ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 140/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9278 — LVMH/Belmond) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2019/C 140/02 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 140/03 |
||
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
2019/C 140/04 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2019/C 140/05 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 140/06 |
||
2019/C 140/07 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 140/08 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9351 — DIF/Green Investment Group/Covanta/Dublin Waste-to-energy facility) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2019/C 140/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9279 — EPH/Uniper France) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2019/C 140/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9335 — Triton/Luxinva/IFCO Systems) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2019/C 140/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9358 — Bregal Unternehmerkapital/MEDIA Central) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
16.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9278 — LVMH/Belmond)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 140/01)
Fid-9 ta’ April 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9278. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
16.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/2 |
Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
(2019/C 140/02)
L-attenzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Amjad Abbas (nru 7), il-Brigadier Ġeneral Mohammed Bilal (nru 14), il-Maġġur Ġeneral Tawfiq Younes (nru 31), is-Sur Nizar al-Asaad (nru 36), is-Sur Ali Douba (nru 41), il-Maġġur Ġeneral Ali Barakat (nru 78), il-Maġġur Ġeneral Talal Makhluf (nru 79), is-Sur Mohamed Heikmat (nru 104), il-Brigadier Ġeneral Burhan Qadour (nru 128), il-Maġġur Ġeneral Hussam Luqa (nru 139), is-Sur Ahmed al-Jarroucheh (nru 144.), Dr Hazwan Al Wez (nru 160), is-Sur Bishr Riyad Yazigi (nru 188), is-Sur Hilal Hilal (nru 211), is-Sur Ahmad Sheik Abdul-Qader (nru 214), Dr Ghassan Omar Khalaf (nru 215), is-Sur Khayr al-Din al-Sayyed (nru 216), is-Sur Atef Naddaf (nru 217), is-Sur Hussein Makhlouf (nru 218), is-Sur Ali Ghanem (nru 220), is-Sur Mohammed al-Ahmed (nru 222), is-Sur Ali Hamoud (nru 223), is-Sur Mohammed Zuhair Kharboutli (nru 224), is-Sur Maamoun Hamdan (no 225), is-Sur Nabil al-Hasan (nru 226), is-Sur Abdullah al-Gharbi (nru 228), is-Sur Abdullah Abdullah (nru 229), is-Sa Salwa Abdullah (nru 230), is-Sur Rafe’a Abu Sa’ad (nru 231), is-Sa Wafiqa Hosni (nru 232), is-Sa Rima Al-Qadiri (nru 233), is-Sur Duraid Durgham (nru 234), is-Sur Ali Wanus (nru 243), is-Sur Mohamed Mazen Ali Yousef (nru 258), il-Maġġur Ġeneral Mohammad Khaled al-Rahmoun (nru 275), is-Sur Mohammad Rami Radwan Martini (nru 276), is-Sur Imad Muwaffaq al-Azab (nru 277), is-Sur Bassam Bashir Ibrahim (nru 278), is-Sur Suhail Mohammad Abdullatif (nru 279), is-Sur Iyad Mohammad al-Khatib (nru 280) u s-Sur Mohammad Maen Zein-al-Abidin Jazba (nru 281) persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1) u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.
Il-Kunsill beħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmijin hawn fuq b’dikjarazzjonijiet ġodda tar-raġunijiet. Dawk il-persuni huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel l-24 ta’ April 2019, fl-indirizz li ġej:
Council of the European Union |
General Secretariat |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Il-persuni kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi u jinżammu fuq il-lista għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu rċevuti. B’rabta ma’ dan, l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati tinġibed għar-reviżjoni regolari mill-Kunsill tal-lista. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sas-7 ta’ Mejju 2019.
Il-Kummissjoni Ewropea
16.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-15 ta’ April 2019
(2019/C 140/03)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1313 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
126,66 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4639 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,86305 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,4608 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1345 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
135,60 |
NOK |
Krona Norveġiża |
9,6018 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,625 |
HUF |
Forint Ungeriż |
320,25 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2742 |
RON |
Leu Rumen |
4,7618 |
TRY |
Lira Turka |
6,5637 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5761 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5060 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,8685 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6729 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5299 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 281,37 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,8192 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,5867 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4360 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 906,08 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6573 |
PHP |
Peso Filippin |
58,476 |
RUB |
Rouble Russu |
72,7011 |
THB |
Baht Tajlandiż |
35,936 |
BRL |
Real Brażiljan |
4,3985 |
MXN |
Peso Messikan |
21,2497 |
INR |
Rupi Indjan |
78,5405 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
16.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/4 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar żewġ proposti leġiżlattivi relatati mal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-KEPD www.edps.europa.eu)
(2019/C 140/04)
Sommarju
B’din l-Opinjoni, maħruġa skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), il-KEPD iressaq rakkomandazzjonijiet bil-għan li jimminimizza l-impatt ta’ żewġ proposti tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kuntest tal-“kummerċ elettroniku” dwar id-dritt fundamentali għall-privatezza u għall-protezzjoni ta’ data personali, u b’hekk jiżgura l-konformità mal-qafas legali applikabbli għall-protezzjoni tad-data.
