ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 105

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
19 ta' Marzu 2019

Werrej

Paġna

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2019/C 105/01

Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni tal-idrokarburi

1

2019/C 105/02

12

2019/C 105/03

24

2019/C 105/04

Komunikazzjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni tal-idrokarburi

37

2019/C 105/05

Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni tal-idrokarburi

51

2019/C 105/06

63

2019/C 105/07

76

MT

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

19.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 105/1

Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni tal-idrokarburi

(2019/C 105/01)

Sejħa għall-offerti għal konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Rudnik-Lipiny”

TAQSIMA I: BAŻI LEGALI

1.

L-Artikolu 49h(2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2017, il-punt 2126, kif emendat)

2.

Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta' Lulju 2015 dwar offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u l-konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171)

3.

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni Speċjali bil-lingwa Pollakka: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262)

TAQSIMA II: ENTITÀ LI QED ISSEJJAĦ GĦALL-OFFERTI

Isem: Ministeru għall-Ambjent

Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/POLAND

Tel. +48 223692449; faks: +48 223692460

Sit web: www.gov.pl/web/srodowisko

TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

1.   It-tip ta' attivitajiet li għalihom il-konċessjoni għandha tingħata

Konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Rudnik-Lipiny”, parti mill-blokok ta' konċessjoni Nru 377 u Nru 378.

2.   Iż-żona li fiha l-attivitajiet għandhom jitwettqu

Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti huma ddefiniti permezz tal-linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta' koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

285 035,36

748 784,83

2

281 231,41

746 174,26

3

290 515,93

731 031,84

4

282 871,88

713 244,88

5

296 844,62

712 680,85

6

298 901,16

758 424,19

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti hija ta' 480,45 km2.

Iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti tinsab fil-muniċipalitajiet

li ġejjin: Biszcza, Biłgoraj u Potok Górny, fil-Provinċja ta' Lubelskie; kif ukoll

il-muniċipalitajiet: Kuryłówka, Harasiuki, Jeżowe, Krzeszów u Bojanów,

il-muniċipalitajiet urbani/rurali: Nisko, Ulanów u Rudnik nad Sanem, fil-Provinċja ta' Podkarpackie.

L-għan tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu fil-formazzjonijiet Mijoċeni, huwa d-dokumentazzjoni u l-estrazzjoni tad-depożiti taż-żejt u l-gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq.

3.   Il-limitu ta' żmien, mhux anqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għas-sottomissjoni tal-offerti

L-offerti għandhom jiġu ppreżentati fil-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Ambjent mhux aktar tard minn 12:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta' 121 jum li jibda l-għada tad-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerti, inklużi l-kriterji tal-evalwazzjoni tal-offerti u l-ispeċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49k tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2011 huma ssodisfati

L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta' proċedura ta' kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, indipendentement, jew bħala l-operatur jekk bosta entitajiet qed japplikaw b'mod konġunt għall-konċessjoni.

L-offerti li jaslu se jiġu evalwati mill-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

30 %

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta rispettivament mal-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi se jitwettqu, u b'mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta' finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

25 %

il-kapaċitajiet tekniċi rispettivament għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b'mod partikolari d-disponibbiltà tal-potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani xieraq (inkluż 5 % għall-kollaborazzjoni, fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, flimkien ma' korpi xjentifiċi li jwettqu r-riċerka fil-ġeoloġija tal-Polonja, u ta' għodod, teknoloġiji u metodi analitiċi għall-prospettar ta' depożiti tal-idrokarburi li jqisu l-ispeċifiċità tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi Pollakki u li jistgħu jiġu applikati f'dawk il-kundizzjonijiet);

20 %

l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni proposti;

10 %

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta' operazzjoni sikura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

10 %

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni, bl-użu ta' elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett;

5 %

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta' kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir.

Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess riżultat, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju dovuti matul il-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni se jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

5.   L-ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika

Data ta' konċessjoni

l-isem taż-żona: Rudnik-Lipiny

post: fuq l-art; il-blokok ta' konċessjoni Nri 377 u 378

Tip ta' depożitu

depożiti konvenzjonali ta' żejt u gass naturali

Livelli strutturali

Prekambrijan

Paleożojku Inferjuri

Mijoċene

Sistemi tal-petroleum

I – konvenzjonali

Blat tas-sors

I – klastiċi Mijoċeni bi grana fina

Blat tar-riżerva naturali

I – Ramel u ġebel tar-ramel Mijoċeni (Badenjan Superjuri u Sarmatjan)

Blat ta' kopertura

I – klastiċi Mijoċeni bi grana fina

Ħxuna tal-overburden

I – 240 m

Tip ta' nassa

I – strutturali, stratigrafika, litoloġika

Depożiti identifikati fil-viċinanza (NG – gass naturali; O – żejt)

Biszcza (NG) - produzzjoni fl-2016: 6 420 000 m3 ta' gass naturali; riżervi u riżorsi mill-karta tal-bilanċ fl-2016: 116 930 000 m3 ta' gass naturali; riżorsi industrijali fl-2016: 83 860 000 m3 ta' gass naturali;

Jeżowe NW (NG) - produzzjoni fl-2016: 750 000 m3 ta' gass naturali; riżervi u riżorsi mill-karta tal-bilanċ fl-2016: 13 840 000 m3 ta' gass naturali; riżorsi industrijali fl-2016: 10 150 000 m3 ta' gass naturali;

Księżpol (NG) - produzzjoni fl-2016: 4 060 000 m3 ta' gass naturali; riżervi u riżorsi mill-karta tal-bilanċ fl-2016: 222 180 000 m3 ta' gass naturali; riżorsi industrijali fl-2016: 13 030 000 m3 ta' gass naturali;

Żołynia-Leżajsk (NG) - produzzjoni fl-2016: 32 640 000 m3 ta' gass naturali; riżervi u riżorsi mill-karta tal-bilanċ fl-2016: 554 110 000 m3 ta' gass naturali; riżorsi industrijali fl-2016: 60 300 000 m3 ta' gass naturali;

Stħarriġiet sismiċi kompluti (id-detentur tad-drittijiet)

1975 – Tarnogród-Lubaczów, profil 1 (It-Teżor tal-Istat)

1979 – Sokołów-Leżajsk-Przeworsk, profil 1 (It-Teżor tal-Istat)

1984 – Krzeszów-Biłgoraj, 10 profili (It-Teżor tal-Istat)

1985 – Sokołów, 9 profili (It-Teżor tal-Istat)

1989 – Krzeszów-Lubaczów-Kalników, 4 profili (PGNiG S.A.)

1995 – Sieniawa-Tarnogród-Wielkie Oczy, profil 1 (PGNiG S.A.)

2000 – Krzeszów-Bystre, 16-il profili (PGNiG S.A.)

2003 – Nowa Dęba-Kamień, 16-il profil (It-Teżor tal-Istat)

2006 – Nowosielec-Jata-Chałupki-Tryńcza, 22 profil (It-Teżor tal-Istat)

Bjar ta' referenza (MD)

Bystre 1 (1 214,0 m)

Bystre 2 (1 148,0 m)

Kończyce 1 (738,0 m)

Krzeszów 1 (1 048,0 m)

Krzeszów 3 (871,7 m)

Krzeszów 4 (797,0 m)

Lipiny 1 (1 137,0 m)

Lipiny 2 (1 143,0 m)

Lipiny Górne 1 (976,0 m)

Nowa Wieś 1 (1 030,0 m)

Nowa Wieś 2 (1 073,0 m)

Nowosielec 1 (675,0 m)

Rudnik 2 (960,4 m)

Rudnik 3 (872,1 m)

Rudnik 4 (980,0 m)

Sieraków Nowy 1 (877,0 m)

6.   Id-data tal-bidu tal-attivitajiet

L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni se jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni ssir finali.

7.   L-ambitu minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni

Il-programm minimu ta' xogħlijiet ġeoloġiċi proposti għall-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni jinkludi:

Fażi I (12-il xahar): l-analiżi u l-interpretazzjoni tad-data ġeoloġika tal-arkivji;

Fażi II (12-il xahar): stħarriġiet ġeofiżiċi – test sismiku 2D (linja ta' eċitazzjoni ta' 50 km) jew test sismiku 3D (żona ta' eċitazzjoni ta' 25 km2);

Fażi III (24 xahar): tħaffir ta' borehole prospettiva waħda (1) b'fond massimu ta' 1 300 m, bit-teħid obbligatorju ta' kampjuni ċilindriċi bit-tħaffir ta' intervalli;

Fażi IV (12-il xahar): l-analiżi tad-data ġeoloġika miksuba

8.   Il-perjodu li għalih il-konċessjoni għandha tingħata

Il-perjodu ta' konċessjoni huwa ta' 30 sena, u jinkludi:

fażi ta' prospettar u ta' esplorazzjoni li ddum ħames snin, li tibda mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni,

fażi ta' estrazzjoni li ddum 25 sena, li tibda mid-data li fiha tinkiseb deċiżjoni dwar l-investiment.

9.   Il-kondizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u għall-iżgurar tas-sikurezza pubblika, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni ambjentali u l-ġestjoni razzjonali ta' depożiti

L-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-konċessjoni m'għandhiex tikser id-drittijiet tas-sidien tal-art u ma teliminax il-ħtieġa li jikkonformaw ma' rekwiżiti oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b'mod partikolari l-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, u mar-rekwiżiti dwar il-ġestjoni tat-territorju, il-ħarsien tal-ambjent, l-art agrikola u l-foresti, in-natura, l-ilmijiet u l-iskart.

10.   Il-mudell tal-ftehim dwar l-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju

Il-mudell tal-ftehim huwa mehmuż bħala anness għal dan id-dokument.

11.   L-informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju

L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju għaż-żona “Rudnik-Lipiny” matul il-perjodu bażi ta' ħames snin huwa ta' PLN 105 194,53 (fi kliem: mija u ħamest elef, mija u erbgħa u disgħin zloty, u tlieta u ħamsin grosz) kull sena. It-tariffa annwali għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju għall-finijiet tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' minerali hija indiċizzata mal-indiċijiet tal-prezzijiet annwali medji tal-konsumatur stabbiliti b'mod kumulattiv għall-perjodu mill-konklużjoni tal-ftehim sas-sena ta' qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali Pollakka (Monitor Polski) (l-Artikolu 49h(3)(12) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni).

12.   L-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-offerti u d-dokumenti meħtieġa mingħand l-offerenti

1.

L-offerti għandhom jispeċifikaw:

1)

l-isem (l-isem kummerċjali) u l-uffiċċju reġistrat tal-offerent;

2)

is-suġġett tal-offerta, flimkien ma' deskrizzjoni li tispeċifika ż-żona li fiha għandha tingħata konċessjoni u għandhom jiġu stabbiliti drittijiet ta' użufrutt minerarju;

3)

il-perjodu li għalih se tingħata l-konċessjoni, it-tul ta' żmien tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni u d-data tal-bidu tal-attivitajiet;

4)

l-għan, l-ambitu u n-natura tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni, u informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li għandhom jitwettqu biex jinkiseb l-għan intenzjonat u t-teknoloġiji li għandhom jintużaw;

5)

skeda, imqassma fi snin, għax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, u l-ambitu ta' tali xogħlijiet;

6)

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta' kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir, kif imsemmi fl-Artikolu 82(2)(2) tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

7)

id-drittijiet miżmuma mill-offerent għall-proprjetà reali (iż-żona) li fiha l-attivitajiet intenzjonati għandhom jitwettqu, jew id-dritt għall-istabbiliment tagħhom li dik l-entità qed tapplika għalih;

8)

lista ta' żoni koperti minn skemi ta' konservazzjoni tan-natura; dan ir-rekwiżit ma jikkonċernax proġetti li għalihom hija meħtieġa deċiżjoni dwar il-kondizzjonijiet ambjentali;

9)

il-mod kif l-impatti ambjentali negattivi tal-attivitajiet intenzjonati għandhom jiġu kkontrobilanċjati;

10)

l-ambitu tal-informazzjoni ġeoloġika disponibbli lill-offerent;

11)

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta' operazzjoni sikura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

12)

il-kapaċitajiet tekniċi għal, rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, u b'mod partikolari d-disponibilità ta' potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani xieraq;

13)

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta ma', rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi se jitwettqu, u b'mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta' finanzjament tal-attivitajiet intenzjonati, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

14)

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni;

15)

l-ammont propost tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju, li ma jkunx inqas mill-ammont speċifikat fl-avviż tat-tnedija tal-proċedura tal-offerti;

16)

il-forma proposta li tipprovdi s-sigurtà, kif imsemmi fl-Artikolu 49x(4) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

17)

jekk offerta tiġi ppreżentata b'mod konġunt minn diversi entitajiet, din għandha barra minn hekk tispeċifika:

(a)

l-ismijiet (l-ismijiet kummerċjali) u l-uffiċċji reġistrati tal-entitajiet kollha li jissottomettu l-offerta;

(b)

l-operatur;

(c)

il-perċentwal tal-ishma fil-kostijiet tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, proposti fil-ftehim ta' kooperazzjoni.

2.

L-offerti sottomessi fi proċedura tal-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stipulati fl-avviż tat-tnedija ta' dik il-proċedura tal-offerti.

3.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża mal-offerti:

1)

prova tal-eżistenza taċ-ċirkustanzi deskritti fl-offerta, b'mod partikolari siltiet mir-reġistri rilevanti;

2)

prova li jkun ġie ddepożitat id-depożitu;

3)

kopja tad-deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta' proċedura ta' kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

4)

annessi grafiċi ppreparati skont ir-rekwiżiti dwar il-mapep tal-estrazzjoni, li jindikaw il-fruntieri amministrattivi tal-pajjiż;

5)

garanziji bil-miktub li jagħmlu disponibbli r-riżorsi tekniċi lill-entità li tieħu sehem fil-proċedura tal-offerti jekk jintużaw riżorsi tekniċi ta' entitajiet oħra fl-implimentazzjoni tal-konċessjoni;

6)

żewġ kopji tal-fajl tal-proġett tal-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

4.

L-offerenti jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess, jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom.

5.

Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji veri ċċertifikati ta' dokumenti oriġinali kif previst fil-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta' dokumenti li għandhom jiġu mehmuża ma' offerti u li nħolqu mill-awtorità tal-konċessjoni.

6.

Dokumenti mfassla b'lingwa barranija għandhom jiġu sottomessi flimkien ma' traduzzjoni fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat.

7.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi f'envelop issiġillat jew f'pakkett issiġillat li jkollu l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti.

8.

Offerti sottomessi wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-offerti se jiġu rritornati lill-offerenti mingħajr ma jinfetħu.

13.   L-informazzjoni li tikkonċerna l-mod tal-preżentazzjoni ta' depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas

L-offerenti huma mitluba jiddepożitaw depożitu ta' PLN 1 000 (fi kliem: elf zloty) qabel l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-offerti.

TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

IV.1)   Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti

Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti jinħatar bħala l-awtorità ta' konċessjoni għall-iskop li jwettaq il-proċedura tal-offerti u biex tintgħażel l-aktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta' proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta' Lulju 2015 dwar proċeduri tal-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta' idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti jissottometti rapport dwar il-proċedura tal-offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni tagħha. Flimkien ma' offerti u d-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħra li jissottomettu offerti.

IV.2)   Iktar kjarifiki

Fi żmien 14-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista' titlob lill-awtorità tal-konċessjoni tipprovdi spjegazzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet iddettaljati tal-offerti. Fi żmien 14-il jum minn meta tirċievi t-talba, l-awtorità tal-konċessjoni se tippubblika l-ispjegazzjonijiet fil-Bullettin tal-Informazzjoni Pubblika (Biuletyn Informacji Publicznej), fil-paġna tal-uffiċċju amministrattiv subordinat għal dik l-awtorità.

IV.3)   Informazzjoni addizzjonali

L-informazzjoni kollha dwar iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti li ġiet ikkompilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fil-Pakkett ta' Data Ġeoloġika (Pakiet danych geologicznych), li huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent (www.gov.pl/web/srodowisko) u mingħand

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi]

Ministeru għall-Ambjent

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/POLAND

Tel. +48 223692449; Fax: +48 223692460

ANNESS

FTEHIM

li jistabbilixxi d-drittijiet ta' użufrutt minerarju għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Rudnik-Lipiny”, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”

konkluż f'Varsavja nhar … bejn:

it-Teżor tal-Istat, irrappreżentat mill-Ministru għall-Ambjent, li għalih u f'ismu s-Sur Mariusz Orion Jędrysek, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Ambjent u l-Kap Ġeologu tal-Polonja, jaġixxi skont il-prokura Nru 69 tat-12 ta' Ġunju 2017, minn hawn 'il quddiem “it-Teżor tal-Istat”,

kif ukoll

XXX, bl-uffiċċju rreġistrat fi: … (indirizz sħiħ), irreġistrat … bin-Nru KRS (ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali) …, kapital azzjonarju …, irrappreżentat minn …, minn hawn 'il quddiem “id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju”,

minn hawn 'il quddiem imsejħa individwalment kull wieħed bħala “Parti” jew b'mod konġunt bħala “il-Partijiet”,

li jgħid dan li ġej:

Taqsima 1

1.

It-Teżor tal-Istat, bħala s-sid esklużiv tas-substrata tal-wiċċ tad-Dinja li tkopri ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet ta' Biszcza, Biłgoraj u Potok Górny fil-Provinċja ta' Lubelskie, u l-muniċipalitajiet ta' Kuryłówka, Harasiuki, Jeżowe, Krzeszów u Bojanów u l-muniċipalitajiet urbani/rurali ta' Nisko, Ulanów u Rudnik nad Sanem fil-Provinċja ta' Podkarpackie, li l-konfini tagħha huma ddefiniti mil-linji li jgħaqqdu l-punti (1) sa (6) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta' koordinati PL-1992:

Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

285 035,36

748 784,83

2

281 231,41

746 174,26

3

290 515,93

731 031,84

4

282 871,88

713 244,88

5

296 844,62

712 680,85

6

298 901,16

758 424,19

b'dan jistabbilixxi d-drittijiet ta' użufrutt minerarju għad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata 'l fuq minn limitu inferjuri ta' proprjetajiet tal-wiċċ u ta' taħt l-art f'fond ta' 1 300 m, dejjem jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Rudnik-Lipiny” fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż.

2.

Jekk il-kondizzjoni għall-kisba tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu.

3.

Fi ħdan iż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista':

1.

f'formazzjonijiet Mijoċeni, iwettaq attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;

2.

fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe operazzjonijiet u attivitajiet li huma meħtieġa sabiex jinkiseb aċċess għall-formazzjonijiet Mijoċeni.

4.

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta' 480,45 km2.

5.

Id-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f'dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b'mod partikolari l-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2017, il-punt 2126, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan.

Taqsima 2

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jiddikjara li huwa ma joġġezzjonax għall-istatus legali u fattwali tas-suġġett tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju.

Taqsima 3

1.

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.

2.

Id-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta' 30 sena, inklużi ħames snin għall-fażi ta' prospettar u ta' esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi ta' estrazzjoni, soġġett għat-Taqsimiet 8(2) u 10.

3.

Id-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, tkun xi tkun ir-raġuni.

Taqsima 4

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor tal-Istat bil-miktub dwar kwalunkwe bidliet li jwasslu għal bidla fl-isem, fl-uffiċċju rreġistrat u fl-indirizz jew fil-forma ta' organizzazzjoni, bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, fit-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra permezz tal-operat tal-liġi, fil-preżentazzjoni ta' petizzjoni ta' falliment, fid-dikjarazzjoni ta' falliment jew fil-bidu ta' proċedimenti ta' ristrutturar. It-Teżor tal-Istat jista' jesiġi li jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji f'każijiet bħal dawn. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq.

Taqsima 5

Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' partijiet terzi, b'mod partikolari s-sidien tal-art, u ma għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b'mod partikolari dawk dwar il-prospettar u l-esplorazzjoni tal-minerali u l-protezzjoni u l-użu tar-riżorsi ambjentali.

Taqsima 6

It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li fiż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) jistabbilixxi drittijiet ta' użufrutt minerarju bl-għan li jitwettqu attivitajiet minbarra dawk speċifikati fil-Ftehim, b'mod li ma jiksirx id-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju.

Taqsima 7

1.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttiv):

(a)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(d)

(e)

soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

2.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta' użufrutt minerarju taqa' bejn l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta' Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għal indiċjar skont il-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju m'għandux iħallasha qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.

3.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta' qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun inqas minn jew ugwali għal żero, m'għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.

4.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa tkun taqa' fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa m'għandhiex tiġi indiċjata.

5.

Jekk il-Ftehim ġie konkluż u daħal fis-seħħ fis-sena ta' qabel is-sena li fiha taqa' d-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa m'għandhiex tiġi indiċjata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.

6.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jitlef id-drittijiet ta' użufrutt minerarju stabbiliti skont il-Ftehim qabel il-limitu ta' żmien speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jintalab iħallas it-tariffa għas-sena sħiħa ta' użufrutt li fiha ntilfu dawn id-drittijiet. Jekk, madankollu, id-drittijiet ta' użufrutt minerarju jintilfu minħabba li l-konċessjoni tiġi rtirata jew minħabba r-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjata skont il-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). Il-ħlas tat-tariffa għandu jsir fi żmien 30 jum mid-data li fiha ntilfu d-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju. It-telf tad-drittijiet ta' użufrutt m'għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju, b'mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.

7.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ambjent fil-fergħa ta' Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, inkluż il-komunikazzjoni li ġejja dwar it-trasferiment: “Stabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju b'rabta mal-għoti ta' konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Rudnik-Lipiny””.

Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor tal-Istat.

8.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 m'għandhiex tkun soġġetta għat-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata b'tali mod li l-attivitajiet li huma s-suġġett ta' dan il-Ftehim jiġu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel b'tali mod li dawn l-attivitajiet jiġu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.

9.

It-Teżor tal-Istat għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.

10.

It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandha titħallas lit-Teżor tal-Istat irrispettivament mid-dħul li d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jaqla' mill-użu ta' dawn id-drittijiet.

11.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jibgħat lit-Teżor tal-Istat, fi żmien sebat ijiem mid-data tal-ħlas, kopji ta' provi tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju.

Taqsima 8

1.

Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikseb deċiżjoni ta' investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta' dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena ta' użufrutt minerarju matul il-fażi tal-estrazzjoni.

2.

Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni ta' investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandhom jiskadu.

Taqsima 9

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista' jeżerċita d-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jkun kiseb il-kunsens bil-miktub mit-Teżor tal-Istat.

Taqsima 10

1.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor tal-Istat jista', soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b'effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jkun intitolat għal kwalunkwe pretensjoni ta' proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jkun kiser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.

2.

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafi 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat penali kuntrattwali ta' 25 % tat-tariffa għall-perjodu kollu kemm tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' użufrutt minerarju, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjata skont it-Taqsima 7(3).

3.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju idewwem il-ħlas tat-tariffa b'aktar minn sebat ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor tal-Istat għandu jitlob lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jħallas it-tariffa pendenti fi żmien sebat ijiem mill-wasla tat-talba, u fin-nuqqas ta' dan il-Ftehim jiġi tterminat b'effett immedjat.

4.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jonqos milli jgħarraf lit-Teżor bl-avvenimenti msemmija fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor tal-Istat jista' jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju penali kuntrattwali ta' 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha ta' prospettar u esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju għal kull każ ta' nuqqas li tiġi pprovduta informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parti minnu, soġġett għal avviż ta' 30 jum, effettiv fit-tmiem tax-xahar kalendarju.

