GCEU

20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2019 — Robert Bosch vs EUIPO (Simply. Connected.)

(Kawżi T-251/17 u T-252/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjonijiet għal trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea Simply. Connected. - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Portata tal-eżami li għandu jitwettaq mill-Bord tal-Appell - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 64 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 71 tar-Regolament 2017/1001)”)

(2019/C 172/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Robert Bosch GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Völker u M. Pemsel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Mensing u D. Hanf, aġenti)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2017 (Każ R 948/2016-5) u tal-10 ta’ Marzu 2017 (Każ R 947/2016-5), dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tas-sinjali figurattivi Simply. Connected. bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-251/17 u T-252/17 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

Robert Bosch GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 195,19.6.2017.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 Marzu 2019 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-480/17) (1)

(“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imġarrab mill-Greċja - Korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u b’rata fissa - Kundizzjonalità - Kontroll tar-rekwiżiti regolamentari fil-qasam tal-ġestjoni - Analiżi tar-riskji - Evalwazzjoni tad-dannu finanzjarju - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”)

(2019/C 172/40)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos u A. Vasilopoulou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1144 tas-26 ta’ Ġunju 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU 2017, L 165, p. 37), sa fejn timponi fuq ir-Repubblika Ellenika, wara l-investigazzjoni bir-referenza ΧC/2014/002/GR, korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u b’rata fissa ta’ ammont totali ta’ EUR 1182 054.17 minħabba nuqqasijiet fl-applikazzjoni tal-kundizzjonalità (FAEG u FAEŻR).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 357, 23.10.2017.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2019 — Fleig vs SEAE

(Kawża T-492/17) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Xoljiment permezz ta’ preavviż - Raġunijiet għax-xoljiment - Ksur tar-relazzjoni ta’ fiduċja - Interess tas-servizz - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dmir ta’ premura - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Artikoli 30 u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Kwistjoni proċedurali - Pubblikazzjoni fuq l-internet ta’ dokumenti inklużi fil-proċess tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali - Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal”)

(2019/C 172/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Stephan Fleig (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentant: S. Marquardt, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Settembru 2016 li permezz tagħha d-Direttur tad-Direttorat “Riżorsi Umani” tas-SEAE, fil-kwalità tiegħu ta’ awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ, ittermina l-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrent b’effett mid-19 ta’ Ġunju 2017 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab insegwitu għal din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stephan Fleig huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 318, 25.9.2017.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 28 ta’ Marzu 2019 — dm-drogerie markt vs EUIPO — Albea Services (ALBÉA)

(Kawża T-562/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva ALBÉA - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea preċedenti - Trade mark verbali Balea - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2019/C 172/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u C. Mellein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Rajh u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Albea Services (Gennevilliers, Franza) (rappreżentant: J.-H. de Mitry, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1870/2016 1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn dm-drogerie markt u Albea Services.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1870/2016-1) hija annullata.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 338, 9.10.2017.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2019 — All Star vs EUIPO — Carrefour Hypermarchés (Forma ta’ pett ta’ żarbun)

(Kawża T-611/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea - Forma ta’ pett ta’ żarbun - Fatti magħrufa - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001) - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) u Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 59(2) tar-Regolament 2017/1001) - Ċaħda tat-talba għaż-żamma ta’ seduta quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 77 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 96(1) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2019/C 172/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: All Star CV (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Kunze, G. Würtenberger, avukati u S. Malynicz, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Carrefour Hypermarchés (Évry, Franza) (rappreżentant: C. Verneret, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 952/2014-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Carrefour Hypermarchés u All Star.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

All Star CV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 374, 6.11.2017.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2019 — United Wineries vs EUIPO — Compañía de Vinos Miguel Martín (VIÑA ALARDE)

(Kawża T-779/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali VIÑA ALARDE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ‘ALARDE’ - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Identità tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2019/C 172/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: United Wineries, SA (Cenicero, Spanja) (rappreżentant: J. Oria Sousa-Montes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Compañía de Vinos Miguel Martín, SL (Cigales, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2017 (Każ R 281/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Compañía de Vinos Miguel Martín u United Wineries.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

United Wineries, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 5.2.2018.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2019 — Stada Arzneimittel vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ arkati ċirkulari opposti)

(Kawża T-804/17) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta żewġ arkati ċirkulari opposti - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

