ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 83

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
5 ta' Marzu 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 83/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9226 — CommScope/ARRIS) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2019/C 83/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

2

2019/C 83/03

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

3

2019/C 83/04

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/351 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/350 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

4

2019/C 83/05

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

5

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 83/06

Rata tal-kambju tal-euro

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2019/C 83/07

Proċedimenti ta’ stralċ — Deċiżjoni biex jinbdew il-proċedimenti ta’ stralċ fir-rigward ta’ Hajdúnánás Környéki Növénytermesztők Növénybiztosító Egyesülete f.a.(Pubblikazzjoni li saret skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 83/08

Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-telekomunikazzjoni fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020 (Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 568)

8

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 83/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9254 — MUTB/CFSGAM) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9

2019/C 83/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9317 — ArcelorMittal/CLN/Ilva SSCs) ( 1 )

11

2019/C 83/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9185 — LG Electronics/Lufthansa Technik/JV) ( 1 )

12

2019/C 83/12

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9302 — Carlyle/TA Associates/Weiman) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

13

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 83/13

Pubblikazzjoni tad-dokument uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

15

2019/C 83/14

Avviż għall-attenzjoni ta’ HAMZA USAMA MUHAMMAD BIN LADEN li ismu żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida, bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/353

19


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9226 — CommScope/ARRIS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 83/01)

Fit-22 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9226. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

5.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

(2019/C 83/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK (1), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 (3) kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 (4) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/119/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 208/2014, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel l-1 ta’ Novembru 2019 fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26.

(2)  ĠU L 64, 5.3.2019, p. 7.

(3)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.

(4)  ĠU L 64, 5.3.2019, p. 1.


5.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

(2019/C 83/03)

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija d-Deċiżjoni 2014/119/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, Tkabbir u Protezzjoni Ċivili - RELEX fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2014/119/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2019/354, u r-Regolament (UE) Nru 208/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/352.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/119/PESK u r-Regolament (UE) Nru 208/2014.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt ta’ aċċess, kif ukoll id-drittijiet ta’ rettifika jew ta’ oġġezzjoni ser jiġi indirizzat skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26.

(3)  ĠU L 64, 5.3.2019, p. 7.

(4)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.

(5)  ĠU L 64, 5.3.2019, p. 1.


5.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/4


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/351 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/350 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2019/C 83/04)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni ddeżinjati fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/351 (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/350 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill sad-29 ta’ Marzu 2019, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, li d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami li jmiss mill-Kunsill tal-lista ta’ persuni u entitajiet iddeżinjati, f’konformità mal-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u l-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u fir-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  ĠU L 63 I, 4.3.2019, p. 4.

(3)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 63 I, 4.3.2019, p. 1.


5.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/5


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2019/C 83/05)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi ġuridika għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (2), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/351 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/350 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, Tkabbir u Protezzjoni Ċivili - RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (PESK) 2019/351, u r-Regolament (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/350.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK u r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata.

Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt ta’ aċċess, kif ukoll id-drittijiet ta’ rettifika jew ta’ oġġezzjoni ser jiġi indirizzat skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(3)  ĠU L 63 I, 4.3.2019, p. 4.

(4)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(5)  ĠU L 63 I, 4.3.2019, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

5.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta’ Marzu 2019

(2019/C 83/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1337

JPY

Yen Ġappuniż

126,91

DKK

Krona Daniża

7,4616

GBP

Lira Sterlina

0,85775

SEK

Krona Żvediża

10,5543

CHF

Frank Żvizzeru

1,1352

ISK

Krona Iżlandiża

136,20

NOK

Krona Norveġiża

9,7633

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,621

HUF

Forint Ungeriż

315,84

PLN

Zloty Pollakk

4,2989

RON

Leu Rumen

4,7412

TRY

Lira Turka

6,1023

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5990

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5092

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8986

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6660

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5361

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 276,68

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,1463

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5985

HRK

Kuna Kroata

7,4325

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 019,18

MYR

Ringgit Malażjan

4,6204

PHP

Peso Filippin

58,726

RUB

Rouble Russu

74,5435

THB

Baht Tajlandiż

36,142

BRL

Real Brażiljan

4,2794

MXN

Peso Messikan

21,9374

INR

Rupi Indjan

80,3630


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

5.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/7


Proċedimenti ta’ stralċ

Deċiżjoni biex jinbdew il-proċedimenti ta’ stralċ fir-rigward ta’ Hajdúnánás Környéki Növénytermesztők Növénybiztosító Egyesülete “f.a.”

