ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 461

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
21 ta' Diċembru 2018


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-131 Sessjoni Plenarja tal-KtR u Sessjoni tal-Ftuħ tal-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, 8.10.2018–10.10.2018

2018/C 461/01

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-politiki ekonomiċi għaż-żona tal-euro u fid-dawl tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019

1

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-131 Sessjoni Plenarja tal-KtR u Sessjoni tal-Ftuħ tal-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, 8.10.2018–10.10.2018

2018/C 461/02

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Nirriflettu dwar l-Ewropa: leħen l-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea

5

2018/C 461/03

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Ħolqien ta’ Awtorità Ewropea tax-Xogħol

16

2018/C 461/04

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-kontribut tal-bliet u r-reġjuni tal-UE għall-KDB COP14 u l-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE wara l-2020

24

2018/C 461/05

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Komunikazzjoni dwar Strateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari

30

2018/C 461/06

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-integrazzjoni tal-isport fl-aġenda tal-UE wara l-2020

37

2018/C 461/07

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pakkett dwar it-tassazzjoni ġusta

43

2018/C 461/08

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali

52

2018/C 461/09

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Nibnu Ewropa iktar b’saħħitha: ir-rwol tal-politiki taż-żgħażagħ, tal-edukazzjoni u tal-kultura

57


 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Il-131 Sessjoni Plenarja tal-KtR u Sessjoni tal-Ftuħ tal-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, 8.10.2018–10.10.2018

2018/C 461/10

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Pakkett tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2021–2027

70

2018/C 461/11

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Orizzont Ewropa: id-disa’ Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

79

2018/C 461/12

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposta għal Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

125

2018/C 461/13

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil

147

2018/C 461/14

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposta għal Regolament li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013

156

2018/C 461/15

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

173

2018/C 461/16

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Drittijiet u Valuri

196

2018/C 461/17

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposta għal Direttiva dwar il-plastik li jintuża darba biss

210

2018/C 461/18

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Portijiet Nodfa, Ibħra Nodfa — il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti

220

2018/C 461/19

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-valutazzjoni tar-riskju fil-katina alimentari

225

2018/C 461/20

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Patt Ġdid għall-Konsumaturi

232


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-131 Sessjoni Plenarja tal-KtR u Sessjoni tal-Ftuħ tal-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, 8.10.2018–10.10.2018

21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/1


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-politiki ekonomiċi għaż-żona tal-euro u fid-dawl tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019

(2018/C 461/01)

Imressaq mill-gruppi politiċi tal-PPE, il-PSE, l-ALDE, l-AE u l-KRE

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2018 (SAT) (1) u s-Semestru Ewropew tal-2018;

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Ottubru 2017 dwar is-Semestru Ewropew 2017, fid-dawl tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018 (SAT), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Frar 2018 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-tkabbir 2018 tal-Kummissjoni Ewropea;

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2017 dwar il-politiki ekonomiċi taż-żona tal-euro (2) u tal-14 ta’ Marzu 2018 dwar is-SAT 2018;

1.

jieħu nota tar-ritmu kajman u mhux ugwali fil-livell globali tar-riformi strutturali rilevanti għall-UE madwar l-UE, kif imkejjel mir-rata ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Pajjiżi (CSRs) (3); jenfasizza li r-riformi huma meħtieġa fl-Istati Membri kollha sabiex jitrawmu l-kompetittività u t-tkabbir u jiżdiedu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-konverġenza ekonomika, kif ukoll ir-reżiljenza għax-xokkijiet esterni, li hija kruċjali għall-istabbiltà taż-żona tal-euro; jenfasizza li b’mod partikolari n-nuqqas ta’ sjieda fil-livell tal-pajjiż u sa ċertu punt l-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali insuffiċjenti ġeneralment jitqiesu bħala l-fatturi ewlenin li jikkontribwixxu għar-rekord ta’ implimentazzjoni mhux sodisfaċenti tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Pajjiżi (CSRs) (4);

2.

jinnota ż-żieda qawwija fl-għadd ta’ CSRs indirizzati direttament lill-awtoritajiet lokali u reġjonali (LRAs) (36 % fl-2018, meta mqabbla ma’ 24 % fl-2017) (5); jinnota wkoll li, meta jitqiesu dawk is-CSRs li jinvolvu lil-LRAs, anke jekk indirettament, u dawk li ma jinvolvux lil-LRAs iżda li għandhom impatt territorjali, ir-rakkomandazzjonijiet relatati mat-territorju jammontaw għal 83 % tas-CSRs kollha (meta mqabbla ma’ 76 % fl-2017);

3.

jieħu nota li 48 % tal-124 rakkomandazzjoni speċifika indirizzati fl-2018 lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u/jew li joħolqu sfidi relatati mad-diskrepanzi territorjali, jirrepetu dak li diġà ġie pubblikat fl-2015; jilqa’ għalhekk il-valutazzjoni pluriennali tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Pajjiżi, li turi li aktar minn żewġ terzi tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Pajjiżi li nħarġu minn mindu beda s-Semestru Ewropew fl-2011, mill-inqas ġew implimentati bi “ftit progress” (6); jiddispjaċih madankollu għan-nuqqas persistenti ta’ trasparenza fir-rigward tal-kriterji li fuqhom hija bbażata l-valutazzjoni;

4.

jenfasizza li s-Semestru Ewropew jeħtieġ li jiġi allinjat ma’ strateġija fit-tul tal-UE li tittrasforma l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli fil-livell tal-UE. It-tranżizzjoni lejn qafas strateġiku Ewropew ġdid b’segwitu għall-Istrateġija Ewropa 2020 hija l-mument xieraq għar-riforma tal-governanza tas-Semestru Ewropew;

5.

jinsisti bil-qawwa li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Pajjiżi għandhom jindirizzaw b’mod espliċitu l-isfidi territorjali u r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jidentifikawhom u jimplimentawhom, filwaqt li l-isfidi relatati mat-territorju u x-xenarji futuri għandhom jiġu analizzati u indirizzati b’mod espliċitu fis-SAT u fir-Rapporti tal-Pajjiżi u jiġu riflessi fil-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali;

6.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li s-Semestru Ewropew ikun koerenti bis-sħiħ mal-objettiv ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali stabbilit fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u jissuġġerixxi li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Pajjiżi għandhom jindirizzaw l-isfidi ta’ koeżjoni pluriennali tal-Istati Membri;

7.

jilqa’ l-enfasi tas-Semestru Ewropew fuq il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u jissottolinja li 45 % tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Pajjiżi għall-2018 jagħtu rwol lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u/jew joħolqu sfidi relatati mad-diskrepanzi territorjali fil-qasam tad-drittijiet soċjali (7);

8.

itenni li l-involviment tal-LRAs bħala msieħba fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tas-Semestru Ewropew, flimkien mal-adozzjoni ta’ arranġamenti ta’ governanza f’diversi livelli u rwol strutturat, li għadu għaddej u rikonoxxut b’mod espliċitu għal-LRAs, iżidu b’mod sostanzjali s-sjieda tas-CSRs fil-livell tal-pajjiż; jenfasizza li dan l-involviment huwa ħafna aktar importanti fil-kuntest ta’ rabtiet aktar stretti bejn il-politika ta’ koeżjoni u s-Semestru Ewropew taħt il-QFP 2021-2027 u tal-adozzjoni possibbli tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali, li jkun ġestit ukoll fi ħdan il-qafas tas-Semestru Ewropew;

9.

jirrimarka għalhekk il-ħtieġa qawwija sabiex jiġu żgurati koordinazzjoni u sinerġiji aħjar bejn il-proċess tas-Semestru Ewropew u l-approċċ ta’ ġestjoni kondiviża, u l-karattru deċentralizzat tal-Fondi SIE; itenni l-proposta tiegħu li l-UE tadotta Kodiċi ta’ Kondotta biex tinvolvi lil-LRAs fis-Semestru Ewropew (8), u jenfasizza li tali proposta hija konsistenti mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u mad-diviżjoni attwali tas-setgħat u l-kompetenzi fil-livelli kollha tal-gvern fi ħdan l-Istati Membri; jinnota li l-Kodiċi ta’ Kondotta għandu jqis l-esperjenza rilevanti tal-kodiċi ta’ kondotta Ewropew dwar is-sħubija fil-qafas tal-Fondi SEI tal-politika ta’ koeżjoni (9), kif ukoll prattiki tajba eżistenti li jinvolvu lil-LRAs b’mod estensiv fis-Semestru, f’xi pajjiżi;

10.

jilqa’ r-rakkomandazzjoni “b’saħħitha” tat-Task Force tal-UE dwar is-Sussidjarjetà “li l-Istati Membri għandhom isegwu l-gwida li tat il-Kummissjoni dwar l-inkoraġġiment ta’ parteċipazzjoni u sjieda akbar tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fid-dawl tal-fatt li […] ir-riformi ekonomiċi […] jista’ jkollhom implikazzjonijiet għal-livelli kollha ta’ governanza[…] Dan għandu jmur lil hinn mill-amministrazzjonijiet pubbliċi u jinkludi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lis-sħab soċjali, u lis-soċjetà ċivili b’mod ġenerali (10)” (traduzzjoni mhux uffiċjali);

11.

jiddispjaċih li l-Kummissjoni Ewropea għadha ma pprovdietx id-definizzjoni ta’ “riformi strutturali” fil-kuntest tal-governanza ekonomika tal-UE u appoġġ possibbli permezz tal-programmi tal-UE bħall-abbozz ta’ Programm ta’ Appoġġ għar-Riforma Strutturali. F’dan il-kuntest itenni li b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-ambitu tar-riformi strutturali li jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna tal-UE għandu jinkludi biss l-oqsma strateġiċi rilevanti għall-implimentazzjoni tal-għanijiet tat-Trattat u li huma relatati direttament mal-kompetenzi tal-UE. Il-KtR jirrifjuta kwalunkwe proposta għal finanzjament ta’ riformi strutturali mhux speċifikati fl-Istati Membri li ma saritilhom l-ebda valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew minn qabel u li mhumiex relatati direttament mal-kompetenzi tal-UE bbażati fuq it-Trattat. F’dan il-kuntest, il-KtR josserva r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Frar 2018 li tirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal regolament li jemenda r-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (UE) Nru 1303/2013 tas-6 ta’ Diċembru 2017 (11);

12.

jenfasizza li l-istat tal-finanzi lokali u reġjonali jistħoqqlu attenzjoni mġedda fil-livelli Ewropej u nazzjonali, u jilqa’ għalhekk it-talba tal-Presidenza Awstrijaka sabiex il-KtR jesplora s-suġġett; ifakkar li l-baġits tal-LRAs, inklużi l-infiq u l-benessri soċjali b’mod partikolari, kienu fost l-ewwel li ġew affettwati mill-kriżi finanzjarja u ekonomika, u mill-konsolidazzjonijiet u t-tnaqqis baġitarji li rriżultaw fit-trasferimenti mill-gvern ċentrali; jinnota li filwaqt li l-kriżi seħħet deċennju ilu, bosta finanzi tal-LRAs għadhom ristretti;

13.

itenni t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-livell baxx persistenti ta’ investiment pubbliku fl-UE, u b’mod partikolari l-investiment mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, li fl-2017 kien għadu aktar minn 30 % inqas mil-livell tiegħu tal-2009 espress bħala sehem mill-PDG (12); jinnota b’dispjaċir, għalhekk, li l-investimenti pubbliċi spiss huma l-aktar affettwati mill-politiki ta’ konsolidazzjoni fiskali minkejja li tali investimenti għandhom impatt dirett fuq l-ekonomiji lokali u fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini; huwa mħasseb ukoll dwar iċ-ċentralizzazzjoni dejjem akbar tal-investimenti; is-sehem tal-investiment pubbliku li sar mill-awtoritajiet lokali u reġjonali – filwaqt li bħala medja għadu ogħla minn 50 % fl-UE – naqas b’mod evidenti meta mqabbel mal-livell ta’ 60 % li ntlaħaq fid-disgħinijiet (13);

14.

jilqa’ l-ambizzjoni tal-Kummissjoni biex tibni fuq l-esperjenza tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u l-Pjan ta’ Investiment b’mod aktar ġenerali bil-proposta tagħha għall-Programm InvestEU; jirrikonoxxi l-fatt li l-proposta għandha l-potenzjal li tissimplifika l-użu ta’ strumenti finanzjarji, talba li l-KtR kien ilu żmien twil jisħaq fuqha peress li l-kumplessità attwali hija ostakolu għal użu mifrux u effettiv;

15.

jiddispjaċih dwar it-tendenza lejn żieda fil-protezzjoniżmu fil-kummerċ internazzjonali u jwissi dwar il-konsegwenzi negattivi li jiġu pperikolati l-kooperazzjoni kummerċjali multilaterali u s-sistemi ta’ soluzzjoni tat-tilwim; itenni, madankollu, il-fehma tiegħu li qabel l-inizjattivi l-ġodda għall-kummerċ ħieles għandhom isiru valutazzjonijiet tal-impatt, li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni bikrija tal-impatti asimmetriċi possibbli fuq ir-reġjuni Ewropej u li jikkwantifikawhom, sabiex ikun hemm rispons aktar malajr ta’ politika pubblika;

16.

jenfasizza li l-politika kummerċjali hija kompetenza esklussiva tal-UE u li attwalment, il-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni (FEG) huwa wieħed mill-istrumenti li jnaqqas l-effetti sekondarji negattivi possibbli tal-għażliet tal-politika kummerċjali; jiddispjaċih dwar il-fatt li fil-passat, il-fondi disponibbli permezz tal-FEG ma ntużawx għalkollox u jinnota li preċedentement, xi Stati Membri għażlu li minflok jużaw l-FSE. F’opinjoni separata, il-KtR se janalizza fid-dettall jekk il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għat-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-missjoni tal-FEG, kif ukoll għat-tnaqqis tal-livelli limiti tiegħu, hijiex se tiggarantixxi li l-FEG riformat iġib valur miżjud u jevita trikkib u kompromessi mal-FSE+, kif inhu l-każ attwalment (14);

17.

itenni t-talba tiegħu sabiex tinħoloq strateġija ta’ politika industrijali tal-UE b’saħħitha u olistika, strateġija li se tippermetti lill-industrija Ewropea, b’mod partikolari l-SMEs, tindirizza l-isfidi u l-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni u tad-dekarbonizzazzjoni billi tingħata attenzjoni partikolari lill-investiment fit-titjib teknoloġiku tal-SMEs u l-ispeċjalizzazzjoni tal-ħaddiema permezz ta’ taħriġ tul il-ħajja; jenfasizza għal darb’oħra r-rwol kruċjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-bini ta’ ekosistemi u raggruppamenti ta’ innovazzjoni reġjonali li huma essenzjali għal innovazzjoni b’suċċess; jenfasizza li s-Suq Uniku Eworpew jinsab fil-qalba tal-integrazzjoni ekonomika u politika tal-UE u jirrimarka li l-ħolqien tas-Suq Uniku huwa proġett kontinwu u għadu mhux lest f’aspetti importanti, li b’mod partikolari jolqtu lill-konsumaturi u lill-SMEs; jilqa’ wkoll il-proposta tal-Kummissjoni għal Programm tas-Suq Uniku ġdid wara l-2020, li jipprovdi qafas għall-appoġġ ta’ miżuri li jtejbu l-kompetittività tal-SMEs Ewropej;

18.

jinnota li l-ħtieġa li tittejjeb il-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali tinsab fil-qalba tal-aktar riformi strutturati identifikati fi ħdan is-Semestru Ewropew; jenfasizza li prijoritajiet politiċi differenti huma waħda mir-raġunijiet ewlenin għall-implimentazzjoni mhux sodisfaċenti tar-riformi strutturali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew: f’xi pajjiżi dan ġie aggravat minħabba kapaċità amministrattiva u istituzzjonali insuffiċjenti fil-livelli differenti ta’ gvern li tfixkel l-investiment pubbliku u privat, tnaqqas il-kwalità tas-servizzi pubbliċi pprovduti liċ-ċittadini u tnaqqas ir-rata tal-implimentazzjoni tal-fondi SIE u ta’ programmi oħta tal-UE; jenfasizza li, fl-2018, 63 % tar-rakkomandazzjonijiet kollha indirizzati direttament lill-awtoritajiet lokali u reġjonali kienu jirrigwardaw it-titjib tal-kapaċità amministrattiva;

19.

jinnota li, għalkemm l-applikazzjonijiet li ġew sottomessi taħt il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) saru mill-maġġoranza tal-Istati Membri, l-isfida tal-kwalità u tal-kapaċità tal-amministrazzjoni pubblika hija aktar serja fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej tan-Nofsinhar u tal-Lvant (15); jilqa’ l-possibbiltà għal-LRAs biex ikollhom aċċess għall-SRSP u jitlob lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-bini ta’ kapaċità ta’ gvernijiet subnazzjonali; jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni biex issaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-oqsma differenti tal-bini tal-kapaċità ffinanzjati mill-UE, u jtenni li l-Kummissjoni għandha tagħmel dan b’mod trasparenti billi toħroġ dokument strateġiku uniku (16);

20.

jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ta’ kif ir-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku ġew trasposti fil-leġislazzjoni nazzjonali u kif dawn qed jiġu implimentati, billi tagħmel enfasi kemm fuq il-mod ta’ kif dawn jiġu implimentati fil-livell lokali u reġjonali – fid-dawl tal-importanza tal-awtoritajiet subnazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku – kif ukoll fuq l-estent sa fejn standards ġodda ssimplifikaw jew ikkumplikaw ir-regolamentazzjoni f’dan il-qasam; jinnota li jeħtieġ li jsir aktar progress fir-rigward tal-akkwist pubbliku diġitali u l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex iwettqu trasformazzjoni diġitali rapida u jintroduċu proċessi elettroniċi fl-istadji ewlenin kollha;

21.

jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill u lill-President tal-Kunsill Ewropew.

Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  COM (2017) 690 final.

(2)  http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2017-0418+0+DOC+XML+V0//MT

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-CSRs 2018, p. 3, (https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/2018-european-semester-country-specific-recommendation-commission-recommendation-communication-en.pdf); ara wkoll il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni Ewropea tal-proposta ta’ Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturalihttp://ec.europa.eu/transparency/regdoc/rep/10102/2018/EN/SWD-2018-310-F1-EN-MAIN-PART-1.PDF

(4)  Ara p. 23-26 tal-valutazzjoni tal-impatt imsemmija fin-nota f’qiegħ il-paġna preċedenti.

(5)  http://portal.cor.europa.eu/europe2020/Documents/publi-file/2018-Territorial-Analysis-of-CSRs/2018_CSRs_draft_final.pdf

(6)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-CSRs 2018, p. 3.

(7)  http://portal.cor.europa.eu/europe2020/Documents/publi-file/2018-Territorial-Analysis-of-CSRs/2018_CSRs_draft_final.pdf

(8)  Ara l-Opinjoni tal-KtR dwar “It-titjib tal-governanza tas-Semestru Ewropew: Kodiċi ta’ Kondotta għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali” tal-11 ta’ Mejju 2017.

(9)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Unjoni Ewropea dwar sħubija fil-qafas tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (Nru 240/2014).

(10)  https://ec.europa.eu/commission/files/report-task-force-subsidiarity-proportionality-and-doing-less-more-efficiently_en

(11)  COM (2017) 826 final.

(12)  Sors: Eurostathttp://ec.europa.eu/eurostat/tgm/refreshTableAction.do?tab=table&plugin=1&pcode=tec00022&language=en)

(13)  Kummissjoni Ewropea, is-Seba’ Rapport ta’ Koeżjoni (p. 168).

(14)  http://www.eca.europa.eu/lists/ecadocuments/SR13_07/SR13_07_EN.pdf

(15)  L-evidenza dwar dan hija miġbura fil-qosor f’p. 27 tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni Ewropea tal-proposta ta’ Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/rep/10102/2018/EN/SWD-2018-310-F1-EN-MAIN-PART-1.PDF

(16)  https://memportal.cor.europa.eu/Handlers/ViewDoc.ashx?doc=COR-2018-00502-00-00-AC-TRA-MT.docx


OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-131 Sessjoni Plenarja tal-KtR u Sessjoni tal-Ftuħ tal-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, 8.10.2018–10.10.2018

21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/5


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Nirriflettu dwar l-Ewropa: leħen l-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea

(2018/C 461/02)

Korelaturi:

Karl-Heinz LAMBERTZ (BE/PSE), President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Membru tal-Parlament tal-Komunità tal-lingwa Ġermaniża, Membru tas-Senat

Markku MARKKULA (FI/PPE), L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u Kunsillier tal-Belt ta’ Espoo

Dokument ta’ referenza:

Konsultazzjoni ta’ Donald TUSK, President tal-Kunsill Ewropew, fit-8 ta’ Novembru 2016, fejn talab lill-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) jagħti Opinjoni dwar “Nirriflettu dwar l-Ewropa: leħen l-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea”.

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Preambolu: il-kuntest tal-kontribut tar-rappreżentanti lokali u reġjonali biex tinbena mill-ġdid il-fiduċja

1.

Fid-dawl tal-Istqarrija tal-Missjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), fi Brussell, fil-21 t’ April 2009: “Aħna assemblea politika msawra minn persuni eletti fil-livell reġjonali u lokali li naħdmu għall-integrazzjoni Ewropea. B’konformità mal-leġittimità politika tagħna, aħna nirrappreżentaw it-territorji, ir-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet kollha tal-Unjoni Ewropea fil-livell istituzzjonali. Il-missjoni tagħna hija li ninvolvu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-proċess Ewropew tat-teħid tad-deċiżjonijiet u b’hekk inħeġġu parteċipazzjoni akbar min-naħa taċ-ċittadini (…) Aħna nissorveljaw biex jiġi żgurat li l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità jiġu osservati sabiex id-deċiżjonijiet jittieħdu u jiġu applikati kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadini u fl-aktar livell adatt (…) Niddjalogaw b’mod dirett maċ-ċittadini tagħna dwar dak li kisbet l-Ewropa u dwar l-isfidi tal-ġejjieni u nagħtu l-kontribut tagħna billi nispjegaw u nfissru l-implimentazzjoni u l-impatt territorjali tal-politiki Komunitarji”;

2.

Fid-dawl tal-ħames prijoritajiet politiċi tal-KtR 2015-2020 (“Bidu ġdid għall-ekonomija Ewropea”, “Id-dimensjoni territorjali ta’ kwistjonijiet ta’ leġislazzjoni tal-UE”, “Ewropa aktar faċli u aktar konnessa”, “Stabbiltà u kooperazzjoni ġewwa u barra l-Unjoni Ewropea”, “L-Ewropa taċ-ċittadini hija l-Ewropa tal-ġejjieni”);

3.

Wara li kkunsidra l-konsultazzjoni tal-President tal-Kunsill Ewropew fit-8 ta’ Novembru 2016 fejn talab lill-KtR jabbozza opinjoni li tippreżenta il-perċezzjonijiet u l-proposti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar il-futur tal-Ewropa sabiex jgħinu biex terġa’ tinbena l-fiduċja fil-proġett Ewropew (1);

4.

Wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa – Riflessjonijiet u Xenarji għall-UE27 sal-2025 tat-1 ta’ Marzu 2017 u l-Ħames Dokumenti ta’ Riflessjoni sussegwenti;

5.

Wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Ruma, iffirmata fil-21 ta’ Marzu 2017, li fiha l-firmatarji jiddikjaraw li jwiegħdu li ser jisimgħu u jwieġbu l-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini tagħhom u li ser jaħdmu flimkien f’livell li jwassal għal differenza reali, kemm jekk ikun fil-livell tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll f’dak nazzjonali, reġjonali, u lokali u fi spirtu ta’ fiduċja u kooperazzjoni leali, kemm fost l-Istati Membri kif ukoll bejnhom u l-istituzzjonijiet tal-UE, f’konformità mal-prinċipju tas-solidarjetà; Huma ser iħallu l-ispazju meħtieġ għal manuvrar fid-diversi livelli sabiex isaħħu l-potenzjal tal-Ewropa għall-innovazzjoni u t-tkabbir. Irridu li l-Unjoni tkun influwenti fuq kwistjonijiet kbar u inqas fuq kwistjonijiet żgħar. Ser jippromovu proċess demokratiku, effettiv u trasparenti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u twettiq aħjar;

6.