(2019/C 172/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Hanf u D. Walicka, sussegwentement D. Hanf u E. Markakis, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1887/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta żewġ arkati ċirkulari opposti bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stada Arzneimittel AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 5.2.2018.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2019 — Zakłady Chemiczne “Siarkopol” Tarnobrzeg vs EUIPO — EuroChem Agro (Unifoska)

(Kawża T-259/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Unifoska - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea NITROFOSKA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 172/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zakłady Chemiczne “Siarkopol” Tarnobrzeg (Tarnobrzeg, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: EuroChem Agro GmbH (Mannheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schmidhuber u A. Haberer, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Frar 2018 (Każ R 1503/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn EuroChem Agro u Zakłady Chemiczne “Siarkopol” Tarnobrzeg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Zakłady Chemiczne “Siarkopol” Tarnobrzeg sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 221, 25.6.2018.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2019 — Abaco Energy et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-186/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna favur enerġiji rinnovabbli - Proċedura ta’ eżami preliminari - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Rikors ippreżentat minn benefiċċjarji - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)

(2019/C 172/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Abaco Energy, SA (Madrid, Spanja) u t-tliet rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: inizjalment minn P. Holtrop, P. Kuypers u M. de Wit, sussegwentement minn P. Holtrop, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, P. Němečková u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba bbażta fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7384 finali, tal-10 ta’ Novembru 2017, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.40348 (2015/NN) implimentata mir-Renju ta’ Spanja (Appoġġ għall-produzzjoni ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ skart kif ukoll mill-koġenerazzjoni).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Renju ta’ Spanja u ta’ EDP España.

3)

Abaco Energy, SA, u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness, huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ dawk marbuta mat-talbiet għal intervent.

4)

Abaco Energy u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness, il-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja u EDP España għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż proprji tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 221, 25.6.2018.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2019 — Solwindet las Lomas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-190/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna favur enerġiji rinnovabbli - Proċedura ta’ eżami preliminari - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Rikors ippreżentat minn benefiċċjarji - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)

(2019/C 172/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Solwindet las Lomas, SL (Gérone, Spanja) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, P. Němečková u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba bbażta fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7384 finali, tal-10 ta’ Novembru 2017, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.40348 (2015/NN) implimentata mir-Renju ta’ Spanja (Appoġġ għall-produzzjoni ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ skart kif ukoll mill-koġenerazzjoni).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Renju ta’ Spanja u ta’ EDP España.

3)

Solwindet las Lomas, SL hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ dawk marbuta mat-talbiet għal intervent.

4)

Solwindet las Lomas, SL, il-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja u EDP España għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż proprji tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2019 — Herholz vs EUIPO (#)

(Kawża T-631/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea # - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Talba għal bidla - Inammissibbiltà manifesta”)

(2019/C 172/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Herholz Vertrieb GmbH & Co. KG (Ahaus, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Sprenger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sesma Merino u A. Söder, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Awwissu 2018 (Kawża R 445/2018-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali # bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Herholz Vertrieb GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 445, 10.12.2018.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/36


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2019 — Șanli vs Il-Kunsill

(Kawża T-157/19)

(2019/C 172/50)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Dalokay Șanli (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: D. Gürses, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/24 tat-8 ta’ Jannar 2019 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/25 tat-8 ta’ Jannar 2019, u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-inklużjoni ta’ PKK fuq il-lista ma hijiex iġġustifikata peress li PKK ma hijiex organizzazzjoni terroristika.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li isem ir-rikorrent ma għandux ikun fil-lista peress li huwa qatt ma nstab ħati jew ġie akkużat b’reati terroristiċi.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li ma huwiex stabbilit li r-rikorrent wettaq reati terroristiċi jew li jista’ jkollu konnessjoni ma’ tali atti. Barra minn hekk, l-allegazzjoni li huwa eżerċita attivitajiet ta’ reklutaġġ u ta’ finanzjament ma ġietx sostnuta bi provi.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-drittijiet fundamentali tad-difiża tar-rikorrent u d-dritt għal protezzjoni effettiva ġudizzjarja ġew miksura peress li huwa ma setax jiddefendi lilu nnifsu kontra l-allegazzjonijiet invokati kontrih.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-atti kkontestati tal-Kunsill ma humiex suffiċjentement fondati, peress li ma hemm ebda bażi għall-impożizzjoni ta’ piena.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK ġie miksur peress li l-Kunsill ma pprovdiex informazzjoni dettaljata jew dokumenti rilevanti li juru li l-awtorità kompetenti kienet ħadet deċiżjoni fis-sens ta’ dan l-artikolu.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/37