(Pubblikazzjoni li saret skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

(2019/C 83/07)

Impriża tal-assigurazzjoni

Hajdúnánás Környéki Növénytermesztők Növénybiztosító Egyesülete “f.a.”

Hajdúnánás

Bocskai u. 45.

4080

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Id-data, id-dħul fis-seħħ u t-tip ta’ deċiżjoni

fil-31 ta’ Jannar 2019

Dħul fis-seħħ: fil-31 ta’ Jannar 2019

Ordni ta’ likwidazzjoni obbligatorja bil-ħatra ta’ likwidatur.

Awtoritajiet kompetenti

Debrecen Regional Court

Debrecen

Széchenyi utca 9.

4025

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Awtorità superviżorja

Central Bank of Hungary

Budapest

Krisztina krt. 39

1013

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Likwidatur maħtur

Pénzügyi Stabilitási és Felszámoló Nonprofit Kft.,

Budapest,

Bajcsy-Zsilinszky út 78. I. Emelet

1055

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Liġi applikabbli

L-Ungerija

Il-Parti Erbgħa tal-Att LXXXVIII tal-2014 dwar in-Negozju tal-Assigurazzjoni

L-Att XLIX tal-1991 dwar Proċedimenti ta’ Falliment u Proċedimenti ta’ Likwidazzjoni


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

5.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/8


Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-telekomunikazzjoni fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020

(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 568)

(2019/C 83/08)

Id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Kummissjoni Ewropea b’dan qed iniedi s-sejħa għall-proposti li ġejja sabiex jingħataw għotjiet għal proġetti skont il-prijoritajiet u l-objettivi definiti fil-Programm ta’ Ħidma tal-2019-2020 fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-telekomunikazzjoni fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020.

Qed jintlaqgħu proposti għal din is-sejħa:

CEF-TC-2019-3: L-Arkivjar Elettroniku

Il-baġit indikattiv totali disponibbli għall-proposti magħżula taħt din is-sejħa huwa ta’ EUR 2,1 miljun.

L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-proposti hija l-14 ta’ Mejju 2019.

Id-dokumentazzjoni rispettiva tas-sejħa tinsab fuq is-sit web tat-Telekomunikazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa:

https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-telecom/apply-funding/2019-eArchiving


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

5.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9254 — MUTB/CFSGAM)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 83/09)

1.   

Fil-25 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Mitsubishi UFJ Trust and Banking Corporation (“MUTB”, il-Ġappun)

Il-grupp Colonil First State Global Asset Management (“CFSGAM”, l-Awstralja).

MUTB takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ CFSGAM kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

MUTB hija sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ Mitsubishi UFJ Financial Group, Inc. (“MUFG”), li topera mad-dinja kollha u tipprovdi firxa sħiħa ta’ servizzi bankarji. Skont ir-reġjun ġeografiku, dawn jinkludu servizzi bankarji lill-konsumaturi, servizzi bankarji korporattivi u ta’ investiment, kif ukoll ġestjoni tal-assi u servizzi ta’ bejgħ u kummerċ.

CFSGAM huwa n-negozju ta’ ġestjoni tal-assi dinjija tal-Commonwealth Bank of Australia (“CBA”). CFSGAM joffri prodotti minn ekwitajiet, introjtu fiss u alternattivi (proprjetà u infrastruttura) għal investituri istituzzjonali kif ukoll investituri korporattivi / fil-livell tal-konsumatur. CFSGAM huwa attiv f’għadd ta’ ġurisdizzjonijiet, inklużi Sydney, Edinburgu, Hong Kong, Londra, New York u Singapore. Barra mill-Awstralja huwa magħruf ukoll bħala First State Investments (“FSI”).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9254 — MUTB/CFSGAM

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


5.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9317 — ArcelorMittal/CLN/Ilva SSCs)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 83/10)

1.   

Fil-21 ta' Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ArcelorMittal SA (“ArcelorMittal”, il-Lussemburgu),

CLN — Coils Lamiere Nastri SpA (“CLN”, l-Italja),

ArcelorMittal CLN Distribuzione Italia srl (“AMCLN”, l-Italja), ikkontrollata minn ArcelorMittal u CLN, u

iċ-ċentri ta’ servizzi tal-azzar (steel service centres, SSCs) ta’ Ilva f’Legarno u f’Paderno Dugnano (l-“SSCs ta’ Ilva”, l-Italja), li huma kkontrollati minn ArcelorMittal.

