ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2019/C 103/01 |
||
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
2019/C 103/02 |
||
2019/C 103/03 |
Assenjazzjoni tal-Viċi President għal Awli b’ħames Imħallfin |
|
2019/C 103/04 |
||
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
2019/C 103/05 |
Deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 dwar il-vaganzi ġudizzjarji |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
2019/C 103/06 |
||
2019/C 103/07 |
||
2019/C 103/08 |
||
2019/C 103/09 |
||
2019/C 103/10 |
||
2019/C 103/11 |
||
2019/C 103/12 |
||
2019/C 103/13 |
||
2019/C 103/14 |
||
2019/C 103/15 |
||
2019/C 103/16 |
||
2019/C 103/17 |
||
2019/C 103/18 |
||
2019/C 103/19 |
||
2019/C 103/20 |
||
2019/C 103/21 |
||
2019/C 103/22 |
||
2019/C 103/23 |
||
2019/C 103/24 |
||
2019/C 103/25 |
||
2019/C 103/26 |
||
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
2019/C 103/27 |
||
2019/C 103/28 |
||
2019/C 103/29 |
||
2019/C 103/30 |
||
2019/C 103/31 |
||
2019/C 103/32 |
||
2019/C 103/33 |
||
2019/C 103/34 |
||
2019/C 103/35 |
||
2019/C 103/36 |
||
2019/C 103/37 |
||
2019/C 103/38 |
||
2019/C 103/39 |
||
2019/C 103/40 |
||
2019/C 103/41 |
||
2019/C 103/42 |
||
2019/C 103/43 |
||
2019/C 103/44 |
||
2019/C 103/45 |
||
2019/C 103/46 |
||
2019/C 103/47 |
||
2019/C 103/48 |
||
2019/C 103/49 |
||
2019/C 103/50 |
||
2019/C 103/51 |
||
2019/C 103/52 |
||
2019/C 103/53 |
||
2019/C 103/54 |
||
2019/C 103/55 |
||
2019/C 103/56 |
||
2019/C 103/57 |
||
2019/C 103/58 |
||
2019/C 103/59 |
||
2019/C 103/60 |
Kawża T-735/18: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2018 – Aquind vs ACER |
|
2019/C 103/61 |
Kawża T-741/18: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2018 – ZZ vs BĊE |
|
2019/C 103/62 |
||
2019/C 103/63 |
Kawża T-13/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2019 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni |
|
2019/C 103/64 |
Kawża T-25/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2019 – AD vs ECHA |
|
2019/C 103/65 |
Kawża T-31/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2019 – AF vs FRA |
|
2019/C 103/66 |
Kawża T-32/19: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2019 – Harrington Padrón vs Il-Kunsill |
|
2019/C 103/67 |
Kawża T-38/19: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2019 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni |
|
2019/C 103/68 |
Kawża T-43/19: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2019 – WV vs SEAE |
|
2019/C 103/69 |
Kawża T-47/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2019 – Dansk Erhverv vs Il-Kummissjoni |
|
2019/C 103/70 |
||
2019/C 103/71 |
||
2019/C 103/72 |
||
2019/C 103/73 |
||
2019/C 103/74 |
||
2019/C 103/75 |
Kawża T-56/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – PO et vs SEAE |
|
2019/C 103/76 |
Kawża T-479/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – PO vs SEAE |
|
2019/C 103/77 |
Kawża T-727/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – PP et vs SEAE |
|
2019/C 103/78 |
Kawża T-180/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – VJ vs SEAE |
|
2019/C 103/79 |
Kawża T-494/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – PO vs SEAE |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2019/C 103/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
Il-Qorti tal-Ġustizzja
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/2 |
DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA
tat-12 ta’ Frar 2019
dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji
(2019/C 103/02)
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA
wara li rat l-Artikolu 24(2), (4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura,
billi tikkunsidra li, skont din id-dispożizzjoni, hemm lok li tiġi stabbilita l-lista tal-jiem ta’ vaganza legali u li jiġu stabbiliti d-dati tal-vaganzi ġudizzjarji,
TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista tal-jiem ta’ vaganza legali fis-sens tal-Artikolu 24(4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura hija stabbilita kif ġej:
— |
l-1 ta’ Jannar, |
— |
it-Tnejn ta’ wara l-Għid, |
— |
l-1 ta’ Mejju, |
— |
l-Axxensjoni, |
— |
it-Tnejn ta’ wara l-Pentekoste, |
— |
it-23 ta’ Ġunju, |
— |
il-15 ta’ Awwissu, |
— |
l-1 ta’ Novembru, |
— |
il-25 ta’ Diċembru, |
— |
is-26 ta’ Diċembru. |
Artikolu 2
Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru 2019 u l-31 ta’ Ottubru 2020, id-dati tal-vaganzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 24(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma stabbiliti kif ġej:
— |
Milied 2019: mit-Tnejn 23 ta’ Diċembru 2019 sal-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020, biż-żewġ ġranet inklużi, |
— |
Għid 2020: mit-Tnejn 6 ta’ April 2020 sal-Ħadd 19 ta’ April 2020, biż-żewġ ġranet inklużi, |
— |
Sajf 2019: mill-Ħamis 16 ta’ Lulju 2020 sat-Tnejn 31 ta’ Awwissu 2020, biż-żewġ ġranet inklużi. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Frar 2019.
Ir-Reġistratur
A. CALOT ESCOBAR
Il-President
K. LENAERTS
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/4 |
Assenjazzjoni tal-Viċi President għal Awli b’ħames Imħallfin
(2019/C 103/03)
Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-10 ta’ Ottubru 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tassenja lill-Viċi President lil Awla b’ħames Imħallfin għall-kawżi kollha li fihom hija teżerċita l-funzjonijiet ta’ Mħallef Relatur u li huma assenjati mill-Qorti tal-Ġustizzja lil tali Kulleġġ ġudikanti.
B’applikazzjoni tal-Artikolu 11(1) tar-Regoli tal-Proċedura, għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tassenja lil R. Silva de Lapuerta lill-Ewwel Awla, għall-perijodu mill-10 ta’ Ottubru 2018 sas-6 ta’ Ottubru 2021.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/4 |
Assenjazzjoni tal-Viċi President u tal-Presidenti tal-Awli b’ħames Imħallfin lill-Awli bi tliet Imħallfin
(2019/C 103/04)
Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tas-26 ta’ Frar 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, barra minn hekk, li tassenja lill-Viċi President u lill-Presidenti tal-Awli b’ħames Imħallfin lill-Awli bi tliet Imħallfin għall-kawżi kollha li fihom huma jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ Mħallef Relatur u li huma assenjati mill-Qorti tal-Ġustizzja lil tali Kulleġġ ġudikanti.
B’applikazzjoni tal-Artikolu 11(1) tar-Regoli tal-Proċedura, għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tassenja lil R. Silva de Lapuerta u lil J. C. Bonichot lis-Sitt Awla, lil A. Arabadjiev lis-Seba’ Awla, lil A. Prechal lit-Tmien Awla, lil M. Vilaras lid-Disa’ Awla u lil E. Regan lill-Għaxar Awla, għall-perijodu mis-26 ta’ Frar 2019 sas-6 ta’ Ottubru 2021.
Il-Qorti Ġenerali
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/5 |
DEĊIŻJONI TAL-QORTI ĠENERALI
tas-27 ta’ Frar 2019
dwar il-vaganzi ġudizzjarji
(2019/C 103/05)
IL-QORTI ĠENERALI
Wara li rat l-Artikolu 41(2) tar-Regoli tal-Proċedura,
TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għas-sena ġudizzjarja li tibda fl-1 ta’ Settembru 2019, id-dati tal-vaganzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 41(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma stabbiliti kif ġej:
— |
Milied 2019: mit-Tnejn 23 ta’ Diċembru 2019 sal-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020, iż-żewġ ġranet inklużi |
— |
Għid 2020: mit-Tnejn 6 ta’ April 2020 sal-Ħadd 19 ta’ April 2020, iż-żewġ ġranet inklużi; |
— |
Sajf 2020: mill-Ħamis 16 ta’ Lulju 2020 sat-Tnejn 31 ta’ Awwissu 2020, iż-żewġ ġranet inklużi. |
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Frar 2019.
Ir-Reġistratur
E. COULON
Il-President
M. JAEGER
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/6 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Électricité de France (EDF) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-221/18 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - L-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea - Miżura ta’ għajnuna mill-Istat inkumpatibbli mas-suq intern - Annullament mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Konferma mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - It-tieni deċiżjoni tal-Kummissjoni - Miżura ta’ għajnuna mill-Istat inkumpatibbli mas-suq intern - Ċaħda tar-rikors għal annullament - Artikolu 266 TFUE - Ksur tal- awtorità ta’ res judicata mehmuża mal-ewwel sentenza tal-Qorti Ġenerali - Żnaturament tal-provi - Ksur mill-Qorti Ġenerali tal-obbligi ta’ investigazzjoni diliġenti u imparzjali li jaqgħu fuq il-Kummissjoni - Nuqqas ta’ motivazzjoni - Kwalifika tal-miżura - Għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti))
(2019/C 103/06)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Électricité de France (EDF) (rappreżentant: M. Debroux, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u D. Recchia, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Électricité de France (EDF) hija kkundannata għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Settembru 2018 – Solvay Chemicals GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-561/18)
(2019/C 103/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Solvay Chemicals GmbH
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
B’digriet tas-6 ta’ Frar 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ddeċidiet:
Id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u tal-punt 20(B) tal-Anness IV ta’ dan ir-regolament, sa fejn dawn jinkludu sistematikament fl-emissjonijiet tal-installazzjoni ta’ produzzjoni ta’ soda d-dijossidu tal-karbonju (CO2) ittrasferit lejn installazzjoni oħra għall-produzzjoni ta’ karbonat tal-kalċju preċipitat, kemm jekk dan id-dijossidu tal-karbonju jiġix irrilaxxat jew le fl-atmosfera, huma invalidi.