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2019 — Deutsche Telekom vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-161/19)

(2019/C 172/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Telekom (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. González Díaz, B. Langeheine U J. Blanco Carol, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara t-talba għal annullament ammissibbli;

tannulla l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż legali tar-rikorrenti kif ukoll għall-ispejjeż l-oħra relatati ma’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-invalidità tal-Artikolu 50 tar-regolament ikkontestat minħabba li l-Artikolu 114 TFUE ma jikkostitwixxix bażi legali xieraq.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 50 tar-regolament ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ sussidjarjetà u ma huwiex immotivat.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 50 tar-regolament ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità u ma huwiex immotivat.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-proċedura segwita għall-adozzjoni tal-Artikolu 50 tar-regolament ikkontestat kisret il-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 50 tar-regolament ikkontestat jillimita d-dritt fundamentali tar-rikorrenti għall-proprjetà u għal libertà ta’ intrapriża.


(1)  Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (ĠU 2018, L 321, p. 1).


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/38


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2019 — Telefónica u Telefónica de España vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-162/19)

(2019/C 172/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Telefónica, SA (Madrid, Spanja), u Telefónica de España, SA (Madrid) (rappreżentanti: F. González Díaz, B. Langeheine u J. Blanco Carol, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara t-talba għal annullament ammissibbli;

tannulla l-Artikolu 50 tar-Regolament (EU) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż legali tar-rikorrenti u għall-ispejjeż oħra relatati ma’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi li huma, essenzjalment, jew identiċi jew simili għall-motivi invokati fil-Kawża T-161/19, Deutsche Telekom v Parliament and Council.


(1)  Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/39


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2019 — Hebberecht vs SEAE

(Kawża T-171/19)

(2019/C 172/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Chantal Hebberecht (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: K. Bicard, avukat)

Konvenuta: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikkjara t-talba ta’ C. Hebberecht ammissibbli u fondata;

tannulla s-sanzjoni deċiża fil-konfront tar-rikorrenti;

tikkundanna lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) iħallas lir-rikorrenti EUR 36 000 ta’ arretrati tas-salarju kif ukoll l-interessi moratorji;

tikkundanna lis-SEAE iħallas lir-rikorrenti EUR 450 000 bħala kumpens għad-dannu fuq saħħitha, id-dannu materali u d-dannu morali;

sussidjarjament, tikkundanna lis-SEAE iħallas lir-rikorrenti EUR 300 000 bħala kumpens għall-istess dannu;

iktar sussidjarjament, tikkundanna lis-SEAE iħallas lir-rikorrenti EUR 150 000 bħala kumpens għall-istess dannu;

jerġa’ iktar sussidjarjament, tikkundanna lis-SEAE iħallas lir-rikorrenti EUR 50 000 bħala kumpens għall-istess dannu;

tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-fatt li ma wettqitx il-fatti miżmuma kontriha mit-tribunal de première instance du Hainaut (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Hainaut (il-Belġju)) fis-sentenza tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2017 u invokati mis-SEAE bħala li jikkostitwixxu nuqqas partikolarment gravi għall-obbligi li għandhom l-uffiċjali, b’mod partikolari abbażi tal-Artikolu 12 tar-Regolamenti tal-Persunal. Hija tinvoka wkoll in-natura diskriminatorja tas-sanzjonijiet meħuda kontra tagħha.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/40


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2019 — AV u AW vs Il-Parlament

(Kawża T-173/19)

(2019/C 172/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AV u AW (rappreżentanti: L. Levi u S. Rodrigues, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, minn naħa, tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1) u, min-naħa l-oħra, tad-drittijiet tad-difiża. Ir-rikorrenti jsostnu f’dan ir-rigward li huma ma ġew informati b’ebda deċiżjoni amministrattiva ta’ ordni ta’ rkupru qabel ma ġew adottati d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali valida peress li l-kuntest dixxiplinarju li fih jaqgħu d-deċiżjonijiet ikkontestati jipprekludi li dawn ikunu bbażati fuq l-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal. Skont ir-rikorrenti, anki jekk id-deċiżjonijiet ikkontestati jistgħu jiġu bbażati fuq l-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal, dawn id-deċiżjonijiet huma vvizzjati b’illegalità billi l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma humiex issodisfatti f’dan il-każ.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ dmir ta’ premura minħabba, b’mod partikolari, li l-konvenut ma ħax ħsieb jivverifika l-eżattezza tal-irregolarità misjuba mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF).