ArcelorMittal u CLN jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-SSCs ta’ Ilva.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ trasferiment tas-sjieda minn ArcelorMittal għal AMCLN.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   l-impriża ArcelorMittal: il-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tal-azzar,

—   l-impriża CLN: il-produzzjoni ta’ komponenti awtomobilistiċi tal-azzar u ta’ roti tal-azzar, u d-distribuzzjoni tal-prodotti tal-azzar permezz ta’ SSCs barra mill-Italja, u

—   l-SSCs ta Ilva: żewġ ċentri tas-servizzi tal-azzar jinsabu f’Legarno u f’Padono Dugnano.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9317 — ArcelorMittal/CLN/Ilva SSCs

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


5.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9185 — LG Electronics/Lufthansa Technik/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 83/11)

1.   

Fit-22 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

LG Electronics Inc., (“LGE”, il-Korea t’Isfel),

Lufthansa Technik AG (“LHT”, il-Ġermanja).

Impriża konġunta maħluqa reċentement (joint venture, “JV”, il-Ġermanja).

LGE u LHT jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   LGE: elettronika, apparat ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli u apparati domestiċi,

—   LHT: magni, komponenti, manutenzjoni, tiswija u reviżjoni ta’ ajruplani. LHT hija attiva wkoll fl-iżvilupp, id-disinn, il-manifattura u l-provvista ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-kabina tal-ajruplani u ta’ sistemi ta’ divertiment matul it-titjira (cabin management system/in-flight entertainment, CMS/IFE) u komponenti tas-CMS/IFE.

—   il-JV: id-disinn, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-bejgħ tas-CMS/IFE u sistemi relatati mad-display.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9185 — LG Electronics/Lufthansa Technik/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


5.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9302 — Carlyle/TA Associates/Weiman)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 83/12)

1.   

Fit-22 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Carlyle U.S. Equity Opportunity Fund II, L.P., li tappartjeni għall-Carlyle Group, L.P. (“Carlyle”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

TA Associates L.P. (“TA Associates”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Wu Holdco, Inc., li hija s-sid tal- grupp Weiman u finalment ikkontrollata mill-Cortec Group Fund V, L.P. (“Weiman Group”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Carlyle u TA Associates jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Weiman Group kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Carlyle tiġġestixxi assi alternattivi, billi tiġġestixxi fondi li jinvestu mad-dinja kollha f’erba’ dixxiplini ta’ investiment: Ekwità Privata Korporattiva (akkwiżizzjoni u kapital ta’ tkabbir); Assi Reali (proprjetà immobbli, infrastruttura u enerġija, u riżorsi rinnovabbli); Kreditu tal-Kreditu Dinji (self ingranat u kreditu strutturat, kreditu opportunistiku, kreditu tal-enerġija, kreditu privat u kreditu f’diffikultà); u (iv) Soluzzjonijiet (programm ta’ fond tal-fondi ta’ ekwità privata u attivitajiet relatati sekondarji u ta’ koinvestiment).

TA Associates hija attiva fl-oqsma tal-investimenti ta’ ekwità privata permezz ta’ diversi fondi f’ħames setturi ewlenin, jiġifieri t-teknoloġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, il-konsumatur u l-industriji tas-servizzi tan-negozju fl-Amerika ta’ Fuq, l-Ewropa u l-Asja.

Weiman Group huwa manifattur u distributur ta’ prodotti tat-tindif tas-superfiċje kemm għall-unitajiet domestiċi kif ukoll għall-klijenti kummerċjali fis-servizzi tal-ikel u tal-kura tas-saħħa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9302 — Carlyle/TA Associates/Weiman

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

5.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/15


Pubblikazzjoni tad-dokument uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2019/C 83/13)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data DOOR tal-Kummissjoni.

DOKUMENT UNIKU

“ANGLESEY SEA SALT/HALEN MÔN”

Nru tal-UE: PDO-GB-0105-01068-AM01 – 26.3.2018

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet

“Anglesey Sea Salt”/“Halen Môn”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Ir-Renju Unit