Huwa u jagħmel dan, il-KEPD jisħaq fuq il-ħtieġa li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti mill-proposti jiġu strettament limitati bil-għan li tiġi miġġielda l-frodi fiskali, u li jiġu limitati l-ġbir u l-użu ta’ data personali għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat għal dan il-għan. B’mod partikolari, aħna nindikaw li, fil-kuntest ta’ dawn il-proposti, id-data li qed tiġi pproċessata m’għandhiex tkun relatata mal-konsumaturi (dawk li jħallsu) imma biss man-negozji online (dawk li jitħallsu). Dan jillimita r-riskju li l-informazzjoni tintuża għal skopijiet oħra, bħall-kontroll tad-drawwiet tax-xiri tal-konsumaturi. Napprezzaw il-fatt li l-Kummissjoni segwiet dan l-approċċ u aħna nirrakkomandaw bil-qawwa li dan l-approċċ jinżamm fin-negozjati mal-koleġiżlaturi li jwasslu għall-approvazzjoni finali tal-proposti.
Barra minn hekk, il-KEPD jixtieq jenfasizza li, skont l-Artikolu 42 (1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, huwa jistenna li jiġi kkonsultat dwar l-att ta’ implimentazzjoni li fil-futur se jiddefinixxi l-format standard għat-trażmissjoni tal-informazzjoni minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament lill-amministrazzjoni nazzjonali tat-taxxa, qabel l-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni.
Billi l-proposti jistabbilixxu, minbarra l-bażijiet tad-data nazzjonali, bażi tad-data elettronika ċentrali (CESOP) li għandha tiġi żviluppata, miżmuma, ospitata u ġestita mill-Kummissjoni, il-KEPD ifakkar fil-gwida tiegħu dwar il-governanza u l-ġestjoni tal-IT. Il-KEPD se jsegwi l-istabbiliment ta’ din is-sistema ta’ informazzjoni bħala Awtorità Superviżorja kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.
Finalment, din l-Opinjoni tipprovdi gwida dwar il-kundizzjonijiet u l-limiti għal restrizzjonijiet legali u xierqa tad-drittijiet tas-suġġett tad-data f’konformità mal-GDPR u r-Regolament (UE) 2018/1725.
I. INTRODUZZJONI U SFOND
1.1. Kuntest tal-Proposti
1. |
Fl-10 ta’ Settembru 2018, il-KEPD ġie kkonsultat b’mod informali mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-abbozzi ta’ proposti li ġejjin: L-Abbozz ta’ Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ ċerti rekwiżiti dwar il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas; l-Abbozz ta’ Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jimplimenta r-Regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 282/2011 fir-rigward ta’ ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għal ċerti persuni taxxabbli; l-Abbozz ta’ Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward ta’ miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva sabiex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT fil-qasam tal-“kummerċ elettroniku”. Il-KEPD ħareġ kummenti informali fit-18 ta’ Settembru 2018. F’dan ir-rigward, il-KEPD jikkonferma li huwa jilqa’ l-possibbiltà li jiġu skambjati opinjonijiet mal-Kummissjoni kmieni fil-proċess tat-tfassil tal-politika bil-ħsieb li jimminimizza l-impatti tal-proposti fuq id-drittijiet għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data (2). |
2. |
Fit-12 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ ċerti rekwiżiti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas (minn hawn ’il quddiem, “id-Direttiva tal-Kunsill proposta”) (3) u Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward ta’ miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva sabiex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT (minn hawn ’il quddiem, “ir-Regolament tal-Kunsill propost”) (4), minn hawn ’il quddiem, kollettivament imsejħa l-“Proposti”. |
3. |
Fl-14 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni kkonsultat lill-KEPD skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725. |
4. |
Il-KEPD jindika wkoll il-fatt li r-Regolament u d-Direttiva proposti, kif enfasizzat aktar f’din l-Opinjoni, jistabbilixxu operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ data li għalihom il-Kummissjoni tkun il-kontrollur skont ir-Regolament (UE) 2018/1725. Aħna għalhekk infakkru li l-KEPD huwa l-awtorità superviżorja kompetenti fir-rigward ta’ dan l-ipproċessar. |
1.2. Kontenut tal-Proposti
5. |
Il-KEPD jinnota li l-Proposti, li huma akkumpanjati minn Valutazzjoni tal-Impatt (5), għandhom l-għan li jindirizzaw il-problema tal-frodi tal-VAT marbuta mal-“kummerċ elettroniku” billi jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa u l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas (minn hawn ’il quddiem “PSPs”). |
6. |
B’mod partikolari, skont id-Direttiva tal-Kunsill proposta, l-Istati Membri għandhom jadottaw leġiżlazzjoni li tiżgura li l-PSPs iżommu reġistri ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas transfruntier sabiex l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu jistgħu jikxfu l-frodi tal-VAT.