5.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data tal-iskadenza, l-irtirar jew l-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.

6.

Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx it-terminazzjoni tkun invalida.

7.

Il-Partijiet jaqblu li jekk it-Teżor tal-Istat jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju msemmija fit-Taqsima 7(1) m'għandhiex tiġi rimborżata.

8.

It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont ta' penali kuntrattwali f'termini ġenerali jekk l-ammont ta' ħsara mġarrab mit-Teżor tal-Istat jeċċedi l-penali kuntrattwali.

Taqsima 11

1.

Il-Partijiet ipprovdew dawn id-dettalji ta' kuntatt għal kwalunkwe korrispondenza:

1.

It-Teżor tal-Istat:

Ministerstwo Środowiska (Il-Ministeru għall-Ambjent), ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/POLAND

2.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju:

(indirizz).

2.

Il-Partijiet huma obbligati li jinfurmaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fid-dettalji ta' kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din m'għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta fuq id-dettalji ta' kuntatt ta' xi Parti pprovduti l-aktar reċentement għandha titqies li tkun ġiet effettivament innotifikata lill-Parti l-oħra.

3.

Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra b'korrispondenza personalment, permezz ta' courier jew permezz ta' ittra rreġistrata billi tuża d-dettalji ta' kuntatt pprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.

4.

Ittri rreġistrati mibgħuta fuq l-indirizz ta' Parti pprovdut l-aktar reċentement u rritornati mill-uffiċċju postali jew mis-servizz ta' courier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin għandhom jiġu ttrattati bħala li ġew innotifikati lilu b'mod validu ladarba jkunu għaddew erbatax-il jum mill-ewwel tentattiv ta' konsenja.

Taqsima 12

1.

Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għal nuqqas ta' konformità mal-obbligi skont dan il-Ftehim li jirriżultaw minn force majeure jekk ikun jista' jiġi ppruvat li l-ħsara kkawżata minn force majeure kellha influwenza fuq in-nuqqas ta' konformità mal-obbligi. “Force majeure” għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux jipprevedu jew jevitaw, li jagħmilha impossibbli sabiex il-Ftehim jiġi implimentat b'mod sħiħ, parzjalment, b'mod permanenti jew għal perjodu speċifiku, li Parti ma setgħetx tikkontrobilanċja permezz tal-eżerċitar tad-diliġenza dovuta u li ma jirriżultax minn żball jew negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.

2.

F'każ ta' force majeure, il-Partijiet għandhom immedjatament jagħmlu kull sforz biex jiftiehmu dwar x'azzjoni għandhom jieħdu.

Taqsima 13

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista' japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, kollu jew parti minnu, u għandu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta' dan, l-applikazzjoni tkun invalida.

Taqsima 14

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju m'għandux ikun intitolat li jagħmel kwalunkwe pretensjoni kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju.

Taqsima 15

Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha l-ġuriżdizzjoni ġeografika tas-sede tat-Teżor tal-Istat.

Taqsima 16

Dan il-Ftehim għandu jiġi rregolat skont il-liġi Pollakka, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.

Taqsima 17

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jġarrab l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.

Taqsima 18

L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx ikunu invalidi.

Taqsima 19

Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja għad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju u żewġ kopji għall-Ministru għall-Ambjent).

It-Teżor tal-Istat

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju

19.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 105/12

Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni tal-idrokarburi

(2019/C 105/02)

Sejħa għall-offerti għal konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Proszowice W”

TAQSIMA I: BAŻI LEGALI

1.

L-Artikolu 49h(2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2017, il-punt 2126, kif emendat)

2.

Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta' Lulju 2015 dwar offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u l-konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171)

3.

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni Speċjali bil-lingwa Pollakka: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262)

TAQSIMA II: ENTITÀ LI QED ISSEJJAĦ GĦALL-OFFERTI

Isem: Ministeru għall-Ambjent

Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/POLAND

Tel. +48 223692449; faks: +48 223692460

Sit web: www.gov.pl/web/srodowisko

TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

1.   It-tip ta' attivitajiet li għalihom il-konċessjoni għandha tingħata

Konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Proszowice W”, parti tal-blokok tal-konċessjoni Nri 373 u 393.

2.   Iż-żona li fiha l-attivitajiet għandhom jitwettqu

Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti huma ddefiniti permezz tal-linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta' koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

272 376,78

574 905,78

2

284 288,24

596 762,37

3

284 356,69

606 350,72

4

265 797,37

606 784,68

5

256 877,58

606 993,25

6

256 866,90

601 531,16

7

265 972,20

601 470,88

8

265 785,26

594 508,99

9

256 792,10

594 610,49

10

256 861,67

598 860,04

11

251 837,13

598 803,24

12

245 959,17

604 332,29

13

240 684,94

604 381,02

14

240 244,08

603 139,26

15

238 495,59

597 181,46

16

238 239,18

593 185,13

17

237 832,04

581 113,94

18

245 049,27

580 870,51

19

254 016,45

575 181,98

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti hija ta' 1 103,50 km2.

Iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti tinsab fil-muniċipalitajiet

li ġejjin: Racławice, Słaboszów, Koszyce, Pałecznica, Radziemice, Koniusza, Bochnia, Drwina, Igłomia-Wawrzeńczyce, Kocmyrzów-Luborzyca u Michałowice,

il-muniċipalitajiet urbani/rurali: Miechów, Proszowice, Nowe Brzesko, Niepołomice, Kłaj, Wieliczka u Słomniki, u l-belt ta' Kraków fil-Provinċja ta' Małopolskie, u fil-muniċipalitajiet

li ġejjin: Czarnocin, Michałów u Złota;

il-muniċipalitajiet urbani/rurali: Skalbmierz, Kazimierza Wielka, Pinczów u Działoszyce fil-Provinċja ta' Świętokrzyskie.

L-għan tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu fil-formazzjonijiet Ġurassiċi u Kretaċej, huwa d-dokumentazzjoni u l-estrazzjoni tad-depożiti taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq.

3.   Il-limitu ta' żmien, mhux anqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għas-sottomissjoni tal-offerti

L-offerti għandhom jiġu ppreżentati fil-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Ambjent mhux aktar tard minn 12:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta' 121 jum li jibda l-għada tad-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerti, inklużi l-kriterji tal-evalwazzjoni tal-offerti u l-ispeċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49k tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2011 huma ssodisfati

L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta' proċedura ta' kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, indipendentement, jew bħala l-operatur jekk bosta entitajiet qed japplikaw b'mod konġunt għall-konċessjoni.

L-offerti li jaslu se jiġu evalwati mill-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

30 %

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta rispettivament mal-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi se jitwettqu, u b'mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta' finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

25 %

il-kapaċitajiet tekniċi rispettivament għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b'mod partikolari d-disponibbiltà tal-potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani xieraq (inkluż 5 % għall-kollaborazzjoni, fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, flimkien ma' korpi xjentifiċi li jwettqu r-riċerka fil-ġeoloġija tal-Polonja, u ta' għodod, teknoloġiji u metodi analitiċi għall-prospettar ta' depożiti tal-idrokarburi li jqisu l-ispeċifiċità tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi Pollakki u li jistgħu jiġu applikati f'dawk il-kundizzjonijiet);

20 %

l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni proposti;

10 %

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta' operazzjoni sikura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

10 %

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni, bl-użu ta' elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett;

5 %

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta' kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir.

Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess riżultat, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju dovuti matul il-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni se jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

5.   L-ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika

Data ta' konċessjoni

l-isem taż-żona: Proszowice W

post: fuq l-art; il-blokok ta' konċessjoni Nri 373 u 393

Tip ta' depożitu

depożiti konvenzjonali taż-żejt u tal-gass naturali

Livelli strutturali

Ċenożojku

Mesożojċi

Paleożojċi

Sistemi tal-petroleum

I – Paleożojku-Mesożojku

Blat tas-sors

I – blat tal-Ordoviċjan, tas-Silurjan, tad-Devonjan, tal-Karboniferu u tal-Ġurassiku Medju

Blat tar-riżerva naturali

I – Ġebel ramli glawkonitiku taċ-Ċenomanjan (il-Kretaċju Superjuri) u ġebel tal-ġir detritali lito-Rawraċjan (il-Ġurassiku Superjuri, id-diviżjoni ta' taħt tal-Oxfordjan Superjuri)

Blat ta' kopertura

I – marl tas-Senonjan marl (id-diviżjoni ta' fuq tal-Kretaċju Superjuri) u formazzjonijiet tal-avanfossa prekarpatika (l-istrata Krakovjani)

Ħxuna tal-overburden

I – 350-750 m

Tip ta' nassa

Strutturali

Depożiti identifikati fil-viċinanza (NG – gass naturali; O – żejt)

Pławowice (O) - produzzjoni (2016): 4 760 tunnellata; riżervi tal-karta l-bilanċ u riżorsi fl-2016: 82 640 tunnellata; riżervi industrijali fl-2016: 15 080 tunnellata;

Grobla (O) - produzzjoni (2016): 4 280 tunnellata; riżervi u riżorsi fl-2016: 39 600 tunnellata; riżervi industrijali fl-2016: 14 450 tunnellata;

Mniszów (O) - mhux sfruttat

Dąbrówka (NG) - produzzjoni fl-2016: 2 680 000 m3; riżervi tal-karta l-bilanċ u riżorsi fl-2016: 25 880 000 m3; riżervi industrijali fl-2016: 4 830 000 m3

Grądy Bocheńskie (NG) - produzzjoni fl-2016: –; riżervi tal-karta l-bilanċ u riżorsi fl-2016: –; riżervi industrijali fl-2016: –

Rajsko (NG) - produzzjoni fl-2016: 6 240 000 m3; riżervi tal-karta l-bilanċ u riżorsi fl-2016: 129 410 000 m3; riżervi industrijali fl-2016: 41 410 000 m3

Rylowa (NG) - produzzjoni fl-2016: 26 420 000 m3; riżervi tal-karta l-bilanċ u riżorsi fl-2016: 424 320 000 m3; riżervi industrijali fl-2016: 120 940 000 m3

Rysie (NG) - produzzjoni fl-2016: 450 000 m3; riżervi tal-karta l-bilanċ u riżorsi fl-2016: 15 010 000 m3; riżervi industrijali fl-2016: 990 000 m3

Szczepanów (NG) - produzzjoni fl-2016: 5 880 000 m3; riżervi tal-karta l-bilanċ u riżorsi fl-2016: 191 420 000 m3; riżervi industrijali fl-2016: 101 080 000 m3

Stħarriġiet siżmiċi kompluti (id-detentur tad-drittijiet)

1975 Kazimierza Wielka-Dąbrowa Tarnowska 2D (Teżor tal-Istat)

1977-1978 Bochnia-Czchów-Pilzno 2D (Teżor tal-Istat)

1987-1988 Kazimierza Wielka-Pińczów-Nowy Korczyn 2D (Teżor tal-Istat)

1987-1988 Niepołomice-Gdów-Myślenice 2D (Teżor tal-Istat)

1989-1990 Kazimierza Wielka-Pińczów-Nowy Korczyn 2D (PGNiG)

1991-1993 Słomniki-Pińczów 2D (PGNiG)

1993 Liplas-Grobla-Żukowice 2D (PGNiG)

2003 Puszcza-Krzeczów-Borek 2D (Teżor tal-Istat)

Bjar ta' referenza (MD)

Puszcza 14 (1 642 m)

Dodów 2 (1 267 m)

Kózki 1 (800 m)

6.   Id-data tal-bidu tal-attivitajiet

L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni se jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni ssir finali.

7.   L-ambitu minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni

Il-programm minimu ta' xogħlijiet ġeoloġiċi proposti għall-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni jinkludi:

Fażi I (12-il xahar): interpretazzjoni u analiżi tad-data ġeoloġika tal-arkivji;

Fażi II (12 xahar): stħarriġiet ġeofiżiċi – test sismiku 2D (linja ta' eċitazzjoni ta' 70 km) jew test sismiku 3D (erja ta' eċitazzjoni ta' 35 km2);

Fażi III (24 xahar): it-tħaffir ta' bir wieħed (1) għall-prospettar sa fond massimu ta' 1 500 m, bit-teħid obbligatorju ta' kampjuni ċilindriċi bit-tħaffir ta' intervalli prospettivi;

Fażi IV (12-il xahar): l-analiżi tad-data ġeoloġika miksuba.

8.   Il-perjodu li għalih il-konċessjoni għandha tingħata

Il-perjodu ta' konċessjoni huwa ta' 30 snin, u jinkludi:

fażi ta' prospettar u ta' esplorazzjoni li ddum ħames snin, li tibda mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni;

fażi ta' estrazzjoni li ddum 25 sena, li tibda mid-data li fiha tinkiseb deċiżjoni dwar l-investiment.

9.   Il-kondizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u għall-iżgurar tas-sikurezza pubblika, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni ambjentali u l-ġestjoni razzjonali ta' depożiti

L-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-konċessjoni m'għandhiex tikser id-drittijiet tas-sidien tal-art u ma teliminax il-ħtieġa li jikkonformaw ma' rekwiżiti oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b'mod partikolari l-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, u mar-rekwiżiti dwar il-ġestjoni tat-territorju, il-ħarsien tal-ambjent, l-art agrikola u l-foresti, in-natura, l-ilmijiet u l-iskart.

10.   Il-mudell tal-ftehim dwar l-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju

Il-mudell tal-ftehim huwa mehmuż bħala anness għal dan id-dokument.

11.   L-informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju

L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju għaż-żona “Proszowice W” matul il-perjodu bażi ta' ħames snin huwa ta' PLN 241 611,33 (fi kliem: mitejn u disgħa u wieħed u erbgħin elf, sitt mija u ħdax-il zloty u tlieta u tletin grosz) kull sena. It-tariffa annwali għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju għall-finijiet tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' minerali hija indiċizzata mal-indiċijiet tal-prezzijiet annwali medji tal-konsumatur stabbiliti b'mod kumulattiv għall-perjodu mill-konklużjoni tal-ftehim sas-sena ta' qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali Pollakka (Monitor Polski) (l-Artikolu 49h(3)(12) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni).

12.   L-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-offerti u d-dokumenti meħtieġa mingħand l-offerenti

1.

L-offerti għandhom jispeċifikaw:

1)

l-isem (l-isem kummerċjali) u l-uffiċċju reġistrat tal-offerent;

2)

is-suġġett tal-offerta, flimkien ma' deskrizzjoni li tispeċifika ż-żona li fiha għandha tingħata konċessjoni u għandhom jiġu stabbiliti drittijiet ta' użufrutt minerarju;

3)

il-perjodu li għalih se tingħata l-konċessjoni, it-tul ta' żmien tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni u d-data tal-bidu tal-attivitajiet;

4)

l-għan, l-ambitu u n-natura tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni, u informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li għandhom jitwettqu biex jinkiseb l-għan intenzjonat u t-teknoloġiji li għandhom jintużaw;

5)

skeda, imqassma fi snin, għax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, u l-ambitu ta' tali xogħlijiet;

6)

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta' kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir, kif imsemmi fl-Artikolu 82(2)(2) tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

7)

id-drittijiet miżmuma mill-offerent għall-proprjetà reali (iż-żona) li fiha l-attivitajiet intenzjonati għandhom jitwettqu, jew id-dritt għall-istabbiliment tagħhom li dik l-entità qed tapplika għalih;

8)

lista ta' żoni koperti minn skemi ta' konservazzjoni tan-natura; dan ir-rekwiżit ma jikkonċernax proġetti li għalihom hija meħtieġa deċiżjoni dwar il-kondizzjonijiet ambjentali;

9)

il-mod kif l-impatti ambjentali negattivi tal-attivitajiet intenzjonati għandhom jiġu kkontrobilanċjati;

10)

l-ambitu tal-informazzjoni ġeoloġika disponibbli lill-offerent;

11)

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta' operazzjoni sikura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

12)

il-kapaċitajiet tekniċi għal, rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, u b'mod partikolari d-disponibilità ta' potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani xieraq;

13)

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta ma', rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi se jitwettqu, u b'mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta' finanzjament tal-attivitajiet intenzjonati, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

14)

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni;

15)

l-ammont propost tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju, li ma jkunx inqas mill-ammont speċifikat fl-avviż tat-tnedija tal-proċedura tal-offerti;

16)

il-forma proposta li tipprovdi s-sigurtà, kif imsemmi fl-Artikolu 49x(4) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

17)

jekk offerta tiġi ppreżentata b'mod konġunt minn diversi entitajiet, din għandha barra minn hekk tispeċifika:

(a)

l-ismijiet (l-ismijiet kummerċjali) u l-uffiċċji reġistrati tal-entitajiet kollha li jissottomettu l-offerta;

(b)

l-operatur;

(c)

il-perċentwal tal-ishma fil-kostijiet tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, proposti fil-ftehim ta' kooperazzjoni.

2.

L-offerti sottomessi fi proċedura tal-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stipulati fl-avviż tat-tnedija ta' dik il-proċedura tal-offerti.

3.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża mal-offerti:

1)

prova tal-eżistenza taċ-ċirkustanzi deskritti fl-offerta, b'mod partikolari siltiet mir-reġistri rilevanti;

2)

prova li jkun ġie ddepożitat id-depożitu;

3)

kopja tad-deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta' proċedura ta' kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

4)

annessi grafiċi ppreparati skont ir-rekwiżiti dwar il-mapep tal-estrazzjoni, li jindikaw il-fruntieri amministrattivi tal-pajjiż;

5)

garanziji bil-miktub li jagħmlu disponibbli r-riżorsi tekniċi lill-entità li tieħu sehem fil-proċedura tal-offerti jekk jintużaw riżorsi tekniċi ta' entitajiet oħra fl-implimentazzjoni tal-konċessjoni;

6)

żewġ kopji tal-fajl tal-proġett tal-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

4.

L-offerenti jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess, jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom.

5.

Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji veri ċċertifikati ta' dokumenti oriġinali kif previst fil-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta' dokumenti li għandhom jiġu mehmuża ma' offerti u li nħolqu mill-awtorità tal-konċessjoni.

6.

Dokumenti mfassla b'lingwa barranija għandhom jiġu sottomessi flimkien ma' traduzzjoni fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat.

7.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi f'envelop issiġillat jew f'pakkett issiġillat li jkollu l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti.

8.

Offerti sottomessi wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-offerti se jiġu rritornati lill-offerenti mingħajr ma jinfetħu.

13.   L-informazzjoni li tikkonċerna l-mod tal-preżentazzjoni ta' depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas

L-offerenti huma mitluba jiddepożitaw depożitu ta' PLN 1 000 (fi kliem: elf zloty) qabel l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-offerti.

TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

IV.1)   Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti

Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti jinħatar bħala l-awtorità ta' konċessjoni għall-iskop li jwettaq il-proċedura tal-offerti u biex tintgħażel l-aktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta' proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta' Lulju 2015 dwar proċeduri tal-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta' idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti jissottometti rapport dwar il-proċedura tal-offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni tagħha. Flimkien ma' offerti u d-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħra li jissottomettu offerti.

IV.2)   Iktar kjarifiki

Fi żmien 14-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista' titlob lill-awtorità tal-konċessjoni tipprovdi spjegazzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet iddettaljati tal-offerti. Fi żmien 14-il jum minn meta tirċievi t-talba, l-awtorità tal-konċessjoni se tippubblika l-ispjegazzjonijiet fil-Bullettin tal-Informazzjoni Pubblika (Biuletyn Informacji Publicznej), fil-paġna tal-uffiċċju amministrattiv subordinat għal dik l-awtorità.

IV.3)   Informazzjoni addizzjonali

L-informazzjoni kollha dwar iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti li ġiet ikkompilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fil-Pakkett ta' Data Ġeoloġika (Pakiecie danych geologicznych), li huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent (www.gov.pl/web/srodowisko) u mingħand

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi]

Ministerstwo Środowiska [Ministeru għall-Ambjent]

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/POLAND

Tel. +48 223692449; faks: +48 223692460

ANNESS

FTEHIM

li jistabbilixxi d-drittijiet ta' użufrutt minerarju għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Proszowice W”, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”

konkluż f'Varsavja nhar … bejn:

it-Teżor tal-Istat, irrappreżentat mill-Ministru għall-Ambjent, li għalih u f'ismu s-Sur Mariusz Orion Jędrysek, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Ambjent u l-Kap Ġeologu tal-Polonja, jaġixxi skont il-prokura Nru 69 tat-12 ta' Ġunju 2017, minn hawn 'il quddiem “it-Teżor tal-Istat”,

kif ukoll

XXX, bl-uffiċċju rreġistrat fi: … (indirizz sħiħ), irreġistrat … bin-Nru KRS (ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali) …, kapital azzjonarju …, irrappreżentat minn …, minn hawn 'il quddiem “id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju”,

minn hawn 'il quddiem imsejħa individwalment kull wieħed bħala “Parti” jew b'mod konġunt bħala “il-Partijiet”,

li jgħid dan li ġej:

Taqsima 1

1.

It-Teżor tal-Istat, bħala s-sid esklussiv tas-substrata tal-qoxra tad-Dinja li tkopri ż-żona fil-muniċipalitajiet ta' Racławice, Słaboszów, Koszyce, Pałecznica, Radziemice, Koniusza, Bochnia, Drwinia, Igołomnia-Wawrzeńczyce, Kocmyrzów-Luborzyca u Michałowice, il-muniċipalitajiet urbani/rurali ta' Miechów, Proszowice, Nowe Brzesko, Niepołomice, Kłaj, Wieliczka u Słomniki u l-belt ta' Kraków fil-Provinċja ta' Małopolskie, u l-muniċipalitajiet ta' Czarnocin, Złota u Michałów u l-muniċipalitajiet urbani/rurali ta' Skalbmierz, Kazimierza Wielka, Pińczów u Działoszyce fil-Provinċja ta' Świętokrzyskie, li l-konfini tagħhom huma ddefiniti bil-linji li jgħaqqdu l-punti (1) sa (19) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema tal-koordinati PL-1992:

Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

272 376,78

574 905,78

2

284 288,24

596 762,37

3

284 356,69

606 350,72

4

265 797,37

606 784,68

5

256 877,58

606 993,25

6

256 866,90

601 531,16

7

265 972,20

601 470,88

8

265 785,26

594 508,99

9

256 792,10

594 610,49

10

256 861,67

598 860,04

11

251 837,13

598 803,24

12

245 959,17

604 332,29

13

240 684,94

604 381,02

14

240 244,08

603 139,26

15

238 495,59

597 181,46

16

238 239,18

593 185,13

17

237 832,04

581 113,94

18

245 049,27

580 870,51

19

254 016,45

575 181,98

b'dan jistabbilixxi d-drittijiet ta' użufrutt minerarju għad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata 'l fuq minn limitu inferjuri ta' proprjetajiet tal-wiċċ u ta' taħt l-art f'fond ta' 1 500 m, dejjem jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Proszowice W” fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż.

2.

Jekk il-kondizzjoni għall-kisba tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu.

3.

Fi ħdan iż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista':

1.

f'formazzjonijiet Ġurassiċi u Kretaċji, iwettaq attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;

2.

fil-bqija taż-żona, iwettaq operazzjonijiet u attivitajiet li huma meħtieġa sabiex jinkiseb aċċess għall-formazzjonijiet Ġurassiċi u Kretaċji.

4.

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta' 1 103,50 km2.

5.

Id-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f'dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b'mod partikolari l-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2017, il-punt 2126, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan.

Taqsima 2

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jiddikjara li huwa ma joġġezzjonax għall-istatus legali u fattwali tas-suġġett tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju.