(1) ĠU 2012, L 181, p. 30, rettifika fil-ĠU 2012, L 347, p. 43.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ottubru 2018 – EM vs TMD Friction GmbH
(Kawża C-674/18)
(2019/C 103/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: EM
Konvenuta: TMD Friction GmbH
Domandi preliminari
1. |
Fil-każ ta’ trasferiment ta’ stabbiliment wara l-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza fir-rigward tal-assi ta’ ċedent taħt id-dritt nazzjonali, li fil-prinċipju jistipula l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (1) tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, ukoll għad-drittijiet tal-ħaddiema għal benefiċċji tax-xjuħija, ta’ invalidità jew tas-superstiti skont l-iskemi komplementari ta’ previdenza professjonali jew interprofessjonali, l-Artikolu 3(4) ta’ din id-direttiva jippermetti restrizzjoni fis-sens li ċ-ċessjonarju ma huwiex responsabbli għal drittijiet li jagħtu intitolament prospettiv ibbażati fuq perijodi ta’ impjieg qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza? |
2. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: Fil-każ ta’ trasferiment ta’ stabbiliment wara l-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza li tirrigwarda l-assi taċ-ċedent, il-miżuri neċessarji sabiex jiġu protetti l-interessi tal-ħaddiema f’dak li jikkonċerna drittijiet li jagħtuhom intitolament immedjat jew prospettiv għal benefiċċji tax-xjuħija skont skemi komplementari ta’ previdenza professjonali jew interprofessjonali, fis-sens tal-Artikolu 3(4)(b) tad-Direttiva 2001/203/KE għandhom josservaw il-livell ta’ protezzjoni meħtieġ mill-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom? |
3. |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda: L-Artikolu 3(4)(b) tad-Direttiva 2001/23/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-miżuri neċessarji sabiex jiġu protetti l-interessi tal-ħaddiema f’dak li jikkonċerna drittijiet li jagħtuhom intitolament immedjat jew prospettiv għal benefiċċji tax-xjuħija skont skemi komplementari ta’ previdenza professjonali jew interprofessjonali jkunu ġew adottati meta d-dritt nazzjonali jipprevedi li
|
4. |
Jekk id-dritt nazzjonali jimponi l-applikazzjoni tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2001/23/KE f’każ ta’ trasferiment ta’ impriża wkoll matul proċedura ta’ insolvenza, l-Artikolu 5(2)(a) ta’ din id-direttiva huwa applikabbli għal drittijiet għal benefiċċji li jagħtu intitolament prospettiv lill-ħaddiema skont skemi komplementari ta’ previdenza professjonali jew interprofessjonali li, għalkemm kienu diġà eżistenti qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza, madankollu jagħtu dritt għal benefiċċji biss meta jseħħ l-avveniment li jagħti drittijiet għall-benefiċċji, jiġifieri f’mument sussegwenti? |
5. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni jew għar-raba’ domanda: Il-livell ta’ protezzjoni minima li għandhom jagħtu l-Istati Membri skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom jinkludi wkoll l-obbligu li jiġu ggarantiti d-drittijiet għal benefiċċji li jagħtu intitolament prospettiv li, konformement mad-dritt nazzjonali, legalment ma kinux għadhom definittivament jagħtu intitolament immedjat waqt il-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza u jsiru hekk biss peress li t-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol ma hijiex marbuta mal-proċedura ta’ insolvenza? |
6. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ħames domanda: F’liema ċirkustanzi t-telf tal-benefiċċji tal-pensjoni tax-xjuħija skont skema komplementari ta’ previdenza professjonali subit mill-ex ħaddiem minħabba l-insolvenza tal-persuna li timpjega għandu jitqies bħala manifestament sproporzjonat u għalhekk jobbliga lill-Istati Membri li jiżguraw protezzjoni minima kontra tali telf konformement mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE, minkejja li l-ħaddiem jirċievi tal-inqas nofs il-benefiċċji li jirriżultaw mid-drittijiet tal-irtirar li huwa jkun kiseb? |
7. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ħames domanda: Protezzjoni tad-drittijiet għal benefiċċji li jagħtu intitolament prospettiv lill-ħaddiema, meħtieġa skont l-Artikolu 3(4)(b) jew l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/23/KE (ekwivalenti għal dik prevista fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE) tingħata wkoll meta din tirriżulta mhux mid-dritt nazzjonali iżda unikament minn applikazzjoni diretta tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE? |
8. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għas-seba’ domanda: L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE jipproduċi wkoll effett dirett, b’tali mod li ħaddiem wieħed ikun jista’ jinvokah quddiem il-qorti nazzjonali, ukoll meta, minkejja li jirċievi minn tal-inqas nofs il-benefċċji li huwa jkun kiseb mid-drittijiet għall-pensjoni li jirriżultaw tiegħu, it-telf li huwa ssubixxa minħabba l-insolvenza tal-persuna li timpjega għandu madankollu jitqies bħala sproporzjonat? |
9. |
F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tmien domanda: Jekk, fil-qasam ta’ skemi komplementari ta’ previdenza professjonali, l-Istat Membru jindika (b’mod vinkolanti għall-persuni li jimpjegaw) entità rregolata mid-dritt privat bħala organu ta’ garanzija kontra r-riskju ta’ insolvenza, u dan l-organu jkun suġġett għall-kontroll prudenzjali eżerċitat mill-awtorità pubblika ta’ kontroll tas-servizzi finanzjarji li, minbarra dan, hija tieħu mingħand persuni li jimpjegaw skont modalitajiet irregolati mid-dritt pubbliku, il-kontribuzzjonijiet obbligatorji neċessarji għall-garanzija kontra r-riskju ta’ insolvenza u, bħal fil-każ ta’ awtorità pubblika, hija tista’ toħloq il-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni forzata permezz ta’ att amministrattiv, din l-entità rregolata mid-dritt privat hija awtorità pubblika tal-Istat Membru? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ottubru 2018 – FL vs TMD Friction EsCo GmbH
(Kawża C-675/18)
(2019/C 103/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: FL
Konvenuta: TMD Friction EsCo GmbH
Domandi preliminari
1. |
Fil-każ ta’ trasferiment ta’ stabbiliment wara l-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza fir-rigward tal-assi ta’ ċedent taħt id-dritt nazzjonali, li fil-prinċipju jistipula l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (1) tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, ukoll għad-drittijiet tal-ħaddiema għal benefiċċji tax-xjuħija, ta’ invalidità jew tas-superstiti skont l-iskemi komplementari ta’ previdenza professjonali jew interprofessjonali, l-Artikolu 3(4) ta’ din id-direttiva jippermetti restrizzjoni fis-sens li ċ-ċessjonarju ma huwiex responsabbli għal drittijiet li jagħtu intitolament prospettiv ibbażati fuq perijodi ta’ impjieg qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza? |
2. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: Fil-każ ta’ trasferiment ta’ stabbiliment wara l-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza li tirrigwarda l-assi taċ-ċedent, il-miżuri neċessarji sabiex jiġu protetti l-interessi tal-ħaddiema f’dak li jikkonċerna drittijiet li jagħtuhom intitolament immedjat jew prospettiv għal benefiċċji tax-xjuħija skont skemi komplementari ta’ previdenza professjonali jew interprofessjonali, fis-sens tal-Artikolu 3(4)(b) tad-Direttiva 2001/203/KE għandhom josservaw il-livell ta’ protezzjoni meħtieġ mill-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom? |
3. |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda: L-Artikolu 3(4)(b) tad-Direttiva 2001/23/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-miżuri neċessarji sabiex jiġu protetti l-interessi tal-ħaddiema f’dak li jikkonċerna drittijiet li jagħtuhom intitolament immedjat jew prospettiv għal benefiċċji tax-xjuħija skont skemi komplementari ta’ previdenza professjonali jew interprofessjonali jkunu ġew adottati meta d-dritt nazzjonali jipprevedi li
|
4. |
Jekk id-dritt nazzjonali jimponi l-applikazzjoni tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2001/23/KE f’każ ta’ trasferiment ta’ impriża wkoll matul proċedura ta’ insolvenza, l-Artikolu 5(2)(a) ta’ din id-direttiva huwa applikabbli għal drittijiet għal benefiċċji li jagħtu intitolament prospettiv lill-ħaddiema skont skemi komplementari ta’ previdenza professjonali jew interprofessjonali li, għalkemm kienu diġà eżistenti qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza, madankollu jagħtu dritt għal benefiċċji biss meta jseħħ l-avveniment li jagħti drittijiet għall-benefiċċji, jiġifieri f’mument sussegwenti? |
5. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni jew għar-raba’ domanda: Il-livell ta’ protezzjoni minima li l-Istati Membri għandhom jagħtu skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom jinkludi wkoll il-parti tad-drittijiet għal benefiċċji li jagħtu intitolament prospettiv akkumulati sal-mument tal-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza li jinħolqu biss peress li t-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol ma hijiex marbuta mal-proċedura ta’ insolvenza? |
6. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ħames domanda: F’liema ċirkustanzi t-telf tal-benefiċċji tal-pensjoni tax-xjuħija skont skema komplementari ta’ previdenza professjonali subit mill-ex ħaddiem minħabba l-insolvenza tal-persuna li timpjega għandu jitqies bħala manifestament sproporzjonat u għalhekk jobbliga lill-Istati Membri li jiżguraw protezzjoni minima kontra tali telf konformement mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE, minkejja li l-ex ħaddiem jirċievi tal-inqas nofs il-benefiċċji li jirriżultaw mid-drittijiet tal-irtirar li huwa jkun kiseb? |
7. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ħames domanda: Protezzjoni tad-drittijiet għal benefiċċji li jagħtu intitolament prospettiv lill-ħaddiema, meħtieġa skont l-Artikolu 3(4)(b) jew l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/23/KE (ekwivalenti għal dik prevista fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE) tingħata wkoll meta din tirriżulta mhux mid-dritt nazzjonali iżda unikament minn applikazzjoni diretta tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE? |
8. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għas-seba’ domanda: L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE jipproduċi wkoll effett dirett, b’tali mod li ħaddiem wieħed ikun jista’ jinvokah quddiem il-qorti nazzjonali, ukoll meta, minkejja li jirċievi minn tal-inqas nofs il-benefċċji li huwa jkun kiseb mid-drittijiet għall-pensjoni li jirriżultaw tiegħu, it-telf li huwa ssubixxa minħabba l-insolvenza tal-persuna li timpjega għandu madankollu jitqies bħala sproporzjonat? |
9. |
F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tmien domanda: Jekk, fil-qasam ta’ skemi komplementari ta’ previdenza professjonali, l-Istat Membru jindika (b’mod vinkolanti għall-persuni li jimpjegaw) entità rregolata mid-dritt privat bħala organu ta’ garanzija kontra r-riskju ta’ insolvenza, u dan l-organu jkun suġġett għall-kontroll prudenzjali eżerċitat mill-awtorità pubblika ta’ kontroll tas-servizzi finanzjarji li, minbarra dan, hija tieħu mingħand persuni li jimpjegaw skont modalitajiet irregolati mid-dritt pubbliku, il-kontribuzzjonijiet obbligatorji neċessarji għall-garanzija kontra r-riskju ta’ insolvenza u, bħal fil-każ ta’ awtorità pubblika, hija tista’ toħloq il-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni forzata permezz ta’ att amministrattiv, din l-entità rregolata mid-dritt privat hija awtorità pubblika tal-Istat Membru? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-15 ta’ Novembru 2018 – Vivendi SA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni
(Kawża C-719/18)
(2019/C 103/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vivendi SA
Konvenuta: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni
Domandi preliminari
1) |
Għalkemm huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw jekk l-impriżi għandhomx pożizzjoni dominanti (u li, bħala konsegwenza, jimponu fuqhom obbligi speċifiċi), l-Artikolu 43(11) tad-decreto legislativo 31 luglio 2005, n. 177 – Testo unico dei Servizi di Media audiovisivi e radiofonici (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 177 tal-31 ta’ Lulju 2005, li jistabbilixxi Test Uniku dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u tar-Radju, iktar ’il quddiem id-Digriet Leġiżlattiv Nru 177/2005), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, li jipprovdi li: “L-impriżi li d-dħul tagħhom fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ddefinit fl-Artikolu 18 tal-Codice delle comunicazioni elettroniche (il-Kodiċi tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi), inkluż permezz ta’ kumpanniji kkontrollati jew marbuta, jeċċedi 40 % tad-dħul globali ta’ dan is-settur ma jistgħux jirċievu, fis-sistema integrata ta’ komunikazzjonijiet, dħul li jkun jeċċedi 10 % ta’ dak iġġenerat mill-imsemmija sistema”, jikser id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ moviment liberu tal-kapital imsemmi fl-Artikolu 63 TFUE? Din id-domanda qiegħda ssir għal dak li jirrigwarda l-parti fejn, billi tirreferi għall-Artikolu 18 tal-Kodiċi tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, l-imsemmija dispożizzjoni tillimita s-settur inkwistjoni għas-swieq li jistgħu jkunu suġġetti għal kontroll ex ante, minkejja l-fatt magħruf li l-informazzjoni (li l-pluraliżmu tagħha jikkostitwixxi l-għan tad-dispożizzjoni kkonċernata) qiegħda tinxtered iktar u iktar permezz tal-użu tal-internet, tal-kompjuters personali u tat-telefonija mobbli, b’mod li jista’ jkun irraġonevoli li jiġu esklużi minn dan is-settur, b’mod partikolari, servizzi bl-imnut tat-telefonija mobbli, għar-raġuni biss li joperaw f’sistema kompletament kompetittiva. Id-domanda qiegħda ssir ukoll fid-dawl tal-fatt li l-Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni (l-Awtorità għall-Garanzija fil-Komunikazzjonijiet, l-Italja) iddelimitat is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 43(11) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 177/2005, preċiżament fil-kuntest tal-proċedura inkwistjoni, billi ħadet inkunsiderazzjoni biss is-swieq li kienu s-suġġett ta’ mill-inqas analiżi waħda minn meta daħal fis-seħħ il-Kodiċi tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, jiġifieri mill-2003 sal-lum, u billi bbażat ruħha fuq l-informazzjoni dwar id-dħul li tirriżulta mill-aħħar evalwazzjoni utli, li twettqet fl-2015. |
2) |
Il-prinċipji fil-qasam tal-protezzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, imsemmija fl-Artikoli 49 u 56 TFUE, l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (1)“servizzi tal-media awdjoviżiva u tar-radju”, li huma intiżi li jipproteġu l-pluraliżmu u l-libertà ta’ espressjoni, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit mid-dritt tal-Unjoni jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tas-servizzi pubbliċi tal-media awdjoviżiva u tar-radju, bħal dik Taljana li tinsab fl-Artikolu 43(11) u (14) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 177/2005, li tgħid li d-dħul rilevanti għad-determinazzjoni tat-tieni limitu ta’ 10 % għandu jinkludi dak tal-impriżi li ma humiex ikkontrollati jew suġġetti għal influwenza dominanti, iżda biss “marbuta” fis-sens tal-Artikolu 2359 tal-Codice Civile (il-Kodiċi Ċivili) (li għalih jirreferi l-Artikoli 43(14)), minkejja li l-ebda influwenza fuq l-informazzjoni li għandha tixxandar ma tista’ tiġi eżerċitata fuq dawn tal-aħħar? |
3) |
Il-prinċipji fil-qasam tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, imsemmija fl-Artikoli 49 u 56 TFUE, l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2002/21/KE, il-prinċipji fil-qasam tal-protezzjoni tal-pluraliżmu tas-sorsi ta’ informazzjoni u tal-kompetizzjoni fis-settur tax-xandir televiżiv imsemmija fid-Direttiva 2010/13/UE (2) dwar is-servizzi tal-media awdjoviżiva u fid-Direttiva 2002/21/KE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-Digriet Leġiżlattiv Nru 177/2005, li jissuġġetta, fl-Artikolu 43(9) u (11), għal limiti differenti ħafna (20 % u 10 % rispettivament), minn naħa, “l-operaturi obbligati jirreġistraw ruħhom fir-reġistru tal-operaturi tal-komunikazzjoni, stabbilit skont il-punt 5 tal-Artikolu 1(6)(a) tal-legge 31 luglio 1997, n. 249 [(il-Liġi Nru 249 tal-31 ta’ Lulju 1997)]” (jiġifieri, l-operaturi, imsemmija fl-Artikolu 9, li lilhom l-Awtorità għall-Garanzija fil-Komunikazzjonijiet jew awtoritajiet amministrattivi kompetenti oħra jagħtu konċessjonijiet jew awtorizzazzjonijiet abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, kif ukoll l-impriżi konċessjonarji tar-reklamar imxandar, l-impriżi tal-pubblikazzjoni, eċċ.) u, min-naħa l-oħra, l-impriżi li joperaw fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, iddefinit preċedentement (fil-kuntest tal-paragrafu 11)? |
(1) Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349).
