ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 146

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
26 ta' April 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 146/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9308 — Ansaldo/REPH/JV) ( 1 )

1

2019/C 146/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9306 — ENGIE/CDPQ/TAG) ( 1 )

1

2019/C 146/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9322 — Vista Equity Partners/TA Associates/Aptean) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2019/C 146/04

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 146/05

Rata tal-kambju tal-euro

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 146/06

Avviż li jikkonċerna l-effetti kkombinati potenzjali ta’ miżuri anti-dumping jew kontra s-sussidji mal-miżuri ta’ salvagwardja dwar ċerti prodotti tal-azzar

5

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 146/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9300 — Tyson Foods/European and Thai businesses of BRF) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9

2019/C 146/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9341 — First State Investment International/Iren Mercato/OLT Offshore LNG Toscana) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

10

2019/C 146/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9321 — MRG/PMV/SFPI-FPIM/Euroports) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

11


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9308 — Ansaldo/REPH/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 146/01)

Fil-15 ta’ April 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9308. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


26.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9306 — ENGIE/CDPQ/TAG)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 146/02)

Fil-15 ta’ April 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9306. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


26.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9322 — Vista Equity Partners/TA Associates/Aptean)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 146/03)

Fis-16 ta’ April 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9322. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

26.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/3


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

(2019/C 146/04)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-Brigadier Ġeneral Mohammad NADERI (nru 14), is-Sur Davoud BABAEI (nru 23), is-Sur Kamran DANESHJOO (nru 27), Etemad Amin Invest Co Mobin (nru 10), Fajr Aviation Composite Industries (nru 12), Iran Communications Industries (ICI) (nru 19), Samen Industries (nru 95) u l-Organizzazzjoni tal-Innovazzjoni u r-Riċerka Difensiva (SPND) (nru 153), persuni u entitajiet li jidhru fl-Anness II, Parti I, għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) u fl-Anness IX, Parti I, għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb ukoll għall-attenzjoni tal-Brigadier Ġeneral tal-IRGC Javad DARVISH-VAND (nru 1), is-Sur Parviz FATAH (nru 3), il-Brigadier Ġeneral tal-IRGC Seyyed Mahdi FARAHI (nru 4), il-Brigadier Ġeneral tal-IRGC Ali HOSEYNITASH (nru 5), il-Brigadier Ġeneral tal-IRGC Ali SHAMSHIRI (nru 12), il-Brigadier Ġeneral tal-IRGC Ahmad VAHIDI (nru 13), is-Sur Abolghassem Mozaffari SHAMS (nru 15) u Behnam Sahriyari Trading Company (nru 11), persuni u entitajiet li jidhru fl-Anness II, Parti II, għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK u fl-Anness IX, Parti II, għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet imsemmija hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, sat-3 ta’ Mejju 2019, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Kull osservazzjoni li tasal qabel is-17 ta’ Mejju 2019 ser titqies għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill.


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

26.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta’ April 2019

(2019/C 146/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1123

JPY

Yen Ġappuniż

124,45

DKK

Krona Daniża

7,4663

GBP

Lira Sterlina

0,86435

SEK

Krona Żvediża

10,6295

CHF

Frank Żvizzeru

1,1368

ISK

Krona Iżlandiża

136,00

NOK

Krona Norveġiża

9,6638

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,737

HUF

Forint Ungeriż

322,41

PLN

Zloty Pollakk

4,2950

RON

Leu Rumen

4,7586

TRY

Lira Turka

6,6255

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5906

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5023

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7243

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6884

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5189

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 293,77

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,1628

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5047

HRK

Kuna Kroata

7,4185

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 831,37

MYR

Ringgit Malażjan

4,6049

PHP

Peso Filippin

58,156

RUB

Rouble Russu

72,2100

THB

Baht Tajlandiż

35,749

BRL

Real Brażiljan

4,4443

MXN

Peso Messikan

21,2997

INR

Rupi Indjan

78,1790


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/5


Avviż li jikkonċerna l-effetti kkombinati potenzjali ta’ miżuri anti-dumping jew kontra s-sussidji mal-miżuri ta’ salvagwardja dwar ċerti prodotti tal-azzar

(2019/C 146/06)

Bir-Regolament (UE) 2019/159 (1), il-Kummissjoni imponiet miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ ċerti prodotti tal-azzar għal perjodu ta’ tliet snin. Il-miżuri ta’ salvagwardja jieħdu l-forma ta’ kwoti tariffarji li japplikaw għal perjodi speċifikati, u li f’każ li jinqabżu jrid jitħallas dazju ta’ salvagwardja ta’ 25 %.

