ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 25

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
21ta' Jannar 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 25/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2019/C 25/02

Kawżi magħquda C-626/15 u C-659/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Novembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-626/15), – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea C-659/16 (Rikors għal annullament — Deċiżjoni tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) — Deċiżjoni li tapprova l-issuġġettar ta’ dokument ta’ riflessjoni lil korp internazzjonali — Ammissibbiltà — Att li jista’ jiġi kkontestat — Kompetenza esklużiva, kondiviża jew komplementari tal-Unjoni Ewropea — Azzjoni tal-Unjoni unikament fi ħdan organu internazzjonali jew parteċipazzjoni tal-Istati Membri flimkien magħha — Konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar — Sajd — Protezzjoni tal-ambjent — Riċerka — Żoni protetti tal-baħar (ŻPB) — Trattat fuq l-Antartiku — Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Marini Ħajjin tal-Antartiku — Baħar ta’ Weddell u Baħar ta’ Ross)

2

2019/C 25/03

Kawża C-648/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta Commissione Tributaria Provinciale di Reggio Calabria – l-Italja) – Fortunata Silvia Fontana vs Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Reggio Calabria (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 273 — Aġġustament tat-taxxa — Metodu ta’ evalwazzjoni tat-taxxa b’induzzjoni — Dritt għal tnaqqis tal-VAT — Preżunzjoni — Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità — Liġi nazzjonali li tibbaża l-kalkolu tal-VAT fuq id-dħul mill-bejgħ preżunt)

3

2019/C 25/04

Kawża C-664/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Novemrbu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Alba Iulia – ir-Rumanija) – Lucreţiu Hadrian Vădan vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Braşov – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Alba (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 167, 168, 178 u 273 — Portata tad-dritt għal tnaqqis — Assenza ta’ fatturi — Użu ta’ perizja legali — Oneru tal-prova tad-dritt għal tnaqqis — Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità)

4

2019/C 25/05

Kawża C-29/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Novartis Farma SpA vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Roche Italia SpA, Consiglio Superiore di Sanità (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Direttiva 2001/83/KE — Il-punt 1 tal-Artikolu 3 — Artikolu 6 — Direttiva 89/105/KEE — Regolament (KE) Nru 726/2004 — Artikoli 3, 25 u 26 — Ippakkjar mill-ġdid ta’ prodott mediċinali sabiex jintuża għal trattament li ma huwiex kopert mill-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tiegħu (off-label) — Teħid ta’ responsabbiltà mis-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa)

4

2019/C 25/06

Kawża C-147/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanţa – ir-Rumanija) – Sindicatul Familia Constanţa, Ustinia Cvas et vs Direcţia Generală de Asistenţă Socială şi Protecţia Copilului Constanţa (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 31 — Direttiva 2003/88/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Deroga — Artikolu 1(3) — Direttiva 89/391/KEE — Artikolu 2(2) — Attività ta’ assistent matern)

5

2019/C 25/07

Kawża C-151/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – Swedish Match AB vs Secretary of State for Health (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Manufattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk — Direttiva 2014/40/UE — Artikolu 1(c) u Artikolu 17 — Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodotti tat-tabakk għall-użu orali — Validità)

6

2019/C 25/08

Kawża C-245/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – Pedro Viejobueno Ibáñez, Emilia de la Vara González vs Consejería de Educación de Castilla-La Mancha (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Klawżola 4 — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġu tterminati kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat meta l-motiv ta’ reklutaġġ ma jkunx għadu jissussisti — Għalliema impjegati għas-sena skolastika — Xoljiment tar-relazzjoni ta’ xogħol fid-data tat-tmiem tal-perijodu ta’ tagħlim — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Direttiva 2003/88/KE)

7

2019/C 25/09

Kawża C-295/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugal) – MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Tranżazzjonijiet taxxabbli — Servizz bi ħlas — Distinzjoni bejn kumpens għad-danni mhux taxxabbli u provvista ta’ servizzi taxxabbli mogħtija wara l-pagament ta’ kumpens)

8

2019/C 25/10

Kawża C-452/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Liège – il-Belġju) – Zako SPRL vs Sanidel SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Aġenti kummerċjali indipendenti — Direttiva 86/653/KEE — Artikolu 1(2) — Kunċett ta’ aġent kummerċjali — Intermedjarju indipendenti li jeżerċita l-attività tiegħu mill-impriża tal-prinċipal — Twettiq ta’ kompiti differenti minn dawk marbuta man-negozjar tal-bejgħ jew tax-xiri tal-merkanzija għall-prinċipal)

9

2019/C 25/11

Kawża C-575/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Sofina SA, Rebelco SA, Sidro SA vs Ministre de l’Action et des Comptes publics (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Taxxa f’ras il-għajn fuq l-ammont gross tad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali mqassma lil kumpanniji mhux residenti — Posponiment tat-taxxa fuq id-dividendi mqassma lil kumpannija residenti fil-każ ta’ sena finanzjarja b’telf — Differenza fit-trattament — Ġustifikazzjoni — Komparabbiltà — Tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri — Effikaċità tal-ġbir tat-taxxa — Proporzjonalità — Diskriminazzjoni”)

10

2019/C 25/12

Kawża C-619/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Ministerio de Defensa vs Ana de Diego Porras (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Klawżola 4 — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Ġustifikazzjoni — Klawżola 5 — Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi — Kumpens fil-każ ta’ xoljiment ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat għal raġuni oġġettiva — Assenza ta’ kumpens mal-iskadenza ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat dovut għal sostituzzjoni interim)

10

2019/C 25/13

Kawża C-625/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG vs Finanzamt Feldkirch (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 56 u 63 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi u moviment liberu tal-kapital — Stabbilimenti ta’ kreditu — Taxxa ta’ stabbiltà u kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa ddeterminati abbażi tat-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata tal-stabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija — Inklużjoni tat-tranżazzjonijiet bankarji ta’ natura transkonfinali — Esklużjoni tat-tranżazzjonijiet tas-sussidjarji fi Stat Membru ieħor — Differenza fit-trattament — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni)

11

2019/C 25/14

Kawża C-627/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Dunajská Streda – is-Slovakkja) – ZSE Energia a.s. vs RG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 861/2007 — Proċedura Ewropea għal talbiet żgħar — Artikolu 2(1) u Artikolu 3(1) — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ partijiet — Tilwimiet transkonfinali)

12

2019/C 25/15

Kawża C-679/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen – il-Belġju) – Vlaamse Gewest, irrappreżentat mill-Vlaamse regering fil-persuna tal-Vlaamse Minister van Begroting, Financiën en Energie, Vlaamse Gewest, irrappreżentat mill-Vlaamse regering fil-persuna tal-Vlaamse Minister van Omgeving, Natuur en Landbouw vs Johannes Huijbrechts (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq is-suċċessjoni — Bosk amministrat b’mod sostenbbli — Eżenzjoni — Protezzjoni taż-żoni forestali)

13

2019/C 25/16

Kawża C-713/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich – l-Awstrija) – Ahmad Shah Ayubi vs Bezirkshauptmannschaft Linz-Land (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2011/95/UE — Standards dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali — Status ta’ refuġjat — Artikolu 29 — Protezzjoni soċjali — Trattament differenti — Refuġjati li jgawdu minn dritt ta’ residenza temporanja)

13

2019/C 25/17

Kawża C-490/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-26 ta’ Lulju 2018 – SD vs Agrárminiszter

14

2019/C 25/18

Kawża C-580/18 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2018 minn Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-41/17 – Lotte Co. Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

15

2019/C 25/19

Kawża C-618/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di L’Aquila (l-Italja) fl-1 ta’ Ottubru 2018 – Gabriele Di Girolamo vs Ministero della Giustizia

16

2019/C 25/20

Kawża C-639/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Kiel (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Ottubru 2018 – KH vs Sparkasse Südholstein

17

2019/C 25/21

Kawża C-641/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Genova (l-Italja) fit-12 ta’ Ottubru 2018 – LG et vs Rina SpA, Ente Registro Italiano Navale

18

2019/C 25/22

Kawża C-646/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil de Gerona (l-Ispanjol) fil-15 ta’ Ottubru 2018 – OD vs Ryanair D.A.C.

18

2019/C 25/23

Kawża C-648/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fis-17 ta’ Ottubru 2018 – Autoritatea națională de reglementare în domeniul energiei (ANRE) vs Societatea de Producere a Energiei Electrice în Hidrocentrale Hidroelectrica SA

19

2019/C 25/24

Kawża C-658/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Bologna (l-Italja) fit-22 ta’ Ottubru 2018 – UX vs Governo della Repubblica italiana

19

2019/C 25/25

Kawża C-660/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Ottubru 2018 – Sundair GmbH vs WV et

21

2019/C 25/26

Kawża C-661/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fit-22 ta’ Ottubru 2018 – CTT – Correios de Portugal vs Autoridade Tributária e Aduaneira

22

2019/C 25/27

Kawża C-667/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju) fil-25 ta’ Ottubru 2018 – Orde van Vlaamse Balies, Ordre des barreaux francophones et germanophone vs Ministerraad

22

2019/C 25/28

Kawża C-670/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna (l-Italja) fid-29 ta’ Ottubru 2018 – CO vs Comune di Gesturi

23

2019/C 25/29

Kawża C-672/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-29 ta’ Ottubru 2018 – DN vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

23

2019/C 25/30

Kawża C-673/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza) fit-30 ta’ Ottubru 2018 – Santen SAS vs Directeur général de l’Institut national de la propriété industrielle

24

2019/C 25/31

Kawża C-677/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Novembru 2018 – Amoena Ltd v Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

25

2019/C 25/32

Kawża C-678/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-5 ta’ Novembru 2018 – Procureur-Generaal bij de Hoge Raad der Nederlanden

26

2019/C 25/33

Kawża C-679/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Ostravě (ir-Repubblika Ċeka) fil-5 ta’ Novembru 2018 – OPR-Finance s.r.o. vs GK

26

2019/C 25/34

Kawża C-687/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fis-7 ta’ Novembru 2018 – SY vs Associated Newspapers Ltd

27

2019/C 25/35

Kawża C-688/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Novembru 2018 – Proċeduri kriminali kontra TX u UW

28

2019/C 25/36

Kawża C-689/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Protodikeio Patron (il-Greċja) fil-5 ta’ Novembru 2018 – XT vs Elliniko Dimosio

28

2019/C 25/37

Kawża C-703/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit-12 ta’ Novembru 2018 – Healthspan Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

29

2019/C 25/38

Kawża C-704/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Novembru 2018 – Proċeduri kriminali kontra LD, ME, NF, OG, PH u RI

30

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 25/39

Kawżi magħquda T-202/10 RENV II u T-203/10 RENV II: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Stichting Woonlinie et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Akkomodazzjoni soċjali — Skema ta’ għajnuna favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali — Għajnuna eżistenti — Impenji tal-Istat Membru — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Artikolu 106(2) TFUE — Definizzjoni tal-funzjoni ta’ servizz pubbliku)

31

2019/C 25/40

Kawża T-207/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Sistema fiskali li tippermetti lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru parzjali tagħha — Dispożizzjoni li tippermetti lis-sistema tkompli tapplika parzjalment — Talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Persistenza tal-interess ġuridiku — Aspettattivi leġittimi — Assigurazzjonijiet preċiżi mogħtija mill-Kummissjoni — Leġittimità tal-aspettattivi — Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tal-aspettattivi leġittimi)

32

2019/C 25/41

Kawża T-219/10 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – World Duty Free Group vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Selettività — Sistema ta’ riferiment — Deroga — Differenza fit-trattament — Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament — Impriżi benefiċjarji tal-miżura — Aspettattivi leġittimi)

33

2019/C 25/42

Kawża T-227/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Banco Santander vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Selettività — Sistema ta’ riferiment — Deroga — Differenza fit-trattament — Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament — Impriżi benefiċjarji tal-miżura — Aspettattivi leġittimi)

34

2019/C 25/43

Kawża T-239/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Sigma Alimentos Exterior vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Selettività — Sistema ta’ riferiment — Deroga — Differenza fit-trattament — Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

34

2019/C 25/44

Kawża T-399/11 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Selettività — Sistema ta’ riferiment — Deroga — Differenza fit-trattament — Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament — Impriżi benefiċjarji tal-miżura — Aspettattivi leġittimi)

35

2019/C 25/45

Kawża T-405/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novmbru 2018 – Axa Mediterranean vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Selettività — Sistema ta’ riferiment — Deroga — Differenza fit-trattament — Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament — Impriżi benefiċjarji tal-miżura — Aspettattivi leġittimi)

36

2019/C 25/46

Kawża T-406/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Prosegur Compañía de Seguridad vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Selettività — Sistema ta’ riferiment — Deroga — Differenza fit-trattament — Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament — Impriżi benefiċjarji tal-miżura — Aspettattivi leġittimi)

37

2019/C 25/47

Kawża T-487/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – CHEMK u KF vs Il-Kummissjoni (“Dumping — Importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġina mir-Russja — Dazju antidumping definittiv — Eżami mill-ġdid tal-iskadenza tal-miżuri — Determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni — Entità ekonomika unika — Dazju antidumping mgħoddi fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni — Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat matul investigazzjoni preċedenti — Kontinwazzjoni jew deher mill-ġdid tad-dumping u tad-dannu — Artikolu 2(9), Artikolu 3 u Artikolu 11(9) u (10) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li saru l-Artikolu 2(9), l-Artikolu 3 u l-Artikolu 11(9) u (10) tar-Regolament (UE) 2016/1036))

37

2019/C 25/48

Kawża T-113/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – RFA International vs Il-Kummissjoni (Dumping — Importazzjonijiet tal-ferrosiliċju li joriġina mir-Russja — Ċaħda tat-talbiet għar-rimbors tad-dazji antidumping imħallsa — Determinazzjoni tal-valur normali u tal-prezz ta’ esportazzjoni — Entità ekonomika waħda — Riperkussjoni tad-dazju antidumping fuq il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni — Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat f’investigazzjoni preċedenti — Artikolu 2(9) u Artikolu 11(9) u (10) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li saru l-Artikolu 2(9) u l-Artikolu 11(9) u (10) tar-Regolament (UE) 2016/1036) — Artikolu 18.3.1 tal-Ftehim Antidumping tal-WTO)

38

2019/C 25/49

Kawża T-854/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2018 – Barata vs Il-Parlament (“Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2015 — Proċedura ta’ ċertifikazzjoni — Esklużjoni mil-lista definittiva tal-uffiċjali awtorizzati li jsegwu programm ta’ taħriġ — Artikolu 45a tar-Regolamenti tal-Persunal — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Drittijiet tad-difiża)

39

2019/C 25/50

Kawża T-546/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Haufe-Lexware vs EUIPO – Le Shi Holdings (Beijing) (Leshare) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Leshare — Trade mark internazzjonali pverbali preċedenti LEXWARE — Reġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE 2017/1001) — Xebh tas-sinjali)

39

2019/C 25/51

Kawża T-790/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2018 – St. Andrews Links vs EUIPO (ST ANDREWS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ST ANDREWS — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Oriġini ġeografika — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