(2) Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (GU 2010, L 95, p. 1, rettifika fil-ĠU 2010, L 263, p. 15).
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Lasithiou (il-Greċja) fl-4 ta’ Diċembru 2018 – M.V. et vs Organismos Topikis Aftodioikisis (O.T.A.) “Dimos Agiou Nikolaou”
(Kawża C-760/18)
(2019/C 103/11)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Monomeles Protodikeio Lasithiou (il-Greċja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: M.V. et
Konvenut: Organismos Topikis Aftodioikisis (O.T.A.) “Dimos Agiou Nikolaou”
Domandi preliminari
1) |
Interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jittrasponu l-Ftehim Qafas dwar Xogħol għal Terminu Fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 u li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Ftehim Qafas dwar Xogħol għal Żmien Fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) fl-ordinament ġuridiku nazzjonali li teskludi l-proroga awtomatika tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ ħaddiema fis-settur tal-ġbir tal-iskart mid-definizzjoni ta’ kuntratti għal żmien determinat “suċċessivi”, skont il-klawżola 1 u l-punt 2 tal-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, bis-saħħa ta’ dispożizzjoni espressa tad-dritt nazzjonali, b’mod speċifiku l-Artikolu 167 tal-Liġi Nru 4099/2012, bil-motivazzjoni li din ma tirrappreżentax dispożizzjoni bil-miktub ta’ kuntratt ġdid għal żmien determinat, iżda tirrappreżenta proroga tat-tul ta’ żmien tal-kuntratt ta’ xogħol diġà eżistenti, tmur kontra l-għan u l-effettività tal-imsemmi Ftehim Qafas? |
2) |
Fil-każ ta’ regolamentazzjoni u implimentazzjoni ta’ prassi, fl-impjieg ta’ ħaddiema fis-settur tal-ġbir tal-iskart, b’kuntrast mal-miżuri ta’ prevenzjoni tal-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, li huma previsti mill-miżura ta’ traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali li tinsab fil-punt 1 tal-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, l-obbligu ta’ interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni min-naħa ta’ qorti nazzjonali għandu jinkludi wkoll l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 2112/1920, inkwantu regola ekwivalenti, skont il-punt 1 tal-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, li teżisti minn qabel iżda li tkun għadha fis-seħħ, li tkun tippermetti l-klassifikazzjoni ġuridika korretta bħala kuntratti għal żmien indeterminat tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi li jintużaw sabiex jiġu ssodisfatti eżiġenzi permanenti u fit-tul ta’ entitajiet lokali fis-settur tal-ġbir tal-iskart? |
3) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, teżisti restrizzjoni eċċessiva tal-obbligu tal-qorti nazzjonali fl-interpretazzjoni tagħha tad-dritt nazzjonali b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni meta regola ta’ natura kostituzzjonali, bħall-Artikolu 103(7) u (8) tal-Kostituzzjoni Griega, rivedut fl-2001, tipprekludi kompletament, fis-settur pubbliku, il-konverżjoni tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratti għal żmien indeterminat konklużi meta din id-dispożizzjoni kienet għadha fis-seħħ, fejn l-applikazzjoni ta’ regola ekwivalenti tad-dritt nazzjonali li teżisti minn qabel iżda li tkun għadha fis-seħħ, bħall-Artikolu 8(3) tal-Liġi Nru 2112/1920 issir impossibbli, skont il-punt 1 tal-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, b’tali mod li ċċaħħad il-possibbiltà li jiġu kklassifikati ġuridikament mill-ġdid, matul proċedura ġudizzjarja, bħala kuntratti għal żmien indeterminat il-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi li jintużaw sabiex jiġu ssodisfatti eżiġenzi permanenti u fit-tul tal-entitajiet lokali fis-settur tal-ġbir tal-iskart anki fil-każ fejn l-istess entitajiet jaffaċċjaw eżiġenzi permanenti u fit-tul? |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Kamenz (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Diċembru 2018 – MC vs ND
(Kawża C-827/18)
(2019/C 103/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Kamenz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: MC
Konvenut: ND
Domanda preliminari
Il-pretensjoni inkwistjoni ta’ ammont prinċipali ta’ EUR 535, ibbażata fuq kuntratt ta’ bejgħ notarili tal-10 ta’ Frar 2016 fir-rigward tax-xiri ta’ appartament f’kondominju li jinsab fi Großröhrsdorf, fil-ġurisdizzjoni tal-Amtsgericht Kamenz (il-Qorti tad-Distrett ta’ Kamenz), li tirriżulta b’mod konkret mit-trasferiment tal-pussess u tat-tgawdija ta’ dan l-appartament f’kondominju lir-rikorrent fl-1 ta’ April 2016, konformement mal-Artikolu 6 tal-imsemmi kuntratt, u li tikkonsisti fil-ħlas ta’ kera li l-kerrej tal-imsemmi appartament f’kondominju kien xorta ħallas lill-konvenut, f’din id-data, għandha tintalab permezz ta’ rikors fil-qasam tad-drittijiet in rem u ta’ kera ta’ immobbli, fis-sens tal-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni ta’ Lugano (1), jew il-kompetenza internazzjonali ta’ qorti Ġermaniża għandha tiġi dedotta minn dispożizzjoni oħra tal-Konvenzjoni ta’ Lugano, jew hija stabbilita l-kompetenza internazzjonali tal-qorti Svizzera tad-domiċilju tal-konvenut (dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 2(1) u tal-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano)?
(1) Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali tat-30 ta’ Ottubru 2007 (“Konvenzjoni Lugano II”), ĠU 2009, L 147, p. 5.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-10 ta’ Jannar 2019 – Bouygues travaux publics, Elco construct Bucarest, Welbond armatures
(Kawża C-17/19)
(2019/C 103/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bouygues travaux publics, Elco construct Bucarest, Welbond armatures
Domanda preliminari
L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità (1) fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-2 ta’ Diċembru 1996 (2), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005 (3), u l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (4) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ċertifikat E 101 maħruġ mill-istituzzjoni indikata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, skont l-Artikolu 14(1) u (2)(b) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 647/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005, jew A 1 maħruġ skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali jorbot il-qrati tal-Istat Membru li fih ix-xogħol jitwettaq sabiex tiġi stabbilita l-leġiżlazzjoni applikabbli, mhux biss għall-iskema ta’ sigurità soċjali, iżda wkoll għad-dritt industrijali, meta din il-leġiżlazzjoni tiddefinixxi l-obbligi tal-persuni li jimpjegaw u d-drittijiet tal-persuni impjegati, b’mod li fit-tmiem tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, huma ma jistgħux jinjoraw dawn iċ-ċertifikati ħlief jekk, fuq il-bażi tal-elementi konkreti rċevuti matul l-investigazzjoni ġudizzjarja li ppermettiet li jiġi kkonstatat li dawn iċ-ċertifikati kienu nkisbu jew invokati b’mod frawdolenti u li l-istituzzjoni li ħarġithom adita kienet naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni, f’terminu raġonevoli, dawn il-qrati jikkaratterizaw frodi kkostitwita, fl-element oġġettiv tagħha mill-assenza ta’ osservanza ta’ kundizzjonijiet previsti f’xi waħda jew oħra mid-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, u fl-element suġġettiv tagħha, permezz tal-intenzjoni tal-persuna akkużata li tevita jew li teludi l-kundizzjonijiet ta’ ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat sabiex tikseb il-vantaġġ li huwa marbut ma’ dan?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-2 ta’ Diċembru 1996 li jemenda u jaġġorna r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3).
(3) Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità u (KEE) Nru. 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71 (ĠU 2005, L 117, p. 1).
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fil-11 ta’ Jannar 2019 – État belge vs Pantochim SA, fi stralċ
(Kawża C-19/19)
(2019/C 103/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: État belge
Konvenuta: Pantochim SA, fi stralċ
Domandi preliminari
— |
Id-dispożizzjoni li l-kreditu li huwa s-suġġett ta’ talba għal irkupru “għand[u] [j]iġi ttrattat[…] bħala talba [kreditu] ta’ l-Istat Membru li fih l-awtorità mitluba tkun tinsab”, kif huwa previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 6, tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE tas-26 ta’ Mejju 2008 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (1), li jissostitwixxi l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal-15 ta’ Marzu 1976 dwar l-assistenza bejn xulxin għall-irkupru ta’ pretensjonijiet relatati ma’ ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (2), għandha tinftiehem fis-sens li l-kreditu tal-Istat li jagħmel it-talba għandu jiġi assimilat għal dak tal-Istat li lilu ssir it-talba b’tali mod li l-kreditu tal-Istat li jagħmel it-talba jikseb il-kwalità ta’ kreditu tal-Istat li lilu ssir it-talba? |
— |
It-terminu “privileġġ” imsemmi fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE tas-26 ta’ Mejju 2008 u, qabel il-kodifikazzjoni, mill-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal-15 ta’ Marzu 1976 għandu jinftiehem bħala d-dritt preferenzjali marbut mal-kreditu li jagħtih dritt ta’ prijorità fuq il-krediti l-oħra fil-każ ta’ kompetizzjoni, jew bħala kwalunkwe mekkaniżmu li għandu bħala effett li jwassal, fil-każ ta’ kompetizzjoni, għal ħlas preferenzjali tal-kreditu? Il-fakultà li għandu l-uffiċċju tat-tassazzjoni li jagħti kumpens fil-każ ta’ kompetizzjoni, taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 334 tal-Liġi-Programm tas-27 ta’ Novembru 2004, għandha titqies bħala privileġġ fis-sens tal-Artikolu 10 tad-direttivi ċċitata iktar ’il fuq? |
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 44. Id-Direttiva 2008/55/KE tindika (nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 3) li t-titolu oriġinali tad-Direttiva 76/308/KEE ġie emendat permezz tad-Direttiva 79/1071/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 299), tad-Direttiva 92/12/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179, rettifika fil-ĠU 2015, L 210, p. 39) u tad-Direttiva 2001/44/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 12, p. 27).