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-użu ħażin ta’ poter imwettaq min-naħa tal-Parlament, sa fejn dan ħa d-deċiżjonijiet ikkontestati bl-iskop, jekk mhux esklużiv, tal-inqas determinanti, li jilħaq għanijiet li ma humiex dawk tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal, jiġifieri r-rieda li jissanzjona lir-rikorrenti b’mod li ma huwiex dak ta’ sanzjoni dixxiplinarja.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/41


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2019 — 3V Sigma vs ECHA

(Kawża T-176/19)

(2019/C 172/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 3V Sigma SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: C. Bryant u S. Hainsworth, Solicitors u C. Krampitz, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara t-talba ammissibbli;

tannulla d-deċiżoni tal-Bord tal-Appell tal-konvenuta tal-15 ta’ Jannar 2019 rigward l-evalwazzjoni tas-sustanza ta’ bis(2-etilessil) 4,4’-{6-[4-tert- butilkarbamojl) anilino]-1,3,5-triażine-2,4- diildiimino}dibenżoat sa fejn (i) ċaħdet l-appell amministrattiv tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni oriġinali u (ii) iddeċidiet li r-rikorrenti għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-istudju OECD TG 308 sat-22 ta’ Ottubru 2020; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv fejn qed jiġi allegat li twettqu żball ta’ liġi kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ġie kkunsidrat li l-istudju OECD TG 308 huwa neċessarju.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Bord tal-Appell tal-konvenuta wettaq żball ta’ liġi kif ukoll wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta naqas milli jagħmel distinzjoni, minn naħa waħda, bejn il-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jitwettqu t-testijiet sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza jew, inkella, trasformazzjoni u/jew prodotti ta’ degradazzjoni ta’ sustanza u, min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet li taħthom għandha titwettaq evalwazzjoni tal-proprjetajiet persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi jew proprjetajiet persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna ta’ kwalunkwe trasformazzjoni u/jew prodott ta’ degradazzjoni. Bħala riżultat, ir-rikorrenti ssostni li l-Bord tal-Appell tal-konvenuta kien wettaq żball meta kkonkluda li l-istudju OECD TG 308 mitlub mingħand ir-rikorrenti kien neċessarju.

2.

It-tieni motiv fejn qed jiġi allegat li l-Bord tal-Appell tal-konvenuta wettaq żball ta’ liġi kif ukoll wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta stabbilixxa li t-temperaturi tal-ittestajr indikati huma xierqa.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Bord tal-Appell tal-konvenuta wettaq żball ta’ liġi kif ukoll wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkluda li t-temperatura tal-ittestajr indikata għall-istudju OECD TG 308, jiġifieri 20 C, kienet xierqa. Il-Bord tal-Appell tal-konvenuta naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li t-twettiq tal-istudju bi temperatura ogħla kien ikollu impatt materjali fuq il-konċentrazzjonijiet ta’ kwalunkwe trasformazzjoni u/jew prodotti ta’ degradazzjoni ffurmati u, konsegwentement, fuqhom, jew kwalunkwe minnhom, ikunu għalhekk suġġetti għal evalwazzjoni persistenti, bijoakkumulattiva u tossika/persistenti ħafna u bijoakkumulattiva ħafna, li jippreġudika b’mod kritiku l-adegwatezza tal-istudju.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/42


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2019 — Puma v EUIPO (SOFTFOAM)

(Kawża T-182/19)

(2019/C 172/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schunke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva SOFTFOAM — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 363 318

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 1399/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/43


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2019– Aurea Biolabs v EUIPO — Avizel (AUREA BIOLABS)

(Kawża T-184/19)

(2019/C 172/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aurea Biolabs Pte Ltd (Cochin, l-Indja) (rappreżentanti: B. Brandreth, QC u L. Oommen, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Avizel SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerai

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva AUREA BIOLABS — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 836 737

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 814/2018-2 (CORR)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddeċiedi dwar l-ispejjeż favur ir-rikorrenti.