Wara li kkunsidra l-ittra ta’ intenzjoni tal-President tal-Kummissjoni tal-UE (2) li jfittex li jissokta bid-diskussjoni tal-White Paper dwar il-futur tal-Ewropa sal-elezzjonijiet ta’ Ġunju 2019 permezz ta’ dibattiti, Djalogi taċ-Ċittadini, interazzjoni mal-Parlamenti nazzjonali u ħidma mar-reġjuni;

7.

Wara li kkunsidra r-rapport “Reaching out to EU citizens: a new opportunity” (3) li jiddikjara li r-reġjuni jaqdu wkoll rwol dejjem akbar fir-riflessjoni dwar il-governanza fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha. Flimkien mal-bażi soċjoekonomika soda u l-identità kulturali komuni tagħhom, dawn jikkostitwixxu l-livell adegwat għall-orjentazzjonijiet politiċi u t-twettiq korrett tagħhom f’għadd ta’ oqsma politiċi, peress li huma aġenti u intermedjarji importanti sabiex jintlaħqu ċ-ċittadini”; u għar-“Rapport tal-2017 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE” (4), fejn ġie rikonoxxut li huwa kruċjali li jissaħħaħ is-sens ta’ sjieda u parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proġett ta’ integrazzjoni;

8.

Wara li kkunsidra it-tliet riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea (5);

9.

Wara li kkunsidra t-tnedija ta’ “konsultazzjonijiet taċ-ċittadini” fl-Istati Membri tal-UE ta’ April 2018.

Fehim u rappurtar dwar il-perċezzjonijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini u r-rappreżentanti lokali u reġjonali dwar l-UE tagħhom

(a)   Ir-rappreżentanti lokali u reġjonali qed jaħdmu biex il-leħen taċ-ċittadini jiġi mismugħ

10.

Jenfasizza li fl-inizjattiva mnedija f’Marzu 2016 dwar “Nirriflettu dwar l-Ewropa”, qed jaħdem biex jibni mill-ġdid il-fiduċja bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha permezz ta’ djalogi taċ-ċittadini fil-bliet tagħhom u laqgħat mal-assoċjazzjonijiet u l-assemblei tal-politiċi lokali u reġjonali kif ukoll ma’ għadd ta’ movimenti lokali (6) u assoċjazzjonijiet territorjali nazzjonali u Ewropej bil-għan li jisma’ u jirrapporta lura l-fehmiet, l-ideat u t-tħassib tan-nies dwar il-proġett Ewropew;

11.

Jinnota li, s’issa, aktar minn 176 rappreżentant politiku tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni kienu involuti fil-proċess billi taw bidu u pparteċipaw fi Djalogi maċ-Ċittadini bħala parti mill-eżerċizzju dwar “Nirriflettu dwar l-Ewropa”. Aktar minn 40 000 parteċipant ħadu sehem personalment jew b’mod diġitali f’dawn l-avvenimenti f’110 reġjun madwar l-Istati Membri kollha. Aktar minn 22 000 ċittadin tal-UE ħadu sehem permezz ta’ stħarriġ onlajn u applikazzjoni mobbli bħala mekkaniżmu ta’ feedback li jippermetti lill-parteċipanti fid-djalogi u liċ-ċittadini biex jikkontribwixxu għad-diskussjoni mill-bogħod wkoll;

12.

Jenfasizza li r-rappreżentanti eletti mill-Gruppi Politiċi kollha tal-KtR qed jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet u, kull fejn possibbli qed jaqsmu l-pjattaformi ma’ rappreżentanti mill-Kunsill Ewropew, membri tal-parlamenti nazzjonali, membri tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew; jisħaq li hija meħtieġa aktar koordinazzjoni sabiex tittejjeb il-viżibbiltà u l-impatt ta’ attivitajiet ta’ kuntatt tal-istituzzjonijiet u l-Istati Membri kollha;

13.

Jenfasizza ir-riżultati tal-istħarriġ ikkummissjonat mill-KtR fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali, inklużi l-membri u s-sostituti tal-KtR, u l-assoċjazzjonijiet tagħhom (7);

14.

Jinnota li fil-maġġoranza tad-djalogi, in-nies jaraw il-kwistjonijiet mill-perspettiva ta’ dak li jiġri fir-reġjun, il-belt jew iż-żona lokali tagħhom; f’dan il-kuntest, jinnota li l-politikanti tal-UE mir-reġjuni u l-bliet huma għalhekk dawk li jiltaqgħu l-ewwel mat-tħassib u l-istennijiet taċ-ċittadini.

(b)   X’qalulna ċ-ċittadini: iridu proġett tal-UE li jibni fuq is-solidarjetà, il-koeżjoni u l-prossimità

15.

Jenfasizza li t-tħassib ewlieni espress fi djalogi taċ-ċittadini tal-KtR (8) huwa dwar l-implimentazzjoni bil-mod ta’ soluzzjonijiet speċjalment fil-qasam tal-qgħad, il-migrazzjoni u s-sitwazzjoni soċjoekonomika ġenerali;

16.

F’dan il-kuntest, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ħafna ċittadini urew xewqa għal aktar solidarjetà fl-UE; din hija sejħa qawwija għal azzjoni biex tnaqqas l-inugwaljanzi eżistenti u li f’ħafna każijiet qed jikbru f’oqsma differenti, prinċipalment bir-rinfurzar tal-koeżjoni u s-solidarjetà bejn u fi ħdan l-Istati Membru u r-reġjuni; biex din l-aspettattiva ġenerali tintlaħaq jaf ikunu meħtieġa l-orjentazzjoni u l-ibbilanċjar mill-ġdid ta’ numru ta’ politiki fl-Unjoni Ewropea;

17.

Jirrimarka l-frustrazzjoni dwar l-UE, peress li l-Unjoni hija spiss meqjusa bħala mbiegħda wisq u mhux affidabbli. Fl-istess waqt ħafna nies għadhom iħossuhom li ma jafux x’inhi l-UE u x’qiegħda tagħmel. Dan qed iwassal għal distakk sinifikanti bejn l-aspettattivi tan-nies u l-abbiltà tal-UE li twassal ir-riżultati. Hemm nuqqas ta’ tanġibbiltà ta’ benefiċċju fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet lokali, anke minħabba komunikazzjoni dgħajfa, kif ukoll minħabba narrattivi u vokabularju qarrieqa li jintużaw meta jiġu indirizzati ċ-ċittadini kif ukoll minħabba l-involviment fqir fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

18.

Josserva li l-istħarriġ tal-Ewrobarometru (9) juri li aktar minn żewġ terzi ta’ dawk li wieġbu huma konvinti li pajjiżhom ibbenefika mis-sħubija bħala membru tal-UE;

19.

Ifakkar, f’dan ir-rigward, li l-Istati Membri għandhom responsabbiltà kondiviża sabiex isibu soluzzjonijiet fil-livell Ewropew biex jiżguraw li l-UE jkollha l-kapaċità li taġixxi fir-rigward tal-aġendi ewlenin, fejn tista’ tipprovdi valur miżjud reali. Fl-istess ħin, jeħtieġ li jimplimentaw ir-riformi nazzjonali meħtieġa, inkluż finanzjament adegwat, sabiex jiżguraw amministrazzjoni lokali u reġjonali li tiffunzjona tajjeb, fejn iċ-ċittadini jistgħu jaraw li l-problemi qegħdin jiġu indirizzati;

20.

Jenfasizza l-fatt li f’ħafna dibattiti lokali u anke skont ir-riżultati tal-istħarriġ, il-ġenerazzjoni ta’ dawk li għandhom inqas minn 30 sena hija dik l-aktar entużjasta dwar l-UE, u li tagħti importanza kbira lil-libertà ta’ moviment u l-opportunitajiet edukattivi offruti mill-UE; huwa konxju wkoll, madankollu, li din hi l-ġenerazzjoni li ntlaqtet l-aktar f’ħafna pajjiżi mill-effetti dejjiema tal-kriżi ekonomika u mill-qgħad fost iż-żgħażagħ u li tikkritika ħafna r-rwol tal-Unjoni Ewropew f’dan il-kuntest; jinsisti għalhekk li l-politiki tal-UE jeħtieġ jiġu orjentati ħafna aktar bil-qawwi lejn il-futur u jeħtieġ li din l-orjentazzjoni tiġi integrata fis-sistema tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, b’azzjoni konkreta u b’aktar riżorsi ddedikati biex jiġu indirizzati l-problemi speċifiċi taż-żgħażagħ;

21.

Jenfasizza li t-tħassib taċ-ċittadini li dawn ma jitqisux biżżejjed matul il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet spiss iwassal għal forom differenti ta’ nuqqas ta’ fiduċja fl-istituzzjonijiet demokratiċi, inklużi dawk tal-UE;

22.

Jenfasizza li l-fiduċja fil-livelli lokali u reġjonali ta’ governanza bħala medja hija akbar mill-fiduċja fil-gvernijiet nazzjonali, u f’ħafna Stati Membri hija akbar ukoll mill-fiduċja fl-UE;

23.

Sabiex terġa’ tinbena l-fiduċja fl-UE, jenfasizza l-importanza li jiġi ċċarat għaċ-ċittadini min fl-aħħar mill-aħħar huwa responsabbli għad-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE u għalhekk jappella biex tiġi msaħħa r-responsabbiltà demokratika;

24.

Ifakkar li l-integrazzjoni Ewropea hija proġett li jagħti espressjoni politika lil sett ta’ valuri u drittijiet universali iżda li ħafna ċittadini huma diżappuntati b’dak li jqisu bħala n-nuqqas ta’ kapaċità tal-UE li tonora u tiddefendi l-valuri tagħha stess; jirrikonoxxi li hija ta’ importanza kruċjali li jerġgħu jiġu kkonfermati b’mod kontinwu l-valuri komuni taċ-ċittadini tal-EU li huma indispensabbli bħala l-pedament tal-fiduċja reċiproka u l-kompromess;

25.

Iqis li hemm potenzjal sinifikanti għall-iżvilupp ta’ “identità Ewropea ċivika” fost iċ-ċittadini tal-UE bi drittijiet u obbligi importanti li jaffettwaw il-ħajja ta’ kuljum tagħhom; din l-identità, li hija bbażata fuq il-wirt rikk storiku u kulturali Ewropew, tkun importanti biex jiżdied is-sens ta’ appartenenza li ċ-ċittadini individwali jkollhom għall-“proġett Ewropew”, u jeħtieġ tikkumplementa u tarrikkixxi l-identitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jiffurmaw l-identità ta’ individwu; filwaqt li ma jistax u m’għandu jiġi impost ebda sens ta’ identità, dan jista’ jiġi appoġġjat u inkoraġġit permezz ta’ parteċipazzjoni ċivika, attivitajiet kulturali u edukazzjoni u għalhekk għandu jkun appoġġat minn miżuri u riżorsi adegwati;

26.

Jirrikonoxxi li ċ-ċittadini li jgħixu f’soċjetajiet ibbażati fuq l-għarfien u b’enfasi fuq il-futur jistgħu jidentifikaw aħjar il-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali tagħhom, u għalhekk huma f’pożizzjoni aħjar biex jesperimentaw u joħolqu prototipi għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi mfassla biex jissodisfaw il-ħtiġijiet lokali;

27.

Jappoġġja t-talba miċ-ċittadini għal iktar kanali ta’ parteċipazzjoni demokratika u komunikazzjoni aħjar mal-istituzzjonijiet Ewropej permezz ta’ kanali ta’ djalogu permanenti u strutturati; Għaldaqstant, iħeġġeġ sabiex l-istrateġija ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea permezz tan-netwerks ta’ informazzjoni tagħha tissaħħaħ billi jsir użu mill-potenzjal tal-awtoritajiet reġjonali biex jikkoordinaw iċ-ċentri Ewropej ta’ informazzjoni li jinsabu fit-territorji tagħhom. Dan għandu jimmultiplika l-impatt tal-ħidma tagħhom;

(c)   L-appell b’saħħtu tar-rappreżentanti lokali u reġjonali sabiex jiġu involuti bis-sħiħ fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġett tal-UE (10)

28.

Jaqbel mar-rappreżentanti lokali u reġjonali li l-oqsma ta’ prijorità li l-UE jeħtieġ tiffoka dwarhom jirreferu prinċipalment għall-politika ta’ koeżjoni, segwita mill-politika soċjali (inklużi l-edukazzjoni u l-mobilità) il-politiki ekonomiċi (l-impjieg u t-tkabbir), il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, il-kwistjonijiet ambjentali, inkluż it-tibdil fil-klima, u s-sikurezza;

29.

Jenfasizza li kemm mid-Djalogi taċ-Ċittadini kif ukoll mill-istħarriġ fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali jirriżulta tħassib qawwi dwar iż-żgħażagħ, kif dawn jistgħu jiġu pprovduti bl-opportunitajiet it-tajba u kif jistgħu jintlaħqu l-aspettattivi tagħhom;

30.

Jenfasizza li l-istess kif hi għaċ-ċittadini, is-solidarjetà hija kunċett rikorrenti wkoll għar-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali, bħala wieħed mill-valuri fundaturi ewlenin tal-Unjoni Ewropea;

31.

Jenfasizza li l-parti l-kbira tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li wieġbu jqisu li aktar deċentralizzazzjoni u tqassim aħjar tal-poteri huma elementi essenzjali għal governanza tajba għax iżidu t-trasparenza, ir-responsabilità u l-kwalità tat-tfassil ta’ politika peress li dawn jippermettu involviment dirett u impenn taċ-ċittadini u jippermettu soluzzjonijiet ibbażati fuq il-post; jinnota li l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE jġib valur miżjud għall-politiki segwiti;

32.

Josserva li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu konxji ħafna tal-ħtieġa dejjem akbar għal kooperazzjoni lil hinn mill-fruntieri sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin ta’ żmienna bħat-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali, il-globalizzazzjoni fil-forom kollha tagħha, id-diġitalizzazzjoni u l-konsegwenzi soċjali tagħha, l-instabbiltajiet madwar id-dinja, it-tibdil demografiku, il-faqar u l-esklużjoni soċjali, eċċ. Dawn jaqdu wkoll rwol deċiżiv fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni, inklużi inizjattivi ta’ kooperazzjoni transfruntiera bħal għadd kbir ta’ proġetti fuq skala żgħira u bejn il-persuni li huma ta’ importanza partikolari bħala turija fil-prattika u konkreta tas-solidarjetà;

33.

Jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jixtiequ wkoll li l-Unjoni Ewropea tiffoka aktar fuq id-drittijiet ta’ ċittadinanza tal-UE bħad-dritt ta’ residenza, xogħol u studju b’mod liberu; f’dan ir-rigward, l-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali, f’kollaborazzjoni mal-istituzzjonijiet Ewropej, jistgħu jwettqu ħidma importanti sabiex iċ-ċittadini jkunu jafu bl-opportunitajiet reali li l-moviment liberu joffrilhom sabiex ikunu jistgħu jistudjaw jew jiżviluppaw il-karriera professjonali tagħhom fi Stat Membru ieħor;

L-ankrar tal-politiki tal-UE fil-livell lokali biex jagħmlu differenza f’ħajjet il-persuni

(a)   L-indirizzar tal-isfidi soċjetali lokalment

34.

Jenfasizza li l-politiki tal-UE hemm bżonn li jagħtu s-setgħa lin-nies biex jindirizzaw il-kwistjonijiet li huma importanti għal ħajjithom, liema kwistjonijiet jeħtieġ li jipprovdu tweġibiet għalihom il-livelli kollha ta’ governanza, mil-livell Ewropew sa dak lokali;

35.

Jinnota li l-isfidi tas-soċjetà li għandna quddiemna jeħtieġ li jiġu indirizzati globalment, iżda l-azzjoni għandha tittieħed fuq il-post;

36.

Ifakkar li l-bliet u r-reġjuni jiżguraw konnessjoni bejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u ċ-ċittadini billi jwieġbu għas-sejħa tagħhom għal azzjoni permezz tal-għodod għad-dispożizzjoni tagħhom mill-UE; is-sbatax-il SDG mhux se jintlaħqu mingħajr l-impenn u l-koordinazzjoni mal-gvernijiet lokali u reġjonali; Għal dan il-għan, għandhom jiġu sfruttati bis-sħiħ l-istrumenti kollha ta’ appoġġ għall-kooperazzjoni deċentralizzata, il-koerenza tal-politiki u l-approċċ territorjali, peress li jimmobilizzaw il-potenzjal tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tas-soċjetà ċivili sabiex jippromovu sħubijiet u sinerġiji bejn il-livelli kollha ta’ governanza;

(b)   Il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għaċ-ċittadini

37.

Jenfasizza li l-indirizzar tad-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali persistenti jibqa’ sfida kbira għall-futur tal-UE;

38.

Ifakkar li l-koeżjoni soċjali, dik ekonomika u dik territorjali jibqgħu objettivi tat-Trattat tal-UE u l-kisba tagħhom tirrikjedi li jiġu indirizzati kemm l-isfidi strutturali kif ukoll dawk ġodda, flimkien mal-promozzjoni ta’ soċjetajiet u ekonomiji reżiljenti u qafas għall-isfruttar tal-globalizzazzjoni;

39.

Jenfasizza s-seba’ rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, “Ir-Reġjun tiegħi, L-Ewropa tiegħi, Il-Futur tagħna”, li juri li l-politika ta’ koeżjoni hija kruċjali għall-Ewropa, iċ-ċittadini, l-ekonomija, il-bliet u r-reġjuni tagħha, u li r-rikonċiljazzjoni bejn tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-progress soċjali, li l-politika ta’ koeżjoni qed tgħin biex isseħħ, għadha essenzjali (11).

40.

Jappella għal politika ta’ koeżjoni b’saħħitha wara l-2020 għar-reġjuni kollha, ibbażata fuq il-prinċipju tas-sħubijiet Ewropej, il-ġestjoni kondiviża u l-governanza f’diversi livelli kif mitlub minn #CohesionAlliance Declaration;

41.

Jiddispjaċih li hija biss minoranza żgħira ta’ ċittadini li huma konxji tal-effetti pożittivi tal-politika ta’ koeżjoni. Jitlob għalhekk sforzi koordinati fil-livelli kollha ta’ governanza sabiex ikunu magħrufa aħjar l-effetti tal-elementi differenti tal-politiki u l-fondi tal-UE;

42.

Jenfasizza li l-aġenda urbana tal-UE tgħin biex jiġu indirizzati kwistjonijiet li jvarjaw mill-mobilità urbana sal-kwalità tal-arja, mill-ekonomija ċirkolari sal-inklużjoni tal-migranti u r-refuġjati. Jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza tas-sħubijiet urbani-rurali sabiex dawn il-problemi jiġu indirizzati b’mod aktar effettiv. Jappoġġja wkoll lill-bliet u r-reġjuni biex jiżviluppaw ekosistemi ta’ innovazzjoni bbażati fuq il-post u biex jimplimentaw strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti;

43.

Jenfasizza li s-Servizzi ta’ Interess Ġenerali u s-Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali huma parti integrali tal-mudell soċjali Ewropew u tal-ekonomija tas-suq soċjali, filwaqt li jiżguraw li kulħadd ikollu d-dritt u l-possibbiltà li jaċċessa beni essenzjali u servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja; jirrakkomanda l-estensjoni tal-kunċett ta’ Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali għal servizzi soċjali ġodda, bħall-akkoljenza u l-integrazzjoni tar-refuġjati u l-migranti, l-akkomodazzjoni soċjali jew l-infrastruttura diġitali;

44.

Jappella għal aktar sħubijiet Ewropej bejn muniċipalitajiet, bliet u reġjuni, inkluż permezz ta’ ġemellaġġi, sabiex joperaw bħala l-operaturi mexxejja fuq livell globali u b’hekk jiġu implimentati l-aħjar prattiki fl-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà u l-aħħar għarfien xjentifiku;

(c)   L-indirizzar tal-migrazzjoni u l-iżgurar tal-integrazzjoni

45.

Jindika li fil-perċezzjoni taċ-ċittadini tal-Ewropa, l-isfida tal-migrazzjoni hija waħda mill-kriterji ta’ kif is-“solidarjetà” titqiegħed fil-prattika iżda jinnota li għad irid jiżviluppa l-fehim komuni ta’ xi tfisser is-solidarjetà f’dan il-kuntest; jenfasizza r-rwol ewlieni li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġ ikollhom fl-iffaċilitar tal-akkoljenza u l-integrazzjoni tal-migranti u fl-organizzazzjoni ta’ dibattitu miftuħ, razzjonali u uman dwar dawn il-kwistjonijiet delikati;

46.

Jinsisti li l-muniċipalitajiet, il-bliet u r-reġjuni għandhom jiġu appoġġjati fir-rwol tagħhom kemm fil-ġestjoni tal-kriżijiet kif ukoll fl-integrazzjoni fit-tul. Hemm bżonn li l-UE tipprovdi qafas ta’ politika koerenti dwar il-migrazzjoni, kif ukoll appoġġ tekniku u finanzjarju suffiċjenti lill-Istati Membri, anke biex tiffaċilita l-integrazzjoni tal-migranti fil-livell lokali;

47.

Jenfasizza li l-politiki ta’ integrazzjoni għall-migranti jeħtieġ li jkunu żviluppati fi sħubija bejn il-livelli kollha ta’ governanza u appoġġjati wkoll minn strumenti finanzjarji adegwati mill-livell tal-UE bħala parti minn politika komprensiva tal-UE dwar il-migrazzjoni. Sabiex ikunu garantiti l-ogħla possibilitajiet ta’ integrazzjoni b’suċċess fl-interess tal-migranti kif ukoll tas-soċjetà ospitanti, għandhom jiġu kkunsidrati diversi fatturi bħalma huma l-ħiliet lingwistiċi u professjonali tal-migranti, ir-rabtiet familjari eżistenti, il-preferenzi tagħhom u kuntatti ma’ pajjiż ospitanti qabel il-wasla;

48.

Jinnota li l-ġestjoni effettiva u umanitarja fil-fruntieri esterni tal-UE u l-iżvilupp ta’ politika ta’ migrazzjoni komprensiva u sistema komuni ta’ ażil tal-UE bi standards komuni għoljin huma essenzjali għall-muniċipalitajiet, il-bliet u r-reġjuni kollha, b’mod partikolari dawk li jospitaw refuġjati u dawk li jinsabu fil-fruntieri affettwati mill-ogħla livelli ta’ migrazzjoni; jenfasizza wkoll li politika bħal din għandha tinkludi approċċ ikkoordinat lejn il-protezzjoni umanitarja, rotot ġodda għal migrazzjoni regolari inklużi skemi ta’ migrazzjoni ċirkolari kif ukoll sforzi biex jiġu miġġielda l-kawżi tal-migrazzjoni u t-traffikar tal-bnedmin, partikolarment tan-nisa u t-tfal għal skopijiet sesswali, u li dan jirrikjedi kemm impenji politiċi ġodda fil-livelli kollha, kif ukoll il-mezzi adatti;

(d)   L-iżgurar tad-drittijiet soċjali u l-aċċess għall-edukazzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali

49.

