ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 164

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
13 ta' Mejju 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 164/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

CDJ

2019/C 164/02

Kawża C-700/18 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2018 minn Hungary Restaurant Company Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (Hungary Restaurant Company Kft.) u Evolution Gaming Advisory Kft. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-12 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-416/18, Hungary Restaurant Company Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. u Evolution Gaming Advisory Kft. vs Il-Kummissjoni Ewropea

2

2019/C 164/03

Kawża C-722/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fid-19 ta’ Novembru 2018 — KROL — Zakład Robót Wodno-Kanalizacyjnych vs Porr

2

2019/C 164/04

Kawża C-745/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-27 ta’ Novembru 2018 — JA vs Skarb Państwa rrappreżentat minn Sejm Rzeczypospolitej Polskiej, Senat Rzeczypospolitej Polskiej, Prezes Rady Ministrów, Minister Sprawiedliwości, Minister Finansów

3

2019/C 164/05

Kawża C-779/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich (il-Polonja) fit-12 ta’ Diċembru 2018 — Mikrokasa S.A. w Gdyni, u Revenue Niestandaryzowany Sekurytyzacyjny Fundusz Inwestycyjny Zamknięty w Warszawie vs XO

4

2019/C 164/06

Kawża C-824/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-28 ta’ Diċembru 2018 — A.B., C.D., E.F., G.H. u I.J. vs Krajowa Rada Sądownictwa

5

2019/C 164/07

Kawża C-3/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-3 ta’ Jannar 2019 — Asmel società consortile a r.l. vs Autorità Nazionale Anticorruzione

6

2019/C 164/08

Kawża C-11/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-7 ta’ Jannar 2019 — Azienda ULSS n. 6 Euganea vs Pia Opera Croce Verde Padova

7

2019/C 164/09

Kawża C-14/19 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2019 miċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-25 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-286/15, KF vs SatCen

8

2019/C 164/10

Kawża C-15/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-10 ta’ Jannar 2019 — A.m.a. — Azienda Municipale Ambiente SpA vs Consorzio Laziale Rifiuti — Co.La.Ri.

9

2019/C 164/11

Kawża C-16/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Krakowie (il-Polonja) fit-2 ta’ Jannar 2019 — VL vs Szpital Kliniczny im. dra J. Babińskiego Samodzielny Publiczny Zakład Opieki Zdrowotnej w Krakowie

10

2019/C 164/12

Kawża C-25/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Poznaniu (il-Polonja) fil-15 ta’ Jannar 2019 — Corporis Sp. z o.o., stabbilita f’Bielsko-Biała vs Gefion Insurance A/S, stabbilita f’Kopenħagen

11

2019/C 164/13

Kawża C-26/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Modena (l-Italja) fil-15 ta’ Jannar 2019 — Azienda USL di Modena vs Comune di Sassuolo

11

2019/C 164/14

Kawża C-28/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-16 ta’ Jannar 2019 — Ryanair Ltd, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato — Antitrust vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato — Antitrust et

12

2019/C 164/15

Kawża C-61/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Jannar 2019 — Orange Romania SA vs Autoritatea Națională de Supraveghere a Prelucrării Datelor cu Caracter Personal

13

2019/C 164/16

Kawża C-62/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Jannar 2019 — Star Taxi App SRL vs Unitatea Administrativ Teritorială Municipiul București prin Primar General, Consiliul General al Municipiului București

14

2019/C 164/17

Kawża C-70/19 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-21 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-587/16, HM vs Il-Kummissjoni Ewropea

15

2019/C 164/18

Kawża C-75/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Specializat Mureș (ir-Rumanija) fil-31 ta’ Jannar 2019 — MF vs BNP Paribas Personal Finance SA Paris Sucursala București, Secapital Sàrl

16

2019/C 164/19

Kawża C-84/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Szczecin — Prawobrzeże i Zachód w Szczecinie (il-Polonja) fil-31 ta’ Jannar 2019 — Profi Credit Polska vs QJ

17

2019/C 164/20

Kawża C-85/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-6 ta’ Frar 2019 — Agencia Estatal de la Administración Tributaria vs RK

18

2019/C 164/21

Kawża C-86/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona (Spanja) fis-6 ta’ Frar 2019 — SL vs Vueling Airlines S.A.

19

2019/C 164/22

Kawża C-114/19 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2019 minn il-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-29 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-811/16, Di Bernardo vs Il-Kummissjoni

20

2019/C 164/23

Kawża C-133/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-19 ta’ Frar 2019 — B. M. M., B. S. vs État belge

21

2019/C 164/24

Kawża C-136/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-20 ta’ Frar 2019 — B. M. M., B. M. vs État belge

21

2019/C 164/25

Kawża C-137/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-20 ta’ Frar 2019 — B. M. O. vs État belge

22

2019/C 164/26

Kawża C-152/19 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2019 minn Deutsche Telekom AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-827/14, Deutsche Telekom AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

23

2019/C 164/27

Kawża C-154/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Eparchiako Dikastirio Larnakas (Ċipru) fit-22 ta’ Frar 2019 — Cyprus Central Authority vs GA

24

2019/C 164/28

Kawża C-172/19 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2019 mill-Association européenne du charbon et du lignite (Euracoal) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-739/17, Association européenne du charbon et du lignite (Euracoal) et vs Il-Kummissjoni Ewropea

25

2019/C 164/29

Kawża C-192/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Frar 2019 — Rensen Shipbuilding BV, parti oħra: Inspecteur van de Belastingdienst vs Douane

27

2019/C 164/30

Kawża C-194/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fit-28 ta’ Frar 2019 — H. A. vs État belge

27

2019/C 164/31

Kawża C-197/19 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 minn Mylan Laboratories Ltd, Mylan, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-682/14: Mylan Laboratories u Mylan vs Il-Kummissjoni

28

2019/C 164/32

Kawża C-198/14 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2019 minn Teva UK Ltd, Teva Pharmaceuticals Europe BV, Teva Pharmaceutical Industries Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-679/14, Teva UK Ltd et vs Il-Kummissjoni

29

2019/C 164/33

Kawża C-199/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi (il-Polonja) fis-27 ta’ Frar 2019 — RL vs J.M.

30

2019/C 164/34

Kawża C-200/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Trgovački sud u Zagrebu (il-Kroazja) fl-1 ta’ Marzu 2019 — INA-INDUSTRIJA NAFTE d.d. et vs LJUBLJANSKE BANKE d.d.

31

2019/C 164/35

Kawża C-202/19 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2019 minn Ryanair DAC, li qabel kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-111/15: Ryanair u Airport Marketing Services vs il-Kummissjoni

32

2019/C 164/36

Kawża C-203/19 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2019 minn Ryanair DAC, li qabel kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-165/15: Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

33

2019/C 164/37

Kawża C-204/19 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2019 minn Ryanair DAC, li qabel kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-53/16: Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

34

2019/C 164/38

Kawża C-205/19 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2019 minn Ryanair DAC, li qabel kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-165/16: Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

36

2019/C 164/39

Kawża C-212/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Marzu 2019 — Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation vs Compagnie des pêches de Saint-Malo

37

2019/C 164/40

Kawża C-213/19: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

38

2019/C 164/41

Kawża C-215/9: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-8 ta’ Marzu 2019 — Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

39

2019/C 164/42

Kawża C-233/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour du travail de Liège (il-Belġju) fit-18 ta’ Marzu 2019 — B. vs Centre public d'action sociale de Líège (CPAS)

40

 

GCEU

2019/C 164/43

Kawża T-433/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2019 — Pometon vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-barraxa tal-azzar — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni tal-prezzijiet fiż-ŻEE kollha — Proċedura ibrida matul perijodu mifrux — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Prinċipju ta’ imparzjalità — Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Prova tal-ksur — Ksur uniku u kontinwu — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Tul tal-ksur — Multa — Adattament eċċezzjonali tal-ammont bażiku — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament — Ġurisdizzjoni sħiħa)

42

2019/C 164/44

Kawża T-766/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija minn Spanja favur ċerti klabbs tal-futbol professjonali — Garanzija — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Vantaġġ — Obbligu ta’ motivazzjoni)

43

2019/C 164/45

Kawża T-582/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2019 — Boshab et vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fil-konfront ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo — Lista tal-persuni u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi u l-projbizzjoni ta’ dħul u ta’ transitu — Inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti fil-lista — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal smigħ — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

43

2019/C 164/46

Kawża T-725/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2019 — Clestra Hauserman vs Il-Parlament (Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Xogħlijiet relatati mal-Ħitan li jinqalgħu — bibien tal-proġett għall-estensjoni u għall-immodernizzar tal-Binja Konrad Adenauer tal-Parlament fil-Lussemburgu — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Obbligu ta’ motivazzjoni — Offerta anormalment baxxa — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

44

2019/C 164/47

Kawża T-787/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2019 — Parfümerie Akzente vs EUIPO (GlamHair) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali GlamHair — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

45

2019/C 164/48

Kawża T-829/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2019 — Coesia vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ kurvi ħomor oblikwi) (Trade mark tal-Unjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta żewġ kurvi ħomor oblikwi — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001))

46

2019/C 164/49

Kawża T-105/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2019 — Deray vs EUIPO — Charles Claire (LILI LA TIGRESSE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali LILI LA TIGRESSE — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti TIGRESS — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

46

2019/C 164/50

Kawża T-265/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2019 — Biernacka-Hoba vs EUIPO — Formata Bogusław Hoba (Formata) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Formata — Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Formata — Raġuni relattiva għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Regola 37 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li saret l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625) — Kundizzjonijiet għar-rappreżentazzjoni tat-trade mark preċedenti — Regola 19 tar-Regolament Nru 2868/95 (li saret l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat 2018/625) — Aspettattivi leġittimi — Rimbors tal-ispejjeż ta’ rappreżentanza — Artikolu 109 tar-Regolament 2017/1001 u r-Regola 94 tar-Regolament Nru 2868/95 (li saret l-Artikolu 109 tar-Regolament 2017/1001))

47

2019/C 164/51

Kawża T-276/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2019 — Julius-K9 vs EUIPO — El Corte Inglés (K9 UNIT) (Trade mark tal-unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea K9 UNIT — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea unit — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

48

2019/C 164/52

Kawża T-239/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2019 — SKS Import Export vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Moviment liberu tal-kapital — Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT) — Direttiva (UE) 2015/849 — Regolament Delegat (UE) 2018/212 — Inklużjoni tat-Tuneżija fil-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir — Nuqqas ta’ inċidenza diretta — Inammissibbiltà)

49

2019/C 164/53

Kawża T-410/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2019 — Silgan Closures u Silgan Holdings vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-imballaġġi tal-metall — Deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

50

2019/C 164/54

Kawża T-503/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2019 — Haba Trading vs EUIPO — Vida (vidaXL) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deiċżjoni)

50

2019/C 164/55

Kawża T-75/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2019 — Comune di Milano vs Il-Parlament u Il-Kunsill (Rinunzja tal-ġurisdizzjoni)

51

2019/C 164/56

Kawża T-1/19: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2019 — CJ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

52

2019/C 164/57

Kawża T-136/19: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2019 — Bulgarian Energy Holding et vs Il-Kummissjoni

53

2019/C 164/58

Kawża T-148/19: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2019 — PKK vs Il-Kunsill

55

2019/C 164/59

Kawża T-163/19: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2019 — Mersinis vs ESMA

56

2019/C 164/60

Kawża T-164/19: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2019 — AQ vs eu-LISA

57

2019/C 164/61

Kawża T-166/19: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2019 — Bronckers v Il-Kummissjoni

58

2019/C 164/62

Kawża T-175/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2019 — Vereinigung der Bayerischen Wirtschaft vs EUIPO (eVoter)

59

2019/C 164/63

Kawża T-180/19: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2019 — Bibita Group vs EUIPO — Benkomers (Fliexken tax-xorb)

60

2019/C 164/64

Kawża T-336/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2019 — Eagle IP vs EUIPO — Consolidated Artists (LILLY e VIOLETTA)

61

2019/C 164/65

Kawża T-470/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2019 — Telenet vs Il-Kummissjoni

61


 

Rettifika

2019/C 164/66

Rettifika tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-45/19 ( ĠU C 122, 1.4.2019 )

62


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 164/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 155, 6.5.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 148, 29.4.2019

ĠU C 139, 15.4.2019

ĠU C 131, 8.4.2019

ĠU C 122, 1.4.2019

ĠU C 112, 25.3.2019

ĠU C 103, 18.3.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

CDJ

13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/2


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2018 minn Hungary Restaurant Company Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (Hungary Restaurant Company Kft.) u Evolution Gaming Advisory Kft. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-12 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-416/18, Hungary Restaurant Company Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. u Evolution Gaming Advisory Kft. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-700/18 P)

(2019/C 164/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Hungary Restaurant Company Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (Hungary Restaurant Company Kft.), Evolution Gaming Advisory Kft. (rappreżentant: P. Ruth, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-14 ta’ Marzu 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell u ddeċidiet li l-appellanti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fid-19 ta’ Novembru 2018 — KROL — Zakład Robót Wodno-Kanalizacyjnych vs Porr

(Kawża C-722/18)

(2019/C 164/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Qorti Reġjonali ta’ Varsavja, il-Polonja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KROL — Zakład Robót Wodno-Kanalizacyjnych sp. z o.o., s.k.

Konvenuta: Porr S.A.

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, il-premessi 13, 20 u 22 tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (1) u l-Artikolu 18 TFUE, li jistabbilixxi l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, jippermettu li jiġi eskluż il-kumpens għal ħlas tardiv, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet iffinanzjati kompletament jew parzjalment b’riżorsi mill-fondi strutturali u mill-Fondi ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea, liema esklużjoni tirriżulta mill-punt 3(c) tal-Artikolu 4 tal-ustawa o terminach zapłaty w transakcjach handlowych (il-Liġi dwar it-termini ta’ ħlas fit-tranżazzjonijiet kummerċjali)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 226.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-27 ta’ Novembru 2018 — JA vs Skarb Państwa rrappreżentat minn Sejm Rzeczypospolitej Polskiej, Senat Rzeczypospolitej Polskiej, Prezes Rady Ministrów, Minister Sprawiedliwości, Minister Finansów

(Kawża C-745/18)

(2019/C 164/04)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JA

Konvenuti: Skarb Państwa, irrappreżentat minn Sejm Rzeczypospolitej Polskiej, Senat Rzeczypospolitej Polskiej, Prezes Rady Ministrów, Minister Sprawiedliwości, Minister Finansów

Domanda preliminari

L-Artikoli 73 u 78(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u d-dispożizzjonijiet preċedenti tal-Artikolu 11A(1)(a) u 11A(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (2), moqrija fid-dawl tal-prinċipji ġenerali tar-responsabbiltà kumpensatorja ta’ Stat Membru kif stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (u prinċipalment mis-sentenzi tad-19 ta’ Novembru 1991, Francovich et, C-6/90 u C-9/90, ECLI:EU:C:1991:428, u tal-5 ta’ Marzu 1996, Brasserie du Pêcheur u Factortame et, C-46/93 u C-48/93, ECLI:EU:C:1996:79), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, mill-1 ta’ Mejju 2004, Stat Membru li jaderixxi mal-Unjoni Ewropea f’din id-data, għandu l-obbligu li jadotta dispożizzjonijiet li jipprevedu li r-remunerazzjoni ta’ amministratur fi proċedura ta’ insolvenza tiżdied bl-ammont ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) dovuta fir-rigward ta’ din ir-remunerazzjoni?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2007 L 335, p. 60.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich (il-Polonja) fit-12 ta’ Diċembru 2018 — Mikrokasa S.A. w Gdyni, u Revenue Niestandaryzowany Sekurytyzacyjny Fundusz Inwestycyjny Zamknięty w Warszawie vs XO

(Kawża C-779/18)

(2019/C 164/05)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mikrokasa S.A. w Gdyni, Revenue Niestandaryzowany Sekurytyzacyjny Fundusz Inwestycyjny Zamknięty w Warszawie

Konvenut: XO

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2011, L 234, p. 46, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2009, L 207, p. 14), b’mod partikolari l-Artikolu 3(g), l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 22(1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu separazzjoni tal-“ispejjeż tal-kreditu minbarra l-interessi”, iddeterminati b’rata fissa skont il-formula legali ta’ kalkolu deskritta fl-Artikolu 36a tal-Liġi dwar il-Kreditu lill-Konsumatur tat-12 ta’ Mejju 2011 (ustawa z dnia 12 maja 2011 r. o kredycie konsumenckim Dz.U.2018.993 test ikkonsolidat), mill-“ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur”, kif iddefinita fid-direttiva msemmija hawn fuq, b’mod li jaħbi lill-konsumatur l-ispejjeż reali tal-kreditu minbarra l-interessi mġarrba mill-professjonist?