Ir-Regolament tal-Kunsill propost jikkumplimenta s-sett ta’ miżuri kontra l-frodi:
|
7. |
Il-KEPD jirrikonoxxi l-għanijiet tal-proposti u b’mod partikolari l-ħtieġa li jkun hemm regolament dwar dan is-suġġett billi jistabbilixxi miżuri kontra l-frodi li jindirizzaw l-operazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku. L-Opinjoni preżenti tfittex li tipprovdi parir pragmatiku dwar kif jista’ jiġi mminimizzat l-impatt tal-ipproċessar ta’ data personali kkawżat mill-proposti, billi tiżgura l-konformità mal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. |
IV. KONKLUŻJONIJIET
17. |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-KEPD jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
|
Brussell, l-14 ta’ Marzu 2019
Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) Ara l-Premessa 60 tar-Regolament (UE) 2018/1725: “Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data madwar l-Unjoni, waqt li tkun qed tħejji proposti jew rakkomandazzjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Jenħtieġ li tkun obbligatorja konsultazzjoni mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi jew matul it-tħejjija ta’ atti delegati u ta’ atti ta’ implimentazzjoni kif iddefiniti fl-Artikoli 289, 290 u 291 tat-TFUE u wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u tal-proposti relatati mal-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 218 tat-TFUE li għandhom impatt fuq id-dritt għal protezzjoni ta’ data personali. F’dawn il-każijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun obbligata tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, ħlief fejn ir-Regolament (UE) 2016/679 jipprovdi għall-konsultazzjoni obbligatorja tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, pereżempju dwar deċiżjonijiet ta’ adegwatezza jew atti delegati dwar ikoni u rekwiżiti standardizzati għal mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni.”
(3) Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ ċerti rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas, COM(2018)812 final, proc. 2018/0412 (CNS).
(4) Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward ta’ miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva sabiex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT, COM(2018) 813 final, proc. 2018/0413 (CNS).
(5) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Valutazzjoni tal-Impatt, Jakkumpanja d-dokument Proposti għal Direttiva tal-Kunsill, Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill u Regolament tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni obbligatorja u l-iskambju ta’ data tal-ħlas relatata mal-VAT.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
16.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/7 |
Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(2019/C 140/05)
Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 6(4) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (kodifikazzjoni).
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
SPANJA
Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 186, 31.5.2018
L-Ordni tal-Ministeru tal-Presidenza (PRE/1282/2007) tal-10 ta’ Mejju dwar il-mezzi finanzjarji li għandu jkollhom il-barranin biex jidħlu fi Spanja tispeċifika l-ammont li l-barranin irid ikollhom prova dwaru li jkun jinsab disponibbli lilhom sabiex ikunu jistgħu jidħlu fi Spanja.