Taqsima 3

1.

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.

2.

Id-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta' 30 sena, inklużi ħames snin għall-fażi ta' prospettar u ta' esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi ta' estrazzjoni, soġġett għat-Taqsimiet 8(2) u 10.

3.

Id-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, tkun xi tkun ir-raġuni.

Taqsima 4

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor tal-Istat bil-miktub dwar kwalunkwe bidliet li jwasslu għal bidla fl-isem, fl-uffiċċju rreġistrat u fl-indirizz jew fil-forma ta' organizzazzjoni, bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, fit-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra permezz tal-operat tal-liġi, fil-preżentazzjoni ta' petizzjoni ta' falliment, fid-dikjarazzjoni ta' falliment jew fil-bidu ta' proċedimenti ta' ristrutturar. It-Teżor tal-Istat jista' jesiġi li jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji f'każijiet bħal dawn. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq.

Taqsima 5

Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' partijiet terzi, b'mod partikolari s-sidien tal-art, u mhux se jeħles lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b'mod partikolari dawk dwar il-prospettar u l-esplorazzjoni tal-minerali u l-protezzjoni u l-użu tar-riżorsi ambjentali.

Taqsima 6

It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li fiż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) jistabbilixxi drittijiet ta' użufrutt minerarju bl-għan li jitwettqu attivitajiet minbarra dawk speċifikati fil-Ftehim, b'mod li ma jiksirx id-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju.

Taqsima 7

1.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttiv):

(a)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(b)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(c)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(d)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(e)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

2.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta' użufrutt minerarju taqa' bejn l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta' Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għal indiċjar skont il-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju m'għandux iħallasha qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.

3.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta' qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun inqas minn jew ugwali għal żero, m'għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.

4.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa tkun taqa' fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa m'għandhiex tiġi indiċjata.

5.

Jekk il-Ftehim ġie konkluż u daħal fis-seħħ fis-sena ta' qabel is-sena li fiha taqa' d-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa m'għandhiex tiġi indiċjata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.

6.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jitlef id-drittijiet ta' użufrutt minerarju stabbiliti skont il-Ftehim qabel il-limitu ta' żmien speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jintalab iħallas it-tariffa għas-sena sħiħa ta' użufrutt li fiha ntilfu dawn id-drittijiet. Jekk, madankollu, id-drittijiet ta' użufrutt minerarju jintilfu minħabba li l-konċessjoni tiġi rtirata jew minħabba r-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjata skont il-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). Il-ħlas tat-tariffa għandu jsir fi żmien 30 jum mid-data li fiha ntilfu d-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju. It-telf tad-drittijiet ta' użufrutt m'għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju, b'mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.

7.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ambjent fil-fergħa ta' Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, li jinkludi din il-komunikazzjoni dwar it-trasferiment: “Stabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju b'rabta mal-għoti ta' konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona” Proszowice W“”.

Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor tal-Istat.

8.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 m'għandhiex tkun soġġetta għat-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata b'tali mod li l-attivitajiet li huma s-suġġett ta' dan il-Ftehim jiġu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel b'tali mod li dawn l-attivitajiet jiġu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.

9.

It-Teżor tal-Istat għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.

10.

It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandha titħallas lit-Teżor tal-Istat irrispettivament mid-dħul li d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jaqla' mill-użu ta' dawn id-drittijiet.

11.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jibgħat lit-Teżor tal-Istat, fi żmien sebat ijiem mid-data tal-ħlas, kopji ta' provi tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju.

Taqsima 8

1.

Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikseb deċiżjoni ta' investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta' dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena ta' użufrutt minerarju matul il-fażi tal-estrazzjoni.

2.

Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni ta' investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandhom jiskadu.

Taqsima 9

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista' jeżerċita d-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jkun kiseb il-kunsens bil-miktub mit-Teżor tal-Istat.

Taqsima 10

1.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor tal-Istat jista', soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b'effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jkun intitolat għal kwalunkwe pretensjoni ta' proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jkun kiser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.

2.

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafi 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat penali kuntrattwali ta' 25 % tat-tariffa għall-perjodu kollu kemm tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' użufrutt minerarju, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjata skont it-Taqsima 7(3).

3.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju idewwem il-ħlas tat-tariffa b'aktar minn sebat ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor tal-Istat għandu jitlob lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jħallas it-tariffa pendenti fi żmien sebat ijiem mill-wasla tat-talba, u fin-nuqqas ta' dan il-Ftehim jiġi tterminat b'effett immedjat.

4.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jonqos milli jgħarraf lit-Teżor bl-avvenimenti msemmija fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor tal-Istat jista' jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju penali kuntrattwali ta' 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha ta' prospettar u esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju għal kull każ ta' nuqqas li tiġi pprovduta informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parti minnu, soġġett għal avviż ta' 30 jum, effettiv fit-tmiem tax-xahar kalendarju.

5.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data tal-iskadenza, l-irtirar jew l-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.

6.

Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx it-terminazzjoni tkun invalida.

7.

Il-Partijiet jaqblu li jekk it-Teżor tal-Istat jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju msemmija fit-Taqsima 7(1) m'għandhiex tiġi rimborżata.

8.

It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont ta' penali kuntrattwali f'termini ġenerali jekk l-ammont ta' ħsara mġarrab mit-Teżor tal-Istat jeċċedi l-penali kuntrattwali.

Taqsima 11

1.

Il-Partijiet ipprovdew dawn id-dettalji ta' kuntatt għall-korrispondenza:

1.

It-Teżor tal-Istat:

Ministerstwo Środowiska [Il-Ministeru għall-Ambjent], ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/POLAND

2.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju:

(indirizz).

2.

Il-Partijiet huma obbligati li jinfurmaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fid-dettalji ta' kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din m'għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta fuq id-dettalji ta' kuntatt ta' xi Parti pprovduti l-aktar reċentement għandha titqies li tkun ġiet effettivament innotifikata lill-Parti l-oħra.

3.

Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra b'korrispondenza personalment, permezz ta' courier jew permezz ta' ittra rreġistrata billi tuża d-dettalji ta' kuntatt pprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.

4.

Ittri rreġistrati mibgħuta fuq l-indirizz ta' Parti pprovdut l-aktar reċentement u rritornati mill-uffiċċju postali jew mis-servizz ta' courier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin għandhom jiġu ttrattati bħala li ġew innotifikati lilu b'mod validu ladarba jkunu għaddew erbatax-il jum mill-ewwel tentattiv ta' konsenja.

Taqsima 12

1.

Il-Partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għal nuqqas ta' konformità mal-obbligi skont dan il-Ftehim li jirriżultaw minn force majeure jekk ikun jista' jiġi ppruvat li l-ħsara kkawżata minn force majeure kellha influwenza fuq in-nuqqas ta' konformità mal-obbligi. “Force majeure” għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux jipprevedu jew jevitaw, li jagħmilha impossibbli sabiex il-Ftehim jiġi implimentat b'mod sħiħ, parzjalment, b'mod permanenti jew għal perjodu speċifiku, li Parti ma setgħetx tikkontrobilanċja permezz tal-eżerċitar tad-diliġenza dovuta u li ma jirriżultax minn żball jew negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.

2.

F'każ ta' force majeure , il-Partijiet għandhom immedjatament jagħmlu kull sforz biex jiftiehmu dwar x'azzjoni għandhom jieħdu.

Taqsima 13

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista' japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, kollu jew parti minnu, u għandu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta' dan, l-applikazzjoni tkun invalida.

Taqsima 14

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju m'għandux ikun intitolat li jagħmel kwalunkwe pretensjoni kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju.

Taqsima 15

Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha l-ġuriżdizzjoni ġeografika tas-sede tat-Teżor tal-Istat.

Taqsima 16

Dan il-Ftehim għandu jiġi rregolat skont il-liġi Pollakka, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.

Taqsima 17

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jġarrab l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.

Taqsima 18

L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx ikunu invalidi.

Taqsima 19

Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja għad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju u żewġ kopji għall-Ministru għall-Ambjent).

It-Teżor tal-Istat

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju

19.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 105/24

Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni tal-idrokarburi

(2019/C 105/03)

Sejħa għall-offerti għal konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Leszno”

TAQSIMA I: BAŻI LEGALI

1.

L-Artikolu 49h(2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2017, il-punt 2126, kif emendat)

2.

Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta' Lulju 2015 dwar offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u l-konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171)

3.

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni Speċjali bil-lingwa Pollakka: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262)

TAQSIMA II: ENTITÀ LI QED ISSEJJAĦ GĦALL-OFFERTI

Isem: Ministeru għall-Ambjent

Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/Poland

Numru tat-telefon: +48 223692449; fax: +48 223692460

Sit web: www.gov.pl/web/srodowisko

TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

1.   It-tip ta' attivitajiet li għalihom il-konċessjoni għandha tingħata

Konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Leszno”, partijiet tal-blokok tal-konċessjoni Nri 225, 226, 245 u 246

2.   Iż-żona li fiha l-attivitajiet għandhom jitwettqu

Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti huma ddefiniti permezz tal-linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta' koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

466 689,56

337 158,51

2

466 644,39

337 595,47

3

467 081,59

338 410,26

4

466 285,50

338 174,75

5

466 127,50

337 330,79

6

465 569,17

337 388,84

7

465 510,41

338 244,91

8

464 695,80

338 580,80

9

464 592,68

338 901,65

10

465 144,25

340 978,73

11

464 295,40

342 400,98

12

464 475,27

342 578,28

13

465 608,94

342 132,35

14

461 815,48

351 708,88

15

460 228,57

355 230,04

16

460 036,44

362 017,35

17

458 190,40

361 718,22

18

436 498,40

361 368,45

19

436 501,63

361 242,93

20

436 769,02

355 921,34

21

436 798,34

355 337,82

22

441 243,48

318 392,54

23

459 794,18

322 788,02

24

468 260,86

335 437,60

25

467 589,23

337 133,13

26

467 407,89

336 934,21

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti hija ta' 1 008,78 km2.

Iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti tinsab fil-muniċipalitajiet

li ġejjin: Lipno, Włoszakowice, Święciechowa, Krzemieniewo, Przemęt u Kościan,

il-muniċipalitajiet urbani/rurali ta' Rydzyna, Osieczna, Gostyń, Krobia, Poniec, Śmigiel u Krzywiń u l-belt ta' Leszno fil-Provinċja ta' Wielkopolskie u

il-muniċipalità urbana/rurali ta' Wschowa fil-Provinċja ta' Lubuskie.

L-għan tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu fil-formazzjonijiet Karboniferużi u Permjani, huwa d-dokumentazzjoni u l-estrattazzjoni taż-żejt u l-gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq.

3.   Il-limitu ta' żmien, mhux anqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għas-sottomissjoni tal-offerti

L-offerti għandhom jiġu ppreżentati fil-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Ambjent mhux aktar tard minn 12:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta' 121 jum li jibda l-għada tad-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerti, inklużi l-kriterji tal-evalwazzjoni tal-offerti u l-ispeċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49k tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2011 huma ssodisfati

L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta' proċedura ta' kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, indipendentement, jew bħala l-operatur jekk bosta entitajiet qed japplikaw b'mod konġunt għall-konċessjoni.

L-offerti li jaslu se jiġu evalwati mill-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

30 %

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta rispettivament mal-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi se jitwettqu, u b'mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta' finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

25 %

il-kapaċitajiet tekniċi rispettivament għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b'mod partikolari d-disponibbiltà tal-potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani xieraq (inkluż 5 % għall-kollaborazzjoni, fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, flimkien ma' korpi xjentifiċi li jwettqu r-riċerka fil-ġeoloġija tal-Polonja, u ta' għodod, teknoloġiji u metodi analitiċi għall-prospettar ta' depożiti tal-idrokarburi li jqisu l-ispeċifiċità tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi Pollakki u li jistgħu jiġu applikati f'dawk il-kundizzjonijiet);

20 %

l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni proposti;

10 %

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta' operazzjoni sikura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

10 %

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni, bl-użu ta' elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett;

5 %

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta' kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir.

Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess riżultat, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju dovuti matul il-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni se jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

5.   L-ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika

Data ta' konċessjoni

l-isem taż-żona: Leszno

post: fuq l-art; il-blokok ta' konċessjoni 225, 226, 245 u 246

Tip ta' depożitu

depożiti konvenzjonali tal-gass naturali

Livelli strutturali

Karboniferi u Permjani

Sistemi tal-petroleum

I - Karboniferi u Rotliegend

II – Dolomit Prinċipali

Blat tas-sors

I – ġebel tat-tajn u tat-tafal Karboniferuż

II – is-saffi tan-nofs rikki fil-materja organika fid-Dolomit Prinċipali

Blat tar-riżerva naturali

I – blat ramli Karboniferu u Rotliegend, ġebel tal-ġir Zechstein

II – ġebel tal-ġir Zechstein u Dolomiti

Blat ta' kopertura

I, II – evaporiti ta' Zechstein

Ħxuna tal-overburden

I – 1 800 – 2 400 m

II – 1 500 – 1 800 m

Tip ta' nassa

strutturali

Depożiti identifikati fil-viċinanza (NG – gass naturali; O – żejt)

Żakowo (NG) – skopert fl-1965; mhux sfruttat; riżervi u riżorsi: 2 150 000 000 m3 (industrijali: xejn)

Kąkolewo (NG) – skopert fl-1970; mhux sfruttat; riżervi u riżorsi: 240 000 000 m3 (industrijali: xejn)

Brońsko (NG) – skopert fl-2001; produzzjoni kumulattiva (15-il sena): 8 702 450 000 m3;

produzzjoni fl-2016: 782 100 000 m3; riżervi u riżorsi: 15 015 660 000 m3 (industrijali: 13 615 730 000 m3)

Kościan S (NG) – skopert fl-1995; produzzjoni kumulattiva (15-il sena): 6 939 890 000 m3; produzzjoni fl-2016: 362 150 000 m3; riżervi u riżorsi: 3 419 790 000 m3 (industrijali: 1 842 790 000 m3)

Stħarriġiet siżmiċi kompluti (id-detentur tad-drittijiet)

1975-1977 Kościan-Gostyń 2D (it-Teżor tal-Istat)

1975-1976 Kościan-Śrem 2D (it-Teżor tal-Istat)

1975 Regional profile 2D (it-Teżor tal-Istat)

1975 Wschowa-Gostyń-Milicz 2D (it-Teżor tal-Istat)

1976 Pre-Sudeten Monocline 2D (it-Teżor tal-Istat)

1976-1979 Nowa Sól-Góra-Milicz 2D (it-Teżor tal-Istat)

1980 Góra-Rawicz 2D (it-Teżor tal-Istat)

1986-1988 Leszno-Rawicz 2D (it-Teżor tal-Istat)

1988 Pogorzela-Krotoszyn 2D (it-Teżor tal-Istat)

1988 Śrem-Gostyń 2D (it-Teżor tal-Istat)

1989 Leszno-Rawicz 2D (PGNiG)

1989-1990 Nowy Tomyśl-Wolsztyn-Leszno 2D (PGNiG)

1989 Śrem-Gostyń 2D (PGNiG)

1990-1992 Sława-Leszno 2D (PGNiG)

1992 Kościan-Śrem 2D (PGNiG)

1996 Zbarzewo 3D (PGNiG)

1997-1999 Kościan-Krobia 2D (PGNiG)

1998 Kościan-Krzywin 3D (PGNiG)

1998-1999 Jaraczewo-Pogorzela 2D (PGNiG)

2012-2013 Frankowo+Tworzanice 3D (it-Teżor tal-Istat)

Bjar ta' referenza (MD)

Jezierzyce 1 (2 668,0 m),

Święciechowa 1 (2 776,8 m),

Święciechowa 2 (2 200,0 m),

Żakowo 6 (2 216,0 m),

Górka Duchowna 1 (2 443,0 m, FX Energy)

bjar ta' korrelazzjoni:

Dąbcze 2 (2 203,7 m),

Śmiłowo 1 (2 130,0 m),

6.   Id-data tal-bidu tal-attivitajiet

L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni se jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni ssir finali.

7.   L-ambitu minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni

Il-programm minimu ta' xogħlijiet ġeoloġiċi proposti għall-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni jinkludi:

Fażi I (12-il xahar): l-analiżi u l-interpretazzjoni tad-data ġeoloġika tal-arkivji;

Fażi II (12 xahar): stħarriġiet ġeofiżiċi – test sismiku 2D (linja ta' eċitazzjoni ta' 200 km) jew test sismiku 3D (erja ta' eċitazzjoni ta' 100 km2);

Fażi III (24-il xahar): tħaffir ta' borehole waħda sa fond massimu ta' 3 000 m, bit-teħid obbligatorju ta' kampjuni ċilindriċi bit-tħaffir ta' intervalli prospettivi;

Fażi IV (12-il xahar): l-analiżi tad-data ġeoloġika miksuba.

8.   Il-perjodu li għalih il-konċessjoni għandha tingħata

Il-perjodu ta' konċessjoni huwa ta' 30 snin, u jinkludi:

fażi ta' prospettar u ta' esplorazzjoni li ddum ħames snin, li tibda mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni,

fażi ta' estrazzjoni li ddum 25 sena, li tibda mid-data li fiha tinkiseb deċiżjoni dwar l-investiment.

9.   Il-kondizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u għall-iżgurar tas-sikurezza pubblika, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni ambjentali u l-ġestjoni razzjonali ta' depożiti

L-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-konċessjoni m'għandhiex tikser id-drittijiet tas-sidien tal-art u ma teliminax il-ħtieġa li jikkonformaw ma' rekwiżiti oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b'mod partikolari l-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, u mar-rekwiżiti dwar il-ġestjoni tat-territorju, il-ħarsien tal-ambjent, l-art agrikola u l-foresti, in-natura, l-ilmijiet u l-iskart.

10.   Il-mudell tal-ftehim dwar l-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju

Il-mudell tal-ftehim huwa mehmuż bħala anness għal dan id-dokument.

11.   L-informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju

L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju għaż-żona “Leszno” matul il-perjodu bażi ta' ħames snin huwa ta' PLN 220 872,38 (fi kliem: mitejn u għoxrin elf, tmien mija u tnejn u sebgħin zloty, u tmienja u tletin grosz) kull sena. It-tariffa annwali għall-istabbiliment ta' drittijiet użufruttwarji minerarji għall-finijiet tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta' minerali hija indiċjata skont l-indiċijiet medji annwali tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbiliti b'mod kumulattiv għall-perjodu bejn il-konklużjoni tal-ftehim sas-sena qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbra mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Monitor Polski (Il-Gazzetta Uffiċjali) (l-Artikolu 49h(3)(12) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja).

12.   L-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-offerti u d-dokumenti meħtieġa mingħand l-offerenti:

1.

L-offerti għandhom jispeċifikaw:

1)

l-isem (l-isem kummerċjali) u l-uffiċċju reġistrat tal-offerent;

2)

is-suġġett tal-offerta, flimkien ma' deskrizzjoni li tiddefinixxi ż-żona li fiha għandha tingħata l-konċessjoni u li għaliha għandhom jiġu stabbiliti drittijiet użufruttwarji minerarji;

3)

il-perjodu li għalih se tingħata l-konċessjoni, it-tul ta' żmien tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni u d-data tal-bidu tal-attivitajiet;

4)

l-għan, l-ambitu u n-natura tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni u informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li għandhom jitwettqu biex jinkiseb l-għan intenzjonat u t-teknoloġiji li għandhom jintużaw;

5)

skeda ta' żmien, imqassma fi snin, għax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, u l-kamp ta' applikazzjoni ta' tali xogħlijiet;

6)

l-ambitu u l-iskeda taż-żmien tal-ġbir obbligatorju ta' kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir, kif imsemmi fl-Artikolu 82(2)(2) tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

7)

id-drittijiet miżmuma mill-offerent għall-proprjetà reali (iż-żona) li fiha l-attivitajiet intenzjonati għandhom jitwettqu, jew id-dritt għall-istabbiliment tagħhom li dik l-entità qed tapplika għalih;

8)

lista ta' żoni koperti minn skemi ta' konservazzjoni tan-natura; dan ir-rekwiżit ma jikkonċernax proġetti li għalihom hija meħtieġa deċiżjoni dwar il-kondizzjonijiet ambjentali;

9)

il-mod kif l-impatti ambjentali negattivi tal-attivitajiet intenzjonati għandhom jiġu miġġielda;

10)

l-ambitu tal-informazzjoni ġeoloġika disponibbli lill-offerent;

11)

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta' operazzjoni sikura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

12)

il-kapaċitajiet tekniċi għal, rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, jew l-estrazzjoni tal-idrokarburi u b'mod partikolari d-disponibbiltà tal-potenzjal tekniku, organizzazzjonali, loġistiku u tar-riżorsi umani;

13)

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta ma', rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, jew l-estrazzjoni ta' idrokarburi se jitwettqu, u b'mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta' finanzjament tal-attivitajiet intenzjonati, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

14)

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni;

15)

l-ammont propost ta' remunerazzjoni għat-twaqqif ta' drittijiet użufruttwarji minerarji, u dan ma għandux ikun inqas mill-ammont speċifikat fl-avviż tat-tnedija tal-proċedura tal-offerti;

16)

il-forma proposta li tipprovdi s-sigurtà, kif imsemmi fl-Artikolu 49x(4) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

17)

jekk offerta tiġi ppreżentata b'mod konġunt minn diversi entitajiet, din għandha barra minn hekk tispeċifika:

(a)

l-ismijiet (l-ismijiet kummerċjali) u l-uffiċċji reġistrati tal-entitajiet kollha li jissottomettu l-offerta;

(b)

l-operatur;

(c)

il-perċentwal tal-ishma fil-kostijiet tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, proposti fil-ftehim ta' kooperazzjoni;

2.

L-offerti sottomessi fi proċedura tal-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stipulati fl-avviż tat-tnedija ta' dik il-proċedura tal-offerti.

3.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża mal-offerti:

1)

prova tal-eżistenza taċ-ċirkustanzi deskritti fl-offerta, b'mod partikolari siltiet mir-reġistri rilevanti;

2)

prova li jkun ġie ddepożitat id-depożitu;

3)

kopja tad-deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta' proċedura ta' kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

4)

annessi grafiċi ppreparati skont ir-rekwiżiti dwar il-mapep tal-estrazzjoni, li jindikaw il-fruntieri amministrattivi tal-pajjiż;

5)

garanziji bil-miktub li jagħmlu disponibbli r-riżorsi tekniċi lill-entità li tieħu sehem fil-proċedura tal-offerti jekk jintużaw riżorsi tekniċi ta' entitajiet oħra fl-implimentazzjoni tal-konċessjoni;

6)

żewġ kopji tal-fajl tal-proġett tal-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

4.

L-offerenti jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess, jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom.

5.

Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji veri ċċertifikati ta' dokumenti oriġinali kif previst fil-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta' dokumenti li għandhom jiġu mehmuża ma' offerti u li nħolqu mill-awtorità tal-konċessjoni.

6.

Dokumenti mfassla b'lingwa barranija għandhom jiġu sottomessi flimkien ma' traduzzjoni fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat.

7.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi f'envelop issiġillat jew f'pakkett issiġillat li jkollu l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti.

8.

Offerti sottomessi wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-offerti se jiġu rritornati lill-offerenti mingħajr ma jinfetħu.

13.   L-informazzjoni li tikkonċerna l-mod tal-preżentazzjoni ta' depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas:

L-offerenti huma mitluba jiddepożitaw depożitu ta' PLN 1 000 (fi kliem: elf zloty) qabel l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-offerti.

TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

IV.1)   Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti

Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti jinħatar bħala l-awtorità ta' konċessjoni għall-iskop li jwettaq il-proċedura tal-offerti u biex tintgħażel l-aktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta' proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta' Lulju 2015 dwar proċeduri tal-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta' idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti jissottometti rapport dwar il-proċedura tal-offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni tagħha. Flimkien ma' offerti u d-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħra li jissottomettu offerti.

IV.2)   Spjegazzjonijiet addizzjonali

Fi żmien 14-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista' titlob lill-awtorità tal-konċessjoni tipprovdi spjegazzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet iddettaljati tal-offerti. Fi żmien 14-il jum minn meta tirċievi t-talba, l-awtorità tal-konċessjoni se tippubblika l-ispjegazzjonijiet fil-Biuletyn Informacji Publicznej (il-Bullettin tal-Informazzjoni Pubblika), fil-paġna tal-uffiċċju amministrattiv subordinata għal dik l-awtorità.

IV.3)   Informazzjoni addizzjonali

L-informazzjoni kollha dwar iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti li ġiet ikkompilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk f'Pakiet danych geologicznych (Pakkett ta' Data Ġeoloġika), li huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent (www.mos.gov.pl) u fuq

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi]

Ministeru għall-Ambjent

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa/Warsaw

POLSKA/Poland

Tel. +48 223692449; fax +48 223692460

ANNESS

FTEHIM

li jistabbilixxi d-drittijiet ta' użufrutt minerarju għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Leszno”, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”

konkluż f'Varsavja nhar … bejn:

it-Teżor tal-Istat, irrappreżentat mill-Ministru għall-Ambjent, li għalih u f'ismu s-Sur Mariusz Orion Jędrysek, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Ambjent u l-Kap Ġeologu tal-Polonja, jaġixxi skont il-prokura Nru 69 tat-12 ta' Ġunju 2017, minn hawn 'il quddiem “it-Teżor tal-Istat”,

kif ukoll

XXX, bl-uffiċċju rreġistrat fi: … (indirizz sħiħ), irreġistrat … bin-Nru KRS (ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali) …, kapital azzjonarju …, irrappreżentat minn …, minn hawn 'il quddiem “id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju”,

minn hawn 'il quddiem imsejħa individwalment kull wieħed bħala “Parti” jew b'mod konġunt bħala “il-Partijiet”,

li jgħid dan li ġej:

Taqsima 1

1.

It-Teżor tal-Istat, bħala s-sid esklużiv tas-substrata tal-wiċċ tad-Dinja li tkopri ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet ta' Lipno, Włoszakowice, Święciechowa, Krzemieniewo, Przemęt u Kościan, il-muniċipalitajiet urbani/rurali ta' Rydzyna, Osieczna, Gostyń, Krobia, Poniec, Śmigiel u Krzywiń, u l-belt ta' Leszno fil-Provinċja ta' Wielkopolskie, u l-muniċipalità urbana/rurali ta' Wschowa fil-Provinċja ta' Lubelskie, li l-konfini tagħha huma ddefiniti mil-linji li jgħaqqdu l-punti (1) sa (26) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta' koordinati PL-1992:

Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

466 689,56

337 158,51

2

466 644,39

337 595,47

3

467 081,59

338 410,26

4

466 285,50

338 174,75

5

466 127,50

337 330,79

6

465 569,17

337 388,84

7

465 510,41

338 244,91

8

464 695,80

338 580,80

9

464 592,68

338 901,65

10

465 144,25

340 978,73

11

464 295,40

342 400,98

12

464 475,27

342 578,28

13

465 608,94

342 132,35

14

461 815,48

351 708,88

15

460 228,57

355 230,04

16

460 036,44

362 017,35

17

458 190,40

361 718,22

18

436 498,40

361 368,45

19

436 501,63

361 242,93

20

436 769,02

355 921,34

21

436 798,34

355 337,82

22

441 243,48

318 392,54

23

459 794,18

322 788,02

24

468 260,86

335 437,60

25

467 589,23

337 133,13

26

467 407,89

336 934,21

b'dan jistabbilixxi d-drittijiet ta' użufrutt minerarju għad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata 'l fuq minn limitu inferjuri ta' proprjetajiet tal-wiċċ u ta' taħt l-art f'fond ta' 3 000 m, dejjem jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Leszno” fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż.

2.

Jekk il-kondizzjoni għall-kisba tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu.

3.

Fi ħdan iż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista':

1.

f'formazzjonijiet Karboniferi u Permjani, iwettaq attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;

2.

fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe operazzjonijiet u attivitajiet li huma meħtieġa sabiex jinkiseb aċċess għall-formazzjonijiet Karboniferi u Permjani.

4.

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta' 1 008,78 km2.

5.

Id-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f'dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b'mod partikolari l-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2017, il-punt 2126, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan.

Taqsima 2

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jiddikjara li huwa ma joġġezzjonax għall-istatus legali u fattwali tas-suġġett tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju.

Taqsima 3

1.

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.

2.

Id-drittijiet ta' użufrutt mnerarju għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta' 30 sena, inklużi ħames snin għall-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi tal-estrazzjoni, soġġett għat-Taqsimiet 8(2) u 10.

3.

Id-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, tkun xi tkun ir-raġuni.

Taqsima 4

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor tal-Istat bil-miktub dwar kwalunkwe bidliet li jwasslu għal bidla fl-isem, fl-uffiċċju rreġistrat u fl-indirizz jew fil-forma ta' organizzazzjoni, bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, fit-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra permezz tal-operat tal-liġi, fil-preżentazzjoni ta' petizzjoni ta' falliment, fid-dikjarazzjoni ta' falliment jew fil-bidu ta' proċedimenti ta' ristrutturar. It-Teżor tal-Istat jista' jesiġi li jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji f'każijiet bħal dawn. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq.

Taqsima 5

Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' partijiet terzi, b'mod partikolari s-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju m'għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b'mod partikolari dawk dwar il-prospettar u l-esplorazzjoni tal-minerali u l-protezzjoni u l-użu tar-riżorsi ambjentali.

Taqsima 6

It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li fiż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) jistabbilixxi drittijiet ta' użufrutt minerarju bl-għan li jitwettqu attivitajiet minbarra dawk speċifikati fil-Ftehim, b'mod li ma jiksirx id-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju.

Taqsima 7

1.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttiv):

(a)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(b)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(c)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(d)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(e)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

2.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta' użufrutt minerarju taqa' bejn l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta' Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għal indiċjar skont il-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju m'għandux iħallasha qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.

3.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta' qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun inqas minn jew ugwali għal żero, m'għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.

4.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa tkun taqa' fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa m'għandhiex tiġi indiċjata.

5.

Jekk il-Ftehim ġie konkluż u daħal fis-seħħ fis-sena ta' qabel is-sena li fiha taqa' d-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa m'għandhiex tiġi indiċjata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.

6.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jitlef id-drittijiet ta' użufrutt minerarju stabbiliti skont il-Ftehim qabel il-limitu ta' żmien speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jintalab iħallas it-tariffa għas-sena sħiħa ta' użufrutt li fiha ntilfu dawn id-drittijiet. Jekk, madankollu, id-drittijiet ta' użufrutt minerarju jintilfu minħabba li l-konċessjoni tiġi rtirata jew minħabba r-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjata skont il-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). Il-ħlas tat-tariffa għandu jsir fi żmien 30 jum mid-data li fiha ntilfu d-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju. It-telf tad-drittijiet ta' użufrutt m'għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju, b'mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.

7.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ambjent fil-fergħa ta' Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, inkluż il-komunikazzjoni li ġejja dwar l-ordni tat-trasferiment: “Stabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju b'rabta mal-għoti ta' konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Leszno””.

Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor tal-Istat.

8.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 m'għandhiex tkun soġġetta għat-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata b'tali mod li l-attivitajiet li huma s-suġġett ta' dan il-Ftehim jiġu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel b'tali mod li dawn l-attivitajiet jiġu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.

9.

It-Teżor tal-Istat għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.

10.

It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandha titħallas lit-Teżor tal-Istat irrispettivament mid-dħul li d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jaqla' mill-użu ta' dawn id-drittijiet.

11.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jibgħat lit-Teżor tal-Istat, fi żmien sebat ijiem mid-data tal-ħlas, kopji ta' provi tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju.

Taqsima 8

1.

Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikseb deċiżjoni ta' investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta' dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena ta' użufrutt minerarju matul il-fażi tal-estrazzjoni.

2.

Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni ta' investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandhom jiskadu.

Taqsima 9

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista' jeżerċita d-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jkun kiseb il-kunsens bil-miktub mit-Teżor tal-Istat.

Taqsima 10

1.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor tal-Istat jista', soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b'effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jkun intitolat għal kwalunkwe pretensjoni ta' proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jkun kiser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.

2.

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafi 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat penali kuntrattwali ta' 25 % tat-tariffa għall-perjodu kollu kemm tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' użufrutt minerarju, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjata skont it-Taqsima 7(3).

3.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju idewwem il-ħlas tat-tariffa b'aktar minn sebat ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor tal-Istat għandu jitlob lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jħallas it-tariffa pendenti fi żmien sebat ijiem mill-wasla tat-talba, u fin-nuqqas ta' dan il-Ftehim jiġi tterminat b'effett immedjat.

4.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jonqos milli jgħarraf lit-Teżor bl-avvenimenti msemmija fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor tal-Istat jista' jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju penali kuntrattwali ta' 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha ta' prospettar u esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju għal kull każ ta' nuqqas li tiġi pprovduta informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parti minnu, soġġett għal avviż ta' 30 jum, effettiv fit-tmiem tax-xahar kalendarju.

5.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data tal-iskadenza, l-irtirar jew l-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.

6.

Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx it-terminazzjoni tkun invalida.

7.

Il-Partijiet jaqblu li jekk it-Teżor tal-Istat jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju msemmija fit-Taqsima 7(1) m'għandhiex tiġi rimborżata.

8.

It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont ta' penali kuntrattwali f'termini ġenerali jekk l-ammont ta' ħsara mġarrab mit-Teżor tal-Istat jeċċedi l-penali kuntrattwali.

Taqsima 11

1.

Il-Partijiet ipprovdew dawn id-dettalji ta' kuntatt għall-korrispondenza:

1.

It-Teżor tal-Istat:

Ministerstwo Środowiska [Il-Ministeru għall-Ambjent], ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/Poland;

2.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju:

(indirizz).

2.

Il-Partijiet huma obbligati li jinfurmaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fid-dettalji ta' kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din m'għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta fuq id-dettalji ta' kuntatt ta' xi Parti pprovduti l-aktar reċentement għandha titqies li tkun ġiet effettivament innotifikata lill-Parti l-oħra.

3.

Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra b'korrispondenza personalment, permezz ta' courier jew permezz ta' ittra rreġistrata billi tuża d-dettalji ta' kuntatt pprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.

4.

Ittri rreġistrati mibgħuta fuq l-indirizz ta' Parti pprovdut l-aktar reċentement u rritornati mill-uffiċċju postali jew mis-servizz ta' courier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin għandhom jiġu ttrattati bħala li ġew innotifikati lilu b'mod validu ladarba jkunu għaddew erbatax-il jum mill-ewwel tentattiv ta' konsenja.

Taqsima 12

1.

Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għal nuqqas ta' konformità mal-obbligi skont dan il-Ftehim li jirriżultaw minn force majeure jekk ikun jista' jiġi ppruvat li l-ħsara kkawżata minn force majeure kellha influwenza fuq in-nuqqas ta' konformità mal-obbligi. “Force majeure” għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux jipprevedu jew jevitaw, li jagħmilha impossibbli sabiex il-Ftehim jiġi implimentat b'mod sħiħ, parzjalment, b'mod permanenti jew għal perjodu speċifiku, li Parti ma setgħetx tikkontrobilanċja permezz tal-eżerċitar tad-diliġenza dovuta u li ma jirriżultax minn żball jew negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.

2.

F'każ ta' force majeure, il-Partijiet għandhom immedjatament jagħmlu kull sforz biex jiftiehmu dwar x'azzjoni għandhom jieħdu.

Taqsima 13

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista' japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, kollu jew parti minnu, u għandu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta' dan, l-applikazzjoni tkun invalida.

Taqsima 14

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju m'għandux ikun intitolat li jagħmel kwalunkwe pretensjoni kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju.

Taqsima 15

Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha l-ġuriżdizzjoni ġeografika tas-sede tat-Teżor tal-Istat.

Taqsima 16

Dan il-Ftehim għandu jiġi rregolat skont il-liġi Pollakka, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.

Taqsima 17

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jġarrab l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.

Taqsima 18

L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx ikunu invalidi.

Taqsima 19

Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja għad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju u żewġ kopji għall-Ministru għall-Ambjent).

It-Teżor tal-Istat:

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju

19.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 105/37

Komunikazzjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni tal-idrokarburi

(2019/C 105/04)

Sejħa għall-offerti għal konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Konin”

TAQSIMA I: BAŻI LEGALI

1.

L-Artikolu 49h(2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2017, il-punt 2126, kif emendat)

2.

Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta' Lulju 2015 dwar offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u l-konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171)

3.

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni Speċjali bil-lingwa Pollakka: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262)

TAQSIMA II: ENTITÀ LI QED ISSEJJAĦ GĦALL-OFFERTI

Isem: Ministeru għall-Ambjent

Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/POLAND

Numru tat-telefon: +48 223692449; Fax: +48 223692460

Sit web: www.gov.pl/web/srodowisko

TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

1.   It-tip ta' attivitajiet li għalihom il-konċessjoni għandha tingħata

Konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Konin”, partijiet tal-blokok tal-konċessjoni Nri 209 u 229.

2.   Iż-żona li fiha l-attivitajiet għandhom jitwettqu

Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti huma ddefiniti permezz tal-linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta' koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

515 069,73

460 758,48

2

505 767,09

460 565,18

3

502 776,43

462 823,39

4

502 723,58

462 657,47

5

502 446,74

462 504,16

6

502 230,96

462 445,82

7

502 248,18

463 222,26

8

498 777,52

465 842,91

9

491 508,73

465 830,81

10

491 742,58

464 701,41

11

491 801,77

462 529,31

12

491 268,31

460 812,82

13

489 774,78

461 013,24

14

490 366,34

462 408,58

15

488 859,35

465 826,40

16

477 036,23

465 806,72

17

474 238,23

465 787,33

18

474 713,84

464 525,73

19

475 455,53

463 034,92

20

475 615,88

461 207,31

21

475 688,18

460 217,04

22

474 466,38

459 804,48

23

472 819,51

461 806,86

24

472 276,86

461 805,14

25

471 552,54

461 936,38

26

470 561,66

463 335,51

27

471 558,23

465 111,74

28

471 970,84

465 771,61

29

468 693,01

465 748,89

30

468 692,97

465 748,89

31

487 544,58

431 628,47

32

515 376,16

432 138,19

minbarra ż-żona tat-taħriġ militari delimitata bil-punti 33-55

33

491 907,23

436 687,88

34

490 066,04

439 660,33

35

491 866,69

439 686,06

36

492 438,87

441 691,27

37

492 511,46

443 692,21

38

493 442,35

445 528,26

39

494 722,64

445 680,56

40

496 188,94

445 774,26

41

496 594,43

445 981,20

42

496 868,35

444 952,88

43

500 631,80

445 149,86

44

502 783,76

445 216,34

45

501 400,57

448 338,32

46

503 876,06

449 121,96

47

504 566,30

448 989,27

48

508 438,44

445 395,23

49

508 066,61

441 460,22

50

505 847,49

438 753,45

51

501 637,55

437 958,13

52

501 589,05

440 136,31

53

500 091,28

439 839,30

54

498 515,65

437 366,48

55

495 903,97

436 740,92

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti hija ta' 1 034,29 km2.

Iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti tinsab fil-muniċipalità:

li ġejja: Jeziora Wielkie,

il-muniċipalità urbana/rurali: Piotrków Kujawski fil-Provinċja ta' Kujawsko-Pomorskie, u

il-muniċipalitajiet: Koło, Kościelec, Osiek Mały, Kazimierz Biskupi, Kramsk, Krzymów, Rzgów, Skulsk, Stare Miasto, Wierzbinek, Wilczyn, Orchowo, Ostrowite, Powidz, Słupca u Władysławów,

il-muniċipalità urbana/rurali: Golina, Kleczew, Sompolno u Ślesin, u l-belt ta' Konin fil-Provinċja ta' Wielkopolskie

L-għan tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu fil-formazzjonijiet Ġurassiċi u Kretaċej, huwa d-dokumentazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt u l-gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq.

3.   Il-limitu ta' żmien, mhux anqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għas-sottomissjoni tal-offerti

L-offerti għandhom jiġu ppreżentati fil-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Ambjent mhux aktar tard minn 12:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta' 121 jum li jibda l-għada tad-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerti, inklużi l-kriterji tal-evalwazzjoni tal-offerti u l-ispeċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49k tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2011 huma ssodisfati

L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta' proċedura ta' kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, indipendentement, jew bħala l-operatur jekk bosta entitajiet qed japplikaw b'mod konġunt għall-konċessjoni.

L-offerti li jaslu se jiġu evalwati mill-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

30 %

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta rispettivament mal-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi se jitwettqu, u b'mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta' finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

25 %

il-kapaċitajiet tekniċi rispettivament għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b'mod partikolari d-disponibbiltà tal-potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani xieraq (inkluż 5 % għall-kollaborazzjoni, fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, flimkien ma' korpi xjentifiċi li jwettqu r-riċerka fil-ġeoloġija tal-Polonja, u ta' għodod, teknoloġiji u metodi analitiċi għall-prospettar ta' depożiti tal-idrokarburi li jqisu l-ispeċifiċità tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi Pollakki u li jistgħu jiġu applikati f'dawk il-kundizzjonijiet);

20 %

l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni proposti;

10 %

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta' operazzjoni sigura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

10 %

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni, bl-użu ta' elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett;

5 %

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta' kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir.

Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess riżultat, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju dovuti matul il-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni se jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

5.   L-ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika

Data ta' konċessjoni

l-isem taż-żona: Konin

post: fuq l-art; il-blokok ta' konċessjoni 209 u 229

Tip ta' depożitu

depożiti konvenzjonali taż-żejt u tal-gass naturali

Livelli strutturali

Paleożojku (Variskan)

Permjan-Mesożojku

Sistemi tal-petroleum

I – Ġurassiku

Blat tas-sors

I – Blat ramli, blat tafli u blat tat-tajn tal-Ġurassiku Superjuri u tan-Nofs

Blat tar-riżerva naturali

I – Blat ramli Ġurassiku, blat tal-franka, blat tafli u blat tat-tajn tal-Kretaċju Inferjuri

Blat ta' kopertura

I – Formazzjonijiet karboniċi Kretaċej, blat tafli, blat tat-tajn, opokas u gaizes

II – Ramel Paleoġenu u Neoġenu, xaħx u fissuri ta' linjite

Ħxuna tal-overburden

I – 500-1 300 m

Tip ta' nassa

I – stratigrafiku u strutturali

Depożiti identifikati fil-viċinanza (NG – gass naturali; O – żejt)

Xejn

Stħarriġiet sismiċi kompluti (id-detentur tad-drittijiet)

1974 – profil reġjonali wieħed (1) (Teżor tal-Istat)

1978–1979 – sitt profili (6) – Mogilno-Pabianice (Teżor tal-Istat)

1988–1990 – erba' profili (4) – Ciechocinek-Brześć Kuj.-Wojszyce (Teżor tal-Istat)

1996 – ħames profili (5) – Turek (TEXACO)

2010 – erba' profili (4) – Gniezno-Ślesin (Teżor tal-Istat)

Bjar ta' referenza (MD)

Gopło IG 1 (1 175,4 m)

Gopło GEO2 (502,0 m)

Konin GT 1 (2 660,0 m)

Ślesin IGH 1 (2 570,0 m)

Wilczna 1 (3 205,2 m)

6.   Id-data tal-bidu tal-attivitajiet

L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni se jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni ssir finali.

7.   L-ambitu minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni

Il-programm minimu ta' xogħlijiet ġeoloġiċi proposti għall-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni jinkludi:

Fażi I (12-il xahar): l-analiżi u l-interpretazzjoni tad-data ġeoloġika tal-arkivji;

Fażi II (12 xahar): stħarriġiet ġeofiżiċi – test sismiku 2D (linja ta' eċitazzjoni ta' 50 km) jew test sismiku 3D (erja ta' eċitazzjoni ta' 25 km2);

Fażi III (24 xahar): it-tħaffir ta' borehole waħda (1) għall-prospettar sa fond massimu ta' 6 500 m, bit-teħid obbligatorju ta' kampjuni ċilindriċi bit-tħaffir ta' intervalli prospettivi;

Fażi IV (12-il xahar): l-analiżi tad-data ġeoloġika miksuba.

8.   Il-perjodu li għalih il-konċessjoni għandha tingħata

Il-perjodu ta' konċessjoni huwa ta' 30 snin, u jinkludi:

fażi ta' prospettar u ta' esplorazzjoni li ddum ħames snin, li tibda mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni,

fażi ta' estrazzjoni li ddum 25 sena, li tibda mid-data li fiha tinkiseb deċiżjoni dwar l-investiment.

9.   il-kondizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u għall-iżgurar tas-sikurezza pubblika, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni ambjentali u l-ġestjoni razzjonali ta' depożiti

L-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-konċessjoni m'għandhiex tikser id-drittijiet tas-sidien tal-art u ma teliminax il-ħtieġa li jikkonformaw ma' rekwiżiti oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b'mod partikolari l-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, u mar-rekwiżiti dwar il-ġestjoni tat-territorju, il-ħarsien tal-ambjent, l-art agrikola u l-foresti, in-natura, l-ilmijiet u l-iskart.

10.   Il-mudell tal-ftehim dwar l-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju

Il-mudell tal-ftehim huwa mehmuż bħala anness għal dan id-dokument.

11.   L-informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju

L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju għaż-żona “Konin” matul il-perjodu bażi ta' ħames snin huwa ta' PLN 226 457,80 (fi kliem: mitejn u tnejn u sittin elf, erba' mija sebgħa u ħamsin zlotys, u tmenin grosz) kull sena. It-tariffa annwali għall-istabbiliment ta' drittijiet użufruttwarji minerarji għall-finijiet tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta' minerali hija indiċjata skont l-indiċijiet medji annwali tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbiliti b'mod kumulattiv għall-perjodu bejn il-konklużjoni tal-ftehim sas-sena qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbra mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Monitor Polski (Il-Gazzetta Uffiċjali) (l-Artikolu 49h(3)(12) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja).

12.   l-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-offerti u d-dokumenti meħtieġa mingħand l-offerenti

1.