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288), b’mod partikolari l-Artikolu 1(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-istħarriġ tal-klawżoli kuntrattwali ta’ kreditu lill-konsumatur mill-perspettiva tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3 tad-direttiva ċċitata, għall-parti li tinkludi l-imsemmija spejjeż tal-kreditu minbarra l-interessi, li l-kriterji ta’ determinazzjoni tagħhom huma ddefiniti fl-Artikolu 36a tal-Liġi dwar il-Kreditu lill-Konsumatur tat-12 ta’ Mejju 2011(ustawa z dnia 12 maja 2011 r. o kredycie konsumenckim Dz.U.2018.993 test ikkonsolidat) ?


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-28 ta’ Diċembru 2018 — A.B., C.D., E.F., G.H. u I.J. vs Krajowa Rada Sądownictwa

(Kawża C-824/18)

(2019/C 164/06)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Suprema Amministrattiva, il-Polonja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A.B., C.D., E.F., G.H. u I.J.

Konvenut: Krajowa Rada Sądownictwa (Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2, moqri flimkien mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6 (1) u l-Artikolu 19(1) TUE, flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) kif ukoll it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 267 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens:

li l-prinċipju tal-Istat ta’ dritt u d-dritt għal rimedju effettiv u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva jinkisru meta, billi jirrikonoxxi d-dritt ta’ rimedju ġudizzjarju f’każijiet individwali dwar l-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ mħallef ta’ qorti tal-aħħar Stat Membru (il-Qorti Suprema), il-leġiżlatur nazzjonali jattribwixxi natura definittiva u effettiva lid-deċiżjoni meħuda fil-kuntest tal-proċedura ta’ reklutaġġ, li tippreċedi l-preżentazzjoni ta’ proposta ta’ ħatra għall-kariga ta’ imħallef tal-imsemmija qorti, fl-assenza ta’ rikors kontra d-deċiżjoni meħuda dwar l-eżami konġunt u l-evalwazzjoni tal-kandidati kollha għall-Qorti Suprema, magħmul mill-parteċipanti kollha fil-proċedura ta’ reklutaġġ, li fosthom hemm ukoll kandidat li ma għandu ebda interess li jikkontesta l-imsemmija deċiżjoni, jiġifieri l-kandidat imsemmi fil-proposta ta’ ħatra ta’ din il-kariga, li, konsegwentement:

jeqred l-effettività tar-rimedju u l-possibbiltà għall-qorti kompetenti li twettaq stħarriġ reali fuq l-iżvolġiment tal-proċedura ta’ reklutaġġ imsemmija iktar ’il fuq,

u li, f’sitwazzjoni fejn din il-proċedura tikkonċerna wkoll imħallfin pożizzjonijiet ta’ imħallfin tal-Qorti Suprema li għalihom kienet applikata età ġdida, iktar baxxa, tal-irtirar għall-imħallfin li kienu okkupawhom sa dakinhar, mingħajr ma tħalli d-deċiżjoni li jibbenefikaw minn din l-età tal-irtirar iktar baxxa fid-diskrezzjoni esklużiva tal-imħallfin ikkonċernati, fil-kuntest tal-prinċipju ta’ irremovabbiltà tal-imħallfin ikkonċernati — meta jiġi kkonstatat li dan il-prinċipju inkiser, b’dan il-mod — lanqas ma jaffettwa l-portata u r-riżultat tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-proċedura ta’ reklutaġġ imsemmija iktar ’il fuq?

2)

L-Artikolu 2, moqri flimkien mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 6(1) TUE, flimkien mal-Artikolu15(1), l-Artikolu 20, l-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 52(1) tal-Karta, kif ukoll l-Artikolu 2(1) u (2)(a) u l-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2000/78/KE u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens:

li l-prinċipju tal-Istat ta’ dritt, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-prinċipju ta’ aċċess ugwali, skont regoli identiċi, għas-servizz pubbliku, jiġifieri l-kariga ta’ imħallef tal-Qorti Suprema, jinkisru meta hemm, fil-kuntest ta’ każijiet individwali li jikkonċernaw l-eżerċizzju tal-kariga ta’ mħallef fi ħdan l-imsemmija qorti, dritt għal azzjoni legali quddiem il-qorti kompetenti iżda li, minħabba r-regola dwar in-natura definittiva, deskritta fl-ewwel domanda, ħatra għal kariga vakanti ta’ mħallef tal-Qorti Suprema tista’ ssir mingħajr mal-qorti kompetenti teżerċita stħarriġ fuq l-iżvolġiment tal-proċedura ta’ reklutaġġ imsemmija iktar ’il fuq (jekk jiġi preżunt li tali stħarriġ kien twettaq) u, fl-istess ħin, l-assenza ta’ tali stħarriġ, li tippreġudika d-dritt għal rimedju effettiv, jikser id-dritt għal aċċess ugwali għas-servizz pubbliku u, għal dik ir-raġuni, ma jissodisfax l-għanijiet ta’ interess ġenerali

u li sitwazzjoni fejn il-kompożizzjoni tal-korp tal-Istat Membru li għandu jissorvelja l-indipendenza tal-qrati u l-imħallfin (il-KRS), korp li quddiemu jiżvolġu l-proċeduri relatati mal-kariga ta’ imħallef tal-Qorti Suprema, hija mfassla b’tali mod li r-rappreżentanti tal-ġudikatura fi ħdan dan il-korp jiġu eletti mil-leġiżlatura, jippreġudika l-prinċipju tal-bilanċ istituzzjonali?


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-3 ta’ Jannar 2019 — Asmel società consortile a r.l. vs Autorità Nazionale Anticorruzione

(Kawża C-3/19)

(2019/C 164/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asmel società consortile a r.l.

Konvenuta: Autorità Nazionale Anticorruzione

Domandi preliminari

1)

Dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 33(3a) tad-Digriet Leġiżlattiv tat 12 ta’ April 2006, Nru 163/2006, li jillimita l-awtonomija tal-muniċipalitajiet fl-għoti lil korp ċentrali ta’ xiri għal żewġ mudelli organizzattivi biss, jiġifieri l-unjoni tal-muniċipalitajiet jekk din l-unjoni diġà teżisti jew il-konsorzju bejn il-muniċipalitajiet li għad irid jitwaqqaf, tmur kontra d-dritt Komunitarju?

2)

Fi kwalunkwe każ, dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 33(3a) tad-Digriet Leġiżlattiv tat 12 ta’ April 2006, Nru 163/2006, li, moqri flimkien mal-Artikolu 3(25) tad-Digriet Leġiżlattiv tat 12 ta’ April 2006, Nru 163/2006, fir-rigward tal-mudell organizzattiv tal-konsorzji tal-muniċipalitajiet, jeskludi l-possibbiltà li jiġu kkostitwiti persuni rregolati mid-dritt privat, bħal konsorzju rregolat mid-dritt komuni li fih jistgħu jiffurmaw parti persuni rregolati mid-dritt privat, tmur kontra d-dritt Komunitarju u, b’mod partikolari, tmur kontra l-prinċipji ta’ moviment liberu tas-servizzi u tal-iktar ftuħ possibbli tal-kompetizzjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi għal servizzi?

3)

Dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 33(3a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 li, jekk jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-konsorzji tal-muniċipalitajiet li huma korpi ċentrali ta’ xiri joperaw f’territorju li jikkorrispondi għal dak tal-muniċipalitajiet li huma membri ta’ dan il-konsorzju, ikkunsidrat globalment u, għaldaqstant, f’territorju limitat għat-territorju tal-provinċja, jillimita l-kamp ta’ azzjoni ta’ dawn il-korpi ċentrali ta’ xiri, tmur kontra d-dritt Komunitarju u, b’mod partikolari, tmur kontra l-prinċipji ta’ -moviment liberu tas-servizzi u tal-iktar ftuħ possibbli tal-kompetizzjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi għal servizzi?


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-7 ta’ Jannar 2019 — Azienda ULSS n. 6 Euganea vs Pia Opera Croce Verde Padova

(Kawża C-11/19)

(2019/C 164/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Azienda ULSS n. 6 Euganea

Konvenuta: Pia Opera Croce Verde Padova

Domandi preliminari

1)

Fil-każ fejn iż-żewġ partijiet ikkonċernati jkunu organi pubbliċi, il-premessa 28, l-Artikolu 10 u l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24/UE (1), jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 5 flimkien mal-Artikoli 1, 2, 3, u 4 tal-Liġi Reġjonali tal-Veneto Nru 26/2012, abbażi tas-sħubija pubblika-pubblika, prevista fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24/UE u fl-Artikolu 5(6) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 50/2016 u fl-Artikolu 15 tal-Liġi Nru 241/1990?

2)

Fil-każ fejn iż-żewġ partijiet ikkonċernati jkunu organi pubbliċi, il-premessa 28, l-Artikolu 10 u l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24/UE jipprekludu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Reġjonali tal-Veneto Nru 26/2012, abbażi tas-sħubija pubblika-pubblika prevista fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24/UE, u fl-Artikolu 5(6) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 50/2016 u fl-Artikolu 15 tal-Liġi Nru 241/1990, biss fis-sens li jobbligaw lill-awtorità kontraenti tipprovdi r-raġunijiet għall-għażla li tagħti s-servizz ordinarju tat-trasport mediku permezz ta’ sejħa għall-offerti, minflok ma tagħtih direttament permezz ta’ ftehim?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65 u rettifika fil-ĠU 2015 L 275, p. 68).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/8


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2019 miċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-25 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-286/15, KF vs SatCen

(Kawża C-14/19 P)

(2019/C 164/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) (rappreżentant: A. Guillerme, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: KF, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, SATCEN jinvoka l-aggravji li jmiss:

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li kellha ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar il-kapi ta’ talbiet tar-rikorrenti f’dik il-kawża, peress li hija ma eżaminatx jekk il-kriterji li fuqhom hija bbażata l-ġurisdizzjoni tagħha kinux issodisfatti, minn naħa, u hija wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, min-naħa l-oħra;

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li kellha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi t-tilwima abbażi tal-Artikoli 263 u 268 TFUE;

il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti meta eżaminat it-talbiet ta’ KF fir-rigward tal-andament tal-investigazzjoni amministrattiva;

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tas-SATCEN, kif ukoll tal-kunċett tad-drittijiet tad-difiża.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-10 ta’ Jannar 2019 — A.m.a. — Azienda Municipale Ambiente SpA vs Consorzio Laziale Rifiuti — Co.La.Ri.

(Kawża C-15/19)

(2019/C 164/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A.m.a. — Azienda Municipale Ambiente SpA

Konvenut: Consorzio Laziale Rifiuti — Co.La.Ri.

Domandi preliminari

1)

L-interpretazzjoni tal-qorti tal-appell, fis-sens li l-Artikoli 15 u 17 tad-Digriet Leġiżlattiv 36/2003, li jittrasponu fid-dritt nazzjonali l-Artikoli 10 u 14 tad-Direttiva 1999/31, japplikaw b’mod retroattiv, li għandu l-effett li jissuġġetta inkundizzjonalment il-landfills eżistenti li għandhom diġà awtorizzazzjoni ta’ operat għall-obbligi li jipprevedu dawn id-dispożizzjonijiet, u b’mod partikolari għall-estensjoni minn għaxra għal tletin sena tal-perijodu ta’ manutenzjoni tas-sit wara li ma jibqax operattiv, hija konformi mal-Artikoli 10 u 14 tad-Direttiva 1999/31 (1)?

2)

B’mod partikolari, fid-dawl tal-kontenut tal-Artikoli 10 u 14 tad-Direttiva 1999/31, li, rispettivament, jistiednu lill-Istati Membri jieħdu, “mżuri biex jiżguraw l-ispejjeż kollha involuti fil-bidu u l-operazzjoni tas-sit ta’ terraferma, inkluża kemm jista’ jkun possibbli l-ispiża tas-sigurtá finanzjarja jew l-ekwivalenti tagħha riferuta fl-Artikolu 8(a)(iv), u l-ispejjeż stmati ta’ l-għeluq u l-kura ta’ wara tas-sit għal perijodu ta’ għall-inqas 30 sena jridu jkunu koperti mill-prezz li jrid jintalab biex jitħallas mill-operatur għar-rimi ta’ kull tip ta’ skart f’dak is-sit” u “miżuri sabiex terraferma li ġew mogħtija permess, jew li huma diġa qed jitħaddmu fil-ħin ta’ trasposizzjoni ta’ din id-Direttiva, […] [ikunu jistgħu] ikomplu jaħdmu” —, l-interpretazzjoni magħmula mill-qorti tal-appell, fis-sens li l-Artikoli 15 u 17 tad-Digriet Leġiżlattiv 36/2003 japplikaw għal-landfills eżistenti li għandhom diġà awtorizzazzjoni ta’ operat, hija konformi ma’ dawn id-dispożizzjonijiet tad-direttiva, meta, fit-traspożizzjoni tiegħu tal-obbligi li huma imposti wkoll fuq il-landfills eżistenti, l-Artikolu 17 sempliċement jipprevedi perijodu tranżitorju u ma jinkludi ebda miżura intiża sabiex jiġu llimitati l-effetti finanzjarji tal-estensjoni fuq id-“detentur”?

3)

L-interpretazzjoni mogħtija mill-qorti tal-appell, li l-Artikoli 15 u 17 tad-Digriet Leġiżlattiv 36/2003 japplikaw għal-landfills eżistenti li għandhom diġà awtorizzazzjoni ta’ operat, anki f’dak li jikkonċerna l-oneri finanzjarji li jirriżultaw mill-obbligi li huma hekk imposti fuqhom u, b’mod partikolari, l-estensjoni minn għaxra sa tletin sena tal-perijodu ta’ manutenzjoni tas-sit wara li ma jibqax operattiv, billi dawn l-oneri jkollu jbatihom id-“detentur” u billi tiġi vvalidata b’dan il-mod iż-żieda għal dan tal-aħħar tat-tariffi previsti fil-kuntratti li jirregolaw l-attività ta’ eliminazzjoni tal-iskart, hija konformi mal-Artikoli 10 u 14 tad-Direttiva 1999/31?