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundessozialgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Jannar 2019 – ZP vs Bundesagentur für Arbeit
(Kawża C-29/19)
(2019/C 103/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundessozialgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: ZP
Konvenut: Bundesagentur für Arbeit
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 62(1), moqri flimkien mal-Artikolu 62(2), tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ qgħad ta’ ħaddiem, l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza għandha tibbaża l-kalkolu tal-benefiċċji fuq il-“paga” li l-persuna kkonċernata tkun “rċeviet” fir-rigward tal-aħħar attività tagħha eżerċitata fit-territorju tal-imsemmija istituzzjoni anki jekk, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-benefiċċji tal-qgħad applikabbli għall-istituzzjoni kompetenti, din il-paga ma tkunx tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni minħabba li ż-żmien li matulu tkun ġiet irċevuta ma kienx twil biżżejjed, u sussidjarjament, ikun previst kalkolu tal-benefiċċji fittizju? |
2) |
L-Artikolu 62(1), moqri flimkien mal-Artikolu 62(2), tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ qgħad ta’ ħaddiem, l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza għandha tibbaża l-kalkolu tal-benefiċċji fuq il-“paga” li l-persuna kkonċernata tkun “rċeviet” fir-rigward tal-aħħar attività tagħha eżerċitata fit-territorju tal-imsemmija istituzzjoni anki jekk, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-benefiċċji tal-qgħad applikabbli għall-istituzzjoni kompetenti, din il-paga ma tkunx tista’ tiġi inkluża fil-kalkolu tal-benefiċċji għall-perijodu ta’ referenza peress li ma tkunx ġiet ikkontabbilizzata fil-ħin, u sussidjarjament, ikun previst kalkolu fittizju tal-benefiċċji? |
(1) Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72)
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fl-10 ta’ Jannar 2019 – Diskrimineringsombudsmannen vs Braathens Regional Aviation AB
(Kawża C-30/19)
(2019/C 103/16)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta domstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Diskrimineringsombudsmannen
Konvenuta: Braathens Regional Aviation AB
Domanda preliminari
F’każ dwar ksur ta’ projbizzjoni mniżżla fid-Direttiva 2000/43/KE (1) fejn il-persuna li tkun saritilha dannu titlob kumpens għal diskriminazzjoni, għandu l-Istat Membru, jekk mitlub mill-persuna li tkun saritilha dannu, dejjem jeżamina jekk saritx diskriminazzjoni – u fejn xieraq jikkonkludi li dak kien il-każ – irrispettivament minn jekk il-persuna akkużata minn diskriminazzjoni ammettietx jew le li saret id-diskriminazzjoni, sabiex jitqies bħala ssodisfatt ir-rekwiżit fl-Artikolu 15 għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol.1, p. 23).
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fil-21 ta’ Jannar 2019 – BU vs État Belge
(Kawża C-35/19)
(2019/C 103/17)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: BU
Konvenut: État Belge
Domanda preliminari
Is-subparagrafu 4 tal-Artikolu 38(1) tas-C.I.R./92 jikser l-Artikoli 45 et seq (prinċipji tal-moviment liberu tal-ħaddiema) u l-Artikoli 56 et seq (prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sa fejn dan jeżenta fiskalment l-allowances għall-persuni b’diżabbiltà biss jekk dawn l-allowances jitħallsu mit-Teżor, jiġifieri, mill-Istat Belġjan, skont il-leġiżlazzjoni Belġjana, li b’dan il-mod joħloq diskriminazzjoni bejn il-persuna taxxabbli, residenti Belġjana, li tirċievi allowances għall-persuni b’diżabbiltà mħallsa mill-Istat Belġjan skont il-leġiżlazzjoni tiegħu, li huma eżentati, u l-persuna taxxabbli, residenti Belġjana, li tirċievi allowances intiżi li jikkumpensaw diżabbiltà mħallsa minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, li ma humiex eżentati?
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/17 |
Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-316/14, Kurdistan Workers’ Party (PKK) vs Il-Kunsill
(Kawża C-46/19 P)
(2019/C 103/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, S. Van Overmeire, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Kurdistan Workers’ Party (PKK), il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali; |
— |
tiddeċiedi b’mod definittiv dwar il-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan l-appell u tiċħad ir-rikors ippreżentat mill-PKK; u |
— |
tikkundanna lill-PKK għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill fil-kuntest ta’ dan l-appell u tal-Kawża T-316/14. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Kunsill isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fis-sentenza appellata fir-rigward tal-punti li ġejjin:
— |
l-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali kklassifikat b’mod żbaljat id-deċiżjonijiet ikkontestati bħala deċiżjonijiet li jaqgħu esklużivament taħt l-Artikolu 1(6) (1); |
— |
it-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat li d-deċiżjonijiet tal-Istat Uniti ma setgħux iservu bħala bażi għall-inklużjoni inizjali fil-lista; |
— |
it-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li l-Kunsill ma kienx spjega għalfejn huwa kien jikkunsidra li d-deċiżjonijiet tal-Istati Uniti u d-Digriet tal-Ministru għall-Intern tar-Renju Unit kienu jikkostitwixxu deċiżjonijiet ta’ awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK; |
— |
ir-raba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat għal dan il-każ il-punt 55 tas-sentenza LTTE, mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja (2); |
— |
il-ħames aggravju: il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat għal dan il-każ il-punt 71 tas-sentenza LTTE; |
— |
is-sitt aggravju: il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u l-punt 55 tas-sentenza LTTE; |
— |
is-seba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat li l-Kunsill ma setax iwieġeb għall-ittra tal-PKK fl-ittra tiegħu stess tas-27 ta’ Marzu 2015. |
(1) Pożizzjoni komuni tal-kunsill tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 217).
(2) Sentenza tas-26 ta’ Lulju 2017, Il-Kunsill vs LTTE, C-599/14 P, EU:C:2017:583.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/18 |
Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2019 minn Credito Fondiario SpA mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-19 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-661/16, Credito Fondiario vs BUR
(Kawża C-69/19 P)
(2019/C 103/19)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Credito Fondiario SpA (rappreżentanti: F. Sciaudone, F. Iacovone, S. Frazzani u A. Neri, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Intervenjenti: Ir-Repubblika Taljana, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla d-digriet appellat u tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali; |
— |
tikkundanna lill-BUR għall-ispejjeż tal-appell u għal dawk tal-Kawża T-661/16; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-digriet appellat sa fejn il-Qorti Ġenerali tikkundanna lil Credito Fondiario għall-ħlas tal-ispejjeż tal-BUR u tiddeċiedi l-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza skont il-prinċipju ta’ ekwità. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tqis li d-digriet appellat huwa vvizzjat b’numru ta’ żbalji, li jikkostitwixxu kemm żbalji ta’ liġi kif ukoll żbalji ta’ proċedura.
I. Kwalifika żbaljata tal-fatti – Nuqqas ta’ motivazzjoni
Il-Qorti Ġenerali kkwalifikat b’mod żbaljat il-fatti skont il-ġurisprudenza li tipprevedi li fin-nuqqas ta’ pubblikazzjoni jew ta’ notifika, it-terminu għall-preżentata ta’ appell jibda jiddekorri mill-mument fejn il-parti kkonċernata tieħu konjizzjoni preċiża tal-kontenut u tal-motivazzjoni tal-att, bil-kundizzjoni li tkun talbet it-test f’terminu raġonevoli.
B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod żbaljat li l-appellanti ħadet konjizzjoni ta’ żewġ deċiżjonijiet tal-BUR permezz taż-żewġ noti tal-Banca d’Italia tat-3 ta’ Mejju 2016. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod żbaljat li l-appellanti ma aġixxietx f’terminu reġjonevoli sabiex tikseb iż-żewġ deċiżjonijiet tal-BUR. Il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx debitament il-kuntest ta’ nuqqas ta’ ċertezza legali. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat ikkonstatat in-natura tardiva tar-rikors fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni.
II. Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza relatata mat-“terminu raġonevoli”
L-evalwazzojni tan-natura tardiva tar-rikors magħmula mill-Qorti Ġenerali hija vvizzjata wkoll minħabba l-interpretazzjoni żbaljata (u l-konsegwenti applikazzjoni żbaljata għall-każ inkwistjoni) tal-ġurisprudenza relatata mat-tul raġonevoli tat-terminu li matulu l-parti kkonċernata għandha taġixxi biex tikseb id-deċiżjoni li għandha tiġi kkontestata.
III. Ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti – Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali
Filwaqt li l-Qorti Ġenerali adottat numru ta’ miżuri istruttorji u miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, hija ma stednitx lill-partijiet iressqu osservazzjonijiet dwar il-kwistjoni tal-preżentata fil-ħin tar-rikors. Il-Qorti Ġenerali eżaminat il-kwistjoni tan-natura tardiva għall-ewwel darba fid-digriet, fejn ibbażat iċ-ċaħda tar-rikors fuq din il-kwistjoni, mingħajr ma qiegħdet lill-partijiet, b’mod partikolari lill-appellanti, fil-kundizzjoni li jressqu l-fehmiet u l-argumenti tagħhom dwar dan il-punt.
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali adottat id-digriet b’applikazzjoni tal-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, minkejja li kien evidenti, għal numru ta’ rġaunijiet, li l-motiv ta’ inammissibbiltà li fuqu kien ibbażat id-digriet ma kienx manifest.
Għalhekk, il-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tad-difiża tal-appellanti.
IV. Żball ta’ evalwazzjoni relatat mal-inammissibbiltà tat-talba mressqa taħt l-Artikolu 277 TFUE
L-evalwazzjonijiet żbaljati li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali kkonstatat l-inammissibbiltà tat-talba għal annullament jikkomportaw, awtomatikament, l-illegalità tad-digriet fil-parti fejn il-Qorti Ġenerali kkonstatat l-inammissibbiltà tat-talba tal-appellanti intiża sabiex tinkiseb id-dikjarazzjoni ta’ illegalità tar-Regolament 2015/63 (1). Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali qieset li t-tieni talba kienet neċessarjament aċċessorja fir-rigward tat-talba prinċipali ta’ annullament, u li għalhekk l-inammissibbiltà manifesta tar-rikors għal annullament kienet tiddetermina awtomatikament l-inammissibbiltà manifesta tat-talba intiża sabiex tinkiseb id-dikjarazzjoni ta’ illegalità tar-Regolament 2015/63.
V. Żball ta’ evalwazzjoni relatat mal-kundanna għall-ispejjeż – Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 134 u 135 tar-Regoli tal-Proċedura
Sussidjarjament, l-appellanti tikkontesta d-digriet sa fejn il-Qorti Ġenerali kkundannatha tbati l-ispejjeż tal-BUR.
Skont l-appellanti, għal raġunijiet ta’ ekwità, il-Qorti Ġenerali jmissha applikat l-Artikolu 135 tar-Regoli tal-Proċedura u paċiet l-ispejjeż bis-saħħa tal-Artikolu 135(1) tar-Regoli tal-Proċedura jew, jekk ikun il-każ, imissha kkundannat lill-BUR sabiex tbati mill-inqas parti mill-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fl-ewwel istanza, bis-saħħa tal-Artikolu 135(2) tar-Regoli tal-Proċedura.
(1) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44 u r-rettifika ĠU 2017 L 156, p. 38).
