ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 82

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
4 ta' Marzu 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 82/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2019/C 82/02

Kawża C-415/18 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2018 minn CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-19 ta’ April 2018 fil-Kawża T-606/17, CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

2

2019/C 82/03

Kawża C-682/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Novembru 2018 – LF vs Google LLC, YouTube Inc., YouTube LLC, Google Germany GmbH

2

2019/C 82/04

Kawża C-683/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Novembru 2018 – Elsevier Inc. vs Cyando AG

4

2019/C 82/05

Kawża C-693/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris (Franza) fid-29 ta’ Ottubru 2018 – Procureur de la République vs X

5

2019/C 82/06

Kawża C-702/18 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2018 minn Przedsiębiorstwo Produkcyjno-Handlowe Primart Marek Łukasiewicz mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-584/17 – Primart vs EUIPO

6

2019/C 82/07

Kawża C-714/18: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2018 minn ACTC GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-13 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-94/17 – ACTC vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

8

2019/C 82/08

Kawża C-715/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Novembru 2018 – Segler-Vereinigung Cuxhaven e.V. vs Finanzamt Cuxhaven

9

2019/C 82/09

Kawża C-751/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fit-3 ta’ Diċembru 2018 – Totalmédia – Marketing Directo e Publicidade SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

10

2019/C 82/10

Kawża C-761/18 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2018 minn Päivi Leino-Sandberg mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-20 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-421/17, Leino-Sandberg vs Il-Parlament

10

2019/C 82/11

Kawża C-766/18 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2018 minn Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-25 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-328/17 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO

11

2019/C 82/12

Kawża C-767/18 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2018 mir-Repubblika ta’ Ċipru mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-25 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-384/17 – Ċipru vs EUIPO

12

2019/C 82/13

Kawża C-776/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Erding (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Diċembru 2018 – U.B. u T.V. vs Eurowings GmbH

13

2019/C 82/14

Kawża C-801/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil supérieur de la Sécurité sociale (il-Lussemburgu) fid-19 ta’ Diċembru 2018 – EU vs Caisse pour l'avenir des enfants

14

2019/C 82/15

Kawża C-802/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil supérieur de la Sécurité sociale (il-Lussemburgu) fid-19 ta’ Diċembru 2018 – Caisse pour l'avenir des enfants vs FV, GW

15

2019/C 82/16

Kawża C-803/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fl-20 ta’ Diċembru 2018 – AAS BALTA vs UAB GRIFS AG

15

2019/C 82/17

Kawża C-810/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd Trnava (is-Slovakkja) fil-21 ta’ Diċembru 2018 – DHL Logistics (Slovakia), spol. s r.o. vs Finančné riaditeľstvo SR

16

2019/C 82/18

Kawża C-817/18 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 minn Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-15 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-79/16, Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters et vs Il-Kummissjoni

17

2019/C 82/19

Kawża C-828/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de commerce de Paris (Franza) fl-24 ta’ Diċembru 2018 – Trendsetteuse SARL vs DCA SARL

18

2019/C 82/20

Kawża C-829/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de grande instance de Paris (Franza) fis-27 ta’ Diċembru 2018 – Crédit Logement SA vs OE

18

2019/C 82/21

Kawża C-833/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de l’entreprise de Liège (il-Belġju) fil-31 ta’ Diċembru 2018 – SI, Brompton Bicycle Ltd vs Chedech / Get2Get

19

2019/C 82/22

Kawża C-12/19 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2019 minn Mylène Troszczynski mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-8 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-550/17, Troszczynski vs Il-Parlament

20

2019/C 82/23

Kawża C-38/19 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2019 minn Marion Le Pen mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-28 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-161/17, Le Pen vs Il-Parlament

21

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 82/24

Kawża T-167/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Comune di Milano vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Servizzi ta’ ground handling — Injezzjonijiet ta’ kapital magħmula minn SEA favur Sea Handling — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna — Imputabbiltà lill-Istat — Kriterju ta’ investitur privat — Prinċipju ta’ kontradittorju — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal amministrazzjoni tajba — Aspettattivi leġittimi)

23

2019/C 82/25

Kawża T-498/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Deutsche Umwelthilfe vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Dokumenti relatati mal-korrispondenza skambjata bejn il-Kummissjoni u l-impriżi jew il-manifatturi tal-karozzi dwar ir-rifriġerant R1234 użat fil-vetturi bil-mutur — Dokumenti mhux elenkati — Motiv ġdid imqajjem fil-kors tal-kawża — Inammissibbli — Miżura ta’ istruzzjoni li tordna l-produzzjoni tad-dokumenti kontenżjużi konformement mal-Artikolu 104 tar-Regoli tal-Proċedura — Deroga mill-prinċipju tal-kontradittorju — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali — Interess pubbliku fl-iżvelar — Ibbilanċjar — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Artikolu 6(1) — Interess pubbliku ogħla mill-iżvelar ta’ informazzjoni dwar l-ambjent jew l-emissjonijiet fl-ambjent — Preżunzjoni ġenerali — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

23

2019/C 82/26

Kawża T-677/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Biogaran vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE — Ftehimiet intiżi sabiex jiġi ttardjat, jew anki ostakolat, id-dħul fis-suq id-dħul fis-suq ta’ verżjonijiet ġeneriċi tal-perindopril — Parteċipazzjoni ta’ sussidjarja fil-ksur imwettaq mill-kumpannija omm — Imputazzjoni tal-ksur — Responsabbiltà in solidum — Ammont massimu tal-multa)

24

2019/C 82/27

Kawża T-679/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Teva UK et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-perindopril, prodott mediċinali maħsub għall-kura ta’ mard kardjovaskulari, fil-verzjoni tagħhom tal-oriġini u tal-ġeneriċi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Prinċipju ta’ imparzjalità — Konsultazzjoni tal-kumitat konsultattiv fil-qasam tal-akkordji u tal-pożizzjonijiet dominanti — Ftehim ta’ riżiluzzjoni bonarja ta’ tilwim bil-qasam tal-privattivi u ta’ xiri esklużiv — Kompetizzjoni potenzjali — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Konċiljazzjoni bejn id-dritt tal-kompetizzjoni u d-dritt tal-privattivi — Kundizzjonijiet tal-eżenzjoni tal-Artikolu 101(3) TFUE — Multi)

25

2019/C 82/28

Kawża T-680/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Lupin vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi — Ftehim ta’ akkwiżizzjoni ta’ teknoloġija — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi)

26

2019/C 82/29

Kawża T-682/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Mylan Laboratories u Mylan vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi — Kompetizzjoni potenzjali — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi — Imputazzjoni tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi)

26

2019/C 82/30

Kawża T-684/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Krka vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi — Ftehim ta’ liċenzja — Ftehim ta’ akkwiżizzjoni ta’ teknoloġija — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-effett — Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi)

27

2019/C 82/31

Kawża T-691/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Servier et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE — Prinċipju ta’ imparzjalità — Konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-akkordji u tal-pożizzjonijiet dominanti — Dritt għal rimedju effettiv — Qosor tat-terminu għall-preżentata tar-rikors fid-dawl tat-tul tad-deċiżjoni kkontestata — Ftehimiet dwar soluzzjoni bonarja dwar it-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi — Ftehimiet dwar liċenzja — Ftehimiet dwar akkwist tat-teknoloġija — Ftehim dwar xiri esklużiv — Kompetizzjoni potenzjali — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-effett — Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi — Klassifikazzjoni ta’ ksur distinti jew ta’ ksur uniku — Definizzjoni tas-suq rilevanti fil-livell tal-molekola tal-prodott mediċinali kkonċernat — Multi — Kumulu ta’ multi skont l-Artikoli 101 u 102 TFUE — Prinċipju ta’ legalità ta’ delitti u ta’ pieni — Valur tal-bejgħ — Modalitajiet ta’ kalkolu fil-każ ta’ kumulu ta’ ksur fl-istess swieq)

28

2019/C 82/32

Kawża T-701/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Niche Generics vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi — Proċedura amministrattiva — Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti — Kompetizzjoni potenzjali — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Neċessità oġġettiva tar-restrizzjoni — Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi — Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-Artikolu 101(3) TFUE — Multi — Limitu ta’ 10 % — Imputazzjoni tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

29

2019/C 82/33

Kawża T-705/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Unichem Laboratories vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi — Ġurisdizzjoni territorjali tal-Kummissjoni — Imputazzjoni tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Proċedura amministrattiva — Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti — Kompetizzjoni potenzjali — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Neċessità oġġettiva tar-restrizzjoni — Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi — Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-Artikolu 101(3) TFUE — Multi)

30

2019/C 82/34

Kawża T-827/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq Slovakk ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni broadband — Aċċess minn impriżi terzi għan-netwerk lokali tal-operatur storiku f’dan is-suq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE — Ksur uniku u kontinwu — Kunċett ta’ abbuż — Rifjut ta’ aċċess — Kompressjoni tal-marġni — Kalkolu tal-kompressjoni tal-marġni — Kriterju ta’ kompetitur daqstant effikaċi — Drittijiet tad-difiża — Imputazzjoni lill-kumpannija omm tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha — Influwenza determinanti tal-kumpannija omm fuq il-politika kummerċjali tas-sussidjarja tagħha — Eżerċizzju effettiv — Oneru tal-prova — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Multa distinta imposta biss fuq il-kumpannija omm bħala reċidiva u l-applikazzjoni ta’ koeffiċjent multiplikatur għall-finijiet ta’ dissważjoni)

30

2019/C 82/35

Kawża T-851/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Slovak Telekom vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq Slovakk ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni broadband — Aċċess minn impriżi terzi għan-netwerk lokali tal-operatur storiku f’dan is-suq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE — Ksur uniku u kontinwu — Kunċett ta’ abbuż — Rifjut ta’ aċċess — Kompressjoni tal-marġni — Kalkolu tal-kompressjoni tal-marġni — Kriterju ta’ kompetitur daqstant effikaċi — Drittijiet tad-difiża — Imputazzjoni lill-kumpannija omm tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha — Influwenza determinanti tal-kumpannija omm fuq il-politika kummerċjali tas-sussidjarja tagħha — Eżerċizzju effettiv — Oneru tal-prova — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006)

32

2019/C 82/36

Kawża T-111/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Ftehimiet konklużi mis-Syndicat mixte des aéroports de Charente ma’ Ryanair u mas-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services — Servizzi tal-ajruport — Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Imputabbiltà lill-Istat — Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija — Vantaġġ — Kriterju ta’ investitur privat — Irkupru — Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Dritt ta’ aċċess għall-fajl — Dritt għal smigħ)

33

2019/C 82/37

Kawża T-165/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Ftehimiet konklużi mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Ryanair u mas-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services — Servizzi tal-ajruport — Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Imputabbiltà lill-Istat — Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija — Vantaġġ — Kriterju ta’ investitur privat — Irkupru — Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Dritt ta’ aċċess għall-fajl — Dritt għal smigħ)

34

2019/C 82/38

Kawża T-284/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – AlzChem vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Industrija tal-kimika — Deċiżjoni li jitkompla l-operat ta’ impriża matul il-proċedura ta’ falliment — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Rikors għal annullament — Inċidenza individwali — Ammissibbiltà — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Kriterju ta’ kreditur privat — Imputabbiltà lill-Istat — Obbligu ta’ motivazzjoni)

34

2019/C 82/39

Kawża T-558/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Iran Insurance vs Il-Kunsill (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi — Inklużjoni u żamma tal-isem tar-rikorrenti fuq il-listi ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi — Dannu materjali — Dannu morali)

35

2019/C 82/40

Kawża T-559/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Post Bank Iran vs Il-Kunsill (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi — Inklużjoni u żamma tal-isem tar-rikorrenti fuq il-listi ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi — Danni morali)

36

2019/C 82/41

Kawża T-591/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Transavia Airlines vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Kuntratt ta’ servizzi tal-ajruport u ta’ servizzi ta’ kuumerċjalizzazzjoni — Ftehim konkluż mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Transavia — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajununa mill-Istat — Imputabbiltà lill-Istat — Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija — Vantaġġ — Kriterju ta’ investitur privat — Irkupru — Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Dritt ta’ aċċess għall-fajl — Dritt għal smigħ)

37

2019/C 82/42

Kawża T-630/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Finanzjament pubbliku tal-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt — Għajnuna individwali — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat u li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà — Għajnuna intiża għat-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni — Neċessità tal-għajnuna — Effett ta’ inċentiv — Proporzjonalità tal-għajnuna — Diffikultajiet serji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Komunikazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat intiża sabiex tippromwovi it-twettiq ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni)

37

2019/C 82/43

Kawża T-631/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Stena Line Scandinavia vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Finanzjament pubbliku tal-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt — Għajnuna individwali — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat u li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà — Għajnuna intiża għat-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komun — Neċessità tal-għajnuna — Effett ta’ inċentiv — Proporzjonalità tal-għajnuna — Diffikultajiet serji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Komunikazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat intiża sabiex tippromwovi it-twettiq ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni)

38

2019/C 82/44

Kawża T-53/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Ftehimiet konklużi mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Nîmes-Uzès-Le Vigan ma’ Ryanair u s-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services — Servizzi tal-ajruport — Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajununa mill-Istat — Imputabbiltà lill-Istat — Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija — Benefiċċju — Kriterju ta’ investitur privat — Irkupru — Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Dritt ta’ aċċess għall-fajl — Dritt għal smigħ)

39

2019/C 82/45

Kawża T-77/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Ftehimiet konklużi mal-kumpannija tal-ajru Ryanair u s-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services — Servizzi ajruportwali — Servizzi ta’ marketing — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Kriterju ta’ de investitur privat — Irkupru — Selettività)

40

2019/C 82/46

Kawża T-165/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Ftehimiet konklużi mal-kumpannija tal-ajru Ryanair u s-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services — Servizzi ajruportwali — Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Kriterju tal-investitur privat — Irkupru — Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Aċċess għall-fajl — Dritt għal smigħ)

41

2019/C 82/47

Kawża T-290/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Fruits de Ponent vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Agrikoltura — Swieq tal-ħawħ u tan-nuċiprisk — Perturbazzjonijiet li batew s-swieq matul l-istaġun 2014 — Embargo Russu — Miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi — Regolamenti ta’ Delega (UE) Nri 913/2014 u 923/2014 — Dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jagħtu drittijiet lill-individwi — Dmir ta’ diliġenza u prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Ksur suffiċjentement serju — Rabta ta' kawżalità)

42

2019/C 82/48

Kawżi magħquda T-339/16, T-352/16 u T-391/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Ville de Paris, Ville de Bruxelles u Ayuntamiento de Madrid vs Il-Kummissjoni (Ambjent — Regolament (UE) 2016/646 — Emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa tal-vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) — Iffissar, għall-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu, ta’ valuri li ma għandhomx jinqabżu (NTE), matul testijiet f’kundizzjonijiet ta’ sewqan reali (RDE) — Rikors għal annullament — Setgħat ta’ awtorità muniċipali dwar il-protezzjoni tal-ambjent li jillimitaw iċ-ċirkulazzjoni ta’ ċerti vetturi — Inċidenza diretta — Ammissibbiltà — Nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni — Osservanza tar-regoli legali superjuri — Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kumpens għal ħsara allegata ta’ immaġni u ta’ reputazzjoni)

42

2019/C 82/49

Kawża T-530/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Schubert et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Aġġustament annwali tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet ta’ uffiċjali u ta’ aġenti oħra — Regolamenti (UE) Nru 422/2014 u 423/2014 — Aġġustamenti tas-salarji u l-pensjonijiet għall-2011 u l-2012 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità — Aspettattivi leġittimi — Regoli dwar id-djalogu soċjali)

43

2019/C 82/50

Kawżi magħquda T-543/16 u T-544/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Carpenito et vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Aġġustament annwali tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet ta’ uffiċjali u membri tal-persunal oħra — Regolamenti (UE) Nru 422/2014 u 423/2014 — Aġġustamenti tas – salarji u tal – pensjonijiet għas – snin 2011 u 2012 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità — Aspettativi leġittimi — Regoli dwar id-djalogu soċjali)

44

2019/C 82/51

Kawża T-591/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Wahlström vs Frontex (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Frontex — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Dmir ta’ premura — Użu ta’ rapport ta’ evalwazzjoni annwali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbilità — Spejjeż — Ekwità — Artikolu 135(1) tar-Regoli ta’ Proċedura)

45

2019/C 82/52

Kawża T-632/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Haeberlen vs ENISA (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Adattament annwali tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri l-oħra tal-persunal — Regolamenti (UE) Nri 422/2014 u 423/2014 — Adattament tas-salarji u tal-pensjonijiet għas-snin 2011 u 2012 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità — Aspettattivi leġittimi — Regoli dwar id-djalogu soċjali)

46

2019/C 82/53

Kawża T-672/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Diċembru 2018 – C=Holdings vs EUIPO – Trademarkers (C=commodore) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva C=commodore — Talba għal revoka tal-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali — Artikolu 158(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 198(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001] — Assenza ta’ użu ġenwin li jikkonċerna ċerti prodotti u servizzi koperti mir-reġistrazzjoni internazzjonali — Eżistenza ta’ raġunijiet siewja għal nuqqas ta’ użu]

47

2019/C 82/54

Kawża T-689/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Pipiliagkas vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Assenjazzjoni — Deċiżjoni b’effett retroattiv — Artikolu 22a tal-Istatut — Awtorità li ma kellhiex kompetenza — Responsabbiltà — Kumpens għad-danni materjali u morali)

47

2019/C 82/55

Kawża T-743/16 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – CX vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sanzjoni dixxiplinari — Revoka — Drittijiet tad-difiża — Dmir ta’ premura — Artikolu 22(1) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikoli 41 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Responsabbiltà — Realtà tad-dannu — Rabta kawżali)

48

2019/C 82/56

Kawża T-830/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Monolith Frost vs EUIPO – Dovgan (PLOMBIR) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PLOMBIR — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Eżami tal-fatti — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001) — Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali)

49

2019/C 82/57

Kawża T-247/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Azarov vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-lista — Dritt għall-proprjetà — Dritt li tiġi eżerċitata attività ekonomika — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

50

2019/C 82/58

Kawża T-274/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Monster Energy vs EUIPO – Bösel (MONSTER DIP) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MONSTER DIP — Trade marks preċedenti verbali u figurattivi tal-Unjoni Ewropea u sinjal mhux irreġistrat użat fil-kummerċ li jinkludu kollha l-element verbali monster — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Assenza ta’ probabbiltà ta’ assoċjazzjoni qarrieqa — Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament 2017/1001) — Assenza ta’ probabbiltà ta’ dilwizzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001))

50

2019/C 82/59

Kawża T-537/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – De Loecker vs SEAE (Servizz Pubbliku — SEAE — Membri tal-persunal temporanju — Fastidju psikoloġiku — Talba għal assistenza — Ċaħda tat-talba — Dritt għal smigħ — Responsabbiltà)

51

2019/C 82/60

Kawża T-609/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Franza vs Il-Kummissjoni [FAEG — Infiq eskluż mill-finanzjament — Infiq magħmul minn Franza — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur — Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa — Regolamenti (KE) Nru 1290/2005 u (UE) Nru 1306/2013 — Kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata — Kontrolli — Proporzjonalità]

52

2019/C 82/61

Kawża T-706/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – UP vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Marda gravi — Talba għal żmien parzjali fuq bażi medika — Ċaħda tat-talba — Prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà — Dritt għal smigħ — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Dmir ta’ premura — Responsabbiltà)

52

2019/C 82/62

Kawża T-743/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Bischoff vs EUIPO – Miroglio Fashion (CARACTÈRE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CARACTÉRE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru deskrittiv — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001])

53

2019/C 82/63

Kawża T-821/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Vitromed vs EUIPO – Vitromed Healthcare (VITROMED Germany) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea VITROMED Germany — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Vitromed — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