40

2019/C 25/52

Kawża T-791/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2018 – St. Andrews Links vs EUIPO (ST ANDREWS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ST ANDREWS — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Oriġini ġeografika — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

41

2019/C 25/53

Kawża T-831/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – DRH Licensing & Managing vs EUIPO – Merck (Flexagil) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Flexagil — Użu ġenwin tat-trade mark — It-tieni paragrafu (a) tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Forma li tvarja permezz tal-elementi li jbiddlu l-karattru distintiv)

41

2019/C 25/54

Kawża T-36/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2018 – Asahi Intecc vs EUIPO – Celesio (Celeson) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali Celeson — Trade mark verbali internazzjonali preċedenti CELESIO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

42

2019/C 25/55

Kawża T-646/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2018 – Bonnafous vs Il-Kummissjoni

42

2019/C 25/56

Kawża T-653/18: Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Ottubru 2018 – Armani vs EUIPO – Asunción (GIORGIO ARMANI le Sac 11)

43

2019/C 25/57

Kawża T-654/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2018 – Armani vs EUIPO – Asunción (le Sac 11)

44

2019/C 25/58

Kawża T-655/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2018 – Aupicon et vs SEAE

45

2019/C 25/59

Kawża T-658/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2018 – Hästens Sängar vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ disinn tal-kwadri)

46

2019/C 25/60

Kawża T-661/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2018 – Securitec vs Il-Kummissjoni

46

2019/C 25/61

Kawża T-663/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2018 – Nissin Foods Holdings vs EUIPO – The GB Foods (Soba JAPANESE FRIED NOODLES)

47

2019/C 25/62

Kawża T-666/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2018 – 6Minutes Media vs EUIPO – ad pepper media International (ad pepper)

48

2019/C 25/63

Kawża T-668/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2018 – 6Minutes Media vs EUIPO – ad pepper media International (ADPepper)

49

2019/C 25/64

Kawża T-669/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2018 – Neoperl vs EUIPO (rappreżantazzjoni ta’ erba’ toqob mimlija f’immaġni ta’ toqba normali)

50

2019/C 25/65

Kawża T-672/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2018 – Pyke vs EUIPO – Paglieri (CLIOMAKEUP)

50

2019/C 25/66

Kawża T-674/18: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2018 – Vattenfall Europe Nuclear Energy vs Il-Kummissjoni

51

2019/C 25/67

Kawża T-675/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2018 – Trifolio-M et vs EFSA

52

2019/C 25/68

Kawża T-678/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2018 – Società agricola Giusti Dal Col vs EUIPO – DMC (GIUSTI WINE)

53

2019/C 25/69

Kawża T-679/18: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2018 – Showroom vs EUIPO – E-Gab (SHOWROOM)

53

2019/C 25/70

Kawża T-680/18: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2018 – SLL Service vs EUIPO – Elfa International (LUMIN8)

54

2019/C 25/71

Kawża T-681/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2018 – “Korporaciya Masternet vs EUIPO – Stayer Ibérica (STAYER)

55

2019/C 25/72

Kawża T-682/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2018 – Twitter vs EUIPO – Hachette Filipacchi Presse (PERISCOPE)

55

2019/C 25/73

Kawża T-683/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2018 – Conte vs EUIPO (CANNABIS STORE AMSTERDAM)

56

2019/C 25/74

Kawża T-685/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2018 – Apple vs EUIPO – Society for Worldwide Interbank Financial Telecommunication (SWIFT)

57

2019/C 25/75

Kawża T-686/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2018 – LegalCareers vs EUIPO (LEGALCAREERS)

58

2019/C 25/76

Kawża T-687/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2018 – Pilatus Bank vs BĊE

59

2019/C 25/77

Kawża T-688/18: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2018 – Exploitatiemaatschappij De Berghaaf vs EUIPO – Brigade Electronics Group (CORNEREYE)

59

2019/C 25/78

Kawża T-689/18: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2018 – Executive Selling vs EUIPO (EXECUTIVE SELLING)

60

2019/C 25/79

Kawża T-695/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2018 – Werner vs EUIPO – Merck (fLORAMED)

61

2019/C 25/80

Kawża T-697/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2018 – Aldi vs EUIPO – Titlbach (ALTISPORT)

61

2019/C 25/81

Kawża T-700/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2018 – Kalypso Media Group vs EUIPO – Wizards of the Coast (DUNGEONS)

62


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 25/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 16, 14.1.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 4, 7.1.2019

ĠU C 455, 17.12.2018

ĠU C 445, 10.12.2018

ĠU C 436, 3.12.2018

ĠU C 427, 26.11.2018

ĠU C 408, 12.11.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Novembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C-626/15), – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea C-659/16

(Kawżi magħquda C-626/15 u C-659/16) (1)

((Rikors għal annullament - Deċiżjoni tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) - Deċiżjoni li tapprova l-issuġġettar ta’ dokument ta’ riflessjoni lil korp internazzjonali - Ammissibbiltà - Att li jista’ jiġi kkontestat - Kompetenza esklużiva, kondiviża jew komplementari tal-Unjoni Ewropea - Azzjoni tal-Unjoni unikament fi ħdan organu internazzjonali jew parteċipazzjoni tal-Istati Membri flimkien magħha - Konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar - Sajd - Protezzjoni tal-ambjent - Riċerka - Żoni protetti tal-baħar (ŻPB) - Trattat fuq l-Antartiku - Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Marini Ħajjin tal-Antartiku - Baħar ta’ Weddell u Baħar ta’ Ross))

(2019/C 25/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

(C-626/15)

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, E. Paasivirta u C. Hermes, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Westerhof Löfflerová, R. Liudvinaviciute-Cordeiro u M. Simm, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller, K. Stranz u S. Eisenberg, aġenti), Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Karipsiadis u K. Boskovits, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Fize, D. Colas, G. de Bergues u B. Fodda, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Gijzen, M. Bulterman u M. Noort, aġenti), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u M. L. Duarte, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, N. Otte Widgren, L. Zettergren u L. Swedenborg, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Brodie, aġent, assistit minn J. Holmes, QC)

(C-659/16)

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, E. Paasivirta u C. Hermes, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Westerhof Löfflerová, R. Liudvinaviciute-Cordeiro u M. Simm, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J. Van Holm, C. Pochet u L. Van den Broeck, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller u S. Eisenberg, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u B. Fodda, aġenti), Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: D. Holderer, aġent), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: B. Koopman, M. Bulterman u M. Noort, aġenti), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u L. Medeiros, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, H. Shev u L. Zettergren, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Brodie u G. Brown, aġenti, assistiti minn J. Holmes, QC, u J. Gregory, barrister)

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.

ĠU C 38, 6.2.2017.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta Commissione Tributaria Provinciale di Reggio Calabria – l-Italja) – Fortunata Silvia Fontana vs Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Reggio Calabria

(Kawża C-648/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 273 - Aġġustament tat-taxxa - Metodu ta’ evalwazzjoni tat-taxxa b’induzzjoni - Dritt għal tnaqqis tal-VAT - Preżunzjoni - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità - Liġi nazzjonali li tibbaża l-kalkolu tal-VAT fuq id-dħul mill-bejgħ preżunt))

(2019/C 25/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Reggio Calabria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fortunata Silvia Fontana

Konvenut: Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Reggio Calabria

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-awtoritajiet fiskali fil-każ ta’ diskrepanzi serji bejn l-irċevuti dikjarati u l-irċevuti stmati abbażi ta’ studji settorjali, li jirrikorru għal metodu induttiv bbażat fuq dawn l-istudji settorjali, sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tad-dħul mill-bejgħ magħmul minn persuna taxxabbli u, konsegwentement, għal aġġustament fiskali li jimponi l-ħlas ta’ ammont addizzjonali ta’ VAT, bil-kundizzjoni li din il-leġiżlazzjoni u l-applikazzjoni tagħha jippermettu lill-persuna taxxabbli, skont il-prinċipji tan-newtralità fiskali u l-proporzjonalità u d-drittijiet tad-difiża, li tikkontesta r-riżultati miksuba b’dak il-metodu, fuq il-bażi tal-assjem tal-provi kuntrarji disponibbli għaliha, u li teżerċita d-dritt tagħha ta’ tnaqqis skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu X tad-direttiva, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 86, 20.03.2017.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Novemrbu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Alba Iulia – ir-Rumanija) – Lucreţiu Hadrian Vădan vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Braşov – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Alba

(Kawża C-664/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 167, 168, 178 u 273 - Portata tad-dritt għal tnaqqis - Assenza ta’ fatturi - Użu ta’ perizja legali - Oneru tal-prova tad-dritt għal tnaqqis - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità))

(2019/C 25/04)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Lucreţiu Hadrian Vădan

Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Braşov – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Alba

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, b’mod partikolari l-Artikoli 167 u 168 tagħha, l-Artikolu 178(a) tagħha u l-Artikolu 179 tagħha, kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, persuna taxxabbli li ma tkunx tista’ tipproduċi l-prova tal-ammont tal-VAT tal-input imħallsa, permezz tal-produzzjoni ta’ fatturi jew ta’ kwalunkwe dokument ieħor, ma tkunx tista’ tibbenefika minn dritt għat-tnaqqis tal-VAT fuq il-bażi biss ta’ stima li tirriżulta minn perizja ordnata minn qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Novartis Farma SpA vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Roche Italia SpA, Consiglio Superiore di Sanità

(Kawża C-29/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Il-punt 1 tal-Artikolu 3 - Artikolu 6 - Direttiva 89/105/KEE - Regolament (KE) Nru 726/2004 - Artikoli 3, 25 u 26 - Ippakkjar mill-ġdid ta’ prodott mediċinali sabiex jintuża għal trattament li ma huwiex kopert mill-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tiegħu (off-label) - Teħid ta’ responsabbiltà mis-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa))

(2019/C 25/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novartis Farma SpA

Konvenuti: Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Roche Italia SpA, Consiglio Superiore di Sanità

fil-preżenza ta’: Ministero della Salute, Regione Veneto, Società Oftalmologica Italiana (SOI) – Associazione Medici Oculisti Italiani (AMOI), Regione Emilia-Romagna

Dispożittiv

1)

Il-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Avastin, wara li jkun ġie ppakkjat mill-ġdid taħt il-kundizzjonijiet previsti mill-miżuri nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2012/26.

2)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2012/26, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix miżuri nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet li taħthom l-Avastin jista’ jiġi ppakkjat mill-ġdid sabiex jintuża għat-trattament ta’ indikazzjonijiet oftalmoloġiċi li ma humiex koperti mill-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tiegħu.

3)

L-Artikoli 3, 25 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1027/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux miżura nazzjonali, bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 1(4a) tad-decreto-legge 21 ottobre 1996, n. 536, recante “Misure per il contenimento della spesa farmaceutica e la rideterminazione del tetto di spesa per l'anno 1996”, convertito dalla legge del 23 dicembre 1996, n. 648 (Digriet Liġi Nru 536, tal-21 ta’ Ottubru 1996, dwar “Miżuri ta’ Kontroll tal-Infiq Farmaċewtiku u ta’ Definizzjoni mill-ġdid tal-Livell Massimu tal-Infiq għas-Sena 1996”, mibdul bil-Liġi Nru 648 tat 23 ta’ Diċembru 1996), kif emendat bid-decreto-legge del 20 marzo 2014, n. 36, convertito dalla legge del 16 maggio 2014, n. 79 (Digriet Liġi Nru 36, tal-20 ta’ Marzu 2014, mibdul bil-Liġi Nru 79 tas-16 ta’ Mejju 2014), li tawtorizza lill-Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA) (l-Aġenzija Taljana tal-Mediċini (AIFA)) tissorvelja prodotti mediċinali bħall-Avastin, li l-użu tagħhom off-label jittieħed taħt ir-responsabbiltà tas-Servizio Sanitario Nazionale (is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa, l-Italja), u tadotta, jekk ikun il-każ, miżuri neċessarji għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-pazjenti.


(1)  ĠU C 195, 19.06.2017


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanţa – ir-Rumanija) – Sindicatul Familia Constanţa, Ustinia Cvas et vs Direcţia Generală de Asistenţă Socială şi Protecţia Copilului Constanţa

(Kawża C-147/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 31 - Direttiva 2003/88/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Deroga - Artikolu 1(3) - Direttiva 89/391/KEE - Artikolu 2(2) - Attività ta’ assistent matern))

(2019/C 25/06)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Constanţa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sindicatul Familia Constanţa, Ustinia Cvas, Silvica Jianu, Dumitra Bocu, Cader Aziz, Georgeta Crângaşu, Sema Cutlacai

Konvenuta: Direcţia Generală de Asistenţă Socială şi Protecţia Copilului Constanţa

Dispożittiv

L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/88/KE tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, moqri flimkien mal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/391/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/88 l-attività ta’ assistent matern li, fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol ma’ awtorità pubblika, jospita u jintegra minuri fil-familja tiegħu u li jiżgura, b’mod kontinwu, l-iżvilupp armonjuż u l-edukazzjoni ta’ dan il-minuri.


(1)  ĠU C 231, 17.7.2017.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – Swedish Match AB vs Secretary of State for Health

(Kawża C-151/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Manufattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk - Direttiva 2014/40/UE - Artikolu 1(c) u Artikolu 17 - Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodotti tat-tabakk għall-użu orali - Validità))

(2019/C 25/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Swedish Match AB

Konvenut: Secretary of State for Health

fil-preżenza ta’: New Nicotine Alliance

Dispożittiv

Mill-eżami tad-domanda magħmula ma ħareġ ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 1(c) u tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE.


(1)  ĠU C 161, 22.05.2017


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – Pedro Viejobueno Ibáñez, Emilia de la Vara González vs Consejería de Educación de Castilla-La Mancha

(Kawża C-245/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġu tterminati kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat meta l-motiv ta’ reklutaġġ ma jkunx għadu jissussisti - Għalliema impjegati għas-sena skolastika - Xoljiment tar-relazzjoni ta’ xogħol fid-data tat-tmiem tal-perijodu ta’ tagħlim - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE))

(2019/C 25/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pedro Viejobueno Ibáñez, Emilia de la Vara González

Konvenut: Consejería de Educación de Castilla-La Mancha

Dispożittiv

1)

Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil persuna li timpjega li ttemm, fid-data tat-tmiem tal-perijodu ta’ tagħlim, ir-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ għalliema rreklutati għal sena skolastika bħala membri tal-persunal mhux permanenti, minħabba li l-kundizzjonijiet ta’ neċessità u ta’ urġenza li kien suġġett għalihom ir-reklutaġġ tagħhom ma kinux għadhom jissussistu f’dik id-data, filwaqt li r-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat ta’ għalliema li għandhom il-kwalità ta’ uffiċjali tkompliet.

2)

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li ttemm, fid-data tat-tmiem tal-perijodu ta’ tagħlim, ir-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat tal-għalliema rreklutati għal sena skolastika bħala membri tal-persunal mhux permanenti, anki meta dan iċaħħad lil dawn l-għalliema minn jiem ta’ leave annwali bil-ħlas matul is-sajf relatati ma’ dik is-sena skolastika, sakemm dawn l-għalliema jirċievu kumpens finanzjarju f’dan ir-rigward.