Motivi invokati

Insostenn tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tal-Appell jinvoka dispożizzjoni invalida tal-liġi;

Fil-każ li kien hemm żball ta’ liġi ovvju, kien xieraq li d-deċiżjoni preċedenti tiġi rrevokata;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-prinċipji ta’ ġustizzja naturali.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/44


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2019 — Public.Resource.Org u Right to Know vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-185/19)

(2019/C 172/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Public.Resource.Org, Inc. (Sebastopol, California, l-Istati Uniti), Right to Know CLG (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: F. Logue, Solicitor, A. Grünwald, J. Hackl u C. Nüßing, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2019) 639 finali tat-22 ta’ Jannar 2019 (inkluża d-deċiżjoni inizjali tal-15 ta’ Novembru 2018 bir-referenza GROW/D3/ALR/dr (2018) 5993057);

sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Kummissjoni Ewropea; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni Ewropea wettqet interpretazzjoni żbaljata u/jew applikat b’mod żbaljat l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), peress li din id-dispożizzjoni ma tipproteġix l-istandards armonizzati mitluba:

L-ebda protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għall-istandards armonizzati mitluba ma hija possibbli, u dan għaliex jagħmlu parti mid-dritt tal-Unjoni Ewropea;

L-istandards armonizzati mitluba huma neqsin minn oriġinalità u għalhekk ma jibbenefikawx mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur;

Il-konvenuta ma werietx l-imminar allegat tal-interess kummerċjali tal-organizzazzjoni għall-istandardizzazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni Ewropea kisret l-aħħar klawżola tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 inkwantu b’mod żbaljat hija ċaħdet li r-rikorrenti għandhom interess pubbliku superjuri għall-aċċess għall-istandards armonizzati mitluba:

Il-kunċetti ta’ stat tad-dritt u ta’ drittijiet fundamentali jeħtieġu aċċess liberu għal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea;

L-istandards mitluba jinkludu informazzjoni ambjentali u b’mod partikolari informazzjoni dwar l-emissjonijiet fl-ambjent u għaldaqstant għandhom jiġu pprovduti skont ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (2);

Il-konvenuta ma tatx raġunijiet adegwati għaċ-ċaħda tal-interess pubbliku superjuri.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13).


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/45


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2019 — Glaxo Group vs EUIPO (marka ta’ kulur vjola)

(Kawża T-187/19)

(2019/C 172/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Glaxo Group Ltd (Brentford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, S. Baran, Barrister u R. Jacob, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal marka ta’ kulur vjola tal-Unjoni Ewropea (PANTONE: 2587C) — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 596 951

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 1870/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi qies li s-sinjal kien nieqes minn karattru distintiv intrinsiku u għalhekk ma setax jiġi validament irreġistrat bħala trade mark.

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi naqas milli jqis li s-sinjal kien kiseb karattru distintiv mill-użu li għamlet minnu r-rikorrenti għal annullament u/jew bl-awtorizzazzjoni tagħha.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/46


Rikors ippreżentat fil-1 ta’ April 2019 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummisssjoni

(Kawża T-188/19)

(2019/C 172/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Brandon, aġent, T. Johnston u J. Scott, Barristers)

Konvenuta: Il-Kummisssjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta r-rapport finali ta’ awditjar, bin-numru ta’ referenza ta’ awditjar 14-BA262-013, bħala finali, kif innotifikat lir-Renju Unit permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Diċembru 2018 u riċevut fil-21 ta’ Jannar 2019;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Awdituri wettqu żball ta’ liġi meta kkonstataw li kienu meħtieġa skedi tal-ħin ta’ kuljum u, b’hekk, interpretaw b’mod żbaljat il-ftehimiet ta’ sussidju.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-rapport finali ta’ awditjar jimmina l-aspettattivi leġittimi tal-Met Office (l-Uffiċċju Meteoroloġiku, ir-Renju Unit) li s-sistema tiegħu għar-reġistrazzjoni tal-ħin ex post facto u l-kalkolu tiegħu fix-xahar tar-rati tal-ispejjeż indiretti huma konformi mar-rekwiżiti tal-ftehimiet ta’ sussidju.