Jenfasizza li ċ-ċittadini jħossu ħafna l-ħtieġa li tiġi żviluppata d-dimensjoni soċjali tal-UE fil-politiki u l-programmi kollha tal-UE, b’komplementarjetà mal-iskemi nazzjonali jew reġjonali eżistenti tal-ugwaljanza bejn is-sessi u ta’ protezzjoni soċjali. L-Artikoli 8 u 9 tat-TFUE jipprovdu bażi għal dan u għalhekk għandhom jiġu infurzati sew. Il-KtR jappoġġja wkoll l-implimentazzjoni tal-pilastru soċjali li fir-rigward tiegħu l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jaqdu rwol fundamentali u jappella biex fit-Trattati tal-UE jiġi inkluż Protokoll tal-Progress Soċjali; jimmira biex id-drittijiet soċjali jitqiegħdu fuq l-istess livell tad-drittijiet ekonomiċi; jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-Pilastru Soċjali ġie inkluż fis-Semestru Ewropew; Il-KtR jappoġġja l-idea ta’ tabella ta’ valutazzjoni soċjali fis-Semestru Ewropew u huwa wkoll tal-opinjoni li l-miri soċjali ta’ natura vinkolanti għandhom jiddaħħlu fil-leġislazzjoni primarja tal-UE;

50.

Jisħaq li l-investiment soċjali m’għandux jitqies biss bħala spiża għall-finanzi pubbliċi; L-iffinanzjar tal-politiki soċjali u l-protezzjoni tad-drittijiet soċjali, kif speċifikat fis-Summit ta’ Gothenburg f’Novembru 2017, għandhom valur miżjud Ewropew ċar li huwa fundamentali fil-bini mill-ġdid tal-fiduċja taċ-ċittadini fil-proċess tal-integrazzjoni;

51.

Jenfasizza l-importanza ewlenija li ċ-ċittadini jkunu megħjuna jaċċessaw swieq tax-xogħol lokali u ġusti biex jeliminaw il-qgħad permezz ta’ miżuri speċjali biex jgħinu dawk il-gruppi l-aktar affettwati minnu; u jfittex li jħejji pjan sabiex jiġu inklużi miri soċjali fi programm t’azzjoni dwar il-politika soċjali li jkun orjentat lejn il-futur, u li jkun jinkludi miżuri speċifiċi u segwitu leġislattiv konkret b’investiment fil-persuni, il-ħiliet, l-għarfien, il-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni;

52.

Jitlob li l-UE timpenja ruħha bis-sħiħ lejn il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u, b’mod partikolari, lejn il-prevenzjoni u l-eradikazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa, li hija problema universali, strutturali u multidimensjonali li tiġġenera spejjeż inkalkulabbli fil-livell personali, soċjali u ekonomiku;

53.

Jisħaq li huwa kruċjali li jsir investiment fiż-żgħażagħ u jappella lill-UE biex tappoġġja lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jindirizzaw il-bżonnijiet fil-qasam tal-ħiliet u l-edukazzjoni; jappella għal “alleanza għall-ħiliet u l-edukazzjoni” ġdida bl-għan li tagħti spinta għall-investiment pubbliku, tippromovi l-mobbiltà (Erasmus+), trawwem il-kooperazzjoni interreġjonali b’mod partikolari fiż-żoni transfruntiera u tħeġġeġ skambji bejn il-persuni mhux biss f’kuntest professjonali, iżda anke fl-isfera kulturali;

54.

Jitlob, b’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, il-parteċipazzjoni tal-gvernijiet reġjonali fil-ġestjoni ta’ strumenti bħall-Fond Soċjali Ewropew u l-fondi ta’ appoġġ għall-applikazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ peress li, ta’ spiss, huwa fil-livell reġjonali fejn qegħdin jiġu implimentati l-politiki attivi ta’ impjieg, inklużi l-innovazzjoni soċjali u l-politiki tal-ugwaljanza;

55.

Jenfasizza li fil-qasam edukattiv ikun ta’ siwi li fil-kurrikula tal-iskejjel jiġu inkorporati id-diversi elementi komuni li jikkondividu l-Ewropej, f’diversi oqsma bħall-istorja, il-kultura, il-patrimonju u l-proġett innifsu ta’ integrazzjoni Ewropea. Fi kwalunkwe każ, jenfasizza l-importanza tal-ħidma ta’ disseminazzjoni tal-proġett Ewropew fost l-istudenti fl-iskejjel, liema ħidma s-soltu titwettaq mill-awtoritajiet reġjonali u lokali;

56.

Ifakkar li d-diversi forom tal-wirt kulturali huma ġid prezzjuż għall-Ewropa: Dan huwa strument b’potenzjal kbir ta’ ingranaġġ għal reġjuni aktar koeżivi u sostenibbli fl-UE, li jista’ jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-identità f’reġjun u fl-Ewropa kollha; u b’mod partikolari tgħodd għall-motto tal-UE: “Magħquda fid-diversità”;

57.

Jisħaq li t-turiżmu u l-industriji kreattivi jistgħu jittrasformaw il-wirt kulturali tar-reġjuni f’opportunità għall-ħolqien tal-impjiegi u effetti konsegwenzjali ekonomiċi, inkluż permezz tal-innovazzjoni u l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti.

58.

Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tippromovi u tagħti spinta lid-diversità lingwistika u kulturali li tħaddan, trawwem l-għarfien tagħhom, tippromovi l-innovazzjoni u l-kooperazzjoni interreġjonali fl-oqsma kulturali kollha, kif ukoll mudelli ġodda ta’ negozju fil-qasam tal-industriji kulturali u kreattivi;

(e)   Spinta lir-riċerka, lill-innovazzjoni u lit-trasformazzjoni diġitali

59.

Iqis li l-programmi ta’ finanzjament Ewropej ibbażati fuq ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-iskambji, is-sħubija u l-mobbiltà, li huma offruti fil-bliet intelliġenti jistgħu jippermettu servizzi aħjar għaċ-ċittadini u b’hekk itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom, u jenfasizza li l-koeżjoni u l-politiki agrikoli komuni jistgħu jkunu vibranti u orjentati lejn il-futur anke permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni;

60.

Jitlob li tiżdied l-iskala ta’ innovazzjoni fis-settur pubbliku u fl-intrapriżi, inkluż permezz ta’ inizjattivi bħal “Ix-Xjenza tiltaqa’ mar-reġjuni”, li jlaqqgħu flimkien il-politikanti u x-xjentisti biex jiddiskutu teħid tad-deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza, u b’hekk l-Ewropej ikunu jistgħu joħolqu l-ġejjieni tagħhom b’mod konġunt;

61.

Jenfasizza li t-trasformazzjoni diġitali u l-governanza elettronika jappoġġjaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi lokali. Iċ-ċittadini u l-komunitajiet tan-negozju japprezzaw il-valur miżjud Ewropew ta’ investimenti bħal dawn li ta’ spiss huma parti minn kooperazzjoni transfruntiera jew interreġjonali (inkluż il-broadband għal kulħadd), peress li jsaħħu r-reżiljenza tal-ekonomija lokali u jgħinu biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja fuq livell lokali u reġjonali;

62.

Jenfasizza li l-bliet huma postijiet – kemm fiżiċi kif ukoll diġitali – fejn in-nies jistgħu jiltaqgħu, jiskopru ideat ġodda, jesploraw possibbiltajiet ġodda, ifasslu l-ġejjieni b’mod innovattiv, jitgħallmu dwar kif is-soċjetà qed tinbidel u x’inhuma l-implikazzjonijiet għaċ-ċittadini. Il-bliet jistgħu għalhekk jaċċelleraw il-proċess ta’ konnessjoni diġitali tal-komunitajiet lokali madwar l-Ewropa;

63.

Għalhekk ifakkar li t-trasformazzjoni diġitali tirrappreżenta strument ġdid għall-koeżjoni u għodda effettiva biex tindirizza l-isfidi demografiċi: iż-żoni remoti u rurali, u r-reġjuni ultraperiferiċi, għandhom bżonn jibqgħu konnessi u jibdlu l-iżvantaġġi naturali tagħhom f’assi skont il-prinċipju tal-koeżjoni territorjali. Iċ-ċentri ta’ innovazzjoni, il-laboratorji ħajjin, il-Fab-Labs, l-istudjos tal-iddisinjar, il-libreriji, l-inkubaturi, u l-kampijiet għall-innovazzjoni appoġġjati mill-UE u mill-atturi lokali jagħtu spinta lill-ekonomija lokali u jiffaċilitaw l-aċċess tal-partijiet interessati għat-teknoloġiji diġitali;

(f)   L-appoġġ għall-iżvilupp taż-żoni rurali, l-iżgurar tal-Politika Agrikola Komuni u l-promozzjoni tal-produzzjoni lokali

64.

Ifakkar li ż-żoni rurali u intermedji jirrappreżentaw 91 % tat-territorju tal-UE li fih jgħixu 60 % tal-popolazzjoni, ifakkar li hemm disparità sinifikanti fl-iżvilupp bejn iż-żoni urbani u dawk rurali, fejn is-sens ta’ abbandun iwassal għal Ewroxettiċiżmu dejjem akbar; iqis, għaldaqstant, li l-politika Agrikola Komuni kif ukoll il-Politika ta’ Koeżjoni jeħtieġ li jkomplu jaġixxu bħala strumenti ibbażati fuq is-solidarjetà sabiex jippromovu t-tiġdid fl-agrikoltura sostenibbli u innovattiva u l-iżvilupp rurali, u jisħaq li ż-żoni rurali jeħtieġ jitqiesu fil-politiki kollha tal-UE.

65.

Il-kooperazzjoni interreġjonali tista’ tikkostitwixxi element importanti għall-ottimizzazzjoni tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, billi trawwem sinerġiji u timmassimizza l-prestazzjoni tal-isforz globali fl-innovazzjoni;

66.

Jenfasizza li l-mod li bih nipproduċu u nikkonsmaw l-ikel għandu impatt lokali u globali enormi mhux biss fuq il-benessri taċ-ċittadini, l-ambjent, il-bijodiversità u l-klima, iżda anke fuq saħħitna u l-ekonomija tagħna; jappella għall-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ swieq lokali u ktajjen tal-provvista tal-ikel qosra bħala sistemi alimentari b’dimensjoni lokali speċifika, u jħeġġeġ favur il-promozzjoni tal-produzzjoni Ewropea bi kwalità għolja;

67.

Iqis it-tnaqqis fit-tieni pilastru tal-PAK bħala sproporzjonat u jinsab imħasseb li din il-miżura tista’ tkun ta’ detriment għaż-Żoni Rurali u għall-objettiv tal-Kummissjoni Ewropea li ssaħħaħ il-ħarsien tan-natura u tal-ambjent kif ukoll għall-objettivi tal-UE għall-ħarsien tar-riżorsi u tal-klima;

(g)   Is-sostenibbiltà, il-protezzjoni ambjentali u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima

68.

Jirrimarka li ċ-ċittadini jistennew azzjoni globali u lokali għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija. Is-sostenibbiltà għandha għalhekk tiġi integrata fil-politiki kollha tal-UE b’enfasi partikolari dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, dwar l-effiċjenza enerġetika, dwar il-mobilità aktar nadifa, dwar il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u dwar il-bjar tal-karbonju u l-produzzjoni u l-konsum sostenibbli. Il-KtR jappella lill-UE biex tipprovdi qafas legali u politiku sod, li fih ir-reġjuni u l-bliet jistgħu jiżviluppaw l-inizjattivi tagħhom biex jippromovu l-kisba tal-miri ta’ Pariġi;

69.

Ifakkar li l-Patt Globali tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija kif ukoll inizjattivi ta’ implimentazzjoni skont approċċ minn isfel għal fuq jaqdu rwol importanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, u jappella lill-UE sabiex tappoġġja l-iżvilupp ta’ Kontributi Determinati fil-Livell Nazzjonali għat-tnaqqis tas-CO2; għaldaqstant is-sostenibbiltà u l-protezzjoni ambjentali għandhom jiġu integrati fil-politiki kollha tal-UE, f’konformità mal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU u mal-impenji internazzjonali l-oħra tal-UE;

70.

Jenfasizza l-ħtieġa għal sinerġiji akbar bejn netwerks, proġetti u ftehimiet maħsuba biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima u dawk li jindirizzaw ir-reżiljenza għad-diżastri, bħall-Qafas ta’ Sendai;

(h)   Il-kooperazzjoni lil hinn mill-UE biex tappoġġja l-istabbiltà u l-iżvilupp

71.

Ifakkar li r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-kooperazzjoni transfruntiera u fl-attivitajiet ta’ diplomazija tal-bliet lil hinn mill-UE, b’mod partikolari fil-proċess tat-tkabbir u fil-viċinat tal-UE, huwa kruċjali għall-promozzjoni tad-demokrazija fil-livell lokali, l-iżvilupp sostenibbli u l-istabbiltà;

72.

Ifakkar li l-awtoritajiet lokali għandhom rwol ewlieni biex jiżguraw is-sigurtà taċ-ċittadini peress li jimpedixxu r-radikalizzazzjoni vjolenti u jipproteġu l-ispazji pubbliċi; minħabba n-natura transfruntiera u transnazzjonali tal-kriminalità u t-terroriżmu, iċ-ċittadini u l-awtoritajiet lokali u reġjonali qed jaffaċċjaw il-bżonn ta’ kooperazzjoni u jkunu jibbenefikaw minn valur miżjud ta’ azzjoni tal-UE għal proġetti konġunti;

73.

Ifakkar il-pożizzjoni tal-KtR li kwalunkwe proposta għal ftehimiet ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ iridu jkunu preċeduti minn valutazzjoni tal-impatt territorjali. Itenni wkoll li mekkaniżmi fil-livelli nazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti biex jagħtu aċċess għall-informazzjoni rilevanti dwar il-politika kummerċjali. Barra minn hekk, negozjati kummerċjali għandhom ikunu akkumpanjati minn djalogu formali u parteċipattiv bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, lokali u reġjonali. Dan huwa kruċjali b’mod partikolari fejn in-negozjati kummerċjali jkopru wkoll oqsma ta’ kompetenzi kondiviżi mal-Istati Membri peress li f’dawn il-każijiet, il-kompetenzi tal-livell lokali u reġjonali spiss ikunu dawk l-aktar affettwati.

L-iżgurar ta’ spazju biżżejjed għall-bliet u r-reġjuni għall-immanuvrar: baġit Ewropew għal wara l-2020 li jissodisfa l-ambizzjonijiet u juża l-flessibbiltajiet għal azzjoni u investiment

74.

Jenfasizza li l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) jeħtieġ jirrifletti l-prijoritajiet u l-ambizzjonijiet tal-UE sabiex jindirizza l-obbligu tiegħu tat-Trattat u l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-UE; jiddefendi QFP li jirrappreżenta 1,3 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-UE27.

75.

Jenfasizza li l-baġit tal-UE m’għandux jinftiehem bħala kompromess bejn kontributuri jew benefiċjarji netti iżda bħala għodda konġunta biex jintlaħqu l-għanijiet komuni tagħna permezz ta’ valur miżjud madwar l-Ewropa. Għalhekk jappoġġja s-sejbiet tal-Kummissjoni li aħna lkoll benefiċjarji tal-QFP għaliex l-effetti pożittivi ta’ suq komuni, is-sigurtà u l-koeżjoni jiżbqu l-kontribut finanzjarju individwali lill-UE;

76.

Jenfasizza li l-futur tal-UE jiddependi minn baġit tal-UE ambizzjuż u effiċjenti u li jsegwi l-prinċipju li skontu l-kompiti addizzjonali għall-UE jeħtieġ jiġu allokati wkoll riżorsi addizzjonali flimkien mat-tneħħija gradwali ta’ rifużjonijiet fuq il-kontribuzzjonijiet nazzjonali;

77.

Jisħaq li kwalunkwe riċentralizzazzjoni tal-baġit Ewropew, b’mod partikolari minħabba li jiddgħajfu l-programmi ta’ ġestjoni kondiviża u l-approċċi bbażati lokalment, tista’ tipperikola l-koeżjoni fl-Unjoni u għandha tiġi evitata;

78.

Ifakkar li l-kwalità tas-servizz pubbliku hija fattur ewlieni li jiddetermina l-fiduċja fl-istituzzjonijiet peress li ċ-ċittadini jivvalutaw lill-gvernijiet mill-perspettiva tal-esperjenza tagħhom tat-twassil tas-servizzi u, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li aktar minn terz tan-nefqa pubblika kollha u aktar minn nofs l-investiment pubbliku jitwettqu fil-livell sottonazzjonali, jenfasizza li l-livell ta’ investiment pubbliku fl-UE għadu baxx wisq biex jipprovdi l-infrastruttura u servizzi pubbliċi adatti. Għalhekk huwa kruċjali li jitneħħa d-distakk fl-investiment pubbliku;

79.

Jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li, għaxar snin wara l-kriżi finanzjarja li għamlet ħsara kbira lill-investiment pubbliku tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, tissaħħaħ il-kapaċità ta’ investiment tagħhom billi jingħataw l-ispazju fiskali meħtieġ biex jappoġġjaw investimenti pubbliċi, bil-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet lokali permezz tat-tisħiħ tal-prinċipji tal-ġestjoni kondiviża abbażi ta’ sħubija u governanza f’diversi livelli, u billi l-kofinanzjament pubbliku tal-programmi tal-UE jiġi eskluż mill-kalkoli ta’ dejn fil-kuntest tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir;

Il-bini tal-unjoni tagħna minn isfel għal fuq: it-triq ’il quddiem għal qawmien demokratiku tal-UE jkun possibbli permezz tal-involviment fil-livell lokali

(a)   L-għoti tas-setgħa għal azzjoni tal-UE: l-azzjoni adatta jeħtieġ tittieħed fil-livell it-tajjeb

80.

Jemmen bil-qawwi li l-applikazzjoni tajba tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità hija ta’ importanza kbira ferm sabiex l-Unjoni Ewropea titqarreb lejn iċ-ċittadini tagħha; ifakkar l-importanza li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadini u jisħaq dwar il-bżonn għal sistema ta’ responsabbiltà u trasparenti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-UE li fiha ċ-ċittadini jagħrfu biċ-ċar min ikun responsabbli politikament u għandu jwieġeb għad-deċiżjonijiet li jittieħdu (12);

81.

Jenfasizza li r-responsabbiltà kondiviża u r-rabta mill-qrib bejn il-prinċipji tal-governanza f’diversi livelli u tas-sussidjarjetà huma elementi kruċjali ta’ Unjoni Ewropea tabilħaqq demokratika;

82.

Jenfasizza li fil-futur l-applikazzjoni konsistenti tal-prinċipju tas-sussidjarjetà għandha tkun salvagwardjata mill-UE. Dan ifisser “aktar Ewropa fejn hemm aktar bżonnha” u “anqas Ewropa fejn hija inqas meħtieġa”, li jkun iwassal għal Unjoni Ewropea aktar effiċjenti u bi prestazzjoni aħjar. Is-sempliċi loġika ta’ protezzjoni tal-interessi tal-Istati Membri kontra interferenza mill-UE hija kontroproduttiva fid-diskussjoni dwar il-futur tal-Ewropa; jinsab konxju tar-rwol proprju tiegħu bħala wieħed mill-“għassiesa” tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u jqis li l-prinċipju tas-sussidjarjetà għandu jitqies bħala kunċett politiku u legali dinamiku fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki, bl-għan li jiġi żgurat li l-livelli l-aktar adatti jieħdu l-azzjoni t-tajba fiż-żmien tajjeb u fl-aħjar interessi taċ-ċittadini; għandu ċertezza dwar dawn il-konvinzjonijiet mir-rapport finali tat-Task Force dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità li jenfasizza fehim ġdid ta’ “sussidarjetà attiva”; se jfittex li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force b’kooperazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet tal-UE, il-parlamenti nazzjonali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali l-oħrajn madwar l-Unjoni;

83.

Itenni l-appell tiegħu sabiex il-prinċipji tal-governanza f’diversi livelli u tas-sħubija jiġu kkodifikati u implimentati permezz ta’ Kodiċi ta’ Kondotta interistituzzjonali, u li dawn jiġu riflessi fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Lil hinn mill-politika ta’ koeżjoni, il-governanza f’diversi livelli jeħtieġ tiġi inkorporata fid-dispożizzjonijiet leġislattivi u regolatorji kollha tal-politiki li għandhom impatt reġjonali (13);

84.

Iqis li huwa kruċjali li jiġi mmitigat iċ-ċaqliq lejn iċ-ċentralizzazzjoni, u li jingħata appoġġ għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet adatti, ibbażati fuq il-post u effettivi, b’mod partikolari fil-politika ta’ koeżjoni futura, bħala mudell għal governanza anke f’oqsma oħra ta’ politika;

85.

Jirrakkomanda l-iżvilupp ulterjuri tal-Valutazzjonijiet tal-Impatt Territorjali (TIAs) sabiex jinħolqu ċirkwiti ta’ feedback effettivi li jieħdu kont tad-diversità tar-reġjuni tal-UE u tar-riperkussjonijiet differenti ħafna tal-politiki tal-UE għal awtoritajiet lokali u reġjonali differenti;

(b)   L-involviment tar-reġjuni u l-bliet: tiġdid tad-demokrazija Ewropea permezz tas-sjieda u l-effettività

86.

Jenfasizza li l-politiki tal-UE għandhom jallokaw rwol proattiv għall-persuni sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet li huma importanti għal ħajjithom. In-nies ifittxu soluzzjonijiet fil-livell lokali, involviment aħjar fid-definizzjoni tal-problemi u għajnuna biex jindirizzawhom. L-approċċ iffukat fuq il-persuni u mmexxi miċ-ċittadini jista’ jsolvi ħafna sfidi lokali u juri kif l-UE hija relevanti għaċ-ċittadini; dan ifisser ukoll li l-politika tal-UE tagħmel enfasi fuq it-tisħiħ tar-rwol taċ-ċittadini u r-reġjuni bl-involviment taċ-ċittadini permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati-individwi (public-private-people partnerships);

87.

Jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jġibu magħhom valur miżjud għall-politiki tal-UE billi jaġixxu bħala laboratorji biex jiġu żviluppati u implimentati forom ġodda ta’ innovazzjonijiet soċjali, solidarjetà u politiki inklużivi li ċ-ċittadini qed jistennew mill-Unjoni Ewropea;

88.

Barra minn hekk, dan ifisser li mhux il-problemi kollha taċ-ċittadini jistgħu jissolvew permezz ta’ leġislazzjoni dettaljata tal UE. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà mhuwiex biss jekk huwiex legalment possibbli li l-UE tilleġisla, iżda wkoll jekk is-soluzzjonijiet jagħmlux sens għaċ-ċittadini. Jekk iċ-ċittadini jħossu li l-UE qed toffri soluzzjonijiet li ma għandhomx sens fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom, dan se jkompli jżid l-oppożizzjoni fir-rigward tal-UE.

89.

Jinsab konvint li s-sistema istituzzjonali tal-UE se jkollha tkompli tevolvi u tiġi adattata għal sfidi ġodda favur il-kisba ta’ proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet inklużiv, trasparenti, demokratiku u effettiv; jenfasizza li r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kif irrappreżentati mill-KtR jeħtieġ li jkun rikonoxxut b’mod aktar sħiħ, kemm fit-tmexxija ta’ kuljum tal-affarijiet tal-UE, kif ukoll f’aġġustamenti futuri għat-Trattati tal-UE fejn il-KtR għandu jiġi rrappreżentat bi drittijiet sħaħ fi kwalunkwe Konvenzjoni futura;

90.

Jemmen bis-sħiħ li d-dimensjoni reġjonali u lokali jeħtieġ tiġi rikonoxxuta fis-Semestru Ewropew u li għalhekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġ ikunu involuti sa mill-bidu fit-tħejjija tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, fl-abbozzar tar-Rapporti tal-Pajjiż u fil-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali; jinsab konvint li, għal dan il-għan, it-tabella ta’ valutazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku għandha tiġi elaborata aktar b’indikaturi reġjonali li jkunu ta’ għajnuna fil-promozzjoni u s-sostenn tad-dimensjoni reġjonali tal-proċess tas-Semestru Ewropew;

91.

Iqis li l-leġittimità demokratika tal-UE u b’mod partikolari dik tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) hemm bżonn li tissaħħaħ bil-prinċipji tal-progress soċjali u l-ugwaljanza fl-opportunitajiet li jkunu jinsabu fil-qalba tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea sabiex l-impjieg u l-istandards soċjali ma jitqisux biss bħala periferiċi għall-proċess tal-aġġustament makroekonomiku;

92.