4)

Fl-aħħar nett, l-interpretazzjoni fis-sens li l-Artikoli 15 u 17 tad-Digriet Leġiżlattiv 36/3003 japplikaw għal-landfills eżistenti li għandhom diġà awtorizzazzjoni ta’ operat, anki f’dak li jikkonċerna l-oneri finanzjarji li jirriżultaw mill-obbligi li huma hekk imposti fuqhom u, b’mod partikolari, l-estensjoni minn għaxra sa tletin sena tal-perijodu ta’ manutenzjoni tas-sit wara li ma jibqax operattiv, interpretazzjoni li l-qorti tal-appell tat meta qieset li l-oneri għandhom jiġu ddeterminati billi jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss l-iskart li għandhom jirċievu mid-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta’ traspożizzjoni, iżda wkoll skart li jkun diġà ġie rċevut, hija konformi mal-Artikoli 10 u 14 tad-Direttiva 1999/31?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/31/EHS tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar stands ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 7, Vol. 2, p. 67).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Krakowie (il-Polonja) fit-2 ta’ Jannar 2019 — VL vs Szpital Kliniczny im. dra J. Babińskiego Samodzielny Publiczny Zakład Opieki Zdrowotnej w Krakowie

(Kawża C-16/19)

(2019/C 164/11)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Krakowie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VL

Konvenut: Szpital Kliniczny im. dra J. Babińskiego Samodzielny Publiczny Zakład Opieki Zdrowotnej w Krakowie

Domanda preliminari

L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trattament differenti ta’ membri individwali ta’ grupp iddistingwit permezz ta’ karatteristika protetta (diżabbiltà) jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jekk il-persuna li timpjega tittratta membri individwali ta’ dak il-grupp b’mod differenti abbażi ta’ kriterju apparentement newtrali, u dan il-kriterju ma jkunx jista’ jiġi ġġustifikat oġġettivament b’għan leġittimu, u jekk il-miżuri meħuda sabiex jintlaħaq dan l-għan ma jkunux xierqa u meħtieġa?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Poznaniu (il-Polonja) fil-15 ta’ Jannar 2019 — Corporis Sp. z o.o., stabbilita f’Bielsko-Biała vs Gefion Insurance A/S, stabbilita f’Kopenħagen

(Kawża C-25/19)

(2019/C 164/12)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Corporis Sp. z o.o., stabbilita f’Bielsko-Biała

Konvenuta: Gefion Insurance A/S, stabbilita f’Kopenħagen

Domanda preliminari

L-Artikolu 152(1) u (2) tad-Direttiva 2009/138/KE (1), moqri flimkien mal-Artikolu 151 ta’ din l-istess direttiva u l-premessa 8 tar-Regolament Nru 1393/2007 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rappreżentanza ta’ impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja mir-rappreżentant maħtur tinkludi r-riċezzjoni ta’ att promotur għal danni rigward inċident tat-traffiku?


(1)  Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)) (ĠU 2009, L 335, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2016, L 262, p. 34, fil-ĠU 2014, L 219, p. 66).

(2)  Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU 2007, L 324, p. 79, rettifika fil-ĠU 2015, L 68, p. 91).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Modena (l-Italja) fil-15 ta’ Jannar 2019 — Azienda USL di Modena vs Comune di Sassuolo

(Kawża C-26/19)

(2019/C 164/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Modena

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Azienda USL di Modena

Konvenut: Comune di Sassuolo

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9(8) tad-Digriet Leġiżlattiv [14 ta’ Marzu 2011] Nru 23, li jipprevedi l-eżenzjoni mill-imposta muniċipali unika (iktar ’il quddiem l-“IMU”) għall-korpi tas-servizzi nazzjonali tas-saħħa Taljani fir-rigward tal-proprjetajiet immobbli li jippossjedu u li huma użati esklużivament għat-twettiq ta’ kompiti istituzzjonali, jekk jiġi interpretat bħala li jirrikonoxxi l-għoti tal-benefiċċju wkoll lil azjenda ta’ unità tas-saħħa lokali (iktar ’il quddiem l-“AUSL”) li tkun kriet proprjetà immobbli lil kumpannija kummerċjali b’kapital imħallat pubbliku u privat, li 51 % minnu huwa miżmum minn din l-istess AUSL li tipprovdi, f’din l-istess proprjetà immobbli, servizzi fil-qasam tas-saħħa f’kompetizzjoni ma’ ċentri oħra ta’ kura b’kapital esklużivament privat, u konsegwentement jagħti benefiċċju fiskali li għandu jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat li tikser ir-regoli tas-suq ħieles, huwa konformi mal-Artikolu 107 TFUE, li jipprojbixxi għajnuna mill-Istat “ta’ kwalunkwe forma”?

2)

Id-deċiżjoni Taljana prevista fl-Artikolu 11 tal-Liġi Nru 212, li jipprekludi l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(8) tad-Digriet Leġiżlattiv [27 ta’ Lulju 2000] Nru 23 b’analoġija mal-ġurisprudenza tal-Corte Suprema [di Cassazione] (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja) fuq kwistjonijiet marbuta mal-imposta muniċipali fuq proprjetà immobbli, fis-sens li AUSL ma tibbenefikax mill-eżenzjoni mill-IMU meta l-proprjetà immobbli tintuża minn kumpannija b’resposabbiltà limitata li tagħha dan il-korp pubbliku jżomm parti mill-kapital u li toffri servizzi fil-qasam tas-saħħa f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ma’ kumpanniji kummerċjali oħra b’kapital esklużivament privat li jipprovdu wkoll servizzi fil-qasam tas-saħħa, u konsegwentement jikseb benefiċċju fiskali li għandu jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat li tikser ir-regoli tas-suq ħieles, hija konformi mat-Trattat, jiġifieri mal-Artikolu 107 TFUE li jipprojbixxi għajnuna mill-Istat “ta’ kwalunkwe forma”?


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-16 ta’ Jannar 2019 — Ryanair Ltd, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato — Antitrust vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato — Antitrust et

(Kawża C-28/19)

(2019/C 164/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Ryanair Ltd, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato — Antitrust

Appellati: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato — Antitrust, Ryanair Ltd, Ryanair DAC

Domandi preliminari

1)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-elementi ta’ prezz kontenzjużi li huma l-ispejjeż ta’ reġistrazzjoni online u l-“ispejjeż amministrattivi” għax-xiri mwettaq b’karta ta’ kreditu, li jiżdiedu mal-prezz tal-biljett innifsu, kif ukoll l-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-VAT għat-tariffi u għas-supplimenti fakultattivi għat-titjiriet nazzjonali jaqgħu taħt il-kategorija ta’ supplimenti tal-prezz inevitabbli u prevedibbli jew taħt dik ta’ supplimenti fakultattivi?

2)

Ir-raba’ sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kelma “fakultattivi” tindika spejjeż li l-parti l-kbira tal-konsumaturi jistgħu jevitaw?


(1)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (ĠU 2008, L 293, p. 3).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Jannar 2019 — Orange Romania SA vs Autoritatea Națională de Supraveghere a Prelucrării Datelor cu Caracter Personal

(Kawża C-61/19)

(2019/C 164/15)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Orange Romania SA

Konvenuta: Autoritatea Națională de Supraveghere a Prelucrării Datelor cu Caracter Personal

Domandi preliminari

1)

Għall-finijiet tal-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1), liema huma l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex ikun jista’ jitqies li indikazzjoni ta’ xewqa hija indikazzjoni speċifika u informata?

2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, liema huma l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex ikun jista’ jitqies li indikazzjoni ta’ xewqa hija indikazzjoni mogħtija liberament?


(1)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Jannar 2019 — Star Taxi App SRL vs Unitatea Administrativ Teritorială Municipiul București prin Primar General, Consiliul General al Municipiului București

(Kawża C-62/19)

(2019/C 164/16)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Star Taxi App SRL

Konvenuti: Unitatea Administrativ Teritorială Municipiul București prin Primar General, Consiliul General al Municipiului București

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/34/KE (1) (Artikolu 1(2)) kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (2), u tad-Direttiva 2000/31/KE (3) (Artikolu 2(a)), li abbażi tagħhom is-servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni huwa “servizz […] ipprovdut għal rimunerazzjoni, mill-bogħod, b’mezzi elettroniċi u fuq it-talba individwali ta’ riċevitur ta’ servizzi”, għandhom jiġu interpretati fis-sens li attività bħal dik eżerċitata minn Star Taxi App SRL (jiġifieri s-servizz li jikkonsisti fit-tqegħid f’kuntatt dirett, permezz ta’ applikazzjoni elettronika, tal-klijenti tat-taksi max-xuffiera tat-taksi) għandha titqies bħala servizz speċifiku tas-soċjetà tal-informazzjoni u tal-ekonomija kollaborattiva (peress li Star Taxi App SRL ma tissodisfax il-kriterji sabiex titqies bħala trasportatur li ttieħdu inkunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-punt 39 tas-sentenza C-434/15, b’riferiment għal Uber)?

2)

Fil-każ li [l-applikazzjoni ta’] Star Taxi App SRL titqies bħala servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/31/KE, tal-Artikoli 9, 10 u 16 tad-Direttiva 2006/123/KE (4), kif ukoll tal-Artikolu 56 TFUE iwasslu għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għall-attività ta’ Star Taxi App SRL? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu leġiżlazzjoni bħal dik tal-Artikoli I, II, III, IV u V tal-Hotărârea Consiliului General al Municipiului București (Deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Komun ta’ Bukarest; iktar ’il quddiem il-“HCGMB”) n. 626/19.12.2017, li temenda u tissupplimenta l-HCGMB n. 178/2008 li tapprova r-regolament qafas, l-ispeċifikazzjonijiet u l-kuntratt ta’ konċessjoni ta’ ġestjoni ddelegata għall-organizzazzjoni u għall-eżekuzzjoni tas-servizz pubbliku ta’ trasport lokali permezz ta’ taksi?

3)

Fil-każ li d-Direttiva 2000/31/KE hija applikabbli għas-servizz mogħti minn Star Taxi App SRL, ir-restrizzjonijiet imposti minn Stat Membru fuq il-libertà li jiġi pprovdut servizz elettroniku, billi jissuġġettaw is-servizz għall-ksib ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ liċenzja, jikkostitwixxu miżuri validi li jidderogaw mill-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31/KE, fis-sens tal-Artikolu 3(4) tal-istess direttiva?

4)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2015/1535 (5) jipprekludu l-adozzjoni, mingħajr notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea, ta’ leġiżlazzjoni bħal dik fl-Artikoli I, II, III, IV u V tal-HCGMB n. 626/19.12.2017, li temenda u tissupplimenta l-HCGMB n. 178/2008 li tapprova r-regolament qafas, l-ispeċifikazzjonijiet u l-kuntratt ta’ konċessjoni ta’ ġestjoni ddelegata għall-organizzazzjoni u għall-eżekuzzjoni tas-servizz pubbliku ta’ trasport lokali permezz ta’ taksi?


(1)  Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 2, p. 337).

(2)  Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 li temenda d-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-regolamenti tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8).

(3)  Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399).

(4)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU 2006, L 376, p. 36).

(5)  Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU 2015, L 241, p. 1)


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/15


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-21 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-587/16, HM vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-70/19 P)

(2019/C 164/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr, G. Gattinara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: HM

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-21 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-587/16, HM vs Il-Kummissjoni;

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerlai;

tirriżerva l-ispejjeż esposti fil-kuntest tal-proċedura tal-ewwel istanza u dik tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tinvoka żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, li huwa maqsum fi tliet partijiet, il-Kummissjoni tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-kuntest tat-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Bord tal-Għażla u l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Permezz tal-ewwel parti ta’ dan l-aggravju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-att ikkontestat, jiġifieri d-deċiżjoni tal-EPSO tas-17 ta’ Awwissu 2015 li ma tiġix trażmessa lill-Bord tal-Għażla, minħabba tardività, it-talba għal eżami mill-ġdid ippreżentata mir-rikorrenti. Din il-komunikazzjoni saret fil-kuntest tal-kompetenza esklużiva mogħtija lill-EPSO fil-punt 3.1.3 tad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-korrispondenza mal-kandidati.

Permezz tat-tieni parti tal-aggravju tagħha, il-Kummissjoni tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-kuntest tal-interpretazzjoni tagħha tad-dispożizzjonijiet ġenerali. Il-Kummissjoni tqis li huwa neċessarju li jinqara l-punt 3.4.3 ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ġenerali mhux biss konġuntament mal-punt 3.1.3, iżda wkoll fir-rigward tal-iskop u tal-finalità tal-punt 3.4.3 li jagħti lill-EPSO l-kompetenza fil-qasam tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid intern.

Permezz tat-tielet parti tal-aggravju tagħha, il-Kummissjoni tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-kuntest tal-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 7 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-komunikazzjoni inkwistjoni tikkostitwixxi, fil-fehma tagħha, miżura amministrattiva intiża li tiggarantixxi l-applikazzjoni ta’ normi uniformi fil-proċeduri ta’ selezzjoni konformement mal-Artikolu 7(1) imsemmi iktar ’il fuq. Il-Kummissjoni tqis li dan huwa wkoll konformi mar-rwol ta’ assistent tal-Bord tal-Għażla żgurat mill-EPSO, kif imsemmi mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza T-361/10 P, Il-Kummissjoni vs Pachitis (1).

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, il-Kummissjoni tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-kuntest tal-interpretazzjoni tagħha tal-motiv dwar l-inkompetenza tal-awtur tal-att. Il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx, fil-każ inkwistjoni, jekk, fis-sitwazzjoni fejn ikun ġie rrimedjat id-difett ta’ inkompetenza, att b’kontenut identiku jew b’kontenut differenti jkunx ġie adottat. Fin-nuqqas ta’ tali eżami, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx, skont il-Kummissjoni, tannulla l-att ikkontestat.


(1)  ECLI:EU:T:2011:742.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Specializat Mureș (ir-Rumanija) fil-31 ta’ Jannar 2019 — MF vs BNP Paribas Personal Finance SA Paris Sucursala București, Secapital Sàrl

(Kawża C-75/19)

(2019/C 164/18)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Specializat Mureș

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MF

Konvenuti: BNP Paribas Personal Finance SA Paris Sucursala București, Secapital Sàrl

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), b’mod partikolari it-tnax-il-premessa, il-wieħed u għoxrin premessa u t-tlieta u għoxrin premessa tal-preambolu tad-Direttiva u l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva, jipprekludu interpretazzjoni tal-qrati nazzjonali li tgħid li, fil-kuntest ta’ oppożizzjoni għal eżekuzzjoni — li, skont id-dritt intern, tirrappreżenta azzjoni speċjali li tista’ tiġi eżerċitata f’termini stabbiliti u taħt kundizzjonijiet restrittivi —, wara li tinbeda proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata fil-konfront tal-opponent, il-konsumatur ma jistax jinvoka, minħabba li din tkun inammissibbli għal tali rimedju, il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ klawżoli inġusti f’kuntratt ta’ kreditu konkluż ma’ bejjiegħ jew fornitur — liema kuntratt ta’ kreditu jirrappreżenta titolu eżekuttiv skont il-liġi u li abbażi tiegħu inbdiet il-proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata fil-konfront tal-konsumatur —, b’riferiment għas-sistema fil-liġi interna li tipprevedi azzjoni taħt id-dritt komuni, li ma hijiex suġġetta għall-preskrizzjoni, li permezz tagħha l-konsumatur jista’ f’kull mument jitlob li tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ klawżoli inġusti u li jitneħħa l-effett tagħhom, mingħajr ma d-deċiżjoni fil-kuntest ta’ tali proċedura toħloq konsegwenzi diretti fuq il-proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata, meta jkun jeżisti r-riskju li l-eżekuzzjoni forzata tiġi konkluża qabel ma tinkiseb deċiżjoni fil-kuntest tal-proċedura taħt id-dritt komuni?.