53

2019/C 82/64

Kawża T-76/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – CN vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Assistenti Parlamentari Akkreditati — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għal assistenza — Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal — Fastidju psikoloġiku — Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta’ fastidju bejn l-Assistenti Parlamentari Akkreditati u l-Membri tal-Parlament Ewropew u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol — Deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza — Dritt għal smigħ — Prinċipju ta’ kontradittorju — Rifjut ta’ komunikazzjoni tal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv u tal-minuti tas-smigħ tax-xhieda — Rifjut tal-istituzzjoni konvenuta li tikkonforma ruħha ma’ miżura istruttorja tal-Qorti Ġenerali)

54

2019/C 82/65

Kawża T-83/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – CH vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Assistenti parlamentari akkreditati — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għal assistenza — Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal — Fastidju psikoloġiku — Kumitat Konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fuq il-post tax-xogħol li jindirizza ilmenti kontra assistenti parlamentari akkrediti ma’ membri tal-Parlament Ewropew — Deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza — Dritt għal smigħ — Prinċipju ta’ kontradittorju — Rifjut ta’ komunikazzjoni tal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv u tal-minuti tas-seduti tax-xhieda — Rifjut tal-istituzzjoni konvenuta li tikkonforma ma’ miżura istruttorja tal-Qorti Ġenerali)

55

2019/C 82/66

Kawża T-94/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Multifit vs EUIPO (fit+fun) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea fit+fun — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

55

2019/C 82/67

Kawża T-98/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Multifit vs EUIPO (MULTIFIT) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MULTIFIT — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

56

2019/C 82/68

Kawża T-102/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Knauf vs EUIPO (upgrade your personality) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali upgrade your personality — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Slogan ta’ reklamar — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

56

2019/C 82/69

Kawża T-745/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2018 – Covestro Deutschland vs Il-Kummissjoni

57

2019/C 82/70

Kawża T-750/18: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 – Briois vs Il-Parlament

58

2019/C 82/71

Kawża T-758/18: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 – ABLV Bank vs SRB

59

2019/C 82/72

Kawża T-2/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2019 – Algebris (UK) u Anchorage Capital Group vs SRB

60

2019/C 82/73

Kawża T-5/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2019 – Clatronic International vs EUIPO (PROFI CARE)

61

2019/C 82/74

Kawża T-19/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2019 – Fastweb vs Il-Kummissjoni

61

2019/C 82/75

Kawża T-20/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2019 – Pablosky vs EUIPO – docPrice (mediFLEX easystep)

64

2019/C 82/76

Kawża T-21/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2019 – Pablosky vs EUIPO – docPrice (mediFLEX easystep)

64

2019/C 82/77

Kawża T-22/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2019 – Noguer Enríquez et vs Il-Kummissjoni

65

2019/C 82/78

Kawża T-28/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2019 – Karlovarské minerální vody vs EUIPO — Aguas de San Martín de Veri (VERITEA)

67

2019/C 82/79

Kawża T-30/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2019 – CRIA u CCCMC vs Il-Kummissjoni

67

2019/C 82/80

Kawża T-37/19: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2019 – Cimpress Schweiz vs EUIPO – Impress Media (CIMPRESS)

69

2019/C 82/81

Kawża T-42/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2019 – Volkswagen vs EUIPO (CROSS)

69


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 82/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 72, 25.2.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 65, 18.2.2019

ĠU C 54, 11.2.2019

ĠU C 44, 4.2.2019

ĠU C 35, 28.1.2019

ĠU C 25, 21.1.2019

ĠU C 16, 14.1.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/2


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2018 minn CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-19 ta’ April 2018 fil-Kawża T-606/17, CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-415/18 P)

(2019/C 82/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH (rappreżentant: A. Schuster, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tal-10 ta’ Jannar 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat, u ddeċidiet li l-appellanti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Novembru 2018 – LF vs Google LLC, YouTube Inc., YouTube LLC, Google Germany GmbH

(Kawża C-682/18)

(2019/C 82/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LF

Konvenuti: Google LLC, YouTube Inc., YouTube LLC, Google Germany GmbH

Domandi preliminari

1)

L-operatur ta’ pjattaforma vidjo fuq l-internet li permezz tagħha l-utenti jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku vidjos li jinkludu kontenut protett mid-drittijiet tal-awtur mingħajr il-kunsens tad-detenturi tad-drittijiet, iwettaq att ta’ komunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE (1) meta

jagħmel dħul minn reklamar permezz tal-pjattaforma,

il-proċess ta’ uploading isir awtomatikament u mingħajr viżwalizzazzjoni jew kontroll minn qabel mill-operatur,

l-operatur jikseb skont il-kundizzjonijiet ta’ użu, liċenzja għall-vidjos li tkun dinjija, mhux esklużiva u mingħajr ħlas għat-tul tax-xandir tal-vidjos,

l-operatur jindika fil-kundizzjonijiet ta’ użu u fil-kuntest ta’ proċess ta’ uploading, li l-kontenut li jikser id-drittijiet tal-awtur ma jistax jixxandar,

l-operatur jipprovdi għodda li permezz tagħhom id-detenturi ta’ drittijiet jistgħu jaġixxu sabiex jibblokkaw vidjos li jiksru d-drittiijet tagħhom,

fuq il-pjattaforma l-operatur iwettaq ipproċessar ta’ riżultati ta’ tfittxija fil-forma ta’ listi ta’ klassifikazzjoni u kategoriji ta’ kontenut u jippreżenta lill-utenti rreġistrati deskrizzjoni ġenerika li hija orjentata lejn vidjos rakkomandati abbażi ta’ vidjos li dawn l-utenti kienu diġà raw,

sa fejn ma jkollux għarfien konkret dwar id-disponibbiltà tal-kontenut li jikser id-drittijiet tal-awtur jew iħassar immedjatament jew jibblokka immedjatament l-aċċess għal dan il-kontenut meta jikseb għarfien dwar dan?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:

L-attività tal-operatur ta’ pjattaforma ta’ vidjo fuq l-internet taqa’, fiċ-ċirkustanzi deskritti fl-ewwel domanda, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2000/31/KE (2)?

3)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għat-tieni domanda:

L-għarfien effettiv tal-attività jew tal-informazzjoni illegali jew il-konoxxenza tal-fatti jew taċ-ċirkustanzi li skont dawn l-attività jew l-informazzjoni illegali hija apparenti għandu, skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2000/31/KE, jikkonċerna attivitajiet jew informazzjoni illegali konkreti?

4)

Dejjem fl-ipoteżi ta’ risposta pożittiva għat-tieni domanda:

Huwa konformi mal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/29/KE li d-detentur ta’ dritt jista’ jikseb digriet ġudizzjarju kontra fornitur ta’ servizzi li s-servizz tiegħu jikkonsisti fil-ħażna ta’ informazzjoni pprovduta minn utent, u li l-utent kien uża dan is-servizz bi ksur tad-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati, biss meta dan il-ksur ikun seħħ għal darba oħra wara li tkun ingħatat notifika ta’ ksur manifest?

5)

Fl-ipoteżi fejn tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda u għat-tieni domanda:

L-operatur ta’ pjattaforma ta’ vidjo fuq l-internet taħt iċ-ċirkustanzi deskritti fl-ewwel domanda għandu jitqies bħala persuna li wettqet ksur fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 11 u tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2004/48/KE (3)?

6)

F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ħames domanda?

L-obbligu ta’ tali persuna li twettaq ksur li tħallas danni skont l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2004/48/KE jista’ jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-persuna li wettqet il-ksur kienet aġixxiet intenzjonalment sa fejn jikkonċerna kemm l-attività li tikkontravjeni tagħha stess kif ukoll l-attività li tikkontravjeni ta’ terzi, u li kienet taf jew raġonevolment kellha tkun taf li l-utenti jużaw il-pjattaforma sabiex iwettqu ksur konkret?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).

(2)  Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399).

(3)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Novembru 2018 – Elsevier Inc. vs Cyando AG

(Kawża C-683/18)

(2019/C 82/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Elsevier Inc.

Konvenuta: Cyando AG

Domandi preliminari

1)

a)

L-operatur ta’ servizz ta’ shared hosting li fih l-utenti jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku fajls li jinkludu kontenut protett mid-drittijiet tal-awtur mingħajr il-kunsens tad-detenturi tad-drittijiet, iwettaq att ta’ komunikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE (1) meta

il-proċess ta’ uploading isir awtomatikament u mingħajr viżwalizzazzjoni jew kontroll minn qabel mill-operatur,

l-operatur jindika fil-kundizzjonijiet ta’ użu, li l-kontenut li jikser id-drittijiet tal-awtur ma jistax jixxandar,

jagħmel dħul mill-operat tas-servizz,

is-servizz jintuża għal applikazzjonijiet legali, iżda l-operatur ikollu għarfien dwar id-disponibbiltà ta’ ammont kunsiderevoli ta’ kontenut li jikser id-drittijiet tal-awtur (iktar minn 9 500 xogħol),

l-operatur ma joffri ebda elenku u ebda funzjoni ta’ tfittxija, iżda l-links ta’ downloading mingħajr restrizzjoni li jagħmel disponibbli jitqiegħdu fuq l-internet minn terzi f’ġabra ta’ links li jinkludu informazzjoni dwar il-kontenut ta’ fajls u jippermettu t-tfittxija ta’ kontenut speċifiku,

permezz tat-tfassil ta’ remunerazzjoni għal downloads li titħallas skont it-talba, huwa joħloq inċentiva għal uploading ta’ kontenut li huwa protett mid-drittijiet tal-awtur li l-utenti jiksbu b’mod ieħor biss permezz ta’ ħlas

u

billi joffri l-possibbiltà ta’ uploading ta’ fajls b’mod anonimu, il-probabbiltà li l-utenti ma jinżammux responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-awtur ser tiżdied?

b)

Din l-evalwazzjoni tinbidel jekk l-offerti li jiksru d-drittijiet tal-awtur huma pprovduti minn servizz ta’ shared hosting u għandhom portata ta’ 90 sa 96 % tal-użu totali?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:

L-attività tal-operatur ta’ servizz ta’ shared hosting taqa’, fiċ-ċirkustanzi deskritti fl-ewwel domanda, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2000/31/KE (2)?

3)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għat-tieni domanda:

L-għarfien effettiv tal-attività jew tal-informazzjoni illegali jew il-konoxxenza tal-fatti jew taċ-ċirkustanzi li skont dawn l-attività jew l-informazzjoni illegali hija apparenti għandu, skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2000/31/KE, jikkonċerna attivitajiet jew informazzjoni illegali konkreti?

4)

Dejjem fl-ipoteżi ta’ risposta pożittiva għat-tieni domanda:

Huwa konformi mal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/29/KE li d-detentur ta’ dritt jista’ jikseb digriet ġudizzjarju kontra fornitur ta’ servizzi li s-servizz tiegħu jikkonsisti fil-ħażna ta’ informazzjoni pprovduta minn utent, u li l-utent kien uża dan is-servizz bi ksur tad-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati, biss meta dan il-ksur ikun seħħ għal darba oħra wara li tkun ingħatat notifika ta’ ksur manifest?

5)

Fl-ipoteżi fejn tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda u għat-tieni domanda:

L-operatur ta’ servizz ta’ shared hosting taħt iċ-ċirkustanzi deskritti fl-ewwel domanda għandu jitqies bħala persuna li wettqet ksur fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 11 u tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2004/48/KE (3)?

6)

F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ħames domanda?

L-obbligu ta’ tali persuna li twettaq ksur li tħallas danni skont l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2004/48/KE jista’ jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-persuna li wettqet il-ksur kienet aġixxiet intenzjonalment sa fejn jikkonċerna kemm l-attività li tikkontravjeni tagħha stess kif ukoll l-attività li tikkontravjeni ta’ terzi, u li kienet taf jew raġonevolment kellha tkun taf li l-utenti jużaw il-pjattaforma sabiex iwettqu ksur konkret?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).

(2)  Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399).

(3)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris (Franza) fid-29 ta’ Ottubru 2018 – Procureur de la République vs X

(Kawża C-693/18)

(2019/C 82/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Procureur de la République

Konvenut: X

Partijiet oħra: Partijiet ċivili

Domandi preliminari

1)   Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ element tad-disinn

1-1

X’inhu kopert mill-kunċett ta’ element ta’ disinn imsemmi fl-Artikolu 3(10) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 (1), li jiddefinixxi t-tagħmir ta’ riduzzjoni (defeat device)?

1-2

Programm integrat fil-kalkolatur li jikkontrolla magna jew b’mod iktar ġenerali li jaġixxi fuq dan il-kalkolatur jista’ jitqies bħala element ta’ disinn fis-sens ta’ dan l-artikolu?

2)   Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet

2-1

X’inhu kopert mill-kunċett ta’ sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 3(10) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, li jiddefinixxi t-tagħmir ta’ riduzzjoni (defeat device)?

2-2

Din is-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tinkludi biss it-teknoloġiji u l-istrateġiji intiżi biex jittrattaw u jnaqqsu l-emissjonijiet (b’mod partikolari NOx) wara li dawn jinħolqu, jew tinkludi fiha wkoll it-teknoloġiji u strateġiji differenti li jippermettu li tiġi limitata l-produzzjoni tagħhom mill-bidu, bħat-teknoloġija EGR?

3)   Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ tagħmir ta’ riduzzjoni (defeat device)

3-1

Dispożittiv li jidentifika kull parametru marbut mal-iżvolġiment tal-proċeduri ta’ approvazzjoni stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 715/2007, għall-finijiet ta’ attivazzjoni jew ta’ aġġustament ’il fuq, matul dawn il-proċeduri, tal-funzjonament ta’ kull parti mis-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, u b’hekk tinkiseb l-approvazzjoni tal-vettura, huwa tagħmir ta’ riduzzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(10) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007?

3-2

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv, dan it-tagħmir ta’ riduzzjoni huwa pprojbit, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007?

3-3

Dispożittiv bħal dak deskritt fid-domanda 3-1 jista’ jiġi kkwalifikat bħala “tagħmir ta’ riduzzjoni” jekk l-aġġustament ’il fuq tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tkun effettiva, mhux biss waqt il-proċeduri ta’ approvazzjoni, iżda anki f’ċirkustanzi speċifiċi, meta l-kundizzjonijiet eżatti identifikati biex is-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tiġi aġġustata ’l fuq matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni jerġgħu jiġu identifikati matul iċ-ċirkulazzjoni reali?

4)   Interpretazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 5

4-1

X’inhu kopert mit-tliet eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) tal-Kapitolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007?

4-2

Il-projbizzjoni tat-tagħmir ta’ riduzzjoni (defeat device) li jattiva jew jaġġusta ’l fuq il-funzjonament ta’ kull parti mis-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet b’mod speċifiku waqt il-proċeduri ta’ approvazzjoni tista’ tiġi injorata għal xi waħda mit-tliet raġunijiet elenkati fl-Artikolu 5(2)?

4-3

It-tnaqqis tal-proċess li bih magna teqdiem jew tinstadd jifforma parti mir-rekwiżiti ta’ “protezzjoni tal-magna mill-ħsara jew inċidenti” jew ta’ “tħaddim fis-sigurtà tal-vettura” li jistgħu jiġġustifikaw il-preżenza ta’ “defeat device” fis-sens tal-Artikolu 5(2)(a)?

(1)  Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, p. 1).


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/6


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2018 minn Przedsiębiorstwo Produkcyjno-Handlowe “Primart” Marek Łukasiewicz mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-584/17 – Primart vs EUIPO

(Kawża C-702/18 P)

(2019/C 82/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Przedsiębiorstwo Produkcyjno-Handlowe “Primart” Marek Łukasiewicz (rappreżentant: J. Skołuda, radca prawny)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Bolton Cile España, SA

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-intier tagħha;

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, tat-22 ta’ Ġunju 2017, fil-Każ R 1933/2016-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, u lil Bolton Cile España, SA, għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell, u tikkundanna l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

1)

Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-applikazzjoni tal-Artikolu 76 (1) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) (li issa sar l-Artikolu 95 (1) tar-Regolament Nru 2017/1001 (2)) u l-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 207/2009 (li issa sar l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 2017/1001), billi jiddikjara l-argument tal-appellanti dwar l-appell dwar il-karattru distintiv dgħajjef tat-trade mark preċedenti inkwistjoni fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, inammissibbli peress li hija ġiet ippreżentata quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ewwel darba (punti 87 sa 90 tas-sentenza appellata).

a.

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba teżamina l-motivi, anki jekk jiġu ppreżentati għall-ewwel darba quddiemha, meta l-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea kellu jikkunsidrhom ex officio.

b.

It-tifsira tal-parti ta’ trade mark f’lingwa tal-Unjoni huwa fatt magħruf li, bħala tali, għandha tiġi eżaminata ex officio mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, il-mezzi biex tiġi ttrattata għandhom jiġu eżaminati bir-reqqa mill-Qorti Ġenerali, inklużi dawk invokati għall-ewwel darba quddiemha.

ċ.

L-appellanti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali għandha d-dritt tikkontesta l-evalwazzjoni tal-fatti magħrufa mill-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, billi tipproduċi provi ġodda insostenn ta’ dawn il-motivi inkluż billi tippreżenta motivi ġodda quddiem il-Qorti Ġenerali u tipproduċi provi ġodda insostenn ta’ dawn il-motivi.

d.

Fin-nuqqas li teżamina l-mezzi li l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea kellu jikkunsidra ex officio (inkluż il-fatti magħrufa li għandhom x’jaqsmu mas-sinjifikat tat-trade marks kunfliġġenti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni), il-Qorti Ġenerali kisret ir-regoli ta’ proċedura ġenerali u l-evalwazzjoni tagħha tal-fatti relevanti tal-każ quddiem il-Bord tal-Appell kienet ivvizzjata bi żbalji.

2)

Jekk il-Qorti Ġenerali kienet ikkunsidrat il-fatt magħruf li l-kelma “PRIMA” għandha tifsira ta’ tifħir (kif innutat mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-appellanti), li tfisser “l-ewwel, l-iktar importanti/l-aħjar, l-ewlenija” hija kienet tasal għal konklużjoni oħra fir-rigward tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark PRIMA, irreġistrata bin-numru ES-2 578 815, u l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea PRIMART MAREK ŁUKASIEWICZ, irreġistrata bin-Nru 013 682 299, fi kliem ieħor, hija għandha tikkonkludi li ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn dawn it-trade marks.

a.

It-trade marks eżaminati jikkoinċidu fil-livell ta’ element li huwa distintiv b’mod dgħajjef u li ma għandux pożizzjoni indipendenti fit-trade mark ikkontestata. Dan il-fatt, flimkien ma’ grad medju ta’ xebh viżiv, nuqqas ta’ xebh kunċettwali kif ukoll grad baxx (jew saħansitra assenza) ta’ xebh fonetiku, jipprekludi kwalunkwe probabbiltà ta’ konfużjoni bejn dawn it-trade marks.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).

(2)  Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, L 154, p. 1)


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/8


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2018 minn ACTC GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-13 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-94/17 – ACTC vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-714/18)

(2019/C 82/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ACTC GmbH (rappreżentanti: V. Hoene, Rechtsanwältin, D. Eickemeier, Rechtsanwalt, S. Gantenbrink, Rechtsanwältin)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Taiga AB

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-94/17 u tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut fil-Każ R 693/2015-4.

sussidjarjament

tannulla s-sentenza prevista fil-punt 1 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali,

u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b)u l-Artikolu 42(2) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropew minn diversi lati, safejn hija ssostni l-eżistenza ta’ xebh bejn is-sinjali u – b’konsegwenza tal-evalwazzjoni żbaljata tal-provi tal-użu – l-eżistenza ta’ xebh bejn il-prodotti. Ma teżisti l-ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.