Bħalissa hemm fis-seħħ ukoll miżuri anti-dumping jew miżura kontra s-sussidji għal xi wħud minn dawn il-kategoriji ta’ prodotti tal-azzar. Il-lista tar-regolamenti kollha li jimponu dawk il-miżuri fis-seħħ bħalissa hija inkluża fl-Anness ta’ dan l-Avviż. Għaldaqstant, għal dawn il-kategoriji ta’ prodotti, ladarba jiġu eżawriti l-kwoti tariffarji stabbiliti skont il-miżuri ta’ salvagwardja, kemm id-dazju ta’ salvagwardja kif ukoll id-dazju anti-dumping jew kumpensatorju jsiru jridu jitħallsu fuq l-istess importazzjonijiet.

Fir-Regolament (UE) 2019/159 (fil-premessa (186)) il-Kummissjoni diġà nnutat li akkumulazzjoni ta’ miżuri anti-dumping/kontra s-sussidji b’salvagwardji tista’ twassal għal effett akbar milli mixtieq, u li din il-kwistjoni kellha tiġi eżaminata fi żmien debitu. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkunsidrat li, sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ “rimedji doppji” kull meta tinqabeż il-kwota tariffarja, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li jkun neċessarju li tissospendi jew tnaqqas il-livell tad-dazji anti-dumping u kumpensatorji eżistenti biex tiżgura li l-effett ikkombinat ta’ dawn il-miżuri ma jaqbiżx l-ogħla livell tad-dazji ta’ salvagwardja jew anti-dumping/kumpensatorji fis-seħħ.

1.   Effett ikkombinat ta’ dazji anti-dumping jew kumpensatorji u ta’ salvagwardja

Ir-Regolament (UE) 2015/477 (2) jagħraf li l-kombinazzjoni ta’ miżuri anti-dumping jew kontra s-sussidju u miżuri ta’ salvagwardja fuq l-istess prodott jista’ jkollha effett ikbar minn dak intiż fit-termini tal-politika u l-għanijiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Unjoni u tista’ titfa’ piż oneruż mhux mixtieq fuq ċerti produtturi esportaturi li qegħdin jippruvaw jesportaw lejn l-Unjoni. Minħabba f’hekk, ġew introdotti dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex, meta jkun xieraq, il-Kummissjoni tkun tista’ tieħu azzjoni biex tiżgura li kombinazzjoni ta’ miżuri anti-dumping jew kontra s-sussidji ma’ miżuri ta’ salvagwardja fuq l-istess prodott ma jkollhiex dan l-effett.

Fir-rigward tal-miżuri imposti mir-Regolament (UE) 2019/159, filwaqt li hemm xi inċertezza dwar jekk il-kwoti tariffarji rispettivi jiġux eżawriti u jekk iva meta, huwa possibbli li l-importazzjonijiet ta’ dawk il-kategoriji tal-prodotti tal-azzar li jkunu soġġetti għal miżuri anti-dumping jew kontra s-sussidji jsiru soġġetti wkoll għall-ħlas ta’ dazju ta’ salvagwardja.

Il-Kummissjoni tqis li hemm raġunijiet biex jiġi konkluż li l-kombinazzjoni ta’ dawn il-miżuri jista” effettivament ikollha effett akbar minn dak maħsub jew mixtieq fit-termini tal-politika u l-għanijiet ta’ difiża tal-kummerċ tal-Unjoni, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2015/477. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jista’ jkun xieraq li temenda l-miżuri anti-dumping u kontra s-sussidji eżistenti msemmija fl-Anness matul il-perjodu rilevanti meta jista’ jkun li japplikaw miżuri anti-dumping/kontra s-sussidju u dazji ta’ salvagwardja.