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-istess dispożizzjonijiet tad-Direttiva jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tistabbilixxi terminu ta’ 15-il jum mill-komunikazzjoni tal-ewwel atti tal-eżekuzzjoni forzata (permezz ta’ dispożizzjoni imperattiva, ta’ ordni pubbliku, li f’każ li ma tiġix osservata tiġi miċħuda l-azzjoni għaliex imressqa tard) li fih il-konsumatur opponent (debitur suġġett għall-eżekuzzjoni forzata) għandu jinvoka n-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali li jinsabu fil-kuntratt ta’ kreditu konkluż ma’ bejjiegħ jew fornitur, fid-dawl tal-fatt li fid-dritt intern teżisti l-istess sistema wkoll minħabba l-possibbiltà li jiġu invokati lmenti simili meqjusa bħala argumenti ta’ difiża fil-mertu tal-kawża, u min-naħa l-oħra fid-dawl tal-fatt li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti nazzjonali għandha l-obbligu li teżamina ex officio n-natura inġusta tal-klawżola kuntrattwali malli jkollha quddiemha punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa għal dan il-għan.


(1)  Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Szczecin — Prawobrzeże i Zachód w Szczecinie (il-Polonja) fil-31 ta’ Jannar 2019 — Profi Credit Polska vs QJ

(Kawża C-84/19)

(2019/C 164/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Szczecin — Prawobrzeże i Zachód w Szczecinie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Profi Credit Polska S.A.

Konvenut: QJ

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva fil-qasam tal-evalwazzjoni tan-natura inġusta tad-diversi klawżoli relatati mal-ispejjeż tal-kreditu minbarra l-interessi, meta dispożizzjonijiet leġiżlattivi fis-seħħ fi Stat Membru jistabbilixxu limitu massimu għal dawn l-ispejjeż, billi huwa previst li l-ispejjeż tal-kreditu minbarra l-interessi li jirriżultaw minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsumtur ma humiex dovuti, għall-parti li taqbeż l-ispejjeż massimi tal-kreditu minbarra l-interessi, ikkalkolati bil-mod previst mil-liġi, jew għall-ammont totali tal-kreditu?

2)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali li tirrigwarda l-ispejjeż minbarra l-interessi, li huma sostnuti u mħallsa minn min jissellef b’mod parallel mas-self, flimkien mal-interessi, u marbuta mal-konklużjoni tal-kuntratt u mal-għoti tas-self innifsu (fil-forma ta’ ħlas, ta’ kummissjoni jew ta’ natura oħra), ma hijiex suġġetta għall-evalwazzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni, fil-kuntest tan-natura inġusta tagħha, jekk din l-istess klawżola hija fformulata b’mod ċar u komprensibbli?

3)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/12 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-klawżoli kuntrattwali li jistabbilixxu diversi tipi ta’ spejjeż marbuta mal-għoti tas-self ma humiex ifformulati “f’lingwaġġ sempliċi u ċar” jekk ma jippreċiżawx liema huma konkretament is-servizzi li għalihom l-imsemmija spejjeż huma imposti u jekk dawn ma jippermettux lill-konsumatur jiddetermina d-differenzi bejn dawn l-ispejjeż?


(1)  (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-6 ta’ Frar 2019 — Agencia Estatal de la Administración Tributaria vs RK

(Kawża C-85/19)

(2019/C 164/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agencia Estatal de la Administración Tributaria

Konvenuta: RK

Domandi preliminari

Id-dispożizzjoni li tinsab fi ftehim kollettiv u l-prattika ta’ impriża, li skonthom, għall-finijiet ta’ remunerazzjoni u għall-finijiet ta’ promozzjoni, l-anzjanità ta’ ħaddiema part-time għandha tiġi kkalkolata fil-forma ta’ distribuzzjoni vertikali tal-ħin tax-xogħol fis-sena, filwaqt li jitqies biss il-ħin fl-eżerċizzju tal-attività, tikser id-dispożizzjonijiet tal-klawżola 4(1) u (2) tal-Ftehim Qafas Ewropew dwar ix-xogħol part-time — Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 (1), u l-Artikoli 2(1)(b) u 14(1) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (2)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267).

(2)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU 2006, L 204, p. 23).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona (Spanja) fis-6 ta’ Frar 2019 — SL vs Vueling Airlines S.A.

(Kawża C-86/19)

(2019/C 164/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SL

Konvenuta: Vueling Airlines S.A.

Domanda preliminari

Meta t-telf ta’ bagalja jkun ġie stabbilit, il-kumpannija tal-ajru għandha, dejjem u f’kull każ, tikkumpensa lill-passiġġier sal-limitu massimu ta’ kumpens ta’ SDR 1 131, fil-każ tas-sitwazzjoni l-iktar serja fost dawk previsti fl-Artikolu 17(2) u fl-Artikolu 22(2) tal-Kovenzjoni ta’ Montreal tat-28 ta’ Mejju 1999, jew dan huwa limitu massimu ta’ kumpens li jista’ jiġi aġġustat mill-qorti, inkluż fil-każ tat-telf tal-bagalja, skont iċ-ċirkustanzi li fihom seħħ it-telf, b’tali mod li l-ammont ta’ SDR 1 131 jingħata biss jekk il-passiġġier jistabbilixxi, b’kull mod permess mil-liġi, li l-valur tal-oġġetti u tal-beni personali li huwa kellu fil-bagalja rreġistrata kif ukoll ta’ dawk li huwa kellu jixtri sabiex jissostitwixxihom kien jilħaq dan il-limitu, jew, fin-nuqqas ta’ dawn l-elementi, il-qorti tista’ wkoll tieħu inkunsiderazzjoni kriterji oħra, bħal, pereżempju, in-numru ta’ kilos li kienet tiżen il-bagalja jew jekk il-bagalja ntilfitx fil-vjaġġ ta’ tluq jew f’dak ta’ ritorn, sabiex jiġi evalwat id-dannu morali kkawżat lill-passiġġier li jirriżulta mill-inkonvenjenzi kkawżati mit-telf tal-bagalja tiegħu?


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/20


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2019 minn il-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-29 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-811/16, Di Bernardo vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-114/19 P)

(2019/C 164/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin, G. Gattinara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Danilo Di Bernardo

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2018 (Is-Seba’ Awla), Di Bernardo vs Il-Kummissjoni, T-811/16;

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali;

tirriżerva l-ispejjeż fl-ewwel istanza u fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju, li jirrigwarda l-aħħar sentenza tal-punti 41 sa 53, tas-sentenza appellata, huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fid-definizzjoni tal-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-bord ta’ għażla ta’ kompetizzjoni f’deċiżjoni li permezz tagħha ma tpoġġix kandidat fil-lista ta’ riżerva. Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali tbiegħdet mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tiddistingwi d-deċiżjonijiet dwar l-eżami ta’ applikazzjonijiet, bħal dawk li jikkonċernaw il-kwalifiki jew l-esperjenza tal-kandidat, minn deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-evalwazzjoni tal-merti tal-kandidati wara l-parteċipazzjoni fl-eżamijiet. Fl-ewwel każ, il-bord tal-għażla għandu jindika l-element speċifiku li huwa nieqes fl-applikazzjoni, filwaqt li jikkunsidra l-kwalifiki meħtieġa mill-avviż tal-kompetizzjoni. Madankollu, kemm jekk fid-deċiżjoni oriġinali tiegħu jew inkella fit-tweġiba għat-talba għal eżami mill-ġdid, il-bord tal-għażla f’dan il-każ ikkonforma ruħu mar-rekwiżiti tal-ġurisprudenza, u huwa bi ksur ta’ din tal-aħħar li l-Qorti Ġenerali estenda l-istħarriġ tiegħu għall-kriterji ta’ għażla adottati mill-bord tal-għażla u li impona fuq dan il-bord sabiex jiddeċiedi fuq l-informazzjoni kollha ipprovduta fl-applikazzjoni. Il-fatt li l-bord tal-għażla ta motivi għad-deċiżjoni tiegħu bi tweġiba għal talba għal eżami mill-ġdid ma jestendix dak l-obbligu ta’ motivazzjoni. Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali fixklet ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni, ikun xi jkun il-valur tiegħu, mal-fondatezza tal-motivazzjoni li taqa’ taħt il-legalità tal-mertu tad-deċiżjoni adottata.

It-tieni aggravju, li jikkonċerna l-punti 37 sa 38 u 53 sa 56 tas-sentenza appellata, huwa bbażat fuq żball ta’ liġi meta ma tteħidx inkunsierazzjoni l-obbligu tal-qorti li tikkonstata, ex officio, l-osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Il-Qorti Ġenerali tbiegħdet mill-ġurisprudenza stabbilita skont liema, fil-każ ta’ motivazzjoni inadegwata, jistgħu dejjem jiġu ppreżentati dettalji addizzjonali fil-mori tal-kawża, peress li dawn jippreġudikaw il-bazi tal-aggravju ta’ annullament ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Billi eskludiet il-possibbiltà li tissupplimenta il-motivazzjoni fil-każ ta’ assenza “kważi totali” ta’ motivazzjoni, u billi tekwipara l-assenza ta’ motivazzjoni “kważi totali” mal-assenza totali ta’ motivazzjoni, il-Qorti Ġenerali rrendiet il-motivazzjoni addizzjonali impossibli fil-mori tal-kawża. Tali ekwiparazzjoni ma għandha l-ebda bażi fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Billi llimitat il-possibilitajiet ta’ regolarizzazzjoni fil-mori tal-kawża, il-Qorti Ġenerali llimitat ir-rwol tal-qorti li jista’, fiċ-ċirkustanzi tal-każ preżenti, jipprevjeni l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata għal ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-19 ta’ Frar 2019 — B. M. M., B. S. vs État belge

(Kawża C-133/19)

(2019/C 164/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B. M. M., B. S.

Konvenut: État belge

Domandi preliminari

1)

Sabiex tiżgura l-effettività tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u ma tirrendix impossibbli l-benefiċċju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja li, skont ir-rikorrenti, hija għandha skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1), din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li timplika li l-wild tal-isponsor jista’ jibbenefika mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja meta jsir adult matul il-proċedura ġudizzjarja kontra d-deċiżjoni li tirrifjutalu dan id-dritt u li ġiet adottata meta kien għadu minorenni ?

2)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/86/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-rikors għal annullament, ippreżentat kontra r-rifjut ta’ dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ wild minorenni, jitqies bħala inammissibbli minħabba li l-wild ikun sar adult matul il-proċedura ġudizzjarja, peress li dan jiġi mċaħħad mill-possibbiltà li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors tiegħu kontra din id-deċiżjoni u jinkiser id-dritt tiegħu għal rimedju effettiv?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-20 ta’ Frar 2019 — B. M. M., B. M. vs État belge

(Kawża C-136/19)

(2019/C 164/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B. M. M., B. M.

Konvenut: État belge

Domandi preliminari

1)

Sabiex tiżgura l-effettività tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u ma tirrendix impossibbli l-benefiċċju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja li, skont ir-rikorrenti, hija għandha skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1), din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li timplika li l-wild tal-isponsor jista’ jibbenefika mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja meta jsir adult matul il-proċedura ġudizzjarja kontra d-deċiżjoni li tirrifjutalu dan id-dritt u li ġiet adottata meta kien għadu minorenni?

2)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/86/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-rikors għal annullament, ippreżentat kontra r-rifjut ta’ dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ wild minorenni, jitqies bħala inammissibbli minħabba li l-wild ikun sar adult matul il-proċedura ġudizzjarja, peress li dan jiġi mċaħħad mill-possibbiltà li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors tiegħu kontra din id-deċiżjoni u jinkiser id-dritt tiegħu għal rimedju effettiv?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-20 ta’ Frar 2019 — B. M. O. vs État belge

(Kawża C-137/19)

(2019/C 164/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: B. M. O.

Konvenut: État belge

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1), jekk ikun il-każ moqri flimkien mal-Artikolu 16(1) tal-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li sabiex iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jiġu kklassifikati bħala “tfal minuri” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandhom ikunu “minuri” mhux biss fil-mument tat-tressiq tal-applikazzjoni għal residenza iżda wkoll fil-mument li fih l-amministrazzjoni tiddeċiedi, in fine, dwar din l-applikazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/23


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2019 minn Deutsche Telekom AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-827/14, Deutsche Telekom AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-152/19 P)

(2019/C 164/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Deutsche Telekom AG (rappreżentanti: D. Schroeder u K. Apel, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Slovanet, a.s.

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-827/14 sa fejn tiċħad ir-rikors;

tannulla kollha kemm hija jew parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 7465 final tal-15 ta’ Ottubru 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 ŻEE (Każ AT.39523 — Slovak Telekom), kif emendata bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2014) 10119 final u C(2015) 2484 final, tas-16 ta’ Diċembru 2014 u tas-17 ta’ April 2015, rispettivament, sa fejn tikkonċerna l-appellanti jew, sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas iktar il-multi imposti fuqha;

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni mill-ġdid;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-proċedura u mill-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tat-talba tagħha l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat u, konsegwentement, ma applikatx u għaldaqstant applikat b’mod żbaljat ir-regola li tgħid li sabiex l-aċċess għal suq downstream jiġi rrifjutat l-aċċess mitlub għandu jkun indispensabbli għall-attività.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat ir-regola li kumpannija omm tista’ biss titqies responsabbli għall-aġir tas-sussidjarja tagħha jekk din il-kumpannija omm tkun fil-fatt eżerċitat influwenza determinanti.

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat ir-regola li kumpannija omm tista’ titqies biss responsabbli għall-aġir tas-sussidjarja tagħha jekk din tkun essenzjalment segwiet l-istruzzjonijiet mogħtija mill-kumpannija omm.

Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ dritt għal smigħ matul il-proċedura amministrattiva.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Eparchiako Dikastirio Larnakas (Ċipru) fit-22 ta’ Frar 2019 — Cyprus Central Authority vs GA

(Kawża C-154/19)

(2019/C 164/27)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Eparchiako Dikastirio Larnakas (Ċipru)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cyprus Central Authority

Konvenut: GA

Domandi preliminari

1)

L-indipendenza mill-poter eżekuttiv ta’ Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku li joħroġ mandat ta’ arrest Ewropew skont il-liġi nazzjonali rilevanti għandu jiġi interpretat skont ir-rwol li dan il-prosekutur pubbliku jokkupa fi ħdan l-ordinament ġuridiku nazzjonali inkwistjoni? F’każ ta’ risposta negattiva, liema huma l-kriterji ta’ evalwazzjoni li jippermettu li tiġi stabbilita l-indipendenza tiegħu mill-poter eżekuttiv?

2)

Inkunsiderazzjoni tal-fatt li skont id-dritt nazzjonali huwa jifforma parti mill-poter eżekuttiv u mhux mill-poter ġudizzjarju, li huwa ssubordinat ġerarkikament għall-Ministru tal-Ġustizzja lokali u li għandu l-obbligu li jwettaq prosekuzzjoni ta’ persuni li jiksru d-dritt kriminali jekk jikkunsidra li dan huwa opportun fid-dawl tad-dokumenti kollha fil-proċess, kemm dawk li jinkriminaw u kif ukoll dawk li jeskulpaw, il-prosekutur pubbliku ta’ Hamburg huwa awtorità suffiċjentement indipendenti li jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja sabiex jiġi kkunsidrat bħala “awtorità ġudizzjarja” fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas tat-13 ta’ Ġunju 2002 (1), dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri?

3)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta’ Hamburg għandu jkun ukoll indipendenti fid-dawl tal-funzjonijiet tiegħu f’dak li jirrigwarda l-kawżi li jittratta, mill-poter eżekuttiv u liema huma l-kriterji li abbażi tagħhom għandha tiġi deċiża indipendenza tal-funzjonijiet?

4)

Mandat ta ’Arrest Ewropew maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta’ Hamburg — u li, skont id-dritt Ġermaniż, ma huwiex suġġett għall-istħarriġ ġudizzjarju b’mod dirett, iżda biss b’mod indirett, permezz tal-kontestazzjoni tas-senjalazzjoni għall-finijiet ta’ arrest irreġistrat fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen wara l-ħruġ tal-imsemmi mandat ta’ arrest Ewropew — jikkostitwixxi “deċiżjoni ġudizzjarja” fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas li tkun kompatibbli mal-prinċipju tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku stabbilit fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Qafas?