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.8. Prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I tat-Trattat (ħwawar eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“Anglesey Sea Salt”/“Halen Môn” huwa l-isem mogħti lil qxur tal-melħ miġbura fl-Istrett ta’ Menai f’Anglesey, fit-Tramuntana ta’ Wales. Huma qxur ta’ lewn abjad kristallin, ċatti u rotob, li fihom iktar minn 30 mikroelement u huma ħielsa mill-addittivi. Il-qxur tal-melħ ma fihomx iktar minn 2 ċentimetri għat-tul fil-mument tal-gradazzjoni. Il-kontenut minerali tal-“Anglesey Sea Salt”/“Halen Môn” jiddistingwih sew fid-dehra, fis-sawra, fit-togħma u s-sensazzjoni fil-ħalq. Il-melħ għandu togħma mielħa kkonċentrata u sawra tqarmeċ, bis-saħħa tal-kalċju u tal-manjeżju misjubin b’mod naturali wara l-proċess uniku tat-tlaħliħ. Dan jagħti lill-“Anglesey Sea Salt”/“Halen Môn” id-dehra bajda u t-togħma nadifa tiegħu, mingħajr ebda ħjiel ta’ mrar li jista’ jiġi kkawżat minn kalċju żejjed.

Il-kwalitajiet uniċi tal-“Anglesey Sea Salt”/“Halen Môn” ġejjin mill-materja prima – l-ilma baħar safi u l-metodu ta’ kristallizzazzjoni u tlaħliħ tal-melħ. L-“Anglesey Sea Salt”/“Halen Môn” huwa melħ tal-baħar ħieles mill-addittivi, li fih il-mikroelementi u l-minerali naturali li ġejjin:

Kompożizzjoni

Klorur tas-sodju

Iżjed minn 90 % tal-piż

Ilma

Anqas minn 4 %

Ċomb

anqas minn 2 mg/kg

Landa

anqas minn 200 mg/kg

Arseniku

anqas minn 0,5 mg/kg

Merkurju

anqas minn 0,1 mg/kg

Kadmju

anqas minn 0,5 mg/kg

Ram

anqas minn 2 mg/kg

Żingu

preżenti bħala mikroelement

Manjeżju

Mill-inqas 0,2 %

Jodju

Sa 1 mg/kg

Kalċju

0,08 %–0,15 %

Jiġu prodotti tliet gradi differenti ta’ qxur tal-melħ: aħrax, fin u mitħun.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-proċessi kollha ta’ produzzjoni u preparazzjoni jsiru fiż-żona ddefinita, taħt kundizzjonijiet ikkontrollati sabiex jiġi żgurat prodott aħħari konsistenti. Dawn il-proċessi jinkludu:

Ippompjar u filtrazzjoni tal-ilma baħar

Konċentrazzjoni tas-salmura

Kristallizzazzjoni

Ġbir tal-kristalli tal-melħ

Tlaħliħ

Ippakkjar

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

L-Istrett ta’ Menai, il-gżira ta’ Anglesey, fit-Tramuntana ta’ Wales. L-Istrett ta’ Menai huwa l-istrixxa baħar li tifred il-gżira ta’ Anglesey mill-art ewlenija ta’ Wales. L-Istrett jibda minn Fort Belan fit-tarf tal-Lbiċ tan-naħa tat-terraferma ta’ Wales (SH 115 440610) u l-promontorju ta’ Abermenai li fin-naħa ta’ Anglesey (OS 115 SH 443615), u jispiċċa f’linja bejn il-moll li joħroġ għal fuq l-istrett fin-naħa ta’ Anglesey (SH 580740) u tarf il-moll ta’ Bangor fin-naħa tal-art ewlenija (SH 582 736). Iż-żona taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Caernarfon Harbour Trust.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

L-ispeċifiċità taż-żona tissejjes fuq il-kundizzjonijiet klimatiċi, il-frugħ mill-marea, u n-nuqqas ta’ industrija peżanti jew ta’ tbaħħir.

Il-karattru uniku tal-prodott jitnissel parzjalment mill-firxa estrema tal-frugħ ta’ “l fuq minn 9,5 metri, li jfisser li l-Istrett jinbidel darbtejn kuljum mid-dħul tal-marea. L-ogħla frugħ doppju, li mhuwiex tas-soltu u li jseħħ meta l-Kurrent tal-Golf jilħaq il-gżira u jdur magħha, jgħin biex joħloq il-bilanċ ta’ mikroelementi, u jġib miegħu massa ġdida ta’ ilma baħar kuljum li wieħed jista” jtella’ minnha.