Iqis li involviment aħjar ta’ reġjuni u tal-parlamenti reġjonali fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE jistgħu jsaħħu l-kontroll demokratiku u r-responsabbiltà.

(c)   L-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-politiki tal-UE u l-ħolqien kondiviż ta’ djalogu permanenti mal-persuni lil hinn mill-2019

93.

Ifakkar ukoll li l-UE ser takkwista fiduċja u kredibbiltà biss jekk u meta twassal riżultati u jekk iċ-ċittadini jirċievu spjegazzjonijiet aktar ċari tal-valur miżjud Ewropew u r-raġunament u l-kompromessi neċessarji għad-deċiżjonijiet tal-UE. F’dan is-sens, il-KtR jitlob sforzi ħafna akbar fil-qasam tal-appoġġ għal midja u formati ta’ informazzjoni Ewropej u multilingwi, inkluż permezz ta’ narrattivi li jinftiehmu faċilment, permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ moduli ta’ edukazzjoni ċivika Ewropej għal livelli differenti ta’ edukazzjoni kif ukoll permezz ta’ żidiet sostanzjali fl-appoġġ għal-laqgħat bejn il-persuni bejn il-fruntieri Ewropej (skemi ta’ skambju fuq livell edukattiv u vokazzjonali, programmi ta’ ġemellaġġ eċċ.);

94.

Jenfasizza li strumenti parteċipattivi bħalma hi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (14) għandhom jissaħħu; bħala għodda komplementarja għall-istrutturi eżistenti ta’ demokrazija rappreżentattiva fil-livell tal-UE, u għall-elementi addizzjonali innovattivi tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet parteċipattiv u d-djalogu permanenti, l-Inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej jistgħu jgħinu biex jimmobilizzaw liċ-ċittadini favur kawża komuni, jenfasizzaw id-dimensjoni Ewropea ta’ kwistjonijiet politiċi ewlenin u jrawmu l-ħolqien ta’ dibattiti pan-Ewropej u l-opinjoni pubblika korrispondenti;

95.

Jistieden lill-Membri tal-KtR biex ikomplu jinvolvu ruħhom maċ-ċittadini u jisimgħuhom permezz ta’ avvenimenti lokali, laqgħat fil-livell lokali u djalogi taċ-ċittadini sabiex jilħqu kull reġjun tal-UE 27, u jistieden lill-istituzzjonijiet l-oħrajn biex jingħaqdu magħhom; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-għan li jiġu organizzati djalogi taċ-ċittadini fir-reġjuni kollha tal-UE permezz tal-elezzjonijiet Ewropej fl-2019 u jħeġġeġ lill-membri tiegħu jorganizzaw sessjonijiet iddedikati tal-assemblej lokali jew reġjonali tagħhom flimkien maċ-ċittadini lokali u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, sabiex jiġbru kontribut għall-mistoqsijiet dwar il-futur tal-Ewropa identifikati fil-kwestjonarju tal-KtR stess kif ukoll tal-Kummissjoni Ewropea; jenfasizza l-importanza kruċjali tal-komunikazzjoni deċentralizzata dwar il-politiki tal-UE u l-għażliet politiċi li jsostnuhom u l-ħtieġa għall-istituzzjonijiet tal-UE biex jappoġġjaw l-isforzi lokali u reġjonali u l-inizjattivi f’din id-direzzjoni;

96.

Jenfasizza li l-konsultazzjoni taċ-ċittadini għandha tilħaq ukoll lil dawk iċ-ċittadini li ta’ spiss jitwarrbu jew ma jkunux interessati fi proċessi konsultattivi; huwa importanti li jiġi żgurat djalogu ġenwinament inklużiv u rappreżentattiv maċ-ċittadini sabiex jiġi evitat li d-dibattitu jiġi monopolizzat minn dawk li huma l-aktar mobilizzati favur jew kontra l-UE jew kwistjoni politika partikolari;

97.

Jenfasizza li l-komunikazzjoni u d-djalogu permanenti maċ-ċittadini huma essenzjali f’kull sistema politika, u għalhekk essenzjali biex tiżdied il-leġittimità demokratika tal-UE u biex l-Ewropa titqarreb lejn niesha;

98.

Ifakkar f’dan il-kuntest li l-kuntatt maċ-ċittadini ma jridx ikun limitat għall-perjodi li jwasslu għall-elezzjonijiet Ewropej;

99.

Jieħu impenn li jipproponi, qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, metodoloġija għall-istabbiliment ta’ sistema permanenti u strutturata għal djalogu bejn iċ-ċittadini u l-politikanti u l-istituzzjonijiet tal-UE, bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali permezz tal-KtR u abbażi ta’ proċess trasparenti li jfittex il-kontribut taċ-ċittadini, li jipprovdilhom l-ispazju u l-informazzjoni biex jidentifikaw u jiddiskutu l-kwistjonijiet tal-akbar tħassib għalihom, filwaqt li jintroduċi r-riżultati fil-proċess ta’ tfassil ta’ politiki tal-UE u jagħti feedback adatt dwar l-impatt tal-kontributi taċ-ċittadini;

100.

Jinsab konvint li bil-feedback liċ-ċittadini, il-ħidma politika tal-membri tal-KtR tista’ ssaħħaħ ir-rabtiet mal-livell lokali u ssaħħaħ il-fiduċja tan-nies “fil-politiki tal-UE”.

Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  Ittra mill-President tal-Kunsill Ewropew lill-President tal-Kumitat tar-Reġjuni, 8 ta’ Novembru 2016, http://www.cor.europa.eu/en/events/Documents/Letter%20Tusk%20Markkula_Reflecting%20on%20the%20EU_081116.pdf

(2)  Ittra ta’ intenzjoni lill-President Antonio Tajani lill-Prim Ministru Jüri Ratas, 13 ta’ Settembru 2017, https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/letter-of-intent-2017_en.pdf

(3)  Van den Brande – Konsulent speċjali tal-President Juncker, Reaching out to EU Citizens: a new opportunity, Ottubru 2017 (Mhux disponibbli bil-Malti).

(4)  L-Opinjoni tal-KtR dwar “Ir-Rapport tal-2017 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE”, COR-2017-01319, relatur: Guillermo Martínez Suárez.

(5)  Parlament Ewropew (2017) Riżoluzzjoni dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta’ Lisbona, P8_TA (2017)0049; (2017) Riżoluzzjoni dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea, P8_TA (2017)0048; (2017) Riżoluzzjoni dwar il-kapaċità baġitarja għaż-żona tal-euro, P8_TA(2017)0050.

(6)  Bħalma huma Why Europe, Pulse of Europe, Stand up for Europe, Committee for the Defence of Democracy, 1989 Generation Initiative.

(7)  London School of Economics, Reflecting on the future of the European Union, March 2018, https://cor.europa.eu/en/engage/studies/Documents/Future-EU.pdf.

(8)  KtR, Reflecting on Europe: how Europe is perceived by people in regions and cities, April 2018, https://cor.europa.eu/en/events/Documents/COR-17-070_report_EN-web.pdf

(9)  Ewrobarometru – Public opinion in the European Union [L-opinjoni pubblika fl-Unjoni Ewropea], Anness, n. 88, Novembru 2017 http://ec.europa.eu/commfrontoffice/publicopinion/index.cfm/ResultDoc/download/DocumentKy/81142 Ewrobarometru – Future of Europe [Il-ġejjieni tal-Ewropa], n. 467, Settembru – Ottubru 2017 http://ec.europa.eu/commfrontoffice/publicopinion/index.cfm/survey/getsurveydetail/instruments/special/surveyky/2179; Stħarriġ tal-Ewrobarometru kkummissjonat mill-Parlament Ewropew, Democracy on the move one year ahead of European election [Id-demokrazija fi proċess ta’ żvilupp sena qabel l-elezzjonijiet Ewropej], n. 89.2, Mejju 2018, http://www.europarl.europa.eu/pdf/eurobarometre/2018/oneyearbefore2019/eb89_one_year_before_2019_eurobarometer_en_opt.pdf

(10)  London School of Economics, Reflecting on the future of the European Union, Marzu 2018.

(11)  Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana, is-Seba’ Rapport Is-Seba’ Rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: Ir-Reġjun tiegħi, L-Ewropa tiegħi, Il-Futur tagħna, Settembru 2017

(12)  Riżoluzzjoni dwar il-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Futur tal-Ewropa – Riflessjonijiet u xenarji għall-UE27 sal-2025 (2017/C 306/01).

(13)  Opinjoni tal-KtR dwar id-Dokument ta’ Riflessjoni dwar il-ġejjieni tal-finanzi tal-UE, COR-2017-03718, relatur: Marek Woźniak.

(14)  Opinjoni tal-KtR dwar ir-Regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, COR-2017-04989, relatur: Luc Van den Brande.


21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/16


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Ħolqien ta’ Awtorità Ewropea tax-Xogħol

(2018/C 461/03)

Relatur ġenerali:

Is-Sinjura KAMPUS (AT/PSE), Membru tal-Gvern Reġjonali għall-Affarijiet Soċjali, ix-Xogħol u l-Integrazzjoni tal-Land ta’ Steiermark

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, 13 ta’ Marzu 2018 (test b’relevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera)

COM(2018) 131 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(5)

Jenħtieġ li tkun stabbilita Awtorità Ewropea tax-Xogħol (l-“Awtorità”) sabiex tgħin issaħħaħ il-ġustizzja u l-fiduċja fis-Suq Uniku. Għal dak l-għan, l-Awtorità jenħtieġ li tappoġġa lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fit-tisħiħ tal-aċċess għall-informazzjoni għall-individwi u għal min iħaddem dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom fis-sitwazzjonijiet tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera kif ukoll aċċess għal servizzi rilevanti, konformità tal-appoġġ u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni f’dawn l-oqsma, u timmedja u tiffaċilita soluzzjoni fil-każ ta’ tilwim jew tfixkil transfruntier fis-suq tax-xogħol.

(5)

Jenħtieġ li tkun stabbilita Awtorità Ewropea tax-Xogħol (l-“Awtorità”) sabiex tgħin issaħħaħ il-ġustizzja u l-fiduċja fis-Suq Uniku. Għal dak l-għan, l-Awtorità jenħtieġ li tappoġġa lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fit-tisħiħ tal-aċċess għall-informazzjoni għall-individwi u għal min iħaddem dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom fis-sitwazzjonijiet tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera kif ukoll aċċess għal servizzi rilevanti, konformità tal-appoġġ u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni f’dawn l-oqsma, u timmedja u tiffaċilita soluzzjoni fil-każ ta’ tilwim jew tfixkil transfruntier fis-suq tax-xogħol. Dan jinkludi wkoll tabella konsistenti u effettiva tal-infurzar.

Raġuni

Għal infurzar effettiv, ġust u ċar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera u l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali jeħtieġu mekkaniżmi adegwati ta’ infurzar, li jiżviluppaw ukoll funzjoni preventiva dissważiva.

Emenda 2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(14a)

Għal aktar ċertezza legali u applikazzjoni uniformi tal-liġi (anke għall-ġurisdizzjoni tal-qrati lokali), huma meħtieġa regoli fuq l-użu legali tal-informazzjoni (pereżempju l-affidabilità bħala evidenza) miġbura waqt l-ispezzjonijiet. Għandhom jittieħdu l-passi sabiex ikun żgurat li r-riżultati minn spezzjonijiet konġunti jistgħu jintużaw b’mod konsistenti.

Raġuni

Għal snin, is-SLIC (Senior Labour Inspectors Committee) irrakkomanda li l-istatus tal-miżuri konġunti jiġi ċċarat fl-UE kollha.

Emenda 3

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5(c)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(c)

tikkoordina u tappoġġa spezzjonijiet miftiehma u konġunti, f’konformità mal-Artikoli 9 u 10;

(c)

issaħħaħ, tikkoordina u tappoġġa spezzjonijiet miftiehma u konġunti, f’konformità mal-Artikoli 9 u 10;

Raġuni

In-natura tal-ispezzjonijiet miftiehma u konġunti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissaħħu b’mod konsiderevoli sabiex tittejjeb l-eżegwibilità tar-riżultati.

Emenda 4

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5(h) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(h)

tiffaċilita l-kontinwazzjoni tal-ħidma ta’ strutturi eżistenti u li jiffunzjonaw tajjeb, inklużi s-sħubijiet transfruntiera tal-EURES, li jrawmu l-kooperazzjoni fir-reġjuni transfruntiera bil-għan li tiġi appoġġjata l-mobilità transfruntiera ġusta.

Raġuni

Is-sinerġiji proposti mill-Kummissjoni u l-integrazzjoni ta’ strutturi eżistenti u li jiffunzjonaw tajjeb (bħas-sħubijiet transkonfinali tal-EURES li huma importanti għar-reġjuni) għandhom ikunu garantiti, anke f’termini baġitarji.

Emenda 5

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6(c)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(c)

tipprovdi informazzjoni rilevanti lil min iħaddem dwar ir-regoli tax-xogħol, u l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol applikabbli għall-ħaddiema f’sitwazzjonijiet tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera, inkluż ħaddiema stazzjonati;

(c)

tipprovdi informazzjoni rilevanti lil min iħaddem u lill-impjegati dwar ir-regoli tax-xogħol, u l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol applikabbli għall-ħaddiema f’sitwazzjonijiet tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera, inkluż ħaddiema stazzjonati;

Raġuni

L-informazzjoni mfassla apposta għandha tkun disponibbli għall-ispettru kollu tal-imsieħba soċjali.

Emenda 6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6(g) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(g)

tippromovi l-fluss ta’ informazzjoni bejn ir-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet ikkonċernati mill-mobilità sabiex jiskambjaw l-għarfien u l-esperjenzi b’mod strutturat u jgħadduh lil partijiet oħrajn.

Raġuni

L-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u l-esperjenzi lokali jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għal titjib fil-kooperazzjoni, il-bini tal-kapaċità u l-użu u t-tisħiħ ta’ għarfien disponibbli.

Emenda 7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7(1)(e) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(e)

tippromovi l-iskambju ta’ prattiki tajbin bejn ir-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet ikkonċernati mill-mobilità u twessa’ din l-esperjenza.

Raġuni

L-iskambju tal-esperjenzi fil-qasam tas-servizzi għandu jkun żgurat ukoll.

Emenda 8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8(1)(d)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(d)

tiffaċilita l-proċeduri ta’ infurzar transfruntiera tal-penali u tal-multi;

(d)

tiffaċilita l-proċeduri ta’ infurzar transfruntiera tal-penali u tal-multi u tiżviluppa proposti għall-promozzjoni ta’ aktar trasparenzau konsistenza fl-implimentazzjoni ta’ tali sanzjonijiet nazzjonali f’kuntest transfruntier ;

Raġuni

Responsabbiltà li mhix regolata biżżejjed fir-rigward tal-infurzar tal-penali u l-multi nazzjonali f’kuntest transfruntier tipperikola l-applikazzjoni effiċjenti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni fil-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet reġjonali.

Emenda 9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew ħafna, l-Awtorità għandha tikkoordina spezzjonijiet miftiehma jew konġunti fl-oqsma fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi tal-Awtorità. It-talba tista’ tiġi sottomessa minn Stat Membru wieħed jew diversi. L-Awtorità tista’ tissuġġerixxi wkoll lill-awtoritajiet tal-Istati Membri konċernati li jwettqu spezzjoni miftiehma jew konġunta.

1.   Fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew ħafna, l-Awtorità għandha tikkoordina spezzjonijiet miftiehma jew konġunti fl-oqsma fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi tal-Awtorità. It-talba tista’ tiġi sottomessa minn Stat Membru wieħed jew diversi b’konformità mal-prattiki nazzjonali dwar is-suq tax-xogħol fl-Istati Membri inkwistjoni. L-Awtorità tista’ tissuġġerixxi wkoll lill-awtoritajiet tal-Istati Membri konċernati li jwettqu spezzjoni miftiehma jew konġunta.

Raġuni

Jeħtieġ li tiġi kkunsidrata d-diversità tat-tradizzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-monitoraġġ tal-konformità mal-leġislazzjoni (inklużi l-istituzzjonijiet li jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali).

Emenda 10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Fejn l-awtorità ta’ Stat Membru tiddeċiedi li ma tipparteċipax jew li ma twettaqx l-ispezzjoni miftiehma jew konġunta msemmija fil-paragrafu 1, għandha tinforma lill-Awtorità bil-miktub bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha debitament minn qabel. F’tali każijiet, l-Awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet nazzjonali l-oħrajn konċernati.

Fejn l-awtorità ta’ Stat Membru tiddeċiedi li ma tipparteċipax jew li ma twettaqx l-ispezzjoni miftiehma jew konġunta msemmija fil-paragrafu 1, għandha tinforma lill-Awtorità bil-miktub bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha debitament minn qabel. F’tali każijiet, l-Awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet nazzjonali l-oħrajn konċernati.

Emenda 11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10(5)(a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

5a.     Fl-Istati Membri parteċipanti, ir-riżultati tal-ispezzjonijiet konġunti jistgħu jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti bħala evidenza bl-istess valur legali tad-dokumenti miġbura fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

Raġuni

Għal snin, is-SLIC (Senior Labour Inspectors Committee) irrakkomanda li l-miżuri konġunti madwar l-UE kollha jkunu dikjarati bħala legalment vinkolanti.

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni għandu jinkludi l-eżegwibilità legali tar-riżultati tal-ispezzjonijiet konġunti li jkunu regolati u żgurati f’kull livell ta’ awtorità.

Emenda 12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11(2)(d) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(d)

torganizza, sabiex dan l-għarfien jinżamm aġġornat, skambji regolari mar-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet l-aktar ikkonċernati, kemm tal-pajjiżi ospitanti u kemm tal-pajjiżi ta’ oriġini.

Raġuni

Anki fil-qasam tal-analiżijiet u l-valutazzjonijiet tar-riskju għandu jkun żgurat skambju regolari ta’ esperjenza u kontributi mir-reġjuni l-aktar ikkonċernati.

Emenda 13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 18 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentat anzjan wieħed minn kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni, li lkoll kemm huma għandhom dritt tal-vot.

1.   Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentat anzjan wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni u rappreżentant tal-awtoritajiet reġjonali tal-Istati Membri , li lkoll kemm huma għandhom dritt tal-vot.

2.   Kull membru tal-Bord Amministrattiv għandu jkollu sostitut għalih. Is-sostitut għandu jirrappreżenta lill-membru fin-nuqqas tiegħu jew tagħha.

2.   Kull membru tal-Bord Amministrattiv għandu jkollu sostitut għalih. Is-sostitut għandu jirrappreżenta lill-membru fin-nuqqas tiegħu jew tagħha.

3.   Il-membri tal-Bord Amministrattiv li jirrappreżentaw l-Istati Membri tagħhom u s-sostituti tagħhom għandhom ikunu maħtura mill-Istati Membri rispettivi tagħhom fid-dawl tal-għarfien tagħhom fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2), filwaqt li jikkunsidraw il-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti.

3.   Il-membri tal-Bord Amministrattiv li jirrappreżentaw l-Istati Membri tagħhom u s-sostituti tagħhom għandhom ikunu maħtura mill-Istati Membri rispettivi tagħhom fid-dawl tal-għarfien tagħhom fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2), filwaqt li jikkunsidraw il-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti.

Il-Kummissjoni għandha taħtar membri li se jirrappreżentawha.

Il-Kummissjoni għandha taħtar membri li se jirrappreżentawha.

 

Ir-rappreżentant tal-awtoritajiet reġjonali tal-Istati Membri għandu jinħatar mill-Kumitat tar-Reġjuni minn fost il-membri minn Stati tal-Unjoni Ewropea fejn il-kompetenza leġislattiva fil-qasam tal-impjieg hija kondiviża mar-reġjuni.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw it-tibdil tar-rappreżentanti tagħhom fuq il-Bord Amministrattiv sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-Bord. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw għall-kisba ta’ rappreżentazzjoni bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord Amministrattiv.

L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw it-tibdil tar-rappreżentanti tagħhom fuq il-Bord Amministrattiv sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-Bord. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw għall-kisba ta’ rappreżentazzjoni bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord Amministrattiv.

4.   Il-mandat għall-membri u għas-sostituti tagħhom għandu jkun erba’ snin. Dak it-terminu għandu jkun jista’ jiġi estiż.

4.   Il-mandat għall-membri u għas-sostituti tagħhom għandu jkun erba’ snin. Dak it-terminu għandu jkun jista’ jiġi estiż.

5.   Ir-rappreżentanti mill-pajjiżi terzi, li qed japplikaw id-dritt tal-Unjoni fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord Amministrattiv bħala osservaturi.

5.   Ir-rappreżentanti mill-pajjiżi terzi, li qed japplikaw id-dritt tal-Unjoni fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord Amministrattiv bħala osservaturi.