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt għall-operaturi ekonomiċi kkonċernati, il-Kummissjoni tqis li huwa neċessarju li tispeċifika, għal dawn il-każijiet, id-dazju anti-dumping jew kumpensatorju li jenħtieġ li japplika f’każ li l-kwoti tariffarji ta’ salvagwardja jiġu eżawriti.

B’mod partikolari, f’każijiet meta normalment ikollhom jitħallsu kemm dazju anti-dumping jew kumpensatorju kif ukoll dazju ta’ salvagwardja u meta id-dazju anti-dumping jew kumpensatorju jkun inqas minn, jew daqs, l-ammont tad-dazju ta’ salvagwardja, il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq li ma jkollu jitħallas l-ebda dazju anti-dumping jew kumpensatorju matul il-perjodu rilevanti. Meta d-dazju anti-dumping jew kumpensatorju jkun akbar mill-ammont tad-dazju ta’ salvagwardja, il-Kummissjoni tqis li, matul il-perjodu rilevanti, jkun xieraq li jkollha titħallas biss dik il-parti tad-dazju anti-dumping jew kumpensatorju li taqbeż l-ammont tad-dazju ta’ salvagwardja.

2.   Proċedura

2.1.   Sottomissjonijiet bil-miktub

Il-partijiet interessati kollha, inklużi l-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-utenti tal-prodotti kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, huma mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub dwar il-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, f’format ħieles u permezz tal-posta elettronika, fi żmien 14-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Bl-użu tal-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ:

http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf

Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħatawlha d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, ħlief jekk dawn jitolbu espliċitament li d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni jintbagħtulhom b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew jekk in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat jirrikjedi l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H, Unit H5

Office: CHAR 03/66

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: TRADE-SAFE009-DOUBLE-REMEDY@ec.europa.eu

2.2.   Ipproċessar ta’ data personali

Kull data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/html/157639.htm


(1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31 1.2.2019, p. 27).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2015/477 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar il-miżuri li l-Unjoni tista’ tieħu relattivament għall-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping jew kontra s-sussidji ma’ miżuri ta’ salvagwardja (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 11).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Lista tar-regolamenti li jimponu miżuri anti-dumping u kontra s-sussidji fuq il-prodotti soġġetti għall-miżura ta’ salvagwardja

1.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1795 tal-5 ta’ Ottubru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mis-Serbja (ĠU L 258, 6.10.2017, p. 24);

2.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17);

3.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1328 tad-29 ta’ Lulju 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa (ĠU L 210, 4.8.2016, p. 1);

4.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/186 tas-7 ta’ Frar 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 34, 8.2.2018, p. 16);

5.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 214/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 1);

6.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 16);

7.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/336 tas-27 ta’ Frar 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 50, 28.2.2017, p. 18);

8.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1429 tas-26 ta’ Awwissu 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 224, 27.8.2015, p. 10);

9.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1246 tat-28 ta’ Lulju 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ żbarri u vireg tal-azzar b’reżistenza għolja għar-reħi għar-rinfurzar tal-konkrit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 204, 29.7.2016, p. 70);

10.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1019 tas-16 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti żbarri u vireg li jirrinforzaw il-konkos li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja (ĠU L 155, 17.6.2017, p. 6);

11.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1141 tas-27 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 28.6.2017, p. 2);

12.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1846 tal-14 ta’ Ottubru 2015 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-vireg tal-wajer li jorinġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 268, 15.10.2015, p. 9);

13.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/110 tas-26 ta’ Jannar 2015 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw fil-Bjelorussja, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja u li jtemm il-proċediment fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw fl-Ukraina wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 6);

14.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/330 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 63, 6.3.2018, p. 15);

15.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1469 tal-1 ta’ Ottubru 2018 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukrajna wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 246, 2.10.2018, p. 20);

16.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/804 tal-11 ta’ Mejju 2017 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 121, 12.5.2017, p. 3);

17.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/251 tat-12 ta’ Frar 2019 li jirrigwarda d-dazji definittivi antidumping imposti fuq importazzjonijiet minn Hubei Xinyegang Steel Co., Ltd u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2272 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 42, 13.2.2019, p. 25); u

18.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/865 tal-4 ta’ Ġunju 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers u swiegli tal-wajer tal-azzar mhux illigat (wajers u swiegli PSC) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 139, 5.6.2015, p. 12).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9300 — Tyson Foods/European and Thai businesses of BRF)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 146/07)

1.   