1.

Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-intervenjenti kienet issodisfat il-kundizzjonijiet marbuta mal-użu inkonnessjoni mal-prodotti kollha tal-klassi 25 li għalihom hija rreġistrata it-trade mark preċedenti. Il-kundizzjonijiet kienu ssodisfatti biss fir-rigward tal-prodotti “ħwejjeġ; ħwejjeġ għal barra; ħwejjeġ ta’ taħt; iblies tar-ras (kpiepel); ingwanti; ċinturini u peduni; il-prodotti kollha imsemmija iktar ’il fuq jintużaw bħala ħwejjeġ għal barra li joffru protezzjoni mill-maltemp (bard, rihv u/jew xita biss); fradal tax-xogħol”. Għall-kuntrarju tal-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali, din hija sotto-kategorija awtonoma ta’ prodotti fil-klassi 25, b’tali mod li l-prova tal-użu ġiet ippreżentata biss għal dawk il-prodotti fil-klassi 25.

2.

B’konsegwenza għall-evalwazzjoni żba; ajata tal-kundizzjonijiet marbuta mal-użu, il-Qorti Ġenerali waslet, b’mod żbaljat, għall-konklużjoni li l-prodotti “ħwejjeġ” u “kpiepel” li jidhru fil-listi taż-żewġ trade marks kienu identiċi.

3.

Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-Bord tal-Appell kien ikkonkluda ġustament li s-sinjali inkwistjoni kienu simili fil-livell viżiv peress li kienu tal-istess tul u kienu jippreżentaw erba’ ittri komuni. Il-kompożizzjoni mhux tas-soltu tat-trade mark ikkontestata (konsonanti assimetriċi u ortografija mhux tas-soltu “igh”) u l-konsegwenzi tagħha għax-xebh fil-livell viżiv, bħal dawk invokati mir-rikorrenti, ma ġewx analizzati mill-Qorti Ġenerali. Minn dan jirriżulta li l-konsumatur medju jippreċepixxi trade mark fl-assjem tagħha. Madankollu, il-kompożizzjoni mhux tas-soltu tat-trade mark ikkontestata influwenzat b’mod sinifikattiv l-impressjoni ġenerali tagħha, fatt li ma ġiex meħud inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali.

4.

Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet ukoll, b’mod żbaljat, li l-miżuri inkwistjoni kienu identiċi fil-livell fonetiku peress li r-rikorrenti ma kienet ipproduċiet l-ebda element li jippermetti li jitqies li l-ħoss tal-ewwel sillabi “ti” u “TAI” ma kinux identiċi għall-pubbliku li jħaddan il-lingwa Ingliża u li xejn ma kien jippermetti li tiġi sseparata l-pronunzja tas-sinjali inkwistjoni. Għall-kuntrarju, il-Qorti Ġenerali ppreżumiet, mingħajr ebda prova, u b’mod żbaljat, li l-grupp ta’ ittri “ti” kien dejjm jiġi ppronunzjat bħala “tai”. Ma hemm l-ebda prova li ssostni din l-evalwazzjoni. Ma teżisti l-ebda kelma “ti” fil-lingwa Ingliża. Il-grupp ta’ ittri huwa, konsegwentement, dejjem ippronunzjat unikament skont ir-regoli lingwistiċi applikabbli għall-kelma kkonċernata. Jista’ jitqies li jeżistu ħafna kliem li fihom il-grupp ta’ ittri “ti” ma humiex ippronunzjati bħala “tai”, bħal “trick”, “ticket”, “till”, “timbal”, “timberland”, “tin”, “tincture”, “tinder”, “tip”, “trigger”, u oħrjan, kif ukoll it-trade mark ikkontestata “tigha”. Il-famuż ktieb Ingliż għat-tfal Winnie-the-Pooh fih, fosti il-karattri prinċipali, annimal li jismu “Tigger”, ippronunzjat [tɪgǝ]. B’hekk, kull darba li l-vokali wara “ti” tkun ippronunzjata b’mod qasir, ma jkunx hemm il-pronunzja “tai”. Dan ġie indikat sa mill-bidu mir-rikorrenti. La l-konvenut u lanqas l-intervenjenti ma pproduċew prova kuntrarja. Għaldaqstant ma kienx il-kompitu tar-rikorrenti li tipprovdi l-prova ta’ dak li huwa manifest.

5.

Il-Qorti Ġenerali indikat b’mod żbaljat li r-rikorrenti ma kienx wera li TAIGA għandha tifsira ċara u ddeterminata għall-pubbliku rilevanti (il-konsumaturi tal-Unjoni) meħud fl-intier tiegħu. Dan ma huwiex korrett. Ir-rikorrenti indikat b’mod inkontestat li TAIGA hija kelma lexikalment magħrufa tal-lingwa Franċiża. Għandha tkun inkontestata u magħrufa mill-qrati li Franza tinsab fl-Ewropa tan-nofsinhar. Minħabba id-daqs inkontestat tat-TAIGA bħala pajsaġġ u t-tifsira tagħha għad-dinja kollha fl-intier tagħha, TAIGA (b’mod partikolari mal-kelma TOUNDRA) taqa’ taħt l-edukazzjoni ġenerali fl-Ewropa u lil hinn minnha.

6.

Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, huwa suffiċjenti li kelma tkun miftiehma f’parti mill-Unjoni Ewropea, bħall-pubbliku li jħaddan il-lingwa Taljana. F’sentenza, il-Qorti Ġenerali ammettiet l-assenza ta’ xebh fuq il-livell kunċettwali bejn “Granini” u “Panini” minħabba l-assenza ta’ tifsira ta’ “Granini”, filwaqt li “Panini” kellha s-sens ta’ “sandwich Taljan”.

7.

Is-sentenza tal-14 ta’ Ottubru 2003, Phillips-Van Heusen vs UASI – Pash Textilvertrieb und Einzelhandel (BASS) (T-292/01, EU:T:2003:264, punt 54), iċċitata mill-Qorti Ġenerali, ma fiha l-ebda indikazzjoni li l-kelma inkwistjoni għandha tkun tinftiehem fl-Unjoni Ewropea kollha fl-intier tagħha. Għaldaqstant, hemm lok li jiġi enfasizzat li l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali ma ssibx sostenn fil-ġurisprudenza BASS. Kien b’mod ġust li l-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet li parti kbira mill-pubbliku rilevanti fl-Ewropa kienet taf u tifhem il-kelma TAIGA.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Novembru 2018 – Segler-Vereinigung Cuxhaven e.V. vs Finanzamt Cuxhaven

(Kawża C-715/18)

(2019/C 82/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Segler-Vereinigung Cuxhaven e.V.

Konvenut: Finanzamt Cuxhaven

Domanda preliminari

It-tnaqqis tat-taxxa previst għall-kiri ta’ postijiet f’siti tal-kampeġġ u parks għall-karavani fl-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), moqri flimkien mal-punt 12 tal-Anness III tal-imsemmija direttiva jinkludi wkoll il-kiri ta’ postijiet għall-irmiġġ tad-dgħajjes?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fit-3 ta’ Diċembru 2018 – Totalmédia – Marketing Directo e Publicidade SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-751/18)

(2019/C 82/09)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Totalmédia – Marketing Directo e Publicidade SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

Meta jiġi interpretat fis-sens li, wara l-amalgamazzjoni inversa, l-interessi u l-ħlasijiet finanzjarji oħra tas-self meħud ma’ terzi jew ma’ soċji (li jkunu jistgħu jitnaqqsu mill-kumpannija inkorporata, fil-każ li ma jkunx hemm amalgamazzjoni) għall-akkwist tal-kapital tal-kumpannija sussidjarja li tkun qiegħda tinkorpora, trażmessi b’effett tal-amalgamazzjoni, ma jibqgħux suġġetti għal tnaqqis fiskali mill-profitti tal-kumpannija li tkun qiegħda tinkorpora, l-Artikolu 23(1)(c) tal-Código do IRC (il-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Persuni Ġuridiċi, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fl-2013, hija kompatibbli mad-dritt Ewropew, b’mod speċifiku, fis-sens li dan in-nuqqas ta’ tnaqqis tal-oneri fiskali jista’ jikkostitwixxi ostakolu jew restrizzjoni għall-operazzjonijiet ta’ konċentrazzjoni koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE (1), bi ksur tal-prinċipji u għanijiet tagħha u, kif ukoll, l-Artikolu 4 tiegħu?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li dan in-nuqqas ta’ tnaqqis fiskali tal-oneri finanzjarji huwa kompatibbli mad-Direttiva, dan jibqa’ jgħodd fid-dawl taċ-ċirkustanza li tali korrezzjoni ma tkunx twettqet fuq il-bażi tal-dispożizzjoni kontra l-abbuż tad-Direttiva (Artikolu 15) jew tal-liġi nazzjonali li tirriproduċiha (Artikolu 73(10) tal-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Persuni Ġuridiċi, iżda fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni oħra tal-liġi nazzjonali (Artikolu 23 tal-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Persuni Ġuridiċi)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri (ĠU 2009, L 310, p. 34).


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/10


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2018 minn Päivi Leino-Sandberg mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-20 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-421/17, Leino-Sandberg vs Il-Parlament

(Kawża C-761/18 P)

(2019/C 82/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Päivi Leino-Sandberg (rappreżentanti: O. W. Brouwer, advocaat, S. Schubert, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-421/17;

tagħmel użu mis-setgħa tagħha taħt it-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti sentenza finali fil-kwistjoni, u

tordna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi l-ispejjeż tal-intervenjenti kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: żbalji ta’ liġi fid-digriet ikkontestat fejn jgħid li ma hemmx iżjed skop għall-azzjoni, u għalhekk ma hemmx bżonn li tingħata deċiżjoni. L-appellant isostni li d-digriet ikkontestat bi żball ma japplikax it-test legali stabbilit fil-Kawża C-57/16 P, Client Earth vs Il-Kummissjoni (EU:C:2018:660) li skontu imissu kkonkluda li billi l-Parlament Ewropew ma rtirax id-deċiżjoni kkontestata, l-iskop tal-azzjoni baqa’.

It-tieni aggravju: żbalji ta’ liġi u ta’ proċedura fid-digriet ikkontestat fejn jgħid li ma hemmx iktar interess li jinbdew il-proċedimenti. L-appellant isostni li d-digriet ikkontestat japplika b’mod żbaljat it-test legali mniżżel fil-ġurisprudenza stabbilita, inkluż il-Kawża C-57/16 P, fejn kien imissu kkonkluda li l-illegalità tista’ terġa’ sseħħ fil-futur, indipendentement miċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, u li għalhekk baqa’ l-interess li jinbdew proċedimenti.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/11


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2018 minn Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-25 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-328/17 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO

(Kawża C-766/18 P)

(2019/C 82/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (rappreżentanti: S. Malynicz QC, S. Baran, Barrister, V. Marsland, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, M. J. Dairies EOOD

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli l-appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-328/17, Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), EU:T:2018:594, u tilqa’ r-rikors għal annullament tal-appellanti;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti jbatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta naqset milli tagħti lit-Trade mark Kollettiva HALLOUMI l-istatus u l-protezzjoni xierqa meħtieġa mir-RTMUE għal tali trade marks kollettivi, bi ksur tal-Artikolu 74 tar-RTMUE.

2.

B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta applikat approċċ kompletament mhux immodifikat għall-evalwazzjoni tal-karattru distintiv tat-Trade mark Kollettiva HALLOUMI, bi ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 74 tar-RTMUE.

3.

Il-Qorti Ġenerali evalwat u applikat b’mod żbaljat l-effett tad-deċiżjoni ta’ din il-qorti fil-Kawżi magħquda C-673/15 P sa C-676/15 P, The Tea Board vs EUIPO (“Tea Board”), u tad-digriet motivat tagħha fil-Kawża C-392/12 P, Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus Named Halloumi vs UASI (“HELLIM”), u naqset milli teżegwixxi b’mod korrett is-sentenza fil-Kawża C-196/11 P, Formula One Licensing vs UASI, EU:C:2012:314 (“F1”); u

4.

Il-Qorti Ġenerali naqset b’mod żbaljat milli tibgħat lura l-kawża lill-Bordijiet tal-Appell għal eżami mill-ġdid fid-dawl tal-konstatazzjoni tagħha li r-Raba’ Bord tal-Appell kien wettaq – anki fl-opinjoni tal-Qorti Ġenerali – mill-inqas żewġ żbalji fl-evalwazzjoni tiegħu tal-probabbiltà ta’ konfużjoni. B’dan il-mod, huwa kiser l-Artikolu 8(1)(b) u/jew l-Artikolu 72(2) tar-RTMUE.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/12


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2018 mir-Repubblika ta’ Ċipru mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-25 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-384/17 – Ċipru vs EUIPO

(Kawża C-767/18 P)

(2019/C 82/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz QC, S. Baran, Barrister, V. Marsland, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, M. J. Dairies EOOD

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa’ l-appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-384/17, Ir-Repubblika ta’ Ċipru vs EUIPO, EU:T:2018:593, u tilqa’ t-talba għal annullament;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mill-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta qieset li l-Bord tal-Appell kien korrett meta ttraspona l-konklużjonijiet mis-sentenzi preċedenti tal-Qorti Ġenerali HELLIM u XAΛΛOYMI u HALLOUMI għal din il-kawża. Dawk il-kawżi ma kinux jikkonċernaw it-trade marks ta’ ċertifikazzjoni iżda tipi ta’ trade marks differenti, jiġifieri trade marks kollettivi u ordinarji tal-Unjoni Ewropea, rispettivament. Il-funzjoni essenzjali ta’ tali trade marks hija li jaġixxu bħala indikazzjoni tal-oriġini kummerċjali tal-prodotti (pluralità ta’ kummerċjanti marbuta permezz ta’ sħubija f’assoċjazzjoni fil-każ ta’ trade mark kollettiva). Trade marks ta’ ċertifikazzjoni, għall-kuntrarju, ma għandhomx il-funzjoni essenzjali li jindikaw l-oriġini, iżda dik li jiddistingwu klassi ta’ prodotti, jiġifieri prodotti li huma ċċertifikati li fil-fatt huma konformi ma’, u ġew awtorizzati li jiġu prodotti skont ir-regolamenti dwar l-użu awtorizzat tat-trade mark ta’ ċertifikazzjoni HALLOUMI. Barra minn hekk, il-pubbliku rilevanti f’dawk is-sentenzi preċedenti tal-Qorti Ġenerali kien differenti mill-pubbliku rilevanti fil-kawża ineżami.

2.

Il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat iddeċidiet li trade mark nazzjonali preċedenti – f’dan il-każ it-trade mark nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni – kienet totalment nieqsa minn karattru distintiv sabiex tiddistingwi l-prodotti ċċertifikati minn dawk li ma kinux iċċertifikati; b’mod żbaljat hija ddeċidiet li t-trade mark hija deskrittiva; b’mod żbaljat hija mminat il-protezzjoni nazzjonali tat-trade mark nazzjonali; u b’mod żbaljat ikkontestat il-validità tal-imsemmija trade mark fi proċedimenti ta’ oppożizzjoni quddiem l-EUIPO.

3.

Il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-paragun tat-trade marks u fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni. Hija żbaljat meta kkonfrontat dawn id-domandi bħallikieku t-trade mark preċedenti kienet trade mark li tindika l-oriġini iktar milli trade mark ta’ ċertifikazzjoni. Hija naqset milli tagħti lit-trade mark preċedenti xi tip ta’ karattru distintiv bħala trade mark ta’ ċertifikazzjoni, jiġifieri bħala li tiddistingwi prodotti li fil-fatt kienu jikkonformaw mal-istandards tat-trade mark ta’ ċertifikazzjoni u li fil-fatt kienu magħmula minn produtturi awtorizzati minn detentur ta’ trade mark ta’ ċertifikazzjoni. Hija wkoll naqset milli tqis kif trade marks ta’ ċertifikazzjoni jintużaw tipikament (jiġifieri invarjabbilment flimkien ma’ isem, trade mark jew logo distintiv). Hija naqset milli tqis is-sens u t-tifsira tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea kkontestata, b’mod partikolari billi naqset milli tqis jekk l-element “HALLOUMI” kellux karattru distintiv indipendenti fit-trade mark sussegwenti, bħala sinjal li jindika, kuntrarjament għall-fatti, li l-prodotti koperti mit-trade mark tal-Unjoni Ewropea kienu ċċertifikati.

4.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tqis dispożizzjonijiet nazzjonali u ġurisprudenza fir-rigward tal-portata u tal-effett ta’ trade marks nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni. Il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks ta’ ċertifikazzjoni ma ġewx armonizzati taħt id-Direttivi 89/104 (1) u 2008/95 (2) dwar it-trade marks u madankollu r-regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li tali trade marks nazzjonali jistgħu jifformaw il-bażi għal drittijiet preċedenti li jipprevjenu r-reġistrazzjoni ta’ trade marks tal-Unjoni Ewropea. Tali drittijiet għandhom jitqiesu fid-dawl tal-ġurisprudenza nazzjonali u d-dispożizzjonijiet nazzjonali, b’analoġija mad-diversi drittijiet nazzjonali skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (liema drittijiet ukoll ma humiex armonizzati u jvarjaw ħafna fin-natura, portata u effett tagħhom minn Stat Membru għal ieħor).


(1)  L-ewwel direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92).

(2)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 2008, L 299, p. 25).


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Erding (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Diċembru 2018 – U.B. u T.V. vs Eurowings GmbH

(Kawża C-776/18)

(2019/C 82/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Erding

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: U.B., T.V.

Konvenuta: Eurowings GmbH

Domanda preliminari

Fil-każ ta’ annullament fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1), għandu jitqies li saret offerta ta’ trasport b’rotta alternattiva li jippermetti lill-passaġġieri jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom mhux iktar tard minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla skedat, anki meta t-trasport alternattiv jiġi pprovdut lejn ajruport differenti minn dak imsemmi fil-konferma ta’ riżervazzjoni, jekk dan l-ajruport ikun jinsab fl-istess reġjun?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil supérieur de la Sécurité sociale (il-Lussemburgu) fid-19 ta’ Diċembru 2018 – EU vs Caisse pour l'avenir des enfants

(Kawża C-801/18)

(2019/C 82/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil supérieur de la Sécurité sociale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EU

Konvenuta: Caisse pour l'avenir des enfants

Domandi preliminari

1)

L-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali kompetenti ta’ Stat Membru wieħed (f’dan il-każ il-Caisse pour l’avenir des enfants – il-Lussemburgu) huma obbligati, konformement mal-obbligi Komunitarji imposti fuqhom skont l-Artikolu 45 TFUE, id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri (1), kif ukoll skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (2), b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu, li jħallsu l-benefiċċji tal-familja lil ċittadin ta’ tieni Stat Membru meta, taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ għoti tal-imsemmija allowances, l-imsemmija awtoritajiet kompetenti jirrikonoxxu, b’applikazzjoni ta’ konvenzjoni internazzjonali bilaterali konkluża bejn l-ewwel Stat Membru, (il-Lussemburgu) u pajjiż terz (il-Brażil) dritt għall-benefiċċji tal-familja għaċ-ċittadini u r-residenti tagħhom stess?