Raġuni

F’xi Stati Membri, ir-responsabbiltà għall-politika tal-impjieg hija kondiviża bejn l-Istat u r-reġjuni: il-bord amministrattiv tal-awtorità għandu jinkludi rappreżentant wieħed tal-awtoritajiet reġjonali, sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni bilanċjata tal-interessi.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kunsiderazzjonijiet ġenerali u valutazzjoni ġenerali tal-proposta

1.

jilqa’ l-għan tal-proposta, li huwa t-tisħiħ tal-korrettezza u l-appoġġ tal-fiduċja fis-suq uniku permezz ta’ applikazzjoni aktar effettiva tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali;

2.

jappoġġja l-approċċ li tiġi stabbilita Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) biex tassisti lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-irregolaritajiet fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema, tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, biex b’hekk tittejjeb il-kwalità tal-mobbiltà;

3.

jenfasizza li l-abbuż ta’ dawn il-libertajiet, mhux biss idgħajjef il-koeżjoni tal-UE, iżda jwassal ukoll għal restrizzjonijiet soċjali, ekonomiċi u baġitarji konsiderevoli fir-rigward tar-reġjuni, il-bliet, il-muniċipalitajiet u ċ-ċittadini stess;

4.

itenni li meta dan iseħħ, jitnaqqsu d-dħul mit-taxxa u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u jkun hemm impatt negattiv fuq l-impjieg, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, il-kompetizzjoni, l-iżvilupp lokali u reġjonali, il-benefiċċji u s-sigurtà soċjali;

5.

huwa favur, għalhekk, aktar koerenza u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, li attwalment huma konfrontati b’limitazzjonijiet ġurisdizzjonali fir-rigward ta’ infurzar effettiv ta’ regoli eżistenti f’sitwazzjonijiet transkonfinali;

6.

jenfasizza li koordinazzjoni aħjar fil-livell tal-UE tas-sanzjonijiet għall-ksur tal-leġislazzjoni dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol tista’ tikkostitwixxi deterrent għan-nonkonformità u tagħmel kontribut sinifikanti għal sistema iżjed effettiva ta’ infurzar, anke fl-ispirtu tal-Artikoli 81 u 82 tat-TFUE. Barra minn hekk, dan isaħħaħ il-fiduċja u l-ġustizzja fis-Suq Intern, billi jiżgura, fost l-oħrajn, ambjent kummerċjali ċar u kundizzjonijiet ekwi. Għall-ksib effettiv ta’ koordinazzjoni bħal din, jeħtieġ li jintużaw il-mezzi kollha neċessarji (bħall-konnessjonijiet bejn il-pjattaformi tal-IT jew sistemi telematiċi jew mezzi oħra ta’ komunikazzjoni);

7.

jappoġġja r-rwol operattiv tal-ELA, li ser tkun responsabbli mill-kompiti tekniċi ta’ strutturi eżistenti u tinkorporahom u tiżviluppahom ulterjorment sabiex tindirizza l-lakuni fis-sistema u toħloq sinerġiji;

8.

jirrimarka li l-kompiti u l-kompetenzi għandhom ikunu definiti b’mod ċar, sabiex f’kull livell tal-amministrazzjoni pubblika jitfasslu miżuri ta’ kooperazzjoni ta’ appoġġ b’mod effiċjenti u mmirat u tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ strutturi eżistenti;

9.

jirrimarka li fil-kompetenzi proposti tal-ELA, hemm spettru wiesa’ ta’ prattiki nazzjonali, reġjonali u lokali u sitwazzjonijiet legali u jenfasizza li l-mandat tal-ELA għandu jkun kompatibbli ma’ din id-diversità u għandu jiġi kkunsidrat l-għarfien akkumulat;

Valutazzjoni kritika tal-għan u tal-kompiti mill-perspettiva tar-reġjuni

10.

jenfasizza li, b’mod partikolari, dawk l-impjegati li jaħdmu bejn il-fruntieri jinsabu f’pożizzjoni vulnerabbli għaliex id-drittijiet tagħhom jistgħu jinkisru b’aktar faċilità, minħabba l-mobbiltà tagħhom bejn ir-reġjuni ta’ oriġini u r-reġjuni ospitanti;

11.

jenfasizza li l-livell lokali u reġjonali huwa affettwat direttament minn irregolaritajiet fi kwistjonijiet ta’ mobbiltà tal-forza tax-xogħol transfruntiera, li għandu l-eqreb kuntatt mal-pubbliku u għalhekk ma’ dawk li qed ifittxu impjieg u min iħaddem, u li l-mobbiltà tas-suq tax-xogħol hija, f’miżura sinifikattiva, ikkaratterizzata u konfigurabbli fil-livell reġjonali (1);

12.

jenfasizza li, minħabba dan ir-rwol ewlieni, jeħtieġ li tkun prevista rappreżentanza xierqa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fuq il-bord tat-tmexxija tal-ELA (2);

13.

ifakkar li l-ELA għandha tkopri s-setturi kollha tal-ekonomija u li l-involviment mill-qrib tas-sħab soċjali għandu jkun żgurat permezz ta’ rappreżentanza settorjali u reġjonali fil-grupp tal-partijiet interessati sabiex il-problemi varji jitqiesu b’mod suffiċjenti;

14.

jenfasizza l-importanza, sabiex jintlaħqu l-għanijiet, li l-azzjonijiet tal-ELA jkunu bbażati fuq approċċ eżegwibbli u r-responsabbiltà, filwaqt li l-awtonomija tas-sistemi nazzjonali tiġi mħarsa b’mod ugwali;

Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

15.

jenfasizza li l-prinċipju tas-sussidjarjetà għandu jiġi osservat bis-sħiħ f’kull livell ta’ żvilupp tal-ELA u li l-kompetenzi kollha nazzjonali f’materja ta’ politika soċjali u tax-xogħol għandhom jiġu rispettati;

16.

jenfasizza li l-prinċipju tal-proporzjonalità għandu jiġu osservat b’mod sħiħ, sabiex ikun evitat piż amministrattiv u finanzjarju addizzjonali;

17.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-twaqqif tal-ELA għandu jkollu l-għan li jsaħħaħ il-libertajiet bażiċi tas-suq uniku u jservi ta’ appoġġ għall-awtoritajiet nazzjonali f’dawk l-oqsma fejn l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni mill-Istati Membri hija limitata mill-fruntieri nazzjonali u/jew fejn id-differenzi reġjonali ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod xieraq fil-livell nazzjonali;

18.

jinnota li l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għandha tippermetti mudelli differenti tas-swieq tax-xogħol u l-prijoritajiet li l-Istati Membri jista’ jkollhom. L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol ma għandha bl-ebda mod taffettwa l-awtonomija tal-imsieħba soċjali u r-rwol ċentrali li jaqdu;

19.

jinnota li dan għandu jikkontribwixxi għal titjib fil-kwalità tal-mobbiltà bħala parti mill-kompetenzi u r-regolamenti eżistenti;

20.

jirrimarka li effetti pożittivi, kemm għar-reġjun ta’ oriġini u kemm għar-reġjun ospitanti, jistgħu jinkisbu permezz ta’ infurzar transkonfinali aktar effiċjenti mill-awtoritajiet nazzjonali u, b’hekk, tkun prevista żieda tad-dħul mit-taxxa u mis-sigurtà soċjali u l-impatt fuq kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol u l-kompetizzjoni ta’ aktar ċertezza legali u l-implimentazzjoni konsistenti tal-leġislazzjoni tkun tista’ tinħass fuq il-post (3);

Proposti addizzjonali u rekwiżiti regolatorji oħrajn

21.

jirrakkomanda, fid-dawl tan-natura dinamika tas-suq tax-xogħol Ewropew fil-kuntest tat-tibdil demografiku u tal-isfidi teknoloġiċi u f’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, li tkun prevista l-opportunità għal aktar żvilupp tal-ELA;

22.

iqis li huwa essenzjali li, fl-indirizzar ta’ sitwazzjonijiet transkonfinali, l-impenn tal-atturi kollha involuti għal segwitu rapidu, effettiv u konsistenti għandu jissaħħaħ sabiex jinkisbu effetti pożittivi fil-livell lokali u reġjonali;

23.

jirrakkomanda li, meta tkun qed tittratta l-pajjiżi terzi, u fejn applikabbli, l-Awtorità għandha tibni fuq l-Istrateġiji makroreġjonali tal-Unjoni, li jgħinu biex jiġu indirizzati, permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa, l-isfidi komuni ffaċċjati minn żona ġeografika definita li tkopri l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, u jikkontribwixxu għall-kisba ta’ koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali.

Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  Opinjoni tal-KtR dwar Il-mobilità tal-forza tax-xogħol u t-tisħiħ tal-EURES (COR 2014-1315).

(2)  Opinjoni tal-KtR dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (CDR 2868/2016).

(3)  https://cor.europa.eu/en/our-work/Documents/Territorial-impact-assessment/TIA-ELA-Labour-Authority-20180704.pdf


21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/24


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-kontribut tal-bliet u r-reġjuni tal-UE għall-KDB COP14 u l-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE wara l-2020

(2018/C 461/04)

Relatur:

Roby BIWER (LU/PSE) Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Bettembourg

Dokument ta’ referenza:

Ittra minn Frans Timmermans, Viċi President, Kummissjoni Ewropea, April 2018

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

A.   Is-sitwazzjoni attwali fl-ilħuq tal-miri tal-bijodiversità fl-Ewropa u madwar id-dinja

1.

jesprimi tħassib minħabba l-gravità tat-telf tal-bijodiversità, li mhuwiex limitat għal speċijiet ta’ annimali u pjanti, iżda għandu wkoll impatt negattiv fuq l-opportunitajiet għall-ġejjieni – ekonomiċi, ambjentali u anki soċjetali u kulturali;

2.

jenfasizza l-fatt li d-dati fil-mira ta’ żewġ strumenti ta’ politika importanti għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità – jiġifieri l-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011-2020 tal-Konvenzjoni tad-Diversità Bijoloġika (Pjan Strateġiku tal-KDB) u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità 2020 li tikkorrispondi miegħu – qed joqorbu malajr;

3.

itenni l-fehma li – filwaqt li hemm progress notevoli f’partijiet – l-evidenza xjentifika tindika li d-dinja inġenerali, u b’mod partikolari ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali mhumiex fit-triq it-tajba biex jilħqu l-Miri tal-Bijodiversità Aichi (ABT) globali kollha u biex jimplimentaw l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità. Madankollu, għad fadal ħafna x’jinkiseb sal-2020 u l-fażi ta’ tħejjija għall-qafas globali tal-bijodiversità ta’ wara l-2020 diġà bdiet;

4.

jenfasizza li t-telf tal-bijodiversità fid-dinja, kif ukoll it-telf u d-deterjorazzjoni tal-ekosistemi, hi theddida ewlenija għall-futur tal-pjaneta tagħna; fil-kuntest politiku globali tal-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, l-indirizzar u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità u r-restawr tal-ekosistemi huma element kruċjali, marbut mill-qrib mal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

5.

jirrikonoxxi l-impatt ta’ azzjonijiet (jew nuqqas ta’ azzjonijiet) lokali individwali bħala kontribuzzjoni għall-kriżi globali tal-bijodiversità, li juri l-periklu ta’ “inkwadrar dejjaq” billi kull każ relatat mal-bijodiversità jkun trattat f’iżolament fuq skala lokali – b’hekk jiġi injorat l-impatt tiegħu fuq livell globali kif ukoll impatti esterni oħrajn – u jenfasizza l-ħtieġa għal perspettiva mikro-makro bbilanċjata;

6.

isostni li hemm biżżejjed evidenza u prova xjentifika li huwa urġenti li jittieħdu aktar azzjonijiet radikali, proattivi u preventivi fil-livelli globali, reġjonali u lokali fir-rigward tat-trażżin tat-telf tal-bijodiversità u r-restawr ta’ ekosistemi degradati issa u biex ma nistennewx aktar (jiġifieri għall-valutazzjoni formali tal-progress fl-2020).

7.

jenfasizza l-inkonsistenza fl-objettivi ta’ politika – orizzontalment u vertikalment –, b’approċċi li huma ta’ sikwit kontradittorji fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali, inklużi, pereżempju, politiki agrikoli jew tal-enerġija, li timmina l-progress fil-kisba tal-ABT;

8.

jirrikonoxxi li l-politiki ta’ urbanizzazzjoni fl-Istati Membri tal-UE għadhom joħolqu frammentazzjoni tal-pajsaġġ u espansjoni urbana, li jirriżultaw f’telf ta’ ekosistemi u bijodiversità;

9.

jilqa’ l-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali (MEAs) u l-funzjonament tagħhom, u l-iżvilupp ta’ politika globali ġdida u oqfsa ta’ governanza li jappoġġjaw il-kooperazzjoni transfruntiera u jsejjaħ għall-awtoritajiet reġjonali u nazzjonali rilevanti biex jibdew jużaw dawn l-istrumenti biex jiżviluppaw interventi ta’ politika koerenti transkonfinali;

10.

jenfasizza l-qerda ta’ siti individwali tan-Natura 2000 u l-livell attwali ta’ qtil u qbid illegali tal-għasafar u speċijiet oħrajn, u huwa konvint li hemm bżonn ta’ sforz akbar fil-livelli kollha sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-monitoraġġ u l-infurzar tad-Direttivi dwar in-Natura permezz ta’ pjani xierqa ta’ ġestjoni;

11.

jinsab inkwetat mill-persistenza tal-kummerċ illegali ta’ speċijiet protetti, miż-żieda ta’ speċijiet aljeni invażivi u mill-użu insostenibbli ta’ pestiċidi, bħan-neonikotinojdi, li jikkawżaw tnaqqis enormi fid-dakkara, inklużi l-popolazzjonijiet tan-naħal;

12.

ifakkar l-urġenza għal titjib sostanzjali fl-isforzi globali, u tal-UE, sabiex jindirizzaw b’mod effettiv il-kriżi tal-bijodiversità fid-dinja u tad-diżakkopjament tal-iżvilupp ekonomiku mit-telf ta’ bijodiversità u kwistjonijiet relatati, inkluż id-deterjorament sussegwenti ta’ funzjonijiet u servizzi tal-ekosistemi;

13.

jiġbed l-attenzjoni li m’hemmx biżżejjed mezzi u strumenti finanzjarji għall-integrazzjoni tal-azzjoni tal-bijodiversità u l-ġestjoni adegwata tal-bijodiversità u r-riskji ekonomiċi u finanzjarji relatati ta’ nuqqas ta’ azzjoni, predominanti fil-livelli kollha;

14.

jenfasizza l-ħtieġa li wieħed jiffoka fuq id-dgħufijiet fl-istruttura ta’ governanza globali u Ewropea, l-isfidi fl-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-KDB u t-titjib tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità wara l-2020 sabiex tinkiseb l-implimentazzjoni effettiva permezz ta’ strateġiji konkreti;

15.

jinnota bi tħassib in-nuqqas u/jew l-inadegwatezza tal-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ, rapportar u verifikazzjoni (MRV) għal kontibuzzjonijiet (volontarji) sabiex jivvalutaw il-progress bl-implimentazzjoni tal-ABT permezz tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Bijodiversità (NBSAPs) u l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Reġjonali għall-Bijodiversità (RBSAPs);

16.

iħeġġeġ l-involviment bikri tal-partijiet interessati rilevanti kollha fil-preparazzjonijiet għall-fażi li jmiss fit-tħejjija tal-Oqfsa Globali ta’ Bijodiversità għal wara l-2020 – globalment u fil-livell tal-UE;

B.   Azzjonijiet u responsabbiltajiet sal-2020

17.

iqis li huwa xieraq li tintuża l-Konvenzjoni dwar il-Bijodiversità (KDB) l-14-il Konferenza tal-Partijiet (KDB COP14) bħala opportunità ewlenija biex ikun identifikat dak li għad jista’ attwalment jinkiseb sal-2020, sabiex jiġu fformulati impenji ċari u li jistgħu jintlaħqu;

18.

jenfasizza r-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-ABT għas-sentejn li fadal;

19.

jenfasizza l-importanza ta’ qafas adegwat ta’ governanza f’diversi livelli għal azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-UE u l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ulterjuri tal-ABT u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea għall-Bijodiversità sal-2020;

20.

jappoġġja d-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea li tipprojbixxi l-pestiċidi użati b’mod wiesa’, bħan-neonikotinojdi, minħabba l-periklu serju li għandhom fir-rigward tal-insetti mhux fil-mira bħall-pollinaturi, li huma kruċjali għar-riproduzzjoni tal-pjanti fil-foresti, żoni ekoloġiċi urbani u għelieqi tal-għelejjel, u għalhekk fundamentali għall-produzzjoni globali tal-ikel. Il-Kumitat jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-limitazzjoni tal-użu tal-pestiċidi – filwaqt li jitqiesu b’mod xieraq id-differenzi li jeżistu bejn l-Istati Membri f’termini tat-tqassim tar-responsabbilitajiet – anki permezz ta’ inizjattivi bħall-“Bliet Ħielsa mill-Pestiċidi” u “Bliet Favur in-Naħal”;

21.

huwa favur żieda ta’ riżorsi (legali, finanzjarji u umani) għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li jixtiequ jiżviluppaw b’mod adegwat il-kompetenzi diretti tagħhom fi kwistjonijiet ta’ protezzjoni, ippjanar, użu sostenibbli, ġestjoni, restawr u monitoraġġ tal-bijodiversità u l-ekosistemi, inklużi siti ta’ interess akbar ta’ konservazzjoni;

22.

jenfasizza l-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu pprovduti b’għodod u mekkaniżmi għal aċċess ta’ informazzjoni ta’ kwalità għolja dwar l-istat u x-xejriet tal-ispeċijiet, il-ħabitats, l-ekosistemi u s-servizzi tagħhom;

23.

jistieden lill-Istati Membri tal-UE sabiex jistabbilixxu approċċ integrat għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji u pjani ta’ azzjoni (LBSAP) nazzjonali, sottonazzjonali u lokali dwar il-bijodiversità, skont dak li hu ssuġġerit fl-Istrateġija tal-Bijodiversità u l-Gwidi tal-Pjan ta’ Azzjoni tas-Segretarjat tal-KBD u l-ICLEI, fejn għadhom mhux stabbiliti, u biex itejbu l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-twaqqif, reviżjoni u l-implimentazzjoni tal-NBSAPs, sabiex jappoġġjaw l-implimentazzjoni u l-integrazzjoni effettiva tagħhom fl-ippjanar – vertikalment u orizzontalment – u setturi li l-attivitajiet tagħhom għandhom impatt fuq il-bijodiversità (pożittiv jew negattiv);

24.

jenfasizza l-ħtieġa sabiex jiżdiedu l-fondi għall-bijodiversità, b’mod partikolari investimenti fin-Natura 2000, permezz tal-istrumenti ta’ finanzjament kollha tal-UE, inklużi l-Fondi Strutturali u dawk ta’ Koeżjoni, u kif ukoll jilqa’ għodod ta’ appoġġ bħall-eConservation li toffri bażi ta’ data b’informazzjoni ta’ valur dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament għad-diversità bijoloġika minn donaturi pubbliċi;

25.

jipproponi li jiġu pprovduti l-aħjar prattiki għat-tneħħija ta’ sussidji perversi f’oqsma ta’ politika settorjali differenti sabiex tiżdied il-koerenza tal-azzjoni tal-UE għall-protezzjoni tal-bijodiversità u jitwettqu valutazzjonijiet ta’ sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent sabiex il-baġit tal-UE jitmexxa aħjar lejn l-iżvilupp sostenibbli; l-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji għandha tagħti prijorità għolja lill-iżvilupp sostenibbli;

26.

jilqa’ l-isforzi tal-programm tal-UE Orizzont 2020 sabiex jiġu intensifikati l-azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni li jesploraw il-potenzjal ta’ Soluzzjonijiet ibbażati fuq in-Natura (NBS) u Infrastrutturi Ekoloġiċi u Marini (GI) għar-riġenerazzjoni ta’ żoni urbani li huwa jqis bħala pedamenti tajba sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità fiż-żoni urbani u f’dawk b’densità għolja ta’ popolazzjoni, anke matul il-perjodu 2020-2030 u f’rabta mal-Aġenda Urbana tal-UE; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa biex titrawwem iżjed l-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-UE dwar in-Natura, u jenfasizza li dawn il-programmi dwar l-NBS u GI m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala sostituti għall-azzjonijiet ta’ servizzi ta’ ekosistema u bijodiversità b’saħħithom f’żoni periurbani jew rurali, iżda jistgħu jkunu addizzjonijiet utli għalihom;

27.

jenfasizza l-fatt li fondi mid-diversi strumenti ta’ finanzjament eżistenti għandhom ikunu ġestiti direttament mill-korpi lokali u reġjonali kompetenti u b’mandat għall-konservazzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi f’konformità mal-ABT;

28.

jappella għat-tisħiħ tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-prevenzjoni tal-kummerċ illegali permezz tal-istabbiliment tar-regoli tal-akkwist orjentati lejn il-bijodiversità u biex titwaqqaf iż-żieda tal-ispeċjiet aljeni invażivi, speċjalment bil-provvediment ta’ oqfsa għal attivitajiet konġunti kollaborattivi f’sitwazzjonijiet transkonfinali fl-interess tal-migrazzjoni ta’ speċijiet integrati u l-ġestjoni tal-bijodiversità; jenfasizza r-rwol ta’ netwerks strateġiċi eżistenti bħalma huwa n-Netwerk Trans-Ewropew ta’ Infrastruttura Ekoloġika (TEN-G) fil-forniment ta’ infrastrutturi u kurituri ħodor transkonfinali permezz tal-ġestjoni kooperattiva transkonfinali u l-pjani ta’ azzjoni;

Ir-Rwol Ċentrali tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali fl-Implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-KDB u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020

29.

jikkonferma u jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rikonoxximent dejjem jikber tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-livell tal-UE fit-twettiq tal-Istrateġija Ewropea għall-Bijodiversità;

30.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu involuti b’mod attiv fil-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ politiki għat-tneħħija ta’ sussidji kontroproduttivi u l-integrazzjoni tal-bijodiversità f’oqsma differenti ta’ politika settorjali, inkluża l-agrikoltura u kif ukoll l-iżvilupp urban u reġjonali (permezz tal-Fondi tal-UE rilevanti);

31.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex iżidu l-ħidma fir-rigward tal-integrazzjoni tal-konsiderazzjonijiet tal-bijodiversità fl-użu tal-art u l-ippjanar urban bħala strument effettiv biex jiffaċilita l-kontribuzzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-ABT;

32.

itenni r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħaddim ta’ programmi u pjattaformi ta’ sensibilizzazzjoni, fuq bażi volontarja, bil-għan li tiġi enfasizzata l-importanza tal-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi tagħna u s-servizzi tagħhom;

33.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jinvolvu ruħhom fi proċessi ta’ standardizzazzjoni u ċertifikazzjoni internazzjonali, Ewropej u nazzjonali għall-ġestjoni tal-bijodiversità u l-ekosistemi, inklużi l-għodod biex jintużaw bħala referenzi u biex tiġi appoġġjata l-adozzjoni ta’ qafas koerenti ta’ ġestjoni u governanza tal-bijodiversità;

C.   Lejn Qafas Globali tal-Bijodiversità wara l-2020 effettiv u operattiv

34.

jilqa’ r-Riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għan-Natura, in-Nies u l-Ekonomija adottat fi tmiem l-2017, li jitlob lill-Kummissjoni tibda taħdem mingħajr dewmien fuq l-Istrateġija għall-Bijodiversità tal-UE li jmiss, f’konformità mal-proċess ta’ formulazzjoni tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità wara l-2020 (GBF);

35.

jirrikonoxxi l-ħtieġa li jissaħħaħ l-impenn politiku fil-livell globali u tal-UE biex tiġi indirizzata l-kriżi globali tal-bijodiversità u jiżdiedu l-ambizzjonijiet fid-deċennju post-Aichi 2020-2030;

36.

jistenna li l-KDB COP15 tiġġenera attenzjoni globali mġedda u tqabbel l-impenji mhux biss biex jitwaqqaf it-telf ta’, iżda biex tiġi ristorata l-bijodiversità u l-ekosistemi u biex tistabbilixxi GBF ambizzjuż u inklużiv għal wara l-2020 sal-2030 li kapaċi jilħaq il-Viżjoni 2050 tal-KDB u Ftehimiet rilevanti oħrajn tan-NU;

37.

iħeġġeġ lill-UE sabiex tmexxi b’responsabbiltà fil-proċess preparatorju globali fir-rigward ta’ GBF għal wara l-2020 u tistabbilixxi “politika ta’ bijodiversità esterna” – jew tikkontribwixxi għal “politika globali tal-bijodiversità interna” – li tiddetermina r-responsabbiltà tal-UE bħala mexxejja globali fil-bijodiversità;

38.

jistieden lill-UE u lill-partijiet kollha tal-KDB COP sabiex isaħħu u jifformalizzaw id-djalogu u l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali (u partijiet interessati oħrajn li mhumiex parti) fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ politika ġdid;

39.

iħeġġeġ lill-UE biex tinvolvi ruħha f’kollaborazzjoni transreġjonali mal-Afrika, l-Amerika t’Isfel, l-Asja, u b’mod partikolari ċ-Ċina, bħala l-ospitant tal-KBD COP 2020 sabiex jiġu żviluppati approċċi komuni u koerenti għall-promozzjoni fir-rigward tal-interessi komuni biex jiġu ssodisfati l-ABT “mġedda” għar-restawr, l-użu sostenibbli u l-ġestjoni tal-bijodiversità u l-ekosistemi fid-deċennju 2020-2030;

40.

jenfasizza l-ħtieġa li l-Viżjoni għall-2050 tiġi tradotta f’termini u metodi tanġibbli li jinkludu risposti prammatiċi, orjentati lejn is-soluzzjonijiet sabiex jiġu diskussi waqt il-KDB COP 14;

41.

jenfasizza l-ħtieġa biex ikun żviluppat il-GBF wara l-2020 billi jkunu allinjati u integrati l-Ftehimiet kollha tan-NU li huma relevanti għall-ambjent, bħalma huma l-SDGs tan-NU, il-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u l-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri (DRR), bil-Miri – mġedda – tal-Bijodiversità ta’ Aichi, għall-prevenzjoni tas-separazzjoni tas-servizzi tal-bijodiversità u l-ekosistemi mill-għanijiet soċjali u ekonomiċi li huma msejsa fuqhom; dan ser jippermetti lill-valuri tal-bijodiversità biex jiġu integrati f’setturi oħrajn u, għaldaqstant, proċessi ta’ politiki u pjanar, kif ukoll fil-kollaborazzjoni transkonfinali;

42.

iħeġġeġ il-koerenza politika permezz ta’ integrazzjoni aħjar tal-bijodiversità – b’mod partikolari ma’ SDG 11 “Bliet u Komunitajiet Sostenibbli”, SDG 14 “Il-Ħajja taħt l-Ilma”, SDG 15 “Il-Ħajja fuq l-Art” – u formulazzjoni aktar preċiża u allinjata madwar l-għodod differenti sabiex jiġu evitati l-konfużjoni, il-kontradizzjoni u d-duplikazzjoni;