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/20 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Financiën, fil-preżenza ta’: Nederlandse Orde van Belastingadviseurs, Loyens Loeff NV
(Kawża C-157/17) (1)
(2019/C 103/20)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/20 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Diċembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija, sostnuta mir-Republika Franċiża
(Kawża C-76/18) (1)
(2019/C 103/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/20 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija, sostnuta mir-Republika Franċiża
(Kawża C-77/18) (1)
(2019/C 103/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti Ġenerali ordna t-tħassir tal-kawża.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/21 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Diċembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija, sostnuta minn: ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-79/18) (1)
(2019/C 103/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/21 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Diembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja, sostnuta minn: ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-206/18) (1)
(2019/C 103/24)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/21 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-487/18) (1)
(2019/C 103/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti Ġenerali ordna t-tħassir tal-kawża.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/21 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Minister for Justice and Equality vs ND
(Kawża C-685/18) (1)
(2019/C 103/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
Il-Qorti Ġenerali
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2019 – Mema vs CPVO (Braeburn 78 (11078))
(Kawża T-177/16) (1)
((“Varjetajiet ta’ pjanti - Applikazzjoni għal drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ pjanti Braeburn 78 (11078) - Ħatra ta’ uffiċċju ta’ eżami ieħor - Portata tal-eżami li għandu jitwettaq mill-Bord tal-Appell - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2019/C 103/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mema GmbH LG (Terlan, l-Italja) (rappreżentanti: B. Breitinger u S. Kirschstein-Freund, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (rappreżentanti: M. Ekvad, F. Mattina, O. Lamberti u U. Braun-Mlodecka, aġenti, assistiti minn A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tal-15 ta’ Diċembru 2015 (Każ A 001/2015), dwar applikazzjoni għal għoti ta’ drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ pjanti Braeburn 78.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) tal-15 ta’ Diċembru 2015 (Każ A 001/2015), li tikkonċerna applikazzjoni għal għoti ta’ drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ pjanti Braeburn 78, hija annullata. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud |
3) |
Iċ-CPVO huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – Arango Jaramillo et vs BEI
(Kawża T-487/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Pensjonijiet - Riforma tal-2008 - Żieda fir-rata ta’ kontribuzzjonijiet - Dikjarazzjonijiet sussegwenti tas-salarju - Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà”))
(2019/C 103/28)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Oscar Orlando Arango Jaramillo (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu), u t-33 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: B. Cortese, C. Cortese u F. Spitaleri, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment C. Gómez de la Cruz, T. Gilliams u G. Nuvoli, sussegwentement T. Gilliams, G. Faedo u J. Klein, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-“deċiżjonijiet” tal-BEI, li jinsabu fid-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti għal Frar 2011, li r-rata tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-iskema tal-Pensjonijiet tiżdied minn 9 % għal 10 % u, min-naħa l-oħra, sabiex il-BEI jiġi kkundannat iħallas Ewro simboliku, bħala kumpens għad-dannu morali li r-rikorrenti allegatament sofrew.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud għaliex inammissibbli. |
2) |
Oscar Orlando Arango Jaramillo u l-membri l-oħra tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-BEI. |
(1) ĠU C 211, 16.7.2011 (Kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-58/11 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – RK vs Il-Kunsill
(Kawża T-11/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal - Ħruġ fuq leave fl-interess tas-servizz - Ugwaljanza fit-trattament - Projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għal smigħ - Dritt ta’ premura - Responsabbiltà”))
(2019/C 103/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: RK (rappreżentanti: inizjalment L. Levi u A. Tymen, sussegwentement L. Levi, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u J. A. Steele, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni mhux datata tal-Kunsill dwar ħruġ fuq leave tar-rikorrenti fl-interess tas-servizz abbażi tal-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u, skont il-bżonn, tad-deċiżjoni tas-27 ta’ Settembru 2016 li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li allegatament ġarrbet ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
RK għandha tbati 80 % tal-ispejjeż rispettivi tagħha. |
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u 20 % tal-ispejjeż sostnuti minn RK. |
4) |
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2019 – Proximus vs Il-Kunsill
(Kawża T-117/17) (1)
((Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura negozjata - Offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-awtorità kontraenti - Legalità tal-metodu ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba))
(2019/C 103/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Proximus SA/NV (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Schutyser, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Jaume u S. Cholakova, aġenti, assistiti minn P. de Bandt, P. Teerlinck u M. Gherghinaru, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2016 li tagħti lil offerent ieħor il-kuntratt-qafas ta’ provvista ta’ servizzi fil-qasam taċ-ċibersigurtà [kunfidenzjali].
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Proximus SA/NV hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2019 – EKETA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-166/17) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt Sensation konkluż fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas - Nefqa eliġibbli - Nota ta’ debitu maħruġa mill-konvenut għall-irkupru tas-somom mħallsa - Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet - Kunflitti ta’ interess”))
(2019/C 103/31)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Katsimerou, O. Verheecke u J. Estrada de Solà, sussegwentement A. Katsimerou, A. Kyratsou u O. Verheecke, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża għall-konstatazzjoni, minn naħa, li d-dejn imsemmi fin-nota ta’ debitu Nru 3241615291 tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2016, skont liema r-rikorrenti kellha tirrimborsa lilha l-ammont ta’ EUR 197 799,52 mis-sussidju rċevut minnha għal studju fuq proġett ta’ riċerka msejjaħ Sensation huwa, fir-rigward tas-somma ta’ EUR 179 101,34, infondat u, min-naħa l-oħra, li l-ammont kontenzjuż jikkorrispondi ma’ nefqa eliġibbli li r-rikorrenti ma hijiex obbligata li tirrimborsa.
Dispożittiv
1) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA), l-ewwel nett, l-ammont ta’ EUR 19 522,57, li jikkorrispondi ma’ nefqa eliġibbli tal-persunal, miżjud bi spejjeż indiretti li huma relatati miegħu u b’interessi moratorji fuq dan l-ammont fir-rata ta’ 3,50 % sa mit-12 ta’ Mejju 2017 sal-ħlas sħiħ tiegħu; it-tieni nett, interessi moratorji fuq l-ammont ta’ EUR 2 950 fir-rata ta’ 3,50 %, ikkalkulati sa mit-12 ta’ Mejju 2017 sat-28 ta’ Novembru 2017 u, it-tielet nett, interessi moratorji fuq l-ammont ta’ EUR 8 988,21 fir-rata ta’ 3,50 % kkalkulati sa mit-12 ta’ Mejju 2017 sal-ħlas ta’ dan l-ammont fit-2 ta’ Ottubru 2017. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
EKETA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u disgħin fil-mija tal-ispejjeż tal-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tbati għaxra fil-mija tal-ispejjeż tagħha. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2019 – EKETA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-198/17) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt Actibio konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas - Nefqa eliġibbli - Nota ta’ debitu maħruġa mill-konvenut għall-irkupru tas-somom mħallsa - Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet - Kunflitti ta’ interess”))
(2019/C 103/32)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou, A. Kyratsou u O. Verheecke, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, minn naħa, għall-konstatazzjoni li d-dejn imsemmi fin-nota ta’ debitu Nru 3241615335 tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2016, skont liema r-rikorrenti kellha tirrimborsa lilha l-ammont ta’ EUR 38 241 mis-sussidju rċevut minnha għal studju fuq il-proġett Actibio, huwa infondat fir-rigward tal-ammont ta’ EUR 9 353,56 u, min-naħa l-oħra, li dan l-ammont jikkorrispondi ma’ nefqa eliġibbli li r-rikorrenti ma hijiex obbligata li tirrimborsa
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) hija kkundannata għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – Pear Technologies vs EUIPO – Apple (PEAR)
(Kawża T-215/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PEAR - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta tuffieħa - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2019/C 103/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pear Technologies Ltd (Macao, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J. Coldham, solicitor, u E. Himsworth, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Olsen u P. Andreottola, solicitors, u G. Tritton, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2017 (Każ R 860/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Apple u Pear Technologies.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tat-18 ta’ Jannar 2017 (Każ R 860/2016-5) hija annullata. |
2) |
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll nofs dawk esposti minn Pear Technologies Ltd. |
3) |
Apple Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs dawk esposti minn Pear Technologies. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – Swemac Innovation vs EUIPO – SWEMAC Medical Appliances (SWEMAC)
(Kawża T-287/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SWEMAC - Isem tal-kumpannija jew isem kummerċjali nazzjonali preċedenti SWEMAC Medical Appliances AB - Raġuni relattiva għal rifjut - Dekadenza minħabba tolleranza - Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 61(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament 2017/1001) - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”))
(2019/C 103/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Swemac Innovation AB (Linköping, l-Isvezja) (rappreżentant: G. Nygren, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: SWEMAC Medical Appliances AB (Täby, l-Isvezja) (rappreżentant: P. Jonsell, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2017 (Każ R 3000/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Swemac Innovation u SWEMAC Medical Appliances.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Swemac Innovation AB hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn SWEMAC Medical Appliances AB, għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2019 – Stavytskyi vs Il-Kunsill
(Kawża T-290/17) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-lista - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Bażi legali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ ne bis in idem”))
(2019/C 103/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Edward Stavytskyi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey u D. Rovetta, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u J.-P. Hix, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta u L. Baumgart, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 34), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrent inżamm fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna huma annullati sa fejn Edward Stavytskyi inżamm fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi. |
2) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn E. Stavytskyi. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2019 – The GB Foods vs EUIPO – Yatecomeé (YATEKOMO)
(Kawża T-336/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali YATEKOMO - Trade mark nazzjonali figurattiva yatecomeré - Ammissibbiltà ta’ provi ġodda insostenn tal-eżattezza tal-fatti magħrufa - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2019/C 103/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: The GB Foods, SA (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: M. C. Buganza González u E. Torner Lasalle, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Yatecomeré, SL (Ribadumia, Spanja) (rappreżentanti: J. C. Erdozain López, V. Arnaiz Medina u L. Montoya Terán, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1506/2016-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Yatecomeré u the GB Foods.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
The GB Foods, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2019 – TN vs ENISA
(Kawża T-461/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni - Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Aċċettazzjoni tal-offerta ta’ reklutaġġ - Irtirar tal-offerta ta’ reklutaġġ - Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ - Referenzi ta’ karattru xieraq - Article 12 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Trattament ta’ data personali - Dritt għal smigħ - Responsabbiltà”))
(2019/C 103/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: TN (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (rappreżentanti: A. Ryan, aġent, assostit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għal, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-25 ta’ Novembru 2016 li permezz tagħha l-ENISA pproċediet għall-irtirar tal-offerta ta’ reklutaġġ għall-pożizzjoni ta’ kap tad-diviżjoni “Servizzi Amministrattivi” ppreżentata lir-rikorrent, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni tal-20 ta’ April 2017 li tiċħad l-ilment tiegħu u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-ENISA għall-kumpens għad-danni materjali u morali. li r-rikorrent allegatament sofra minħabba, b’mod partikolari, l-irtirar illegali ta’ din l-offerta.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
TN huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – Duym vs Il-Kunsill
(Kawża T-549/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ ħatra għal pożizzjoni ta’ kap ta’ unità - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ċaħda ta’ kandidatura - Ħatra ta’ kandidat ieħor - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Interess tas-servizz - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni”))
(2019/C 103/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Frederik Duym (Oostende, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konsultattiv ta’ Selezzjoni, ikkomunikata lir-rikorrent permezz ta’ posta elettronika tas-7 ta’ Ottubru 2016, li tiċħad il-kandidatura tiegħu fil-kuntest tal-proċedura ta’ selezzjoni tal-Kap tal-Unità tal-lingwa Olandiża fi ħdan id-Diviżjoni tat-Traduzzjoni tal-Kunsill, kif ukoll tad-deċiżjoni sussegwenti tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2016 li taħtar lis-Sinjura A. għall-imsemmija pożizzjoni.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Frederik Duym huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsull tal-Unjoni Ewropea |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – Abdulkarim vs Il-Kunsill
(Kawża T-559/17) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żbalji ta’ evalwazzjoni - Aġġustament ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”))
(2019/C 103/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mouhamad Wael Abdulkarim (Dubaï, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: J.-P. Buyle u L. Cloquet, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Veiga u I. Pouli, sussegwentement minn I. Pouli u V. Piessevaux, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/907 tad-29 ta’ Mejju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 15), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/774 tat-28 ta’ Mejju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 1), safejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011, kif emendat, għall-aħħar darba, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/907 tad-29 ta’ Mejju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/774 tat-28 ta’ Mejju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati safejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Mouhamad Wael Abdulkarim. |
2) |
L-effetti tad-Deċiżjonijiet 2017/917 u 2018/778 huma miżmuma fir-rigward ta’ Abdulkarim sad-data tal-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell jew, jekk jiġi ppreżentat appell f’dan it-terminu, saċ-ċaħda possibbli tal-appell. |