Il-Kurrent tal-Golf jasal mill-Atlantiku u jilħaq ix-xtut tal-Punent tal-Brittanja. Huwa iktar sħun mix-xatt tal-Punent, billi s-superfiċje tilħaq medja ta’ 15-il grad fis-sajf, u l-qiegħ għandu medja ta’ 12-il grad. Il-medja tas-salinità tal-ilma baħar hija bejn 34,25 u 35 parti għal kull 1 000 madwar iż-żona, għalkemm kapaċi tilħaq livelli sa 36. Dan kollu jikkontribwixxi għat-togħma qawwija tal-“Anglesey Sea Salt”/“Halen Môn”, tant li m’hemmx bżonn jintuża ħafna għat-taħwir tal-ikel.

Barra minn hekk, is-sikka tar-ramel u s-sikka tal-maskli jippermettu li l-ilma jissaffa minn qabel. Il-frott tal-baħar bil-qoxra jislet il-kalċju mill-ilma baħar waqt l-istaġun tat-tkabbir. Il-kwalità tal-materja prima għandha effett dirett fuq il-kwalità tal-melħ tal-baħar. Il-proċess ta’ tlaħliħ ta’ dan il-prodott huwa uniku wkoll.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-kontenut minerali tal-“Anglesey Sea Salt”/“Halen Môn” jiddistingwih sew fid-dehra, fis-sawra, fit-togħma u fis-sensazzjoni fil-ħalq. Il-qxur tiegħu huma kbar, iqarmċu, ċatti u mhux ikkusksjati. Għandu togħma mielħa kkonċentrata b’sawra tqarmeċ. It-tlaħliħ tal-melħ jagħtih dehra bajda u togħma nadifa, mingħajr ebda ħjiel ta’ mrar li jista’ jirriżulta minn kalċju żejjed.

Il-materja prima tal-ilma baħar safi, il-metodu ta’ kristallizzazzjoni u t-tlaħliħ tal-melħ jagħtu lill-“Anglesey Sea Salt”/“Halen Môn” kwalitajiet uniċi. Huwa melħ ħieles mill-addittivi, li fih mikroelementi u minerali li jinsabu b’mod naturali.

L-“Anglesey Sea Salt”/“Halen Môn” huwa stabbilit sew u magħruf ħafna fl-industrija tal-ikel kemm fir-Renju Unit kif ukoll madwar id-dinja. Bħala prodott ta’ kwalità, jintuża minn ħafna chefs u gastronomi primi, u jidher ta’ spiss bħala ingredjent imsemmi fuq il-menus tagħhom. Bosta ristoranti u negozji agroalimentari magħrufin urew il-preferenza tagħhom għal dan il-melħ.

Dawn li ġejjin huma kummenti li jirrikonoxxu t-togħma u r-reġjun tal-“Anglesey Sea Salt”/“Halen Môn”.

“Ebda melħ ma jħabbatha mal-‘Anglesey Sea Salt’/‘Halen Môn’: għandu togħma pura, gidma perfetta, u konsistenza tqarmeċ delizzjuża.”

Chris Chown

Chef u sid, Plas Bodegroes, Pwllheli, Wales

“Jiena nuża l-‘Anglesey Sea Salt’/‘Halen Môn’ għaliex jidħol kexxun fil-filosofija tiegħi dwar l-ikel; l-ingredjenti tajbin ma tridx wisq għerf magħhom biex iddawwarhom f’ikliet mill-aqwa. L-‘Anglesey Sea Salt’/‘Halen Môn’ itejjeb kull platt li nitfgħu fih.”

Jane Milton

Esperta dwar l-Industrija tal-Ikel, blogger u chef

“L-‘Anglesey Sea Salt’/‘Halen Môn’ jinsilet b’kura kbira, permezz ta’ sistema innovattiva li tippreżerva l-mikroelementi u l-minerali kollha tal-ilma baħar frisk u mibrum tal-Istrett ta’ Menai. Minħabba l-istruttura minerali kumplessa tal-‘Anglesey Sea Salt’/‘Halen Môn’, iż-żoni tat-togħma kollha tal-palat isiru sensittivi, u b’hekk l-ikel jiġi jtiegħem tassew b’saħħtu.”

Colin Pressdee

Kittieb dwar l-ikel

“Il-qxur delikati tal-‘Anglesey Sea Salt’/‘Halen Môn’ iħallu togħma bnina persistenti fuq ix-xufftejn, bħall-ilma baħar ċar ta’ Anglesey li jinġabru minnu, u jżidu profondità li tqanqal lil kull platt li fih jintużaw… Hija xi ħaġa li tibdillek ħajtek.”