(1)  Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/25


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2019 mill-Association européenne du charbon et du lignite (Euracoal) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-739/17, Association européenne du charbon et du lignite (Euracoal) et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-172/19 P)

(2019/C 164/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Association européenne du charbon et du lignite (Euracoal) (rappreżentanti: W. Spieth u N. Hellermann, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Deutscher Braunkohlen-Industrie-Verein e.V., Lausitz Energie Kraftwerke AG, Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH, eins energie in sachsen GmbH & Co. KG

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1.

a)

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-739/17;

b)

tiddikjara l-appell inammissibbli; u

fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi li l-kawża tinsab fi stat li tiġi deċiża, konformement mat-talbiet inklużi fir-rikors tas-7 ta’ Novembru 2017,

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1442 tal-31 ta’ Lulju 2017 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (1), sa fejn permezz ta’ din id-deċiżjoni, l-emissjonijiet assoċjati BAT (BAT-AEL) ġew aċċettati u stabbiliti għall-emissjonijiet Nox (Artikolu 1, Sezzjoni 2.1.3 tal-Anness, Tabella 3) u għall-emissjonijiet tal-merkurju (Artikolu 1, Sezzjoni 2.1.6 tal-Anness, Tabella 3) li jirriżultaw mill-kombustjoni ta’ faħam u/jew ta’ linjite;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni Nru 2017/1442 fl-intier tagħha; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċedura.

c)

jekk u sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi li l-kawża ma tinsabx fi stat li tiġi deċiża skont it-talbiet inklużi fil-punt 1(b) iktar ’il fuq, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tingħata deċiżjoni;

2.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka s-segwenti żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħha.

L-ewwel nett, id-digriet tal-Qorti Ġenerali huwa bbażat fuq żball proċedurali, li jippreġudika l-interessi tal-appellanti (it-tieni sitwazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 58(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja), kif ukoll jikser ċerti prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Fid-digriet tagħha, il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-argument tal-appellanti, li kien rilevanti għad-deċiżjoni, li permezz tiegħu hija sostniet li l-interess ġuridiku tagħha huwa bbażat fuq ksur tal-pożizzjoni proċedurali tagħha fil-kuntest tal-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti dwar l-iżvilupp tal-konklużjonijiet tal-BAT, li ġew ikkontestati fir-rikors. L-appellanti ma kinitx sempliċi parti fil-proċedura, iżda kellha pożizzjoni legali speċifika u ġustifikabbli, u din kienet tiggarantilha pożizzjoni proċedurali partikolari. Dawn il-motivi huma suffiċjenti sabiex jimmotivaw l-interess ġuridiku tagħha. Id-digriet tal-Qorti Ġenerali ma jinkludi ebda eżami, analiżi jew raġunament simili dwar l-argument tal-appellanti f’dan ir-rigward. Dan jikkostitwixxi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 36 flimkien mal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Dan jikkorrobora l-eżistenza ta’ żball proċedurali u, fl-istess waqt, ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni tad-dritt għal protezzjoni legali effettiva u tad-dritt għal smigħ xieraq.

It-tieni nett, id-digriet tal-Qorti Ġenerali jikser ukoll id-dritt tal-Unjoni fis-sens tat-tielet sitwazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 58(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Bid-digriet tagħha, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat ċaħdet ir-rikors tal-appellanti bħala inammissibbli. Il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-appellanti, bħala persuna li kellha interess ikkwalifikat fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tar-rikors. L-interess ikkwalifikat tagħha u konsegwentement l-interess ġuridiku tagħha jirriżultaw min-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-pożizzjoni proċedurali tagħha, li hija kellha fil-kuntest tal-proċedura għall-iżvilupp tal-konklużjonijiet dwar il-BAT, li kienu s-suġġett tar-rikors. L-appellanti ma kinitx sempliċi parti fil-proċedura ta’ żvilupp tal-BAT, iżda kellha pożizzjoni legali speċifika u ġustifikabbli, u din kienet tiggarantila pożizzjoni proċedurali partikolari. Għaldaqstant, dan kien jintitolaha għal dritt għal azzjoni, fir-rigward tal-infurzar tad-drittijiet proċedurali tagħha. Dawn il-garanziji proċedurali li jipproteġu lill-appellanti ma ttiħdux inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni meta żviluppat il-konklużjonijiet dwar il-BAT, b’mod partikolari sa fejn illimitat id-dritt għal smigħ tal-appellanti u d-dritt li tkun parti f’kawża u sa fejn naqset milli tosserva l-obbligu tagħha ta’ verifika. Konsegwentement, l-inammissibbiltà tar-rikors hija bbażata fuq applikazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU 2017 L 212, p. 1


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Frar 2019 — Rensen Shipbuilding BV, parti oħra: Inspecteur van de Belastingdienst vs Douane

(Kawża C-192/19)

(2019/C 164/29)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rensen Shipbuilding BV

Parti oħra fil-proċedura: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane

Domanda preliminari

In-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 89 tan-Nomenklatura Magħquda tistabilixxi li taħt is-subintestaturi 89012010 u 89019010 intitolati “bastimenti għall-baħar” jaqgħu (b’mod partikolari) biss bastimenti ddisinjati għall-baħar. X’għandu jinftiehem, bit-terminu “għall-baħar”?


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fit-28 ta’ Frar 2019 — H. A. vs État belge

(Kawża C-194/19)

(2019/C 164/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: H. A.

Konvenut: État belge

Domandi preliminari

L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (1) (rifolmulazzjoni), meħud waħdu u flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat bħala li jobbliga, sabiex jiġi ggarantit dritt għal rikors effettiv, lill-qorti nazzjonali tieħu inkunsiderazzojni, fejn xieraq, elementi suċċessivi għad-deċiżjoni ta’ “trasferiment Dublin”?


(1)  ĠU 2013, L 180, p. 31.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/28


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 minn Mylan Laboratories Ltd, Mylan, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-682/14: Mylan Laboratories u Mylan vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-197/19 P)

(2019/C 164/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Mylan Laboratories Ltd, Mylan, Inc. (rappreżentanti: C. Firth, S. Kon, C. Humpe, Solicitors, V. Adamis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitlobu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-682/14 Mylan Laboratories Ltd u Mylan Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea, sa fejn il-Qorti Ġenerali tiċħad it-talba tagħhom għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2014 (1) fil-Każ AT.39612 — Perindopril (Servier) sa fejn din tirrigwarda lill-appellanti; jew

tannulla jew tnaqqas sostanzjalment l-ammont tal-ammont tal-multa; u/jew

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni konformement mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u spejjeż u nfiq ieħor esposti mill-appellanti b’rabta ma’ din il-kawża u għal kwalunkwe miżura oħra li l-Qorti tal-Ġustizzja jidhrilha xierqa.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw il-ħames aggravji li ġejjin:

1.

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li Matrix u Les Laboratoires Servier kienu kompetituri potenzjali meta sar il-ftehim bonarju.

L-ewwel parti: il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat li l-Kummissjoni setgħet tqis li l-ftehim Niche-Matrix kien jippermetti li Matrix u Niche jiġu kklassifikati bħala kompetituri potenzjali.

It-tieni parti: il-Qorti Ġenerali wettqet applikazzjoni żbaljata tal-kriterji legali applikabbli għall-kompetizzjoni potenzjali meta kkonkludiet li Matrix u Servier kienu kompetituri potenzjali meta sar il-ftehim bonarju.

2.

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-ftehim bonarju kellu l-għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni.

L-ewwel parti: il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat li ftehim bonarju fil-qasam tal-privattivi jista’ jkollu bħala għan ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni anki jekk il-kliem ta’ dan il-ftehim jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-privattiva.

It-tieni parti: il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeduċiet l-eżistenza ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni bis-suġġett minn allegata inċitazzjoni minħabba l-ħlas imwettaq minn Servier lil Matrix.

It-tielet parti: il-Qorti Ġenerali wettqet żball bil-mod kif hija ddeduċiet l-eżistenza ta’ inċitazzjoni fid-dawl tal-ħlas irċevut minn Matrix.

3.

It-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta rrifjutat li teżamina l-klassifikazzjoni tal-ftehim bonarju mill-Kummissjoni bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-effett.

4.

Ir-raba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li Mylan Inc. eżerċitat influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ Matrix matul il-perijodu rilevanti.

5.

Il-ħames aggravju: il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 (2) u l-prinċipji ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege u ta’ ċertezza legali meta ddeċidiet li setgħet tiġi imposta multa fuq ir-rikorrenti f’dik il-kawża.


(1)  Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2014 relatat mal-proċedura skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Il-Każ AT.39612 — Perindopril (Servier)) (notifika bid-dokument C(2014) 4955), ĠU 2016, C 393, p. 7.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/29


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2019 minn Teva UK Ltd, Teva Pharmaceuticals Europe BV, Teva Pharmaceutical Industries Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-679/14, Teva UK Ltd et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-198/14 P)

(2019/C 164/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Teva UK Ltd, Teva Pharmaceuticals Europe BV, Teva Pharmaceutical Industries Ltd (rappreżentanti: D. Tayar, avocat, A. Richard, avocate)

Partijiet oħra fil-proċedura: European Generic medicines Association AISBL (EGA), Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa’ l-appell u tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-679/14;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tittieħed deċiżjoni ġdida, sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma tqisx li hija informata biżżejjed sabiex tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/AT.39612 (1)“Perindopril (Servier)” tad-9 ta’ Lulju 2014 sa fejn hija tikkonstata li Teva UK limited, Teva Pharmaceuticals Europe B.V. u Teva Pharmaceutical Industries Limited kisru l-Artikolu 101 TFUE u tannulla l-multa imposta fuq Teva UK limited, Teva Pharmaceuticals Europe B.V. u Teva Pharmaceutical Industries Limited, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża, inklużi dawk l-ispejjeż sostnuti mill-appellanti quddiem din il-qorti u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tat-talba tagħhom l-appellanti invokaw tliet aggravji:

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-istandard applikat sabiex tevalwa jekk Teva kinitx kompetitur potenzjali ta’ Servier.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li l-ftehim kien jirrestrinġi l-kompetizzjoni skont l-għan taħt l-Artikolu 101(1) TFUE.

3.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikolu 101(3) TFUE.


(1)  Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2014 relatat mal-proċedura skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Il-Każ AT.39612 — Perindopril (Servier)) (notifikat bid-dokument C(2014) 4955) (ĠU 2016, C 393, p. 7).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi (il-Polonja) fis-27 ta’ Frar 2019 — RL vs J.M.

(Kawża C-199/19)

(2019/C 164/33)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RL

Konvenut: J.M.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2011/7”) (1), li ġie transpost fl-ordinament ġuridiku Pollakk permezz tal-Artikolu 4(1) tal-ustawa z dnia 8 marca 2013 r. o terminach zapłaty w transakcjach handlowych (il-Liġi tat-8 ta’ Marzu 2013 dwar it-Termini għall-Ħlas fi Tranżazzjonijiet Kummerċjali, test ikkonsolidat, Dz. U. tal-2019, pożizzjoni 118, iktar ’il quddiem il-“Liġi tat-8 ta’ Marzu 2013”), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kuntratti li l-eżekuzzjoni prinċipali tagħhom tikkonsisti fil-provvista b’titolu oneruż ta’ oġġett għal użu temporanju (pereżempju, il-kuntratt ta’ kiri) għandhom jitqiesu wkoll bħala tranżazzjonijiet li jwasslu għall-provvista ta’ oġġetti jew għall-provvista ta’ servizzi bi ħlas (tranżazzjonijiet kummerċjali)?

2)

F’każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/7, li ġie transpost fl-ordinament ġuridiku Pollakk permezz tal-Artikolu 11(1) tal-Liġi tat-8 ta’ Marzu 2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehim dwar l-eżekuzzjoni perjodika mid-debitur ta’ benefiċċji fi flus, inkluż fil-każ tal-konklużjoni ta’ kuntratt għal żmien mhux determinat, għandu wkoll jitqies bħala ftehim, bejn il-partijiet fi tranżazzjoni kummerċjali, fuq skeda ta’ pagamenti li tistabbilixxi l-ammonti li għandhom jitħallsu bin-nifs?


(1)  ĠU 2011, L 48, p. 1.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Trgovački sud u Zagrebu (il-Kroazja) fl-1 ta’ Marzu 2019 — INA-INDUSTRIJA NAFTE d.d. et vs LJUBLJANSKE BANKE d.d.

(Kawża C-200/19)

(2019/C 164/34)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Trgovački sud u Zagrebu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: INA-INDUSTRIJA NAFTE d.d., CROATIA osiguranje d.d., REPUBLIKA HRVATSKA, Croatia Airlines d.d., GRAD ZAGREB, HRVATSKA ELEKTROPRIVREDA d.d., HRVATSKE ŠUME d.o.o., KAPITAL d.o.o. u stečaju, PETROKEMIJA d.d., Đuro Đaković Holding d.d., ENERGOINVEST d.d., TELENERG d.o.o., ENERGOCONTROL d.o.o., UDRUGA POSLODAVACA U ZDRAVSTVU, HRVATSKI ZAVOD ZA MIROVINSKO OSIGURANJE, ZAGREPČANKA-POSLOVNI OBJEKTI d.d., BRODOGRADILIŠTE VIKTOR LENAC d.d., INOVINE d.d., MARAT INŽENJERING d.o.o., GOYA — COMPANY d.o.o., METROPOLIS PLAN d.o.o., Dalekovod d.d., INFRATERRA d.o.o., Citat d.o.o., STAROSTA d.o.o., METALKA METALCOM d.o.o., I.Š., B.C., Z.N., D.G., M.R., A.T.

Konvenuta: LJUBLJANSKA BANKA d.d.

Domandi preliminari

1)

Ġaladarba l-konvenuta ma pparteċipatx fil-konklużjoni tal-kuntratti mal-koproprjetarji l-oħra u lanqas ma tat il-kunsens tagħha għal dak li ġie miftiehem, l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jitqies ukoll bħala obbligu kuntrattwali, dak l-obbligu impost fuq il-konvenuta, jiġifieri obbligu previst mil-liġi, iżda li, inkwantu l-ammont tiegħu, id-data ta’ skadenza tiegħu u modalitajiet oħra, huwa ddeterminat bi qbil komuni mill-proprjetarji ta’ iktar min-nofs tal-kwoti ta’ parteċipazzjoni fil-koproprjetà tal-proprjetà immobbli?

2)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu previst mil-liġi fir-rigward ta’ koproprjetarji oħra tal-proprjetà immobbli li jistgħu jitolbu l-eżekuzjoni tiegħu b’mezzi ġudizzjarji għandha titqies bħala delitt jew kważi-delitt, u dan b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li, minħabba n-nuqqas tal-konvenuta li twettaq l-obbligi legali, il-koproprjetarji l-oħra u anki terzi jistgħu jġarrbu danni addizzjonali (minbarra t-telf pekunjarju fir-rigward tar-riżerva)?

3)

Ġaladarba li f’dan il-każ, l-obbligu inkwistjoni jirriżulta mill-fatt li l-konvenuta hija proprjetarja ta’ edifiċi kummerċjali li fihom hija teżerċita l-kummerċ, jiġifieri edifiċji li fihom għandha s-sede tagħha sussidjarja, l-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) no 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li din tikkostitwixxi vertenza marbuta mal-attività ta’ sussidjarja, ta’ aġenzija jew ta’ kull stabbiliment ieħor?