L-offerti għandhom jispeċifikaw:

1)

l-isem (l-isem kummerċjali) u l-uffiċċju reġistrat tal-offerent;

2)

is-suġġett tal-offerta, flimkien ma' deskrizzjoni li tiddefinixxi ż-żona li fiha għandha tingħata l-konċessjoni u li għaliha għandhom jiġu stabbiliti drittijiet użufruttwarji minerarji;

3)

il-perjodu li għalih se tingħata l-konċessjoni, it-tul ta' żmien tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni u d-data tal-bidu tal-attivitajiet;

4)

l-għan, l-ambitu u n-natura tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni, u informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li għandhom jitwettqu biex jinkiseb l-għan intenzjonat u t-teknoloġiji li għandhom jintużaw;

5)

skeda ta' żmien, imqassma fi snin, għax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, u l-kamp ta' applikazzjoni ta' tali xogħlijiet;

6)

l-ambitu u l-iskeda taż-żmien tal-ġbir obbligatorju ta' kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir, kif imsemmi fl-Artikolu 82(2)(2) tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

7)

id-drittijiet miżmuma mill-offerent għall-proprjetà reali (iż-żona) li fiha l-attivitajiet intenzjonati għandhom jitwettqu, jew id-dritt għall-istabbiliment tagħhom li dik l-entità qed tapplika għalih;

8)

lista ta' żoni koperti minn skemi ta' konservazzjoni tan-natura; dan ir-rekwiżit ma jikkonċernax proġetti li għalihom hija meħtieġa deċiżjoni dwar il-kondizzjonijiet ambjentali;

9)

il-mod kif l-impatti ambjentali negattivi tal-attivitajiet intenzjonati għandhom jiġu miġġielda;

10)

l-ambitu tal-informazzjoni ġeoloġika disponibbli lill-offerent;

11)

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta' operazzjoni sikura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

12)

il-kapaċitajiet tekniċi għal, rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, jew l-estrazzjoni tal-idrokarburi u b'mod partikolari d-disponibbiltà tal-potenzjal tekniku, organizzazzjonali, loġistiku u tar-riżorsi umani;

13)

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta ma', rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, jew l-estrazzjoni ta' idrokarburi se jitwettqu, u b'mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta' finanzjament tal-attivitajiet intenzjonati, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

14)

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni;

15)

l-ammont propost ta' remunerazzjoni għat-twaqqif ta' drittijiet użufruttwarji minerarji, u dan ma għandux ikun inqas mill-ammont speċifikat fl-avviż tat-tnedija tal-proċedura tal-offerti;

16)

il-forma proposta li tipprovdi s-sigurtà, kif imsemmi fl-Artikolu 49x(4) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

17)

jekk offerta tiġi ppreżentata b'mod konġunt minn diversi entitajiet, din għandha barra minn hekk tispeċifika:

(a)

l-ismijiet (l-ismijiet kummerċjali) u l-uffiċċji reġistrati tal-entitajiet kollha li jissottomettu l-offerta;

(b)

l-operatur,

(c)

il-perċentwal tal-ishma fil-kostijiet tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, proposti fil-ftehim ta' kooperazzjoni.

2.

L-offerti sottomessi fi proċedura tal-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stipulati fl-avviż tat-tnedija ta' dik il-proċedura tal-offerti.

3.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża mal-offerti:

1)

prova tal-eżistenza taċ-ċirkustanzi deskritti fl-offerta, b'mod partikolari siltiet mir-reġistri rilevanti;

2)

prova li jkun ġie ddepożitat id-depożitu;

3)

kopja tad-deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta' proċedura ta' kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

4)

annessi grafiċi ppreparati skont ir-rekwiżiti dwar il-mapep tal-estrazzjoni, li jindikaw il-fruntieri amministrattivi tal-pajjiż;

5)

garanziji bil-miktub li jagħmlu disponibbli r-riżorsi tekniċi lill-entità li tieħu sehem fil-proċedura tal-offerti jekk jintużaw riżorsi tekniċi ta' entitajiet oħra fl-implimentazzjoni tal-konċessjoni;

6)

żewġ kopji tal-fajl tal-proġett tal-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

4.

L-offerenti jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess, jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom.

5.

Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji veri ċċertifikati ta' dokumenti oriġinali kif previst fil-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta' dokumenti li għandhom jiġu mehmuża ma' offerti u li nħolqu mill-awtorità tal-konċessjoni.

6.

Dokumenti mfassla b'lingwa barranija għandhom jiġu sottomessi flimkien ma' traduzzjoni fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat.

7.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi f'envelop issiġillat jew f'pakkett issiġillat li jkollu l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti.

8.

Offerti sottomessi wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-offerti se jiġu rritornati lill-offerenti mingħajr ma jinfetħu.

13.   L-informazzjoni li tikkonċerna l-mod tal-preżentazzjoni ta' depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas

L-offerenti huma mitluba jiddepożitaw depożitu ta' PLN 1 000 (fi kliem: elf zloty) qabel l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-offerti.

TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

IV.1)   Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti

Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti jinħatar bħala l-awtorità ta' konċessjoni għall-iskop li jwettaq il-proċedura tal-offerti u biex tintgħażel l-aktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta' proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta' Lulju 2015 dwar proċeduri tal-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta' idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti jissottometti rapport dwar il-proċedura tal-offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni tagħha. Flimkien ma' offerti u d-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħra li jissottomettu offerti.

IV.2)   Spjegazzjonijiet addizzjonali

Fi żmien 14-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista' titlob lill-awtorità tal-konċessjoni tipprovdi spjegazzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet iddettaljati tal-offerti. Fi żmien 14-il jum minn meta tirċievi t-talba, l-awtorità tal-konċessjoni se tippubblika l-ispjegazzjonijiet fil-Bullettin tal-Informazzjoni Pubblika (Biuletyn Informacji Publicznej), fil-paġna tal-uffiċċju amministrattiv subordinat għal dik l-awtorità.

IV.3)   Informazzjoni addizzjonali

L-informazzjoni kollha dwar iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti li ġiet ikkompilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fil-Pakkett ta' Data Ġeoloġika (Pakiet danych geologicznych), li huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent (www.mos.gov.pl) u mingħand

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi]

Ministerstwo Środowiska [Ministeru għall-Ambjent]

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa/Warsaw,

POLSKA/POLAND

Tel. +48 223692449; Fax +48 223692460

ANNESS

FTEHIM

li jistabbilixxi d-drittijiet ta' użufrutt minerarju għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Konin”, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”

konkluż f'Varsavja nhar … bejn:

it-Teżor tal-Istat, irrappreżentat mill-Ministru għall-Ambjent, li għalih u f'ismu s-Sur Mariusz Orion Jędrysek, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Ambjent u l-Kap Ġeologu tal-Polonja, jaġixxi skont il-prokura Nru 69 tat-12 ta' Ġunju 2017, minn hawn 'il quddiem “it-Teżor tal-Istat”,

kif ukoll

XXX, bl-uffiċċju rreġistrat fi: … (indirizz sħiħ), irreġistrat … bin-Nru KRS (ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali) …, kapital azzjonarju …, irrappreżentat minn …, minn hawn 'il quddiem “id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju”,

minn hawn 'il quddiem imsejħa individwalment kull wieħed bħala “Parti” jew b'mod konġunt bħala “il-Partijiet”,

li jgħid dan li ġej:

Taqsima 1

1.

It-Teżor tal-Istat, bħala s-sid esklużiv tas-substrata tal-wiċċ tad-Dinja li tkopri ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet ta' Koło, Kościelec, Osiek Mały, Kazimierz Biskupi, Kramsk, Krzymów, Rzgów, Skulsk, Stare Miasto, Wierzbinek, Wilczyn, Orchowo, Ostrowite, Powidz, Słupca u Władysławów, il-muniċipalitajiet urbani/rurali ta' Golina, Kleczew, Sompolno u Ślesin, u l-belt ta' Konin fil-Provinċja ta' Wielkopolskie, u l-muniċipalità ta' Jeziora Wielkie u l-muniċipalità urbana/rurali ta' Piotrków Kujawski fil-Provinċja ta' Kujawsko-Pomorskie, li l-konfini tagħha huma ddefiniti mil-linji li jgħaqqdu l-punti (1) sa (55) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta' koordinati PL-1992:

Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

515 069,73

460 758,48

2

505 767,09

460 565,18

3

502 776,43

462 823,39

4

502 723,58

462 657,47

5

502 446,74

462 504,16

6

502 230,96

462 445,82

7

502 248,18

463 222,26

8

498 777,52

465 842,91

9

491 508,73

465 830,81

10

491 742,58

464 701,41

11

491 801,77

462 529,31

12

491 268,31

460 812,82

13

489 774,78

461 013,24

14

490 366,34

462 408,58

15

488 859,35

465 826,40

16

477 036,23

465 806,72

17

474 238,23

465 787,33

18

474 713,84

464 525,73

19

475 455,53

463 034,92

20

475 615,88

461 207,31

21

475 688,18

460 217,04

22

474 466,38

459 804,48

23

472 819,51

461 806,86

24

472 276,86

461 805,14

25

471 552,54

461 936,38

26

470 561,66

463 335,51

27

471 558,23

465 111,74

28

471 970,84

465 771,61

29

468 693,01

465 748,89

30

468 692,97

465 748,89

31

487 544,58

431 628,47

32

515 376,16

432 138,19

Eskluża żona, li l-konfini tagħha huma ddefiniti mill-koordinati li ġejjin:

Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

33

491 907,23

436 687,88

34

490 066,04

439 660,33

35

491 866,69

439 686,06

36

492 438,87

441 691,27

37

492 511,46

443 692,21

38

493 442,35

445 528,26

39

494 722,64

445 680,56

40

496 188,94

445 774,26

41

496 594,43

445 981,20

42

496 868,35

444 952,88

43

500 631,80

445 149,86

44

502 783,76

445 216,34

45

501 400,57

448 338,32

46

503 876,06

449 121,96

47

504 566,30

448 989,27

48

508 438,44

445 395,23

49

508 066,61

441 460,22

50

505 847,49

438 753,45

51

501 637,55

437 958,13

52

501 589,05

440 136,31

53

500 091,28

439 839,30

54

498 515,65

437 366,48

55

495 903,97

436 740,92

b'dan jistabbilixxi d-drittijiet ta' użufrutt minerarju għad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn fuq mil-limitu inferjuri tal-proprjetajiet tal-wiċċ u minn taħt f'fond ta' 6 500 m, sakemm id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Konin” fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż.

2.

Jekk il-kundizzjoni li tinkiseb il-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi skont il-ftehim għandhom jiskadu.

3.

Fi ħdan iż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista':

1.

f'formazzjonijiet Ġurassiċi u Kretaċej Inferjuri, iwettaq attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;

2.

fil-bqija taż-żona, iwettaq operazzjonijiet u attivitajiet li huma meħtieġa sabiex jinkiseb aċċess għall-formazzjonijiet Ġurassiċi u Kretaċej Inferjuri.

4.

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta' 1 034,29 km2.

5.

Id-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f'dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b'mod partikolari l-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2017, il-punt 2126, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan.

Taqsima 2

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jiddikjara li huwa ma joġġezzjonax għall-istatus legali u fattwali tas-suġġett tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju.

Taqsima 3

1.

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.

2.

Id-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta' 30 sena, inklużi ħames snin għall-fażi ta' prospettar u ta' esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi ta' estrazzjoni, soġġett għat-Taqsimiet 8(2) u 10.

3.

Id-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, tkun xi tkun ir-raġuni.

Taqsima 4

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor tal-Istat bil-miktub dwar kwalunkwe bidliet li jwasslu għal bidla fl-isem, fl-uffiċċju rreġistrat u fl-indirizz jew fil-forma ta' organizzazzjoni, bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, fit-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra permezz tal-operat tal-liġi, fil-preżentazzjoni ta' petizzjoni ta' falliment, fid-dikjarazzjoni ta' falliment jew fil-bidu ta' proċedimenti ta' ristrutturar. It-Teżor tal-Istat jista' jesiġi li jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji f'każijiet bħal dawn. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq.

Taqsima 5

Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' partijiet terzi, b'mod partikolari s-sidien tal-art, u mhux se jeħles lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b'mod partikolari dawk dwar il-prospettar u l-esplorazzjoni tal-minerali u l-protezzjoni u l-użu tar-riżorsi ambjentali.

Taqsima 6

It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li fiż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) jistabbilixxi drittijiet ta' użufrutt minerarju bl-għan li jitwettqu attivitajiet minbarra dawk speċifikati fil-Ftehim, b'mod li ma jiksirx id-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju.

Taqsima 7

1.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttiv):

(a)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(b)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(c)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(d)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(e)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

2.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta' użufrutt minerarju taqa' bejn l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta' Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għal indiċjar skont il-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju m'għandux iħallasha qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.

3.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta' qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun inqas minn jew ugwali għal żero, m'għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.

4.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa tkun taqa' fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa m'għandhiex tiġi indiċjata.

5.

Jekk il-Ftehim ġie konkluż u daħal fis-seħħ fis-sena ta' qabel is-sena li fiha taqa' d-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa m'għandhiex tiġi indiċjata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.

6.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jitlef id-drittijiet ta' użufrutt minerarju stabbiliti skont il-Ftehim qabel il-limitu ta' żmien speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jintalab iħallas it-tariffa għas-sena sħiħa ta' użufrutt li fiha ntilfu dawn id-drittijiet. Jekk, madankollu, id-drittijiet ta' użufrutt minerarju jintilfu minħabba li l-konċessjoni tiġi rtirata jew minħabba r-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjata skont il-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). Il-ħlas tat-tariffa għandu jsir fi żmien 30 jum mid-data li fiha ntilfu d-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju. It-telf tad-drittijiet ta' użufrutt m'għandux jeħles lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju, b'mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.

7.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ambjent fil-fergħa ta' Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, li jinkludi din il-komunikazzjoni dwar it-trasferiment: “Stabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju b'rabta mal-għoti ta' konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Konin””.

Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor tal-Istat.

8.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 m'għandhiex tkun soġġetta għat-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata b'tali mod li l-attivitajiet li huma s-suġġett ta' dan il-Ftehim jiġu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel b'tali mod li dawn l-attivitajiet jiġu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.

9.

It-Teżor tal-Istat għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.

10.

It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandha titħallas lit-Teżor tal-Istat irrispettivament mid-dħul li d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jaqla' mill-użu ta' dawn id-drittijiet.

11.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jibgħat lit-Teżor tal-Istat, fi żmien sebat ijiem mid-data tal-ħlas, kopji ta' provi tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju.

Taqsima 8

1.

Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikseb deċiżjoni ta' investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta' dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena ta' użufrutt minerarju matul il-fażi tal-estrazzjoni.

2.

Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni ta' investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandhom jiskadu.

Taqsima 9

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista' jeżerċita d-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jkun kiseb il-kunsens bil-miktub mit-Teżor tal-Istat.

Taqsima 10

1.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor tal-Istat jista', soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b'effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jkun intitolat għal kwalunkwe pretensjoni ta' proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jkun kiser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.

2.

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafi 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat penali kuntrattwali ta' 25 % tat-tariffa għall-perjodu kollu kemm tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' użufrutt minerarju, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjata skont it-Taqsima 7(3).

3.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju idewwem il-ħlas tat-tariffa b'aktar minn sebat ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor tal-Istat għandu jitlob lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jħallas it-tariffa pendenti fi żmien sebat ijiem mill-wasla tat-talba, u fin-nuqqas ta' dan il-Ftehim jiġi tterminat b'effett immedjat.

4.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jonqos milli jgħarraf lit-Teżor bl-avvenimenti msemmija fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor tal-Istat jista' jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju penali kuntrattwali ta' 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha ta' prospettar u esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju għal kull każ ta' nuqqas li tiġi pprovduta informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parti minnu, soġġett għal avviż ta' 30 jum, effettiv fit-tmiem tax-xahar kalendarju.

5.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data tal-iskadenza, l-irtirar jew l-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.

6.

Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx it-terminazzjoni tkun invalida.

7.

Il-Partijiet jaqblu li jekk it-Teżor tal-Istat jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju msemmija fit-Taqsima 7(1) m'għandhiex tiġi rimborżata.

8.

It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont ta' penali kuntrattwali f'termini ġenerali jekk l-ammont ta' ħsara mġarrab mit-Teżor tal-Istat jeċċedi l-penali kuntrattwali.

Taqsima 11

1.

Il-Partijiet ipprovdew dawn id-dettalji ta' kuntatt għal kwalunkwe korrispondenza:

1.

It-Teżor tal-Istat:

Ministerstwo Środowiska (Il-Ministeru għall-Ambjent), ul. Wawelska 52/54, 00922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/POLAND

2.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju:

(indirizz).

2.

Il-Partijiet huma obbligati li jinfurmaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fid-dettalji ta' kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din m'għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta fuq id-dettalji ta' kuntatt ta' xi Parti pprovduti l-aktar reċentement għandha titqies li tkun ġiet effettivament innotifikata lill-Parti l-oħra.

3.

Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra b'korrispondenza personalment, permezz ta' courier jew permezz ta' ittra rreġistrata billi tuża d-dettalji ta' kuntatt pprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.

4.

Ittri rreġistrati mibgħuta fuq l-indirizz ta' Parti pprovdut l-aktar reċentement u rritornati mill-uffiċċju postali jew mis-servizz ta' courier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin għandhom jiġu ttrattati bħala li ġew innotifikati lilu b'mod validu ladarba jkunu għaddew erbatax-il jum mill-ewwel tentattiv ta' konsenja.

Taqsima 12

1.

Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għal nuqqas ta' konformità mal-obbligi skont dan il-Ftehim li jirriżultaw minn force majeure jekk ikun jista' jiġi ppruvat li l-ħsara kkawżata minn force majeure kellha influwenza fuq in-nuqqas ta' konformità mal-obbligi. “Force majeure” għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux jipprevedu jew jevitaw, li jagħmilha impossibbli sabiex il-Ftehim jiġi implimentat b'mod sħiħ, parzjalment, b'mod permanenti jew għal perjodu speċifiku, li Parti ma setgħetx tikkontrobilanċja permezz tal-eżerċitar tad-diliġenza dovuta u li ma jirriżultax minn żball jew negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.

2.

F'każ ta' force majeure, il-Partijiet għandhom immedjatament jagħmlu kull sforz biex jiftiehmu dwar x'azzjoni għandhom jieħdu.

Taqsima 13

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista' japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, kollu jew parti minnu, u għandu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta' dan, l-applikazzjoni tkun invalida.

Taqsima 14

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju m'għandux ikun intitolat li jagħmel kwalunkwe pretensjoni kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju.

Taqsima 15

Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha l-ġuriżdizzjoni ġeografika tas-sede tat-Teżor tal-Istat.

Taqsima 16

Dan il-Ftehim għandu jiġi rregolat skont il-liġi Pollakka, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.

Taqsima 17

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jġarrab l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.

Taqsima 18

L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx ikunu invalidi.

Taqsima 19

Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja għad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju u żewġ kopji għall-Ministru għall-Ambjent).

It-Teżor tal-Istat

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju

19.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 105/51

Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni tal-idrokarburi

(2019/C 105/05)

Sejħa għall-offerti għal konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Błażowa”

TAQSIMA I: BAŻI LEGALI

1.

L-Artikolu 49h(2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2017, il-punt 2126, kif emendat)

2.

Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta' Lulju 2015 dwar offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u l-konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171)

3.

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni Speċjali bil-lingwa Pollakka: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262)

TAQSIMA II: ENTITÀ LI QED ISSEJJAĦ GĦALL-OFFERTI

Isem: Ministeru għall-Ambjent

Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/POLAND

Telefown: +48 223692449, Fax +48 223692460

Sit web: www.gov.pl/web/srodowisko

TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

1.   It-tip ta' attivitajiet li għalihom il-konċessjoni għandha tingħata

Konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Błażowa”, partijiet tal-blokok tal-konċessjoni Nri 416 u 417.

2.   Iż-żona li fiha l-attivitajiet għandhom jitwettqu

Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti huma ddefiniti permezz tal-linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta' koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

235 252,37

711 178,20

2

228 291,89

722 315,00

3

235 141,04

726 795,89

4

223 925,01

744 543,90

5

223 895,85

743 860,81

6

222 687,04

715 541,91

7

222 646,09

713 598,33

8

222 648,19

713 598,27

9

222 405,96

707 295,80

10

232 285,20

710 286,46

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti hija ta' 270,05 km2.

Iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti tinsab fil-muniċipalitajiet ta' Niebylec, Lubenia, Hyżne, Dynów, Domaradz, Nozdrzec, Dubiecko u Jawornik Polski, il-muniċipalitajiet urbani/rurali ta' Tyczyn u Błażowa u l-belt ta' Dynów fil-Provinċja ta' Podkarpackie.

L-għan tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu fil-formazzjonijiet Devonjani, Karboniferi, Triassiċi, Ġurassiċi, Kretaċej, Palaeoġeni u Neoġeni huwa d-dokumentazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt u l-gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq.

3.   Il-limitu ta' żmien, mhux anqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għas-sottomissjoni tal-offerti

L-offerti għandhom jiġu ppreżentati fil-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Ambjent mhux aktar tard minn 12:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta' 121 jum li jibda l-għada tad-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerti, inklużi l-kriterji tal-evalwazzjoni tal-offerti u l-ispeċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49k tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2011 huma ssodisfati

L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta' proċedura ta' kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, indipendentement, jew bħala l-operatur jekk bosta entitajiet qed japplikaw b'mod konġunt għall-konċessjoni.

L-offerti li jaslu se jiġu evalwati mill-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

30 %

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta rispettivament mal-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi se jitwettqu, u b'mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta' finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

25 %

il-kapaċitajiet tekniċi rispettivament għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b'mod partikolari d-disponibbiltà tal-potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani xieraq (inkluż 5 % għall-kollaborazzjoni, fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, flimkien ma' korpi xjentifiċi li jwettqu r-riċerka fil-ġeoloġija tal-Polonja, u ta' għodod, teknoloġiji u metodi analitiċi għall-prospettar ta' depożiti tal-idrokarburi li jqisu l-ispeċifiċità tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi Pollakki u li jistgħu jiġu applikati f'dawk il-kundizzjonijiet);

20 %

l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni proposti;

10 %

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta' operazzjoni sigura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

10 %

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni, bl-użu ta' elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett;

5 %

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta' kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir.

Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess riżultat, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju dovuti matul il-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni se jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

5.   L-ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika

Data ta' konċessjoni

l-isem taż-żona: Błażowa

post: fuq l-art; il-blokok ta' konċessjoni 416 u 417

Tip ta' depożitu

depożiti konvenzjonali taż-żejt u l-gass naturali

Livelli strutturali

Karpażjan-Stebnik (flysch)

Paleoġene - Mijoċene

Paleożojku-Mesożojku

Prekambrijan

Sistemi tal-petroleum

I – sistema żviluppata fil-flysch tal-Iskole Nappe;

II – sistema Mijoċena awtoktona fl-Antifossa Karpazjana taħt l-Iskole Nappe;

III – sistema ta' taħt l-art Paleożojka-Mesożojka.

Blat tas-sors

I – shales tal-Ispas, sodod sedimentarji ta' Inoċeramus, shales ta' Menilit;

II – blat klastiku ta' grana fina tal-Badenjan Superjuri u tas-Sarmatjan Inferjuri;

III – blat klastiku ta' grana fina Ordoviċjan u Silurjan, blat klastiku tad-Devonjan Inferjuri, blat klastiku karbonat tad-Devonjan tan-Nofs.

Blat tar-riżerva naturali

I – blat ramli ta' Kuźmiński, sodod sedimentarji ta' Inoċeramus, blat ramli ta' Kliwa;

II – blat ramli u ramel tal-Badenjan Superjuri u s-Sarmatjan Inferjuri;

III – blat ramli tal-Prekambrijan, blat karbonat tad-Devonjan tan-Nofs, tad-Devonjan Superjuri, tal-Karboniferu Inferjuri u tal-Ġurassiku Superjuri.