2)

Fil-każ affermattiv, u fil-każ fejn il-prinċipju adottat fil-ġurisprudenza GOTTARDO (3) jiġi estiż għall-kuntest tal-benefiċċji tal-familja, l-awtorità kompetenti fil-qasam tas-sigurtà soċjali, u b’mod iktar speċifiku fil-qasam tal-benefiċċji tal-familja – f’dan il-każ il-Caisse pour l’avenir des enfants, istituzzjoni nazzjonali tal-benefiċċji tal-familja fil-Grand Dukat tal-Lussemburgu – tista’ tinvoka ġustifikazzjoni oġġettiva abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet li jirrigwardaw piżijiet finanzjarji u amministrattivi estremament kbar iffaċċati mill-amministrazzjoni kkonċernata, sabiex tiġġustifika inugwaljanza fit-trattament bejn iċ-ċittadini tal-pajjiżi – Partijiet kontraenti (tal-Konvenzjoni Bilaterali imsemmija) u ċ-ċittadini oħra ta’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

(3)  Is-sentenza tal-15 ta’ Jannar 2002, Gottardo, C-55/00, EU:C:2002:16.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil supérieur de la Sécurité sociale (il-Lussemburgu) fid-19 ta’ Diċembru 2018 – Caisse pour l'avenir des enfants vs FV, GW

(Kawża C-802/18)

(2019/C 82/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil supérieur de la Sécurité sociale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caisse pour l'avenir des enfants

Konvenuti: FV, GW

Domandi preliminari

1)

L-allowance tal-familja Lussemburgiża mogħtija skont l-Artikoli 269 u 270 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali għandha titqies bħala benefiċċju soċjali fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni? (1)?

2)

Fil-każ li titqies b’dan il-mod, id-definizzjoni ta’ membru tal-familja applikabbli skont l-Artikolu 1(i) tar-Regolament Nru 883/2004 (2) tipprekludi d-definizzjoni usa’ ta’ membru tal-familja fl-Artikolu 2(2) (3) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom peress li din tal-aħħar teskludi kwalunkwe awtonomija tal-Istat Membru fid-definizzjoni ta’ membru tal-familja kuntrarju għal dak stipulat fir-regolament ta’ koordinazzjoni u teskludi sussidjarjament, kull kunċett ta’ dipendenza prinċipali. Għaldaqstant, id-definizzjoni ta’ membru tal-familja fis-sens tal-Artikolu 1(i) tar-Regolament Nru 883/2004 għandha tipprevali minħabba l-ispeċifiċità tagħha fil-kuntest tal-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u fuq kollox għandu l-Istat Membru jżomm il-kompetenza biex jiddefinixxi l-membri tal-familja li huma intitolati għall-allowance tal-familja?

3)

Fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom u, b’mod iktar speċifiku, għall-allowance tal-familja Lussemburgiża, l-esklużjoni tal-wild tal-konjuġi mid-definizzjoni tal-membru tal-familja tista’ titqies diskriminazzjoni indiretta ġġustifikata fid-dawl tal-għan nazzjonali tal-Istat Membru li jistabilixxi d-dritt personali tal-wild u tan-neċessità li tiġi protetta l-amministrazzjoni tal-Istat Membru tal-impjieg, meta meta estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni personali jikkostitwixxi piż mhux raġonevoli għas-sistema tal-benefiċċji tal-familja Lussemburgiżi, li tesporta, b’mod partikolari, kważi 48 % tal-benefiċċji tal-familja tagħha?


(1)  Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).

(3)  Direttiva 2004/38/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fl-20 ta’ Diċembru 2018 – AAS “BALTA” vs UAB “GRIFS AG”

(Kawża C-803/18)

(2019/C 82/16)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: AAS “BALTA”

Parti oħra fil-proċedura: UAB “GRIFS AG”

Domanda preliminari

Il-punt (5) tal-Artikolu 15 u l-punt 5 tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fir-rigward ta’ assigurazzjoni li tkopri “riskji kbar”, il-klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni u li tinsab fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni konkluż bejn id-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni u l-assiguratur tista’ tiġi invokata kontra l-assigurat kopert minn dan il-kuntratt, li ma ssottoskriviex espressament l-imsemmija klawżola u li huwa ddomiċiljat fi Stat Membru differenti minn dak tad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni u l-assigurat?


(1)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd Trnava (is-Slovakkja) fil-21 ta’ Diċembru 2018 – DHL Logistics (Slovakia), spol. s r.o. vs Finančné riaditeľstvo SR

(Kawża C-810/18)

(2019/C 82/17)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd Trnava

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DHL Logistics (Slovakia), spol. s r.o.

Konvenuta: Finančné riaditeľstvo SR

Domanda preliminari

Is-subintestatura tan-Nomenklatura Magħquda 8525 80 91, li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1) tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta min-noti ta’ spjega ppubblikati skont l-imsemmi regolament fl-2011 (2) (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2011/C 137/01), għandha tiġi interpretata fis-sens li merkanzija bħal vidjo kameras diġitali (inkwistjoni fil-kawża prinċipali) jistgħu jiġu kklassifikati f’din is-subintestatura minkejja li dawn jippermettu biss li tittieħed u li tiġi rreġistrata sekwenza ta’ vidjo ta’ kwalità inferjuri għal 800 x 600 pixel, f’dan il-każ ta’ 720 x 576 pixel, u li funzjoni oħra ta’ din il-merkanzija, jiġifieri t-teħid u r-reġistrazzjoni ta’ stampi fissi, hija limitata bir-riżoluzzjoni tal-imsemmija stampi li hija ta’ 1 600 x 1 200 pixel (1,92 megapixel)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

(2)  ĠU 2011, C 137, p. 1.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/17


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 minn Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-15 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-79/16, Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-817/18 P)

(2019/C 82/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland, Stichting Het Groninger Landschap, It Fryske Gea, Stichting Het Drentse Landschap, Stichting Het Overijssels Landschap, Stichting Het Geldersch Landschap, Stichting Flevo-Landschap, Stichting Het Utrechts Landschap, Stichting Landschap Noord-Holland, Stichting Het Zuid-Hollands Landschap, Stichting Het Zeeuwse Landschap, Stichting Het Noordbrabants Landschap, Stichting Het Limburgs Landschap (rappreżentanti: P. Kuypers, M. de Wit, advocaten)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters, Exploitatiemaatschappij De Berghaaf BV, Stichting Het Nationale Park De Hoge Veluwe, BV Landgoed Den Alerdinck II, Landgoed Ampsen BV, Pallandt van Keppel Stichting, Landgoed Kasteel Keppel BV, Baron van Lynden, Stichting het Lijndensche Fonds voor Kerk en Zending, Landgoed Welna BV, Landgoed “Huis te Maarn” BV, Vicariestichting De Vijf Capellarijen/Ambachtsheerlijkheid Kloetinge, Maatschappij tot Exploitatie van het Landgoed Tongeren onder Epe BV, Landgoed Anderstein NV, Landgoed Bekspring BV, Landgoed Nijenhuis en Westerflier BV, Landgoed Caprera BV, Landgoed Schapenduinen BV, Stichting Schapenduinen, Landgoed de Noetselenberg BV

Talbiet

L-appellanti jitlobu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata (sentenza mogħtija fil-Kawża T-79/16);

tikkundanna lil VGG għall-ispejjeż tal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll tal-proċedura fl-appell;

sussidjarjament, fil-każ li l-kawża tinbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, tirriżerva d-deċiżjoni fuq l-ispejjeż fl-ewwel istanza u fl-appell sakemm tingħata s-sentenza definittiva.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat ammissibbli r-rikors ta’ VGG

Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-kriterju li għandu jiġi ssodisfat minn VGG sabiex din titqies bħala parti kkonċernata, jiġifieri li għandu jkun hemm relazzjoni kompetittiva bejn VGG u r-rikorrenti; li hemm riskju li l-għajnuna mogħtija jkollha effett konkret fuq is-sitwazzjoni ta’ VGG u li ser toħloq distorsjoni tar-relazzjoni kompetittiva inkwistjoni.

Il-Qorti Ġenerali torbot l-ammissibbiltà ta’ VGG u tal-membri tagħha direttament mal-ammissibbiltà ta’ Stichting Het Nationale Park De Hoge Veluwe, l-unika lanjanta li baqa’ mis-sena 2008.

F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali ma stabbilixxietx, jew ma stabbilixxietx suffiċjentement, liema huma l-attivitajiet li fihom ir-rikorrenti u Stichting het Nationale Park De Hoge Veluwe jikkompetu ma’ xulxin konkretament. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali assumiet b’mod żbaljat li hemm relazzjoni kompetittiva bejn dawn u Stichting het Nationale Park De Hoge Veluwe.

Filwaqt li rrikonoxxiet l-eżistenza ta’ relazzjoni kompetittiva, il-Qorti Ġenerali sussegwentement ikkonstatat, b’mod żbaljat, li l-għajnuna kellha konsegwenzi konkreti fuq il-pożizzjoni kompetittiva ta’ membri VGG u li ħolqot distorsjoni ta’ tali pożizzjoni kompetittiva.

Abbażi tal-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà ta’ Stichting het Nationale Park De Hoge Veluwe, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx tasal għall-konklużjoni li r-rikors ta’ VGG kien ammissibbli.

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali kkonstatat b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ “diffikultajiet serji”

Il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li kien hemm ksur tad-drittijiet proċedurali previsti fl-Artikolu 108(2) TFUE hija żbaljata. Billi kkonstatat li l-Kummissjoni ltaqgħet ma’ “diffikultajiet serji” fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-iskema PNB mal-miżura ta’ għajnuna, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi.

Għalhekk, il-klassifikazzjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali bħala “atipiku” u “globali” fid-deċiżjoni ma tirrileva ebda diffikultajiet serji; l-assenza ta’ kontabbiltà separata ma tikkostitwixxix diffikultajiet serji; u ma kienx hemm assenza ta’ mekkaniżmu sabiex jiġi evitat kumpens żejjed.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de commerce de Paris (Franza) fl-24 ta’ Diċembru 2018 – Trendsetteuse SARL vs DCA SARL

(Kawża C-828/18)

(2019/C 82/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de commerce de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Trendsetteuse SARL

Konvenuta: DCA SARL

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva Nru 86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 (1) dwar l-istatus tal-aġenti kummerċjali, għandu jiġi interpretat li jfisser li intermedjarju li jaħdem għal rasu, li jaġixxi inkwantu mandatarju f’isem il-mandant tiegħu, u li ma għandux is-setgħa li jibdel it-tariffi u l-kundizzjonijiet kuntrattwali tal-kuntratti ta’ bejgħ tal-mandant tiegħu, ma huwiex inkarigat li jinnegozja l-imsemmija kuntratti fis-sens ta’ dan l-artikolu u ma jistax konsegwentement jiġi kklassifikat bħala aġent kummerċjali u jibbenefika mill-istatus previst mid-Direttiva?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 86/653 tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177).


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de grande instance de Paris (Franza) fis-27 ta’ Diċembru 2018 – Crédit Logement SA vs OE

(Kawża C-829/18)

(2019/C 82/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Crédit Logement SA

Konvenut: OE

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva Nru 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 (1) u l-prinċipju ta’ effettività tad-dritt Komunitarju għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu l-applikazzjoni ta’ regola tad-dritt nazzjonali li tipprojbixxi lill-qorti milli tevalwa n-natura inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt konkluż ma’ kummerċjant, meta l-garanti kummerċjali li jiggarantixxi l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ikun informa lid-debitur-konsumatur li huwa kien ser iwettaq il-ħlas u li dan tal-aħħar ma indikalux l-eċċezzjonijiet li jistgħu jiġu invokati?

2)

L-indikazzjoni, fil-korp tat-test tal-kuntratt, li r-riskju tal-kambju jinsab fuq min jieħu s-self inkwistjoni, ikkompletata b’tabelli ta’ amortizzament, tista’ tirrendi l-klawżola “ċara u li tinftiehem” fis-sens tad-direttiva, fl-assenza ta’ simulazzjonijiet li juru diversi ipoteżijiet, inklużi dawk sfavorevoli, ta’ movimenti tar-rata tal-kambju?

3)

L-oneru tal-prova li l-konsumatur ingħata l-elementi neċessarji sabiex il-klawżola inkwistjoni tkun ta’ natura ċara u li tinftiehem, u sabiex tingħata prova li l-imsemmija klawżola hija ta’ natura ċara u li tinftiehem, jaqa’ fuq il-kummerċjant jew fuq il-konsumatur?

4)

Fil-każ fejn il-qorti tqis li l-klawżoli 1.2.1 sa 1.2.9 u 2.8 tal-kuntratt huma inġusti għaliex ma ġewx redatti b’mod suffiċjentement ċar u li jinftiehem, hemm lok li jiġi ddikjarat li l-klawżoli finanzjarji kollha, inkluża l-klawżola tal-interessi, ma ġewx miktuba, jew li jiġu ddikjarati mhux miktuba biss il-klawżoli li jirrigwardaw il-varjazzjoni tar-rata tal-kambju u l-klawżola tal-munita u titħalla fis-seħħ rata ta’ interessi fissa, f’euro, jew għandha tingħata saħansitra għażla oħra?

5)

Fl-eżami tad-domanda preċedenti, hemm lok li l-qorti tiżgura ruħha li s-sanzjoni mogħtija tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de l’entreprise de Liège (il-Belġju) fil-31 ta’ Diċembru 2018 – SI, Brompton Bicycle Ltd vs Chedech / Get2Get

(Kawża C-833/18)

(2019/C 82/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de l’entreprise de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SI, Brompton Bicycle Ltd

Konvenuta: Chedech / Get2Get

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari, id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (1), li tistabbilixxi b’mod partikolari l-varji drittijiet esklużivi rrikonoxxuti lill-proprjetarji tad-drittijiet tal-awtur fl-Artikoli 2 sa 5 tagħha, għandu jiġi interpretat bħala li jeskludi mill-protezzjoni permezz tad-drittijiet tal-awtur ix-xogħlijiet li l-forma tagħhom hija neċessarja sabiex jintlaħaq ir-riżultat tekniku?

Sabiex tiġi evalwata n-natura neċessarja ta’ forma sabiex jintlaħaq ir-riżultat tekniku, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kriterji li ġejjin:

L-eżistenza ta’ forom oħra possibbli li jippermettu li jintlaħaq l-istess riżultat tekniku?

L-effettività tal-forma sabiex jintlaħaq l-imsemmi riżultat?

Ir-rieda tal-allegata persuna li tkun wettqet il-ksur li tilħaq dan ir-riżultat?

L-eżistenza ta’ privattiva preċedenti, li llum skadiet, fuq il-proċess li jippermetti li jintlaħaq ir-riżultat tekniku mfittex?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/20


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2019 minn Mylène Troszczynski mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-8 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-550/17, Troszczynski vs Il-Parlament

(Kawża C-12/19 P)

(2019/C 82/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Mylène Troszczynski (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Novembru 2018 mis-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (T-550/17).

B’hekk:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Ġunju 2017 li tadotta r-Rapport Nru A8-0218/2017 tal-Kummissjoni tal-Affarijiet Legali fuq it-talba għat-tneħħija tal-immunità u tal-privileġġi ta’ Mylène Troszczynski, membru tal-Parlament Ewropew,

tiddeċiedi skont il-liġi dwar l-ammont li għandu jitħallas lill-appellanti bħala spejjeż proċedurali.

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Fuq l-evalwazzjoni tat-tieni motiv mill-Qorti Ġenerali

Il-Qorti Ġenerali ma tikkunsidrax it-tweet inkwistjoni ta’ Mylène Troszczynski bħala opinjoni espressa fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha bħala membru tal-Parlament Ewropew, peress li din tirrigwarda avveniment preċiż, li allegatament seħħ fi Franza, u li din ma tistax tiġi mqabbla ma’ adozzjoni ta’ pożizzjoni ġenerali fuq suġġetti ta’ attwalità kurrenti jew ittrattati mill-Parlament, karatteristiċi neċessarji ta’ opinjoni protetta mill-Protokoll.

Il-Qorti Ġenerali twettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li:

kull membru tal-Parlament Ewropew huwa elett mill-pajjiż tiegħu, jirrappreżenta lill-eletturi tiegħu, u matul il-mandat tiegħu għandu jżomm rabta neċessarja magħhom, b’mod partikolari billi jirreferi għal fatti li jinteressawhom jew jikkonċernawhom,

il-prinċipju Nru 2 tal-Komunikazzjoni lill-membri 11/2003 ma jwettaqx tali distinzjoni,

l-ilbies tal-velu sħiħ fl-ispazju pubbliku jikkonċerna lill-elettorat fi Franza iżda wkoll lil dak tal-pajjiżi tal-Ewropa kollha, u din il-manifestazzjoni esterna ta’ appartenenza għall-Islam hija suġġett ta’ interess ġenerali li jikkonċerna l-ħajja pubblika bħad-drittijiet tan-nisa,

il-Qorti Ġenerali kellha tapplika l-prinċipji tas-sentenza Patriciello.

2.

Fuq l-evalwazzjoni tat-tielet motiv mill-Qorti Ġenerali

Huwa magħruf fid-diskussjoni u aċċettat mill-Qorti Ġenerali li Mylène Troszczynski ma hijiex l-awtriċi tat-tweet inkwistjoni u li hija ħassritha malli saret taf biha. Madankollu, il-Qorti Ġenerali tqis li dawn iż-żewġ fatti ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni jekk il-kundizzjonijiet tat-tneħħija tal-immunità parlamentari humiex sodisfatti.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni:

meta sostniet li l-Parlament ma għandux l-obbligu li jkun jaf jekk il-fatti lmentati fil-konfront tal-membru tal-Parlament Ewropew inkwistjoni humiex stabbiliti, filwaqt li l-Parlament jeżamina l-fatti billi fid-deċiżjoni tiegħu jirrikonoxxi li Mylène Troszczynski ma hijiex l-awtriċi tat-tweet,

sa fejn ma tislitx il-konsegwenzi legali ta’ wħud mid-dokumenti annessi mar-rapport tal-Kummissjoni tal-Affarijiet Legali, jiġifieri l-estratti tal-Liġi tad-29 ta’ Lulju 1881, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tagħha,

sa fejn id-digriet tar-rinviju quddiem it-Tribunal correctionnel (il-Qorti Kriminali) tas-26 ta’ April 2018 jittraduċi l-ineżorabbiltà ta’ maġistrat kontra persuna eletta, u b’hekk intenzjoni li jikkaġunalha dannu fuq il-pjan politiku, bħala aġir karatteristiku tal-fumus persecutionis.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/21


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2019 minn Marion Le Pen mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-28 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-161/17, Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża C-38/19 P)

(2019/C 82/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Marion Anne Perrine, imsejħa Marine, Le Pen (rappreżentant: R. Bosselut, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza mogħtija fit-28 ta’ Novembru 2018 mis-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-161/17.

Għaldaqstant:

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Jannar 2017, mogħtija b’applikazzjoni tal-Artikolu 68 tad-Deċiżjoni 2009/C 159/01 tal-Uffiċċju tal-Parlament tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008“dwar il-Miżuri ta’ Implimentazjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew”, kif emendata, li tikkonstata dejn tal-ammont ta’ EUR 41 554.

tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2017-22 tal-11 ta’ Jannar 2017 li tinforma lir-rikorrenti li ġie kkonstatat dejn fil-konfront tagħha wara d-deċiżjoni tas-Segretarju Parlamentari tas-6 ta’ Jannar 2017, għall-irkupru tas-somom indebitament imħallsa għall-assistenza parlamentari, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 68 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut u tal-Artikoli 78, 79 u 80 tar-Regolament Finanzjarju.

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

A -

Aggravju ta’ ordni pubbliku: Ksur tad-dritt tal-Unjoni – Żbalji ta’ liġi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Ksur tad-drittijiet tad-difiża -

Dan l-aggravju huwa bbażat fuq l-assenza ta’ smigħ personali tar-rikorrenti u l-assenza ta’ trażmissjoni tal-fajl u b’mod partikolari tar-rapport tal-OLAF mis-Segretarju Ġenerali.

Id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti nkisru mill-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni u l-Artikolu 6 tal-KEDB.