(a) |
Għall-ispejjeż taż-żjara tagħhom fi Spanja, l-ammont li għandu jkollhom disponibbli jrid jirrappreżenta, f’euro, 10 % tal-paga minima nazzjonali grossa (90 EUR) jew l-ekwivalenti legali f’munita barranija mmultiplikati bin-numru ta’ ġranet li jkunu se jqattgħu fi Spanja u bin-numru ta’ persuni dipendenti li jkunu qed jivvjaġġaw magħhom. L-ammont minimu għad-dispożizzjoni tagħhom irid jirrappreżenta 90 % tal-paga minima nazzjonali grossa (810 EUR) jew l-ekwivalenti legali f’munita barranija għal kull persuna, irrispettivament minn kemm ikun bi ħsiebhom idumu. |
(b) |
Għar-ritorn tagħhom lejn l-Istat tal-oriġini jew għat-tranżitu minn pajjiż terz, il-barranin irid ikollhom biljett f’isimhom, mhux trasferibbli u b’data fissa jew biljetti għall-mezzi ta’ trasport li jkunu qed jippjanaw li jużaw. |
Il-barranin irid ikollhom prova li għandhom il-mezzi biex jgħixu msemmija aktar ’il fuq jew billi juruhom jekk dawn il-mezzi jkunu flus kontanti, jew billi jipproduċu ċekkijiet iċċertifikati, ċekkijiet tal-vjaġġaturi, irċevuti jew karti ta’ kreditu, li jrid ikollhom magħhom ċertifikat tal-bank riċenti (ittri mill-bank jew ċertifikati bankarji tal-Internet mhumiex aċċettabbli) jew billi jipprovdu prova oħra li turi b’mod ċar l-ammont ta’ kreditu disponibbli fil-kont bankarju jew tal-karta tal-kreditu.
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
16.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/9 |
Avviż li jikkonċerna l-miżuri anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ melamina li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: bidla fl-isem ta’ kumpanija suġġetta għall-prezz minimu tal-importazzjoni għall-kumpaniji li jikkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun
(2019/C 140/06)
L-importazzjonijiet ta’ Melamina li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huma soġġetti għal dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1171 (1).
Kumpanija li tinsab fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, bil-kodiċi addizzjonali TARIC (2)A987, li l-esportazzjonijiet ta’ melamina tagħha lejn l-Unjoni huma suġġetti għall-prezz minimu tal-importazzjoni ta’ EUR 1 153 kull tunnellata, informat lill-Kummissjoni li bidlet isimha kif imsemmi aktar ’l isfel.
Il-kumpanija talbet lill-Kummissjoni biex tikkonferma li l-bidla ta’ isimha ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mill-prezz minimu tal-importazzjoni li kien japplika għaliha bl-isem li kellha qabel.
Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija u kkonkludiet li l-bidla tal-isem ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tar-Regolament (UE) 2017/1171.
Għaldaqstant, ir-referenzi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/1171 għal:
Holitech Technology Co. Ltd |
1 153 |
— |
A987 |
jenħtieġ li tinqara:
Shandong Holitech Chemical Industry Co., Ltd |
1 153 |
— |
A987 |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC A987 li qabel kien attribwit lil Holitech Technology Co. Ltd għandu japplika għal Shandong Holitech Chemical Industry Co., Ltd.
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1171 tat-30 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 170, 1.7.2017, p. 62).
(2) It-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea.
16.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/10 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping
(2019/C 140/07)
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li, sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dumping u dannu. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.
3. Limitu ta’ żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, B-1049 Brussels (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
4. Din in-notifika hija ppubblikata f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea.
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data tal-iskadenza (3) |
Aċidu sulfaniliku |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Dazju anti-dumping |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1346/2014 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jirrevoka d-dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 |
19.12.2019 |
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
16.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9351 — DIF/Green Investment Group/Covanta/Dublin Waste-to-energy facility)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 140/08)
1.
Fid-9 ta' April 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
DIF Infra 5 UK Limited (“DIF”), ikkontrollata minn DIF Management Holding BV (in-Netherlands); |
— |
Green Investment Group Investments Limited (“GIG”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Macquarie Group Limited (l-Awstralja); |
— |
Covanta Holding 3 UK Limited (“Covanta”), ikkontrollata minn Covanta Holding Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerka); |
— |
Covanta Europe Assets Limited (“Dublin Waste-to-energy facility”, l-Irlanda). |
DIF, GIG u Covanta jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tad-Dublin Waste-to-energy facility. Bħalissa, id-Dublin Waste-to-energy facility hija kkontrollata b’mod konġunt minn Covanta u GIG.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
DIF hija fond ta’ investiment fl-infrastruttura; |
— |
GIG tispeċjalizza f’investiment prinċipali tal-enerġija ekoloġika, it-twettiq ta’ proġetti u l-ġestjoni tal-portafoll u servizzi relatati; |
— |
Covanta hija involuta primarjament fis-setturi tar-rimi tal-iskart u tal-enerġija; |
— |
Id-Dublin Waste-to-energy facility hija attiva fir-rimi tal-iskart u l-ġenerazzjoni tal-elettriċità. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9351 — DIF/Green Investment Group/Covanta/Dublin Waste-to-energy facility
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
16.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9279 — EPH/Uniper France)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 140/09)
1.