(1)  ĠU C 382, 13.11.2017.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugal) – MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-295/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Servizz bi ħlas - Distinzjoni bejn kumpens għad-danni mhux taxxabbli u provvista ta’ servizzi taxxabbli mogħtija wara l-pagament ta’ “kumpens”))

(2019/C 25/09)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MEO – Serviços de Comunicações e Multimédia SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ammont predeterminat irċevut minn operatur ekonomiku f’każ ta’ terminazzjoni bikrija mill-klijent tiegħu, jew għal raġuni imputabbli lil dan tal-aħħar, ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi li jistabbilixxi perijodu minimu ta’ impenn, liema ammont jikkorrispondi għall-ammont li dak l-operatur kien jirċievi matul il-bqija tal-perijodu msemmi fin-nuqqas ta’ tali terminazzjoni, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, għandu jitqies bħala remunerazzjoni għal provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas u suġġetta bħala tali għal din it-taxxa.

2)

Ma humiex determinanti għall-kwalifika tal-ammont predeterminat fil-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi li l-klijent ikollu jħallas f’każ ta’ terminazzjoni bikrija ta’ dan il-kuntratt, il-fatt li l-għan ta’ dan l-ammont fil-forma ta’ somma f’daqqa huwa intiż biex jiskoraġġixxi lill-klijenti milli ma josservawx il-perijodu minimu ta’ impenn u biex jikkumpensa d-dannu li jsofri l-operatur fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dan il-perijodu, il-fatt li r-remunerazzjoni rċevuta minn aġent kummerċjali għall-konklużjoni ta’ kuntratti li jistabbilixxu perijodu minimu ta’ impenn tkun ogħla minn dik stabbilita fil-kuntest tal-kuntratti li ma jistabbilixxux tali perijodu u l-fatt li l-ammont imsemmi jiġi kkwalifikat, taħt id-dritt nazzjonali, bħala klawżola kriminali.


(1)  ĠU C 256, 07.08.2017.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Liège – il-Belġju) – Zako SPRL vs Sanidel SA

(Kawża C-452/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Aġenti kummerċjali indipendenti - Direttiva 86/653/KEE - Artikolu 1(2) - Kunċett ta’ “aġent kummerċjali” - Intermedjarju indipendenti li jeżerċita l-attività tiegħu mill-impriża tal-prinċipal - Twettiq ta’ kompiti differenti minn dawk marbuta man-negozjar tal-bejgħ jew tax-xiri tal-merkanzija għall-prinċipal))

(2019/C 25/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de commerce de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zako SPRL

Konvenuta: Sanidel SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċirkustanza li persuna inkarigata b’mod permanenti, kemm li tinnegozja l-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija għal persuna oħra, kemm li tinnegozja u li tikkonkludi dawn it-tranżazzjonijiet għan-nom ta’ u f’isimha, teżerċita l-attività tagħha mill-istabbiliment ta’ din tal-aħħar ma tipprekludix li hija tista’ tiġi kklassifikata bħala “aġent kummerċjali” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li din iċ-ċirkustanza ma tipprekludix lil din il-persuna milli teżerċita l-attività tagħha b’mod indipendenti, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

2)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 86/653 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċirkustanza li persuna teżerċita mhux biss attivitajiet li jikkonsistu, kemm li tinnegozja l-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija għal persuna oħra, kemm li tinnegozja u li tikkonkludi dawn it-tranżazzjonijiet għan-nom ta’ u f’isimha, iżda wkoll, għal din l-istess persuna, attivitajiet ta’ natura oħra, mingħajr ma dawn tal-aħħar ikunu sekondarji meta pparagunati ma’ tal-ewwel, ma tipprekludix li hija tista’ tiġi kklassifikata bħala “aġent kummerċjali” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sa fejn din iċ-ċirkustanza ma tipprekludihiex milli teżerċita l-ewwel attivitajiet b’mod indipendenti, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Sofina SA, Rebelco SA, Sidro SA vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-575/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Taxxa f’ras il-għajn fuq l-ammont gross tad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali mqassma lil kumpanniji mhux residenti - Posponiment tat-taxxa fuq id-dividendi mqassma lil kumpannija residenti fil-każ ta’ sena finanzjarja b’telf - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni - Komparabbiltà - Tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri - Effikaċità tal-ġbir tat-taxxa - Proporzjonalità - Diskriminazzjoni”))

(2019/C 25/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sofina SA, Rebelco SA, Sidro SA

Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics

Dispożittiv

L-Artikoli 63 u 65 FUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li d-dividendi mqassma minn kumpannija residenti huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn meta dawn jiġu rċevuti minn kumpannija mhux residenti, filwaqt li, meta dawn jiġu rċevuti minn kumpannija residenti, it-taxxa tagħhom skont is-sistema tad-dritt komuni tat-taxxa fuq il-kumpanniji ma sseħħx fl-aħħar tas-sena finanzjarja li matulha ġew riċevuti ħlief jekk din il-kumpannija għamlet profitt matul din is-sena finanzjarja, filwaqt li tali taxxa tista’, jekk ikun il-każ, qatt ma sseħħ jekk l-imsemmija kumpannija twaqqaf l-attività tagħha mingħajr ma tkun kisbet profitt wara li tirċievi dawn id-dividendi.


(1)  ĠU C 437, 18.12.2017.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Ministerio de Defensa vs Ana de Diego Porras

(Kawża C-619/17) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Ġustifikazzjoni - Klawżola 5 - Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi - Kumpens fil-każ ta’ xoljiment ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat għal raġuni oġġettiva - Assenza ta’ kumpens mal-iskadenza ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat dovut għal sostituzzjoni interim”))

(2019/C 25/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministerio de Defensa

Konvenuta: Ana de Diego Porras

Dispożittiv

1)

Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat], għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedi l-ħlas ta’ ebda kumpens lill-ħaddiema impjegati permezz ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat konklużi sabiex jiġi ssostitwit ħaddiem li għandu dritt għaż-żamma tal-pożizzjoni ta’ xogħol tiegħu, bħalma huwa l-kuntratt ta’ sostituzzjoni interim inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mal-iskadenza tal-perijodu li għalih kienu ġew konklużi dawn il-kuntratti, filwaqt li jingħata kumpens lill-ħaddiema għal żmien indeterminat fl-okkażjoni tax-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol tagħhom minħabba raġuni oġġettiva.

2)

Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat] li jinsab fl-Anness tad-Direttiva 1999/70 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, skont ir-regoli kollha tad-dritt nazzjonali applikabbli tagħha, jekk miżura, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-ħlas obbligatorju ta’ kumpens lill-ħaddiema impjegati permezz ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat mal-iskadenza tal-perijodu li għalih kienu ġew konklużi tikkostitwixxix miżura adegwata għall-prevenzjoni u, jekk ikun il-każ, għas-sanzjoni tal-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi jew miżura legali ekwivalenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

3)

Fil-każ li l-qorti nazzjonali tikkonstata li miżura, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-ħlas obbligatorju ta’ kumpens lill-ħaddiema impjegati permezz ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat mal-iskadenza tat-terminu li għalih dawn il-kuntratti ġew konklużi, tikkostitwixxi miżura adegwata għall-prevenzjoni u, jekk ikun il-każ, għas-sanzjoni tal-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi jew miżura legali ekwivalenti, fis-sens tal-klawżola 5 tal-Ftehim qafas, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-iskadenza tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat li jappartjenu għal ċerti kategoriji tagħti lok għall-ħlas, lill-ħaddiema impjegati permezz ta’ dawn il-kuntratti, għal kumpens, filwaqt li l-iskadenza tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat li jappartjenu għal kategoriji oħra ma tagħti lok għall-għoti ta’ ebda kumpens lill-ħaddiema impjegati permezz ta’ dawn l-aħħar kuntratti, sakemm ma jkunx hemm ebda miżura effettiva oħra fl-ordinament ġuridiku nazzjonali għall-prevenzjoni u għas-sanzjoni ta’ tali abbuż fir-rigward ta’ dawn l-aħħar ħaddiema, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG vs Finanzamt Feldkirch

(Kawża C-625/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 56 u 63 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi u moviment liberu tal-kapital - Stabbilimenti ta’ kreditu - Taxxa ta’ stabbiltà u kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa ddeterminati abbażi tat-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata tal-stabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija - Inklużjoni tat-tranżazzjonijiet bankarji ta’ natura transkonfinali - Esklużjoni tat-tranżazzjonijiet tas-sussidjarji fi Stat Membru ieħor - Differenza fit-trattament - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni))

(2019/C 25/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG

Konvenut: Finanzamt Feldkirch

Dispożittiv

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din tobbliga lill-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija li, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprovdu servizzi lill-klijenti tagħhom li jirrisjedu fi Stati Membri oħrajn mingħajr ma jirrikorru għal stabbilimenti stabbli stabbiliti f’dawn tal-aħħar, li jħallsu taxxa ddeterminata skont it-“total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja”, li tinkludi t-tranżazzjonijiet bankarji mwettqa minn dawn l-istabbilimenti direttament ma’ ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn, filwaqt li teskludi l-istess tranżazzjonijiet imwettqa minn sussidjarji ta’ stabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija meta dawn is-sussidjarji jkunu stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Dunajská Streda – is-Slovakkja) – ZSE Energia a.s. vs RG

(Kawża C-627/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 861/2007 - Proċedura Ewropea għal talbiet żgħar - Artikolu 2(1) u Artikolu 3(1) - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “partijiet” - Tilwimiet transkonfinali))

(2019/C 25/14)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Dunajská Streda

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZSE Energia a.s.

Konvenut: RG

fil-preżenza ta’: ZSE Energia CZ, s. r. o.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “partijiet” jipprevedi biss ir-rikorrent u l-konvenut tal-kawża prinċipali.

2)

L-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 861/2007, kif emendat bir-Regolament Nru 517/2013, għandhom jiġu interpretati fis-sens li tilwima bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha r-rikorrent u l-konvenut ikollhom id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess Stat Membru tal-qorti adita, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 42, 5.2.2018.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen – il-Belġju) – Vlaamse Gewest, irrappreżentat mill-Vlaamse regering fil-persuna tal-Vlaamse Minister van Begroting, Financiën en Energie, Vlaamse Gewest, irrappreżentat mill-Vlaamse regering fil-persuna tal-Vlaamse Minister van Omgeving, Natuur en Landbouw vs Johannes Huijbrechts

(Kawża C-679/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Restrizzjonijiet - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq is-suċċessjoni - Bosk amministrat b’mod sostenbbli - Eżenzjoni - Protezzjoni taż-żoni forestali))

(2019/C 25/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vlaamse Gewest, irrappreżentat mill-Vlaamse regering fil-persuna tal-Vlaamse Minister van Begroting, Financiën en Energie, Vlaamse Gewest, irrappreżentat mill-Vlaamse regering fil-persuna tal-Vlaamse Minister van Omgeving, Natuur en Landbouw

Konvenut: Johannes Huijbrechts

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti vantaġġ fiskali għall-foresti rċevuti causa mortis, bil-kundizzjoni li dawn ikunu suġġetti għal amministrazzjoni sostenibbli fit-termini ddefiniti mid-dritt nazzjonali, iżda tillimita dan il-vantaġġ għal dawk biss li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 94, 12.3.2018.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich – l-Awstrija) – Ahmad Shah Ayubi vs Bezirkshauptmannschaft Linz-Land

(Kawża C-713/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2011/95/UE - Standards dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali - Status ta’ refuġjat - Artikolu 29 - Protezzjoni soċjali - Trattament differenti - Refuġjati li jgawdu minn dritt ta’ residenza temporanja))

(2019/C 25/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Oberösterreich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ahmad Shah Ayubi

Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Linz-Land

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li r-refuġjati li jgawdu minn dritt ta’ residenza temporanja fi Stat Membru jingħataw benefiċċji ta’ għajnuna soċjali ta’ ammont inqas minn dak tal-benefiċċji mogħtija lil ċittadini ta’ dak l-Istat Membru u lir-refuġjati li jgawdu minn dritt ta’ residenza permanenti f’dak l-Istat Membru.

2)

Refuġjat jista’ jinvoka, quddiem il-qrati nazzjonali, l-inkompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2011/95, sabiex ir-restrizzjoni tad-drittijiet tiegħu li toħloq din il-leġiżlazzjoni titwarrab.


(1)  ĠU C 123, 9.4.2018.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-26 ta’ Lulju 2018 – SD vs Agrárminiszter

(Kawża C-490/18)

(2019/C 25/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SD

Konvenut: Agrárminiszter

Domandi preliminari

1)

Il-“metodu affidabbli” previst fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1366 (1), użat sabiex jiġi ddeterminat kull sena, bejn l-1 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru, in-numru ta’ doqqajs, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa l-applikant għal għajnuna li għandu jinnotifika n-numru ta’ kolonji tan-naħal u, jekk ir-riposta tkun pożittiva, dan jikkostitwixxi metodu affidabbli?

2)

Jekk jeħtieġ, skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 [imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1366], li jiġi ddeterminat, kull sena, bejn l-1 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru, in-numru ta’ doqqajs minħabba l-karatteristiċi fiżjoloġiċi tan-naħal li abbażi tiegħu tiġi ddeterminata l-għajnuna lis-settur tal-apikultura, din id-dispożizzjoni tista’ tiġi interpretata fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minnha?

3)

F’każ li tingħata risposta pożittiva, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tipprovi għal dispożizzjoni li tistabbilixxi f’Jannar, b’mod retroattiv, in-numru rikjest ta’ kolonji tan-naħal?

4)

Il-fatt li l-għoti ta’ fondi lil programmi tal-apikultura għall-perijodu 2017-2019 għandu jsir abbażi tan-numru ta’ doqqajs ikkomunikat fl-2013 mill-Istati Membri fil-kuntest tal-programmi għall-perijodu 2014-2016 jista’ jiftiehem fis-sens li wara l-għeluq tal-perijodu fil-31 ta’ Diċembru 2016, li abbażi tiegħu tingħata l-għajnuna għall-2017, in-numru ta’ doqqajs rikjest għall-għoti tal-għajnuna jista’ jiġi ddeterminat b’mod differenti?

5)

Ir-Regolament (UE) imsemmi iktar ’il fuq jista’ jiġi interpretat fis-sens li dan jippermetti l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tissubordina l-ħlas ta’ għajnuna de minimis għal kundizzjoni li ma hijiex konformi mal-imsemmi regolament? L-għajnuna ddeterminata mill-Unjoni Ewropea għandha tkun idonea, fil-prattika, sabiex tiffaċilita l-eżerċizzju ta’ attività tal-apikultura?


(1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1366 tal-11 ta’ Mejju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-għajnuna lis-settur tal-apikultura (GU 2015, L 211, p. 3).