43.

jenfasizza s-sinifikat kruċjali ta’ kooperazzjoni f’diversi livelli u l-istabbiliment ta’ struttura ta’ governanza, f’diversi livelli, effettiva u operattiva fil-Qafas Globali tal-Bijodiversità wara l-2020, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali (kemm globalment kif ukoll fl-UE), għal azzjoni kkoordinata sabiex jintlaħqu l-ABT “mġedda”;

44.

jappella biex il-Qafas Globali tal-Bijodiversità l-ġdid ta’ wara l-2020 isemmi b’mod espliċitu r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-mekkaniżmu għal monitoraġġ, rapportar u verifikazzjoni nazzjonali;

45.

iħeġġeġ struttura u mekkaniżmu tal-Governanza Globali tal-Bijodiversità wara l-2020 koerenti li japplikaw il-prinċipji ta’ integrazzjoni orizzontali, allinjament vertikali, u ġestjoni kooperattiva u integrata marbuta ma’ miri li jistgħu jitkejlu u mekkaniżmi ta’ rapportar minn u għal-livelli kollha, inklużi l-gvernijiet sottonazzjonali, allinjati ma’ ftehimiet internazzjonali oħrajn;

46.

jirrakkomanda li tiġi esplorata l-possibilità li jħaddnu sistema ta’ kontribuzzjonijiet volontarji fil-livelli differenti – simili għall-introduzzjoni mill-UNFCC ta’ kontributi determinati nazzjonalment, reġjonalment u fil-livell lokali – fi proporzjon ma’ ċirkostanzi nazzjonali, iżda mill-inqas ugwalment kuraġġużi u ambizzjużi;

47.

itenni l-ħtieġa li jinżamm approċċ simili – u fl-istess spirtu – għall-ABT bl-introduzzjoni ta’ miri ġodda, ċari, marbutin biż-żmien u li jistgħu jitkejlu biex jitrażżan it-telf, u għar-restawr, tal-bijodiversità, in-natura u l-ekosistemi, kif ukoll għall-qerda effikaċi u l-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi u jitwaqqaf b’mod effettiv il-qtil illegali u l-kummerċ illegali ta’ annimali slavaġ fid-deċennju 2020-2030;

48.

jistieden lill-UE biex tipprovdi orjentazzjoni strateġika u kontinwa u gwida għall-Istati Membri tal-UE u pajjiżi oħrajn għall-isforzi tagħhom fl-indirizzar ta’ theddid, u l-ġestjoni ta’, bijodiversità u servizzi tal-ekosistema. Minħabba l-fehim li t-telf tal-bijodiversità huwa mmexxi minn numru kbir ta’ każijiet u deċiżjonijiet individwali, il-gwida għandha tinkludi l-prinċipji u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-impatti ta’ dawn li ġejjin minn, u mqabbla ma’, miri globali tal-bijodiversità biex ikun evitat “l-inkwadrar dejjaq”;

49.

iqis l-approċċ koerenti ta’ monitoraġġ, rapportar u verifikazzjoni (MRV) importanti ħafna għall-kontabilità tal-progress fi ħdan il-Qafas Globali tal-Bijodiversità wara l-2020 u l-analiżi perjodika tal-implimentazzjoni tal-għanijiet fit-tul tiegħu. Dan għandu jsir b’mod li jiffaċilita u komprensiv, waqt li jiffoka fuq (1) it-twaqqif tat-telfien tal-bijodiversità, (2) ir-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi, (3) l-użu u l-ġestjoni sostenibbli tal-bijodiversità u l-ekosistemi. Dan permezz tal-prevenzjoni tal-wasla u l-qerda ta’ speċijiet aljeni invażivi, u t-twaqqif tal-qtil illegali u l-kummerċ ta’ organiżmi selvaġġi u l-monitoraġġ u l-verifikazzjoni tal-indikaturi tal-bijodiversità. L-MRV għandu jkun kemm jista’ jkun oġġettiv u bbażat fuq l-aqwa xjenza disponibbli, li jipprovdi għall-attribuzzjoni tal-impatti kkwantifikati għall-politiki u l-azzjoni, il-viżibilità tal-progress u l-kisbiet, u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għall-korrezzjoni jew aktar azzjoni;

50.

iħeġġeġ l-immappjar u l-monitoraġġ ta’ kontribuzzjonijiet nazzjonali, inklużi dawk reġjonali u lokali, kontra l-miri globali taħt il-Qafas Globali tal-Bijodiversità wara l-2020 biex jippermettu l-ittraċċar u analiżi perjodika ta’ wegħdiet kollettivi;

51.

jiffavorixxi l-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku komuni marbut mal-bijodiversità, sabiex jitfasslu metodi ta’ skoperta komparabbli, u jiġu definiti regoli komuni ta’ monitoraġġ u jinħolqu pjattaformi speċjali għall-ġestjoni u t-tixrid tad-data u l-għarfien;

52.

japprofondixxi l-għarfien tar-riżorsi u s-servizzi offruti mit-territorji (l-ambjent, it-turiżmu, l-agrikoltura, l-artiġjanat, l-enerġija, is-servizzi, l-ekonomija soċjali) sabiex tiġi promossa l-integrazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni tal-bijodiversità mal-ippjanar f’livelli differenti tal-gvern u ma’ azzjonijiet ta’ żvilupp soċjoekonomiku tat-territorji;

53.

jappella għall-approfondiment u t-tixrid tal-għarfien fir-rigward tal-aħjar prattika għall-protezzjoni taż-żoni ta’ Natura 2000 fil-livell Ewropew u l-promozzjoni ta’ djalogi regolari mal-organi amministrattivi rispettivi, kif ukoll l-involviment fuq il-post ta’ diversi partijiet interessati pubbliċi u privati fil-qasam tal-bijodiversità

54.

jipproponi l-introduzzjoni ta’ miri operattivi “SMART” (speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, ambizzjużi, realistiċi, u marbutin biż-żmien), fil-qafas għal wara l-2020, li jimxi minn miri li ma jitkejlux, marbuta mal-istatus lejn miri orjentati lejn ir-riżultat, “marbuta mal-pressjoni”, definiti b’mod u lingwaġġ ċar u operattiv, u li jippermettu li l-progress jiġi mkejjel u rrapportat meta mqabbel mal-miri;

55.

japprova l-ħtieġa għal aktar għanijiet u miri li huma aktar konvinċenti u li jistgħu jiġu kkomunikati faċilment fil-Qafas Globali tal-Bijodiversità wara l-2020, filwaqt li jkunu aġġornati u/jew sostitwiti wkoll il-miri marbutin biż-żmien ta’ Aichi, inklużi dawn li ġejjin: (1) Għan strateġiku B fuq it-tnaqqis tal-pressjoni diretta fuq il-bijodiversità u l-promozzjoni tal-użu sostenibbli għandu jinkorpora l-użu sostenibbli ta’ speċijiet terrestri flimkien mal-ħut u stokkijiet ta’ invertebrati u pjanti akwatiċi taħt Mira 6; (2) Għan strateġiku D fuq it-titjib tal-benefiċċji għal kulħadd mill-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema għandhom japprovaw il-kontribuzzjoni tal-bijodiversità għas-saħħa tal-bniedem – minbarra dawk imsemmijin fil-miri 14, 15 u 16 – b’miri addizzjonali dwar kwistjinijiet bħall-użu farmaċewtiku, pjanti mediċinali, nutrizzjoni, saħħa mentali, u l-promozzjoni tas-saħħa, eċċ., kif ukoll bħala rikonoxximent tar-rabtiet bejn il-bijodiversità, il-paċi u l-konflitt, u l-migrazzjoni ta’ persuni; barra minn hekk (3) żieda fl-attenzjoni għas-servizzi offruti mill-ħamrija, l-ilma ħelu u l-ibħra internazzjonali u l-bijodiversità rispettiva tagħhom, u (4) il-miżuri mittieħda b’rabta mal-protezzjoni tan-natura u tas-servizzi tal-ekosistemi li għandhom l-għan li jtejbu l-ambjent tal-għajxien fil-bliet u ż-żoni periurbani, filwaqt li jitqies ukoll it-tibdil fil-klima;

56.

jirrimarka lill-komunitajiet lokali dwar l-importanza li jqisu l-bijodiversità bħala opportunità f’termini ekonomiċi, soċjali u ta’ impjieg, inkluż b’rabta mal-esiġenzi tal-inklużjoni soċjali, u l-esperimentazzjoni b’mudelli ta’ kooperazzjoni lokali ġodda abbażi tat-tixrid ta’ klawżoli soċjali u ambjentali mfassla biex itejbu l-bijodiversità;

57.

jappella għal indikaturi konġunti tal-bijodiversità biex jiġu żviluppati, miżjuda u jiġu allinjati fl-oqfsa internazzjonali rilevanti kollha, inkluż b’mod partikolari l-SDGs, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, sabiex jippromovu l-kejl u l-implimentazzjoni effettiva u integrata u tinkiseb bidla trasformattiva fl-interess tal-qerda tal-faqar, il-promozzjoni tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u r-reżiljenza tal-ikel li qed tiżdied fil-komunitajiet lokali;

58.

jappella għal aktar opportunitajiet ta’ żvilupp tal-kapaċità – inklużi l-mezzi finanzjarji meħtieġa u innovattivi, l-attivazzjoni tal-metodi bħat-tagħlim bejn il-pari – biex jissaħħu l-għarfien u l-ħiliet tekniċi biex jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità, jiġu retsawrati l-ekosistemi u l-bijodiversità kif ukoll il-prevenzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi u l-qtil illegali u l-kummerċ ta’ organiżmi selvaġġi, fil-livelli kollha, bl-involviment tal-Popli Indiġeni u l-Komunitajiet Lokali (IPLCs), esperti u professjonisti (fosthom il-kaċċaturi, ir-rgħajja u s-sajjieda, dawk li jieħdu ħsieb il-foresti) fil-ġestjoni tal-bijodiversità;

59.

jipproponi sħubijiet aktar b’saħħithom u appoġġ għal azzjoni kollettiva fost il-partijiet interessati kollha u l-pubbliku inġenerali, b’attenzjoni speċjali għal kontribuzzjonijiet mill-Popli Indiġeni u l-Komunitajiet Lokali (IPLCs), in-nisa, iż-żgħażagħ u dawk li jiddependu direttament fuq, u jimmaniġġjaw, il-bijodiversità (inklużi l-kaċċaturi, is-sajjieda, ir-rgħajja u dawk li jieħdu ħsieb il-foresti) u l-waqfien tal-qtil illegali u l-kummerċ ta’ annimali slavaġ. Il-KtR itenni l-ħtieġa li tiżdied l-għajnuna teknika u/jew gwida (mhux biss għall-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE iżda wkoll għal reġjuni ta’ transitu u ta’ sors tat-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi), it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-istrumenti bbażati fuq id-drittijiet għal proċess parteċipatorju effikaċi li jintegra l-prinċipji ta’ governanza tajba;

60.

iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ standards internazzjonali għall-Istrateġiji u l-Pjani ta’ Azzjoni dwar il-Bijodiversità u għal-ġestjoni u ppjanar integrati, kif ukoll strumenti oħrajn relatati mal-mekkaniżmu futur ta’ governanza u ġestjoni sabiex ikunu ffaċilitati l-użu u l-koerenza;

61.

jirrikonoxxi l-importanza tal-mudellar tal-bijodiversità globali ta’ xenarji għal deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tal-bijodiversità tajbin u infurmati aħjar u l-iżvilupp ta’ sistemi innovattivi ta’ ġbir ta’ data jew l-espansjoni ta’ sistemi eżistenti b’data dwar il-bijodiversità;

62.

jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ pjattaforma globali għat-trasferiment tal-għarfien, il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-impenji min-naħa tan-nazzjonijiet u l-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iskambju u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki u jappoġġjaw l-MRV;

63.

jinsisti fuq il-ħtieġa li jiżdied il-finanzjament tal-bijodiversità – fil-livell globali, fl-UE u domestiku – immirat lejn kuntesti lokali speċifiċi. Dan għandu jinkludi gwida xierqa biex jiffaċilita l-aċċess u l-użu effettiv u effiċjenti ta’ strumenti ta’ finanzjament disponibbli, kif ukoll evalwazzjoni sistematika regolari tar-riżultati sabiex ikunu evitati effetti u kunflitti negattivi bejn għanijiet ta’ politika differenti;

64.

jirrakkomanda li jiġu esplorati u sfruttati l-benefiċċji ta’ għażliet ta’ finanzjament ġodda u innovattivi, inklużi inċentivi tat-taxxa, pagamenti għal servizzi tal-ekosistemi, lotteriji reġjonali/nazzjonali, fond iddedikat għall-bijodiversità fil-livell tal-UE u/jew dak globali, kif ukoll il-kombinazzjoni u t-taħlit ta’ finanzjament, kif ukoll l-innovazzjonijiet strutturali relatati, bħal sħubijiet pubbliċi-privati għall-bijodiversità, fondazzjonijiet privati/kummerċjali, fondazzjonijiet taħt il-liġi pubblika, u inċentivi għal azzjoni permezz ta’, pereżempju, tikkettar/ċertifikazzjoni volontarji;

65.

jimpenja ruħu b’mod kontinwu u jinvolvi ruħu b’mod attiv fil-proċess preparatorju tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità wara l-2020 fl-ispirtu espress f’din l-Opinjoni.

Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/30


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Komunikazzjoni dwar Strateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari

(2018/C 461/05)

Relatur:

André VAN DE NADORT (NL/PSE), Sindku tal-Muniċipalità ta’ Weststellingwerf

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Strateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari

COM(2018) 28 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

A.   Kummenti ġenerali

Il-Kumitat tar-Reġjuni:

1.

Jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar Strateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari, u l-isfidi u l-azzjonijiet ewlenin identifikati, u jisħaq li tinħtieġ ambizzjoni sabiex issir it-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari u biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà u dawk ambjentali kif ukoll il-kwistjonijiet prattiċi relatati mal-plastiks. Jieħu nota f’dan il-kuntest tal-proposti leġislattivi tal-Kummissjoni Ewropea li għandhom fil-mira tagħhom l-għaxar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jinstabu l-aktar ta’ spiss fuq il-bajjiet u fl-ibħra tal-UE li, flimkien mat-tagħmir tas-sajd abbandunat, jikkostitwixxu 70 % tal-iskart kollu fil-baħar.

2.

Jirrikonoxxi li l-plastiks — li huma materjal reżistenti ferm, iġjeniku u rħis — għandhom għadd ta’ benefiċċji, iżda jinsab profondament imħasseb dwar ir-rati baxxi attwali ta’ ġbir u riċiklaġġ tal-plastiks u jemmen li l-prattiki attwali li jindirizzaw din l-isfida huma ffukati żżejjed fuq soluzzjonijiet fil-punt tar-rimi (ġbir, separazzjoni, trattament).

3.

Jenfasizza r-rwol ewlieni u l-interess tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet għall-plastiks f’ekonomija ċirkolari. Ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkonċernaw l-immaniġġjar tal-iskart u l-protezzjoni ambjentali: inklużi elementi bħall-prevenzjoni, il-ġbir, il-ġarr, l-irkupru (inklużi s-separazzjoni u l-użu mill-ġdid u riċiklaġġ), ir-rimi u t-tindif tal-iskart fit-toroq, fil-kosti, fil-lagi u fil-baħar, l-appoġġ lis-sajd u t-turiżmu u t-trawwim ta’ sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet marbutin mal-iskart, ir-rimi ta’ żibel u r-riċiklaġġ fost iċ-ċittadini tagħhom.

4.

Jiffoka fuq il-futur ċirkolari tal-plastiks minn perspettiva lokali u reġjonali. Dan ifisser anqas plastiks, plastiks aħjar, ġbir aħjar, riċiklaġġ aħjar u swieq aħjar.

5.

Jemmen bis-sħiħ li kooperazzjoni aħjar u approċċ ta’ katina ta’ materjali bejn il-partijiet ikkonċernati kollha fil-katina ta’ valur tal-plastiks huma essenzjali għal soluzzjonijiet effettivi. Il-miżuri għandhom ikunu mmirati lejn il-ħoloq kollha fil-katina tal-valur, inklużi d-disinn tal-prodott, il-produzzjoni tal-plastiks, l-akkwist, il-konsum, il-ġbir u r-riċiklaġġ.

6.

Jenfasizza r-rwol tal-innovazzjoni u l-investiment lejn soluzzjonijiet ċirkolari sabiex jiġu promossi l-bidliet soċjali u fl-imġiba meħtieġa għat-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari bħala pass kruċjali lejn l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, reġjonali u lokali; għalhekk jappella lill-Kummissjoni Ewropa u l-Istati Membri tal-UE biex matul in-negozjati tagħhom dwar il-QFP li jmiss, jeżaminaw bis-sħiħ l-għażliet għal żieda fil-finanzjament tal-UE għall-ekonomija ċirkolari tal-plastiks.

B.   Anqas Plastiks

Il-prevenzjoni hija l-ewwel prijorità biex jitnaqqas l-iskart tal-plastik

7.

Jisħaq li l-prevenzjoni tal-iskart tal-plastik għandha tkun l-ewwel prijorità f’konformità mal-ġerarkija ġenerali tal-iskart fl-UE. Il-plastik li ma jispiċċax bħala skart mhux se jkollu bżonn separazzjoni, trattament jew inċinerazzjoni. Il-prevenzjoni tal-iskart tibda billi nillimitaw l-użu tal-plastiks, u permezz tad-disinn tal-prodotti.

8.

Ifakkar li hemm bosta modi sabiex jiġi evitat l-użu bla bżonn ta’ plastiks fi prodotti li jintużaw darba u l-imballaġġ żejjed tal-prodotti. Il-kriterji essenzjali għall-imballaġġ jeħtieġ li jissaħħu sabiex jiġi evitat imballaġġ bla bżonn u imballaġġ żejjed u sabiex jiġi vverifikat regolarment jekk il-prodotti ewlenin fis-suq tal-UE jissodisfawx dawn il-kriterji.

9.

Jappella li ssir aktar riċerka dwar ir-relazzjoni bejn l-imballaġġ u l-preservazzjoni tal-ikel fuq bażi taċ-ċiklu tal-ħajja u approċċi alternattivi possibbli sabiex jiġi evitat l-iskart tal-ikel mingħajr l-użu ta’ imballaġġ tal-plastik (kumpless).

Il-prevenzjoni tal-iskart u tas-“soppa tal-plastik” u t-tnaqqis fi prodotti li jintużaw darba

10.

Jenfasizza t-tħassib ewlieni dwar l-iskart tal-plastik: it-tindif iġib miegħu spejjeż sinifiknti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u għaldaqstant il-prevenzjoni tal-iskart, kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar, hija essenzjali.

11.

Jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea għal proposta leġislattiva dwar plastiks li jintużaw darba, li tipproponi għanijiet li jillimitaw l-użu ta’ plastiks li jintużaw darba, peress li l-biċċa l-kbira tal-iskart tal-plastik fit-toroq tagħna toriġina minn plastiks li jintużaw darba. F’dan ir-rigward, iqis il-proposti reċenti li jiffukaw fuq l-aktar prodotti fuq skala wiesgħa li jintużaw darba fuq il-bajjiet u fil-baħar bħala l-ewwel pass importanti, iżda jistenna aktar azzjoni ambizzjuża li tindirizza wkoll l-iskart minn oġġetti oħra tal-plastik li jintużaw darba u fuq l-art.

12.

Jistenna miri ta’ ġbir ambizzjużi għal applikazzjonijiet tal-plastik li jintuża darba u li jintuża aktar minn darba koperti minn sistema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur (EPR), pereżempju, l-imballaġġ tax-xorb tal-plastik ikun parti mir-responsabbiltà tal-produttur sabiex jitrażżan l-iskart.

13.

Jenfasizza li l-produtturi u l-importaturi għandhom responsabbiltà sħiħa għall-impatt negattiv tal-prodotti tagħhom meta dawn isiru skart, u għalhekk għandhom ikunu totalment responsabbli għall-finanzjament tal-ispiża għall-ġbir u t-trattament tal-ħmieġ tal-iskart tagħhom.

14.

Jisħaq fuq id-diversi diffikultajiet ta’ komunitajiet u reġjuni speċifiċi tal-UE, jiġifieri r-reġjuni ultraperiferiċi, il0komunitajiet tax-xmajjar, il-gżejjer, il-komunitajiet tal-kosta u tal-port fil-ġlieda kontra l-iskart tal-baħar u jenfasizza dwar l-importanza partikolari li jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati minn dawn il-komunitajiet sabiex jiġi żgurart li l-fehmiet tagħhom jittieħdu bis-serjetà sabiex jinstabu soluzzjonijiet pożittivi u prattikament applikabbli.

15.

Jappoġġja l-organizzazzjoni ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar azzjonijiet marbutin mal-iskart u t-tindif; jippromovi l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’avvenimenti bħall-kampanja “Let’s Clean Up Europe” (Ejja Nnaddfu l-Ewropa) u l-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart u jħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex joħorġu b’inizjattivi addizzjonali u jżaminaw il-possibbiltajiet li jinvolvu voluntiera permezz tal-Korpi Ewropew ta’ Solidarjetà.

16.

Jappoġġja bil-qawwa f’dan il-kuntest il-prinċipju inkluż fil-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti (COM(2018) 33) li t-tariffi għall-użu tal-faċilitajiet ta’ akkoljenza fil-portijiet għandhom jitnaqqsu jekk id-disinn, it-tagħmir u l-operat tal-bastiment huma tali li l-bastiment jipproduċi kwantitajiet imnaqqsa ta’ skart, u jimmaniġġja l-iskart tiegħu b’mod sostenibbli u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.

Il-prevenzjoni tal-mikroplastiks

17.

Jenfasizza li l-mikroplastiks huma fenomenu mifrux u problematiku li dejjem qed jikber, u li issa dawn jistgħu jinstabu kważi fi kwalunkwe parti ta’ kull ekosistema inkluż fid-dieta tal-bniedem. Sal-lum, l-effetti tal-mikroplastiks fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bnedmin u fuq l-ekosistemi tagħna għadhom fil-biċċa l-kbira tagħhom mhux magħrufa.

18.

Jissuġġerixxi aktar riċerka f’dak li jirrigwarda s-sorsi ewlenin u r-rotot tal-mikroplastiks, bħat-tkagħbir bl-użu mit-tajers tal-karozzi, it-tessuti u l-iskart, inkluża r-relazzjoni bejn ir-riċiklaġġ tal-plastiks u l-mikroplastiks u l-effetti tal-mikroplastiks fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bnedmin u fuq l-ekosistemi. Għalhekk jenfasizza wkoll il-bżonn li jiġu stabbiliti teknoloġiji u proċessi ta’ kejl affidabbli u effettivi, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex għal din il-kwistjoni tappoġġja l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp.

19.

Jappella li jkun hemm projbizzjoni fuq il-plastiks ossodegradabbli u l-mikroplastiks miżjuda b’mod intenzjonali fil-każ tal-prodotti kollha fejn mhumiex meħtieġa mill-perspettiva tas-saħħa tal-bniedem, inklużi prodotti tal-kura tal-ġilda u l-aġenti tat-tindif. Il-KtR jitlob ukoll rekwiżiti minimi dwar ir-rilaxx ta’ mikroplastiks mhux intenzjonali minn prodotti bħat-tajers tal-karozzi u t-tessuti, u dwar miżuri sabiex jitnaqqas it-telf ta’ gerbub tal-plastik (plastic pellets).

C.   Plastiks Aħjar

Disinn aħjar tal-plastiks

20.