Blat ta' kopertura

I – formazzjonijiet ta' flysch klastiku bi grana fina: shales tal-Ispas; sodod sedimentarji ta' Inoċeramus; sodod sedimentarji ġeroglifiċi, shales varjegati, sodod sedimentarji ta' Menilit, sodod sedimentarji ta' Krosno;

II – blat tafli fis-suċċessjonijiet Mijoċeni, blat tal-Unità ta' Stebnik jew is-suċċessjonijiet flysch tal-Unita ta' Skole 'l fuq mill-istrati Mijoċeni awtoktoni

III – sedimenti klastiċi ta' grana fina Ordoviċjani u Silurjani għad-depożiti Prekambrijani ipotetiċi; Blat ta' Culm, tat-Trijassiku, tal-Ġurassiku u blat awtoktonu tal-Mijoċene u serje ta' blat ta' Skole Nappe għal depożiti Devonjani u Karboniferi.

Ħxuna tal-overburden

I – 0 - 2 500 m

II – 2 250 - 4 550 m

III – 3 450 - 5 200 m

Tip ta' nassa

I – strutturali jew strutturali-litoloġika

II – strutturali jew stratigrafika

III – strutturali jew stratigrafika

Depożiti identifikati fil-viċinanza (NG – gass naturali; O – żejt)

Zalesie (NG) - produzzjoni fl-2016: 151 520 000 m3, riżervi u riżorsi fl-2016: 2 028 270 000 m3, riżorsi industrijali fl-2016: 280 830 000 m3

Nosówka (O) - produzzjoni fl-2016: 4 070 tunnellata, riżervi u riżorsi fl-2016: l-ebda, riżorsi industrijali fl-2016: 280 830 tunnellata

Nosówka (NG) - produzzjoni fl-2016: 8 890 000 m3, riżervi u riżorsi fl-2016: 385 290 000 m3, riżorsi industrijali fl-2016: 157 200 000 m3

Jodłówka (NG) - produzzjoni fl-2016: 7 390 000 m3, riżervi u riżorsi fl-2016: 975 110 000 m3, riżorsi industrijali fl-2016: 64 320 000 m3

Rączyna (NG) - produzzjoni fl-2016: 10 000 m3, riżervi u riżorsi fl-2016: 228 530 000 m3, riżorsi industrijali fl-2016: 120 460 000 m3

Husów-Albigowa-Krasne (NG) - produzzjoni fl-2016: 18 160 000 m3, riżervi u riżorsi fl-2016: 1 506 540 000 m3, riżorsi industrijali fl-2016: 373 840 000 m3

Stħarriġiet sismiċi kompluti (id-detentur tad-drittijiet)

1977-1986 Błażowa-Bircza 2D (Teżor tal-Istat)

1982 Rzeszów-Zalesie 2D (Teżor tal-Istat)

1990 Błażowa-Leszczyny 2D (PGNiG S.A.)

1991 Dębica-Sędziszów-Rzeszów 2D (PGNiG S.A.)

1991-1995 Zalesie-Jodłówka-Skopów 2D + 1997 riproċessar (PGNiG S.A.)

2004 Babica-Niebylec 2D (PGNiG S.A.)

2012 Błażowa-Dynów 2D (PGNiG S.A.)

Bjar ta' referenza (MD)

bjar ta' referenza:

Szklary IG-1 (1 152 m)

Dynów 1 (4 281 m)

Żyznów 4 (1 400 m)

Żyznów 5 (1 405 m)

bjar ta' korrelazzjoni:

Bachórzec 1 (4 093 m)

Babica IG-1 (3 426,1 m)

Drohobyczka 1 (4 104,5 m)

Drohobyczka 3 (3 900 m)

Hadle Szklarskie 1 (3 277 m)

Hermanowa 1 (5 092 m)

Kielnarowa 1 (3 611,5 m)

6.   Id-data tal-bidu tal-attivitajiet

L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni se jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni ssir finali.

7.   L-ambitu minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni

Il-programm minimu ta' xogħlijiet ġeoloġiċi proposti għall-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni jinkludi:

Fażi I (24-il xahar): l-analiżi u l-interpretazzjoni tad-data arkivjali ġeoloġika jew it-twettiq ta' stħarriġiet ġeofiżiċi – test sismiku 2D (linja ta' eċitazzjoni ta' 50 km) jew test sismiku 3D (erja ta' eċitazzjoni ta' 25 km2);

Fażi II (24 xahar): it-tħaffir ta' bir ta' esplorazzjoni wieħed (1) sa fond massimu ta' 6 500 m, bit-teħid obbligatorju ta' kampjuni ċilindriċi bit-tħaffir ta' intervalli prospettivi;

Fażi IV (12-il xahar): l-analiżi tad-data ġeoloġika miksuba.

8.   Il-perjodu li għalih il-konċessjoni għandha tingħata

Il-perjodu ta' konċessjoni huwa ta' 30 snin, u jinkludi:

fażi ta' prospettar u ta' esplorazzjoni li ddum ħames snin, li tibda mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni;

fażi ta' estrazzjoni li ddum 25 sena, li tibda mid-data li fiha tinkiseb deċiżjoni dwar l-investiment.

9.   Il-kondizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u għall-iżgurar tas-sikurezza pubblika, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni ambjentali u l-ġestjoni razzjonali ta' depożiti

L-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-konċessjoni m'għandhiex tikser id-drittijiet tas-sidien tal-art u ma teliminax il-ħtieġa li jikkonformaw ma' rekwiżiti oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b'mod partikolari l-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, u mar-rekwiżiti dwar il-ġestjoni tat-territorju, il-ħarsien tal-ambjent, l-art agrikola u l-foresti, in-natura, l-ilmijiet u l-iskart.

10.   Il-mudell tal-ftehim dwar l-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju

Il-mudell tal-ftehim huwa mehmuż bħala anness għal dan id-dokument.

11.   L-informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju

L-ammont minimu ta' remunerazzjoni għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju għaż-żona “Błażowa” matul il-perjodu bażi ta' ħames snin huwa ta' PLN 59 127,45 (fi kliem: disgħa u ħamsin elf, mija u sebgħa u għoxrin zloty u ħamsa u erbgħin grosz) fis-sena. It-tariffa annwali għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju għall-finijiet tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' minerali hija indiċizzata mal-indiċijiet tal-prezzijiet annwali medji tal-konsumatur stabbiliti b'mod kumulattiv għall-perjodu mill-konklużjoni tal-ftehim sas-sena ta' qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali Pollakka (Monitor Polski) (l-Artikolu 49h(3)(12) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni).

12.   L-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-offerti u d-dokumenti meħtieġa mingħand l-offerenti

1.

L-offerti għandhom jispeċifikaw:

1)

l-isem (l-isem kummerċjali) u l-uffiċċju reġistrat tal-offerent;

2)

is-suġġett tal-offerta, flimkien ma' deskrizzjoni li tispeċifika ż-żona li fiha għandha tingħata konċessjoni u għandhom jiġu stabbiliti drittijiet ta' użufrutt minerarju;

3)

il-perjodu li għalih se tingħata l-konċessjoni, it-tul ta' żmien tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni u d-data tal-bidu tal-attivitajiet;

4)

l-għan, l-ambitu u n-natura tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni, u informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li għandhom jitwettqu biex jinkiseb l-għan intenzjonat u t-teknoloġiji li għandhom jintużaw;

5)

skeda, imqassma fi snin, għax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, u l-ambitu ta' tali xogħlijiet;

6)

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta' kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir, kif imsemmi fl-Artikolu 82(2)(2) tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

7)

id-drittijiet miżmuma mill-offerent għall-proprjetà reali (iż-żona) li fiha l-attivitajiet intenzjonati għandhom jitwettqu, jew id-dritt għall-istabbiliment tagħhom li dik l-entità qed tapplika għalih;

8)

lista ta' żoni koperti minn skemi ta' konservazzjoni tan-natura; dan ir-rekwiżit ma jikkonċernax proġetti li għalihom hija meħtieġa deċiżjoni dwar il-kondizzjonijiet ambjentali;

9)

il-mod kif l-impatti ambjentali negattivi tal-attivitajiet intenzjonati għandhom jiġu kkontrobilanċjati;

10)

l-ambitu tal-informazzjoni ġeoloġika disponibbli lill-offerent;

11)

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta' operazzjoni sikura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

12)

il-kapaċitajiet tekniċi għal, rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, u b'mod partikolari d-disponibilità ta' potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani xieraq;

13)

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta ma', rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi se jitwettqu, u b'mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta' finanzjament tal-attivitajiet intenzjonati, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

14)

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni;

15)

l-ammont propost tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju, li ma jkunx inqas mill-ammont speċifikat fl-avviż tat-tnedija tal-proċedura tal-offerti;

16)

il-forma proposta li tipprovdi s-sigurtà, kif imsemmi fl-Artikolu 49x(4) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

17)

jekk offerta tiġi ppreżentata b'mod konġunt minn diversi entitajiet, din għandha barra minn hekk tispeċifika:

(a)

l-ismijiet (l-ismijiet kummerċjali) u l-uffiċċji reġistrati tal-entitajiet kollha li jissottomettu l-offerta;

(b)

l-operatur;

(c)

il-perċentwal tal-ishma fil-kostijiet tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, proposti fil-ftehim ta' kooperazzjoni.

2.

L-offerti sottomessi fi proċedura tal-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stipulati fl-avviż tat-tnedija ta' dik il-proċedura tal-offerti.

3.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża mal-offerti:

1)

prova tal-eżistenza taċ-ċirkustanzi deskritti fl-offerta, b'mod partikolari siltiet mir-reġistri rilevanti;

2)

prova li jkun ġie ddepożitat id-depożitu;

3)

kopja tad-deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta' proċedura ta' kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

4)

annessi grafiċi ppreparati skont ir-rekwiżiti dwar il-mapep tal-estrazzjoni, li jindikaw il-fruntieri amministrattivi tal-pajjiż;

5)

garanziji bil-miktub li jagħmlu disponibbli r-riżorsi tekniċi lill-entità li tieħu sehem fil-proċedura tal-offerti jekk jintużaw riżorsi tekniċi ta' entitajiet oħra fl-implimentazzjoni tal-konċessjoni;

6)

żewġ kopji tal-fajl tal-proġett tal-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

4.

L-offerenti jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess, jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom.

5.

Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji veri ċċertifikati ta' dokumenti oriġinali kif previst fil-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta' dokumenti li għandhom jiġu mehmuża ma' offerti u li nħolqu mill-awtorità tal-konċessjoni.

6.

Dokumenti mfassla b'lingwa barranija għandhom jiġu sottomessi flimkien ma' traduzzjoni fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat.

7.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi f'envelop issiġillat jew f'pakkett issiġillat li jkollu l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti.

8.

Offerti sottomessi wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-offerti se jiġu rritornati lill-offerenti mingħajr ma jinfetħu.

13   L-informazzjoni li tikkonċerna l-mod tal-preżentazzjoni ta' depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas

L-offerenti huma mitluba jiddepożitaw depożitu ta' PLN 1 000 (fi kliem: elf zloty) qabel l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-offerti.

TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

IV.1)   Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti

Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti jinħatar bħala l-awtorità ta' konċessjoni għall-iskop li jwettaq il-proċedura tal-offerti u biex tintgħażel l-aktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta' proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta' Lulju 2015 dwar proċeduri tal-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta' idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti jissottometti rapport dwar il-proċedura tal-offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni tagħha. Flimkien ma' offerti u d-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħra li jissottomettu offerti.

IV.2)   Kjarifiki oħra

Fi żmien 14-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista' titlob lill-awtorità tal-konċessjoni tipprovdi spjegazzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet iddettaljati tal-offerti. Fi żmien 14-il jum minn meta tirċievi t-talba, l-awtorità tal-konċessjoni se tippubblika l-ispjegazzjonijiet fil-Bullettin tal-Informazzjoni Pubblika (Biuletyn Informacji Publicznej), fil-paġna tal-uffiċċju amministrattiv subordinat għal dik l-awtorità.

IV.3)   Informazzjoni addizzjonali

L-informazzjoni kollha dwar iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti li ġiet ikkompilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fil-Pakkett ta' Data Ġeoloġika (Pakiet danych geologicznych), li huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent (www.mos.gov.pl) u mingħand

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi]

Ministeru għall-Ambjent

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/POLAND

Telefown: +48 223692449; Fax: +48 223692460

ANNESS

FTEHIM

li jistabbilixxi d-drittijiet ta' użufrutt minerarju għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Błażowa”, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”

konkluż f'Varsavja nhar … bejn:

it-Teżor tal-Istat, irrappreżentat mill-Ministru għall-Ambjent, li għalih u f'ismu s-Sur Mariusz Orion Jędrysek, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Ambjent u l-Kap Ġeologu tal-Polonja, jaġixxi skont il-prokura Nru 69 tat-12 ta' Ġunju 2017, minn hawn 'il quddiem “it-Teżor tal-Istat”,

kif ukoll

XXX, bl-uffiċċju rreġistrat fi: … (indirizz sħiħ), irreġistrat … bin-Nru KRS (ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali) …, kapital azzjonarju …, irrappreżentat minn …, minn hawn 'il quddiem “id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju”,

minn hawn 'il quddiem imsejħa individwalment kull wieħed bħala “Parti” jew b'mod konġunt bħala “il-Partijiet”,

li jgħid dan li ġej:

Taqsima 1

1.

It-Teżor tal-Istat, bħala s-sid esklużiv tas-substrata tal-wiċċ tad-Dinja li tkopri ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet ta' Niebylec, Lubenia, Hyżne, Dynów, Domaradz, Nozdrzec, Dubiecko u Jawornik Polski u l-muniċipalitajiet urbani/rurali ta' Tyczyn u Błażowa u l-belt ta' Dynów fil-Provinċja ta' Podkarpackie, li l-konfini tagħha huma ddefiniti mil-linji li jgħaqqdu l-punti (1) sa (10) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta' koordinati PL-1992:

Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

235 252,37

711 178,20

2

228 291,89

722 315,00

3

235 141,04

726 795,89

4

223 925,01

744 543,90

5

223 895,85

743 860,81

6

222 687,04

715 541,91

7

222 646,09

713 598,33

8

222 648,19

713 598,27

9

222 405,96

707 295,80

10

232 285,20

710 286,46

b'dan jistabbilixxi d-drittijiet ta' użufrutt minerarju għad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn fuq mil-limitu inferjuri tal-proprjetajiet tal-wiċċ u minn taħt f'fond ta' 6 500 m, sakemm id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Błażowa” fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż.

2.

Jekk il-kundizzjoni li tinkiseb il-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi skont il-ftehim għandhom jiskadu.

3.

Fi ħdan iż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista':

1.

f'formazzjonijiet Devonjani, Karboniferi, Triassiċi, Ġurassiċi, Kretaċej, Palaeoġeni u Neoġeni, iwettaq attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;

2.

fil-bqija taż-żona, iwettaq operazzjonijiet u attivitajiet li huma meħtieġa sabiex jinkiseb aċċess għall-formazzjonijiet Devonjani, Karboniferi, Triassiċi, Ġurassiċi, Kretaċej, Palaeoġeni u Neoġeni.

4.

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta' 270,05 km2.

5.

Id-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f'dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b'mod partikolari l-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2017, il-punt 2126, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan.

Taqsima 2

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jiddikjara li huwa ma joġġezzjonax għall-istatus legali u fattwali tas-suġġett tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju.

Taqsima 3

1.

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.

2.

Id-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta' 30 sena, inklużi ħames snin għall-fażi ta' prospettar u ta' esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi ta' estrazzjoni, soġġett għat-Taqsimiet 8(2) u 10.

3.

Id-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, tkun xi tkun ir-raġuni.

Taqsima 4

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor tal-Istat bil-miktub dwar kwalunkwe bidliet li jwasslu għal bidla fl-isem, fl-uffiċċju rreġistrat u fl-indirizz jew fil-forma ta' organizzazzjoni, bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, fit-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra permezz tal-operat tal-liġi, fil-preżentazzjoni ta' petizzjoni ta' falliment, fid-dikjarazzjoni ta' falliment jew fil-bidu ta' proċedimenti ta' ristrutturar. It-Teżor tal-Istat jista' jesiġi li jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji f'każijiet bħal dawn. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq.

Taqsima 5

Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' partijiet terzi, b'mod partikolari s-sidien tal-art, u mhux se jeħles lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b'mod partikolari dawk dwar il-prospettar u l-esplorazzjoni tal-minerali u l-protezzjoni u l-użu tar-riżorsi ambjentali.

Taqsima 6

It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li fiż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) jistabbilixxi drittijiet ta' użufrutt minerarju bl-għan li jitwettqu attivitajiet minbarra dawk speċifikati fil-Ftehim, b'mod li ma jiksirx id-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju.

Taqsima 7

1.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttiv):

(a)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(b)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(c)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(d)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(e)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju,

soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

2.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta' użufrutt minerarju taqa' bejn l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta' Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għal indiċjar skont il-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju m'għandux iħallasha qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.

3.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta' qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun inqas minn jew ugwali għal żero, m'għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.

4.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa tkun taqa' fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa m'għandhiex tiġi indiċjata.

5.

Jekk il-Ftehim ġie konkluż u daħal fis-seħħ fis-sena ta' qabel is-sena li fiha taqa' d-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa m'għandhiex tiġi indiċjata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.

6.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jitlef id-drittijiet ta' użufrutt minerarju stabbiliti skont il-Ftehim qabel il-limitu ta' żmien speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jintalab iħallas it-tariffa għas-sena sħiħa ta' użufrutt li fiha ntilfu dawn id-drittijiet. Jekk, madankollu, id-drittijiet ta' użufrutt minerarju jintilfu minħabba li l-konċessjoni tiġi rtirata jew minħabba r-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjata skont il-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). Il-ħlas tat-tariffa għandu jsir fi żmien 30 jum mid-data li fiha ntilfu d-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju. It-telf tad-drittijiet ta' użufrutt m'għandux jeħles lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju, b'mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.

7.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ambjent fil-fergħa ta' Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, li jinkludi din il-komunikazzjoni dwar it-trasferiment: “Stabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju b'rabta mal-għoti ta' konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Błażowa””.

Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor tal-Istat.

8.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 m'għandhiex tkun soġġetta għat-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata b'tali mod li l-attivitajiet li huma s-suġġett ta' dan il-Ftehim jiġu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel b'tali mod li dawn l-attivitajiet jiġu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.

9.

It-Teżor tal-Istat għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.

10.

It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandha titħallas lit-Teżor tal-Istat irrispettivament mid-dħul li d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jaqla' mill-użu ta' dawn id-drittijiet.

11.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jibgħat lit-Teżor tal-Istat, fi żmien sebat ijiem mid-data tal-ħlas, kopji ta' provi tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju.

Taqsima 8

1.

Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikseb deċiżjoni ta' investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta' dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena ta' użufrutt minerarju matul il-fażi tal-estrazzjoni.

2.

Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni ta' investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandhom jiskadu.

Taqsima 9

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista' jeżerċita d-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jkun kiseb il-kunsens bil-miktub mit-Teżor tal-Istat.

Taqsima 10

1.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor tal-Istat jista', soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b'effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jkun intitolat għal kwalunkwe pretensjoni ta' proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jkun kiser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.

2.

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafi 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat penali kuntrattwali ta' 25 % tat-tariffa għall-perjodu kollu kemm tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' użufrutt minerarju, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjata skont it-Taqsima 7(3).

3.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju idewwem il-ħlas tat-tariffa b'aktar minn sebat ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor tal-Istat għandu jitlob lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jħallas it-tariffa pendenti fi żmien sebat ijiem mill-wasla tat-talba, u fin-nuqqas ta' dan il-Ftehim jiġi tterminat b'effett immedjat.

4.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jonqos milli jgħarraf lit-Teżor bl-avvenimenti msemmija fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor tal-Istat jista' jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju penali kuntrattwali ta' 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha ta' prospettar u esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju għal kull każ ta' nuqqas li tiġi pprovduta informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parti minnu, soġġett għal avviż ta' 30 jum, effettiv fit-tmiem tax-xahar kalendarju.

5.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data tal-iskadenza, l-irtirar jew l-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.

6.

Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx it-terminazzjoni tkun invalida.

7.

Il-Partijiet jaqblu li jekk it-Teżor tal-Istat jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju msemmija fit-Taqsima 7(1) m'għandhiex tiġi rimborżata.

8.

It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont ta' penali kuntrattwali f'termini ġenerali jekk l-ammont ta' ħsara mġarrab mit-Teżor tal-Istat jeċċedi l-penali kuntrattwali.

Taqsima 11

1.

Il-Partijiet ipprovdew dawn id-dettalji ta' kuntatt għal kwalunkwe korrispondenza:

1.

It-Teżor tal-Istat:

Ministerstwo Środowiska (Il-Ministeru għall-Ambjent), ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/POLAND;

2.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju:

(indirizz).

2.

Il-Partijiet huma obbligati li jinfurmaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fid-dettalji ta' kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din m'għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta fuq id-dettalji ta' kuntatt ta' xi Parti pprovduti l-aktar reċentement għandha titqies li tkun ġiet effettivament innotifikata lill-Parti l-oħra.

3.

Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra b'korrispondenza personalment, permezz ta' courier jew permezz ta' ittra rreġistrata billi tuża d-dettalji ta' kuntatt pprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.

4.

Ittri rreġistrati mibgħuta fuq l-indirizz ta' Parti pprovdut l-aktar reċentement u rritornati mill-uffiċċju postali jew mis-servizz ta' courier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin għandhom jiġu ttrattati bħala li ġew innotifikati lilu b'mod validu ladarba jkunu għaddew erbatax-il jum mill-ewwel tentattiv ta' konsenja.

Taqsima 12

1.

Il-Partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għal nuqqas ta' konformità mal-obbligi skont dan il-Ftehim li jirriżultaw minn force majeure jekk ikun jista' jiġi ppruvat li l-ħsara kkawżata minn force majeure kellha influwenza fuq in-nuqqas ta' konformità mal-obbligi. “Force majeure” għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux jipprevedu jew jevitaw, li jagħmilha impossibbli sabiex il-Ftehim jiġi implimentat b'mod sħiħ, parzjalment, b'mod permanenti jew għal perjodu speċifiku, li Parti ma setgħetx tikkontrobilanċja permezz tal-eżerċitar tad-diliġenza dovuta u li ma jirriżultax minn żball jew negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.

2.

F'każ ta' force majeure, il-Partijiet għandhom immedjatament jagħmlu kull sforz biex jiftiehmu dwar x'azzjoni għandhom jieħdu.

Taqsima 13

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista' japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, kollu jew parti minnu, u għandu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta' dan, l-applikazzjoni tkun invalida.

Taqsima 14

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju m'għandux ikun intitolat li jagħmel kwalunkwe pretensjoni kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju.

Taqsima 15

Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha l-ġuriżdizzjoni ġeografika tas-sede tat-Teżor tal-Istat.

Taqsima 16

Dan il-Ftehim għandu jiġi rregolat skont il-liġi Pollakka, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.

Taqsima 17

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jġarrab l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.

Taqsima 18

L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx ikunu invalidi.

Taqsima 19

Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja għad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju u żewġ kopji għall-Ministru għall-Ambjent).

It-Teżor tal-Istat

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju

19.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 105/63

Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni tal-idrokarburi

(2019/C 105/06)

Sejħa għall-offerti għal konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Ryki”

TAQSIMA I: BAŻI LEGALI

1.

L-Artikolu 49h(2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2017, il-punt 2126, kif emendat)

2.

Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta' Lulju 2015 dwar offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u l-konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171)

3.