Simon Majumdar

Awtur, kittieb dwar l-ikel u xandar

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)

Storikament, l-ewwel dokumentazzjoni dwar il-ħidma tal-melħ fil-gżira ta’ Anglesey ġejja minn żmien ir-Rumani. Il-ħidma tal-melħ laħqet il-quċċata tagħha fl-ewwel snin tas-seklu 18. Jeżistu fdalijiet ta’ salini f’Holyhead, fuq “Salt Island” (“Ynys Halen” bil-Welsh), gżejra fit-Tramuntana ta’ Anglesey li hija konnessa bi triq mal-gżira ewlenija. Salt Island kisbet isimha mis-salini li kienu jipproċessaw l-ilma baħar biex isir il-melħ. Il-fabbrika ingħalqet fis-seklu 18 peress li kien qiegħed jintuża melħ tal-blat biex “isaħħaħ is-salmura”, xi ħaġa li kienet meqjusa bħala tbagħbis.

L-Istrett ta’ Menai jieħu mill-Kurrent tal-Golf nadif, u ma għandu ebda belt kbira jew sit tal-industrija peżanti ma’ xtutu. Barra minn hekk, il-firxa estrema tal-frugħ tal-baħar, li biha l-ilma tal-Istrett jinbidel darbtejn kuljum, twassal għall-bilanċ fil-mikroelementi li jibqa’ jġedded l-ilma baħar u jagħti lill-“Anglesey Sea Salt”/“Halen Môn” it-togħma u d-dehra karatteristiċi tiegħu.

Il-livell tajjeb ta’ togħma u dehra tal-melħ jintlaħaq bis-saħħa ta’ taħriġ u ħiliet artiġjanali esperti.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/730659/anglesey-sea-salt-spec-amended.pdf


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.


5.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/19


Avviż għall-attenzjoni ta’ HAMZA USAMA MUHAMMAD BIN LADEN li ismu żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida, bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/353

(2019/C 83/14)

1.   

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da’esh) u tal-Al-Qaida u ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista miktuba skont UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b’mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont UNSCR 1267(1999).

Il-lista mħejjija minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

ISIL (Da'esh) u Al-Qaida;

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati ma’ ISIL (Da’esh) u Al Qaida; kif ukoll

persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta’ xi waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi jew huma kkontrollati minnhom, jew b’xi mod iservu ta’ appoġġ għalihom.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità huma “assoċjati ma’” ISIL (Da’esh) u Al Qaida, jinkludu:

(a)

il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta’ atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma’, taħt isem, f’isem jew b’appoġġ għal ISIL (Da’esh) u Al-Qaida jew minn kull ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata’ minnhom jew derivat tagħhom;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat lil xi waħda minnhom;

(c)

ir-reklutaġġ għal xi waħda minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta’ appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta’ xi waħda minnhom.

2.   

Il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fid-19 ta’ Novembru 2018 approva ż-żieda tal-entrata ta’ HAMZA USAMA MUHAMMAD BIN LADEN mal-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-ISIL (Da’esh) u tal-Al-Qaida.

HAMZA USAMA MUHAMMAD BIN LADEN jista’ fi kwalunkwe ħin iressaq talba lill-Ombudsperson tan-NU, flimkien ma’ kwalunkwe evidenza dokumentata, biex tiġi rrikunsidrata d-deċiżjoni li jiġi inkluż fil-lista tan-NU msemmija hawn fuq. Tali talba għandha tintbagħat lill-indirizz li ġej:

United Nations - Office of the Ombudsperson

Room TB-08041D

New York, NY 10017

United States of America

Tel: +1 2129632671

Fax: +1 2129631300/3778

Posta elettronika: ombudsperson@un.org

Għal aktar informazzjoni ara https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1267/aq_sanctions_list/procedures-for-delisting.

3.   

Wara d-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/353 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (3). L-emenda, li saret skont l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid l-isem ta’ HAMZA USAMA MUHAMMAD BIN LADEN mal-lista fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament (“Anness I”).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-individwi u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli jagħmel disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikoli 2 u 2a); kif ukoll

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta’ pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari lil kull individwu jew entità kkonċernata, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3).

4.   

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jipprovdi għal proċess ta’ rieżami meta jiġu ppreżentati l-osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/353 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:

European Commission

“Restrictive measures”

Rue de la Loi/Wetstraat 200

B-1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.   

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u tal-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/353. quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-raba’ u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.   

Għall-korrettezza, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/Membri rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati għal bżonnijiet essenzjali jew għal pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dan ir-Regolament.


(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

(2)  ĠU L 64, 5.3.2019, p. 5.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.