B -

Ksur tad-dritt tal-Unjoni – Żbalji ta’ liġi – Ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali – Żball ta’ klassifikazzjoni tan-natura ġuridika tal-fatti, żnaturament tal-fatti u tal-provi

Il-Qorti Ġenerali żnaturat is-sens tad-dokumenti prodotti mir-rikorrenti bħala anness għall-ittra tagħha tal-14 ta’ Marzu 2016 indirizzata lill-OLAF.

Ma jistax jiġi jostnut li s-somom imħallsa skont il-kuntratt “artifiċjali” ma ntużawx b’konformità mal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut. Ma hemm għalhekk l-ebda użu ħażin fl-iskop jew fin-natura ta’ dawn il-fondi, u lanqas ma hemm dannu għall-Parlament.

C-

Użu ħażin ta’ poter – Fumus persecutionis

Id-diskriminazzjonijiet, iż-żamma ta’ provi, iż-żlealtà u l-ksur tad-drittijiet tad-difiża li huwa ħati tagħhom is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament fil-konfront tar-rikorrenti jikkostitwixxu u kellhom jikkostitwixxu f’għajnejn il-Qorti Ġenerali “indizji oġġettivi, rilevanti u konkordanti, meħudha bl-iskop esklużiv, jew minn tal-inqas bl-iskop determinanti, li jintlaħqu għanijiet differenti minn dawk indikati jew sabiex tiġi evitata proċedura speċifikament prevista mit-Trattat sabiex jiġu evitati ċ-ċirkustanzi tal-każ”, u jindikaw u huma vvizzjati minn fumus persecutionis għad-detriment tar-rikorrenti.


Il-Qorti Ġenerali

4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Comune di Milano vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-167/13) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Servizzi ta’ ground handling - Injezzjonijiet ta’ kapital magħmula minn SEA favur Sea Handling - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna - Imputabbiltà lill-Istat - Kriterju ta’ investitur privat - Prinċipju ta’ kontradittorju - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal amministrazzjoni tajba - Aspettattivi leġittimi”))

(2019/C 82/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Comune di Milano (l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Grassani u A. Franchi, sussegwentement minn S. Grassani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1225, tad-19 ta’ Diċembru 2012, rigward l-injezzjonijiet ta’ kapital minn SEA SpA f’SEA Handling SpA ((SA.21420 (C 14/10) (ex NN 25/10) (ex CP 175/06)) (ĠU 2015, L 201, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Comune di Milano huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 129, 4.5.2013.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Deutsche Umwelthilfe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-498/14) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Dokumenti relatati mal-korrispondenza skambjata bejn il-Kummissjoni u l-impriżi jew il-manifatturi tal-karozzi dwar ir-rifriġerant R1234 użat fil-vetturi bil-mutur - Dokumenti mhux elenkati - Motiv ġdid imqajjem fil-kors tal-kawża - Inammissibbli - Miżura ta’ istruzzjoni li tordna l-produzzjoni tad-dokumenti kontenżjużi konformement mal-Artikolu 104 tar-Regoli tal-Proċedura - Deroga mill-prinċipju tal-kontradittorju - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Interess pubbliku fl-iżvelar - Ibbilanċjar - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Artikolu 6(1) - Interess pubbliku ogħla mill-iżvelar ta’ informazzjoni dwar l-ambjent jew l-emissjonijiet fl-ambjent - Preżunzjoni ġenerali - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2019/C 82/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Umwelthilfe eV (Radolfzell, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Klinger u R. Geulen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Clotuche-Duvieusart u J. Vondung, sussegwentement minn F. Clotuche-Duvieusart u H. Krämer, aġenti, inizjalment assistiti minn R. van der Hout u A. Köhler, sussegwentement minn R. van der Hout u C. Wagner, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni GESTDEM 2014/547, tat-2 ta’ Ġunju 2014, li tikkonferma r-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti kollha relatati mal-iskambju ta’ korrispondenza bejn il-Kummissjoni, minn naħa, u l-impriżi Honeywell u DuPont jew il-manifatturi tal-karozzi, min-naħa l-oħra, matul il-perijodu minn Settembru 2011 sa April 2012 u minn Settembru 2012 sal-aħħar ta’ Jannar 2014, rigward ir-refriġerant R1234yf użat fil-vetturi bil-mutur.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni GESTDEM 2014/547, tat-2 ta’ Ġunju 2014, sa fejn tikkonċerna l-partijiet inizjalment mgħottija tad-Dokument Nru 34 li, sussegwentement, ġew ippubblikati.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Deutsche Umwelthilfe eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 329, 22.9.2014.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Biogaran vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-677/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE - Ftehimiet intiżi sabiex jiġi ttardjat, jew anki ostakolat, id-dħul fis-suq id-dħul fis-suq ta’ verżjonijiet ġeneriċi tal-perindopril - Parteċipazzjoni ta’ sussidjarja fil-ksur imwettaq mill-kumpannija omm - Imputazzjoni tal-ksur - Responsabbiltà in solidum - Ammont massimu tal-multa”))

(2019/C 82/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Biogaran (Colombes, Franza) (rappreżentanti: T. Reymond, O. de Juvigny u J. Jourdan, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castilla Contreras, T. Vecchi u B. Mongin, sussegwentement minn F. Castilla Contreras, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti)

Suġġett

Talba skontl-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE [Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)], sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha mill-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Biogaran hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 395, 10.11.2014.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Teva UK et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-679/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-perindopril, prodott mediċinali maħsub għall-kura ta’ mard kardjovaskulari, fil-verzjoni tagħhom tal-oriġini u tal-ġeneriċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Prinċipju ta’ imparzjalità - Konsultazzjoni tal-kumitat konsultattiv fil-qasam tal-akkordji u tal-pożizzjonijiet dominanti - Ftehim ta’ riżiluzzjoni bonarja ta’ tilwim bil-qasam tal-privattivi u ta’ xiri esklużiv - Kompetizzjoni potenzjali - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Konċiljazzjoni bejn id-dritt tal-kompetizzjoni u d-dritt tal-privattivi - Kundizzjonijiet tal-eżenzjoni tal-Artikolu 101(3) TFUE - Multi”))

(2019/C 82/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Teva UK Ltd (West Yorkshire, ir-Renju Unit), Teva Pharmaceuticals Europe BV (Utrecht, il-Pajjiżi lBaxxi), Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Ġerusalem, l-Iżrael) (rappreżentanti: D. Tayar u A. Richard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castilla Contreras, T. Vecchi u B. Mongin, sussegwentement minn F. Castilla Contreras, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn G. Peretz, barrister)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: European Generic medicines Association AISBL (EGA) (rappreżentanti: S.-P. Brankin, solicitor, u E. Wijckmans, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura skont l-Artikoli 101 u 102 TFUE [Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)], safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqhom bl-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Teva UK Ltd, Teva Pharmaceuticals Europe BV u Teva Pharmaceutical Industries Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-European Generic medicines Association AISBL (EGA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Lupin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-680/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi - Ftehim ta’ akkwiżizzjoni ta’ teknoloġija - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi”))

(2019/C 82/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lupin Ltd (Maharashtra, l-Indja) (rappreżentanti: inizjalment M. Pullen, R. Fawcett-Feuillette, solicitors, M. Hoskins, QC, V. Wakefield, barrister u M. Boles, solicitor, sussegwentement M. Hoskins, V. Wakefield, M. Boles, K. Vernon u S. Smith, solicitors, u fl-aħħar nett M. Hoskins, V. Wakefield, S. Smith u C. Wall, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castilla Contreras, B. Mongin u T. Vecchi, sussegwentement F. Castilla Contreras, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn B. Rayment, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għall-annullament tal-multa imposta fuqha mill-imsemmija deċiżjoni jew it-tnaqqis tal-ammont tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lupin Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 439, 8.12.2014.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Mylan Laboratories u Mylan vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-682/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi - Kompetizzjoni potenzjali - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi - Imputazzjoni tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi”))

(2019/C 82/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mylan Laboratories Ltd (Hyderabad, l-Indja) u Mylan, Inc. (Canonsburg, Pennsylvania, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Kon, C. Firth u C. Humpe, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castilla Contreras, T. Vecchi u B. Mongin, sussegwentement F. Castilla Contreras, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn S. Kingston, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta kontrihom permeżż tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mylan Laboratories Ltd u Mylan, Inc. huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Krka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-684/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi - Ftehim ta’ liċenzja - Ftehim ta’ akkwiżizzjoni ta’ teknoloġija - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-effett - Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi”))

(2019/C 82/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Krka Tovarna Zdravil d.d. (Novo Mesto, is-Slovenja) (rappreżentanti: T. Ilešič u M. Kocmut, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn D. Bailey, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)) huwa annullat inkwantu jikkonstata l-parteċipazzjoni ta’ Krka Tovarna Zdravil d.d għall-ftehimiet imsemmija f’dan l-artikolu.

2)

L-Artikolu 7(4)(a) tad-Deċiżjoni C(2014) 4955 finali hija annullata.

3)

L-Artikoli 8 u 9 tad-Deċiżjoni C(2014) 4955 finali huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Krka Tovarna Zdravil.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Servier et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-691/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE - Prinċipju ta’ imparzjalità - Konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-akkordji u tal-pożizzjonijiet dominanti - Dritt għal rimedju effettiv - Qosor tat-terminu għall-preżentata tar-rikors fid-dawl tat-tul tad-deċiżjoni kkontestata - Ftehimiet dwar soluzzjoni bonarja dwar it-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi - Ftehimiet dwar liċenzja - Ftehimiet dwar akkwist tat-teknoloġija - Ftehim dwar xiri esklużiv - Kompetizzjoni potenzjali - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-effett - Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi - Klassifikazzjoni ta’ ksur distinti jew ta’ ksur uniku - Definizzjoni tas-suq rilevanti fil-livell tal-molekola tal-prodott mediċinali kkonċernat - Multi - Kumulu ta’ multi skont l-Artikoli 101 u 102 TFUE - Prinċipju ta’ legalità ta’ delitti u ta’ pieni - Valur tal-bejgħ - Modalitajiet ta’ kalkolu fil-każ ta’ kumulu ta’ ksur fl-istess swieq”))

(2019/C 82/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Servier SAS (Suresnes, Franza), Servier Laboratories Ltd (Wexham, ir-Renju Unit), Les Laboratoires Servier SAS (Suresnes) (rappreżentanti: inizjalment I. S. Forrester, QC, J. Killick, barrister, O. de Juvigny, avukat, u M. Utges Manley, solicitor, sussegwentement J. Killick, O. de Juvigny, M. Utges Manley, J. Jourdan u T. Reymond, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. Christoforou, B. Mongin, C. Vollrath, F. Castilla Contreras u T. Vecchi, sussegwentement T. Christoforou, B. Mongin, C. Vollrath, F. Castilla Contreras u J. Norris-Usher, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA) (Genève, l-Isvizzera) (rappreżentanti: F. Carlin, barrister, N. Niejahr u C. Paillard, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)4955 finali tad-9 ta’ Lulju 2014 dwar proċedura skont l-Artikolu 101 u l-Artikolu 102 TFUE [Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)], sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet impsota fuqhom permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru oC(2014) 4955 finali tad-9 ta’ Lulju 2014 dwar proċedura skont l-Artikolu 101 u l-Artikolu 102 TFUE [Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)], huwa annullat, inkwantu jikkonstata l-parteċipazzjoni ta’ Servier SAS u ta’ Laboratoires Servier SAS fil-ftehimiet imsemmija f’dan l-artikolu.

2)

L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni C(2014) 4955 finali huwa annullat.

3)

L-Artikolu 7(4)(b) u (6) tad-Deċiżjoni C(2014) 4955 finali huwa annullat.

4)

L-ammont tal-multa imposta fuq Servier u fuq Laboratoires Servier għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2014) 4955 finali, kif jirriżulta mill-Artikolu 7(2)(b) tagħha, huwa stabbilit għal EUR 55 385 190.

5)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

6)

Servier, Servier Laboratories Ltd u Laboratoires Servier, minn naħa, u l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

7)

Il-European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 462, 22.12.2014.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Niche Generics vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-701/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi - Proċedura amministrattiva - Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti - Kompetizzjoni potenzjali - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Neċessità oġġettiva tar-restrizzjoni - Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi - Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-Artikolu 101(3) TFUE - Multi - Limitu ta’ 10 % - Imputazzjoni tal-aġir li jikkostitwixxi ksur”))

(2019/C 82/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Niche Generics Ltd (Hitchin, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: E. Batchelor, M. Healy, K. Cousins, solicitors, u F. Carlin, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castilla Contreras, T. Vecchi u B. Mongin, sussegwentement F. Castilla Contreras, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn S. Kingston, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta kontriha permeżż tal-imsemmija deċiżjoni

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Niche Generics Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Unichem Laboratories vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-705/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi - Ġurisdizzjoni territorjali tal-Kummissjoni - Imputazzjoni tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Proċedura amministrattiva - Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti - Kompetizzjoni potenzjali - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Neċessità oġġettiva tar-restrizzjoni - Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi - Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-Artikolu 101(3) TFUE - Multi”))

(2019/C 82/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unichem Laboratories Ltd (Mumbai, l-Indja) (rappreżentanti: S. Mobley, K. Shaw, K. Cousins, M. Healy, H. Sheraton u E. Batchelor, sollicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castilla Contreras, T. Vecchi u B. Mongin, sussegwentement F. Castilla Contreras, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn S. Kingston, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta kontriha permeżż tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Unichem Laboratories Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 448, 15.12.2014.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-827/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq Slovakk ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni broadband - Aċċess minn impriżi terzi għan-‘netwerk lokali’ tal-operatur storiku f’dan is-suq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE - Ksur uniku u kontinwu - Kunċett ta’ ‘abbuż’ - Rifjut ta’ aċċess - Kompressjoni tal-marġni - Kalkolu tal-kompressjoni tal-marġni - Kriterju ta’ kompetitur daqstant effikaċi - Drittijiet tad-difiża - Imputazzjoni lill-kumpannija omm tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha - Influwenza determinanti tal-kumpannija omm fuq il-politika kummerċjali tas-sussidjarja tagħha - Eżerċizzju effettiv - Oneru tal-prova - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Multa distinta imposta biss fuq il-kumpannija omm bħala reċidiva u l-applikazzjoni ta’ koeffiċjent multiplikatur għall-finijiet ta’ dissważjoni”))

(2019/C 82/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Telekom AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Apel u D. Schroeder, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, L. Malferrari, C. Vollrath u L. Wildpanner, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Slovanet, a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentant: P. Tisaj, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament, fl-intier tagħha jew parzjalment, sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 7465 finali tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39523 – Slovak Telekom), kif irrettifikata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 10119 finali tas-16 ta’ Diċembru 2014, kif ukoll bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 2484 finali tas-17 ta’ April 2015 u, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti mill-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(2)(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 7465 finali tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39523 – Slovak Telekom) huwa annullat sa fejn jikkonstata li, matul il-perijodu ta’ bejn it-12 ta’ Awwissu u l-31 ta’ Diċembru 2005, Deutsche Telekom AG applikat tariffi inġusti li ma jippermettux lil operatur daqstant effikaċi li jibbaża ruħu fuq l-aċċess bl-ingrossa għan-netwerks lokali b’aċċess separat ta’ Slovak Telekom, a.s., jirriproduċi s-servizzi bl-imnut offruti minn Slovak Telekom mingħajr ma jagħmel telf.

2)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2014) 7465 finali huwa annullat sa fejn jistabbilixxi l-ammont tal-multa li għaliha hija responsabbli in solidum Deutsche Telekom hija EUR 38 838 000 u l-ammont tal-multa li għaliha hija responsabbli Deutsche Telekom waħdeha huwa stabbilit għal EUR 31 070 000.

3)

L-ammont tal-multa li għaliha hija responsabbli in solidum Deutsche Telekom huwa stabbilit għal EUR 38 061 963 u l-ammont tal-multa li għaliha hija responsabbli Deutsche Telekom waħedha huwa stabbilit għal EUR 19 030 981.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Deutsche Telekom għandha tbata erba’ minn ħamsa mill-ispejjeż tagħha, erba’ minn ħamsa mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u erba’ minn ħamsa mill-ispejjeż ta’ Slovanet, a.s.

6)

Il-Kummissjoni għandha tbati wieħed minn ħamsa mill-ispejjeż tagħha u wieħed minn ħamsa mill-ispejjeż sostnuti minn Deutsche Telekom.

7)

Slovanet għandha tbati wieħed minn ħamsa mill-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 96, 23.3.2015.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Slovak Telekom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-851/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq Slovakk ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni broadband - Aċċess minn impriżi terzi għan-‘netwerk lokali’ tal-operatur storiku f’dan is-suq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE - Ksur uniku u kontinwu - Kunċett ta’ ‘abbuż’ - Rifjut ta’ aċċess - Kompressjoni tal-marġni - Kalkolu tal-kompressjoni tal-marġni - Kriterju ta’ kompetitur daqstant effikaċi - Drittijiet tad-difiża - Imputazzjoni lill-kumpannija omm tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha - Influwenza determinanti tal-kumpannija omm fuq il-politika kummerċjali tas-sussidjarja tagħha - Eżerċizzju effettiv - Oneru tal-prova - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006”))

(2019/C 82/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Slovak Telekom, a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: D. Geradin, avukat, R. O’Donoghue, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn M. Farley, L. Malferrari u G. Koleva, sussegwentement minn M. Farley, M. Kellerbauer, L. Malferrari u C. Vollrath, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Slovanet, a.s. (Bratislava) (rappreżentant: P. Tisaj, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament, fl-intier tagħha jew parzjalment, sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 7465 finali tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39523 – Slovak Telekom), kif irrettifikata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 10119 finali tas-16 ta’ Diċembru 2014, kif ukoll bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 2484 finali tas-17 ta’ April 2015 u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(2)(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 7465 finali tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39523 – Slovak Telekom) huwa annullat sa fejn jikkonstata li, matul il-perijodu ta’ bejn it-12 ta’ Awwissu u l-31 ta’ Diċembru 2005, Slovak Telekom a.s. applikat tariffi inġusti li ma jippermettux lil operatur daqstant effikaċi li jibbaża ruħu fuq l-aċċess bl-ingrossa għan-netwerks lokali b’aċċess separat li jirriproduċi s-servizzi bl-imnut offruti minn Slovak Telekom mingħajr ma jagħmel telf.

2)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2014) 7465 finali huwa annullat sa fejn jistabbilixxi l-ammont tal-multa li għaliha hija responsabbli in solidum Slovak Telekom fl-ammont ta’ EUR 38 883 000.

3)

L-ammont tal-multa li għaliha hija responsabbli in solidum Slovak Telekom huwa stabbilit għal EUR 38 061 963.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Slovak Telekom għandha tbata erba’ minn ħamsa mill-ispejjeż tagħha, erba’ min ħamsa mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u erba’ minn ħamsa mill-ispejjeż ta’ Slovanet, a.s.

6)

Il-Kummissjoni għandha tbati wieħed minn ħamsa mill-ispejjeż tagħha u wieħed minn ħamsa mill-ispejjeż sostnuti minn Slovak Telekom.