Jemmen bis-sħiħ li hemm bżonn urġenti għal disinn aħjar tal-plastiks, filwaqt li jitqiesu l-possibbiltajiet futuri għal ġbir separat, separazzjoni u riċiklaġġ tal-plastiks u l-prodotti tal-plastik sabiex il-plastiks isiru element sostenibbli fl-ekonomija ċirkolari, u jenfasizza li f’dan il-qasam hemm bżonn kbir għall-innovazzjoni.

21.

Jenfasizza li f’ekonomija ċirkolari, aħna għandna fi prinċipju ma naċċettawx li jitqiegħdu prodotti jew materjali mhux riċiklabbli fis-suq tal-UE. Għalhekk, jeħtieġ li, sal-2025, il-plastiks kollha, il-prodotti tal-plastik kollha u l-imballaġġ tal-plastik kollu li jitqiegħdu fis-suq tal-UE, bħala minimu jkunu riċiklabbli b’mod kosteffettiv. Dan jirrikjedi wkoll li sal-2025, sustanzi li jagħmlu ħsara lill-ambjent u li huma perikolużi jitneħħew kompletament mill-plastiks u mill-prodotti tal-plastik.

22.

Jenfasizza li ekonomija ċirkolari hija wkoll ekonomija ħielsa mill-karburanti fossili. Għalhekk hemm bżonn ta’ aġenda ta’ innovazzjoni b’saħħitha u appoġġ sussegwenti għall-introduzzjoni fuq skala kbira ta’ plastiks ħielsa mill-karburanti fossili sabiex nimxu mill-plastiks attwali bbażati fuq il-karburanti fossili għall-plastiks innovattivi, sostenibbliu li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.

23.

Jinsab konvint li huwa neċessarju li jiġi limitat in-numru ta’ polimeri differenti disponibbli meta jkunu qed isiru l-prodotti tal-plastik għal polimeri li huma adatti għall-iskop maħsub u li jkunu faċli biex jiġu separati, magħżulin u rriċiklati, speċjalment għall-prodotti li jintużaw darba. Għal dan il-għan, jista’ mnejn ikollhom jiġu żviluppati standards tal-industrija fil-livell tal-UE għal dawn l-applikazzjonijiet.

24.

Jitlob li jsir aktar studju f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħtieġa tal-armonizzazzjoni u l-limitazzjoni potenzjali tal-addittivi użati fil-plastiks sabiex jiġu influwenzati u msaħħa l-karatteristiċi fiżiċi tal-plastiks, sabiex jiġi ffaċilitat u ssemplifikat ir-riċiklaġġ tal-plastiks u l-applikazzjoni tal-materjali rriċiklati. Għal dan il-għan, jista’ mnejn ikollhom jiġu żviluppati standards tal-industrija fil-livell tal-UE għall-addittivi fil-plastiks.

25.

Barra minn hekk, huwa tal-fehma li anke l-prodotti tal-plastik li mhumiex imballaġġ jistgħu joħolqu l-iskart u għalhekk għandhom ikunu ddisinjati biex jevitaw dan, u li l-produtturi għandhom jipprevdu s-sistemi meħtieġa għar-rimi ta’ dawn il-prodotti fi tmiem ħajjithom.

26.

Ifakkar li l-iskemi ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (EPR) jista’ jkollhom rwol importanti fil-promozzjoni tal-ekodisinn, b’modulazzjoni tat-tariffi skont il-livell ta’ ċirkolarità tal-prodott, inklużi l-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, il-ġbir separat, it-trattament u r-riċiklaġġ u fuq l-ammont ta’ kontenut riċiklat. Għalhekk il-leġislazzjoni EPR jeħtieġ li tinkludi r-responsabbiltà għall-ekodisinn. Il-leġislazzjoni EPR għandha tirreferi wkoll għall-istandards tal-industrija fil-livell tal-UE għall-użu tal-polimeri u l-addittivi f’prodotti li jintużaw darba.

27.

Jenfasizza l-ħtieġa li, fid-deċennji li ġejjin, jiġu żviluppati materjali li ma għandhomx l-impatt negattiv fuq l-ambjent u s-saħħa li attwalment għandhom il-plastiks kollha u li jistgħu jieħdu posthom għalkollox. Il-Kumitat għalhekk jappella għal attivitajiet ta’ riċerka u strumenti li jistgħu jgħinu fil-ħolqien ta’ spinta lejn futur mingħajr plastik b’materjali ġodda moderni.

Plastiks bijodegradabbli

28.

Jirrikonoxxi li l-ġenerazzjoni attwali tal-plastiks bijodegradabbli mhumiex tweġiba għall-problema tal-iskart tal-plastik u s-soppa tal-plastik għax mhumiex bijodegradabbli f’ambjent naturali jew fis-sistemi tal-ilma.

29.

Jenfasizza li għall-konsumaturi, il-messaġġ li ċerti plastiks għandhom jiġu separati bħala plastik u oħrajn bħala skart bijoloġiku mhuwiex ċar. Dan jagħmel il-komunikazzjoni lill-konsumaturi kumplessa u jwassal għal żbalji fis-separazzjoni kemm ta’ plastiks konvenzjonali kif ukoll plastiks bijodegradabbli.

30.

Jenfasizza li l-plastiks bijodegradabbli li jispiċċaw fil-fluss tar-riċiklaġġ tal-plastiks ifixklu r-riċiklaġġ tal-plastiks konvenzjonali. Għalhekk l-użu ta’ plastiks bijodegradabbli għandu jiġi limitat għal applikazzjonijiet fejn il-bijodegradabbiltà għandha għan speċifiku, pereżempju, l-użu ta’ boroż bijodegradabbli għall-ġbir tal-iskart bijoloġiku.

31.

Jenfasizza l-bżonn għal definizzjonijiet u/jew standards aħjar għall-forom differenti ta’ bijodegradabbiltà. Dawn għandhom ikunu marbuta mat-trattament tal-iskart, inklużi standards għall-kompostabbiltà u d-diġestibbiltà u jqisu l-prattika komuni fil-faċilitajiet Ewropej tat-trattament. Dan se jtejjeb u/jew jissemplifika t-tikkettar, inaqqas l-iskart u jtejjeb l-għażla korretta, u se jħeġġeġ ukoll l-innovazzjoni tal-plastiks bijodegradabbli.

32.

Jenfasizza b’mod partikolari l-importanza li jiġi żgurat li l-plastiks kummerċjalizzati bħala kompostabbli effettivament jiddegradaw fl-ambjent mingħajr il-ħtieġa ta’ kompostjar industrijali. Din it-tip ta’ definizzjoni tista’ tnaqqas b’mod sinifikanti r-riskju tal-firxa tal-mikroplastiks, minħabba li hemm ir-riskju li l-konsumaturi jistgħu jemmnu b’mod żbaljat li plastiks kompostabbli kif ittikkettati attwalment jistgħu jiddegradaw fl-ambjent mingħajr ebda pproċessar addizzjonali.

D.   Ġbir Aħjar

33.

Jenfasizza li s-sistemi effettivi għall-ġbir separat tal-iskart tal-plastik huma rekwiżit essenzjali għal ekonomija ċirkolari tal-plastiks. Għal dan il-għan, is-sistemi ta’ ġbir għandhom ikunu sempliċi u loġiċi għall-utenti tagħhom.

34.

Jenfasizza li s-sistemi ta’ ġbir eżistenti fl-Istati Membri tal-UE normalment ma għandhomx fil-mira plastiks mhux imballati u li għalhekk ma jinġabrux separatament u jispiċċaw fil-landfills jew fl-impjanti ta’ inċinerazzjoni bħala parti mill-iskart residwu, jew saħansitra bħala skart (fil-baħar). Dan iwassal għal ħsara ambjentali, it-telf ta’ materjali riċiklabbli siewja u għal konfużjoni fost il-konsumaturi li ma jifhmux għaliex ċerti plastiks għandhom jiġu separati għar-riċiklaġġ u oħrajn le. Kampanji ta’ informazzjoni aħjar u aktar konsistenza fil-loġika tal-ġbir separat fost l-Istati Membri jżidu kemm l-ammont riċiklat u kif ukoll il-konformità tan-nies tal-lokal u tat-turisti fir-rigward tal-gwida dwar is-separazzjoni.

35.

Jirrikonoxxi li f’dawk is-sitwazzjonijiet fejn il-ġbir tal-plastiks u l-prodotti tal-plastik huwa bbażat fuq l-EPR, għandhom jiġu stabbiliti miri effettivi b’tali mod li l-produtturi jiġu inċentivati biex imorru lil hinn mill-miri kull meta dan ikun possibbli.

Ġbir separat effettiv tal-plastiks

36.

Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati kollha inklużi dawk attivi fil-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart ta’ materjali mhux tal-plastik, sabiex jittejjeb il-ġbir separat.

37.

Jenfasizza li l-fokus fis-sistemi tal-ġbir għandu jkun fuq il-plastiks bħala materjal pjuttost milli l-plastiks bħala prodott ta’ imballaġġ. Dan jissemplifika ħafna l-komunikazzjoni mal-konsumatur u jwassal għal żieda fir-rati ta’ ġbir. Ser jinħtieġ allinjament imtejjeb bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-iskemi EPR sabiex jiġi indirizzat l-iskart tal-plastik mhux imballat matul id-djalogu mal-produtturi u l-importaturi. Dan jeħtieġ ukoll li jiġi kkunsidrat fir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ.

38.

Jilqa’ t-tħejjija tal-linji gwida dwar il-ġbir separat u s-separazzjoni tal-iskart u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fil-proċess ta’ tħejjija u tixrid tal-linji gwida filwaqt li jiġi kkunsidrat ir-rwol importanti li għandhom f’ħafna Stati Membri.

39.

Jenfasizza li l-istrateġiji lokali u reġjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart għandhom jiffukaw fuq il-ġerarkija tal-iskart, jiġifieri l-prevenzjoni tal-iskart, il-ġbir separat u l-minimizzazzjoni tal-iskart residwu. Hemm ħafna eżempji tajbin u esperjenzi ta’ dan it-tip ta’ strateġija. L-innovazzjoni fil-ġbir separat għandha tiġi stimulata u l-iskambju tal-aħjar prattiki u għarfien bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jiġi appoġġjat b’mod qawwi, pereżempju permezz ta’ strumenti bħall-għodda bejn il-pari TAIEX jew l-Aġenda Urbana tal-UE.

40.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi evitat li l-projbizzjoni taċ-Ċina fuq il-plastik twassal għal aktar rimi fil-miżbliet, rimi (illegali), jew inċinerazzjoni u, barra minn hekk, għall-ħtieġa li jsir investiment f’kapaċitajiet ta’ riċiklaġġ moderni.

Sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u bidla fl-imġiba

41.

Jenfasizza li għall-iżvilupp ta’ strateġiji tal-immaniġġjar tal-iskart b’suċċess, il-KE, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu konxji tal-konnessjonijiet fil-livell lokali u reġjonali bejn l-infrastruttura, il-komunikazzjoni u l-perċezzjoni pubblika u l-istrumenti li jistgħu jiġi applikati sabiex jappoġġjaw il-bidla fl-imġiba.

42.

Jenfasizza li s-sensibilizzazzjoni pubblika taċ-ċittadini b’rabta mal-immaniġġjar tal-iskart hija prekundizzjoni għall-funzjonament tajjeb ta’ sistemi effettivi ta’ ġbir. Is-sensibilizzazzjoni pubblika tissarraf f’appoġġ għall-ġbir separat u l-prevenzjoni, u l-organizzazzjoni ta’ inizjattivi lokali, iżda waħedha mhux neċessarjament twassal għal bidla fl-imġiba. Għalhekk, jinħtieġ fehim aħjar tal-mekkaniżmi li jistgħu jikkontribwixxu għal bidla pożittiva fl-imġiba. Għalhekk il-KtR jenfasizza li għandu jiġi stimulat aktar żvilupp ta’ strateġiji sabiex titħeġġeġ bidla fl-imġiba kemm permezz ta’ mezzi tradizzjonali bħall-inċentivi u s-sanzjonijiet, kif ukoll permezz ta’ metodi innovattivi u għandu jiġi appoġġjat bis-sħiħ l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-għarfien bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

43.

Iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati lokali u reġjonali kollha sabiex jikkontribwixxu biex iżidu s-sensibilizzazzjoni b’rabta mal-vantaġġi tal-plastiks riċiklati.

L-użu ta’ sistema ta’ depożitu armonizzata għall-imballaġġ tax-xorb għandu jitqies fuq skala Ewropea

44.

Jirrikonoxxi li s-sistemi ta’ depożitu wrew li jiksbu rati għoljin ħafna ta’ ġbir u riċiklaġġ ta’ kwalità għolja u huma wkoll effettivi ħafna fil-prevenzjoni tal-iskart u tas-“soppa tal-plastik”.

45.

Jirrikonoxxi li numru dejjem jikber ta’ pajjiżi tal-UE qed jimplimentaw is-sistemi ta’ depożitu, u li dan xi kultant jikkawża effetti transkonfinali negattivi f’reġjuni b’sistemi differenti ta’ depożitu.

46.

Jissuġġerixxi li għandu jiġi kkunsidrat approċċ armonizzat fil-livell tal-UE jew tal-inqas l-aqwa koordinazzjoni possibbli għal dawk l-Istati Membri li attwalment jimplimentaw is-sistemi ta’ depożitu jew li qed jippjanaw li jiżviluppaw skemi ġodda fil-ġejjieni, sabiex jiġu evitati impatti transkonfinali negattivi u jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-merkanzija.

Għandhom jiġu eżaminati alternattivi għall-miri kwantitattivi

47.

Jinnota li l-miri relatati mal-ġbir separat u r-riċiklaġġ tal-plastiks f’Direttivi differenti tal-UE (id-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ, id-Direttiva VLE, id-Direttiva WEEE) huma ugwali għall-Istati Membri kollha, għalkemm il-prestazzjoni reali tal-Istati Membri tista’ tkun differenti ħafna. Dan iwassal għal sitwazzjoni fejn ċerti Stati Membri għad iridu jagħmlu sforz kbir fejn oħrajn diġà qed jilħqu faċilment il-miri, u m’għandhom l-ebda inċentiv sabiex jaqbżuhom.

48.

Iħeġġeġ li l-iffissar tal-miri fid-diversi direttivi għandu jiġi eżaminat mill-ġdid sabiex jinħolqu inċentivi aktar b’saħħithom u titħeġġeġ kwalità ogħla tar-riċiklaġġ abbażi tal-approċċi possibbli li ġejjin:

introduzzjoni ta’ bonus meta jinqabżu l-miri;

espansjoni tar-responsabbiltà finanzjarja tal-produtturi għall-ispiża totali tal-immaniġġjar tal-iskart tal-prodotti tagħhom, inkluża l-ispiża tat-tindif tal-iskart jew l-ispiża tal-ġbir u t-trattament tal-prodotti tagħhom li ma jinġabrux separatament u xorta jispiċċaw fl-iskart residwu.

E.   Riċiklaġġ Aħjar

Żvilupp ta’ teknoloġija ta’ separazzjoni u riċiklaġġ

49.

Jappoġġja bis-sħiħ ir-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward tat-teknoloġiji l-ġodda tas-separazzjoni u r-riċiklaġġ, inkluża d-depolimerizzazzjoni. Teoretikament, dan jista’ jsolvi ħafna mill-kwistjonijiet attwali relatati mas-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-plastiks.

50.

Jenfasizza l-potenzjal tar-reġjuni u l-bliet sabiex jiżviluppaw u jappoġġjaw inizjattivi minn isfel għal fuq permezz ta’ laboratorji ħajjin, ċentri ta’ innovazzjoni, u forom oħra ta’ approċċi kollaborattivi u innovattivi li jippromovu d-disinn intelliġenti u l-użu ta’ materja prima sekondarja.

51.

Jappoġġja l-investiment addizzjonali propost għal riċerka prijoritarja u azzjonijiet ta’ innovazzjoni fl-Istrateġija u joffri li jikkoopera mal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tħejjija tal-Aġenda Strateġika l-ġdida ta’ Riċerka u Innovazzjoni dwar il-plastiks. Tali kooperazzjoni għandha tiżgura li d-dimensjoni lokali u reġjonali titqies kemm fl-identifikazzjoni tal-problemi prijoritarji li għandhom jiġu indirizzati kif ukoll fit-tixrid adegwat tal-innovazzjonijiet prodotti.

52.

Jappoġġja l-ħidma biex jiġu żviluppati standards ta’ kwalità għal skart tal-plastik separat u plastiks riċiklati.

L-irkupru enerġetiku huwa preferibbli mill-landfills

53.

Ifakkar li fuq perjodu qasir ta’ żmien, l-iskart tal-plastik mhux riċiklabbli, jew l-iskart tal-plastik li fih sustanzi perikolużi, għandu jiġi trattat fl-aktar impjanti tal-enerġija mill-iskart effettivi u nodfa fejn il-kontenut għoli tal-enerġija tal-iskart tal-plastik jista’ jintuża għall-ġenerazzjoni tas-sħana u l-elettriku.

F.   Swieq Aħjar

It-teħid ta’ kontenut riċiklat fi prodotti ġodda għandu jitħeġġeġ bil-qawwa

54.

Jemmen bis-sħiħ li d-domanda għal kontenut riċiklat minn utenti aħħarin għandha tiġi stimulata permezz ta’ inċentivi finanzjarji li joħolqu alternattiva reali li hija finanzjarjament attraenti għall-materjali verġni u plastiks ibbażati fuq il-karburanti fossili, kif ukoll billi jitneħħew l-ostakli għal suq uniku għal materja prima sekondarja.

55.

Ifakkar li xorta għadhom jeżistu s-sussidji fuq il-karburanti fossili, li jrendu lill-plastiks verġni orħos mill-plastiks riċiklati jew mill-plastiks b’bażi bijoloġika, u li dan huwa ostaklu ekonomiku ewlieni għall-iżvilupp ta’ ekonomija ċirkolari tal-plastiks; għalhekk jinsisti li għandhom jitneħħew tali inċentivi ħżiena. Barra minn hekk, il-produtturi jew l-importaturi ta’ plastiks ibbażati fuq il-karburanti fossili jew prodotti tal-plastik jistgħu jkunu finanzjarjament responsabbli għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mit-trattament finali tal-iskart tal-plastik tagħhom.

56.

Jenfasizza li sal-2025, il-produtturi ta’ prodotti tal-plastik għandhom jużaw minimu ta’ 50 % tal-materjali rriċiklati fil-produzzjoni ta’ plastiks ġodda, sakemm ir-restrizzjonijiet legali fuq il-prodotti finali ma jimpedixxux l-użu ta’ materjali rriċiklati. Jenfasizza li jinħtieġ approċċ immexxi mill-katina tal-valur sabiex jiġu allinjati l-interessi tal-produtturi, il-konsumaturi, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u l-industrija tar-riċiklaġġ sabiex tiżdied il-kwalità tar-riċiklaġġ u l-użu ta’ materja sekondarja.

57.

Għalhekk jappoġġja l-inizjattiva tal-UE dwar il-wegħdiet volontarji għall-kumpaniji u/jew l-assoċjazzjonijiet tal-industrija u jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħtu viżibbiltà lill-wegħdiet mill-partijiet ikkonċernati mill-oqsma tagħhom, jippromovu prattika tajba u b’hekk iservu ta’ inċentiv għal oħrajn sabiex isegwu l-passi tagħhom, filwaqt li jivverifikaw kif il-wegħdiet li saru qed jiġu segwiti u, jekk ikun hemm bżonn, jenfasizzaw ukoll il-fallimenti, sabiex jiġi żgurat li l-wegħdiet volontarji ma jkunux fiergħa li jintużaw biss bħala mezz ta’ greenwashing għal ċerti prodotti jew setturi.

L-akkwist pubbliku

58.

Jenfasizza l-potenzjal tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku (APE) għall-awtoritajiet pubbliċi tal-Ewropa fil-prevenzjoni tal-iskart tal-plastik peress li jistgħu jużaw il-poter tal-akkwist tagħhom b’mod volontarju biex jagħżlu beni, servizzi u xogħlijiet li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, li jservi wkoll ta’ eżempju għal organizzazzjonijiet oħra. Jistieden għalhekk lill-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha jikkontribwixxu għar-riċiklabbiltà tal-plastiks permezz tal-politiki tal-akkwist tagħhom, billi jitolbu għall-applikazzjoni tal-prinċipji tal-ekodisinn u għall-użu ta’ kontenut riċiklat fil-prodotti li jakkwistaw.

59.

Jilqa’ b’sodisfazzjon f’dan il-kuntest il-gwida li l-Kummissjoni Ewropea u għadd ta’ pajjiżi Ewropej żviluppaw fil-qasam tal-APE fil-forma ta’ kriterji nazzjonali tal-APE (1), iżda jappella lill-Kummissjoni tipproponi dokumenti ta’ gwida aktar dettaljati li jkun fihom informazzjoni dwar it-tip ta’ plastiks riċiklati, l-użu potenzjali tagħhom u l-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi potenzjali għall-awtoritajiet reġjonali u lokali meta jużaw il-plastiks riċiklati.

60.

Jenfasizza li l-biċċa l-kbira tal-plastik li jilħaq l-oċeani jiġi mill-Asja u li 9 % biss tal-plastik jiġi riċiklat f’livell dinji. F’dan l-isfond, jemmen li hemm potenzjal qawwi biex titjieb is-sostenibbiltà u t-traċċabbiltà fil-ktajjen tal-provvista globali permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġija kummerċjali l-ġdida tal-UE “Kummerċ għal Kulħadd”, li għandha l-għan li tuża l-ftehimiet kummerċjali u l-programmi ta’ preferenza bħala xpruni sabiex tippromovi l-iżvilupp sostenibbli madwar id-dinja. F’dan ir-rigward, jappoġġja l-inizjattiva ewlenija tal-UE għas-settur tal-ħwejjeġ proposta mill-Parlament Ewropew f’Marzu 2017 (2); jenfasizza li tali inizjattivi ser jiddependu wkoll mill-appoġġ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-promozzjoni tagħhom u għandhom jiggwidaw l-azzjoni lokali u reġjonali fil-kooperazzjoni deċentralizzata għall-iżvilupp.

Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  http://ec.europa.eu/environment/gpp/pubs_en.htm

(2)  http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//NONSGML+TA+P8-TA-2017-0196+0+DOC+PDF+V0//MT


21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/37


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-integrazzjoni tal-isport fl-aġenda tal-UE wara l-2020

(2018/C 461/06)

Relatur:

Roberto PELLA (IT/PPE) Sindku ta’ Valdengo, BI

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

għandu l-intenzjoni li janalizza, peress li huma inseparabbli, id-dimensjonijiet umani u ekonomiċi u l-ambitu tal-inklużjoni soċjali tal-isport għall-Unjoni Ewropea u l-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-isport bħala kontinwazzjoni tal-attività motorja u l-attività fiżika, huwa fil-fatt marbut ma’ firxa wiesgħa ta’ politiki, prodotti u servizzi li jaqsmu u jinteraġixxu ma’ katini tal-valur differenti.