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/15


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2018 minn Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-41/17 – Lotte Co. Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-580/18 P)

(2019/C 25/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH (rappreżentanti: Dr. A. Jaeger-Lenz, Rechtsanwältin, C. Elkemann, Rechtsanwältin, Dr. A. Lambrecht, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Lotte Co. Ltd, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018 (T-41/17) u tiċħad ir-rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta’ Ottubru 2016 (Każ R-0250/2016-5);

sussidjarjament, fil-każ li tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali, tibgħat lura l-kawża quddiem din il-qorti;

tikkundanna lir-rikorrenti (Lotte Co. Ltd) għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka l-aggravji li ġejjin:

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta eżerċitat is-setgħa tagħha li tibdel deċiżjonijiet taħt l-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), minkejja li l-Bord tal-Appell ma kienx għadu kkonstata b’mod suffiċjenti l-kwistjoni tal-frekwenza u tal-konstatazzjonijiet ratione temporis tal-użu. Dan affettwa l-interessi tal-appellanti minħabba li l-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali kienu insuffiċjenti u ma ħadux inkunsiderazzjoni l-provi rilevanti. Jekk dawn is-sejbiet kienu diġà ġew ikkonstatati mill-Bord tal-Appell, l-appellanti setgħet ikkontestahom fir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali.

2.

Fl-evalwazzjoni tagħha tal-“użu ġenwin” skont l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha sostanzjalment fuq il-fatt li d-dħul mill-bejgħ muri fil-fatturi huwa żgħir wisq fir-rigward tad-dħul mill-bejgħ li jirriżulta mill-affidavit imressaq. Madankollu, il-Qorti Ġenerali setgħet ikkunsidrat fl-aħjar mod il-kapaċitajiet oġġettivi ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni li huma konswetudinarji fis-settur. Il-kundizzjonijiet suġġettivi attwali tal-impriża individwali ma għandhomx ikollhom rwol fil-portata tal-użu. Barra minn hekk, l-użu ta’ trade mark għandu jitqies bħala ġenwin anki jekk huwa insinjifikattiv f’termini ta’ kwantità; ma jeżistux limiti iktar baxxi assoluti. Ma għandhiex issir evalwazzjoni tal-istrateġija kummerċjali u tas-suċċess kummerċjali tal-prodotti inkwistjoni. L-uniku fattur rilevanti huwa jekk hemmx użu purament simboliku.

3.

Il-Qorti Ġenerali wkoll wettqet żball ta’ liġi bl-interpretazzjoni żbaljata tal-kriterju ta’ “użu ġenwin” skont l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li kien ibbażat fuq id-daqs tas-suq kollu kemm hu, mingħajr ma kkunsidrat b’mod oġġettiv il-kapaċità ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni tas-settur u l-grad ta’ diversifikazzjoni tal-impriżi fis-suq rilevanti.

4.

Il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti tal-kawża fir-rigward tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti peress li naqset milli tiżvela informazzjoni deċiżiva mill-affidavit, b’mod partikolari fir-rigward tal-konsistenza ratione temporis tal-użu.

5.

Il-Qorti Ġenerali kisret ukoll il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament, billi bbażat ruħha fuq ċirkustanzi suġġettivi tad-detentur tal-liċenzja tal-appellanti sabiex tevalwa l-kwistjoni tal-użu preċedenti sabiex tiżgura ż-żamma tad-drittijiet u filwaqt li jittieħed kont, b’mod partikolari, tal-iskop tal-attivitajiet kummerċjali kif ukoll tal-kapaċità ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni tad-detentur tal-liċenzja inkwistjoni.

6.

Ksur ieħor tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament jinsab fil-fatt li l-Qorti Ġenerali ddevjat minn deċiżjonijiet preċedenti tal-Qorti Ġenerali u tal-Qorti tal-Ġustizzja, fejn il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxew l-użu ġenwin f’sitwazzjonijiet komparabbli.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata) (ĠU 2009, L 78, p. 1).


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di L’Aquila (l-Italja) fl-1 ta’ Ottubru 2018 – Gabriele Di Girolamo vs Ministero della Giustizia

(Kawża C-618/18)

(2019/C 25/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di pace di L’Aquila

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gabriele Di Girolamo

Konvenut: Ministero della Giustizia

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni, taċ-ċertezza legali, tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, tal-, tal-ekwità proċedurali, tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, tad-dritt għal qorti indipendenti u, b’mod iktar ġenerali, għal smigħ xieraq, previsti mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar ir-responsabbiltà tal-Istat Taljan għal ksur manifest tal-leġiżlazzjoni Komunitarja mill-qorti tal-aħħar istanza fis-sentenzi [tat-30 ta’ Settembru 2003, Köbler, C- 224/01, EU:C:2003:513; tat-13 ta’ Ġunju 2006, Traghetti del Mediterraneo, C-173/03, EU:C:2006:391 u tal-24 ta’ Novembru 2011, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-379/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:775], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata jipprekludu l-adozzjoni, minn Stat Membru sabiex jivvantaġġja lilu nnifsu u lill-amministrazzjonijiet pubbliċi tiegħu, bħal f’dan il-każ, ta’ leġiżlazzjoni bħal dik introdotta bil- legge n. 18/2015 (il-Liġi Nru 18/2015) bl-intenzjoni ddikjarata li timplimenta d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ċċitati, iżda bl-għan sostanzjali li tannulla l-effetti u tikkundizzjona l-ġurisdizzjoni interna, li, konformement mat-test il-ġdid tal-Artikoli 2(3) u (3a) tal-legge 13 aprile 1988, n. 117 (il-Liġi tat-13 ta’ April 1988, Nru 117), li tipprevedi kunċett ta’ responsabbiltà għal intenzjoni doluża jew negliġenza serja “fil-każ ta’ ksur manifest tal-liġi kif ukoll tad-dritt tal-Unjoni Ewropea”. Fil-fatt, din il-leġiżlazzjoni interna tqiegħed quddiem il-qortili irrispettivament minn kif tiġi eżerċitata twassal għal responsabbiltà ċivili u dixxiplinari fil-konfront tal-Istat f’kawżi fejn l-amministrazzjoni pubblika nnifisha hija parti sostantiva fihom –, bħal fil-kawża inkwistjoni, jekk tikser il-leġiżlazzjoni interna billi ma tapplikahiex u tapplika u billi jiġi applikat id-dritt tal-Unjoni Ewropea, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella li tikser id-dritt tal-Unjoni Ewropea billi jiġu applikati r-regoli interni li jipprekludu r-rikonoxximent ta’ protezzjoni effettiva u f’nuqqas ta’ konformità mal-Artikoli 1(3) u 7 tad-Direttiva 2003/88, flimkien mal-Klawżoli 2 u 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat, implimentat bid-Direttiva 1999/70 u bl-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fl-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi [tal-1o ta’ Marzu 2012, O’Brien, C-393/10, EU:C:2012:110; u tad-29 ta’ Novembru 2017, King, C-214/16, EU:C:2017:914];

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u inkunsiderazzjoni tal-pożizzjoni meħuda mill-Corte Costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali, l-Italja) [fis-sentenza] Nru 269/2017 tal-14 ta’ Diċembru 2017 wara s-sentenza [tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Diċembru 2010, M.A.S. u M.B., C-42/17, EU:C:2017:936], fid-dawl tal-Artikoli 31(2) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 267TFUE u tal-Artikolu 4 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, jekk id-deċiżjoni li għandha tittieħed mill-Qorti tal-Ġustizzja f’din it-talba għal deċiżjoni preliminari, li tirrileva l-kunflitt bejn id-dritt tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 2(3) u (3a) tal-legge 13 aprile 1988 n. 117 (il-Liġi Nru 117 tat-13 ta’ April 1988), fil-kuntest ta’ kawża prinċipali li fiha l-konvenuta hija amministrazzjoni pubblika tal-Istat, tista’ tiġi ekwiparata għal regola tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li hija direttament effettiva u applikabbli mill-qorti nazzjonali, li tippermetti n-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni interna li tipprekludi?

3)

Fil-każ biss ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-Maġistrat Ordinarju jew “togato” jista’ jitqies bħala ħaddiem għal żmien indeterminat paragunabbli għall-ħaddiem għal żmien determinat bħal “Giudice di Pace”, bl-istess tul ta’ servizz professjonali bħal dan tal-aħħar mal-Maġistrat Ordinarju, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], implimentatat bid-Direttiva 1999/70 (1), jekk il-funzjonijiet ġudizzjarji eżerċitati huma l-istess iżda l-proċeduri ta’ għażla biex iwettqu l-funzjonijiet huma differenti bejn il-Maġistrati Ordinarji (għal kwalifiki u eżamijiet, b’reklutaġġ permanenti, u b’protezzjoni sostanzjali kontra t-tkeċċija, salv f’każijiet rari ta’ ksur serju ħafna tad-dmirijiet uffiċjali) u l-Giudici di Pace (għal kwalifiki, b’reklutaġġ għal żmien determinat, li jista’ jiġġedded b’diskrezzjoni fi tmiem l-evalwazzjoni pożittiva perijodika mill-Consiglio superiore della magistratura (il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura) u revokabbli immedjatament f’każ ta’ evalwazzjoni negattiva tax-xogħol tal-Giudice onorario (l-Imħallef Onorarju)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Kiel (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Ottubru 2018 – KH vs Sparkasse Südholstein

(Kawża C-639/18)

(2019/C 25/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Kiel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KH

Konvenuta: Sparkasse Südholstein

Domandi preliminari

1)

Kuntratt ta’ self eżistenti li huwa emendat biss fir-rigward tal-ammont tar-rata tal-interessi miftehma (ftehim ta’ emenda tar-rata tal-interessi) jikkostitwixxi kuntratt “[konkluż] taħt skema organizzata ta’ distanza ta’ bejgħ jew provvista ta’ servizzi mill-fornitur”, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2002/65/KE (1), meta bank li għandu numru ta’ fergħat jikkonkludi kuntratti ta’ self għall-finanzjament ta’ proprjetà immobbli li huma ggarantiti permezz ta’ titoli ta’ proprjetà immobbli unikament fl-aġenziji tiegħu, iżda li fil-kuntest ta’ relazzjonijiet kummerċjali kuntrattwali kontinwi, kultant jikkonkludi kuntratti li jemendaw kuntratti ta’ self diġà konklużi biss permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod?

2)

Il-kunċett ta’ “kuntratt li jikkonċerna servizzi finanzjarji” fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2002/65/KE, jinkludi l-emenda ta’ kuntratt ta’ self eżistenti, meta din l-emenda tirrigwarda biss ir-rata tal-interessi maqbula (ftehim ta’ emenda tar-rata tal-interessi) mingħajr ma testendi t-tul ta’ self jew temenda l-ammont tas-self?


(1)  Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 98/7/KE u 98/27/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 321 u r-rettifika fil-ĠU 2013, L 228,p. 14).


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Genova (l-Italja) fit-12 ta’ Ottubru 2018 – LG et vs Rina SpA, Ente Registro Italiano Navale

(Kawża C-641/18)

(2019/C 25/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Genova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LG et

Konvenuti: Rina SpA, Ente Registro Italiano Navale

Domanda preliminari

L-Artikoli 1(1) u 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 (1) għandhom jiġu interpretati – dan ukoll fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-UE, tal-Artikolu 6(1) KEDB u tal-premessa 16 tad-Direttiva 2009/15/CE (2) – bħala li jipprekludu li, fil-kuntest ta’ tilwima mressqa sabiex jinkiseb kumpens għad-danni b’riżultat tal-mewt u l-feriment ta’ persuni kkawżati mill-għarqa ta’ vapur tal-passiġġieri bl-invokazzjoni ta’ responsabbiltà b’riżultat ta’ aġir negliġenti, qorti ta’ Stat Membru tista’ tirrinunzja għall-ġurisdizzjoni tagħha, billi tirrikonoxxi l-immunità ġurisdizzjonali favur organi u persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt privat li jwettqu attivitajiet ta’ klassifikazzjoni u/jew ta’ ċertifikazzjoni u li għandhom is-sede tagħhom f’dan l-Istat Membru, u dan minħabba l-eżerċizzju ta’ tali attivitajiet ta’ klassifikazzjoni u/jew ta’ ċertifikazzjoni f’isem Stat barra mill-Komunità?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).

(2)  Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU 2009, L 131, p. 47).


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil de Gerona (l-Ispanjol) fil-15 ta’ Ottubru 2018 – OD vs Ryanair D.A.C.

(Kawża C-646/18)

(2019/C 25/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil de Gerona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OD

Konvenuta: Ryanair D.A.C.

Domandi preliminari

1)

L-estensjoni taċita tal-ġurisdizzjoni prevista u rregolata mill-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), tirrikjedi xi element oġġettiv ta’ konnessjoni bejn is-suġġett tat-tilwima jew id-domiċilju tar-rikorrenti mal-qorti li quddiemha tressqet it-talba?

2)

L-estensjoni taċita tal-ġurisdizzjoni provista u rregolata bl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 teħtieġ, fl-aspetti kollha tagħha, interpretazzjoni awtonoma komuni għall-Istati Membri kollha? Konsegwentement, din l-estensjoni taċita tal-ġurisdizzjoni ma tistax tiġi kkundizzjonata mil-limitazzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta’ ġurisdizzjoni interna tal-Istati Membri, li jipprevedu li ma hijiex valida fil-proċeduri fejn, minħabba l-ammont żgħir tat-talba, għandhhom jinstemgħu bi proċedura sommarja, kif stabbilit mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Spanjol?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fis-17 ta’ Ottubru 2018 – Autoritatea națională de reglementare în domeniul energiei (ANRE) vs Societatea de Producere a Energiei Electrice în Hidrocentrale Hidroelectrica SA

(Kawża C-648/18)

(2019/C 25/23)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autoritatea națională de reglementare în domeniul energiei (ANRE)

Konvenuta: Societatea de Producere a Energiei Electrice în Hidrocentrale Hidroelectrica SA

Domanda preliminari

L-Artikolu 35 TFUE jipprekludi interpretazzjoni tal-Artikolu 23(1) u tal-Artikolu 28(c) tal-Lega energiei elettrice şi a gazelor naturale nr. 123/2012 (il-Liġi Nru 123/2012 dwar l-Elettriku u l-Gass Naturali) li abbażi tagħha l-produtturi tal-elettriku fir-Rumanija huma meħtieġa jikkumerċjalizzaw l-elettriku kollu prodott minnhom esklużivament f’suq kompetittiv iċċentralizzat fir-Rumanija, ladarba huwa possibbli li l-enerġija tiġi esportata, mhux direttament, iżda permezz ta’ kumpanniji kummerċjali?