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni Speċjali bil-lingwa Pollakka: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262)

TAQSIMA II: ENTITÀ LI QED ISSEJJAĦ GĦALL-OFFERTI

Isem: Ministeru għall-Ambjent

Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/POLAND

Telefown: +48 223692449; faks: +48 223692460

Sit web: www.gov.pl/web/srodowisko

TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

1.   It-tip ta' attivitajiet li għalihom il-konċessjoni għandha tingħata

Konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Ryki”, partijiet tal-blokok tal-konċessjoni Nri 276, 277, 296 u 297

2.   Iż-żona li fiha l-attivitajiet għandhom jitwettqu

Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti huma ddefiniti permezz tal-linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta' koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

407 494,46

731 105,39

2

398 381,37

724 478,08

3

391 027,02

724 815,79

4

398 721,51

708 533,60

5

406 938,85

691 560,89

6

417 513,16

683 035,52

7

420 895,35

682 945,76

8

420 925,35

682 944,96

9

421 010,20

685 294,80

10

420 923,26

685 271,71

11

420 469,35

685 725,44

12

420 460,44

686 189,02

13

419 968,31

687 320,49

14

419 554,49

687 716,99

15

419 553,99

688 409,45

16

420 317,35

689 664,43

17

420 580,60

689 659,36

18

421 133,16

688 618,60

19

421 361,48

694 639,27

20

424 645,99

692 342,61

21

435 143,76

691 942,04

22

435 481,97

700 604,25

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti hija ta' 1 047,73 km2.

Iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti tinsab fil-muniċipalitajiet

li ġejjin: Baranów, Końskowola, Markuszów, Kurów, Żyrzyn, Puławy, Kłoczew, Ułęź, Stężyca, Nowodwór, Abramów u Michów;

il-muniċipalitajiet urbani/rurali: Ryki u Nałęczów; il-bliet: Puławy u Dęblin fil-Provinċja ta' Lubelskie, u

il-muniċipalitajiet: Trojanów, Garbatka-Letnisko, Sieciechów u Gniewoszów;

il-muniċipalitajiet urbani/rurali: Kozienice fil-Provinċja ta' Mazowieckie.

L-għan tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu fil-formazzjonijiet Devonjani u Karboniferużi, huwa d-dokumentazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt u l-gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq.

3.   Il-limitu ta' żmien, mhux anqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għas-sottomissjoni tal-offerti

L-offerti għandhom jiġu ppreżentati fil-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Ambjent mhux aktar tard minn 12:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta' 121 jum li jibda l-għada tad-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerti, inklużi l-kriterji tal-evalwazzjoni tal-offerti u l-ispeċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49k tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2011 huma ssodisfati

L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta' proċedura ta' kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, indipendentement, jew bħala l-operatur jekk bosta entitajiet qed japplikaw b'mod konġunt għall-konċessjoni.

L-offerti li jaslu se jiġu evalwati mill-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

30 %

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta rispettivament mal-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi se jitwettqu, u b'mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta' finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

25 %

il-kapaċitajiet tekniċi rispettivament għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b'mod partikolari d-disponibbiltà tal-potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani xieraq (inkluż 5 % għall-kollaborazzjoni, fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, flimkien ma' korpi xjentifiċi li jwettqu r-riċerka fil-ġeoloġija tal-Polonja, u ta' għodod, teknoloġiji u metodi analitiċi għall-prospettar ta' depożiti tal-idrokarburi li jqisu l-ispeċifiċità tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi Pollakki u li jistgħu jiġu applikati f'dawk il-kundizzjonijiet);

20 %

l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni proposti;

10 %

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta' operazzjoni sigura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

10 %

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni, bl-użu ta' elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett;

5 %

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta' kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir.

Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess riżultat, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju dovuti matul il-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni se jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

5.   L-ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika

Data ta' konċessjoni

l-isem taż-żona: Ryki

post: fuq l-art; il-blokok ta' konċessjoni 276, 277, 296 u 297

Tip ta' depożitu

depożiti konvenzjonali ta' gass naturali u żejt,

depożiti mhux konvenzjonali ta' gass naturali

Livelli strutturali

Ċenożojċi

Mesożojċi

Paleożojċi

Sistemi tal-petroleum

I – konvenzjonali, Paleożojku bikri (Devonjan + Karboniferu)

II – mhux konvenzjonali, Paleożojku (Devonjan)

Blat tas-sors

I – Devonjan (Frasnjan u Famennjan) blat tafli u blat tat-tajn u sedimenti taflin tal-blat tat-tajn Karboniferu

II – Franka tad-Devonjan Superjuri (Frasnjan)

Blat tar-riżerva naturali

I – Sedimenti klastiċi tal-Karboniferu Superjuri u blat ramli b'inklużjonijiet tal-blat tat-tajn tad-Devonjan Superjuri (Famennjan)

II – Franka tad-Devonjan Superjuri (Frasnjan)

Blat ta' kopertura

I – blat tat-tajn tafli, karbonat, marl u f'xi nħawi blat evaporitiku Devonjan u kumplessi Karboniferi ta' blat tat-tajn, blat ramli u blat tafli

II – Franka tad-Devonjan Superjuri (Frasnjan)

Ħxuna tal-overburden

minn 1 150 m fil-parti tax-Xlokk għal 1 500 m fil-parti tal-Majjistral

Tip ta' nassa

I – strutturali, stratigrafika, strutturali-stratigrafika

II – mhux konvenzjonali

Depożiti identifikati fil-viċinanza (NG – gass naturali; O – żejt)

Glinnik (O) - produzzjoni (2016): 280 tunnellata, riżervi u riżorsi (2016): 7 380 tunnellata, riżorsi industrijali (2016): 4 760 tunnellata;

Glinnik (NG assoċjat) — produzzjoni: 50 000 m3, riżervi u riżorsi: 590 000 m3, industrijali: 430 000 m3

Stężyca (NG) - produzzjoni (2016): 500 000 m3, riżervi u riżorsi (2016): 401 820 000 m3, industrijali (2016): 105 360 000 m3

Stħarriġiet sismiċi kompluti (id-detentur tad-drittijiet)

1974 Lublin Trough 2D (Teżor tal-Istat)

1979-1981, 1983-1986-1989 Tłuszcz-Dęblin-Lublin 2D (Teżor tal-Istat)

1985 Wilga-Abramów 2D (Teżor tal-Istat)

1989, 1991, 1993-1994 Tłuszcz-Dęblin-Lublin 2D (PGNiG)

1989-1992 Wilga-Abramów 2D (PGNiG)

1992, 1994, 1996 Żelechów-Radzyń Podlaski-Kock 2D (PGNiG)

1993 Żelechów-Radzyń Podlaski 2D (PGNiG)

1995–1997 Ryki-Żyrzyn 2D (PGNiG)

1995 Stężyca 3D (PGNiG)

1998 Radość-Zamość 2D (Apache)

1999 Rycice 2D (Apache)

2003-2004 Pionki-Kazimierz 2D (Teżor tal-Istat)

2003 Strych-Stężyca 2D (Teżor tal-Istat)

2004 Pionki-Kazimierz 3D (Teżor tal-Istat)

2005 Kock-Tarkawica 2D (Teżor tal-Istat)

2011 Czernic-Ryki 2D (PGNiG)

Bjar ta' referenza (MD)

bjar ta' referenza:

Abramów 1 (4 825,8 m)

Dęblin 8 (2 928,1 m)

bjar ta' korrelazzjoni:

Stężyca 1 (3 724 m)

6.   Id-data tal-bidu tal-attivitajiet

L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni se jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni ssir finali.

7.   L-ambitu minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni

Il-programm minimu ta' xogħlijiet ġeoloġiċi proposti għall-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni jinkludi:

Fażi I (12-il xahar): l-analiżi u l-interpretazzjoni tad-data ġeoloġika tal-arkivji;

Fażi II (12 xahar): l-eżekuzzjoni tal-isħarriġiet ġeofiżiċi - test sismiku 2D (linja ta' eċċitazzjoni ta' 100 km) jew test sismiku 3D (linja ta' eċċitazzjoni ta' 50 km2) jew it-tħaffir ta' borehole waħda sa fond massimu ta' 5 000 m, bit-teħid obbligatorju ta' kampjuni ċilindriċi f'intervalli prospettivi;

Fażi III (24 xahar): it-tħaffir ta' borehole waħda (1) sa fond massimu ta' 5 000 m, bit-teħid obbligatorju ta' kampjuni ċilindriċi bit-tħaffir ta' intervalli prospettivi;

Fażi IV (12-il xahar): l-analiżi tad-data ġeoloġika miksuba.

8.   Il-perjodu li għalih il-konċessjoni għandha tingħata

Il-perjodu ta' konċessjoni huwa ta' 30 snin, u jinkludi:

fażi ta' prospettar u ta' esplorazzjoni li ddum ħames snin, li tibda mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni;

fażi ta' estrazzjoni li ddum 25 sena, li tibda mid-data li fiha tinkiseb deċiżjoni dwar l-investiment.

9.   Il-kondizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u għall-iżgurar tas-sikurezza pubblika, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni ambjentali u l-ġestjoni razzjonali ta' depożiti

L-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-konċessjoni m'għandhiex tikser id-drittijiet tas-sidien tal-art u ma teliminax il-ħtieġa li jikkonformaw ma' rekwiżiti oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b'mod partikolari l-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, u mar-rekwiżiti dwar il-ġestjoni tat-territorju, il-ħarsien tal-ambjent, l-art agrikola u l-foresti, in-natura, l-ilmijiet u l-iskart.

10.   Il-mudell tal-ftehim dwar l-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju

Il-mudell tal-ftehim huwa mehmuż bħala anness għal dan id-dokument.

11.   L-informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju

L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju għaż-żona “Ryki” matul il-perjodu bażi ta' ħames snin huwa ta' PLN 229 400,48 (fi kliem: mitejn u disgħa u għoxrin elf, erba' mitt zloty u tmienja u erbgħin grosz) kull sena. It-tariffa annwali għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju għall-finijiet tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' minerali hija indiċizzata mal-indiċijiet tal-prezzijiet annwali medji tal-konsumatur stabbiliti b'mod kumulattiv għall-perjodu mill-konklużjoni tal-ftehim sas-sena ta' qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali Pollakka (Monitor Polski) (l-Artikolu 49h(3)(12) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni).

12.   L-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-offerti u d-dokumenti meħtieġa mingħand l-offerenti

1.

L-offerti għandhom jispeċifikaw:

1)

l-isem (l-isem kummerċjali) u l-uffiċċju reġistrat tal-offerent;

2)

is-suġġett tal-offerta, flimkien ma' deskrizzjoni li tispeċifika ż-żona li fiha għandha tingħata konċessjoni u għandhom jiġu stabbiliti drittijiet ta' użufrutt minerarju;

3)

il-perjodu li għalih se tingħata l-konċessjoni, it-tul ta' żmien tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni u d-data tal-bidu tal-attivitajiet;

4)

l-għan, l-ambitu u n-natura tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni, u informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li għandhom jitwettqu biex jinkiseb l-għan intenzjonat u t-teknoloġiji li għandhom jintużaw;

5)

skeda, imqassma fi snin, għax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, u l-ambitu ta' tali xogħlijiet;

6)

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta' kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir, kif imsemmi fl-Artikolu 82(2)(2) tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

7)

id-drittijiet miżmuma mill-offerent għall-proprjetà reali (iż-żona) li fiha l-attivitajiet intenzjonati għandhom jitwettqu, jew id-dritt għall-istabbiliment tagħhom li dik l-entità qed tapplika għalih;

8)

lista ta' żoni koperti minn skemi ta' konservazzjoni tan-natura; dan ir-rekwiżit ma jikkonċernax proġetti li għalihom hija meħtieġa deċiżjoni dwar il-kondizzjonijiet ambjentali;

9)

il-mod kif l-impatti ambjentali negattivi tal-attivitajiet intenzjonati għandhom jiġu kkontrobilanċjati;

10)

l-ambitu tal-informazzjoni ġeoloġika disponibbli lill-offerent;

11)

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta' operazzjoni sikura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

12)

il-kapaċitajiet tekniċi għal, rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, u b'mod partikolari d-disponibilità ta' potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani xieraq;

13)

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta ma', rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi se jitwettqu, u b'mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta' finanzjament tal-attivitajiet intenzjonati, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

14)

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni;

15)

l-ammont propost tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju, li ma jkunx inqas mill-ammont speċifikat fl-avviż tat-tnedija tal-proċedura tal-offerti;

16)

il-forma proposta li tipprovdi s-sigurtà, kif imsemmi fl-Artikolu 49x(4) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

17)

jekk offerta tiġi ppreżentata b'mod konġunt minn diversi entitajiet, din għandha barra minn hekk tispeċifika:

(a)

l-ismijiet (l-ismijiet kummerċjali) u l-uffiċċji reġistrati tal-entitajiet kollha li jissottomettu l-offerta;

(b)

l-operatur;

(c)

il-perċentwal tal-ishma fil-kostijiet tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, proposti fil-ftehim ta' kooperazzjoni.

2.

L-offerti sottomessi fi proċedura tal-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stipulati fl-avviż tat-tnedija ta' dik il-proċedura tal-offerti.

3.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża mal-offerti:

1)

prova tal-eżistenza taċ-ċirkustanzi deskritti fl-offerta, b'mod partikolari siltiet mir-reġistri rilevanti;

2)

prova li jkun ġie ddepożitat id-depożitu;

3)

kopja tad-deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta' proċedura ta' kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

4)

annessi grafiċi ppreparati skont ir-rekwiżiti dwar il-mapep tal-estrazzjoni, li jindikaw il-fruntieri amministrattivi tal-pajjiż;

5)

garanziji bil-miktub li jagħmlu disponibbli r-riżorsi tekniċi lill-entità li tieħu sehem fil-proċedura tal-offerti jekk jintużaw riżorsi tekniċi ta' entitajiet oħra fl-implimentazzjoni tal-konċessjoni;

6)

żewġ kopji tal-fajl tal-proġett tal-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

4.

L-offerenti jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess, jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom.

5.

Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji veri ċċertifikati ta' dokumenti oriġinali kif previst fil-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta' dokumenti li għandhom jiġu mehmuża ma' offerti u li nħolqu mill-awtorità tal-konċessjoni.

6.

Dokumenti mfassla b'lingwa barranija għandhom jiġu sottomessi flimkien ma' traduzzjoni fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat.

7.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi f'envelop issiġillat jew f'pakkett issiġillat li jkollu l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti.

8.

Offerti sottomessi wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-offerti se jiġu rritornati lill-offerenti mingħajr ma jinfetħu.

13.   L-informazzjoni li tikkonċerna l-mod tal-preżentazzjoni ta' depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas

L-offerenti huma mitluba jiddepożitaw depożitu ta' PLN 1 000 (fi kliem: elf zloty) qabel l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-offerti.

TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

IV.1)   Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti

Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti jinħatar bħala l-awtorità ta' konċessjoni għall-iskop li jwettaq il-proċedura tal-offerti u biex tintgħażel l-aktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta' proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta' Lulju 2015 dwar proċeduri tal-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta' idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti jissottometti rapport dwar il-proċedura tal-offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni tagħha. Flimkien ma' offerti u d-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħra li jissottomettu offerti.

IV.2)   Kjarifiki oħra

Fi żmien 14-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista' titlob lill-awtorità tal-konċessjoni tipprovdi spjegazzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet iddettaljati tal-offerti. Fi żmien 14-il jum minn meta tirċievi t-talba, l-awtorità tal-konċessjoni se tippubblika l-ispjegazzjonijiet fil-Bullettin tal-Informazzjoni Pubblika (Biuletyn Informacji Publicznej), fil-paġna tal-uffiċċju amministrattiv subordinat għal dik l-awtorità.

IV.3)   Informazzjoni addizzjonali

L-informazzjoni kollha dwar iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti li ġiet ikkompilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fil-Pakkett ta' Data Ġeoloġika (Pakiet danych geologicznych), li huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent (www.mos.gov.pl) u mingħand

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi]

Ministeru għall-Ambjent

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/POLAND

Telefown: +48 223692449; faks: +48 223692460

ANNESS

FTEHIM

li jistabbilixxi d-drittijiet ta' użufrutt minerarju għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Ryki”, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”

konkluż f'Varsavja nhar … bejn:

it-Teżor tal-Istat, irrappreżentat mill-Ministru għall-Ambjent, li għalih u f'ismu s-Sur Mariusz Orion Jędrysek, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Ambjent u l-Kap Ġeologu tal-Polonja, jaġixxi skont il-prokura Nru 69 tat-12 ta' Ġunju 2017, minn hawn 'il quddiem “it-Teżor tal-Istat”,

kif ukoll

XXX, bl-uffiċċju rreġistrat fi: … (indirizz sħiħ), irreġistrat … bin-Nru KRS (ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali) …, kapital azzjonarju …, irrappreżentat minn …, minn hawn 'il quddiem “id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju”,

minn hawn 'il quddiem imsejħa individwalment kull wieħed bħala “Parti” jew b'mod konġunt bħala “il-Partijiet”,

li jgħid dan li ġej:

Taqsima 1

1.

It-Teżor tal-Istat, bħala s-sid esklużiv tas-substrata tal-wiċċ tad-Dinja li tkopri ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet ta' Baranów, Końskowola, Markuszów, Kurów, Żyrzyn, Puławy, Kłoczew, Nowodwór, Ułęż, Stężyca, Abramów u Michów u l-muniċipalitajiet urbani/rurali ta' Nałęczów u Ryki u l-bliet ta' Puławy u Dęblin fil-Provinċja ta' Lubelskie, u l-muniċipalitajiet ta' Trojanów, Garbatka-Letnisko, Sieciechów u Gniewoszów u l-muniċipalitajiet urbani/rurali ta' Kozienice fil-Provinċja ta' Mazowieckie, li l-konfini tagħha huma ddefiniti mil-linji li jgħaqqdu l-punti (1) sa (22) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta' koordinati PL-1992:

Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

407 494,46

731 105,39

2

398 381,37

724 478,08

3

391 027,02

724 815,79

4

398 721,51

708 533,60

5

406 938,85

691 560,89

6

417 513,16

683 035,52

7

420 895,35

682 945,76

8

420 925,35

682 944,96

9

421 010,20

685 294,80

10

420 923,26

685 271,71

11

420 469,35

685 725,44

12

420 460,44

686 189,02

13

419 968,31

687 320,49

14

419 554,49

687 716,99

15

419 553,99

688 409,45

16

420 317,35

689 664,43

17

420 580,60

689 659,36

18

421 133,16

688 618,60

19

421 361,48

694 639,27

20

424 645,99

692 342,61

21

435 143,76

691 942,04

22

435 481,97

700 604,25

b'dan jistabbilixxi d-drittijiet ta' użufrutt minerarju għad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata minn fuq mil-limitu inferjuri tal-proprjetajiet tal-wiċċ u minn taħt f'fond ta' 5 000 m, sakemm id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Ryki” fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż.

2.

Jekk il-kundizzjoni li tinkiseb il-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi skont il-ftehim għandhom jiskadu.

3.

Fi ħdan iż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista':

1.

f'formazzjonijiet Devonjani u Karboniferi, iwettaq attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;

2.

fil-bqija taż-żona, iwettaq operazzjonijiet u attivitajiet li huma meħtieġa sabiex jinkiseb aċċess għall-formazzjonijiet Devonjani u Karboniferi.

4.

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta' 1 047,73 km2.

5.

Id-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f'dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b'mod partikolari l-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2017, il-punt 2126, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan.

Taqsima 2

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jiddikjara li huwa ma joġġezzjonax għall-istatus legali u fattwali tas-suġġett tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju.

Taqsima 3

1.

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.

2.

Id-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta' 30 sena, inklużi ħames snin għall-fażi ta' prospettar u ta' esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi ta' estrazzjoni, soġġett għat-Taqsimiet 8(2) u 10.

3.

Id-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, tkun xi tkun ir-raġuni.

Taqsima 4

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor tal-Istat bil-miktub dwar kwalunkwe bidliet li jwasslu għal bidla fl-isem, fl-uffiċċju rreġistrat u fl-indirizz jew fil-forma ta' organizzazzjoni, bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, fit-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra permezz tal-operat tal-liġi, fil-preżentazzjoni ta' petizzjoni ta' falliment, fid-dikjarazzjoni ta' falliment jew fil-bidu ta' proċedimenti ta' ristrutturar. It-Teżor tal-Istat jista' jesiġi li jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji f'każijiet bħal dawn. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq.

Taqsima 5

Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' partijiet terzi, b'mod partikolari s-sidien tal-art, u mhux se jeħles lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b'mod partikolari dawk dwar il-prospettar u l-esplorazzjoni tal-minerali u l-protezzjoni u l-użu tar-riżorsi ambjentali.

Taqsima 6

It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li fiż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) jistabbilixxi drittijiet ta' użufrutt minerarju bl-għan li jitwettqu attivitajiet minbarra dawk speċifikati fil-Ftehim, b'mod li ma jiksirx id-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju.

Taqsima 7

1.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttiv):

(a)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(b)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(c)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(d)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(e)

PLN …(ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju,

soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

2.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta' użufrutt minerarju taqa' bejn l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta' Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għal indiċjar skont il-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju m'għandux iħallasha qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.

3.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta' qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun inqas minn jew ugwali għal żero, m'għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.

4.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa tkun taqa' fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa m'għandhiex tiġi indiċjata.

5.

Jekk il-Ftehim ġie konkluż u daħal fis-seħħ fis-sena ta' qabel is-sena li fiha taqa' d-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa m'għandhiex tiġi indiċjata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.

6.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jitlef id-drittijiet ta' użufrutt minerarju stabbiliti skont il-Ftehim qabel il-limitu ta' żmien speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jintalab iħallas it-tariffa għas-sena sħiħa ta' użufrutt li fiha ntilfu dawn id-drittijiet. Jekk, madankollu, id-drittijiet ta' użufrutt minerarju jintilfu minħabba li l-konċessjoni tiġi rtirata jew minħabba r-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjata skont il-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). Il-ħlas tat-tariffa għandu jsir fi żmien 30 jum mid-data li fiha ntilfu d-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju. It-telf tad-drittijiet ta' użufrutt m'għandux jeħles lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju, b'mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.

7.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ambjent fil-fergħa ta' Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, li jinkludi din il-komunikazzjoni dwar it-trasferiment: “Stabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju b'rabta mal-għoti ta' konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Ryki””.

Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor tal-Istat.

8.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 m'għandhiex tkun soġġetta għat-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata b'tali mod li l-attivitajiet li huma s-suġġett ta' dan il-Ftehim jiġu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel b'tali mod li dawn l-attivitajiet jiġu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.

9.

It-Teżor tal-Istat għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.

10.

It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandha titħallas lit-Teżor tal-Istat irrispettivament mid-dħul li d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jaqla' mill-użu ta' dawn id-drittijiet.

11.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jibgħat lit-Teżor tal-Istat, fi żmien sebat ijiem mid-data tal-ħlas, kopji ta' provi tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju.

Taqsima 8

1.

Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikseb deċiżjoni ta' investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta' dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena ta' użufrutt minerarju matul il-fażi tal-estrazzjoni.

2.

Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni ta' investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandhom jiskadu.

Taqsima 9

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista' jeżerċita d-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jkun kiseb il-kunsens bil-miktub mit-Teżor tal-Istat.

Taqsima 10

1.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor tal-Istat jista', soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b'effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jkun intitolat għal kwalunkwe pretensjoni ta' proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jkun kiser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.

2.

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafi 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat penali kuntrattwali ta' 25 % tat-tariffa għall-perjodu kollu kemm tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' użufrutt minerarju, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjata skont it-Taqsima 7(3).