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Abdulkarim. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2019 – Karp vs Il-Parlament
(Kawża T-580/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Klassifikazzjoni - Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Ilment prematur - Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà - Awtonomija tar-rimedji ġudizzjarji - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt marbut ma’ leave tal-maternità - Obbligu ta' motivazzjoni - Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi - Abbuż ta’ dritt - Dritt għal smigħ - Responsabbiltà”))
(2019/C 103/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Kevin Karp (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Lambers u R. Ben Ammar, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: Í. Ní Riagáin Düro u M. Windisch, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tikklassifika lir-rikorrent fil-grupp ta’ funzjonijiet II, grad 4, skala 1, fil-kuntest tal-kuntratt bħala membru tal-persunal bil-kuntratt li ġie konkluż fit-12 ta’ Mejju 2016 u li skada fil-11 ta’ Novembru 2016 u, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-danni morali u materjali li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba l-klassifikazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tiegħu.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Kevin Karp huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – Thun vs EUIPO (Ħut)
(Kawża T-604/17) (1)
((“Disinn Komunitarju - Disinn Komunitarju rreġistrat - Assenza ta’ applikazzjoni għal tiġdid - Tħassir tad-disinn fl-iskadenza tar-reġistrazzjoni - Applikazzjoni għal restutio in integrum - Kundizzjonijiet kumulattivi - Dmir ta’ viġilanza - Delega ta’ setgħa - Telf ta’dritt”)
(2019/C 103/41)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Thun SpA (Bolzano, l-Italja) (rappreżentant: B. Giordano, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 1680/2016-3) dwar talba għal restutio in integrum.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Thun SpA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – Sumol + Compal Marcas vs EUIPO – Jacob (Dr. Jacob’s essentials)
(Kawża T-656/17) (1)
((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Dr. Jacob’s essentials - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti COMPAL ESSENCIAL - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti FRUTA essencial u Compal FRUTA essencial - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)))
(2019/C 103/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sumol + Compal Marcas, SA (Carnaxide, il-Portugall) (rappreżentant: A. De Sampaio, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ludwig Manfred Jacob (Heidesheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2017 (Każ R 2067/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sumol + Compal Marcas u M. Jacob
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Lulju 2017 (Każ R 2067/2016-5) hija annullata. |
2) |
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Sumol + Compal Marcas, SA. |
3) |
Ludwig Manfred Jacob għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – Alkarim for Trade and Industry vs Il-Kunsill
(Kawża T-667/17) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni - Aġġustament ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”))
(2019/C 103/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Alkarim for Trade and Industry LLC (Tal Kurdi, is-Sirja) (rappreżentanti: J.-P. Buyle u L. Cloquet, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u A. Limonet, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1245 tal-10 ta’ Lulju 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 178, p. 13), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1241 tal-10 ta’ Lulju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2017, L 178, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16, rettifika fil-ĠU 2018, L 167, p. 36), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/774 tat-28 ta’ Mejju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 167, p. 36), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1245 tal-10 ta’ Lulju 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011, kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1241 tal-10 ta’ Lulju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/774 tat-28 ta’ Mejju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Alkarim for Trade and Industry LLC. |
2) |
L-effetti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2017/1245 u tad-Deċiżjoni 2018/778 għandhom jinżammu fil-konfront ta’ Alkarim for Trade and Industry sad-data tal-iskadenza tat-terminu għal appell jew, jekk jiġi ppreżentat appell f’dan it-terminu, saċ-ċaħda eventwali tal-appell. |
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Alkarim for Trade and Industry. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – Eglo Leuchten vs EUIPO – Di-Ka (Lampe)
(Kawża T-766/17) (1)
((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat ta’ dawl - Raġuni ta’ invalidità - Disinn preċedenti - Karattru individwali - Utent informat - Grad ta’ libertà tal-kreatur - Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”))
(2019/C 103/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Eglo Leuchten GmbH (Pill, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Lauf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Di-Ka Vertriebs GmbH & Co. KG (Arnsberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-H. Hoffmann, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2017 (Każ R 738/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Eglo Leuchten u Di-Ka Vertriebs.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Eglo Leuchten GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – Eglo Leuchten vs EUIPO – Briloner Leuchten (Lampa)
(Kawża T-767/17) (1)
((“Disinn komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat tad-dawl - Raġuni għal invalidità - Disinn preċedenti - Karattru individwali - Utent avżat - Grad ta’ libertà tal-kreatur - Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”))
(2019/C 103/45)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Eglo Leuchten GmbH (Pill, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Lauf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Briloner Leuchten GmbH & Co. KG, li kienet Briloner Leuchten GmbH (Brilon, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-H. Hoffmann, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2017 (Każ R 746/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Eglo Leuchten u Briloner Leuchten.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Eglo Leuchten GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/36 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2019 – Ilhan vs EUIPO – Time Gate (BIG SAM SPORTSWEAR COMPANY)
(Kawża T-785/17) (1)
((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva BIG SAM SPORTSWEAR COMPANY - Trade mark verbali preċedenti SAM - Raġuni relattiva għal rifjut - Dekadenza minħabba tolleranza - Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali - Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 61(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001)))
(2019/C 103/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ercan Ilhan (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentanti: S. Can, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Time Gate GmbH (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Kunz-Hallstein, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Settembru 2017 (Każ R 974/2016-5), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Time Gate u E. Ilhan.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
E. Ilhan huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/36 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – TecAlliance vs EUIPO – Siemens (TecDocPower)
(Kawża T-789/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TecDocPower - Trade marks verbali u figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea TECDOC u TecDoc - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001)”))
(2019/C 103/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: TecAlliance GmbH (Ismaning, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Engemann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Siemens AG (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Settembru 2017 (Każ R 2433/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn TecAlliance u Siemens.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
TecAlliance GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 24 ta’ Jannar 2019 – Brown Street Holdings vs EUIPO – Enesan (FIGHT LIFE)
(Kawża T-800/17) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali FIGHT LIFE - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti FIGHT FOR LIFE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà tal-konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”])
(2019/C 103/48)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Brown Street Holdings Ltd (Auckland, in-New Zealand) (rappreżentanti: inizjalment minn C. Hufnagel, M. Kleespies, J. Clayton-Chen u A. Bender, sussegwentement minn M. Kleespies u A. Bender, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka u M. Fischer, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Enesan AG (Zurich, l-Isvizzera)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2017 (Każ R 36/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Brown Street Holdings u Enesan.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Settembru 2017 (Każ R 36/2017-2) hija annullata safejn din ċaħdet l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha għall-prodotti taħt il-klassi 5 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat. |
2) |
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Brown Street Holdings Ltd. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/38 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2019 – Bekat vs EUIPO – Borbet (ARBET)
(Kawża T-79/18) (1)
((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ARBET - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BORBET - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))
(2019/C 103/49)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Arif Oliver Bekat (Esslingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kohl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl, D. Hanf u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Borbet GmbH (Hallenberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Krenzel, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1117/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Borbet u A. Bekat.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
2) |
Arif Oliver Bekat huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/38 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2019 – Gruppo Armonie vs EUIPO (ARMONIE)
(Kawża T-88/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ARMONIE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 103/50)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Gruppo Armonie SpA (Casalgrande, l-Italja) (rappreżentant: G. Medri, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 2063/2017-5) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ARMONIE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Gruppo Armonie SpA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/39 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – DeepMind Technologies vs EUIPO (STREAMS)
(Kawża T-97/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali STREAMS - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(c) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Prattika preċedenti tal-EUIPO”))
(2019/C 103/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: DeepMind Technologies Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. St Quintin, barrister, K. Gilbert u G. Lodge, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Ruzek u D. Walicka, sussegwentement V. Ruzek u H. O’Neill, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 (Każ R 35/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali STREAMS bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
DeepMind Technologies Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/39 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2019 – Multifit vs EUIPO (TAKE CARE)
(Kawża T-181/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TAKE CARE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 103/52)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Multifit Tiernahrungs GmbH (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u M. Fischer, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Jannar 2018 (Każ R 845/2017-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv TAKE CARE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
2) |
Multifit Tiernahrungs GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2019 – Arezzo Indústria e Comércio vs EUIPO (SCHUTZ)
(Kawża T-256/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SCHUTZ - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2019/C 103/53)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Arezzo Indústria e Comércio, SA (Belo Horizonte, il-Brażil) (rappreżentanti: A. Sebastião u J. M. Pimenta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2018 (Każ R 661/2017-4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SCHUTZ bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Arezzo Indústria e Comércio, SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2019 – Marry Me Group vs EUIPO (MARRY ME)
(Kawża T-332/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MARRY ME - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 103/54)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Marry Me Group AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: G. Theado, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Schäfer u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2018 (Każ R 806/2017-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MARRY ME bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Marry Me Group AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/41 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2019 – Marry Me Group vs EUIPO (marry me)
(Kawża T-333/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade marks figurattiva tal-Unjoni Ewropea marry me - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 103/55)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Marry Me Group AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: G. Theado, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Schäfer u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2018 (Każ R 807/2017-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv marry me bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Marry Me Group AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/42 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – Geske vs EUIPO (SATISFYERMEN)
(Kawża T-427/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SATISFYERMEN - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001”))
(2019/C 103/56)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: André Geske (Lübbecke, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Albrecht, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sesma Merino u S. Hanne, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Mejju 2018 (Każ R 2603/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv SATISFYERMEN bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
André Geske huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/42 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2019 – Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-149/16) (1)
((“Rikors għal annullament - Assistenza finanzjarja fil-qasam tal-mekkaniżmu għall-interkonnessjoni fl-Ewropa - Settur tat-trasport għall-perijodu 2014-2020 - Lis pendens - Inammissibbiltà”))
(2019/C 103/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment P. Glazener, sussegwentement Y. de Vries u D. Coumans u fl-aħħar nett Y. de Vries u J. de Kok, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u J. Samnadda, aġenti)
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5274 finali, tal-31 ta’ Lulju 2015, li tistabbilixxi l-lista tal-proposti awtorizzati biex jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-mekkaniżmu għall-interkonnessjoni fl-Ewropa (MIE) – settur tat-trasport, wara s-sejħiet għal proposti magħmula fil-11 ta’ Settembru 2014 u bbażati fuq il-programm ta’ xogħol multiannwali.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/43 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2019 – L’Huillier vs Gollnisch u Il-Parlament
(Kawża T-624/16 TO) (1)
((“Oppożizzjoni minn terzi - Ċaħda tat-talba għal intervent tat-terz li jopponi - Inammissibbiltà”))
(2019/C 103/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Terz li jopponi: Guillaume L’Huillier (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentant: A. Varaut, avukat)
Rikorrent fil-kawża prinċipali: Bruno Gollnisch (Villiers-le-Mahieu, Franza) (rappreżentant: B. Bonnefoy-Claudet, avukat)
Konvenut fil-kawża prinċipali: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u L. Vétillard, aġenti)
Suġġett
Talba għal oppożizzjoni minn terzi kontra s-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2018, Gollnisch vs Il-Parlament (T-624/16, mhux ippubblikata, taħt appell, EU:T:2018:121).