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Bologna (l-Italja) fit-22 ta’ Ottubru 2018 – UX vs Governo della Repubblica italiana

(Kawża C-658/18)

(2019/C 25/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di pace di Bologna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UX

Konvenut: Governo della Repubblica italiana

Domandi preliminari

1)

Il-Qorti Konċiljatorja, bħala qorti tar-rinviju, taqa’ taħt il-kunċett ta’ qorti ordinarja ta’ Stat Membru tal-Unjoni, li għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tressaq talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, anki jekk l-ordinament ġuridiku nazzjonali ma jagħtix lill-ġudikant li jippresjedi din il-qorti, minħabba n-natura prekarja tas-sitwazzjoni professjonali tiegħu, kundizzjonijiet tax-xogħol ekwivalenti għal dawk ta’ magistrati professjonisti, minkejja li jeżerċita l-istess funzjonijiet ġudizzjarji u huwa parti mill-ordinament ġudizzjarju nazzjonali, u dan bi ksur tal-garanziji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità tal-qorti ordinarja ta’ Stat Membru tal-Unjoni, imsemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tad-19 ta’ Settembru 2006, Wilson (C-506/04, EU:C:2006:587, punti 47 sa 53), tas-27 ta’ Frar 2018, Associação Sindical dos Juízes Portugueses (C-64/16, EU:C:2018:117, punti 32 u 41 sa 45) u tal-25 ta’ Lulju 2018, Minister for Justice and Equality (C-216/18 PPU, EU:C:2018:586, punti 50 sa 54)?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, fid-dawl tax-xogħol tiegħu, il-ġudikant rikorrent li jippresjedi l-Qorti Konċiljatorja jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien determinat” previst fl-Artikolu 1(3) u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 (1), moqrija flimkien mal-klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, implimentat mid-Direttiva 1999/70 (2), u mal-Artikolu 31(2) tal-Karta, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tal-1 ta’ Marzu 2012, O’Brien (C-393/10, EU:C:2012:110) u tad-29 ta’ Novembru 2017, King (C-214/16, EU:C:2017:914) u, fil-każ ta’ risposta affermattiva, il-maġistrat ordinarju jew professjonist jista’ jitqies li huwa ħaddiem għal żmien indeterminat meta mqabbel mal-ġudikant li jippresjedi l-Qorti Konċiljatorja li huwa ħaddiem għal żmien determinat, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-istess kundizzjonijiet tax-xogħol, previsti fil-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss implimentat mid-Direttiva 1999/70?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel u għat-tieni domanda, l-Artikolu 47 tal-Karta, moqri flimkien mal-Artikolu 267 TFUE u fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tar-responsabbiltà tal-Istat Taljan għall-ksur manifest tal-leġiżlazzjoni Komunitarja mill-qorti tal-aħħar istanza, fis-sentenzi tat-30 ta’ Settembru 2003, Köbler (C-224/01, EU:C:2003:513), tat-13 ta’ Ġunju 2006, Traghetti del Mediterraneo (C-173/03, EU:C:2006:391) u tal-24 ta’ Novembru 2011, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-379/10, mhux ippubblikata, EU:C:2011:775), jipprekludu l-Artikolu 2(3) u (3a) tal-legge no 117 – Risarcimento dei danni cagionati nell’esercizio delle funzioni giudiziarie e responsabilità civile dei magistrati (il-Liġi Nru 117 , – Kumpens għad-Danni Kkawżati fl-Eżerċizzju tal-Funzjonijiet Ġudizzjarji u Responsabbiltà Ċivili tal-Maġistrati), tat-13 ta’ April 1988 (GURI Nru 88 tal-15 ta’ April 1988), li jipprevedi r-responsabbiltà tal-imħallef għal aġir doluż jew għal nuqqas serju “fil-każ ta’ ksur manifest tal-liġi kif ukoll tad-dritt tal-Unjoni Ewropea” u li jagħti lill-imħallef nazzjonali l-għażla – li irrispettivament minn kif tiġi eżerċitata twassal għar-responsabbiltà ċivili tiegħu u għal azzjoni dixxiplinari fil-konfront tal-Istat fil-kawżi li fihom l-awtoritajiet pubbliċi jkunu partijiet fil-mertu, b’mod partikolari meta l-imħallef adit bil-kawża jkun qiegħed jippresjedi l-Qorti Konċiljatorja u jaħdem għal żmien determinat, mingħajr protezzjoni ġuridika, ekonomika jew soċjali effettiva – bejn, bħal f’dan il-każ, jew li jikser il-leġiżlazzjoni nazzjonali billi ma japplikahiex u japplika d-dritt tal-Unjoni Ewropea, kif interpetat mill-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella li jikser id-dritt tal-Unjoni Ewropea billi japplika r-regoli tad-dritt nazzjonali li jipprekludu r-rikonoxximent tal-protezzjoni u li jiksru l-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, il-klawżoli 2 u 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, implimentat mid-Direttiva 1999/70, u l-Artikolu 31(2) tal-Karta?

4)

Fis-sens tal-Artikolu 2, tal-Artikolu 4(2) u (3), tal-Artikolu 6(1), tal-Artikolu 9, tal-Artikolu 10(1) u tal-Artikolu 17 (1) TUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta, ikun hemm ksur serju li fuqu tista’ tkun ibbażata l-azzjoni għad-danni mhux kuntrattwali mressqa mill-Unjoni Ewropea u prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, meta l-Kummissjoni Ewropea tirrifjuta li tiftaħ proċedura ta’ ksur jew li tippreżenta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għall-ksur tad-dritt tal-Unjoni minn Stat Membru meta, bħal f’dan il-każ, ikunu seħħew il-fatti segwenti:

permezz tal-Komunikazzjoni DG EMPL/B2/DA-MAT/sk (2016), li waslet għand l-awtoritajiet Taljani fl-10 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni Ewropea għalqet f’Ġunju 2016 b’eżitu negattiv il-Każ EU Pilot 7779/15/EMPL, billi ddikjarat il-ftuħ imminenti ta’ proċedura ta’ ksur u billi kkonstatat l-inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola s-servizz mogħti mill-maġistrati onorarji, fil-qasam tat-tennija abbużiva ta’ kuntratti għal żmien determinat, tad-disparità fit-trattament fil-qasam tar-remunerazzjoni meta mqabbla mal-maġistrati ordinarji jew professjonisti, tal-leave annwali u tal-leave tal-maternità, liema proċedura ta’ ksur għadha, sal-lum, qatt ma nfetħet;

il-Kummissjoni, dejjem permezz tal-Komunikazzjoni C(2016) 8600 final tal-21 ta’ Diċembru 2016, ippreċiżat li hija għandha s-setgħa diskrezzjonali li tiddeċiedi tibdix jew le, u jekk iva f’liema mument, proċedura ta’ ksur jew tressaqx jew le, u jekk iva f’liema mument, kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fejn il-ġurisprudenza ta’ din tal-aħħar tirrikonoxxi li l-azzjonijiet imressqa minn individwi kontra l-Kummissjoni meta din tirrifjuta li tibda proċedura ta’ ksur ma jkollhomx eżitu pożittiv?

5)

Irrispettivament mir-risposti mogħtija għall-erba’ domandi preċedenti, l-Artikolu 268, l-Artikolu 274 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE jistgħu jiġu interpretati, fid-dawl tal-Artikolu 2, tal-Artikolu 4(2) u (3), tal-Artikolu 6(1), tal-Artikolu 9, tal-Artikolu 10(1) u tal-Artikolu 17 (1) TUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta, fis-sens li l-azzjoni għad-danni mhux kuntrattwali mressqa kontra l-Unjoni ma tistax titneħħa mill-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali, f’każ, bħal dak ineżami, fejn ikun ġie ddeterminat li n-nuqqas ta’ applikazzjoni fid-dritt nazzjonali tad-dritt tal-Unjoni li jiggarantixxi l-prinċipju tal-indipendenza u tal-imparzjalità tal-imħallfin ikun jirriżulta mill-ksur serju, min-naħa tal-Kummissjoni, tad-dmirijiet u tal-obbligi li jirriżultaw mir-rwol tagħha ta’ gwardjan tat-Trattati u mis-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni li tiddeċiedi tibdix jew le, u jekk iva f’liema mument, proċedura ta’ ksur jew tressaqx jew le, u jekk iva f’liema mument, kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fejn il-ġurisprudenza ta’ din tal-aħħar tirrikonoxxi li l-azzjonijiet imressqa minn individwi kontra l-Kummissjoni meta din tirrifjuta li tibda proċedura ta’ ksur ma jkollhomx eżitu pożittiv, liema fatt irendi mingħajr effett il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi tilwima fil-qasam tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Ottubru 2018 – Sundair GmbH vs WV et

(Kawża C-660/18)

(2019/C 25/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Sundair GmbH

Partijiet oħra fil-proċedura: WV, XU, YT, irrappreżentati minn XU u ZS

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-passiġġieri affettwati huma intitolati għal kumpens għall-kanċellazzjoni ta’ titjira fil-każ li t-trasportatur tal-ajru li jopera ma jkollux liċenzja valida tal-operazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004, meta n-nuqqas ta’ liċenzja valida tal-operazzjoni hija mill-inqas waħda mir-raġunijiet għal kanċellazzjoni u meta fil-ħin tar-reżervazzjoni l-passiġġieri ma kinux konxji tan-nuqqas ta’ liċenzja valida tal-operazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fit-22 ta’ Ottubru 2018 – CTT – Correios de Portugal vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-661/18)

(2019/C 25/26)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CTT – Correios de Portugal

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipji ta’ newtralità, ta’ effettività u ta’ ekwivalenza kif ukoll ta’ proporzjonalità jipprekludu interpretazzjoni tal-Artikolu 98(2) tas-CIVA (1) fis-sens li dan l-artikolu ma japplikax għal sitwazzjonijiet ta’ tibdil jew regolarizzazzjoni tat-tnaqqis li jkun sar?

2)

Il-prinċipji msemmija jipprekludu leġiżlazzjoni bħall-Artikolu 23(1)(b) u (6) tas-CIVA, interpretat fis-sens li l-persuna taxxabbli li tkun għażlet metodu ta’ koeffiċjenti u/jew formula ta’ tqassim għall-kalkolu tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa mħallsa għal oġġetti u servizzi ta’ użu mħallat u li tkun wettqet il-korrezzjoni fuq il-bażi ta’ valuri definittivi li jirrigwardaw is-sena li għaliha jirreferi t-tnaqqis, fejn skont l-Artikolu 23(6) tali elementi ma jistgħux jiġu mibdula retroattivament, billi tkun ikkalkolat mill-ġdid it-tnaqqis inizjali li kien ġie preċedentement irregolarizzat skont din id-dispożizzjoni, fil-kuntest tal-kalkolu retroattiv tal-VAT fir-rigward ta’ attività li inizjalment qieset li kienet eżentata?


(1)  Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (Kodiċi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud)


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju) fil-25 ta’ Ottubru 2018 – Orde van Vlaamse Balies, Ordre des barreaux francophones et germanophone vs Ministerraad

(Kawża C-667/18)

(2019/C 25/27)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Orde van Vlaamse Balies, Ordre des barreaux francophones et germanophone

Konvenut: Ministerraad

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ “proċedura ġudizzjarja” msemmi fl-Artikolu 201(1)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-proċeduri ta’ medjazzjoni extraġudizzjarja u ġudizzjarja previsti fl-Artikoli 1723/1 sa 1737 tal-Belgisch Gerechtelijk Wetboek (il-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan)?


(1)  ĠU 2009, L 335, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2016, L 262, p. 34.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna (l-Italja) fid-29 ta’ Ottubru 2018 – CO vs Comune di Gesturi

(Kawża C-670/18)

(2019/C 25/28)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CO

Konvenut: Comune di Gesturi

Domanda preliminari

Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni msemmi fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 2000/78/KE (1) jipprekludi d-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 5(9) tad-Digriet Liġi Nru 95, tas-6 ta’ Lulju 2012 (mibdul, b’emendi, f’liġi permezz tal-Liġi Nru 135, tas-7 ta’ Awwissu 2012, fil-verżjoni tagħha emendata bl-Artikolu 6 tad-Digriet Liġi Nru 90 tal-24 ta’ Ġunju 2014, mibdul f’liġi permezz tal-Liġi Nru 114 tal-11 ta’ Awwissu 2014) li tipprojbixxi lill-awtoritajiet pubbliċi milli jagħtu inkarigi ta’ analiżi u ta’ konsulenza lil persuni li rtiraw wara li jkunu ħadmu fis-settur privat u f’dak pubbliku?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-29 ta’ Ottubru 2018 – DN vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-672/18)

(2019/C 25/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DN

Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva tad-19 ta’ Ottubru 2009 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-qligħ kapitali magħmul mit-trasferiment tat-titoli rċevuti bi skambju u l-qligħ kapitali differit jiġu ntaxxati skont regoli ta’ bażi taxxabbli u ta’ rati differenti?

2)

Dawn l-istess dispożizzjonijiet għandhom, b’mod partikolari, jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sitwazzjoni fejn it-tnaqqis tal-bażi taxxabbli intiż sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-perijodu li matulu nżammu t-titoli ma japplikax għall-qligħ kapitali differit, fid-dawl tal-fatt li din ir-regola ta’ bażi taxxabbli ma kinitx tapplika fid-data li fiha sar il-qligħ kapitali, iżda japplika għall-qligħ kapitali magħmul mit-trasferiment tat-titoli rċevuti bi skambju, b’teħid inkunsiderazzjoni tad-data tal-iskambju u mhux tad-data li fiha t-titoli mogħtija bi skambju ġew akkwistati?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri (ĠU L 310, p. 34).


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza) fit-30 ta’ Ottubru 2018 – Santen SAS vs Directeur général de l’Institut national de la propriété industrielle

(Kawża C-673/18)

(2019/C 25/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Santen SAS

Konvenut: Directeur général de l’Institut national de la propriété industrielle

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ applikazzjoni differenti fis-sens tas-sentenza NEURIM tad-19 ta’ Lulju 2012 QĠUE, C-130/11, għandu jinftiehem b’mod strett, jiġifieri:

ikun limitat għall-każ biss ta’ applikazzjoni tal-bniedem li ssegwi applikazzjoni veterinarja,

jew jikkonċerna indikazzjoni li taqa’ f’kamp terapewtiku ġdid, fis-sens ta’ prodott mediku speċjali ġdid, meta mqabbla mal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq; jew prodott mediċinali li fih l-ingredjent attiv għandu azzjoni differenti minn dak li għandu l-prodott mediċinali li kien is-suġġett tal-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq;

jew, b’mod iktar ġenerali, fid-dawl tal-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 (1) intiż li jistabbilixxu sistema bbilanċjata li tieħu inkunsiderazzjoni l-interessi kollha involuti, inklużi dawk tas-saħħa pubblika, għandu jiġi evalwat skont kriterji iktar eżiġenti minn dawk li li jintużaw għall-evalwazni tal-possibbiltà sabiex tingħata l-privattiva tal-invenzjoni;

jew għandu għall-kuntrarju jinftiehem b’mod estensiv, jiġifieri mhux biss li jinkludi indikazzjonijiet terapewtiċi u mard differenti, iżda wkoll formulazzjonijiet, dożaġġi u /jew modi ta’ amministrazzjoni differenti?

2)

Il-kunċett ta’ applikazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ protezzjoni mogħtija mill-privattiva bażika fis-sens tas-sentenza NEURIM tad-19 ta’ Lulju 2012 QĠUE, C-130/11, jimplika li l-portata tal-privattiva bażika għandu jaqbel ma’ dik tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq invokata u, konsegwentement, tkun limitata għall-użu mediku ġdid li jikkorrispondi mal-indikazzjoni terapewtika tal-imsemmija awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq?


(1)  Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1).