7)

Slovanet għandha tbati wieħed minn ħamsa mill-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 127, 20.4.2015.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Ftehimiet konklużi mis-Syndicat mixte des aéroports de Charente ma’ Ryanair u mas-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services - Servizzi tal-ajruport - Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Imputabbiltà lill-Istat - Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija - Vantaġġ - Kriterju ta’ investitur privat - Irkupru - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Dritt ta’ aċċess għall-fajl - Dritt għal smigħ”))

(2019/C 82/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda), Airport Marketing Services Ltd (Dublin) (rappreżentanti: G. Berrisch, E. Vahida, I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati, u B. Byrne, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1226 tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33963 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Angoulême, SNC-Lavalin, Ryanair u Airport Marketing Services (ĠU 2015, L 201, p. 48).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ryanair DAC u Airport Marketing Services Ltd huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 178, 1.6.2015.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-165/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Ftehimiet konklużi mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Ryanair u mas-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services - Servizzi tal-ajruport - Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Imputabbiltà lill-Istat - Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija - Vantaġġ - Kriterju ta’ investitur privat - Irkupru - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Dritt ta’ aċċess għall-fajl - Dritt għal smigħ”))

(2019/C 82/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda), Airport Marketing Services Ltd (Dublin) (rappreżentanti: G. Berrisch, E. Vahida, I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati, u B. Byrne, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1227 tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-istat SA.22614 (C 53/07) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn, Ryanair, Airport Marketing Services u Transavia (ĠU 2015,L 201, p. 109).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ryanair DAC u Airport Marketing Services Ltd huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 228, 13.7.2015.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – AlzChem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-284/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Industrija tal-kimika - Deċiżjoni li jitkompla l-operat ta’ impriża matul il-proċedura ta’ falliment - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Inċidenza individwali - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Kriterju ta’ kreditur privat - Imputabbiltà lill-Istat - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2019/C 82/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AlzChem AG (Trostberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment P. Alexiadis, solicitor, A. Borsos u I. Georgiopoulos, avukati, sussegwentement P. Alexiadis, A. Borsos, E. Kazili, P. Oravec u K. Csach, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u L. Armati, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent), u Fortischem a.s. (Nováky, is-Slovakkja) (rappreżentanti: C. Arhold, P. Hodál u M. Staroň, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1826 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar għajnuna mill-Istat SA.33797 – (2013/C) (ex 2013/NN) (Ex 2011/CP) implimentat mis-Slovakkja għall-NCHZ (ĠU 2015, L 269, p. 71).

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1826 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar għajnuna mill-Istat SA.33797 – (2013/C) (ex 2013/NN) (Ex 2011/CP) implimentat mis-Slovakkja għall-NCHZ, huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk ta’ AlzChem AG.

3)

Ir-Repubblika Slovakka u Fortischem a.s. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 302, 14.9.2015.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Iran Insurance vs Il-Kunsill

(Kawża T-558/15) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Inklużjoni u żamma tal-isem tar-rikorrenti fuq il-listi ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi - Dannu materjali - Dannu morali”))

(2019/C 82/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iran Insurance Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: D. Luff, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M. Bishop, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u R. Tricot, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu morali u materjali li r-rikorrenti allegatament ġarrbet wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU 2010, L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010, L 281, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011 tal-1 ta’ Diċembru 2011 li jimplimenta r-Regolament Nru 961/2010 (ĠU 2011, L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 961/2010 (ĠU 2012, L 88, p. 1 u r-rettifiki fil-ĠU 2012, L 332, p. 31 u fil-ĠU 2014, L 93, p. 85), li permezz tagħhom l-isem tar-rikorrenti ġie inkluż u nżamm fuq il-listi ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Iran Insurance Company għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Post Bank Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-559/15) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Inklużjoni u żamma tal-isem tar-rikorrenti fuq il-listi ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi - Danni morali”))

(2019/C 82/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Post Bank Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: D. Luff, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M. Bishop, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u R. Tricot, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU 2010, L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010, L 281, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011 tal-1 ta’ Diċembru 2011 li jimplimenta r-Regolament Nru 961/2010 (ĠU 2011, L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 961/2010 (ĠU 2012, L 88, p. 11 u r-rettifiki fil-ĠU 2012, L 332, p. 31 u fil-ĠU 2014, L 93, p. 85), li permezz tagħhom l-isem tar-rikorrenti ġie inkluż u nżamm fuq il-listi ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Post Bank Iran għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Transavia Airlines vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-591/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Kuntratt ta’ servizzi tal-ajruport u ta’ servizzi ta’ kuumerċjalizzazzjoni - Ftehim konkluż mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn ma’ Transavia - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajununa mill-Istat - Imputabbiltà lill-Istat - Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija - Vantaġġ - Kriterju ta’ investitur privat - Irkupru - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Dritt ta’ aċċess għall-fajl - Dritt għal smigħ”))

(2019/C 82/41)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Transavia Airlines CV (Schiphol, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Elkerbout u M. Baneke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1227 tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-istat SA.22614 (C 53/07) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Pau-Béarn, Ryanair, Airport Marketing Services u Transavia (ĠU 2015, L 201, p. 109).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Transavia Airlines CV hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 398, 30.11.2015.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-630/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Finanzjament pubbliku tal-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt - Għajnuna individwali - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat u li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà - Għajnuna intiża għat-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni - Neċessità tal-għajnuna - Effett ta’ inċentiv - Proporzjonalità tal-għajnuna - Diffikultajiet serji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Komunikazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat intiża sabiex tippromwovi it-twettiq ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni”))

(2019/C 82/42)

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scandlines Danmark ApS (Kopenħagen, id-Danimarka) u Scandlines Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment L. Sandberg-Mørch u M.-E. Vitali, sussegwentement L. Sandberg-Mørch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, L. Flynn u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Naturschutzbund Deutschland (NABU) eV (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Hohmuth, avukat), u Föreningen Svensk Sjöfart (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch u J. Buendía Sierra, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Thorning, sussegwentement J. Nymann-Lindegren, aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5023 final, tat-23 ta’ Lulju 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39078 (2014/N) (id-Danimarka), li tirrigwarda l-finanzjament tal-proġett ta’ konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt (ĠU 2015, C 325, p. 5).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5023 final, tat-23 ta’ Lulju 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39078 (2014/N) (id-Danimarka), li tirrigwarda l-finanzjament tal-proġett ta’ konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt (ĠU 2015, C 325, p. 5) hija annullata sa fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-miżuri mogħtija mir-Renju tad-Danimarka lil Femern A/S għall-ippjanar, għall-kostruzzjoni u għall-użu tal-konnessjoni fissa tal-Fehmarn Belt.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Scandlines Danmark ApS u Scandlines Deutschland GmbH.

4)

Ir-Renju tad-Danimarka, Föreningen Svensk Sjöfart u Naturschutzbund Deutschland (NABU) eV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Stena Line Scandinavia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-631/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Finanzjament pubbliku tal-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt - Għajnuna individwali - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat u li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà - Għajnuna intiża għat-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komun - Neċessità tal-għajnuna - Effett ta’ inċentiv - Proporzjonalità tal-għajnuna - Diffikultajiet serji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Komunikazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat intiża sabiex tippromwovi it-twettiq ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni”))

(2019/C 82/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stena Line Scandinavia AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: P. Alexiadis, solicitor, u L. Sandberg-Mørch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, L. Flynn u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Föreningen Svensk Sjöfart (Göteborg) (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch u J. Buendía Sierra, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Thorning, sussegwentement J. Nymann-Lindegren, aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5023 final, tat-23 ta’ Lulju 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39078 (2014/N) (id-Danimarka), li tirrigwarda l-finanzjament tal-proġett ta’ konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt (ĠU 2015, C 325, p. 5).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5023 final, tat-23 ta’ Lulju 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39078 (2014/N) (id-Danimarka), li tirrigwarda l-finanzjament tal-proġett ta’ konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt (ĠU 2015, C 325, p. 5) hija annullata sa fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-miżuri mogħtija mir-Renju tad-Danimarka lil Femern A/S għall-ippjanar, għall-kostruzzjoni u għall-użu tal-konnessjoni fissa tal-Fehmarn Belt.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Stena Line Scandinavia AB.

4)

Ir-Renju tad-Danimarka u Föreningen Svensk Sjöfart għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-53/16) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Ftehimiet konklużi mill-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Nîmes-Uzès-Le Vigan ma’ Ryanair u s-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services - Servizzi tal-ajruport - Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajununa mill-Istat - Imputabbiltà lill-Istat - Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija - Benefiċċju - Kriterju ta’ investitur privat - Irkupru - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Dritt ta’ aċċess għall-fajl - Dritt għal smigħ”))

(2019/C 82/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda), Airport Marketing Services Ltd (Dublin) (rappreżentanti: G. Berrisch, E. Vahida, I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati, u B. Byrne, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti, insostenn tal-kovenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, S. Petrova u J. Kneale, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/633, tat-23 ta’ Lulju 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33961 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta’ Nîmes-Uzès-Le Vigan, ta’ Veolia Transport Aéroport de Nîmes, ta’ Ryanair Ltd u Airport Marketing Services Ltd (ĠU 2016, L 113, p. 32).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ryanair DAC u Airport Marketing Services Ltd huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 145, 25.4.2016.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-77/16) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Ftehimiet konklużi mal-kumpannija tal-ajru Ryanair u s-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services - Servizzi ajruportwali - Servizzi ta’ marketing - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Kriterju ta’ de investitur privat - Irkupru - Selettività”))

(2019/C 82/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC, li qabel kienet Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda), Airport Marketing Services Ltd (Dublin) (rappreżentanti: G. Berrisch, E. Vahida, I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati, u B. Byrne, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, L. Flynn u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti, insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: inizjalment minn D. Pelše, J. Treijs-Gigulis u I. Kalniņš, sussegwentement minn I. Kucina, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u S. Petrova, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/152 tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27339 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-Ajruport ta’ Zweibrücken u għal-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport (ĠU 2016, L 34, p. 68).

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/152 tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27339 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-Ajruport ta’ Zweibrücken u għal-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport, kif ukoll l-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ din id-deċiżjoni sa fejn jikkonċernaw lil Ryanair DAC u Airport Marketing Services Ltd huma annullati.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk l-ispejjeż sostnuti minn Ryanair u Airport Marketing Services.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

4)

Ir-Repubblika tal-Latvja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 165, 10.5.2016.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-165/16) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Ftehimiet konklużi mal-kumpannija tal-ajru Ryanair u s-sussidjarja tagħha Airport Marketing Services - Servizzi ajruportwali - Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Kriterju tal-investitur privat - Irkupru - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Aċċess għall-fajl - Dritt għal smigħ”))

(2019/C 82/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda), Airport Marketing Services Ltd (Dublin) (rappreżentanti: G. Berrisch, E. Vahida, I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati, u B. Byrne, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, L. Armati u S. Noë, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u S. Petrova, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/287 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.26500 (2012/C) (ex 2011/NN, ex CP 227/2008) mogħtija mill-Ġermanja lil Flughafen Altenburg-Nobitz GmbH u Ryanair Ltd. (ĠU 2016, L 59, p. 22).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ryanair DAC u Airport Marketing Services Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Fruits de Ponent vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-290/16) (1)

((Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Agrikoltura - Swieq tal-ħawħ u tan-nuċiprisk - Perturbazzjonijiet li batew s-swieq matul l-istaġun 2014 - Embargo Russu - Miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi - Regolamenti ta’ Delega (UE) Nri 913/2014 u 923/2014 - Dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jagħtu drittijiet lill-individwi - Dmir ta’ diliġenza u prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Ksur suffiċjentement serju - Rabta ta' kawżalità))

(2019/C 82/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fruits de Ponent, SCCL (Alcarràs, Spanja) (rappreżentanti: M. Roca Junyent, J. Mier Albert, R. Vallina Hoset u A. Sellés Marco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: initzjalment I. Galindo Martín u K. Skelly, sussegwentement I. Galindo Martín, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u li hija intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament imġarrab minn tliet membri tar-rikorrenti minħabba atti jew omissjonijiet tal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2014 tal-21 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ appoġġ għall-produtturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk (JO 2014, L 248, p. 1), u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2014 tad-29 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għal produtturi ta’ ċertu frott u ħaxix u li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 913/2014 (ĠU L 259, 30.8.2014, p. 2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fruits de Ponent, SCCL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 270, 25.7.2016.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Ville de Paris, Ville de Bruxelles u Ayuntamiento de Madrid vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-339/16, T-352/16 u T-391/16) (1)

((“Ambjent - Regolament (UE) 2016/646 - Emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa tal-vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) - Iffissar, għall-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu, ta’ valuri li ma għandhomx jinqabżu (NTE), matul testijiet f’kundizzjonijiet ta’ sewqan reali (RDE) - Rikors għal annullament - Setgħat ta’ awtorità muniċipali dwar il-protezzjoni tal-ambjent li jillimitaw iċ-ċirkulazzjoni ta’ ċerti vetturi - Inċidenza diretta - Ammissibbiltà - Nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni - Osservanza tar-regoli legali superjuri - Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kumpens għal ħsara allegata ta’ immaġni u ta’ reputazzjoni”))

(2019/C 82/48)

Lingwi tal-kawża: l-Ispanjol u l-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-339/16: Ville de Paris (Franza) (rappreżentant: J. Assous, avukat)

Rikorrent fil-Kawża T-52/16: Ville de Bruxelles (il-Belġju) (rappreżentant: M. Uyttendaele u S. Kaisergruber, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-391/16: Ayuntamiento de Madrid (Spanja) (rappreżentant: F. Zunzunegui Pastor, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. C. Becker, E. Sanfrutos Cano u J.-F. Brakeland, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talbiet bbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta’ April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU 2016, L 109, p. 1), u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li l-ville de Paris sostniet minħabba l-adozzjoni tal-istess regolament.

Dispożittiv

1)

Il-punt 2 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta’ April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6), huwa annullat sa fejn jistabbilixxi, fil-punti 2.1.1 u 2.1.2 tal-Anness III A tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li japplika r-Regolament Nru 715/2007 il-valur tal-fattur ta’ konformità finali CF pollutant u l-valur tal-fattur ta’ konformità CF pollutant temporanju għall-massa ta’ ossidi tan-nitroġenu.

2)

Il-kumplament tar-rikorsi huwa miċħud.

3)

L-effetti tad-dispożizzjoni annullata skont il-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv għandhom jinżammu sakemm jiġi adottat regolament ġdid f’terminu raġonevoli li jissostitwixxi dawn id-dispożizzjonijiet f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, liema terminu ma għandux jaqbeż tnax-il xahar mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din is-sentenza.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti mill-ville de Paris, il-ville de Bruxelles u l-ayuntamiento de Madrid.


(1)  ĠU C 314, 29.8.2016.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Schubert et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-530/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Aġġustament annwali tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet ta’ uffiċjali u ta’ aġenti oħra - Regolamenti (UE) Nru 422/2014 u 423/2014 - Aġġustamenti tas-salarji u l-pensjonijiet għall-2011 u l-2012 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Aspettattivi leġittimi - Regoli dwar id-djalogu soċjali”))

(2019/C 82/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ludwig Schubert (Overijse, il-Belġju) u s-6 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz, N. Flandin u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. Ecker, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u M. Veiga, sussegwentement M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tapplika għas-salarji jew pensjonijiet tar-rikorrenti l-aġġustament ta’ 0 % għall-2011 previst mir-Regolament (UE) Nru 422/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU 2014, L 129, p. 5, rettifika fil-ĠU 2014, L 140, p. 178) u l-aġġustament ta’ 8 % għall-2012, previst bir-Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU 2014, L 129, p. 12), u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li allegatament sostnew ir-rikorrenti minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 96, 23.3.2015


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Carpenito et vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-543/16 u T-544/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Aġġustament annwali tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet ta’ uffiċjali u membri tal-persunal oħra - Regolamenti (UE) Nru 422/2014 u 423/2014 - Aġġustamenti tas – salarji u tal – pensjonijiet għas – snin 2011 u 2012 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Aspettativi leġittimi - Regoli dwar id-djalogu soċjali”))

(2019/C 82/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent fil-Kawża T-543/16: Renzo Carpenito (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Rikorrenti fil-Kawża T-544/16: Maria Kannellopoulou (Cranves-Sales, Franza), José Carlos Lechado García (Brussell, il-Belġju), Bernd Loescher (Rhode-Saint-Genèse, il-Belġju), Evelina Milenova (Brussell) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Bauer u M. Veiga, sussegwentement M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u E. Taneva, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jiġi applikat għas-salarji u għall-pensjonijiet tar-rikorrenti l-aġġustament ta’ 0 % għas-sena 2011 previst fir-Regolament (UE) Nru 422/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU 2014, L 129, p. 5), u l-aġġustament ta’ 0,8 % għas-sena 2012, previst fir-Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU 2014, L 129, p. 12), u min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 146 tal-4.5.2015 (kawża rregistratata inizjalment quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-31/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali fl-1.9.2016).


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Wahlström vs Frontex

(Kawża T-591/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Frontex - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Dmir ta’ premura - Użu ta’ rapport ta’ evalwazzjoni annwali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbilità - Spejjeż - Ekwità - Artikolu 135(1) tar-Regoli ta’ Proċedura”))

(2019/C 82/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kari Wahlström (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (rappreżentant: H. Caniard u S. Drew, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-26 ta’ Ġunju 2015 li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju fi ħdan il-Frontex u, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent bħala riżultat tat-telf konsegwenti tas-salarju u tat-telf tad-drittijiet għall-pensjoni korrispondenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-21/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Haeberlen vs ENISA

(Kawża T-632/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Adattament annwali tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri l-oħra tal-persunal - Regolamenti (UE) Nri 422/2014 u 423/2014 - Adattament tas-salarji u tal-pensjonijiet għas-snin 2011 u 2012 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Aspettattivi leġittimi - Regoli dwar id-djalogu soċjali”))

(2019/C 82/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Haeberlen (Swisttal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Levi u A. Tymen, sussegwentement minn L. Levi u fl-aħħar nett minn L. Levi u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) (rappreżentanti: A. Ryan, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Intervenjenti, insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. Ecker, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ENISA tal-21 ta’ Ottubru 2015, li tordna lir-rikorrent iħallas is-somma ta’ EUR 3 133,19, wara l-applikazzjoni tal-adattament ta’ 0 % għas-sena 2011 għar-remunerazzjoni tiegħu previst mir-Regolament (UE) Nru 422/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU 2014, L 129, p. 5, rettifika fil-ĠU 2014, L 140, p. 17), u l-adattament ta’ 0.8 % għas-sena 2012, previst mir-Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU 2014, L 129, p. 12), u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu morali li r-rikorrent allegatament sofra b’riżultat ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Thomas Haeberlen għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA).

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 410, 7.11.2016.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Diċembru 2018 – C=Holdings vs EUIPO – Trademarkers (C=commodore)

(Kawża T-672/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva C=commodore - Talba għal revoka tal-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali - Artikolu 158(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 198(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001] - Assenza ta’ użu ġenwin li jikkonċerna ċerti prodotti u servizzi koperti mir-reġistrazzjoni internazzjonali - Eżistenza ta’ raġunijiet siewja għal nuqqas ta’ użu”])

(2019/C 82/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: C=Holdings BV (Oldenzaal, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Maeyaert u K. Neefs, sussegwentement minn P. Maeyaert u J. Muyldermans, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Trademarkers NV (Anvers, il-Belġju)

Suġġett

Rikors kontra deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2585/2015-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Trademarkers u C=Holdings.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2585/2015-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Trademarkers NV u C=Holdings BV, hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell ċaħad ir-rikors ta’ C=Holdings fir-rigward tal-eżistenza ta’ raġunijiet siewja għal nuqqas ta’ użu tar-reġistrazzjoni internazzjonali li din tal-aħħar hija l-proprjetarja tagħha.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 410, 7.11.2016.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Pipiliagkas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-689/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Assenjazzjoni - Deċiżjoni b’effett retroattiv - Artikolu 22a tal-Istatut - Awtorità li ma kellhiex kompetenza - Responsabbiltà - Kumpens għad-danni materjali u morali”))

(2019/C 82/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nikolaos Pipiliagkas (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J.-N. Louis u N. de Montigny, sussegwentement J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2015 tal-kap tal-unità “Ġestjoni tal-Karriera u tar-Rendiment” tad-Direttorat Ġenerali Riżorsi Umani u Sigurtà tal-Kummissjoni dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid tar-riskorrent, u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens ta’ danni materjali u morali li allegatament huwa ġarrab.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2015 tal-kap tal-unità “Ġestjoni tal-Karriera u tar-Rendiment” tad-Direttorat Ġenerali “Riżorsi Umani u Sigurtà” tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid ta’ Nikolaos Pipiliagkas b’effet fl-1 ta’ Jannar 2013, hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll in-nofs ta’ N. Pipiliagkas.