Fid-9 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Energetiky a Prumyslovy Holding (“EPH”, ir-Repubblika Ċeka), |
— |
Uniper France SAS (“Uniper France”, Franza), ikkontrollata minn Uniper SE. |
EPH takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Uniper France kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
EPH hija kumpanija tal-utilitajiet b’bosta attivitajiet inklużi l-estrazzjoni tal-linjite, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriċità u tas-sħana kif ukoll it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-provvista tal-gass, |
— |
Uniper France hija attiva fil-produzzjoni tal-elettriċità kemm minn sorsi rinnovabbli kif ukoll minn sorsi li mhux rinnovabbli, il-forniment tal-gass u l-elettriċità lill-konsumaturi u t-trattament tal-irmied fi Franza. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9279 — EPH/Uniper France
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks: +32 229-64301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
16.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9335 — Triton/Luxinva/IFCO Systems)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 140/10)
1.
Fid-9 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Triton Managers V Limited (Jersey), Triton Fund V GP S.à r.l. (il-Lussemburgu), Triton Fund V F&F No. 3 General Partner Limited (Jersey) u TFF V Limited (Jersey) (flimkien imsejħa “Triton Fund V”). |
— |
Luxinvoa S.A. (“Luxinvoa”, il-Lussemburgu). |
— |
IFCO Systems B.V. (“IFCO Group”, in-Netherlands). |
Triton Fund V u Luxinva jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ IFCO Group. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Triton Fund V: tappartjeni għal grupp ta’ fondi ta’ ekwità privata indipendenti Ewropej ġestiti u rrakkomandati mill-grupp Triton (flimkien “Triton”, iċ-Channel Islands). Il-fondi ta’ ekwità privati ġestiti mill-grupp Triton, inkluż il-Fond Triton V, huma ddedikati biex jinvestu primarjament f’negozji ta’ daqs medju bil-kwartieri tagħhom fl-Ewropa ta’ Fuq, b’enfasi partikolari fuq negozji fi tliet setturi ewlenin: Servizzi Kummerċjali, Industrijali u Konsumatur/Saħħa.
— Luxinva: sussidjarja indiretta u proprjetà kollha kemm hi tal-Abu Dhabi Investment Authority (“ADIA”) u hija s-sid ta’ investimenti ta’ ekwità privata. ADIA hija entità tal-gvern li s-sid tagħha huwa l-Emirat ta’ Abu Dhabi. Hija tinvesti fondi allokati lilha mill-gvern ta’ Abu Dhabi u tiġġestixxi portafoll ta’ investiment dinji li huwa diversifikat f’diversi kategoriji ta’ assi.
— IFCO Group: attiva fis-settur tal-imballaġġ tat-trasport tal-ikel. Huwa jipprovdi kontenituri tal-plastik li jistgħu jerġgħu jintużaw (reusable plastic containers, “RPC”) li jintużaw primarjament biex jittrasportaw prodotti tal-ikel frisk (inklużi frott, ħxejjex, laħam u tjur, frott tal-baħar, bajd u prodotti tal-furnara) minn dawk li jkabbru jew mill-manifatturi sal-bejjiegħa tal-merċa. L-IFCO Group jipprovdi wkoll servizzi ta’ ġestjoni fir-rigward tal-RPCs tiegħu, li jvarjaw mill-konsenja ta’ containers nodfa lill-produtturi, il-ġbir tagħhom mingħand il-bejjiegħa bl-imnut, sat-tindif u l-iġjene tagħhom għall-użu mill-ġdid.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9335 — Triton/Luxinva/IFCO Systems
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
16.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/16 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9358 — Bregal Unternehmerkapital/MEDIA Central)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 140/11)
1.
Fid-9 ta' April 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Bregal Unternehmerkapital II LP, Bregal Unternehmerkapital II Feeder LP, Bregal Unternehmerkapital II-A SCp (flimkien “Bregal Unternehmerkapital”) (Jersey u l-Lussemburgu), ikkontrollata minn Cofra Holding AG (l-Isvizzera), |
— |
MEDIA Central Gesellschaft für Handelskamikation und Marketing mbH (“MEDIA Central”) (il-Ġermanja). |
Bregal Unternehmerkapital takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ MEDIA Central kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Bregal Unternehmerkapital: fond ta' investiment,
— Cofra Holding AG: kumpanija azzjonarja,
— MEDIA Central: fornitur ta’ servizzi ta’ reklamar u ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-kumpaniji kummerċjali.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9358 — Bregal Unternehmerkapital/MEDIA Central
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 229-64301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).