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Novembru 2018 – Amoena Ltd v Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-677/18)

(2019/C 25/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Amoena Ltd

Konvenuta: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domandi preliminari

1)

Il-KKD (1) u/jew il-Kummissjoni Ewropea wettqu żball manifest meta kklassifikaw ir-riċipettijiet għal wara mastektomija:

(a)

taħt il-Kapitolu 62 tan-Nomenklatura Magħuqda (2) tal-Unjoni Ewropea taħt l-intestatura tariffarja 6212, li speċifikament tinkludi “Riċipettijiet” u l-Kodiċi NM 6212 10 90;

minflok

(b)

il-Kapitolu 90 taħt l-intestatura tariffarja 9021 u l-Kodiċi NM 9021 10 10 bħala aċċessorji għal partijiet artifiċjali tal-ġisem skont it-tifsira tan-Nota 2(b) tal-Kapitolu 90 tan-NM?

2)

Ir-RIK (3) jirrestrinġi illegalment il-portata tal-klassifikazzjoni għal aċċessorji għal partijiet artiċifjali tal-ġisem taħt l-intestatura tariffarja 9021 u n-Nota 2(b) tal-Kapitolu 90 tan-NM, u għalhekk il-Kummissjoni Ewropea marret lil hinn mis-setgħat tagħha meta adottat dan ir-regolament?

3)

Ir-RIK jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fiċ-ċirkustanzi fejn:

(a)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tosserva d-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali, iżda għandha wkoll tippromwovi l-applikazzjoni uniformi (u korretta) tal-Kodiċi Doganali u tan-NM;

(b)

Il-Qorti Suprema tar-Renju Unit waslet għall-konklużjoni unanima li riċipettijiet għal wara mastektomija għandhom jiġu kklassifikati korrettament taħt il-Kapitolu 90 tan-NM bl-intestatura tariffarja 9021; u

(c)

Id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema tressqet quddiem il-Kummissjoni Ewropea u din ikkomunikatha lill-Istati Membri kollha tal-Unjoni flimkien ma’ sommarju tar-raġunament tal-Qorti Suprema?


(1)  Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

(2)  NM.

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1167 tas-26 ta’ Ġunju 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2017, L 170, p. 50).


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-5 ta’ Novembru 2018 – Procureur-Generaal bij de Hoge Raad der Nederlanden

(Kawża C-678/18)

(2019/C 25/32)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Procureur-Generaal bij de Hoge Raad der Nederlanden

Domandi preliminari

L-Artikolu 90(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jattribwixxi b’mod imperattiv, lill-qrati kollha ta’ Stat Membru li jissemmew fih, il-kompetenza li jordnaw miżuri provviżorji jew kawtelatorji, jew iħalli lill-Istati Membri – totalment jew parzjalment – ħielsa li jattribwixxu l-kompetenza li jiġu ordnati tali miżuri esklużivament lill-qrati maħtura bħala qrati (tal-ewwel jew tat-tieni istanza) tad-disinni Komunitarji konformement mal-Artikolu 80(1) tal-imsemmi Regolament?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Ostravě (ir-Repubblika Ċeka) fil-5 ta’ Novembru 2018 – OPR-Finance s.r.o. vs GK

(Kawża C-679/18)

(2019/C 25/33)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Okresní soud v Ostravě

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OPR-Finance s.r.o.

Konvenut: GK

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 8 u tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE jipprekludu leġiżlazzjoni li, f’każ ta’ ksur tal-obbligu li jaqa’ fuq il-kreditur, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu, li jevalwa l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur, tipprevedi bħala sanzjoni n-nullità tal-kuntratt ta’ kreditu flimkien mal-obbligu għall-konsumatur li jħallas lura lill-kreditur il-kapital f’terminu propozjonat mal-possibbiltajiet tiegħu, din is-sanzjoni (nullità tal-kuntratt ta’ kreditu) tapplika biss jekk il-konsumatur jinvokaha (jiġifieri li jeċċepixxi min-nullità tal-kuntratt) f’terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin?

2)

Id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 8 u tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE huma l-bażi tal-obbligu għal qorti nazzjonali li tapplika ex officio (jiġifieri anki jekk il-konsumatur ma jitlobhiex attivament) is-sanzjoni prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-ksur, mill-kreditur, tal-obbligu tiegħu li jevalwa l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur?


(1)  ĠU 2008, L 133, p. 66.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fis-7 ta’ Novembru 2018 – SY vs Associated Newspapers Ltd

(Kawża C-687/18)

(2019/C 25/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SY

Konvenuta: Associated Newspapers Ltd

Domanda preliminari

Jistgħu jitqiesu kompatibbli mal-Artikoli 9, 22 u 23 tad-Direttiva 95/46/KE (1) u mal-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 32(4) u (5) tad-Data Protection Act 1998 (il-Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-1998), li jipprevedu li, fejn il-kontrollur tad-data jsostni li d-data personali relatata mal-proċeduri mibdija kontrih huma pproċessati biss (i) għal skopijiet ġurnalistiċi, artistiċi jew letterarji, u (ii) għall-pubblikazzjoni ta’ kontenut ġurnalistiku, letterarju jew artistiku li ma kienx ippubblikat qabel, tali proċeduri għandhom jiġu sospiżi sa fejn jikkonċernaw data personali mhux ippubblikata sakemm (a) l-Information Commissioner (l-Awtorità Responsabbli għall-Protezzjoni tad-Data) tikkonstata li l-kundizzjoni msemmija fil-punt (i) jew fil-punt (ii) ma hijiex issodisfatta, (b) it-talba tal-kontrollur tad-data hija rtirata, jew (ċ) id-data personali tiġi ppubblikata?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Novembru 2018 – Proċeduri kriminali kontra TX u UW

(Kawża C-688/18)

(2019/C 25/35)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

TX u UW

Domanda preliminari

Ikun hemm ksur tad-dritt tal-persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess fis-sens tal-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 2016/343 (1), moqri fid-dawl tal-premessi 35 u 44 tagħha, jekk waħda mis-seduti fil-proċedurali kriminali fil-kawża prinċipali tinżamm fl-assenza tal-persuna akkużata meta din tal-aħħar kienet innotifikata debitament bis-seduta, kienet informata debitament dwar il-konsegwenzi tal-assenza tagħha u kienet difiża minn avukat tal-għażla tagħha, f’sitwazzjoni fejn:

(a)

ma tkunx dehret għas-seduta minħabba raġuni li tiddependi minnha (b’mod partikolari, għaliex iddeċidiet li ma tassistix għal din is-seduta partikolari);

(b)

ma tkunx dehret għas-seduta minħabba raġuni li ma tiddependix minnha (b’mod partikolari, minħabba li kienet marida), jekk sussegwentement tkun ġiet informata dwar l-azzjonijiet meħuda fl-assenza tagħha u tkun ħadet id-deċiżjoni informata li permezz tagħha:

iddikjarat li ma kinitx qiegħda tikkontesta l-legalità tagħhom fuq il-bażi tal-assenza tagħha u li ma tixtieqx li jerġgħu jitwettqu fil-preżenza tagħha;

iddikjarat li tixtieq tipparteċipa fl-imsemmija azzjonijiet u l-qorti organizzat eżami addizzjonali tal-persuni indikati mill-persuna akkużata filwaqt li tatha kull opportunità tipparteċipa?


(1)  Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU 2016, L 65, p. 1).


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Protodikeio Patron (il-Greċja) fil-5 ta’ Novembru 2018 – XT vs Elliniko Dimosio

(Kawża C-689/18)

(2019/C 25/36)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Dioikitiko Protodikeio Patron (il-Greċja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XT

Konvenut: Elliniko Dimosio

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 44(1)(b) tal-Liġi 4111/2013, kif fis-seħħ matul is-sena taxxabbli 2013 (sena bażi 2012) li bis-saħħa tagħhom huwa eżenti mit-taxxa fuq il-prodotti ta’ lussu kull proprjetarju jew detentur ta’ vettura partikulari użata għall-finijiet privati (li ċ-ċilindrata tagħha hija daqs jew iktar minn 1 929 cm3), li għandha iktar minn għaxar snin u li l’età tagħha hija ddeterminata b’effett mill-ewwel tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni tagħha fil-Greċja u mhux b’effett mid-data tal-(ewwel) tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni preċedenti tagħha, jekk ikun il-każ, fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, jikkostitwixxu taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali bejn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 28 sa 30 TFUE?

2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, il-leġiżlazzjoni msemmija iktar ’il fuq tikkostitwixxi taxxa domestika (indiretta) fuq il-prodotti importati minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea ogħla minn dik applikata fuq il-prodotti nazzjonali simili, fis-sens tal-Artikolu 110 TFUE?


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit-12 ta’ Novembru 2018 – Healthspan Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-703/18)

(2019/C 25/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Healthspan Limited

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domandi preliminari

1)

Fejn il-klijent jagħmel kuntratt (a) mal-fornitur għax-xiri tal-merkanzija, u (b) ma’ kumpannija ta’ distribuzzjoni terza (iktar 'il quddiem “il-kumpannija ta’ distribuzzjoni”) għall-ispedizzjoni u kunsinna, il-merkanzija hija meqjusa pprovduta mill-post fejn tinsab fil-mument tal-ispedizzjoni jew meta jibda t-trasport tal-merkanzija lill-klijent, sabiex japplika dejjem l-Artikolu 32 (1) (u mhux l-Artikolu 33)?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għad-domanda 1, il-merkanzija ttrasportata “mill-fornitur jew f’ismu” fejn il-klijent jagħmel kuntratt mal-kumpannija ta’ distribuzzjoni u waħda mill-kundizzjonijiet segwenti tapplika, u jekk huwa hekk, liema waħda jew iktar tapplika:

a)

Il-klijent ma għandux alternattiva prattika oħra għajr li juża l-kumpannija ta’ distribuzzjoni.

b)

Il-klijent ikollu kuntatt biss mal-fornitur u mhux mal-kumpannija ta’ distribuzzjoni.

c)

Il-fornitur u l-kumpannija ta’ distribuzzjoni jaqblu dwar il-prezz li għandu jiġi impost mill-kumpannija ta’ distribuzzjoni mingħajr l-involviment tal-klijent.

d)

Il-fornitur jissussidja l-ispejjeż tad-distribuzzjoni lill-klijent permezz ta’ skont fuq il-prezz tal-merkanzija.

e)

Il-fornitur jiġbor l-ispejjeż ta’ distribuzzjoni mill-klijent u jibgħathom lill-kumpannija ta’ distribuzzjoni terza.

f)

It-termini kuntrattwali li jistabbilixxu meta t-titolu tal-merkanzija jgħaddi lill-klijent ma jagħmlux sens kummerċjali, iżda dan ma huwiex importanti fil-prattika, minħabba li l-fornitur jagħmel tajjeb, favur il-klijent, għall-ispiża ta’ kwalunkwe dannu li l-merkanzija ġġarrab matul id-distribuzzjoni.

g)

Fir-rigward tal-ispejjeż ta’ distribuzzjoni fejn hemm problema bil-kunsinna oriġinali:

i)

skont il-kuntratt tiegħu mal-klijent il-fornitur huwa obbligat li jirrimborsa l-ispejjeż diġà mħallsa mill-klijent;

ii)

skont il-kuntratt tiegħu mal-klijent il-fornitur ma huwiex obbligat li jirrimborsa dawk l-ispejjeż, iżda jagħmel hekk bħala prassi;

iii)

fi kwalunkwe każ, il-fornitur (u mhux il-kumpannija ta’ distribuzzjoni) iġorr l-ispiża ta’ dawn ir-rimborsi; u/jew

iv)

skont il-kuntratt tiegħu mal-klijent il-fornitur huwa obbligat iħallas kemm l-ispejjeż sabiex tintbagħat merkanzija sostituttiva, kif ukoll l-ispejjeż tad-distribuzzjoni relatata; jew

v)

skont il-kuntratt tiegħu mal-klijent il-fornitur huwa obbligat iħallas l-ispiża sabiex jibgħat merkanzija sostittutiva iżda mhux għall-kunsinna tagħhom, iżda jagħmel hekk bħala prassi.

3)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għad-domanda 2, il-kumpannija ta’ distribuzzjoni għandha taġixxi f’isem il-fornitur, jekk iktar minn wieħed mill-punti ta’ hawn fuq jiġu ssodisfatti? Jekk iva, liema fatturi għandhom jiġu kkunsidrati u liema piż għandu jingħata lil kull fattur?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda 2 jew għad-domanda 3, il-kumpannija ta’ distribuzzjoni tkun qed taġixxi f’isem il-fornitur fejn il-fornitur jintervjeni direttament jew indirettament fit-trasport jew l-ispedizzjoni tal-merkanzija, kif ser ikun il-każ mill-2021 skont id-Direttiva 2017/2455 (2)? Fi kliem ieħor, il-bidliet introdotti minn dik id-direttiva sempliċement jesprimu f’lingwaġġ iktar ċar it-tifsira tal-Artikolu 33 fil-forma attwali tiegħu?


(1)  Artikolu 32 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).

(2)  Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta’ ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta’ servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti (ĠU 2017, L 348, p. 7).


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Novembru 2018 – Proċeduri kriminali kontra LD, ME, NF, OG, PH u RI

(Kawża C-704/18)

(2019/C 25/38)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

LD, ME, NF, OG, PH u RI

Domanda preliminari

L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-qorti nazzjonali tastjeni milli tapplika deċiżjoni preliminari, fil-kuntest tal-kawża prinċipali li fiha tkun ingħatat din id-deċiżjoni preliminari, fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi fattwali li ttieħdu inkunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja meta tat id-deċiżjoni preliminari?


Il-Qorti Ġenerali

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Stichting Woonlinie et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-202/10 RENV II u T-203/10 RENV II) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Akkomodazzjoni soċjali - Skema ta’ għajnuna favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali - Għajnuna eżistenti - Impenji tal-Istat Membru - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Artikolu 106(2) TFUE - Definizzjoni tal-funzjoni ta’ servizz pubbliku”))

(2019/C 25/39)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-202/10 RENV II: Stichting Woonlinie (Woudrichem, il-Pajjiżi l-Baxxi), Woningstichting Volksbelang (Wijk bij Duurstede, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Stichting Woonstede (Ede, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: L. Hancher, E. Besselink, J. de Kok, Y. de Vries u F. van Orden, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-203/10 RENV II: Stichting Woonpunt (Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi), Woningstichting Haag Wonen (La Haye, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: L. Hancher, E. Besselink, J. de Kok, Y. de Vries u F. van Orden, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë u P.J. Loewenthal, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux u L. Van den Broeck, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN) (Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Meulenbelt u B. Natens, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 — il-Pajjiżi l-Baxxi — Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika permezz ta’ proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Stichting Woonlinie, Woningstichting Volksbelang u Stichting Woonstede, huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawżi T-202/10, T-202/10 RENV, T-202/10 RENV II, C-133/12 P u C-414/15 P kif ukoll dawk sostnuti minn Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN) fil-Kawżi T-202/10, T-202/10 RENV u T-202/10 RENV II.

3)

Stichting Woonpunt, Woningstichting Haag Wonen u Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl, huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawżi T-203/10, T-203/10 RENV, T-203/10 RENV II, C-132/12 P u C-415/15 P kif ukoll dawk sostnuti mill-IVBN fil-Kawżi T-203/10, T-203/10 RENV u T-203/10 RENV II.