Fil-11 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Tyson Foods, Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika),

in-negozji Ewropej u Tajlandiżi ta’ BRF S.A. (il-Brażil).

Tyson Foods Inc. takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ partijiet ta’ BRF S.A.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Tyson Foods: Tyson Foods hija kumpanija tal-ikel multinazzjonali, li tiffoka fuq il-proteini u li topera primarjament f’erba’ segmenti: iċ-ċanga, il-majjal, it-tiġieġ u l-ikel ippreparat.

—   BRF: BRF hija kumpanija tal-ikel Brażiljana. In-negozji Ewropej u Tajlandiżi tagħha huma attivi matul il-katina ta’ provvista tat-tjur fit-Tajlandja, u jimportaw, u jkomplu jipproċessaw il-laħam tat-tjur fiż-ŻEE.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9300 — Tyson Foods/European and Thai businesses of BRF

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


26.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9341 — First State Investment International/Iren Mercato/OLT Offshore LNG Toscana)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 146/08)

1.   

Fil-15 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

First State Investments International Limited (“FSI”, ir-Renju Unit), ikkontrollata mill-Commonwealth Bank of Awstralja,

Iren Mercato S.p.A. (“Iren Mercato”, l-Italja), li tappartjeni għall-grupp Iren,

OLT Offshore LNG Toscana S.p.A. (“OLT”, l-Italja), li hija attwalment ikkontrollata b’mod konġunt minn Iren Mercato u Uniper Global Commodities SE (“Uniper”, il-Ġermanja).

FSI u Iren Mercato jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-OLT.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal FSI: twettaq ġestjoni ta’ investimenti fuq terminu twil f’kumpaniji ta’ infrastruttura prinċipali fl-Ewropa f’isem bosta klijenti,

—   għal Iren Mercato: attiva fil-forniment tal-gass, l-elettriku u t-tisħin fl-Italja,

—   għal OLT: proprjetarja tat-terminal tal-LNG OLT lil hinn mill-kosta tal-Italja, u twettaq ġestjoni tiegħu.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9341 — First State Investment International/Iren Mercato/OLT Offshore LNG Toscana

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


26.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9321 — MRG/PMV/SFPI-FPIM/Euroports)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 146/09)

1.   

Fis-17 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Monaco Resources Group (“MRG”, Monaco),

Participatie Maatschappij Vlaanderen (“PMV”, il-Belġju),

Société fédérale de participations et d’investissement - Federale participatie -en investeringsmaatschappij (“SFPI-FPIM”, il-Belġju),

Euroports Holdings S.à r.l. (“Euroports”, il-Lussemburgu).

MRG, PMV u SFPI-FPIM jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Arrtikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tat-totalità ta’ Eurosports.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal MRG: grupp internazzjonali u diversifikat ta’ riżorsi naturali attiv fil-metalli u l-minerali, l-agrinegozju, l-enerġija, il-loġistika u t-teknoloġija kif ukoll fil-finanzi u l-investimenti,

—   għal PMV: kumpanija ta’ investiment kollha kemm hi proprjetà tar-reġjun Fjamming u attiva l-aktar fl-iffinanzjar għall-imprendituri, negozji ġodda u kumpaniji ta’ tkabbir kif ukoll fl-infrastruttura, il-proprjetà immobbli u l-investimenti fl-enerġija,

—   għal SFPI-FPIM: kumpanija ta’ investiment kollha kemm hi proprjetà tal-Istat Belġjan li tinvesti f’impriżi pubbliċi u privati ta’ interess strateġiku għall-Istat Belġjan,

—   għal Euroports: tipprovdi operazzjonijiet terminali, spedizjonar u servizzi ta’ valur miżjud bħal ma huma pproċessar, adattat għall-użu, tqegħid f’boroż jew imballaġġ.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jistgħu jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9321 — MRG/PMV/SFPI-FPIM/Euroports

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.