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/32


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2019 minn Ryanair DAC, li qabel kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-111/15: Ryanair u Airport Marketing Services vs il-Kummissjoni

(Kawża C-202/19 P)

(2019/C 164/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ryanair DAC, li qabel kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd (rappreżentanti: E. Vahida, avocat, I.-G. Metaxas-Maranghidis, Δικηγόρος, G. Berrisch, Rechtsanwalt, B. Byrne, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitlobu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-111/15; u

tannulla l-Artikoli 1(2), 2(4), 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1226 (1) tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33963 (2012/C) (ex 2012/NN), jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex terġa’ tieħu konjizzjoni tagħha; u, fi kwalunkwe każ

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti fir-rigward ta’ din il-proċedura ta’ appell u tal-proċedura fil-Kawża T-111/15 quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet applikazzjoni żbaljata tal-Artiklu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti fil-proċeduri quddiem il-Kummissjoni. Il-Qorti Ġenerali: żbaljat billi għamlet distinzjoni bejn id-drittijiet speċifiċi fl-Artikolu 41(2) tal-Karta u d-dritt ġenerali għal amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41(1) tal-Karta; żbaljat billi kkonstatat li d-drittijiet fl-Artikolu 41(2) tal-Karta ma japplikawx għal investigazzjonijiet marbuta ma’ għajnuna mill-Istat; żbaljat billi kkonstatat li hemm kunflitt bejn l-Artikolu 41(1) u (2) tal-Karta u l-Artikoli 107 u 108 TFUE; u żbaljat billi kkonstatat li l-appellanti setgħu jitqiesu sempliċement bħala sors ta’ informazzjoni fl-investigazzjoni.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ vantaġġ. Il-Qorti Ġenerali: żbaljat billi kkonkudiet li ma hemmx ġerarkija fil-metodoloġiji ta’ applikazzjoni tat-test tal-operatur f’ekonomija tas-suq (iktar ’il quddiem l-“OES”) bejn l-analiżi komparattiva u metodi oħra; żbaljat billi kkonstatat li l-Kummissjoni kellha d-dritt li ma tapplikax l-analiżi komparattiva u li tiċħad il-provi komparattivi prodotti mill-appellanti; u żbaljat billi kkonkludiet li, meta jiġi applikat it-test ta’ vijabbiltà inkrimentali, ma huwiex neċessarju li l-Kummissjoni tkun issodisfatta li l-istima tal-ispejjeż inkrimentali u l-istima tad-dħul mhux aeronawtiku inkrimentali jirriflettu kif l-OES kien jopera l-ajruport.

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-imputabbiltà lill-Istat billi: sostniet li ma kienx hemm ħtieġa li jiġi speċifikat jekk l-operatur konġunt tal-ajruport “SMAC” kienx impriża pubblika; ma applikatx l-indikaturi Stardust Marine sabiex tagħmel distinzjoni bejn awtonomija u imputazzjoni; u naqset milli tagħti motivazzjoni suffiċjenti għal dan.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1226 tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33963 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Angoulême, SNC-Lavalin, Ryanair u Airport Marketing Services (notifikata bid-dokument C(2014) 5080) (ĠU 2015, L 201, p. 48).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/33


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2019 minn Ryanair DAC, li qabel kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-165/15: Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-203/19 P)

(2019/C 164/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ryanair DAC, li qabel kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd (rappreżentanti: E. Vahida, avocat, I.-G. Metaxas-Maranghidis, Δικηγόρος, G. Berrisch, Rechtsanwalt, B. Byrne, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-165/15; u

tannulla l-Artikolu 1(1), 1(2) u (sa fejn dawn jirrigwardaw l-Artikoli 1(1) u 1(2)) l-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1227 (1) tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22614 (C 53/07), jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex terġa’ tieħu konjizzjoni tagħha; u, fi kwalunkwe każ

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti fir-rigward ta’ din il-proċedura ta’ appell u tal-proċedura fil-Kawża T-165/15 quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet applikazzjoni żbaljata tal-Artiklu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti fil-proċeduri quddiem il-Kummissjoni. Il-Qorti Ġenerali: żbaljat billi għamlet distinzjoni bejn id-drittijiet speċifiċi fl-Artikolu 41(2) tal-Karta u d-dritt ġenerali għal amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41(1) tal-Karta; żbaljat billi kkonstatat li d-drittijiet fl-Artikolu 41(2) tal-Karta ma japplikawx għal investigazzjonijiet marbuta ma’ għajnuna mill-Istat; żbaljat billi kkonstatat li hemm kunflitt bejn l-Artikolu 41(1) u (2) tal-Karta u l-Artikoli 107 u 108 TFUE; u żbaljat billi kkonstatat li l-appellanti setgħu jitqiesu sempliċement bħala sors ta’ informazzjoni fl-investigazzjoni.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ vantaġġ. Il-Qorti Ġenerali: żbaljat billi kkonkudiet li ma hemmx ġerarkija fil-metodoloġiji ta’ applikazzjoni tat-test tal-operatur f’ekonomija tas-suq (iktar ’il quddiem l-“OES”) bejn l-analiżi komparattiva u metodi oħra; żbaljat billi kkonstatat li l-Kummissjoni kellha d-dritt li ma tapplikax l-analiżi komparattiva u li tiċħad il-provi komparattivi prodotti mill-appellanti; u żbaljat billi kkonkludiet li, meta jiġi applikat it-test ta’ vijabbiltà inkrimentali, ma huwiex neċessarju li l-Kummissjoni tkun issodisfatta li l-istima tal-ispejjeż inkrimentali u l-istima tad-dħul mhux aeronawtiku inkrimentali jirriflettu kif l-OES kien jopera l-ajruport.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1227 tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-istat SA.22614 (C 53/07) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn, Ryanair, Airport Marketing Services u Transavia (notifikata bid-dokument C(2014) 5085) (ĠU 2015, L 201, p. 109).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/34


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2019 minn Ryanair DAC, li qabel kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-53/16: Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-204/19 P)

(2019/C 164/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ryanair DAC, li qabel kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd (rappreżentanti: E. Vahida, avocat, I.-G. Metaxas-Maranghidis, Δικηγόρος, G. Berrisch, Rechtsanwalt, B. Byrne, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-53/16; u

tannulla l-Artikoli 1, 4, 5 u 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/633 (1) tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33961 (2012/C) (ex 2012/NN),), jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex terġa’ tieħu konjizzjoni tagħha; u, fi kwalunkwe każ

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti fir-rigward ta’ din il-proċedura ta’ appell u tal-proċedura fil-Kawża T-53/16 quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet applikazzjoni żbaljata tal-Artiklu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti fil-proċeduri quddiem il-Kummissjoni. Il-Qorti Ġenerali: żbaljat billi għamlet distinzjoni bejn id-drittijiet speċifiċi fl-Artikolu 41(2) tal-Karta u d-dritt ġenerali għal amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41(1) tal-Karta; żbaljat billi kkonstatat li d-drittijiet fl-Artikolu 41(2) tal-Karta ma japplikawx għal investigazzjonijiet marbuta ma’ għajnuna mill-Istat; żbaljat billi kkonstatat li hemm kunflitt bejn l-Artikolu 41(1) u (2) tal-Karta u l-Artikoli 107 u 108 TFUE; u żbaljat billi kkonstatat li l-appellanti setgħu jitqiesu sempliċement bħala sors ta’ informazzjoni fl-investigazzjoni.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ vantaġġ. Il-Qorti Ġenerali: żbaljat billi kkonkudiet li ma hemmx ġerarkija fil-metodoloġiji ta’ applikazzjoni tat-test tal-operatur f’ekonomija tas-suq (iktar ’il quddiem l-“OES”) bejn l-analiżi komparattiva u metodi oħra; żbaljat billi kkonstatat li l-Kummissjoni kellha d-dritt li ma tapplikax l-analiżi komparattiva u li tiċħad il-provi komparattivi prodotti mill-appellanti; żbaljat billi kkonkludiet li, meta jiġi applikat it-test ta’ vijabbiltà inkrimentali, ma huwiex neċessarju li l-Kummissjoni tkun issodisfatta li l-istima tal-ispejjeż inkrimentali u l-istima tad-dħul mhux aeronawtiku inkrimentali jirriflettu kif l-OES kien jopera l-ajruport; u żbaljat billi kkonstatat li vijabbiltà mnaqqsa, pjuttost milli nuqqas ta’ vijabbiltà, hija suffiċjenti għall-konstatazzjoni ta’ għajnuna.

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali weqqet evalwazzjoni żbaljata tal-imputabbiltà lill-Istat billi: ikkunsidrat li l-operatur tal-ajruport — “SMAN” — kien “korp tal-Istat”; ma applikatx l-indikaturi Stardast Marine; u naqset milli tipprovdi motivazzjoni suffiċjenti għal dan. Il-Qorti Ġenerali żbaljat ukoll billi sostniet b’mod żbaljat li d-deċiżjonijet tal-kumpannija privata VTAN kienu imputabbli lill-Istat.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/633 tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33961 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Nîmes — Uzès — Le Vigan, Veolia Transport Aéroport de Nîmes, Ryanair u Airport Marketing Services (notifikata bid-dokument C(2014) 5078) (ĠU 2016, L 113, p. 32).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/36


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2019 minn Ryanair DAC, li qabel kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-165/16: Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-205/19 P)

(2019/C 164/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ryanair DAC, li qabel kienet Ryanair Ltd, Airport Marketing Services Ltd (rappreżentanti: E. Vahida, avukat, I.-G. Metaxas-Maranghidis, Δικηγόρος, G. Berrisch Rechtsanwalt, B. Byrne, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitlobu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-165/15; u

tannulla l-Artikoli 1(4), u 2 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/287 (1) tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.26500 — 2012/C (ex 2011/NN, ex CP 2272008), jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex terġa’ tieħu konjizzjoni tagħha; u, fi kwalunkwe każ

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti fir-rigward ta’ din il-proċedura ta’ appell u tal-proċedura fil-Kawża T-165/15 quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet applikazzjoni żbaljata tal-Artiklu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti fil-proċeduri quddiem il-Kummissjoni. Il-Qorti Ġenerali: żbaljat billi għamlet distinzjoni bejn id-drittijiet speċifiċi fl-Artikolu 41(2) tal-Karta u d-dritt ġenerali għal amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41(1) tal-Karta; żbaljat billi kkonstatat li d-drittijiet fl-Artikolu 41(2) tal-Karta ma japplikawx għal investigazzjonijiet marbuta ma’ għajnuna mill-Istat; żbaljat billi kkonstatat li hemm kunflitt bejn l-Artikolu 41(1) u (2) tal-Karta u l-Artikoli 107 u 108 TFUE; u żbaljat billi kkonstatat li l-appellanti setgħu jitqiesu sempliċement bħala sors ta’ informazzjoni fl-investigazzjoni.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ vantaġġ. Il-Qorti Ġenerali: żbaljat billi kkonkudiet li ma hemmx ġerarkija fil-metodoloġiji ta’ applikazzjoni tat-test tal-operatur f’ekonomija tas-suq (iktar ’il quddiem l-“OES”) bejn l-analiżi komparattiva u metodi oħra; żbaljat billi kkonstatat li l-Kummissjoni kellha d-dritt li ma tapplikax l-analiżi komparattiva u li tiċħad il-provi komparattivi prodotti mill-appellanti; u żbaljat billi kkonkludiet li, meta jiġi applikat it-test ta’ vijabbiltà inkrimentali, ma huwiex neċessarju li l-Kummissjoni tkun issodisfatta li l-istima tal-ispejjeż inkrimentali u l-istima tad-dħul mhux aeronawtiku inkrimentali jirriflettu kif l-OES kien jopera l-ajruport.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/287 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.26500 (2012/C) (ex 2011/NN, ex CP 227/2008) mogħtija mill-Ġermanja lil Flughafen Altenburg-Nobitz GmbH u Ryanair Ltd. (notifikata bid-dokument C(2014) 7369) (ĠU 2016, L 59, p. 22).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/37


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Marzu 2019 — Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation vs Compagnie des pêches de Saint-Malo

(Kawża C-212/19)

(2019/C 164/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

Konvenuta: Compagnie des pêches de Saint-Malo

Domandi preliminari

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2004 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tiddikjara inkompatibbli mas-suq intern biss it-tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet tal-persuna li timpjega, għar-raġuni li t-tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet tal-impjegati ma jgawdux minnu l-impriżi u għaldaqstant ma humiex tali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew fis-sens li tiddikjara inkompatibbli wkoll it-tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet tal-impjegati?

2)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddeċiedi li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li tiddikjara inkompatibbli wkoll it-tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet tal-impjegati, l-impriża għandha titqies li bbenefikat minn dan it-tnaqqis kollu jew minn parti minnu biss? F’dan il-każ tal-aħħar, kif għandha tiġi evalwata din il-parti? L-Istat Membru huwa obbligat jordna lill-impjegati kkonċernati jirrimborsaw bis-sħiħ jew parzjalment is-sehem ta’ għajnuna li minnha jkunu bbenefikaw?


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna implimentati minn Franza favur produtturi tal-akkwakultura u sajjieda (2005/239/KE) (ĠU 2005 L 74, p. 49).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/38


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-213/19)

(2019/C 164/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikkjara li:

1.

billi naqas milli jdaħħal fil-kontijiet l-ammonti korretti tad-dazji u tagħmel disponibbli l-ammont korrett ta’ riżorsi proprji tradizzjonali u riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT fir-rigward ta’ ċerti importazzjonijiet ta’ tessili u żraben mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335 (1), l-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436 (2), l-Artikoli 2, 6, 9, 10, 12 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 609/2014 (3), l-Artikoli 2, 6, 9, 10, 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000 (4), l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1553/89 (5), kif ukoll l-Artikolu 105(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 952/2013 (6), u l-Artikolu 220(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92 (7);

bħala konsegwenza tan-nuqqas tiegħu li jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 325 u 310(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 3 u 46 tar-Regolament Nru 952/2013, l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, l-Artikolu 248(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93 (8), l-Artikolu 244 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2015/2447 (9), u l-Artikoli 2(1)(b) u (d), 83, 85 sa 87 u 143(1)(d) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (10);

It-telf korrispondenti ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li għandu jsir disponibbli għall-baġit tal-Unjoni (bit-tnaqqis tal-ispejjeż ta’ ġbir) jammonta għal:

EUR 496025 324.30 fl-2017 (sal-11 ta’ Ottubru 2017 inkluż);

EUR 646809 443.80 fl-2016;

EUR 535290 329.16 fl-2015;

EUR 480098 912.45 fl-2014;

EUR 325230 822.55 fl-2013;

EUR 173404 943.81 fl-2012;

EUR 22777 312.79 fl-2011.