4)

N. Pipiliagkas għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 441, 28.11.2016.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – CX vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-743/16 RENV) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sanzjoni dixxiplinari - Revoka - Drittijiet tad-difiża - Dmir ta’ premura - Artikolu 22(1) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikoli 41 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Responsabbiltà - Realtà tad-dannu - Rabta kawżali”))

(2019/C 82/55)

Lingwa tal-kawża: il-franċiż

Partijiet

Rikorrent: CX (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Simonetti u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-16 ta’ Ottubru 2013 li fiha l-Kummissjoni kkonstatat li r-rikorrent kien ħati ta’ żewġ żbalji gravi u, konsegwentement, ġiet imposta fuqu s-sanzjoni tar-revoka mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni kif ukoll, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament kien sofra minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tas-16 ta’ Ottubru 2013 li biha l-Kummissjoni Ewropea imponiet fuq CX is-sanzjoni tar-revoka mingħajr tnaqqis pro tempore tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 85, 22.3.2014 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-5/14 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Monolith Frost vs EUIPO – Dovgan (PLOMBIR)

(Kawża T-830/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PLOMBIR - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Eżami tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001) - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”))

(2019/C 82/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Monolith Frost GmbH (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Liebich u S. Labesius, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder, D. Walicka u M. Fischer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dovgan GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1812/2015-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Monolith Frost u Dovgan.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1812/2015-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Monolith Frost GmbH, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Monolith Frost għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

3)

Dovgan GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Azarov vs Il-Kunsill

(Kawża T-247/17) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-lista - Dritt għall-proprjetà - Dritt li tiġi eżerċitata attività ekonomika - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2019/C 82/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u F. Naert, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017 L 58, p. 34), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017 L 58, p. 34), sa fejn isem ir-rikorrent inżamm fuq il-lista ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ korpi li fir-rigward tagħhom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mykola Yanovych Azarov huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 195, 19.6.2017.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Monster Energy vs EUIPO – Bösel (MONSTER DIP)

(Kawża T-274/17) (1)

((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MONSTER DIP - Trade marks preċedenti verbali u figurattivi tal-Unjoni Ewropea u sinjal mhux irreġistrat użat fil-kummerċ li jinkludu kollha l-element verbali “monster” - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ probabbiltà ta’ assoċjazzjoni qarrieqa - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament 2017/1001) - Assenza ta’ probabbiltà ta’ dilwizzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001)))

(2019/C 82/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Marco Bösel (Bad Fallingbostel, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 1062/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Monster Energy Company u Marco Bösel.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 221, 10.7.2017


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – De Loecker vs SEAE

(Kawża T-537/17) (1)

((“Servizz Pubbliku - SEAE - Membri tal-persunal temporanju - Fastidju psikoloġiku - Talba għal assistenza - Ċaħda tat-talba - Dritt għal smigħ - Responsabbiltà”))

(2019/C 82/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Stéphane De Loecker (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: initzjalment J.-N. Louis u N. de Montigny, sussegwentement J.-N. Louis, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spac, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE tal-10 ta’ Ottubru 2016 li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrent imressqa abbażi tal-Artikol1 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament sofra.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-10 ta’ Ottubru 2016 li tiċħad it-talba għal assistenza ta’ Stéphane De Loecker imressqa abbażi tal-Artikol1 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Is-SEAE huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/52


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-609/17) (1)

([“FAEG - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq magħmul minn Franza - Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur - Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa - Regolamenti (KE) Nru 1290/2005 u (UE) Nru 1306/2013 - Kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata - Kontrolli - Proporzjonalità”])

(2019/C 82/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Alabrune, D. Colas, B. Fodda u E. de Moustier, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis u D. Bianchi, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1144 tas-26 ta’ Ġunju 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), sa fejn hija teskludi l-pagamenti magħmula mir-Repubblika Franċiża mill-FAEG għal ammont ta’ EUR 120 901 216,61.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 382, 13.11.2017.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/52


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – UP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-706/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Marda gravi - Talba għal żmien parzjali fuq bażi medika - Ċaħda tat-talba - Prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà - Dritt għal smigħ - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà”))

(2019/C 82/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: UP (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u B. Mongin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2017 li tiċħad li tagħti lir-rikorrent żmien parzjali fuq bażi medika u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni materjali u morali li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

UP għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 5, 8.1.2018.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/53


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Bischoff vs EUIPO – Miroglio Fashion (CARACTÈRE)

(Kawża T-743/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CARACTÉRE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001]”))

(2019/C 82/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bischoff GmbH (Muggensturm, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Régnier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pétrequin u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miroglio Fashion Srl (Alba, l-Italja) (rappreżentant: O. Vanner, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Lulju 2017 (Każ R 328/2016-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Bischoff u Miroglio Fashion.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bischoff GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 13, 15.1.2018.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/53


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Vitromed vs EUIPO – Vitromed Healthcare (VITROMED Germany)

(Kawża T-821/17) (1)

((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea VITROMED Germany - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Vitromed - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)))

(2019/C 82/63)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vitromed GmbH (Jena, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Linß, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Graul, D. Walicka u M. Fischer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vitromed Healthcare (Jaipur, l-Indja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2017 (Każ R 2402/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vitromed Healthcare u Vitromed.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vitromed GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 52, 12.2.2018


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/54


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – CN vs Il-Parlament

(Kawża T-76/18) (1)

((“Servizz pubbliku - Assistenti Parlamentari Akkreditati - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku - Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta’ fastidju bejn l-Assistenti Parlamentari Akkreditati u l-Membri tal-Parlament Ewropew u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol - Deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza - Dritt għal smigħ - Prinċipju ta’ kontradittorju - Rifjut ta’ komunikazzjoni tal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv u tal-minuti tas-smigħ tax-xhieda - Rifjut tal-istituzzjoni konvenuta li tikkonforma ruħha ma’ miżura istruttorja tal-Qorti Ġenerali”))

(2019/C 82/64)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CN (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Boytha u E. Taneva, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-20 ta’ Marzu 2017 li permezz tagħha l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ ta’ dik l-istituzzjoni ċaħdet it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrent fit-13 ta’ Frar 2013 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li huwa allegatament sofra.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2017, li permezz tagħha l-awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ ta’ dik l-istituzzjoni ċaħdet it-talba għal assistenza mressqa minn CN fit-13 ta’ Frar 2013, hija annullata.

2)

Il-Parlament huwa kkundannat iħallas lil CN, bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab, is-somma ta’ EUR 8 500.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/55


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – CH vs Il-Parlament

(Kawża T-83/18) (1)

((“Servizz pubbliku - Assistenti parlamentari akkreditati - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku - Kumitat Konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fuq il-post tax-xogħol li jindirizza ilmenti kontra assistenti parlamentari akkrediti ma’ membri tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza - Dritt għal smigħ - Prinċipju ta’ kontradittorju - Rifjut ta’ komunikazzjoni tal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv u tal-minuti tas-seduti tax-xhieda - Rifjut tal-istituzzjoni konvenuta li tikkonforma ma’ miżura istruttorja tal-Qorti Ġenerali”))

(2019/C 82/65)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CH (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Boytha u E. Taneva, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-20 ta’ Marzu 2017 li permezz tagħha l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ ta’ din l-istituzzjoni ċaħdet it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti fit-22 ta’ Diċembru 2011 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-danni allegatament imġarrba minnha.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2017, li permezz tagħha l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ ta’ din l-istituzzjoni ċaħdet it-talba għal assistenza mressqa minn CH fit-22 ta’ Diċembru 2011, hija annullata.

2)

Il-Parlament huwa kkundannat iħallas lil CH, bħala dannu morali mġarrab, ammont ta’ EUR 8 500.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/55


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Multifit vs EUIPO (fit+fun)

(Kawża T-94/18) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea fit+fun - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))

(2019/C 82/66)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Multifit Tiernahrungs GmbH (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer, D. Walicka, M. Eberl u A. Sesma Merino, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 847/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali fit+fun bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Multifit Tiernahrungs GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/56


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Multifit vs EUIPO (MULTIFIT)

(Kawża T-98/18) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MULTIFIT - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))

(2019/C 82/67)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Multifit Tiernahrungs GmbH (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sesma Merino, D. Walicka, M. Fischer u M. Eberl, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2017 (Każ R 846/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MULTIFIT bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Multifit Tiernahrungs GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/56


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Knauf vs EUIPO (upgrade your personality)

(Kawża T-102/18) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali upgrade your personality - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Slogan ta’ reklamar - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))

(2019/C 82/68)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Martin Knauf (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Jaeger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Manea u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1011/2017-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali upgrade your personality bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Martin Knauf għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/57


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2018 – Covestro Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-745/18)

(2019/C 82/69)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Covestro Deutschland AG (Leverkusen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Küper, J. Otter, C. Anger u M. Goldberg, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/56 tat-28 ta’ Mejju 2018 dwar skema ta’ għajnuna SA.34045 (2013/c) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-konsumaturi ta’ karga bażika skont l-Artikolu 19 tas-tar-Regolament StromNEV (iktar ’il quddiem is-StromNEV) (notifikata bid-dokument C(2018) 3166), b’mod partikolari l-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat tal-eżenzjoni kompleta tat-tariffi tan-netwerk għall-konsumaturi ta’ karga bażika għas-snin 2012 u 2013, il-konstatazzjoni tal-inkompatibbiltà tagħha mas-suq intern u d-deċiżjoni ta’ rkupru immedjat mingħand il-benefiċjarji skont il-leġiżlazzjoni dwar it-tariffi minimi konformement mat-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tas-StromNEV fil-verżjoni tat-3 ta’ Settembru 2010, u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq it-tul eċċessiv tal-proċedura

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti tikkritika l-fatt li t-tul tal-proċedura ta’ 62 xahar qabeż b’iktar minn darbtejn it-terminu indikattiv stabbilit fl-Artikolu 9(6) tar-Regolament dwar il-proċeduri fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat (1).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-eżenzjoni tad-drittijiet ta’ netwerk ma tikkostitwixxix għajnuna konformement mal-Artikolu 107(1) TFUE.

Fil-kuntest tat-tieni motiv, huwa allegat li ma jeżisti ebda trattament favorevoli, peress li, minħabba l-effett stabbilizzanti tan-netwerk tal-konsumaturi ta’ karga bażika, jeżisiti korrispettiv xieraq. Minbarra dan, l-eżenzjoni ma hijiex iffinanzjata minn riżorsi tal-Istat.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-kompatibbiltà mas-suq intern (ġustifikazzjoni, Artikolu 107(3) TFUE)

Fil-kuntest tat-tielet motiv, huwa allegat li l-eżenzjoni kompleta tal-konsumaturi ta’ karga bażika tirrimedja perturbazzjoni serja tal-ħajja ekonomika fil-Ġermanja. B’mod partikolari, l-industriji li jikkonsmaw ħafna enerġija għandhom jibqgħu kompetittivi u għandha tiġi prekluża migrazzjoni barra mill-pajjiż.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-ordni ta’ rkupru

Fil-kuntest tar-raba’ motiv, qed jiġi kkritikat il-fatt li l-irkupru ta’ tariffa minima ugwali għal 20 % ta’ tariffi ta’ netwerks ippubblikati, b’riferiment għall-verżjoni tal-Artikolu 19(2) tas-StomNEV, fis-seħħ sat-3 ta’ Awwissu 2011, huwa arbitrarju u jikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

Qed jiġi sostnut ukoll li hija biss id-determinazzjoni tat-tariffi tan-netwerk skont il-metodu ta’ linja fiżika li tiggarantixxi l-osservanza tal-prinċipji ta’ kawżalità kif ukoll il-ħlas ta’ tariffi tan-netwerk raġonevoli u mhux diskriminatorji.

L-ordni ta’ rkupru tikser ukoll il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni sa fejn il-Kummissjoni ma għamlitx riferiment għas-sistema tranżitorja fl-Artikolu 32(3) tas-StromNEV.

Fl-aħħar nett, huwa allegat li l-konsumaturi ta’ karga bażika u utenti ta’ netwerk mhux tipiċi fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 19(2) tas-StromNEV huma essenzjalment differenti. Il-fatt li ż-żewġ gruppi ta’ utenti tan-netwerk għandhom iħallsu tariffa minima ta’ 20 % minkejja d-differenzi, ma huwiex oġġettivament iġġustifikat.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p 9).


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/58


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 – Briois vs Il-Parlament

(Kawża T-750/18)

(2019/C 82/70)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Steeve Briois (Hénin-Beaumont, Franza (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ottubru 2018 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Steeve Briois (2018/2075 IMM) li tadotta r-rapport tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Ġudizzjarji A8-0349/2018;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 fuq il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Protokoll”), sa fejn il-kitba ta’ S. Briois li tat lok għal proċeduri kriminali fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu tikkostitwixxi opinjoni espressa fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet parlamentari tiegħu fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 9 tal-Protokoll, sa fejn il-Parlament mar kontra kemm il-kliem kif ukoll l-ispirtu ta’ din id-dispożizzjoni meta adotta d-deċiżjoni li jneħħi l-immunità ta’ S. Briois u għalhekk ivvizzja din id-deċiżjoni b’nullità.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrent iqis li l-Parlament l-prinċipju ta’ ugwaljanza fir-rigward tiegħu billi ttrattah b’mod differenti minn deputati li jinstabu f’sitwazzjonijiet paragunabbli u b’dan il-mod, dan tal-aħħar, kiser ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba li jippreżupponi l-obbligu li l-istituzzjoni kompetenti teżamina, bir-reqqa u imparzjalment, l-elementi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni.

Fit-tieni lok, ir-rikorrent iqis li serje ta’ indizji tippermetti li jiġi kkonstatat każ ta’ fumus persecutionis fil-konfront tiegħu.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/59


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 – ABLV Bank vs SRB

(Kawża T-758/18)

(2019/C 82/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ABLV Bank AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentanti: O. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, lawyers)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-BUR tas-17 ta’ Ottubru 2018 sa fejn tirrigwarda lil ABLV Bank fir-rigward tar-rifjut tal-BUR li jerġa jikkalkola u jħallas lura l-kontribuzzjonijiet ex ante ta’ dan il-bank lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR naqas milli jagħti importanza suffiċjenti lin-natura pro rata temporis tal-kontribuzzjonijiet lill-Fond.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR naqas milli jiħu inkunsiderazzjoni l-ammissjoni espliċita tiegħu stess li l-kontribuzzjonijiet lill-Fond għandhom jitħallsu lura fuq bażi pro rata temporis.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR naqas milli jiħu inkunsiderazzjoni l-ammissjoni espliċita fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni 2015/63 (1) li jekk il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfatti għal parti mis-sena rilevanti jkunu dovuti biss pagamenti parzjali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR b’mod żbaljat ibbaża ruħu fuq l-Artikolu 70(4) tar-Regolament 806/2014 (2).

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR ibbaża ruħu fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni 2015/63.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR kiser il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ nemo auditur.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR naqas milli jiħu inkunsiderazzjoni l-importanza tal-azzjonijiet preċedenti tiegħu.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BUR kiser l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44).

(2)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1)


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/60


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2019 – Algebris (UK) u Anchorage Capital Group vs SRB

(Kawża T-2/19)

(2019/C 82/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Algebris (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) u Anchorage Capital Group (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Soames, lawyer, R. East, Solicitor, N. Chesaites, u D. Mackersie, Barristers)

Konvenut: Single Resolution Board (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-SRB fis-sens li valutazzjonijiet definittivi ex post ta’ Banco Popular Español S.A. ma kinux meħtieġa mill-Artikolu 20(11) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014; (1)

tikkundanna lis-SRB għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu d-deċiżjoni tas-SRB li valutazzjonijiet definittivi ex post ta’ Banco Popular Español S.A. ma kinux meħtieġa mill-Artikolu 20(11) tar-Regolament Nru 806/2014 tmur kontra l-Artikolu 20(11) u/jew l-Artikolu 20(12) ta’ dan ir-regolament, li jirrikjedi li ssir valutazzjoni definittiva ex post f’ċirkustanzi fejn valutazzjoni provviżorja li ma tkunx issodisfat ir-rekwiżiti tal-Artikolu 20(1) u (4) sa (9) tar-Regolament Nru 806/2014 tintuża sabiex jittieħdu miżuri ta’ riżoluzzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni min-naħa tas-SRB fl-applikazzjoni tiegħu tal-Artikolu 20(11) tar-Regolament Nru 806/2014 fid-deċiżjoni kkontestata, peress li, billi adotta d-deċiżjoni kkontestata, is-SRB ipproċeda fuq il-bażi żbaljata li ebda valutazzjonijiet definittivi ex post ma huma meħtieġa f’dan il-każ.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni bi ksur tal-Artikolu 20(11) u (12) tar-Regolament Nru 806/2014 sa fejn id-deċiżjoni kkontestata timplika deċiżjoni tas-SRB li ma jiġix miżjud il-valur ta’ EUR 1 imħallas bħala kunsiderazzjoni minn Banco Santander, S.A..

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata min-naħa tas-SRB, kuntrarjament għall-Artikolu 296 TFUE.


(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014 L 225, p. 1).


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/61


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2019 – Clatronic International vs EUIPO (PROFI CARE)

(Kawża T-5/19)

(2019/C 82/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Clatronic International GmbH (Kempen, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Löffel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva PROFI CARE – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 372 358

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 504/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/61


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2019 – Fastweb vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-19/19)

(2019/C 82/74)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Fastweb SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Merola, L. Armati, A. Guarino u E. Cerchi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-31 ta’ Awwissu 2018 li biha l-Kummissjoni Ewropea awtorizzat il-konċentrazzjoni fil-Każ M.9041 – HUTCHISON/WIND TRE skont l-Artikolu 6(1)(b), u tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 2 u 8 tar-regolament: żball manifest ta’ evalwazzjoni u nuqqas ta’ investigazzjoni safejn il-Kummissjoni qieset li d-dħul fis-suq ta’ Mobile Network Operator (MNO) ġdid kien suffiċjenti sabiex jiġu riżolti l-effetti orizzontali tal-konċentrazzjoni, mingħajr ma ħadu inkunsiderazzjoni l-fatturi li ppermettew is-suċċess ta’ H3G.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni żball manifest ta’ evalwazzjoni u nuqqas ta’ investigazzjoni safejn il-Kummissjoni qieset li d-dħul fis-suq ta’ MNO ġdid kien suffiċjenti sabiex jiġu riżolti l-effetti orizzontali tal-konċentrazzjoni, mingħajr ma ħadu inkunsiderazzoni l-fatturi li ppermettew is-suċċess ta’ H3G. Fil-Każ M.7758, il-Kummissjoni kienet diġà b’mod partikolari ma vverifikatx jekk l-MNO il-ġdid kellux għad-dispożizzjoni tiegħu (kemm fis-suq bl-imnut kif ukoll f’dak bl-ingrossa) kapaċità operattiva, kundizzjonijiet ekonomiċi u inċentivi tal-inqas ekwivalenti, flimkien, għal dawk li kienet tibbenefika minnhom H3G, li, matul l-ewwek snin, kient topera f’suq ta’ espansjoni sħiħa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-effett prodott fuq id-dinamika kompetittiva mill-assimetrija tat-tariffa ta’ terminazzjoni li bbenefikat minnha H3G, li vvantaġġjata b’mod sinifikattiv fil-konfront tal-MNO l-oħrajn.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 2 u 8 tar-regolament u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-pakkett tal-MNO.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tinvoka żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-pakkett ta’ impenji. B’mod partikolari, il-paragun mal-kapaċitajiet ta’ frekwenzi ta’ H3G qabel il-fużjoni jqajjem dubji serji fir-rigward tan-natura suffiċjenti tal-allokazzjoni prevista. Barra minn hekk, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq avvenimenti futuri u inċerti, bħall-parteċipazzjoni ta’ MNO ġdid fis-sejħiet għal offerti futuri, mingħajr madankollu ma ħadet inkunsiderazzjoni l-ispejjeż għoljin marbuta mat-tiġdid imminenti u mar-rikonfigurazzjoni (“refarming”) tal-frekwenzi ttrasferiti. Il-Kummissjoni aċċettat it-trasferiment ta’ numru mhux adegwat ta’ siti billi bbażat ruħha fuq ftehimiet inċerti ma’ tower companies. Fl-aħħar, il-ftehim tranżitorju konkluż mal-partijiet notifikanti, li l-kontenut tagħhom huwa bbażat fuq il-kapaċità, kien inaqqas ferm l-inċentiv favur l-investiment.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 2 u 8 tar-regolament, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq nuqqas ta’ investigazzjoni, safejn il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha tal-konċentrazzjoni u tal-impenji fuq il-premessa żbaljata li l-prezz kienu l-uniku fattur kompetittiv importanti, u b’hekk warrbet il-kwalità u l-inkorporazzjoni.