3.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju idewwem il-ħlas tat-tariffa b'aktar minn sebat ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor tal-Istat għandu jitlob lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jħallas it-tariffa pendenti fi żmien sebat ijiem mill-wasla tat-talba, u fin-nuqqas ta' dan il-Ftehim jiġi tterminat b'effett immedjat.

4.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jonqos milli jgħarraf lit-Teżor bl-avvenimenti msemmija fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor tal-Istat jista' jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju penali kuntrattwali ta' 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha ta' prospettar u esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju għal kull każ ta' nuqqas li tiġi pprovduta informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parti minnu, soġġett għal avviż ta' 30 jum, effettiv fit-tmiem tax-xahar kalendarju.

5.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data tal-iskadenza, l-irtirar jew l-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.

6.

Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx it-terminazzjoni tkun invalida.

7.

Il-Partijiet jaqblu li jekk it-Teżor tal-Istat jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju msemmija fit-Taqsima 7(1) m'għandhiex tiġi rimborżata.

8.

It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont ta' penali kuntrattwali f'termini ġenerali jekk l-ammont ta' ħsara mġarrab mit-Teżor tal-Istat jeċċedi l-penali kuntrattwali.

Taqsima 11

1.

Il-Partijiet ipprovdew dawn id-dettalji ta' kuntatt għal kwalunkwe korrispondenza:

1.

It-Teżor tal-Istat:

Ministerstwo Środowiska (Il-Ministeru għall-Ambjent), ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/POLAND;

2.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju:

(indirizz).

2.

Il-Partijiet huma obbligati li jinfurmaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fid-dettalji ta' kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din m'għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta fuq id-dettalji ta' kuntatt ta' xi Parti pprovduti l-aktar reċentement għandha titqies li tkun ġiet effettivament innotifikata lill-Parti l-oħra.

3.

Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra b'korrispondenza personalment, permezz ta' courier jew permezz ta' ittra rreġistrata billi tuża d-dettalji ta' kuntatt pprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.

4.

Ittri rreġistrati mibgħuta fuq l-indirizz ta' Parti pprovdut l-aktar reċentement u rritornati mill-uffiċċju postali jew mis-servizz ta' courier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin għandhom jiġu ttrattati bħala li ġew innotifikati lilu b'mod validu ladarba jkunu għaddew erbatax-il jum mill-ewwel tentattiv ta' konsenja.

Taqsima 12

1.

Il-Partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għal nuqqas ta' konformità mal-obbligi skont dan il-Ftehim li jirriżultaw minn force majeure jekk ikun jista' jiġi ppruvat li l-ħsara kkawżata minn force majeure kellha influwenza fuq in-nuqqas ta' konformità mal-obbligi. “Force majeure” għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux jipprevedu jew jevitaw, li jagħmilha impossibbli sabiex il-Ftehim jiġi implimentat b'mod sħiħ, parzjalment, b'mod permanenti jew għal perjodu speċifiku, li Parti ma setgħetx tikkontrobilanċja permezz tal-eżerċitar tad-diliġenza dovuta u li ma jirriżultax minn żball jew negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.

2.

F'każ ta' force majeure, il-Partijiet għandhom immedjatament jagħmlu kull sforz biex jiftiehmu dwar x'azzjoni għandhom jieħdu.

Taqsima 13

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista' japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, kollu jew parti minnu, u għandu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta' dan, l-applikazzjoni tkun invalida.

Taqsima 14

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju m'għandux ikun intitolat li jagħmel kwalunkwe pretensjoni kontra t-Teżor tal-Istat għal żieda fil-valur tas-suġġett tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju.

Taqsima 15

Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha l-ġuriżdizzjoni ġeografika tas-sede tat-Teżor tal-Istat.

Taqsima 16

Dan il-Ftehim għandu jiġi rregolat skont il-liġi Pollakka, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.

Taqsima 17

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jġarrab l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.

Taqsima 18

L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx ikunu invalidi.

Taqsima 19

Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja għad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju u żewġ kopji għall-Ministru għall-Ambjent).

It-Teżor tal-Istat

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju

19.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 105/76

Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni tal-idrokarburi

(2019/C 105/07)

Sejħa għall-offerti għal konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Wetlina”

TAQSIMA I: BAŻI LEGALI

1.

L-Artikolu 49h(2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2017, il-punt 2126, kif emendat)

2.

Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta' Lulju 2015 dwar offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u l-konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171)

3.

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni Speċjali bil-lingwa Pollakka: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262)

TAQSIMA II: ENTITÀ LI QED ISSEJJAĦ GĦALL-OFFERTI

Isem: Ministeru għall-Ambjent

Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/POLAND

Telefown: +48 22 3692449; fax: +48 22 3692460

Sit web: www.gov.pl/web/srodowisko

TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

1.   It-tip ta' attivitajiet li għalihom il-konċessjoni għandha tingħata

Konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Wetlina”, parti mill-blokka ta' konċessjoni Nru 477.

2.   Iż-żona li fiha l-attivitajiet għandhom jitwettqu

Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti huma ddefiniti permezz tal-linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta' koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

158 815,50

739 398,07

2

159 474,24

754 616,81

3

141 287,73

755 460,15

bejn il-punti 3 u 4, il-konfini taż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti jsegwu l-fruntiera tal-Istat

4

146 816,39

739 917,45

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti hija ta' 220,93 km2.

Iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti tinsab fil-muniċipalitajiet li ġejjin: Cisna, Baligród, Czarna u Lutowiska fil-Provinċja ta' Podkarpackie.

L-għan tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu fil-formazzjonijiet Kretaċej u Palaeoġeni huwa d-dokumentazzjoni u l-estrazzjoni tad-depożiti taż-żejt u l-gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq.

3.   Il-limitu ta' żmien, mhux anqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għas-sottomissjoni tal-offerti

L-offerti għandhom jiġu ppreżentati fil-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Ambjent mhux aktar tard minn 12:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta' 121 jum li jibda l-għada tad-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerti, inklużi l-kriterji tal-evalwazzjoni tal-offerti u l-ispeċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49k tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2011 huma ssodisfati

L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta' proċedura ta' kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, indipendentement, jew bħala l-operatur jekk bosta entitajiet qed japplikaw b'mod konġunt għall-konċessjoni.

L-offerti li jaslu se jiġu evalwati mill-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

30 %

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta rispettivament mal-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi se jitwettqu, u b'mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta' finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

25 %

il-kapaċitajiet tekniċi rispettivament għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b'mod partikolari d-disponibbiltà tal-potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani xieraq (inkluż 5 % għall-kollaborazzjoni, fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, flimkien ma' korpi xjentifiċi li jwettqu r-riċerka fil-ġeoloġija tal-Polonja, u ta' għodod, teknoloġiji u metodi analitiċi għall-prospettar ta' depożiti tal-idrokarburi li jqisu l-ispeċifiċità tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi Pollakki u li jistgħu jiġu applikati f'dawk il-kundizzjonijiet);

20 %

l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni proposti;

10 %

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta' operazzjoni sigura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

10 %

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni, bl-użu ta' elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett;

5 %

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta' kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir.

Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess riżultat, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju dovuti matul il-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni se jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

5.   L-ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika:

Data ta' konċessjoni

l-isem taż-żona: Wetlina

post: fuq l-art; blokka ta' konċessjoni Nru 477

Tip ta' depożitu

depożiti konvenzjonali u mhux konvenzjonali taż-żejt u l-gass naturali

Livelli strutturali

Karpazjan (unitajiet ta' Dukla, ta' Fore-Dukla u tas-Sileżja)

Sistemi tal-petroleum

I – Karpazjan konvenzjonali

II – Karpazjan konvenzjonali

Blat tas-sors

I, II – Sodod sedimentarji tal-Menilit, shales ta' Cieszyn, Wierzowice u sodod sedimentarji Spas,

shales superjuri ta' Istebna, blat tas-sottostrat li ma ġiex esplorat

Blat tar-riżerva naturali

I, II – blat ramli ta' Krosno u sodod sedimentarji tal-Menilit

Blat ta' kopertura

I, II – formazzjonijiet bi grana fina ta' unitajiet ta' Dukla, ta' Fore-Dukla u tas-Sileżja

Ħxuna tal-overburden

I, II – 250-1 800 m

Tip ta' nassa

I – strutturali, stratigrafika, litoloġika

II – strett mhux konvenzjonali

Depożiti identifikati fil-viċinanza (NG - gass naturali; O - żejt)

Wetlina (NG) - depożiti mhux sfruttati; riżervi u riżorsi barra mill-karta tal-bilanċ fl-2016: 73 miljun m3 ta' gass naturali

Zatwarnica (O) - produzzjoni fl-2016: 110 tunnellata żejt u 10 000 m3 gass naturali; riżervi u r-riżorsi tal-karta tal-bilanċ fl-2016: 1 370 tunnellata żejt u 200 000 m3 gass naturali; riżorsi industrijali fl-2016: 440 tunnellata żejt

Stħarriġiet sismiċi kompluti (id-detentur tad-drittijiet)

1976 - Bieszczady, W0050175 (Teżor tal-Istat)

Bjar ta' referenza (MD)

Wetlina IG-1 (3 079,0 m)

Wetlina IG-2 (3 300,0 m)

Wetlina IG-3 (2 049,5 m)

Wetlina 4 (1 940,0 m)

Wetlina 5 (3 008,0 m)

Wetlina 6 (2 100,0 m)

Wetlina 7 (3 458,0 m)

6.   Id-data tal-bidu tal-attivitajiet

L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni se jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni ssir finali.

7.   L-ambitu minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni

Il-programm minimu ta' xogħlijiet ġeoloġiċi proposti għall-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni jinkludi:

Fażi I (12-il xahar): interpretazzjoni u analiżi tad-data ġeoloġika tal-arkivji;

Fażi II (12 xahar): stħarriġiet ġeofiżiċi – test sismiku 2D (linja ta' eċitazzjoni ta' 90 km) jew test sismiku 3D (erja ta' eċitazzjoni ta' 45 km2);

Fażi III (24 xahar): tħaffir ta' borehole waħda sa fond massimu ta' 5 000 m, bit-teħid obbligatorju ta' kampjuni ċilindriċi bit-tħaffir ta' intervalli prospettivi;

Fażi IV (12-il xahar): l-analiżi tad-data miksuba

8.   Il-perjodu li għalih il-konċessjoni għandha tingħata

Il-perjodu ta' konċessjoni huwa ta' 30 snin, u jinkludi:

fażi ta' prospettar u ta' esplorazzjoni li ddum ħames snin, li tibda mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni;

fażi ta' estrazzjoni li ddum 25 sena, li tibda mid-data li fiha tinkiseb deċiżjoni dwar l-investiment.

9.   Il-kondizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u għall-iżgurar tas-sikurezza pubblika, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni ambjentali u l-ġestjoni razzjonali ta' depożiti

L-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-konċessjoni m'għandhiex tikser id-drittijiet tas-sidien tal-art u ma teliminax il-ħtieġa li jikkonformaw ma' rekwiżiti oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b'mod partikolari l-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, u mar-rekwiżiti dwar il-ġestjoni tat-territorju, il-ħarsien tal-ambjent, l-art agrikola u l-foresti, in-natura, l-ilmijiet u l-iskart.

10.   Il-mudell tal-ftehim dwar l-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju

Il-mudell tal-ftehim huwa mehmuż bħala anness għal dan id-dokument.

11.   L-informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju

L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju għaż-żona “Wetlina” matul il-perjodu bażi ta' ħames snin huwa ta' PLN 48 372,62 (fi kliem: tmienja u erbgħin elf, tliet mija u tnejn u sebgħin zloty u tnejn u sittin grosz) fis-sena. It-tariffa annwali għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju għall-finijiet tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' minerali hija indiċizzata mal-indiċijiet tal-prezzijiet annwali medji tal-konsumatur stabbiliti b'mod kumulattiv għall-perjodu mill-konklużjoni tal-ftehim sas-sena ta' qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali Pollakka (Monitor Polski) (l-Artikolu 49h(3)(12) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni).

12.   L-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-offerti u d-dokumenti meħtieġa mingħand l-offerenti

1.

L-offerti għandhom jispeċifikaw:

1)

l-isem (l-isem kummerċjali) u l-uffiċċju reġistrat tal-offerent;

2)

is-suġġett tal-offerta, flimkien ma' deskrizzjoni li tispeċifika ż-żona li fiha għandha tingħata konċessjoni u għandhom jiġu stabbiliti drittijiet ta' użufrutt minerarju;

3)

il-perjodu li għalih se tingħata l-konċessjoni, it-tul ta' żmien tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni u d-data tal-bidu tal-attivitajiet;

4)

l-għan, l-ambitu u n-natura tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni, u informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li għandhom jitwettqu biex jinkiseb l-għan intenzjonat u t-teknoloġiji li għandhom jintużaw;

5)

skeda, imqassma fi snin, għax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi operazzjonijiet ġeoloġiċi, u l-ambitu ta' tali xogħlijiet;

6)

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta' kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir, kif imsemmi fl-Artikolu 82(2)(2) tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

7)

id-drittijiet miżmuma mill-offerent għall-proprjetà reali (iż-żona) li fiha l-attivitajiet intenzjonati għandhom jitwettqu, jew id-dritt għall-istabbiliment tagħhom li dik l-entità qed tapplika għalih;

8)

lista ta' żoni koperti minn skemi ta' konservazzjoni tan-natura; dan ir-rekwiżit ma jikkonċernax proġetti li għalihom hija meħtieġa deċiżjoni dwar il-kondizzjonijiet ambjentali;

9)

il-mod kif l-impatti ambjentali negattivi tal-attivitajiet intenzjonati għandhom jiġu kkontrobilanċjati;

10)

l-ambitu tal-informazzjoni ġeoloġika disponibbli lill-offerent;

11)

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta' operazzjoni sikura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

12)

il-kapaċitajiet tekniċi għal, rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, u b'mod partikolari d-disponibilità ta' potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani xieraq;

13)

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta ma', rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi se jitwettqu, u b'mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta' finanzjament tal-attivitajiet intenzjonati, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

14)

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni;

15)

l-ammont propost tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju, li ma jkunx inqas mill-ammont speċifikat fl-avviż tat-tnedija tal-proċedura tal-offerti;

16)

il-forma proposta li tipprovdi s-sigurtà, kif imsemmi fl-Artikolu 49x(4) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

17)

jekk offerta tiġi ppreżentata b'mod konġunt minn diversi entitajiet, din għandha barra minn hekk tispeċifika:

(a)

l-ismijiet (l-ismijiet kummerċjali) u l-uffiċċji reġistrati tal-entitajiet kollha li jissottomettu l-offerta;

(b)

l-operatur;

(c)

il-perċentwal tal-ishma fil-kostijiet tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, proposti fil-ftehim ta' kooperazzjoni.

2.

L-offerti sottomessi fi proċedura tal-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stipulati fl-avviż tat-tnedija ta' dik il-proċedura tal-offerti.

3.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża mal-offerti:

1)

prova tal-eżistenza taċ-ċirkustanzi deskritti fl-offerta, b'mod partikolari siltiet mir-reġistri rilevanti;

2)

prova li jkun ġie ddepożitat id-depożitu;

3)

kopja tad-deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta' proċedura ta' kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni;

4)

annessi grafiċi ppreparati skont ir-rekwiżiti dwar il-mapep tal-estrazzjoni, li jindikaw il-fruntieri amministrattivi tal-pajjiż;

5)

garanziji bil-miktub li jagħmlu disponibbli r-riżorsi tekniċi lill-entità li tieħu sehem fil-proċedura tal-offerti jekk jintużaw riżorsi tekniċi ta' entitajiet oħra fl-implimentazzjoni tal-konċessjoni;

6)

żewġ kopji tal-fajl tal-proġett tal-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

4.

L-offerenti jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess, jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom.

5.

Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji veri ċċertifikati ta' dokumenti oriġinali kif previst fil-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta' dokumenti li għandhom jiġu mehmuża ma' offerti u li nħolqu mill-awtorità tal-konċessjoni.

6.

Dokumenti mfassla b'lingwa barranija għandhom jiġu sottomessi flimkien ma' traduzzjoni fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat.

7.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi f'envelop issiġillat jew f'pakkett issiġillat li jkollu l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti.

8.

Offerti sottomessi wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-offerti se jiġu rritornati lill-offerenti mingħajr ma jinfetħu.

13.   L-informazzjoni li tikkonċerna l-mod tal-preżentazzjoni ta' depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas:

L-offerenti huma mitluba jiddepożitaw depożitu ta' PLN 1 000 (fi kliem: elf zloty) qabel l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-offerti.

TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

IV.1)   Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti

Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti jinħatar bħala l-awtorità ta' konċessjoni għall-iskop li jwettaq il-proċedura tal-offerti u biex tintgħażel l-aktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta' proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta' Lulju 2015 dwar proċeduri tal-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta' idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti jissottometti rapport dwar il-proċedura tal-offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni tagħha. Flimkien ma' offerti u d-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħra li jissottomettu offerti.

IV.2)   Kjarifiki oħra

Fi żmien 14-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista' titlob lill-awtorità tal-konċessjoni tipprovdi spjegazzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet iddettaljati tal-offerti. Fi żmien 14-il jum minn meta tirċievi t-talba, l-awtorità tal-konċessjoni se tippubblika l-ispjegazzjonijiet fil-Bullettin tal-Informazzjoni Pubblika (Biuletyn Informacji Publicznej), fil-paġna tal-uffiċċju amministrattiv subordinat għal dik l-awtorità.

IV.3)   Informazzjoni addizzjonali

L-informazzjoni kollha dwar iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti li ġiet ikkompilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fil-Pakkett ta' Data Ġeoloġika (Pakiet danych geologicznych), li huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent (www.mos.gov.pl) u mingħand

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi]

Ministeru għall-Ambjent

ul. Wawelska 52/54

00922 Warszawa/Warsaw, POLSKA/POLAND

Telefown: +48 223692449; Fax: +48 223692460

ANNESS

FTEHIM

li jistabbilixxi d-drittijiet ta' użufrutt minerarju għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Wetlina”, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”

konkluż f'Varsavja nhar … bejn:

it-Teżor tal-Istat, irrappreżentat mill-Ministru għall-Ambjent, li għalih u f'ismu s-Sur Mariusz Orion Jędrysek, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Ambjent u l-Kap Ġeologu tal-Polonja, jaġixxi skont il-prokura Nru 69 tat-12 ta' Ġunju 2017, minn hawn 'il quddiem “it-Teżor tal-Istat”,

kif ukoll

XXX, bl-uffiċċju rreġistrat fi: … (indirizz sħiħ), irreġistrat … bin-Nru KRS (ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali) …, kapital azzjonarju ……, irrappreżentat minn …, minn hawn 'il quddiem “id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju”,

minn hawn 'il quddiem imsejħa individwalment kull wieħed bħala “Parti” jew b'mod konġunt bħala “il-Partijiet”,

li jgħid dan li ġej:

Taqsima 1

1.

It-Teżor tal-Istat, bħala s-sid esklużiv tas-substrata tal-wiċċ tad-Dinja li tkopri ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet ta': Cisna, Baligród, Lutowiska u Czarna fil-Provinċja ta' Podkarpackie, li l-konfini tagħha huma ddefiniti mil-linji li jgħaqqdu l-punti (1) sa (4) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta' koordinati PL-1992:

Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

158 815,50

739 398,07

2

159 474,24

754 616,81

3

141 287,73

755 460,15

bejn il-punti 3 u 4, il-konfini jsegwu l-fruntiera tal-istat

4

146 816,39

739 917,45

b'dan jistabbilixxi d-drittijiet ta' użufrutt minerarju għad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata 'l fuq minn limitu inferjuri ta' proprjetajiet tal-wiċċ u ta' taħt l-art f'fond ta' 6 000 m, dejjem jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Wetlina” fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż.

2.

Jekk il-kundizzjoni li tinkiseb il-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi skont il-ftehim għandhom jiskadu.

3.

Fi ħdan iż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista':

1.

f'formazzjonijiet Kretaċej u Palaeoġeni, iwettaq attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;

2.

fil-bqija taż-żona, iwettaq operazzjonijiet u attivitajiet li huma meħtieġa sabiex jinkiseb aċċess għall-formazzjonijiet Kretaċej u Palaeoġeni.

4.

L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta' 220,93 km2.

5.

Id-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f'dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b'mod partikolari l-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2017, il-punt 2126, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan.

Taqsima 2

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jiddikjara li huwa ma joġġezzjonax għall-istatus legali u fattwali tas-suġġett tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju.

Taqsima 3

1.

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.

2.

Id-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta' 30 sena, inklużi ħames snin għall-fażi ta' prospettar u ta' esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi ta' estrazzjoni, soġġett għat-Taqsimiet 8(2) u 10.

3.

Id-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, tkun xi tkun ir-raġuni.

Taqsima 4

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor tal-Istat bil-miktub dwar kwalunkwe bidliet li jwasslu għal bidla fl-isem, fl-uffiċċju rreġistrat u fl-indirizz jew fil-forma ta' organizzazzjoni, bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, fit-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra permezz tal-operat tal-liġi, fil-preżentazzjoni ta' petizzjoni ta' falliment, fid-dikjarazzjoni ta' falliment jew fil-bidu ta' proċedimenti ta' ristrutturar. It-Teżor tal-Istat jista' jesiġi li jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji f'każijiet bħal dawn. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq.

Taqsima 5

Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' partijiet terzi, b'mod partikolari s-sidien tal-art, u mhux se jeħles lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b'mod partikolari dawk dwar il-prospettar u l-esplorazzjoni tal-minerali u l-protezzjoni u l-użu tar-riżorsi ambjentali.

Taqsima 6

It-Teżor tal-Istat jirriżerva d-dritt li fiż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) jistabbilixxi drittijiet ta' użufrutt minerarju bl-għan li jitwettqu attivitajiet minbarra dawk speċifikati fil-Ftehim, b'mod li ma jiksirx id-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju.

Taqsima 7

1.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttiv):

(a)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(b)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(c)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(d)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju;

(e)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zlotys) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta' użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim daħal fis-seħħ, fi żmien 30 jum mill-bidu ta' dik is-sena tal-użufrutt minerarju,

soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

2.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta' użufrutt minerarju taqa' bejn l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta' Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għal indiċjar skont il-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju m'għandux iħallasha qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.

3.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta' qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun inqas minn jew ugwali għal żero, m'għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.

4.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa tkun taqa' fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa m'għandhiex tiġi indiċjata.

5.

Jekk il-Ftehim ġie konkluż u daħal fis-seħħ fis-sena ta' qabel is-sena li fiha taqa' d-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa m'għandhiex tiġi indiċjata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim.

6.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jitlef id-drittijiet ta' użufrutt minerarju stabbiliti skont il-Ftehim qabel il-limitu ta' żmien speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jintalab iħallas it-tariffa għas-sena sħiħa ta' użufrutt li fiha ntilfu dawn id-drittijiet. Jekk, madankollu, id-drittijiet ta' użufrutt minerarju jintilfu minħabba li l-konċessjoni tiġi rtirata jew minħabba r-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjata skont il-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). Il-ħlas tat-tariffa għandu jsir fi żmien 30 jum mid-data li fiha ntilfu d-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju. It-telf tad-drittijiet ta' użufrutt m'għandux jeħles lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju, b'mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.

7.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ambjent fil-fergħa ta' Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, li jinkludi din il-komunikazzjoni dwar it-trasferiment: “Stabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju b'rabta mal-għoti ta' konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Wetlina””.