2.

billi naqas milli jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa mis-servizzi tal-Kummissjoni neċessarja għall-istabbiliment tal-ammont ta’ telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, u billi ma ġiex ipprovdut kif mitlub il-kontenut tal-evalwazzjoni legali mid-dipartiment legali ta’ Her Majesty’s Revenue and Customs jew ir-raġuni għad-deċiżjoni li wasslet għall-kanċellament tad-djun doganali stabbiliti, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-Artikoli 2(2) u (3)(d) tar-Regolament tal-Kunsill 608/2014 (11); u

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Minkejja avviżi ripetuti dwar ir-riskju ta’ frodi mill-OLAF u l-Kummissjoni, ir-Renju Unit naqas milli jimplementa approċċi bbażati fuq ir-riskju fil-kontroll tad-dwana sabiex jiġi evitat ir-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera ta’ oġġetti mibjugħin taħt il-valur fl-Unjoni (b’mod partikolari, żraben u tessili esportati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina) sat-12 ta’ Ottubru 2017. Bħala riżultat ta’ dak in-nuqqas ta’ azzjoni minkejja l-avviżi ripetuti, ir-Renju Unit naqas milli jieħu l-miżuri bbażati fuq ir-riskju meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar id-dwana u r-riżorsi proprji. Dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni xierqa affettwa wkoll l-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-Unjoni dwar il-VAT. Kien hemm telf eċċezzjonalment għoli għall-baġit tal-Unjoni kkawżat mill-ksur tar-Renju Unit tad-dritt tal-Unjoni u l-konsegwenti livelli ta’ importazzjonijiet f’dan l-Istat Membru ta’ oġġetti mibjugħin taħt il-valur fl-Unjoni. Peress li r-Renju Unit ma segwiex ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, b’kuntrast mal-Istati Membri l-oħra, ir-Renju Unit attira iktar kummerċ taħt il-prezz. Dak it-telf eċċezzjonalment għoli affettwa wkoll drastikament it-tqassim ġust tal-oneru fuq l-Istati Membri, peress li kellhom jiġu kkompensati b’kontribuzzjonijiet tad-Dħul Gross Nazzjonali korrispondenti ogħla mill-Istati Membri tal-Unjoni l-oħra.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2014, L 168, p. 105).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 2007, L 163, p. 17).

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (Tfassil mill-ġdid) (ĠU 2014, L 168, p. 39).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169).

(5)  Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 1, p. 197).

(6)  Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2013, L 269, p. 1).

(7)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).

(8)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).

(9)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2015, L 343, p. 558).

(10)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).

(11)  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2014, L 168, p. 29).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/39


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-8 ta’ Marzu 2019 — Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

(Kawża C-215/9)

(2019/C 164/41)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Parti oħra fil-proċedura: A Oy

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 13b u 31a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 (1) tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE (2) dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1042/2013 (3) tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 fir-rigward tal-post tal-forniment ta’ servizzi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-servizzi ta’ ċentru tad-data bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-kummerċjant jipprovdi lill-klijenti tiegħu armarji li jinsabu fiċ-ċentru tad-data intiżi għat-tqegħid ta’ servers tal-klijenti, inklużi servizzi anċillari, għandhom jitqiesu bħala kiri ta’ proprjetà immobbli?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv, l-Artikolu 47 tad-Direttiva tal-VAT 2006/112/KE u l-Artikolu 31a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni msemmi iktar ’il fuq għandhom madankollu jiġu interpretati fis-sens li servizz ta’ ċentru tad-data bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandu jitqies bħala servizz konness ma’ proprjetà immobbli u l-post tal-eżekuzzjoni tiegħu huwa l-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli?


(1)  ĠU 2011, L 77, p. 1.

(2)  ĠU 2006, L 347, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

(3)  ĠU 2013, L 284, p. 1.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/40


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour du travail de Liège (il-Belġju) fit-18 ta’ Marzu 2019 — B. vs Centre public d'action sociale de Líège (CPAS)

(Kawża C-233/19)

(2019/C 164/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B.

Konvenut: Centre public d'action sociale de Líège (CPAS)

Domandi preliminari

L-Artikoli 5 u 13 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1), moqrija fid-dawl tal-Artikoli 19(2) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 14(1)(b) ta’ din id-direttiva, moqrija fid-dawl tas-sentenza C-562/13 mogħtija fit-18 ta’ Diċemrbu 2014 mill-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati bħala li jagħtu effett suspensiv lil rikors eżerċitat kontra deċiżjoni li tordna lil ċittadin ta’ pajjiż terz milqut minn marda serja li jitlaq mit-territorju ta’ Stat Membru, billi l-awtur tar-rikors isostni li l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni tista’ tesponih għal riksju serju ta’ deterjorament serju u irriversibbli tal-istat ta’ saħħtu,

mingħajr il-ħtieġa li titwettaq evalwazzjoni tar-rikors, is-sempliċi preżentata tiegħu hija suffiċjenti sabiex tissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li tordna t-tluq mit-territorju

jew permezz ta’ stħarriġ marġinali dwar l-eżistenza ta’ ilment invokabbli jew tal-assenza ta’ ta’ inammissibbiltà jew ta’ nuqqas manifest ta’ bażi għar-rikors quddiem il-Kunsill għall-Kwistjonijiet dwar Barranin

jew inkella permezz ta’ stħarriġ sħiħ u komplut min-naħa tal-qrati tax-xogħol sabiex jiġi ddeterminat jekk l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni tistax tesponi lill-awtur tar-rikors għal riskju serju ta’ deterjorazzjoni serja u irriversibbli tal-istat ta’ saħħtu?


(1)  ĠU L 348, p. 98.


GCEU

13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2019 — Pometon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-433/16) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-barraxa tal-azzar - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni tal-prezzijiet fiż-ŻEE kollha - Proċedura ‘ibrida’ matul perijodu mifrux - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Prinċipju ta’ imparzjalità - Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Prova tal-ksur - Ksur uniku u kontinwu - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Tul tal-ksur - Multa - Adattament eċċezzjonali tal-ammont bażiku - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2019/C 164/43)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Pometon SpA (Maerne di Martellago, l-Italja) (rappreżentanti: E. Fabrizi, V. Veneziano u A. Molinaro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u B. Mongin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni C (2016) 3121 final tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2016 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39792 — Barraxa tal-azzar).

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C (2016) 3121 final tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2016 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39792 — Barraxa tal-azzar), huwa annullat.

2)

L-ammont tal-multa imposta fuq Pometon SpA huwa ffissat għal EUR 3 873 375.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-766/16) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn Spanja favur ċerti klabbs tal-futbol professjonali - Garanzija - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Vantaġġ - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2019/C 164/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hércules Club de Fútbol, SAD (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: S. Rating u Y. Martínez Mata, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/365 tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) implimentata minn Spanja għal Valencia Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva, Hércules Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva u Elche Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva (ĠU 2017, L 55, p. 12).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/365 tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) implimentata minn Spanja għal Valencia Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva, Hércules Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva u Elche Club de Fútbol Sociedad Anónima Deportiva, hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil Hércules Club de Fútbol, SAD.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Hércules Club de Fútbol.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2019 — Boshab et vs Il-Kunsill

(Kawża T-582/17) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fil-konfront ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Lista tal-persuni u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u tar-riżorsi ekonomiċi u l-projbizzjoni ta’ dħul u ta’ transitu - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti fil-lista - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

(2019/C 164/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Évariste Boshab (Kinshasa, ir-Repubblika tal-Kongo) u s-seba’ rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom huma indikati fl-anness għas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment P. Chansay Wilmotte, A. Kalambay Ndaya u P. Okito Omole, sussegwentement T. Bontinck, M. Forgeois, P. De Wolf u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Veiga u B. Driessen, sussegwentement B. Driessen u J.-P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/904 tad-29 ta’ Mejju 2017 li jimplimenta l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2017, L 138I, p. 1), u fuq id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/905 tad-29 ta’ Mejju 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2017, L 138I, p. 6), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Évariste Boshab u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom huma indikati fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 374, 6.11.2017.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2019 — Clestra Hauserman vs Il-Parlament

(Kawża T-725/17) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Xogħlijiet relatati mal-‘Ħitan li jinqalgħu — bibien’ tal-proġett għall-estensjoni u għall-immodernizzar tal-Binja Konrad Adenauer tal-Parlament fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Obbligu ta’ motivazzjoni - Offerta anormalment baxxa - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

(2019/C 164/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Clestra Hauserman (Illkirch Graffenstaden, Franza) (rappreżentant: J. Gehin, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Naglič u B. Schäfer, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-24 ta’ Awwissu 2017 meħuda fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti INLO-D-UPIL-T 16-AO8 relatata mal-lott Nru 55, bit-titolu “Ħitan li jinqalgħu — bibien”, tal-proġett għall-estensjoni u għall-immodernizzar tal-Binja Konrad Adenauer tal-Parlament fil-Lussemburgu, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Clestra Hauserman għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 13, 15.1.2018.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2019 — Parfümerie Akzente vs EUIPO (GlamHair)

(Kawża T-787/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali GlamHair - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2019/C 164/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Parfümerie Akzente GmbH (Pfedelbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u M. Alber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2017 (Każ R 82/2017-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali GlamHair bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Parfümerie Akzente GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 29.1.2018.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2019 — Coesia vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ kurvi ħomor oblikwi)

(Kawża T-829/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta żewġ kurvi ħomor oblikwi - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”)

(2019/C 164/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Coesia SpA (Bologna, l-Italja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1272/2017-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta żewġ kurvi ħomor oblikwi bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Coesia SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 19.2.2018.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2019 — Deray vs EUIPO — Charles Claire (LILI LA TIGRESSE)

(Kawża T-105/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali LILI LA TIGRESSE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti TIGRESS - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 164/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: André Deray (Bry-sur-Marne, Franza) (rappreżentant: S. Santos Rodríguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Sipos u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Charles Claire LLP (Weybridge Surrey, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1244/2017-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Charles Claire u A. Deray.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

André Deray huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2019 — Biernacka-Hoba vs EUIPO — Formata Bogusław Hoba (Formata)

(Kawża T-265/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Formata - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Formata - Raġuni relattiva għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Regola 37 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li saret l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625) - Kundizzjonijiet għar-rappreżentazzjoni tat-trade mark preċedenti - Regola 19 tar-Regolament Nru 2868/95 (li saret l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat 2018/625) - Aspettattivi leġittimi - Rimbors tal-ispejjeż ta’ rappreżentanza - Artikolu 109 tar-Regolament 2017/1001 u r-Regola 94 tar-Regolament Nru 2868/95 (li saret l-Artikolu 109 tar-Regolament 2017/1001)”)

(2019/C 164/50)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ilona Biernacka-Hoba (Aleksandrów Łódzki, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Formata Bogusław Hoba (Aleksandrów Łódzki, il-Polonja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Frar 2018 (Każ R 2032/2017-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Biernacka-Hoba u Formata Bogusław Hoba.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Frar 2018 (Każ R 2032/2017-4) hija annullata, sa fejn din ikkundannat lil Ilona Biernacka-Hoba tbati l-ispejjeż sostnuti minn Formata Bogusław Hoba għall-finijiet tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u tal-appell u stabbilixxiet l-ammont tal-ispejjeż li Biernacka-Hoba kellha tħallas lil Formata Bogusław Hoba fl-ammont ta’ EUR 1 000, u hija rriformata fis-sens li ma hemmx lok li Ilona Biernacka-Hoba tiġi kkundannata tbati tali somma.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2019 — Julius-K9 vs EUIPO — El Corte Inglés (K9 UNIT)

(Kawża T-276/18) (1)

(“Trade mark tal-unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea K9 UNIT - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea unit - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 164/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Julius-K9 Zrt (Szigetszentmiklós, l-Ungerija) (rappreżentant: G. Jambrik, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Frar 2018 (Każ R1432/2017-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hipercor, SA u Julius-K9.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Frar 2018 (Każ R1432/2017-2) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta’ Julius-K9 Zrt.

3)

El Corte Inglés, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C ##, ##.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/49


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2019 — SKS Import Export vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-239/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Moviment liberu tal-kapital - Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT) - Direttiva (UE) 2015/849 - Regolament Delegat (UE) 2018/212 - Inklużjoni tat-Tuneżija fil-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)

(2019/C 164/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société Kammama Saber (SKS) Import Export (Sousse Jawhara, it-Tuneżija) (rappreżentant: H. Chelly, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, A. Bouquet u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/212 tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tas-Sri Lanka, Trinidad u Tobago u t-Tuneżija fit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU 2018, L 41, p. 4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Il-kumpannija Kammana Saber (SKS) Import Export hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2019 — Silgan Closures u Silgan Holdings vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-410/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-imballaġġi tal-metall - Deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)

(2019/C 164/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Silgan Closures GmbH (Munich, il-Ġermanja), Silgan Holdings, Inc. (Stamford, Connecticut, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Wollmann, D. Seeliger, R. Grafunder u V. Weiss, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, B. Ernst, G. Meessen, C. Vollrath u L. Wildpanner, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2018) 2466 finali, tad-19 ta’ April 2018, li permezz tagħha l-Kummissjoni bdiet proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE fil-Każ AT.40522 — Pandora.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Silgan Closures GmbH, u Silgan Holdings, Inc., għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Kunsill għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 285, 13.08.2018.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2019 — Haba Trading vs EUIPO — Vida (vidaXL)

(Kawża T-503/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deiċżjoni”)

(2019/C 164/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Haba Trading BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: B. Schneiders u A. Brittner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vida AB (Alvesta, l-Isvezja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 190/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vida AB u Haba Trading BV.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Haba Trading BV hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 373, 15.10.2018


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2019 — Comune di Milano vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-75/19) (1)

(“Rinunzja tal-ġurisdizzjoni”)

(2019/C 164/55)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Comune di Milano (rappreżentanti: F. Sciaudone, M. Condinanzi u A. Neri, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, I. Anagnostopoulou u A. Tamás, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropa (rappreżentanti: M. Bauer, F. Florindo Gijón u E. Rebasti, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament (UE) 2018/1718 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU 2018, L 291, p. 3), u, min-naħa l-oħra, talba intiża li tiddikjara mingħajr effett deċiżjoni allegatament adottata mill-Kunsill fl-20 ta’ Novembru 2017.

Dispożittiv

1)

Il-Qorti Ġenerali rrinunzjat mill-ġurisdizzjoni tal-Kawża T-75/19 sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tagħti deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Id-deċiżjoni dwar it-talba tal-Comune di Milano intiża sabiex tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors skont proċedura mħaffa hija rriżervata.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 112, 25.3.2019.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/52


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2019 — CJ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-1/19)

(2019/C 164/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: CJ (rappreżentant: V. Kolias, lawyer)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li huwa kontra t-Trattati n-nuqqas tal-konvenuta li tanonimizza d-dokumenti proċedurali li jirreferu għalih b’ismu u li ġew ippubblikati fuq l- World Wide Web mill-Qorti Ġenerali u dak li kien it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, sussidjarjament in-nuqqas tagħha li tagħmel verżjonijiet nominali ta’ tali dokumenti inaċċessibbli għall-muturi ta’ riċerka tal-World Wide Web;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tinvoka b’mod partikolari:

li r-rikorrent ressaq azzjonijiet kontra l-persuna li kienet timpjegah quddiem dak li kien it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u quddiem il-Qorti Ġenerali;

li d-dokumenti proċedurali ta’ dawk l-azzjonijiet ġew ippubblikati u li kienu jirreferu għar-rikorrent b’simu u huma aċċessibbli għall-muturi ta’ riċerka tal-world wide web bħalma hija Google;

li din l-aċċessibbiltà tiffaċilita l-identifikazzjoni mill-muturi ta’ riċerka tar-rikorrent minn kwalunkwe utent tal-internet fid-dinja, inklużi persuni li jimpjegaw attwali u prospettivi;

li minn din l-identifikazzjoni jemerġi riskju ta’ diskriminazzjoni kontra r-rikorrent;

li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea deċidiet li tanonimizza b’mod deċiż minn qabel dokumenti proedurali li huma ppubblikati għat-talbiet għal deċiżjoni preliminari kollha li jaslu wara l-1 ta’ Lulju 2018 li jirrigwardaw persuni naturali;

li l-anonimizzazzjoni tad-dokumenti proċedurali ppubblikati għal kwalunkwe tip ta’ azzjoni taħt it-Trattati tibqa’ għad-diskrezzjoni sħiħa tal-ġudikatura tal-Unjoni Ewropea,

li l-persuni naturali involuti fit-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja wara l-1 ta’ Lulju 2018 u r-rikorrent ma humiex ittrattati ugwalment.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jinvoka b’mod partikolari:

li l-għan li jiġu ppubblikati d-dokumenti proċedurali huwa fi kliem l-Qorti tal-Ġustizzja li “tiggarantixxi l-informazzjoni taċ-ċittadini u l-pubbliċità tal-ġustizzja”;

li sabiex jintlaħaq dak l-għan ma huwiex neċessarju li jiġu ppubblikati verżjonijiet tad-dokumenti proċedurali li jirreferu għar-rikorrent b’ismu jew, sussidjarjament, li tagħmel dawn il-verżjonijiet aċċessibbli fuq il-muturi ta’ riċerka tal-world wide web bħalma hija Google;

li n-nuqqas ta’ osservanza, min-naħa tal-Qorti Ġenerali, li ttemm din il-prattika jikser l-Artikoli 4(1)(c) u 5(a) tar-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), sussidjarjament l-Artikoli 4(1)(c) u 5(a) of Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (2)


(1)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13 Vol. 26, p. 102).