Ir-rikorrenti tenfasizza n-nuqqas ta’ investigazzjoni safejn il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha tal-konċentrazzjoni u tal-impenji fuq il-premessa żbaljata li l-prezz kien l-uniku fattur kompetittiv importanti fis-suq rilevanti. Il-Kummissjoni warrbet il-fatt li l-kwalità u l-kopertura tan-netwerk għandhom importanza ekwivalenti, u ma kellhiex tillimita ruħha għal analiżi tal-utenti li jaqħgu fil-kategorija ta’ dawk li jonfqu l-inqas. Barra minn hekk, hija injorat ukoll l-importanza futura tal-inkorporazzjoni, li hija determinanti għal operatur ġdid, li għandu bżonn ta’ levi addizzjonali meta mqabbel ma’ operatur stabbilit (bħal H3G). L-għażla ta’ akkwirent sabiex jaffaċċja id-domanda konverġenti kienet tiggarantixxi effikaċja ikbar u sostenibbiltà tal-impenji.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 2 u 8 tar-regolament u fuq nuqqas ta’ investigazzjoni, safejn il-Kummissjoni naqset milli tqis li l-konċentrazzjoni kellha għan antikompetittiv.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tirrileva li għalkemm, minn naħa, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-“market repair” kien jikkostitwixxi, għall-partijiet, il-finalità ta-konċentrazzjoni, hija, min-naħa l-oħra, ma wettqet l-ebda analiżi tal-koordinazzjoni antikompetittiva implementata mill-partijiet permezz tal-konċentrazzjoni. B’hekk, id-deċiżjoni l-ġdida hija vvizzjata b’dan in-nuqqas gravi ta’ investigazzjoni.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 2 u 8 tar-regolament, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tan-natura idonea tal-impenn sabiex jiġi indirizzat it-tħassib marbut mal-effetti koordinati fuq is-suq bl-imnut, u fuq nuqqas ta’ investigazzjoni fir-rigward b’mod partikolari tal-kompatibbiltà tal-kuntratti ta’ roaming/MOCN nazzjonali mal-Artikolu 101 TFUE.

Ir-rikorrenti tilmenta fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni tan-natura idonea tal-impenn sabiex jiġi indirizzat it-tħassib marbut mal-effetti koordinati fuq is-suq bl-imnut. Fil-fatt, sabiex ikun jista’ jaġixxi b’mod kompetittiv u “jkisser” il-bilanċ ta’ kollużjoni, en effet, l-operatur il-ġdid kellu jkun jista’ jaġixxi indipendentement minn NMO oħrajn. Madankollu, il-formula magħżula minn qabel għall-finijiet tal-provvista tar-riżorsi (ftehim ta’ roaming u MOCN nazzjonali) toħloq dipendenza bill-qrib bejn l-MNO il-ġdid u l-impriża komuni fuq bażi twila ta’ żmien, kif juru r-riżultati ta’ tal-aħħar bejgħ b’subbasta għall-għoti ta’ frekwenzi fl-Italja u, b’mod iktar ġenerali, il-linji politiċi kummerċjali tal-NMO kollha. Barra minn hehkk, id-deċiżjoni hija vvizzjata minn nuqqas ta’ investigazzjoni li tikkonċerna l-kompatibbiltà tal-kuntratti ta’ roaming /MOCN nazzjonali mal-Artikolu 101 TFUE.

6.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 2 u 8 tar-regolament u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ evalwazzjoni fir-rigward tan-natura idonea tal-impenn sabiex jiġi indirizzat it-tħassib marbut mal-effetti koordinati fuq is-suq bl-ingrossa tal-aċċess u tat-tluq ta’ telfonata fuq in-netwerk tat-telefonija.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet zball billi bniet mill-ġdid ix-xenarju kontrofattwali u billi qiest li Iliad kienet inkoraġġuta li toffri tali servizzi minkejja l-assenza ta’ miżuri f’dan is-sens u l-esperjenza ta’ dan l-operatur fi Franza. Għall-kuntrarju, l-impenji jħajjru lill-MNO il-ġdid li jaggredixxi u jikseb preċiżament il-klijeti tal-mobile virtual network operators (MVNOs).

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8(2) tar-regolament, żball tal-evalwazzjoni u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-Artikolu 8(2) tar-regolament (żball ta’ evalwazzjoni) u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (nuqqas ta’ investigazzjoni), safejn il-Kummissjoni aċċettat lil Iliad bħala akkwirenti adegwat mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni r-riskji għall-effikaċja tal-impenji li joħloq id-dħul ta’ operatur bil-karatteristiċi tagħha, u safejn hija ma pprovdiets il-garanziji adegwati fl-impenji, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità/kopertura tan-netwerk.

8.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq nuqqas ta’ investigazzjoni safejn il-Kummissjoni assolutament ma analizzatx il-finalità tal-konċentrazzjoni l-ġdida.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tirrileva li l-Kummissjoni kienet diġà indikat hija stess, fid-deċiżjoni tal-2016, li l-finalità tal-operazzjoni kienet il-“market repair”, mingħajr ma analizzat madankollu l-implikazzjonijiet. Fid-deċiżjoni l-ġdida, il-Kummissjoni, għal darb’oħra, naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni din iċ-ċirkustanza essenzjali u ma wettqet l-ebda analiżi tal-għanijiet tat-tranżazzjoni l-ġdida, inkluż fir-rigward tat-twettiq tal-finalità tal-operazzjoni inizjali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tevalwa – b’kontradizzjoni mal-prassi tagħha u mal-ġurisprudenza – l-effetti li jirriżultaw direttament mit-tneħħija tar-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq marbut mas-setgħa ta’ kodeċiżjoni ta’ VEON.

9.

Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni billi ddeċidiet li ma kinex neċessarju li jiġu adattati l-impenji fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni effettivament qieset li ma kien hemm l-ebda evoluzzjoni sinifikattiva fis-suq rilevanti meta mqabbel mal-mument li fih ġiet adottata d-deċiżjoni fl-2016 fil-Każ M.7758, mingħajr madankollu ma tipprovdi ebda motivazzjoni adegwata.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/64


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2019 – Pablosky vs EUIPO – docPrice (mediFLEX easystep)

(Kawża T-20/19)

(2019/C 82/75)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pablosky, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Tarí Lázaro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: docPrice GmbH (Koblenz, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “mediFLEX easystep” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 730 872

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 77/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 730 872 kollha kemm hija fir-rigward tal-prodotti inklużi fil-klassijiet 10 u 25;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/64


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2019 – Pablosky vs EUIPO – docPrice (mediFLEX easystep)

(Kawża T-21/19)

(2019/C 82/76)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pablosky, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Tarí Lázaro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: docPrice GmbH (Koblenz, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “mediFLEX easystep” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 730 898

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 76/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 730 898 fl-intier tagħha fir-rigward tal-prodotti fil-klassijiet 10 u 25;

talloka l-ispejjeż lir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/65


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2019 – Noguer Enríquez et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-22/19)

(2019/C 82/77)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Roser Noguer Enríquez (Andorra la Vella, Andorra), Ramón Cierco Noguer (Andorra la Vella), Successors D’Higini Cierco García, SA (Andorra la Vella), Cierco Martínez 2 2003, SL (Andorra la Vella) (rappreżentanti: J. Álvarez González u S. San Felipe Menéndez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tieħu konjizzjoni tar-rikors għad-danni mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea minħabba danni rrekati mill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha, skont l-Artikoli 268 u 340(2) TFUE, u, fi tmiem tal-proċedura mibdija għal dan l-għan, tagħti sentenza li tirrikonoxxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni minħabba l-aġir negliġenti u permissiv tal-Kummissjoni u li tagħtihom kumpens li jammonta għal EUR 50 220 800, konformement mal-kalkoli u mal-ammont kontenuti fir-rapport tal-espert mehmuż mar-rikors jew, sussidjarjament, tagħtihom kumpens fl-ammont inkluż fir-rapport tal-espert maħruġ mill-espert maħtur mill-Qorti Ġenerali, miżjud fl-interessi legali korrispondenti, kif ukoll li tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw is-segwenti motivi.

1.

Nuqqas ta’ osservanza tal-ftehim monetarju konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra u t-traspożizzjoni skorretta min-naħa tal-Prinċipat ta’ Andorra, awtorizzat mill-Kummissjoni, tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Konkretament, il-Kummissjoni:

naqset mill-obbligu tagħha li tivverifika t-transpożizzjoni insuffiċjenti, interessata, prematura u “parzjali” tad-Direttiva 2014/59/UE imwettqa mill-Prinċipat ta’ Andorra, li intenzjonalment naqas milli jinkludi d-drittijiet u l-garanziji tal-azzjonisti u depożitanti li l-leġiżlazzjoni Komunitarja timponi bħala kontrapiż neċessarju fil-proċeduri ta’ intervent ta’ dan it-tip u li anki inkluda miżuri addizzjonali diskriminatorji fil-konfront ta’ azzjonisti oħra, u

naqset mill-obbligu tagħha li tressaq quddiem il-kumitat imħallat u, jekk xieraq, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, in-nuqqas ta’ osservanza mill-Prinċipat ta’ Andorra tal-ftehim permezz tat-traspożizzjoni illegali tad-Direttiva 2014/59/UE, li pproteġiet iċ-ċaħda tar-rikorrenti mill-proprjetà tal-azzjonijiet tagħhom, mingħajr l-inqas ġustifikazzjoni ta’ interess pubbliku, bi ksur ta’ prinċipji essenzjali bħall-prinċipju ta’ proporzjonalità, u mingħajr ma ġie previst xi tip ta’ indennizz jew kumpens fil-kundizzjonijiet stabbiliti legalment. Dan kollu jikkonstitwixxi ksur sinjifikattiv ta’ prinċipji superjuri ta’ sistema jew stat ta’ dritt u tad-drittijiet fundamentali. Naturalment, il-Kummissjoni lanqas ma ressqet (lanqas sal-ġurnata tal-lum) in-nuqqas tal-Prinċipat ta’ Andorra għall-finijiet tat-terminazzjoni tal-ftehim.

2.

Ksur tad-drittijiet u tal-garanziji fundamentali tar-rikorrenti, sanċiti kemm fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, fost oħrajn: id-dritt tal-proprjetà, id-dritt għal amministrazzjoni tajba, id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u l-prinċipju ta’ ċertezza legali.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jiddikjaraw li n-nuqqas tal-Kummissjoni mill-obbligi tagħha ppermetta li, wara r-riżoluzzjoni tal-istabbiliment Bank privat ta’ Andorra, l-azzjonisti kollha, fosthom ir-rikorrenti, proprejtarji ta’ 75,52 % tal-azzjonijiet tal-impriża, jiġu mċaħħda mill-kapital tagħhom mingħajr ebda kumpens jew possibbiltà li jopponu għal tali ċaħda.

Ir-rikorrenti jiddikjaraw ukoll li l-inattività tal-garanti prinċipali tal-ftehim wasslet sabiex il-leġiżlazzjoni ta’ Andorra ma tirrikonoxxix id-dritt tagħhom li jirċievu, wara r-riżoluzzjoni ta’ BPA (Bank privat ta’ Andorra), l-istess ammont li kieku kien jirċievu wara proċedura ordinarja ta’ insolvenza jew ta’ falliment, dritt espress u imperattiv tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tar-ristrutturazzjoni u ta’ riżoluzzjoni ta’ stabbilimenti ta’ kreditu u ta’ impriżi ta’ servizzi ta’ investiment li l-Prinċipat ta’ Andorra kellu jittrasponi bis-saħħa ta’ dan il-ftehim.

Fl-aħħar, lanqas ma ġie inkorporat fl-ordinament tal-Prinċipat ta’ Andorra, id-dritt tal-azzjonisti għal evalwazzjoni tas-sitwazzjoni li jinsabu fiha wara r-riżoluzzjoni ta’ stabbiliment finanzjarju u għal kumpens li, f’dan il-każ, ġie rrikonoxxut fir-rigward tagħhom, kif ukoll id-dritt li jopponu, jew li jipproteġu ruħhom mir-riżultat tar-riżoluzzjoni tal-istabbiliment.

3.

Nuqqas tal-Kummissjoni fid-dmir l-iktar essenzjali tagħha, dak li tiżgura l-osservanza u l-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju u tat-Trattati tal-Unjoni, konformement mal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, billi ppermettiet li Stati terzi jiksruhom b’mod manifest, fatt li huwa akkumpanjat evidentement minn ksur taċ-ċertezza legali, tal-kredibbiltà tal-istituzzjonijiet Komunitarji u tal-aspettattivi leġittimi taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet.

4.

Eżistenza ta’ aġir tal-Unjoni li jinvolvi ksur suffiċjentement ikkaratterizzat ta’ regoli tad-dritt li jirrokonoxxi drittijiet jew li jipproteġi individwi, li ma jistax jiġi ġġustifikat mill-marġni diskrezzjonali li tirriżulta minn dawn ir-regoli jew mill-kumplessità jew in-nuqqas ta’ preċiżjoni tagħhom. Din in-negliġenza tal-Kummissjoni ħolqot danni konkreti, reali, ċerti u materjali lir-rikorrenti, peress li teżisti rabta kawżali bejn dawn id-danni u l-aġir tal-Kummissjoni.

5.

Sussidjarjament, responsabbiltà tal-Kummissjoni minħabba negliġenza li tagħha ngħatat prova waqt in-negozjati u l-iffirmar tal-ftehim monetarju mal-Prinċipat ta’ Andorra, li ma kienx jipprovdi għal mekkaniżmu ta’ difiża jew ta’ rappurtar għall-individwi milquta.


(1)  ĠU 2014, L 173, p. 190.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/67


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2019 – Karlovarské minerální vody vs EUIPO — Aguas de San Martín de Veri (VERITEA)

(Kawża T-28/19)

(2019/C 82/78)

Lingwa tar-rikors: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Karlovarské minerální vody a.s. (Karlovy Vary, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: J. Mrázek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aguas de San Martín de Veri, SA (Bisaurri, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea VERITEA – Applikazzjoni Nru 15 592 876

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 499/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni tal-oppożitur;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/67


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2019 – CRIA u CCCMC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-30/19)

(2019/C 82/79)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: China Rubber Industry Association (CRIA) (Beijing, iċ-Ċina) u China Chamber of Commerce of Metals, Minerals & Chemicals Importers & Exporters (CCCMC) (Beijing) (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163, sa fejn jikkonċerna r-rikorrenti u l-membri tagħhom ikkonċernati; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li billi janalizza d-dannu abbażi tad-data “peżata” tal-kumpanniji inkluża fil-kampjun, ir-regolament ikkontestat jikser l-Artikolu 3(1), (2), (5) u (8), u l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (iktar 'il quddiem “ir-Regolament bażiku”). Anki jekk wieħed jassumi li l-ippeżar huwa permess, il-mod kif twettaq jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 3(2), (3) u (5) u tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku.

2.

It-tieni moti bbażat fuq li l-inklużjoni ta’ tajers b’wiċċ ġdid ma tippermettix lill-Kummissjoni li tikseb xi bażi għall-progress loġiku tal-investigazzjoni tagħha, bi ksur tal-Artikolu 3 (1), (2), (5) u (6), u tal-Artikolu 4 (1) tar-Regolament bażiku. L-analiżi tad-dannu u tar-rabta ta’ kawżalità, li tinjora s-segmentazzjoni bejn tajers ġodda u dawk b’wiċċ ġdid, ma hijiex ibbażata fuq provi pożittivi u ma tammmontax għal eżami oġġettiv, bi ksur tal-Artikolu 3(2), (5) u (6) tar-Regolament bażiku.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-evalwazzjoni tal-effetti fuq il-prezzijiet (it-twaqqigħ tal-prezz u tal-prezzijiet indikattivi) u d-determinazzjoni tal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu jiksru l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, sa fejn ma jqisux l-ispiża ħafna ogħla għal kull kilometru ta’ tajer ġdid imqabbela ma’ dik ta’ tajer b’wiċċ ġdid u li huma bbażati fuq prezzijiet ta’ esportazzjoni mibnija.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-inkonsistenzi u l-kontradizzjonijiet kif ukoll l-assenza ta’ provi pożittivi u/jew oġġettivi insostenn tal-analiżi tar-rabta ta’ kawżalità jiksru l-Artikolu 3(2) u (6) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, ir-regolament ikkontestat ma jeżaminax sewwa fatturi magħrufa oħra b’tali mod li d-dannu kkawżat minn dawk il-fatturi l-oħra ma huwiex attribwia għall-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, bi ksur tal-Artikolu 3(2) u 7 tar-Regolament bażiku.

5.

Il-ħames motiv bbażat fuq li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti kif ukoll l-Artikolu 6(7), l-Artikolu 19(1) sa (3) u l-Artikolu 20 (2) u (4) tar-Regolament bażiku billi ma żvelatx id-data relevanti dwar id-determinazzjoni tad-dannu u tad-dumping u billi ma tatx lir-rikorrenti l-aċċess għal dik id-data.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-aġġustament għat-taxxi indirett jikser l-Artikolu 2(10)(b) u l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.


(1)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2006, L 176, p. 21).


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/69


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2019 – Cimpress Schweiz vs EUIPO – Impress Media (CIMPRESS)

(Kawża T-37/19)

(2019/C 82/80)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Cimpress Schweiz GmbH (Winterthur, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Eckhartt, P. Böhner u A. von Mühlendahl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Impress Media GmbH (Mönchengladbach, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “CIMPRESS” – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 147 624

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Ottubru 2018 fil-Każijiet magħquda R 1716/2017-2 u R 1786/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

fuq appell tar-rikorrenti, tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-13 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ Nru B 2 493 933 u tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn Impress Media GmbH kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark CIMPRESS Nru 13 147 624;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Impress Media GmbH, f’każ li din tintervjeni f’dawn il-proċedimenti, għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/69


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2019 – Volkswagen vs EUIPO (CROSS)

(Kawża T-42/19)

(2019/C 82/81)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Thiering u L. Steidle, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CROSS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 366 528

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 2500/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad l-ilment tar-rikorrenti, u tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 16 366 528 għall-prodotti u s-servizzi kollha;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad l-ilment tar-rikorrenti, u tibgħat l-kawża lura quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.