Dispożittiv
1) |
It-talba għal oppożizzjoni minn terzi hija miċħuda. |
2) |
Guillaume L’Huillier għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew. |
3) |
Bruno Gollnisch għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/43 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2019 – Pilatus Bank vs BĊE
(Kawża T-687/18 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2019/C 103/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Pilatus Bank plc (Ta’Xbiex, Malta) (rappreżentanti: O.H. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Yoo, M. Puidokas u A. Karpf, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ att tal-Bank Ċentrali Ewropew li jinsab f’posta eletronika tal-10 ta’ Settembru 2018, u li permezz tiegħu l-BĊE eżiġa li kull komunikazzjoni min-naħa tar-rikorrent lill-BĊE għandha ssir permezz tal-persuna maħtura mill-Awtorita Maltija għas-Servizzi Finanzjarji jew bl-awtorizzazzjoni ta’ din il-persuna.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/44 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2018 – Aquind vs ACER
(Kawża T-735/18)
(2019/C 103/60)
Lingwa tal-kawża:l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aquind Ltd (Wallsend, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Goldberg, E. White u C. Davis, solicitors)
Konvenuta: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni Nru A-001-2018 tas-17 ta’ Ottubru 2018 mogħtija mill-Bord ta’ Appell tal-konvenuta, kif ukoll id-Deċiżjoni Nru 05/2018 tal-konvenuta tad-19 ta’ Ġunju 2018 li ġiet ikkonfermata mid-Deċiżjoni Nru A-001-2018; |
— |
tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet legali prinċipali mqajma fir-rikors, ibbażati i) fuq il-fatt li l-konvenuta u l-Bord ta’ Appell tal-konvenuta kkunsidraw b’mod żbaljat li r-rikorrenti kellha l-ewwel titlob u tikseb deċiżjoni dwar tqassim transkonfinali tal-ispejjeż qabel ma tkun tista’ tingħata deċiżjoni bis-saħħa tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (ir-raba’ motiv); u ii) fuq in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni mill-konvenuta u mill-Bord ta’ Appell tal-konvenuta tal-impossibbiltà legali għar-rikorrenti li tipera l-interkonnettur propost fi Franza mingħajr eżenzjoni (is-sitt motiv); |
— |
tiddeċiedi dwar kull wieħed mill-motivi mqajma fir-rikors b’mod individwali sabiex tevita kull kwistjoni ulterjuri dwar dawn il-punti kontenzjużi meta t-talba għal eżenzjoni tiġi eżaminata mill-ġdid mill-konvenuta; u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 714/2009 inkwantu ngħatat marġni ta’ diskrezzjoni lill-konvenuta meta evalwat it-talba għal eżenzjoni. Fid-dawl tal-kriterji oġġettivi fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 714/2009, il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-konvenuta għandha tkun limitata għall-eżami dwar jekk dawn il-kundizzjonijiet ġewx issodisfatti jew le. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ interpretazzjoni tar-Regolament Nru 714/2009 inkwantu tqies li t-talba għal eżenzjoni għandha tintlaqa’ biss bħala miżura tal-aħħar istanza. Jidher li ma hemm ebda bażi sabiex jitqies li l-għoti ta’ eżenzjoni għandha tkun miżura tal-aħħar istanza. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-oneru u tal-livell ta’ prova meħtieġa għall-għoti ta’ eżenzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 714/2009. Il-konvenuta tidher li timponi probatio diabolica fuq ir-rikorrenti. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ interpretazzjoni tar-relazzjoni bejn l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 714/2009 u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u d-dipendenza konsegwenti fuq il-possibbiltà li l-interkonnettur tar-rikorrenti jkun eliġibbli għal proċedura ta’ tqassim transkonfinali tal-ispejjeż u fuq nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet assoċjati ma’ tali proċedura.
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju fondamentali ta’ ċertezza legali stabbilit mid-dritt tal-Unjoni u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi inkwantu ġie rrifjutat li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċerti preċedenti stabbiliti fid-determinazzjoni tal-interpretazzjoni korretta tar-Regolament Nru 714/2009 u billi ġie adottat approċċ radikalment differenti.
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq żball fl-applikazzjoni tal-Artikolu 17(1)(b) tar-Regolament Nru 714/2009 inkwantu ma ttiħdux inkunsiderazzjoni restrizzjonijiet taħt il-liġi Franċiża applikabbli għal promoturi ta’ interkonnetturi tal-elettriku fi Franza li ma jaqgħux taħt l-RTE.
|
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq żball fl-applikazzjoni tal-Artikolu 17(1)(b) tar-Regolament Nru 714/2009 inkwantu ma ttiħditx inkunsiderazzjoni l-ħtieġa għal ċertezza ta’ dħul fit-tul biex jiġi żgurat finanzjament għall-interkonnettur tar-rikorrenti. Riskji marbuta mal-proġett jistgħu jipprekludu l-impenn għall-finanzjament meħieġ. Għaldaqstant imissu ttieħed inkunsiderazzjoni l-impatt tar-riskji fuq l-abbiltà tar-rikorrenti li tiżgura finanzjament. |
8. |
It-tmien motiv ibbażat fuq żball fl-applikazzjoni tal-Artikolu 17(1)(b) tar-Regolament Nru 714/2009 inkwantu ma ttiħidx inkunsiderazzjoni l-impatt globali tar-riskji individwali applikabbli għall-inerkonnettur tar-rikorrenti. L-ekwilibriju globali riskji/vantaġġi jiddetermina jekk isirx investiment. Għaldaqstant analiżi individwali ta’ kull tip ta’ riskju ma għandux jitqies li huwa suffiċjenti |
9. |
Id-disa’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ applikazzjoni suffiċjenti ta’ skrutinju tad-deċiżjoni tal-konvenuta min-naħa tal-Bord ta’ Appell tal-konvenuta. Fid-dawl tal-portata tas-setgħat u tal-kwistjonijiet importanti li għandhom jiġu indirizzati, il-Bord ta’ Appell tal-konvenuta jmissu applika livell ogħla ta’ skrutinju fil-konfront tad-deċiżjoni tal-konvenuta. |
(1) Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU 2009, L 211, p. 15).
(2) Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU 2013, L 115, p. 39).
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/46 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2018 – ZZ vs BĊE
(Kawża T-741/18)
(2019/C 103/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: M. Demetriou, QC, D. Piccinin, Barrister, E. Poulton, L. Carlisle, u R. Molesworth, Solicitors)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-10 ta’ Ottubru 2018 dwar il-pjan ta’ akkwist, mir-rikorrent, ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti f’Bank A (ECB-SSM-2018-LV-2); |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ turija li kien hemm nuqqas ta’ trasparenza fir-relazzjonijiet tar-rikorrent mal-awtoritajiet kompetenti.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi fil-konklużjoni li r-relazzjonijiet innoċenti tar-rikorrent ma parti terza jqajmu dubju dwar l-integrità tar-rikorrent.
|
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/47 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2018 – Lazarus Szolgáltató és Kereskedelmi Kft. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-763/18)
(2019/C 103/62)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Lazarus Szolgáltató és Kereskedelmi Kft. (Lazarus Kft.) (Békés, l-Ungerija) (rappreżentant: L. Szabó)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
prinċipalment, tikkonstata l-invalidità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2011 fil-Każ SA.29432 – CP 290/2009 – l-Ungerija – “Għajnuna għall-impjieg ta’ ħaddiema diżabbli allegatament illegali minħabba n-natura diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni” (iktar ’il quddiem “id-deċiżjoni kkontestata b’mod prinċipali”); |
— |
sussidjarjament, tikkonstata l-invalidità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2017 fil-Każ SA.45498 (FC/2016) – “Ilment magħmul minn OPS Újpest-lift Kft. b’rabta mal-għajnuniet mill-Istat mogħtija bejn l-2006 u l-2012 favur l-impriżi li jimpjegaw ħaddiema diżabbli” (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata b’mod sussidjarju”); |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv għal kull talba.
1. |
Motiv invokat insostenn tat-talba prinċipali: applikazzjoni inkorretta tad-dritt u evalwazzjoni inkorretta tal-provi disponibbli
|
2. |
Motiv invokat insostenn tat-talba sussidjarja: applikazzjoni inkorretta tad-dritt u żnaturament manifest tal-provi disponibbli
|
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwisu 2009 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli [107 TFUE] u [108 TFUE] (ĠU 2008, L 214, p. 3).
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/48 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2019 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-13/19)
(2019/C 103/63)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u O. Serdula, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tikkonstata li l-Kummissjoni Ewropea naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewrpoea, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, safejn, wara l-provvista kundizzjonali, mir-Repubblika Ċeka, ta’ riżorsi proprji tradizzjonali fl-ammont ta’ CZK 40 482 255, hija ma tatx bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra r-Repubblika Ċeka f’dan ir-rigward u safejn fin ma pproċedietx bir-rimbors tas-somma kontenzjuża, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.
Ir-Repubblika Ċeka hija konvinta li l-obbligu tal-Kummissjoni li taġixxi fis-sens suespost jirriżulta mill-prinċipju ta’ koperazzjoni leali sanċit fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Peress li, skont ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (1), kawża bejn Stat Membru u l-Kummissjoni fil-qasam tar-riżorsi proprji tradizzjonali tista’ tiġi deċiża b’mod awtorevoli biss mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Kummissjoni għandha, wara l-eżekuzzjoni ta’ ħlas kundizzjonali, jew tati bidu għal din il-proċedura mingħajr dewmien jew inkella tipproċedi bir-rimbors tal-imsemmi ħlas jekk ma jkollhiex raġunijiet li jiġġustifkaw il-ftuħ tal-prċoedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.
Ir-Repubblika Ċeka ħallset, taħt kundizzjonijiet, is-somma kontenzjuża fil-kont tal-Kummissjoni sa mill-2015. Madankollu, il-Kummissjoni ma tatx bidu għall-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra r-Repubblika Ċeka fil-kawża preżenti u ma pproċedietx bir-rimbors tas-somma mħallsa taħt kundizzjonijiet, minkejja li ġiet mistiedna formalment mir-Repubblika Ċeka biex tagħmel dan. Huwa minħabba dan li r-Repubblika Ċeka tqis li huma ssodisfatti l-kundizzjonijiet sabiex jiġi kkonstatat in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni.
(1) Ara s-sentenzi tal-25 ta’ Ottubru 2017, Is-Slovakkja vs Il-Kummissjoni (C-593/15 P u C-594/15 P, EU:C:2017:800) u tal-25 ta’ Ottubru 2017, Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni (C-599/15 P, EU:C:2017:801).
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/49 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2019 – AD vs ECHA
(Kawża T-25/19)
(2019/C 103/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AD (rappreżentanti: L Levi u N. Flandin, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-28 ta’ Marzu 2018 li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti mal-ECHA; |
— |
tannulla l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ppubblikat fid-9 ta’ Marzu 2018 mill-ECHA għall-pożizzjoni ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt FG II, sa fejn dan l-avviż jirrigwarda kompiti identiċi għal dawk li r-rikorrenti kienet qiegħda twettaq skont il-kuntratt tagħha ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt; |
— |
jekk hemm bżonn, tannulla wkoll id-deċiżjoni tal-konvenuta tal-1 ta’ Ottubru 2018, innotifikata lir-rikorrenti fit-2 ta’ Ottubru 2018, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid; |
— |
tikkundanna l-kumpens tad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Istruzzjonijiet tax-Xogħol stabbiliti mill-ECHA fir-rigward tal-proċess ta’ tiġdid jew ta’ nuqqas ta’ tiġdid relatat mal-kuntratti u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tad-drittijiet tad-difiża u b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-obbligu ta’ diliġenza. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegat fatt li r-raġunijiet iddikjarati mill-ECHA sabiex jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt ta’ xogħol huma manifestament żbaljati u juru użu ħażin ta’ poter. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/50 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2019 – AF vs FRA
(Kawża T-31/19)
(2019/C 103/65)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: AF (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tad-9 ta’ Mejju 2018 li tistabbilixxi lista ta’ membri tal-persunal temporanju eliġibbli proposti għall-eżerċizzju ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid 2017, li fiha ma huwiex inkluż isem ir-rikorrent; |
— |
jekk ikun meħtieġ, tannulla wkoll id-deċiżjoni tal-FRA li r-rikorrent irċieva fil-5 ta’ Ottubru 2018, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent imressaq kontra l-imsemmija deċiżjoni tal-FRA; |
— |
tordna l-kumpens għad-dannu materjali subit mir-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 54 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (Kondizzjonijiet tal-impjieg) kif ukoll tal-Artikolu 30 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-FRA Nru 2016/01 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-Artikolu 54 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq allegat ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/50 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2019 – Harrington Padrón vs Il-Kunsill
(Kawża T-32/19)
(2019/C 103/66)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Katherine Nayarith Harrington Padrón (Karakas, Venezwela) (rappreżentanti: L. Giuliano u F. Di Gianni, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656 tas-6 ta’ Novembru 2018 (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1653 tas-6 ta’ Novembru 2018 (2), sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jikkonċernaw ir-rikorrenti; u |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku li permezz tiegħu hija tallega li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkluda li isimha għandu jinżamm fl-elenki li jinsabu fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta’ Novembru 2017 (3) u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta’ Novembru 2017 (4), minkejja l-fatt li ma għadhiex Viċi-Prosekutur Ġenerali u ma hijiex relatata mal-awtoritajiet governattivi tal-Venezwela.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656 tas-6 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018 L 276, p. 10).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1653 tas-6 ta’ Novembru 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018 L 276, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2017 L 295, p. 60).