4)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 179, 3.7.2010.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-207/10) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Sistema fiskali li tippermetti lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru parzjali tagħha - Dispożizzjoni li tippermetti lis-sistema tkompli tapplika parzjalment - Talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Persistenza tal-interess ġuridiku - Aspettattivi leġittimi - Assigurazzjonijiet preċiżi mogħtija mill-Kummissjoni - Leġittimità tal-aspettattivi - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tal-aspettattivi leġittimi”))

(2019/C 25/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Telekom AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Cordewener u J. Schönfeld, sussegwentement J. Schönfeld, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Martenczuk, T. Maxian Rusche u C. Urraca Caviedes, sussegwentement T. Maxian Rusche, C. Urraca Caviedes, u finalment T. Maxian Rusche, C. Urraca Caviedes u K. Blanck-Putz, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ebro Foods, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, sussegwentement J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro u R. Calvo Salinero, avukati) Banco Santander, SA (Santander, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, sussegwentement J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro u R. Calvo Salinero), Iberdrola, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Ruiz Calzado, M. Núñez Müller u J. Domínguez Pérez, sussegwentement J. Ruiz Calzado, J. Domínguez Pérez u S. Völcker, avukati), u Telefónica, SA (Madrid) (rappreżentanti: inizjalment J. Ruiz Calzado, M. Núñez Müller u J. Domínguez Pérez, sussegwentement J. Ruiz Calzado, J. Domínguez Pérez u S. Völcker, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE tat-28 ta’ Ottubru 2009 Dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Telekom AG hija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 195, 17.7.2010.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – World Duty Free Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-219/10 RENV) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Selettività - Sistema ta’ riferiment - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament - Impriżi benefiċjarji tal-miżura - Aspettattivi leġittimi”))

(2019/C 25/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: World Duty Free Group, SA, li kienet Autogrill España, SA (Madrid, Spanja)(rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentant: T. Henze, aġent), l-Irlanda (rappreżentanti: inizjalment G. Hodge u E. Creedon, sussegwentement G. Hodge u D. Browne, aġenti, assistiti minn B. Doherty Barry u A. Goodman, barristers) u r-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Sampol Pucurull, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE tat-28 ta’ Ottubru 2009 Dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48), u, sussidjarjament, tal-Artikolu 4 ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

World Duty Free Group, SA għandha ssostni, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda u r-Renju ta’ Spanja għandhom isostnu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 179, 3.7.2010.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Banco Santander vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-227/10) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Selettività - Sistema ta’ riferiment - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament - Impriżi benefiċjarji tal-miżura - Aspettattivi leġittimi”))

(2019/C 25/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco Santander, SA (Santander, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment minn J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, sussegwentement minn J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE tat-28 ta’ Ottubru 2009 Dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48), u, sussidjarjament, tal-Artikolu 4 ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Banco Santander, SA għandha ssostni, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 195, 17.7.2010.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Sigma Alimentos Exterior vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-239/11) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Selettività - Sistema ta’ riferiment - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament”))

(2019/C 25/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sigma Alimentos Exterior, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Morillo Méndez u M. Ferre Navarrete, sussegwentement A. Morillo Méndez, J. Igual Gorgonio u C. Cañizares Pacheco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Lyal, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, sussegwentement R. Lyal u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 135, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sigma Alimentos Exterior, SL għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 204, 9.7.2011.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-399/11 RENV) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Selettività - Sistema ta’ riferiment - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament - Impriżi benefiċjarji tal-miżura - Aspettattivi leġittimi”))

(2019/C 25/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco Santander, SA (Santander, Spanja) u Santusa Holding, SL (Boadilla del Monte, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentant: T. Henze, aġent), l-Irlanda (rappreżentanti: inizjalment G. Hodge u E. Creedon, sussegwentement G. Hodge u M. Browne, aġenti) u r-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Sampol Pucurull, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 135, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Banco Santander, SA u Santus Holding, SL għandhom isostnu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 282, 24.9.2011.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novmbru 2018 – Axa Mediterranean vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-405/11) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Selettività - Sistema ta’ riferiment - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament - Impriżi benefiċjarji tal-miżura - Aspettattivi leġittimi”))

(2019/C 25/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Axa Mediterranean Holding, SA (Palma de Majorque, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, sussegwentement J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro u R. Calvo Salinero, u finalment J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 135, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Axa Mediterranean Holding, SA għandha ssostni, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 282, 24.9.2011.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Prosegur Compañía de Seguridad vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-406/11) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Selettività - Sistema ta’ riferiment - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament - Impriżi benefiċjarji tal-miżura - Aspettattivi leġittimi”))

(2019/C 25/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Prosegur Compañía de Seguridad, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro u M. Muñoz de Juan, sussegwentement J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 135, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Prosegur Compañía de Seguridad, SA għandha ssostni, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 282, 24.9.2011.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – CHEMK u KF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-487/14) (1)

((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġina mir-Russja - Dazju antidumping definittiv - Eżami mill-ġdid tal-iskadenza tal-miżuri - Determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni - Entità ekonomika unika - Dazju antidumping mgħoddi fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni - Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat matul investigazzjoni preċedenti - Kontinwazzjoni jew deher mill-ġdid tad-dumping u tad-dannu - Artikolu 2(9), Artikolu 3 u Artikolu 11(9) u (10) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li saru l-Artikolu 2(9), l-Artikolu 3 u l-Artikolu 11(9) u (10) tar-Regolament (UE) 2016/1036)))

(2019/C 25/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) (Chelyabinsk, ir-Russja) u Kuzneckie Ferrosplavy OAO (KF) (Novokouznetsk, ir-Russja) (rappreżentanti: B. Evtimov u M. Krestiyanova, avukati)

Konvenuta: Il-Kumimssjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França, J.-F. Brakeland, A. Stobiecka-Kuik u A. Demeneix, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Euroalliages (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Prost u M.-S. Dibling, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2014 tad-9 ta’ April 2014 li jimponi dazju ta’ antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ferrosiliċju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU 2014, L 107, p. 13), sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie Ferrosplavy OAO (KF) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Euroalliages għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – RFA International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-113/15) (1)

((“Dumping - Importazzjonijiet tal-ferrosiliċju li joriġina mir-Russja - Ċaħda tat-talbiet għar-rimbors tad-dazji antidumping imħallsa - Determinazzjoni tal-valur normali u tal-prezz ta’ esportazzjoni - Entità ekonomika waħda - Riperkussjoni tad-dazju antidumping fuq il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni - Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat f’investigazzjoni preċedenti - Artikolu 2(9) u Artikolu 11(9) u (10) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li saru l-Artikolu 2(9) u l-Artikolu 11(9) u (10) tar-Regolament (UE) 2016/1036) - Artikolu 18.3.1 tal-Ftehim Antidumping tal-WTO”))

(2019/C 25/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: RFA International, LP (Calgary, il-Kanada) (rappreżentanti: B. Evtimov u M. Krestiyanova, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament totali jew parzjali tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9805 final, C(2014) 9806 final, C(2014) 9807 final, C(2014) 9808 final, C(2014) 9811 final, C(2014) 9812 final u C(2014) 9816 final, tat-18 ta’ Diċembru 2014, dwar talbiet għar-rimbors tad-dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjonijiet tal-ferrosiliċju li joriġina mir-Russja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

RFA International, LP hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155, 11.5.2015.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2018 – Barata vs Il-Parlament

(Kawża T-854/16) (1)

((“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2015 - Proċedura ta’ ċertifikazzjoni - Esklużjoni mil-lista definittiva tal-uffiċjali awtorizzati li jsegwu programm ta’ taħriġ - Artikolu 45a tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Drittijiet tad-difiża))

(2019/C 25/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: João Miguel Barata (Evere, il-Belġju) (rappreżentanti: G. Pandey, D. Rovetta, avukati, u J. Grayston, solicitor)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Nessaf u Í. Ní Riagáin Düro, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għal annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-Parlament tad-29 ta’ Jannar 2016 u tad-deċiżjoni tal-konferma tad-29 ta’ Marzu 2016 li ma jitniżżilx ir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali awtorizzati li jipparteċipaw fl-2015 għall-programm ta’ taħriġ abbażi tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni tas-sena 2015, it-tieni nett, tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tal-25 ta’ Awwissu 2016, it-tielet nett, tal-Avviż ta’ Kompetizzjoni Interna 2015/023, iddistribwita lill-persunal fit-18 ta’ Settembru 2015, u, ir-raba’ nett, tal-abbozz tal-lista ta’ uffiċjali magħżula biex jipparteċipaw fil-programm ta’ taħriġ inkwistjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

João Miguel Barata huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Haufe-Lexware vs EUIPO – Le Shi Holdings (Beijing) (Leshare)

(Kawża T-546/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Leshare - Trade mark internazzjonali pverbali preċedenti LEXWARE - Reġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE 2017/1001) - Xebh tas-sinjali”))

(2019/C 25/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Haufe-Lexware GmbH & Co. KG (Friburg-en-Brisgau, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Le Shi Holdings (Beijing) Ltd (Beijing, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 1691/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Haufe-Lexware u Le Shi Holdings (Beijing).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Haufe-Lexware GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 338, 9.10.2017.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2018 – St. Andrews Links vs EUIPO (ST ANDREWS)

(Kawża T-790/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ST ANDREWS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Oriġini ġeografika - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2019/C 25/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: St. Andrews Links Ltd (St. Andrews, ir-Renju Unit) (rappreżentant: B. Hattier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: K. Kompari, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 92/2017-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ST ANDREWS bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

St. Andrews Links Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 5.2.2018.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2018 – St. Andrews Links vs EUIPO (ST ANDREWS)

(Kawża T-791/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ST ANDREWS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Oriġini ġeografika - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2019/C 25/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: St. Andrews Links Ltd (St. Andrews, ir-Renju Unit) (rappreżentant: B. Hattier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: K. Kompari, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 93/2017-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ST ANDREWS bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

St. Andrews Links Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 5.2.2018.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – DRH Licensing & Managing vs EUIPO – Merck (Flexagil)

(Kawża T-831/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Flexagil - Użu ġenwin tat-trade mark - It-tieni paragrafu (a) tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Forma li tvarja permezz tal-elementi li jbiddlu l-karattru distintiv”))

(2019/C 25/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: DRH Licensing & Managing AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Salomonowitz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek u M. Fischer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ottubru 2017 (Kawża R 2043/2016-4) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn DRH Licensing & Managing u Merck.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

DRH Licensing & Managing AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 52, 12.2.2018.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2018 – Asahi Intecc vs EUIPO – Celesio (Celeson)

(Kawża T-36/18) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali Celeson - Trade mark verbali internazzjonali preċedenti CELESIO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))

(2019/C 25/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Asahi Intecc Co., Ltd (Nagoya, il-Ġappun) (rappreżentant: T. Schmidpeter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Rajh u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Celesio AG (Stuttgart, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Novembru 2017 (Każ R 1004/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Celesio u Asahi Intecc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Asahi Intecc Co., Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C ##, ##.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/42


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2018 – Bonnafous vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-646/18)

(2019/C 25/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Laurence Bonnafous (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Blot u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

Insostenn tar-rikors tiegħu għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2018 li tiċħad talba konfermatorja għal aċċess għal dokument (ir-Rapport tal-Awditur tal-2018 tar-Riżorsi Umani tal-Aġenzija Eżekuttiva “Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” bin-numru tar-reġistrazzjoni interna ARES(2018)361356 u bid-data tal-21 ta’ Jannar 2018), ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament Nru 1049/2001, tal-Artikolu 15(3) TFUE u tal-Artikolu 42 tal-Karta, minħabba l-fatt li l-Kummissjoni kisret l-obbligi li huma imposti fuqha b’applikazzjoni tad-dritt tal-pubbliku li jaċċedi għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet u tad-dmir ta’ trasparenza.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41 tal-Karta, jiġifieri l-obbligu ta’ motivazzjoni, billi l-analiżi żviluppata fid-deċiżjoni kkontestata rrikorriet għal dikjarazzjonijiet ġenerali u għal motivi espressi b’mod astratt.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, minħabba li l-Kummissjoni rrifjutat l-aċċess għad-dokument mitlub u billi invokat b’mod żbaljat il-preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/43


Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Ottubru 2018 – Armani vs EUIPO – Asunción (GIORGIO ARMANI le Sac 11)

(Kawża T-653/18)

(2019/C 25/56)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giorgio Armani SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: S. Martínez-Almeida y Alejos-Pita, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Felipe Domingo Asunción (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GIORGIO ARMANI le Sac 11 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 826 623

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2462/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata sabiex jiġi deċiż li l-appell ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell huwa fondat u, konsegwentement, li l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda u li l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi milqugħa, jew, alternattivament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż proċedurali u għall-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti ta’ appell quddiem il-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tar-regoli proċedurali applikabbli għall-proċedimenti quddiem l-EUIPO u b’mod partikolari tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikoli 18 u 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/44


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2018 – Armani vs EUIPO – Asunción (le Sac 11)

(Kawża T-654/18)

(2019/C 25/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giorgio Armani SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: S. Martínez-Almeida y Alejos-Pita, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Felipe Domingo Asunción (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea le Sac 11 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 612 593

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2464/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata sabiex tikkonstata li l-appell ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell huwa fondat u, konsegwentement, li l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda u li l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi aċċettata; jew, sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontesta;

tikkundanna lill-EUIPO u jekk ikun il-każ, lill-intervenjent, ibati l-ispejjeż tal-proċeduri u l-ispejjeż tal-appell sostnuti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tar-regoli proċedurali applikabbli għall-proċeduri quddiem l-EUIPO u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikoli 18 u 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/45


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2018 – Aupicon et vs SEAE

(Kawża T-655/18)

(2019/C 25/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Delphine Aupicon (Gaboron, il-Botswana) u għaxar rikorrenti oħra (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ADMIN(2017)26 tad-Direttur Ġenerali għall-Baġit u għall-Amministrazzjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, tad-19 ta’ Diċembru 2017, dwar id-determinazzjoni tal-pajjiżi li fihom il-kundizzjonijiet tal-għajxien huma meqjusa bħala ekwivalenti għall-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-Unjoni Ewropea, li ma jagħtux id-dritt għall-ħlas ta’ allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien imsemmija fl-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – sena finanzjarja 2018;

sa fejn ikun neċessarju, tannulla d-dikjarazzjoni tar-remunerazzjoni ta’ Jannar 2018 tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, peress li s-SEAE ma adottax dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.