(2)  Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/53


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2019 — Bulgarian Energy Holding et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-136/19)

(2019/C 164/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bulgarian Energy Holding EAD (Sofija, il-Bulgarija), Bulgartransgaz EAD (Sofija), Bulgargaz EAD (Sofija) (rappreżentanti: K. Struckmann, avukat, M. Powell u A. Kadri, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tadotta miżuri ta’ organizzazzjoni ta’ proċedura jew miżuri istruttorji speċifikati fit-Taqsima 3.6 tar-rikors, jew kull miżura tali oħra kif il-Qorti jidhrilha neċessarju;

tannulla bis-sħiħ jew parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 8806 finali, tas-17 ta’ Diċembru 2018, dwar proċedimenti skont l-Artikolu 102 TFUE (AT.39849 — BEH Gas);

tannulla jew tnaqqas il-livell ta’ multa imposta;

tikkundanna l-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret rekwiżiti proċedurali essenzjali, b’hekk kisret id-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-definizzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tas-suq rilevanti hija vvizzjata minn żbalji ta’ liġi u ta’ fatt, u b’nuqqas li twettaq analiżi tas-suq u tagħti raġunijiet adegwati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konstatazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata li Bulgargaz EAD, bħala waħda mir-rikorrenti, jew ir-rikorrenti kollha flimkien, kellha pożizzjoni dominanti fuq is-suq għal servizzi ta’ kapaċità, hija vvizzjata minn żbalji ta’ liġi u l-evalwazzjoni tagħha tal-fatti.

4.

Ir-raba motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser it-trattati tal-Unjoni Ewropea billi tonqos milli tistabbilixxi, mal-istandard meħtieġ, li l-kondotta deskritta fid-deċiżjoni kkontestata tammonta għal ksur tal-Artikolu 102 TFUE, fid-dawl ta’ żbalji fl-applikazzjoni tal-liġi u l-evalwazzjoni tagħha tal-fatti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konstatazzjonijiet tad-deċiżjoni kkontestata dwar it-tul tal-ksur allegat huma vvizzjati minn żbalji ta’ liġi u fl-evalwazzjoni tagħha tal-fatti.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li billi tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 (1), it-trattati tal-UE kienu tkisru, fil-proċess.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-multa għandha tiġi annullata jew mnaqsa fid-dawl tan-nuqqas tad-deċiżjoni kkontestata li taderixxi mal-linji gwida tal-multi tal-konvenuta, jew sussidjarament fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni illimitata tal-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 261 TFUE fuq il-bażi li l-multa hija fiċ-ċirkustanzi kollha sproporzjonata għall-kondotta li qed tiġi ssanzjonata.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/55


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2019 — PKK vs Il-Kunsill

(Kawża T-148/19)

(2019/C 164/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kurdistan Workers’ Party (PKK) (rappreżentanti: A. van Eik u T. Buruma, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/25 tat-8 ta’ Jannar 2019 (1) sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrent (filwaqt li r-rikorrent jikkontesta l-allegazzjoni li Kadek u Kongra Gel huma psewdonimi);

sussidjarjament, tiddikjara li miżura inqas restrittiva miż-żamma tal-inklużjoni fi-lista tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-terroriżmu hija ġustifikata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, miżjuda bl-interessi.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nullità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2019/25 sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrent peress li dan tal-aħħar seta’ ma jiġix ikklassifikat bħala organizzazzjoni terroristika skont id-definizzjoni tal-Artikolu 1(3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001. (2)

Il-konvenut allegatament naqas milli jistabbilixxi li r-rikorrent huwa grupp strutturat li qed jaġixxi bi pjan li jwettaq attakki terroristiċi. Barra minn hekk, il-parti l-kbira tal-atti msemmija fid-dikjarazzjoni tal-motivi ma tistax tiġi attribwita lir-rikorrent, ma hijiex inkluża fil-lista eżawrjenti tal-atti fl-Artikolu 1(3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK u/jew ma tistax serjament tikkaġuna l-ħsara ta’ pajjiż. Finalment, l-iskop tar-rikorrent ma kienx “skop terroristiku” hekk kif iddefinit fl-Artikolu 1(3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK. B’mod partikolari, dan l-iskop għandu jitqies fid-dawl tal-kunflitt armat għall-awtodeterminazzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq in-nullità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2019/25 sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrent inkwantu ebda deċiżjoni minn awtorità kompetenti, hekk kif meħtieġ mill-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK, ma tidher li ttieħdet.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq in-nullità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2019/25 sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrent peress li l-konvenut ma jidhirx li wettaq stħarriġ adegwat skont kif inhu meħtieġ mill-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK.

Id-dikjarazzjoni tal-motivi ma turix li sar stħarriġ adegwat, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll mill-konvenut innifsu. Ma tingħatax il-kunsiderazzjoni dovuta lill-informazzjoni pprovduta mir-rikorrent fi proċeduri preċedenti fir-rigward tal-proċess ta’ paċi, il-ġlieda kontra Daesh u l-iżviluppi awtokratiċi fit-Turkija.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq in-nullità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2019/25 sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrent inkwantu d-deċiżjoni ma tidhirx li kienet konformi mar-rekwiżiti ta’ proporzjonalità u ta’ sussidjarjetà.

B’mod partikolari, id-diaspora tal-Kurdi tiġi ppreġudikata b’mod sproporzjonat minħabba din l-inklużjoni fil-lista.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq in-nullità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2019/25 sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrent inkwantu din ma hijiex konformi mal-obbligu ta’ motivazzjoni konformement mal-Artikolu 296 TFUE.

Fis-sentenza tagħha tal-15 ta’ Novembru 2018, PKK vs Il-Kunsill (T-316/14, EU:T:2018:788), il-Qorti Ġenerali waslet għal konklużjoni simili bbażata fuq l-eżatt stess motivazzjoni.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq in-nullità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2019/25 sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrent peress li din kienet tikser id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent.

B’mod partikolari, il-konvenut jidher li injora s-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2018, PKK vs Il-Kunsill (T-316/14, EU:T:2018:788), u l-proċeduri li taw lok għaliha.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/25 tat-8 ta’ Jannar 2019 li temenda u taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1084 (ĠU 2019 L 6, p. 6).

(2)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 217).


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/56


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2019 — Mersinis vs ESMA

(Kawża T-163/19)

(2019/C 164/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Michail Mersinis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: P. Pafitis, avukat)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-23 ta’ Mejju 2018 biex ma tagħżilx lir-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ uffiċjal legali anzjan fir-rigward tal-post battal ESMA/2017/VAC19/AD7.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq kompożizzjoni irregolari tal-kumitat tal-għażla.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-eżerċizzju ta’ preġudizzju favorevoli tal-kandidat magħżul għall-post inkwistjoni.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/57


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2019 — AQ vs eu-LISA

(Kawża T-164/19)

(2019/C 164/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AQ (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operazzjonali ta’ Sistemi ta’ IT fuq Skala Kbira fl-ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ta’ eu-LISA tat-8 ta’ Mejju 2018 li ttemm il-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti ma’ eu-LISA mingħajr notifika flimkien, sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni ta’ eu-LISA tal-4 ta’ Diċembru 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti;

tordna lill-konvenuta tħallas kumpens għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ difett proċedurali u ksur tad-drittijiet ta’ difiża u b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikoli 16 u 48 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tad-dritt għal motivazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tad-dritt ta’ premura.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikoli 31 u 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq allegat abbuż ta’ poter.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/58


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2019 — Bronckers v Il-Kummissjoni

(Kawża T-166/19)

(2019/C 164/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Marco Bronckers (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Kreijger, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Jannar 2019 fuq il-bażi tar-Regolament (KE) 1049/2001 (1) li tiċħad it-talba konfermatorja tar-rikorrent għal aċċess għad-dokumenti msemmija fil-Kumitat Konġunt ta’ Spirti Alkoħoliċi stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti Messikani dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni ta’ appellazzjonijiet ta’ spirti alkoħoliċi; (2)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-allegat rifjut tal-Kummissjoni tat-talba għal aċċess jikser it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) 1049/2001, u/jew jikser l-Artikolu 296 TFUE.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-allegat rifjut tal-Kummissjoni tat-talba għal aċċess jikser l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) 1049/2001, u/jew jikser l-Artikolu 296 TFUE, peress li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx li l-aċċess għad-dokumenti kollha mitluba jippreġudika l-interessi kummerċjali tal-Consejo Regulador del Tequila (CRT) jew tal-membri tiegħu.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kkonstatat b’mod żbaljat li r-rikorrent naqas milli juri interess pubbliku superjuri għall-iżvelar.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-rifjut tal-Kummissjoni għad-dritt ta’ aċċess parzjali jikkostitwixxi applikazzjoni skorretta tal-Artikolu 4(6) u/jew tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u/jew jikser l-Artikolu 296 TFUE.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43)

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 97/361/KE tas-27 ta’ Mejju 1997 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fuq ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni tad-denominazzjoni ta’ spirti alkoħoliċi (ĠU 1997, L 152, p. 15)


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/59


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2019 — Vereinigung der Bayerischen Wirtschaft vs EUIPO (eVoter)

(Kawża T-175/19)

(2019/C 164/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vereinigung der Bayerischen Wirtschaft eV (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Genz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “eVoter” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 900 152

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 1983/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-proċedura amministrattiva tal-EUIPO;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/60


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2019 — Bibita Group vs EUIPO — Benkomers (Fliexken tax-xorb)

(Kawża T-180/19)

(2019/C 164/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bibita Group SHPK (Tirana, l-Albanija) (rappreżentanti: C. Seyfert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Benkomers OOD (Sofia, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju Nru 3797 091-0001 (Fliexken tax-xorb)

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 1070/2018-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara d-disinn Komunitarju kkontestat irreġistrat taħt in-Numru 3797 091-0001 invalidu, għar-raġunijiet kollha msemmija fir-rikors;

tikkundanna lill-konvenut u lill-proprjetarju għall-ispejjeż proċedurali relatati mal-proċedimenti quddiem it-Tielet Bord tal-Appell, skont l-Artikolu 190 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra potenzjali għal dawn il-proċeduri għall-ispejjeż kollha tal-proċedura.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 6(1) u 25(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2019 — Eagle IP vs EUIPO — Consolidated Artists (LILLY e VIOLETTA)

(Kawża T-336/18) (1)

(2019/C 164/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 268, 30.7.2018.


13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2019 — Telenet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-470/18) (1)

(2019/C 164/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 364, 8.10.2018.


Rettifika

13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/62


Rettifika tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-45/19

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 122 tal-1 ta’ April 2019 )

(2019/C 164/66)

F’paġna 20, l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-45/19, Acron et vs Il-Kummissjoni għandu jinqara kif ġej:

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2019 – Acron et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/19)

(2019/C 164/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Acron PAO (Veliky Novgorod, ir-Russja), Dorogobuzh PAO (Dorogobuzh, ir-Russja), Acron Switzerland AG (Baar, l-Isvizzera) (rappreżentanti: T. De Meese, J. Stuyck u A. Nys, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1703 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2018;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-kovenuta kisret l-obbligi internazzjonali tagħha, fatt li jikkonstitwixxi ksur tat-Trattat, u naqset milli tipproduċi raġunijiet suffiċjenti, billi kkonstatat li l-Federazzjoni tar-Russja ma kinitx qiegħda tosserva l-obbligi tagħha fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (iktar il-quddiem il-“WTO”).

Ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenuta naqset milli tqis l-adeżjoni tal-Federazzjoni tar-Russja Fédération fil-WTO, bħala rilevanti għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping tar-rikorrenti. Il-konvenuta kienet obbligata tieħu inkunsiderazzjoni l-impenji meħuda mill-Federazzjoni tar-Russja inkonnessjoni mal-prezz tal-gass billi twettaq eżami mill-ġdid intermedjarju tad-dazji applikabbli fuq l-importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju. Peress li l-konvenuta sostniet li l-Federazzjoni tar-Russja ma osservatx il-protokoll tagħha ta’ adeżjoni, il-konvenuta aġixxiet bi ksur tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ u tal-Artikolu II tal-Ftehiom antidumping tal-WTO. Billi dan ma wettqitux, il-konvenuta naqset mill-obbligi internazzjonali tagħha, fatt li jekwivali għal ksur tat-Trattat.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u naqset milli tipproduċi raġunijiet suffiċjenti, fatt li wassal għal ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, billi kkonstatat li t-tibdil taċ-ċirkustanzi invokat mir-rikorrenti ma kienx ta’ natura dejjiema.

Ir-rikorrenti jsostnu li, fil-kuntest tat-tieni motiv, kienu jeżistu żewġ raġunijiet differenti għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Dawn iż-żewġ raġunijiet huma marbuta mal-konklużjoni żbaljata li t-tibdil taċ-ċirkustanzi ma kienx ta’ natura dejjiema.

Fi kwalunkwe każ, il-konvenuta naqset mill-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE, billi naqset milli tipprovi motivazzjoni ċara u inekwivoka għad-deċiżjoni kkontestata.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, u ħolqot nuqqas ta’ ċertezza legali, billi naqset li tipprovdi l-kalkolu ta’ dumping tagħha.

Il-konvenuta naqset milli tikkomunika l-kalkolu finali tal-marġni ta’ dumping lir-rikorrenti, minkejja li dan il-kalkolu serva bħala bażi għall-konklużjonijiet marbuta mal-kontinwazzjoni u mal-eżistenza ta’ dumping, għan-natura dejjiema tat-tibdil taċ-ċirkustanzi u għall-għeluq tal-eżami mill-ġdid intermedjarju parzjali. Kieku l-konvenuta kkomunikat l-imsemmi kalkolu, dan kien jippermetti lir-rikorrenti jiddefendu d-drittijiet tagħhom b’mod iktar effikaċi, fir-rigward tal-kalkolu tad-dumping u tal-konstatazzjonijiet tad-dumping fl-intier tagħhom, inkluż l-argument marbut mal-metodoloġija tal-kalkolu implementata fl-investigazzjoni inizjali, fatt li setgħa inċida kunsiderevolment fuq is-sitwazzjoni legali tagħhom.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenuta kisret l-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 20(2) tar-Regolament 2016/1036, id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u l-prinċipju ta’ ċertezza legali, billi naqset milli tipprovdi lir-rikorrenti sinteżi serju tal-provi miġbura matul l-investigazzjoni jew kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom l-imsemmija konvenuta kienet tipprevedi li tbiddel il-marġni antidumping tar-rikorrenti. Ir-rikorrenti jsostnu li billi rrifjutat li tikkomunikalhom il-kalkolu tagħha tal-marġni ta’ dumping, il-konvenuta kisret id-drittijiet tad-difiża tagħhom u ppreġudikat il-prinċipju ta’ ċertezza legali.”