(4) Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2017 L 295, p. 21).
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/51 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2019 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-38/19)
(2019/C 103/67)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, P. Barros da Costa, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 7424 tas-16 ta’ Novembru 2018 nnotifikata fid-19 ta’ Novembru 2018 li teskludi mill-finanzjament ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), fil-parti li eskludiet mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 8 703 417,29 għall-ispejjeż iddikjarati mir-Repubblika Portiguża fil-kuntest tal-kundizzjonalità, għas-snin finanzjarji mill-2014 sal-2016. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi kif ukoll motiv sussidjarju.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu l-Kummissjoni kkonkludiet li s-sistema Portugiża hija wisq klementi – ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 (2) u ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1)(c) u tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 (3). |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq, l-ewwel nett, żball ta’ liġi, ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif ukoll tal-Artikolu 52 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-kalkolu tal-korrezzjoni finanzjarja, u, it-tieni nett, fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
Sussidjarjament, żball ta’ liġi u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità dovuti għal sanzjoni medja u għal impreċiżjoni teknika fid-dokument tal-Kummissjoni nnifisha C(2015) 3675 (Anness A.5).
(1) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1841 tas-16 ta’ Novembru 2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) [innotifikata bin-numru C(2018) 7424] (ĠU 2018, L 298, p. 34).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU 2009, L 30, p. 16, rettifika fil-ĠU 2010, L 43, p. 7).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU 2009, L 316, p. 65, rettifika fil-ĠU 2013, L 246, p. 3).
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/52 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2019 – WV vs SEAE
(Kawża T-43/19)
(2019/C 103/68)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: WV (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal kumpens meħuda fit-28 ta’ Marzu 2018 mill-Awtorità tal-Ħatra kif ukoll, jekk ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tas-26 ta’ Ġunju 2018 u adottata fis-26 ta’ Ottubru 2018; |
— |
konsegwentement, tilqa’ t-talba għal kumpens kif ifformulata mir-rikorrenti skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u deskritta fl-atti tad-29 ta’ Novembru 2017, tirrikonoxxi u tagħti lir-rikorrenti l-ħlas ta’ kumpens mingħand is-SEAE, evalwat bla ħsara għal żieda matul il-proċedura, għal EUR 690 000, ammont stabbilit ex aequo et bono, bħala danni materjali, morali, ħsara għar-reputazzjoni u professjonali kkunsidrati flimkien, ammont stabbilit fil-31 ta’ Jannar 2019 u bla ħsara għal żieda fil-mori tal-kawża u bla ħsara li jintalab kumpens għal telf ta’ dħul futur minħabba tluq possibbli mill-istituzzjonijiet; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha, konformement mal-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq il-ksur, b’mod partikolari, tal-Artikolu 12, 12a, 22b, 24, 25 u 26 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), tal-Artikoli 1 u 2 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Perusnal, u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p 102).
Ir-rikorrenti tinvoka, ukoll, minn naħa, permezz tal-motiv, il-ksur b’mod partikolari tal-Artikoli 41, 47 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-ksur tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, tad-drittijiet tad-difiża, u tal-prinċipju ta’ kontradittorju kif ukoll tal-Artikolu 296 TFUE.
Min-naħa l-oħra, hija tqis li l-amministrazzjoni kienet ukoll wettqet abbuż ta’ liġi u użu ħażin ta’ proċedura, minbarra l-ksur manifest tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet. Ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn ksur tal-prinċipju li jimponi fuq l-amminstrazzjoni li tistabbilixxi deċiżjoni biss fuq motivi legalment ammissibbli, jiġifieri rilevanti u mhux ivvizzjati minn żball/żbalji manifest(i) ta’ evalwazzjoni, ta’ fatt jew ta’ liġi, kif ukoll minn ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, tad-dmir ta’ assistenza u ta’ premura, tat-termnu raġonevoli u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
Għalhekk id-deċiżjoni kkontestata kienet ibbażata fuq evalwazzjoni parzjali, imxaqilba u tendenzjuża tal-fatti, u tar-regoli ta’ dritt applikabbli.
Ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li mingħajr dubju teżisti rabta kawżali bejn in-nuqqasijiet imwettqa mill-Awtorità tal-Ħatra u d-danni sostnuti, peress li dan l-aġir illeċitu jikkawża dannu gravi għall-integrità professjonali, morali u finanzjarja tar-rikorrenti. Fil-fatt, in-nuqqas imwettaq huwa intiż sabex iċappas jew jirvina r-reputazzjoni tar-rikorrenti fil-konfront tal-interlokuturi interni u esterni tagħha, u jikkawżalha telf reali ta’ opportunità ta’ żvilupp professjonali, billi konsegwentement iqiegħda f’sitwazzjoni ta’ bla saħħa, li hija fl-oriġini ta’ ansjetà u/jew ta’ stat ta’ tħassib u ta’ inċertezza permanenti fir-rigward tal-futur.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/53 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2019 – Dansk Erhverv vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-47/19)
(2019/C 103/69)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Dansk Erhverv (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentant: T. Mygind, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 6315 finali tal-4 ta’ Ottubru 2018 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44865 (2016/FC) – il-Ġermanja – Allegata għajnuna mill-Istat lil ħwienet tax-xorb li jinsabu mal-fruntiera Ġermaniża; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, li permezz tiegħu huwa jsostni li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrent bħala parti kkonċernata skont l-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikoli 4(4), 12(1) u 24(1) tar-Regolament Proċedurali (1), billi naqset milli tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE minkejja d-diffikultajiet serji li qamu fl-evalwazzjoni tal-kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat indirizzati fl-ilment dwar il-prattika amministrattiva marbuta mad-“dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni” u b’mod partikolari dwar l-eżenzjoni mill-obbligu għall-ħwienet li jinsabu mal-fruntiera li jiġbru depożitu u għaldaqstant li jħallsu l-VAT fuq id-depożitu, kif ukoll dwar immunità minn multi fil-każ ta’ ksur tal-obbligi ta’ ġbir ta’ depożitu li jirriżultaw mill-iskema Ġermaniża ta’ depożitu fuq ix-xorb fil-bottijiet. Għaldaqstant, il-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-fatti, l-ewwel nett, f’dak li jirrigwarda l-kompatibbiltà tal-prattika marbuta mad-“dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni” mal-obbligi li l-Ġermanja għandha skont l-Artikolu 4(3) TFUE, id-Direttiva dwar l-imballaġġ (2) u l-prinċipju ta’ min iniġġeż iħallas, u mar-rekwiżiti ta’ ġbir ta’ depożitu skont id-Digriet Ġermaniż dwar l-Imballaġġ. It-tieni nett, il-Kummissjoni wettqet żball fir-rigward tal-effetti ta’ għajnuna mill-Istat tal-assenza ta’ ġbir, mill-Ġermanja, tad-dħul tal-VAT minħabba l-prattika marbuta mad-“dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni”.
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p 9).
(2) Direttiva (UE) 2018/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU 2018, L 150, p 141).
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/54 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2019 – smart things solutions vs EUIPO – Samsung Electronics (smart:)things)
(Kawża T-48/19)
(2019/C 103/70)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: smart things solutions GmbH (Seefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Dissmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Samsung Electronics GmbH (Schwalbach am Taunus, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea smart:)things bil-kulur iswed u aħdar – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 914 836
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 835/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/55 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2019 – View vs EUIPO (CREATE DELIGHTFUL HUMAN ENVIRONMENTS)
(Kawża T-49/19)
(2019/C 103/71)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: View, Inc. (Milpitas, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Tritton, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea “CREATE DELIGHTFUL HUMAN ENVIRONMENTS” – ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 381 213
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1625/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/55 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2019 – Casual Dreams vs EUIPO – López Fernández (Dayaday)
(Kawża T-50/19)
(2019/C 103/72)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Casual Dreams, SLU (Manresa, Spanja) (rappreżentant: A. Tarí Lázaro, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Ángel López Fernández (Fuensalida, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Dayaday – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 243 563
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 2097/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla parzjalment id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell mogħtija fis-27 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 2097/2018-5, li tiċħad parzjalment ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO Nru B 2 469 545 tas-17 ta’ Diċembru 2015. |
— |
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata abbażi tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, sa fejn din ikkonfermat iċ-ċaħda tal-oppożizzjoni u tar-rikors għall-klassijiet 9, 16 u 24. |
— |
tiċħad it-talba għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 243 563, imressqa mill-intervenjenti għas-segwenti prodotti:
|
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament u tal-Kunsill. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/57 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2019 – Laboratories Ern vs EUIPO – SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret (apiheal)
(Kawża T-51/19)
(2019/C 103/73)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Laboratories Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa Rodríguez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret AŞ (Istanbul, it-Turkija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “apiheal” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 411 557
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1725/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċerna l-għoti parzjali tal-applikazzjoni għall-prodotti li ġejjin “prodotti tal-fwieħa; kożmetiċi; fwejjaħ; deodoranti (għall-użu personali jew għall-annimali); sapun; ħwawar għall-banju (mhux għall-użu mediku); prodotti għall-kura tas-snien, toothpaste, preparazzjonijiet li jbajdu s-snien, likwidu għall-ħasil tas-snien, li ma humiex għal skopijiet mediċi fil-klassi 3 u “prodotti għat-tneħħija ta’ annimali ta’ ħsara; fungiċidi, erbiċidi” fil-klassi 5. |
— |
tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 411 557 apiheal fir-rigward tal-imsmemija “prodotti tal-fwieħa; kożmetiċi; fwejjaħ; deodoranti (għall-użu personali jew għall-annimali); sapun; ħwawar għall-banju (mhux għall-użu mediku); prodotti għall-kura tas-snien, toothpaste, preparazzjonijiet li jbajdu s-snien, likwidu għall-ħasil tas-snien, li ma humiex għal skopijiet mediċi fl-klassi 3 u “prodotti għat-tneħħija ta’ annimali ta’ ħsara; fungiċidi, erbiċidi” fil-klassi 5. |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, u jekk ikun il-każ l-intervenjenti. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 207/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/58 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2019 – SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret vs EUIPO – Laboratorios Ern (apiheal)
(Kawża T-53/19)
(2019/C 103/74)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret AŞ (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: M. López Camba, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “apiheal” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 411 557
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1725/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn irrifjutat prodotti fil-klassijiet 30 u 5 (l-ewwel u tliet paragrafi tad-dispożittiv tal-imsemmija deċiżjoni). |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lil Laboratorios Ern, SA għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 207/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/59 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – PO et vs SEAE
(Kawża T-56/17) (1)
(2019/C 103/75)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/59 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – PO vs SEAE
(Kawża T-479/17) (1)
(2019/C 103/76)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/59 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – PP et vs SEAE
(Kawża T-727/17) (1)
(2019/C 103/77)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/60 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – VJ vs SEAE
(Kawża T-180/18) (1)
(2019/C 103/78)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/60 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – PO vs SEAE
(Kawża T-494/18) (1)
(2019/C 103/79)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.