It-tieni motiv ibbażat, minn naħa, fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li s-SEAE wettaq fl-analiżi tal-kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien u, min-naħa l-oħra, fuq l-assenza ta’ motivazzjoni rilevanti.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/46


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2018 – Hästens Sängar vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ disinn tal-kwadri)

(Kawża T-658/18)

(2019/C 25/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hästens Sängar AB (Köping, l-Isvezja) (rappreżentanti: M. Johansson u R. Wessman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ trade mark figurattiva bil-kuluri blu u abjad (Rappreżentazzjoni ta’ disinn tal-kwadri) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 340 047

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 442/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94 u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba li l-Bord tal-Appell ma għamilx eżaminazzjoni xierqa, u/jew naqas milli jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu dwar prodotti u servizzi varji li saret applikazzjoni għalihom;

Ksur tal-Artikolu 94, l-Artikolu 95 u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba li s-suġġett tat-trade mark ma huwiex disinn ripetut jew trade mark tridimensjonali;

Evalwazzjoni żbaljata tal-interess pubbliku rilevanti sottostanti li tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi l-Bord tal-Appell wettaq evalwazzjoni mhux korretta dwar il-karattru distintiv inerenti.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/46


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2018 – Securitec vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-661/18)

(2019/C 25/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Securitec (Livange, il-Lusemburgu) (rappreżentant: P. Peuvrel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors għal annullament formalment ammissibbli;

sostantivament, tiddikjara ġġustifikat ir-rikors għal annullament;

għalhekk, tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda kkontestata tas-7 ta’ Settembru 2018;

tannulla wkoll id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2018;

tagħmel kull tali ordni sussegwenti skont kif neċessarju;

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż u ħlasijiet oħra sostnuti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jivvizzja, minn naħa, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Settembru 2018 li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti taħt is-sejħa għal offerta Nru HR/R1/PR/2017/059 intitolata “Manutenzjoni tal-installazzjonijiet ta’ sigurtà fil-binjiet okkupati u/jew immaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea fil-Belġju u fil-Lussemburgu” (ĠU 2018/S 209-476275) u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Settembru 2018 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-preċiżjonijiet li hija talbet dwar l-imsemmija sejħa għal offerti. Fil-fatt, id-deċiżjoni li tiġi miċħuda s-sejħa għal offerti sottomessa mir-rikorrenti sempliċement tafferma li l-offerta ma kinitx tipproponi l-orħos prezz, filwaqt li l-kriterju tal-prezz ma kienx l-unika kriterju previst mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. In-nuqqas ta’ motivazzjoni huwa ekwivalenti għal nuqqas ta’ motivazzjoni, u dan għandu jiġi ssanzjonat bl-annullament tad-deċiżjoni.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tqis li l-kriterju tal-orħos prezz ma kienx l-unika kriterju li ttieħed inkunsiderazzjoni u li, barra minn hekk, l-offerta magħżula kellha tkun regolari u konformi. Skont ir-rikorrenti, l-awtorità kontraenti ma kellhiex iċ-ċertifikazzjoni NEDAP li madankollu kien rekwiżit impost mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. Għaldaqstant, l-għoti tal-kuntratt lil din il-kumpannija kien illegali, u d-deċiżjonijiet ikkontestati għandhom jiġu annullati.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, li jivvizzjaw id-deċiżjonijiet ikkontestati, fid-dawl b’mod partikolari tar-rekwiżit sproporzjonat ta’ dħul mill-bejgħ minimu ta’ EUR 900 000 għall-impriżi li għamlu offerta għal-Lott Nru 4 fil-Lussemburgu, u tan-nuqqas tal-Kummissjoni li tirrispondi għad-domani magħmula fl-ittra tar-rikorrenti tat-28 ta’ Ġunju 2018.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/47


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2018 – Nissin Foods Holdings vs EUIPO – The GB Foods (Soba JAPANESE FRIED NOODLES)

(Kawża T-663/18)

(2019/C 25/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nissin Foods Holdings Co. Ltd (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, G. Messenger, Barrister, K. Gilbert u G. Lodge, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The GB Foods, SA (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Soba JAPANESE FRIED NOODLES bil-kuluri aħmar, iswed, griż u abjad – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 377 904

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 111/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għal dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/48


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2018 – 6Minutes Media vs EUIPO – ad pepper media International (ad pepper)

(Kawża T-666/18)

(2019/C 25/62)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: 6Minutes Media GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Koch u T. Hilser, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ad pepper media International NV (Nürnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “ad pepper” – Trade mark tal-Unjoni Nru 1 307 966

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 839/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut, u f’każ li tintervjeni, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) flimkien mal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/49


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2018 – 6Minutes Media vs EUIPO – ad pepper media International (ADPepper)

(Kawża T-668/18)

(2019/C 25/63)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: 6Minutes Media GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Koch u T. Hilser, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ad pepper media International NV (Nürnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “ADPepper” – Trade mark tal-Unjoni Nru 1 109 990

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 840/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut, u f’każ li tintervjeni, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) flimkien mal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/50


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2018 – Neoperl vs EUIPO (rappreżantazzjoni ta’ erba’ toqob mimlija f’immaġni ta’ toqba normali)

(Kawża T-669/18)

(2019/C 25/64)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Neoperl AG (Reinach, l-Isvizzera) (rappreżentant: H. Börjes-Pestalozza, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark ta’ pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea (rappreżantazzjoni ta’ erba’ toqob mimlija f’immaġni ta’ toqba normali) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 259 665

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 2059/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/50


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2018 – Pyke vs EUIPO – Paglieri (CLIOMAKEUP)

(Kawża T-672/18)

(2019/C 25/65)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Pyke Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: P. Roncaglia, F. Rossi, N. Parrotta u R. Perotti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paglieri SpA (Alessandria, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CLIOMAKEUP – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 698 446

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2675/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-Paglieri għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/51


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2018 – Vattenfall Europe Nuclear Energy vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-674/18)

(2019/C 25/66)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vattenfall Europe Nuclear Energy GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Karpenstein u R. Sangi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-ittra tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ Lulju 2018 fil-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat SA.51169 (2018/PN) – 16 Atomgesetz-Änderungsgesetz (16. AtG-Novelle) (is-16-il Liġi li temenda l-Liġi tal-Enerġija Nukleari);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.

1.

Ksur tal-Artikolu 107 TFUE (flimkien mal-Artikolu 108(3) TFUE)

Ir-rikorrenti ssostni li l-ittra kkontestata tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 108(3) TFUE peress li – sa fejn hija intiża li tkun vinkolanti – hija teżenta liġi nazzjonali kumpensatorja mill-obbligu ta’ notifika ta’ għajnuna mill-Istat, minkejja l-fatt li tali liġi tiffavorixxi b’mod selettiv, permezz ta’ riżorsi tal-Istat, kompetitur tar-rikorrenti li, skont sentenza tal-Bundesverfassungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali), ma kellu ebda dritt għal kumpens.

2.

Ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (1)

Ir-rikorrenti ssostni li, fis-sitwazzjoni fejn Stat Membru jqis li miżura adottata minnu ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, ir-Regolament Nru 2015/1589 jipprevedi deċiżjoni formali skont l-Artikolu 288 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni, wara eżami preliminari, li l-miżura nnotifikata ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. L-ittra kkontestata tikser tali dispożizzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9)


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/52


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2018 – Trifolio-M et vs EFSA

(Kawża T-675/18)

(2019/C 25/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trifolio-M GmbH (Lahnau, il-Ġermanja), Oxon Italia SpA (Milan, l-Italja) u Mitsui AgriScience International (Woluwe-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Mereu u S. Englebert, avukati)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-EFSA tal-11 ta’ Settembru 2018 dwar l-evalwazzjoni tat-talbiet għat-trattament kunfidenzjali tar-rikorrenti fir-rigward tal-konklużjoni ta’ rieżami bejn il-pari tal-evalwazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva Azadirachtin;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. (1)

Ir-rikorrenti jargumentaw li l-konvenuta interpretat b’mod żbaljat x’jammonta għal informazzjoni li tinvolvi sigrieti industrijali u kummerċjali li timmerita trattament kunfidenzjali, u applikat b’mod ħażin l-Artikolu 63 tar-Regolament Nru 1107/2009 ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tat-talbiet għat-trattament kunfidenzjali tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea sa fejn il-konvenuta naqset milli tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha, milli tikkonforma mal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni u milli tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009, L 309, p. 1).


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/53


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2018 – Società agricola Giusti Dal Col vs EUIPO – DMC (GIUSTI WINE)

(Kawża T-678/18)

(2019/C 25/68)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società agricola Giusti Dal Col Srl (Nervesa della Battaglia, l-Italja) (rappreżentanti: M. Pizzigati u A. Mayr, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DMC Srl (San Vendemiano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali tal-Unjoni GIUSTI WINE

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 1154/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/53


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2018 – Showroom vs EUIPO – E-Gab (SHOWROOM)

(Kawża T-679/18)

(2019/C 25/69)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Showroom sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Janicka – Kapłon, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: E-Gab NV (Ternat, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali / il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “SHOWROOM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 110 376

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 1834/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil E-GAB (jekk din tal-aħħar tiddeċiedi li tintervjeni fil-proċedura) għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/54


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2018 – SLL Service vs EUIPO – Elfa International (LUMIN8)

(Kawża T-680/18)

(2019/C 25/70)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SLL Service GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Schmitt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elfa International AB (Västervik, l-Isvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark LUMIN8 – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 276 543

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2752/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 207/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/55


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2018 – “Korporaciya “Masternet” vs EUIPO – Stayer Ibérica (STAYER)

(Kawża T-681/18)

(2019/C 25/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZAO “Korporaciya “Masternet” (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: N. Bürglen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Stayer Ibérica, SA (Pinto, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: Il-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva STAYER – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 675 881

Proċedura quddiem l-EUIPO: proċedura ta’ annullament

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 1940/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/55


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2018 – Twitter vs EUIPO – Hachette Filipacchi Presse (PERISCOPE)

(Kawża T-682/18)

(2019/C 25/72)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Twitter, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: I. Fowler, Solicitor u J. Schmitt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hachette Filipacchi Presse SA (Levallois Perret, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “PERISCOPE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 837 794

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 2315/2016-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn hija kkonkludiet li (a) it-trade mark Franċiża preċedenti Nru 3 366 460 kienet ġiet użata b’mod ġenwin għal “software u programmi tal-kompjuter” fil-Klassi 9 u (b) hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41, 42 u 45;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell iħallsu l-ispejjeż jekk din tal-aħħar tintervjeni f’din il-proċedura.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/56


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2018 – Conte vs EUIPO (CANNABIS STORE AMSTERDAM)

(Kawża T-683/18)

(2019/C 25/73)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Santa Conte (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: C. Demichelis, E. Ortaglio u G. Iorio Fiorelli, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CANNABIS STORE AMSTERDAM bil-kuluri iswed, aħdar taż-żebbuġa, aħdar ċar u abjad – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 176 968

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2181/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem l-eżaminatur u t-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71(1), moqri flimkien mal-Artikolu 95(1), tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Nuqqas ta’ evalwazzjoni ta’ fatt rilevanti għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata;

Nuqqas ta’ imparzjalità u ta’ attenzjoni fl-evalwazzjoni tas-sinjifikat tat-trade mark ikkontestata u tal-perċezzjoni ta’ din it-trade mark mill-pubbliku rilevanti;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(f), moqri flimkien mal-Artikolu 7(2), tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Identifikazzjoni żbaljata tal-pubbliku rilevanti u tal-perċezzjoni tat-trade mark ikkontestata;

Assenza ta’ ksur tal-ordni pubbliku.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/57


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2018 – Apple vs EUIPO – Society for Worldwide Interbank Financial Telecommunication (SWIFT)

(Kawża T-685/18)

(2019/C 25/74)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Olsen u P. Andreottola, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Society for Worldwide Interbank Financial Telecommunication SCRL (La Hulpe, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SWIFT – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 370 861

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 476/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-appell tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/58


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2018 – LegalCareers vs EUIPO (LEGALCAREERS)

(Kawża T-686/18)

(2019/C 25/75)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: LegalCareers GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Nielen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “LEGALCAREERS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 978 594

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 234/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/59


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2018 – Pilatus Bank vs BĊE

(Kawża T-687/18)

(2019/C 25/76)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pilatus Bank plc (Ta’ Xbiex, Malta) (rappreżentanti: O. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)

Konvenut: Il-BĊE

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet tal-BĊE tal-10 ta’ Settembru 2018 li kwalunkwe komunikazzjoni ta’ Pilatus Bank plc lill-BĊE għandha ssir permezz tal-“Persuna Kompetenti” jew għandha tinkludi l-approvazzjoni tal-“Persuna Kompetenti” bħala anness;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-BĊE hija nieqsa minn kwalunkwe bażi legali fid-dritt nazzjonali jew Ewropew.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE kiser drittijiet sostantivi u proċedurali tar-rikorrenti skont ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-istat tad-dritt, b’mod partikolari d-dritt ta’ aċċess għall-fajl, id-dritt li tirrikorri għal rimedji ġudizzjarji, id-dritt li tkun irrappreżentata minn rappreżentant legali estern u d-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet mar-rappreżentant legali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE kiser id-dritt tar-rikorrenti għal rimedju effettiv.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u ċertezza legali.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE wettaq détournement de pouvoir (użu ħażin ta’ poter).

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE kiser ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni xierqa ta’ deċiżjoni.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE kiser id-dritt għal smigħ tar-rikorrenti.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ nemo auditur.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/59


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2018 – Exploitatiemaatschappij De Berghaaf vs EUIPO – Brigade Electronics Group (CORNEREYE)

(Kawża T-688/18)

(2019/C 25/77)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Exploitatiemaatschappij De Berghaaf BV (Barneveld, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Pansch, S. Klopschinski u M. von Rospatt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brigade Electronics Group plc (Kent, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “CORNEREYE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 175 284

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 1966/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/60


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2018 – Executive Selling vs EUIPO (EXECUTIVE SELLING)

(Kawża T-689/18)

(2019/C 25/78)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Executive Selling (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: V. Bouchara u A. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea tas-sinjal figurattiv EXECUTIVE SELLING – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 343 783

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 313/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni globalment ma hijiex deskrittiva ta’ karatteristika tas-servizzi kkonċernati. L-analiżi adottata mill-EUIPO tmur kontra t-termini tat-testi u l-ġurisprudenza applikabbli u s-sinjal ippreżentat huwa perfettament distintiv u għalhekk jista’ jissodisfa l-funzjoni essenzjali ta’ trade mark.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/61


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2018 – Werner vs EUIPO – Merck (fLORAMED)

(Kawża T-695/18)

(2019/C 25/79)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Stefan Werner (Baldham, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Büttner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni fLORAMED – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 336 639

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 197/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-24 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark għall-prodotti kollha li għalihom saret l-applikazzjoni u li tilqa’ l-oppożizzjoni tal-parti opponenti tas-7 ta’ Ottubru 2016.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/61


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2018 – Aldi vs EUIPO – Titlbach (ALTISPORT)

(Kawża T-697/18)

(2019/C 25/80)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u M. Minkner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aleš Titlbach (Meziboří, ir-Repubblika Ċeka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark ALTISPORT li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 226 617 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 2683/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/62


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2018 – Kalypso Media Group vs EUIPO – Wizards of the Coast (DUNGEONS)

(Kawża T-700/18)

(2019/C 25/81)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kalypso Media Group GmbH (Worms, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Boddien, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wizards of the Coast LLC (Pawtucket, Rhode Island, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “DUNGEONS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 271 838

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 599/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.