2.

jinnota li, skont l-iżjed stimi reċenti, l-isport jirrappreżenta settur ekonomiku ta’ importanza fundamentali għall-UE, peress li jikkonsisti f’sehem fl-ekonomiji nazzjonali komparabbli mal-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd magħqudin flimkien (1), u huwa mistenni li fil-ġejjieni tiżdied ir-rilevanza tiegħu. Barra minn hekk, is-settur tal-isport jammonta għal 2 % tal-prodott domestiku globali tal-UE, ekwivalenti għal 7,3 miljun impjieg madwar il-kontinent u 3,5 % tal-impjieg totali fl-UE. Fir-rigward tas-settur tat-turiżmu, kull sena jiġu ppjanati bejn 12 u 15-il miljun vjaġġ internazzjonali bil-għan ta’ parteċipazzjoni f’avvenimenti sportivi jew li tiġi pprattikata attività. Waħda mill-partikolaritajiet tas-settur tal-isport hija għalhekk ir-rabta b’saħħitha li għandu ma’ setturi oħrajn ta’ produzzjoni: it-turiżmu aċċessibbli jew it-turiżmu sportiv, it-teknoloġija, is-saħħa, l-ambjent u t-trasport, l-integrazzjoni, il-kostruzzjoni u l-infrastruttura), li għalihom jikkontribwixxi l-ħolqien ta’ valur miżjud, b’mod dirett u indirett (2);

3.

jinnota fl-istess ħin, madankollu, li studju li sar mill-SpEA (SportsEconAustria) (3) għall-Parlament Ewropew enfasizza kif il-kejl tal-impatt tal-isport u l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu mil-lat ta’ influwenza u orjentament tal-politika pubblika huma sottovalutati, speċjalment attivitajiet bħall-volontarjat (il-biċċa l-kbira tal-attivitajiet sportivi jsiru fi strutturi li ma jagħmlux profitt), l-effetti sekondarji tal-proċessi tal-integrazzjoni u tal-inklużjoni soċjali jew saħansitra l-ispejjeż tan-nuqqas ta’ attività fiżika, li jammontaw għal EUR 80 biljun fis-sena fit-28 pajjiż tal-UE (4), flimkien mal-impatt fuq medda medja ta’ żmien fuq il-baġits tas-saħħa reġjonali tal-mard ikkawżat minn nuqqas ta’ eżerċizzju jew eżerċizzju mhux biżżejjed;

4.

jenfasizza li, minkejja r-rikonoxximent dejjem jikber tal-attività fiżika bħala politika ewlenija, id-distakk qawwi fl-għarfien għadu jeżisti fil-livell lokali f’dak li għandu x’jaqsam mal-benefiċċji usa’ tal-attività fiżika, kif turi r-riċerka li 66 % ta’ dawk li jfasslu l-politika fil-livell lokali mhumiex konxji tal-livelli tal-obeżità fil-komunitajiet tagħhom, u 84 % tal-livelli ta’ piż żejjed (5);

5.

jenfasizza li l-isport ma jirrappreżentax settur marġinali, iżda huwa objettiv prijoritarju ta’ investiment għall-UE, peress li, flimkien mal-attivitajiet sportivi kompetittivi, id-definizzjoni tal-isport illum tkopri għalkollox ukoll l-oqsma ta’ attività motorja u attività fiżika, li huma ta’ siwi mhux biss għaż-żieda tal-attività sportiva stess iżda wkoll għall-promozzjoni tas-saħħa u l-adozzjoni ta’ stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa. L-approċċ għall-kwistjoni għandu jkollu l-għan li joffri aċċess aktar ekwu – fi kliem ieħor ibbilanċjat, ġust u ekwivalenti – għal dixxiplini differenti, kif ukoll li jiġi evitat il-bidu ta’ mard kroniku (b’mod partikolari mard li ma jitteħidx bħall-obeżità, id-dijabete tat-Tip 2, il-mard kardjovaskulari, il-mard mentali, eċċ.);

6.

jenfasizza r-rwol importanti tal-isport bħala fattur ta’ tisħiħ tas-saħħa u tal-benessri, kif rikkonoxxut b’mod partikolari fit-tielet programm tal-UE dwar is-Saħħa u l-monitoraġġ HEPA (Health-Enhancing Physical Activity), l-Aġenda tad-WHO 2014-2019 u l-bażi tad-data Ewropea NOPA (Nutrition, Obesity and Physical Activity) tad-WHO;

7.

barra minn hekk, ifakkar li l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tqis l-isport bħala aspett importanti li jippermetti t-twettiq ta’ żvilupp sostenibbli u tirrikonoxxi r-rwol tagħha biex titjieb is-saħħa u l-edukazzjoni, kif ukoll il-kontribut tagħha għall-paċi, il-promozzjoni tat-tolleranza, ir-rispett u l-inklużjoni soċjali, u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u ż-żgħażagħ (6);

8.

isemmi wħud mir-riżultati li ħarġu mill-pubblikazzjoni tal-Ewrobarometru dwar l-isport (7):

kważi nofs (46 %) iċ-ċittadini Ewropej ma jipprattikaw la attività fiżika u lanqas attività sportiva u l-proporzjon żdied b’mod gradwali f’dawn l-aħħar snin (42 % fl-2013), skont xejra gradwali mill-2009 ’l hawn;

il-livell ta’ parteċipazzjoni f’attività sportiva jew fiżika huwa iktar baxx fost nies b’livell ta’ edukazzjoni baxx u/jew b’aktar diffikultajiet ekonomiċi;

il-postijiet “informali” fejn wieħed jipprattika l-isport, bħal parks jew żoni fl-apert (40 %), fl-ambjent domestiku (32 %) jew waqt il-vjaġġ mid-dar sax-xogħol/l-iskola u lura (23 %) huma aktar komuni minn dawk maħsuba b’mod formali għal dan il-għan;

il-motivazzjoni prinċipali għall-parteċipazzjoni fl-isport jew għall-attività fiżika hija li jitjieb il-livell tas-saħħa u tal-fitness, filwaqt li l-ostaklu prinċipali huwa n-nuqqas ta’ ħin;

il-maġġoranza taċ-ċittadini Ewropej jemmnu li hemm, fil-livell lokali, opportunitajiet sabiex ikunu fiżikament attivi, iżda, fl-istess ħin, ħafna minnhom iħossu li l-awtoritajiet lokali tagħhom mhux qed jagħmlu biżżejjed f’dan ir-rigward.

9.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-rwol tal-isport fl-ekonomija u fis-soċjetà kontemporanja, b’mod partikolari wara l-kriżi ekonomika li xterrdet mal-UE, jimplika benefiċċji sinifikanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali mil-lat ta’: il-permeabbiltà tas-setturi li jagħmel impatt fihom, li jwassal għal effett ta’ ingranaġġ sinifikanti; il-kompetittività u l-attrazzjoni, u l-kwalità tal-ħajja, fejn l-avvenimenti u l-attivitajiet huma rilevanti u konsistenti; l-impjegabbiltà, meta jitqies li l-muniċipalitajiet fl-Ewropa huma, kważi fil-każijiet kollha, sidien tal-faċilitajiet; l-integrazzjoni, bħala għodda b’saħħitha ta’ komunikazzjoni tal-valuri kondiviżi mill-UE u espressi, f’bosta każi, b’mod aktar ċar fil-livell lokali (8). Għalhekk, meta wieħed iqis li l-isport qed jintuża dejjem aktar bħala mezz biex jintlaħqu l-għanijiet soċjali u ekonomiċi, it-talba għall-effettività u l-effiċjenza għas-settur sportiv ser tiżdied gradwalment mhux biss bħala għodda biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti iżda wkoll bħala objettiv strateġiku fih innifsu;

Analiżi tal-kuntest: l-inizjattivi eżistenti fil-livell Ewropew

10.

jinnota li l-ewwel dokument politiku dwar l-isport, il-White Paper dwar l-Isport, kien ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fl-2007;

11.

jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-avvenimenti sportivi, kulturali u edukattivi jistgħu jipprovdu qafas sabiex jitkissru l-ostakli għall-integrazzjoni, kif intqal fl-Opinjoni tal-KtR dwar Niġġieldu r-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti (9);

12.

jenfasizza li, bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, li daħal fis-seħħ f’Diċembru 2009, ġie introdott artikolu speċifiku, jiġifieri l-Artikolu 165 tat-TFUE, li ta kompetenzi ġodda lill-UE biex jiġi appoġġjat l-isport, fejn ġew previsti dispożizzjonijiet għall-promozzjoni tiegħu u sejħa għal azzjoni tal-UE biex tiġi żviluppata d-dimensjoni Ewropea fl-isport; L-Artikolu 6(e) tat-TFUE stabbilixxa li l-UE għandha kompetenza sabiex tieħu azzjonijiet bl-għan li tappoġġa jew tikkompleta l-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-qasam sportiv;

13.

ifakkar li fl-2011, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport (10) li, abbażi tagħha, il-Kunsill adotta riżoluzzjoni dwar Pjan ta’ Ħidma tal-UE għall-Isport (2011-2014), li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni Ewropea dwar l-isport billi jiġu stabbiliti prijoritajiet għall-ħidma fil-livell tal-UE, li tinvolvi l-Istati Membri tal-UE u l-Kummissjoni, u, fl-2012, huwa adotta l-Konklużjonijiet dwar il-promozzjoni ta’ attività fiżika bħala mezz biex tittejjeb is-saħħa, u dwar it-tisħiħ tal-bażi tad-data għat-tfassil tal-politika dwar l-isport, filwaqt li stieden lill-Kummissjoni toħroġ stħarriġ regolari dwar l-isport u l-attività fiżika;

14.

ifakkar barra minn hekk li għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma, il-ħidma tal-esperti kienet iffokata fuq l-introduzzjoni tal-kwestjonarju tal-istħarriġ attwali tal-Ewrobarometru.

15.

jinnota li, aktar reċentement (2017), bil-kollaborazzjoni ta’ EPSI – il-pjattaforma Ewropea dwar l-innovazzjoni fl-isport – tnediet inizjattiva interreġjonali dwar l-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien tal-valur fis-settur. Din l-inizjattiva, imsejħa ClusSport, tinvolvi 10 pajjiżi s’issa; matul l-aħħar 18-il sena ACES Europe ppromoviet il-valuri Ewropej permezz tal-premjijiet Belt Kapitali Ewropea, Belt, Komunità u Belt tal-Isport, taħt il-bandiera tal-Ewropa;

16.

jinnota li pjan ta’ ħidma ġdid tal-UE għall-isport daħal fis-seħħ f’Lulju 2017 u jistabbilixxi t-temi ewlenin li l-Istati Membri tal-UE u l-Kummissjoni għandhom jagħtuhom prijorità sal-2020, jiġifieri: l-integrità fl-isport, ibbażata fuq il-governanza tajba, il-ħarsien tal-minorenni, il-ġlieda kontra x-xiri tal-logħob, il-prevenzjoni tad-doping u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; id-dimensjoni ekonomika tal-isport, iffokata fuq l-innovazzjoni u r-rabtiet bejn l-isport u s-suq uniku diġitali; l-isport u s-soċjetà, b’konċentrazzjoni fuq l-inklużjoni soċjali, il-coaches, il-midja, l-ambjent, is-saħħa, l-edukazzjoni u d-diplomazija sportiva;

17.

ifakkar fl-aħħar nett fl-aktar inizjattiva reċenti tal-Kummissjoni, “L-Appell ta’ Tartu għal Stil ta’ Ħajja Tajjeb għas-Saħħa” (11), pjan direzzjonali li wassal għal dinamika pożittiva ta’ kollaborazzjoni transsettorjali;

Għanijiet

18.

jipproponi, fid-dawl tal-problemi potenzjali u l-kritiki li ħarġu s’issa, li jiġu ttrattati l-isfidi li ġejjin:

a.

djalogu aħjar bejn il-proġetti li għaddejjin bħalissa u l-aħħar miżuri implimentati mit-territorji, billi tiġi mobilizzata parteċipazzjoni kbira u jiġu inkoraġġiti l-iskambji tal-aħjar prattiki u s-sħubijiet (estiżi għall-pajjiżi mhux Ewropej);

b.

aktar viċinanza lejn in-nies u lejn id-dimensjoni soċjali tal-proġetti sportivi, permezz ta’ karatteristika predominanti ta’ prossimità, lokaliżmu, fi proporzjon ukoll mar-responsabbiltà li għandhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-faċilitajiet u l-avvenimenti;

c.

għarfien massimu, fuq livell ġenerali, tal-benefiċċji tal-attività motorja-fiżika-sportiva;

d.

tixrid wiesa’ tal-impatt pożittiv tal-isport fl-ekonomija tal-UE u, għalhekk, aktar integrazzjoni tal-politika tal-isport fl-oqsma li hija tinterċetta u tinfluwenza;

e.

aktar innovazzjoni teknoloġika u aktar impriżi bbażati fuq strumenti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, billi l-operaturi fis-settur tar-riċerka, it-teknoloġija u l-edukazzjoni, flimkien mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni, jiġu mistiedna jlaqqgħu l-isforzi tagħhom biex tiġi jiżviluppaw u jimplimentaw strateġija komuni, billi jiġu indirizzati l-interkonnessjonijiet mal-katini tal-valur kollha, mill-bidu sal-aħħar tal-katina tal-produzzjoni, filwaqt li tingħata l-akbar attenzjoni lill-opportunitajiet ta’ xogħol offruti mis-settur;

f.

li l-isport jitqies bħala dritt ġenwin ta’ ċittadinanza, bħala mezz ta’ soċjalizzazzjoni u inklużjoni. b’mod partikolari għall-persuni b’diżabilità, u bħala opportunità għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja u l-benessri mentali u fiżiku u bħala opportunità edukattiva;

g.

il-provvediment ta’ appoġġ bi-għan li l-faċilitajiet sportivi jkunu aċċessibbli għal kulħadd, mingħajr esklużjoni skont l-età, is-sess, in-nazzjonalità u l-istatus, b’użu sħiħ tagħhom u bl-estensjoni tal-ħinijiet ta’ ftuħ għad-disponibbiltà tal-pubbliku;

h.

it-tisħiħ tal-appoġġ u ż-żieda fil-viżibbiltà tal-kompetizzjonijiet sportivi tan-nisa;

i.

l-idea li l-isport jista’ jitqies bħala strument ta’ referenza għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-integrazzjoni soċjali;

j.

appoġġ baġitarju għall-mobilità tal-persuni sportivi dilettanti fil-qafas tal-kompetizzjoni tagħhom, speċjalment dawk minn żoni remoti, gżejjer jew żoni ultraperiferiċi.

Rakkomandazzjonijiet ta’ politika u proposti

19.

jieħu l-opportunità biex jissuġġerixxi u jadotta strumenti konkreti favur “L-integrazzjoni tal-isport fl-aġenda tal-UE wara l-2020” permezz ta’:

Fil-livell politiku

20.

impenn sinifikanti għad-diplomazija bl-isport, li tkun kapaċi tippromovi l-valuri tal-Ewropa permezz tal-isport u d-djalogu kostruttiv u f’diversi livelli, bis-sehem tal-livelli kollha ta’ gvern u tal-istituzzjonijiet Ewropej – il-PE, pereżempju, permezz tal-intergrupp dwar l-isport; id-Direttorati Ġenerali tal-KE kkonċernati; il-Kumitati Olimpiċi Nazzjonali u Ewropej; il-partijiet interessati kollha involuti f’dan il-proċess, abbażi, pereżempju, ta’ ċerti proġetti pilota;

21.

l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet esterni u proġetti ta’ kooperazzjoni internazzjonali barra l-Ewropa, biex tinħoloq dimensjoni ulterjuri ta’ skambju, permezz ta’ proġetti ta’ mobilità u skambju ta’ għarfien, esperjenza u prattika tajba, jiġifieri l-hekk imsejħa komunitajiet ta’ prattiki (communities of practices);

22.

l-iżvilupp fil-livell Ewropew ta’ strumenti li jiddeterminaw l-isport bħala fattur ta’ tkabbir għall-UE, permezz ta’ programmi ta’ mentoraġġ u azzjonijiet ta’ politika mhux vinkolanti (b’kollaborazzjoni mal-Forum Annwali dwar l-Isport jew l-Info Days, pereżempju) u permezz ta’ appoġġ għall-iskambju tal-aħjar prattiki; fost l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet sportivi lokali u reġjonali fir-relazzjoni tagħhom mal-livell nazzjonali u dak Ewropew, abbażi ta’ approċċ minn isfel għal fuq u parteċipattiv li jqis il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tagħhom;

23.

it-tisħiħ tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, permezz ta’ involviment aktar attiv u koordinat min-naħa tat-territorji fl-inizjattiva annwali msejħa Ġimgħa Ewropea tal-Isport – sors ta’ motivazzjoni, sa mit-tnedija tagħha, sabiex jitwettqu politiki pubbliċi fuq perjodu ta’ żmien medju u twil li taw prova li jagħmlu impatt fuq l-istili ta’ ħajja u ta’ mġiba u fuq iż-żieda fil-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja attiva li b’hekk jiżguraw aktar professjonalità u impjegabbiltà fis-settur tal-isport;

24.

l-appoġġ prattiku tal-Unjoni Ewropea lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw bis-sħiħ il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità b’rabta mad-dimensjoni tal-isport;

Fil-livell tal-programmi

25.

u billi jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tirdoppja l-finanzjament tal-Erasmus għall-baġit fit-tul li jmiss tal-UE għall-2021-2027, kif ukoll l-enfasi tagħha fuq l-isports tal-massa (12). Jappella lill-Kummissjoni biex f’dan ir-rigward tiffoka fuq l-iskambju tal-esperjenza bejn il-coaches, l-uffiċjali tal-isport u professjonisti relatati mas-settur b’mod wiesa’ –speċjalment iż-żgħażagħ – pereżempju permezz ta’ attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari u żjarat ta’ studju, il-mutwalizzazzjoni tal-għarfien espert u l-esperjenza u l-bini tal-kapaċità bejn il-bliet u l-muniċipalitajiet fil-livell lokali sabiex jiġu żviluppati approċċi innovattivi għall-integrazzjoni tal-attività fiżika bħala komponent ewlieni tal-istrateġiji tal-bliet;

26.

talba għall-allokazzjoni ta’ fondi, b’mod speċifiku u espliċitu għall-isport, fil-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment li jmiss, minħabba wkoll in-nuqqas ta’ investiment f’infrastrutturi lokali tal-isport tal-massa, b’enfasi fuq il-promozzjoni tal-attività fiżika partikolarment fiż-żoni żvantaġġati, l-iżgurar tal-aċċess għal attivitajiet sportivi għal kulħadd u t-tisħiħ tal-ħiliet u l-kapaċitajiet umani bħala faċilitaturi ewlenin tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali;

27.

il-ħtieġa essenzjali li tiġi introdotta gwida aktar espliċita, dejjem fi ħdan “Erasmus +”, dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-prattika tal-isport sa mil-livell tal-edukazzjoni obbligatorja;

28.

appell biex il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSEI) jappoġġjaw l-impjieg, speċjalment fost iż-żgħażagħ, permezz ta’ start-ups jew pjattaformi ta’ innovazzjoni teknoloġika fis-settur u jagħtu spinta lill-isport tal-massa permezz ta’ staġun ġdid ta’ faċilitajiet u infrastruttura sportiva fuq skala żgħira; il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi permezz tal-isport għal politiki dwar l-isport iżjed effettivi biex jiżdied il-persentaġġ tal-parteċipazzjoni. Barra minn hekk, il-FSIE jistgħu jappoġġjaw soluzzjonijiet ġodda għall-isfidi speċifiċi ffaċċjati mir-reġjuni tal-UE permezz, pereżempju, tal-appoġġ għall-isport popolari u tradizzjonali u l-promozzjoni tal-integrazzjoni tiegħu fil-kurrikuli tal-edukazzjoni pubblika, li jista’ jintuża sabiex l-Ewropa tiġi promossa u ssir aktar magħrufa filwaqt li jinżammu ħajjin l-ispeċifiċitajiet u l-identità tal-komunitajiet;

29.

il-promozzjoni tas-saħħa permezz tal-eżerċizzji u l-attività fiżika, kif diġà deskritt fil-Karta ta’ Tartu, inkluż fil-post tax-xogħol, billi jiġu kkunsidrati inċentivi għal min iħaddem, inklużi l-SMEs Ewropej, talli jagħmlu dan, biex jitjieb ir-rendiment u l-produttività globali tal-impjegati, u biex jillimitaw l-assenteiżmu u kif ukoll jimpedixxu l-mard;

30.

enfasi fuq l-importanza tal-ippjanar ta’ attivitajiet komunitarji – preferibbilment bil-kooperazzjoni tal-partijiet interessati mis-soċjetà ċivili – f’żoni aċċessibbli li jintlaħqu faċilment minn dawk l-aktar vulnerabbli, b’mod partikolari dawk b’mobbiltà mnaqqsa (13), l-ommijiet u t-tfal, l-anzjani, kif ukoll gruppi li jinsabu f’riskju ta’ esklużjoni soċjali, bħall-immigranti jew dawk li jgħixu f’kundizzjonijiet soċjoekonomiċi prekarji, għal aktar interġenerazzjonalità u integrazzjoni taċ-ċittadini Ewropej; l-ippjanar ta’ attivitajiet komunitarji – għall-persuni fil-ħabsijiet. Għal dan il-għan, jitlob biex tiġi kkunsidrata skema bħal Sport4EU, simili għall-iskema li diġà teżisti WIFI4EU, għall-promozzjoni tas-saħħa permezz tal-eżerċizzji u l-attività fiżika. Din għandha topera fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fuq il-bażi ta’ vawċers, imqassma b’mod bilanċjat ġeografikament;

31.

enfasi, permezz tal-edukazzjoni iżda wkoll fi ħdan l-objettivi tematiċi tal-programmi tal-agrikoltura, fuq ir-rabta bejn l-attività fiżika u d-dieta tajba għas-saħħa, b’mod speċjali fl-iskejjel, permezz tal-ħolqien, pereżempju, ta’ laboratorji msejħa “Ġonna tas-saħħa”, sabiex jipprovdu lit-tfal, lill-adolexxenti u lill-familji informazzjoni prattika dwar dieta tajba, l-istaġjonalità tal-frott u l-ħaxix, ir-riskji marbuta ma’ stili ta’ ħajja mhux tajbin għas-saħħa, l-importanza tal-isport u l-attività fiżika;

32.

l-għoti ta’ riżorsi meħtieġa għall-esperimentazzjoni u l-iżvilupp ta’ bliet attivi, fid-dawl tal-attenzjoni enormi mogħtija mill-istituzzjonijiet Ewropej lill-Aġenda Urbana futura, liema bliet huma attraenti ħafna mill-perspettiva tat-turiżmu u l-innovazzjoni, u huma aktar intelliġenti fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-popolazzjoni urbana;

33.

l-istedina biex jiġu inklużi, fi ħdan il-proġett Interrail, avvenimenti sportivi u postijiet simboliċi tal-isport sabiex, billi nibdew mill-aktar ġenerazzjonijiet reċenti, il-valuri tal-isport appoġġjati mill-UE jkunu jistgħu jinstabu u jiġu mxerrda, u b’hekk tissaħħaħ l-identità taż-żgħażagħ;

34.

l-użu tal-fondi strutturali disponibbli biex il-bini pubbliku u infrastrutturi pubbliċi oħra jsiru iżjed effiċjenti fl-enerġija sabiex jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà ambjentali tal-faċilitajiet eżistenti ddedikati għall-isport, anke permezz tal-prevenzjoni tal-użu dejjem jikber tal-mikroplastiks, filwaqt li tiġi eżaminata l-possibbiltà tal-konverżjoni ta’ faċilitajiet bħal dawn f’faċilitajiet multidixxiplinari b’fondi tal-UE;

35.

l-inklużjoni, fil-programm li jmiss “Horizon Europe”, ta’ opportunitajiet għat-titjib tal-istrumenti tal-ġbir tad-data u l-mudelli tal-ipproċessar tagħhom, għal soluzzjonijiet innovattivi u teknoloġiji ġodda għall-iskambju kontinwu ta’ għarfien, b’risposta wkoll għall-għanijiet espressi mill-presidenza Rumena futura fir-rigward tal-istrateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u s-Suq Uniku Diġitali;

36.

appell biex l-inizjattivi msemmija hawn fuq jiġu kkunsidrati fin-negozjati tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, fejn l-isport jiġi inkluż b’mod effettiv fl-aġenda tal-UE wara l-2020; iħeġġeġ ukoll, f’din il-perspettiva, riflessjoni dwar il-possibbiltà li eventwalment jinħoloq Programm tal-Isport;

Sussidjarjetà u proporzjonalità

37.

jistenna li, fil-proċess ta’ diskussjoni u approvazzjoni sussegwenti tal-QFP li jmiss, ikun hemm l-opportunità li jiġi promoss il-prinċipju tas-sussidjarjetà dwar din il-kwistjoni, kif ukoll li tinġieb għall-attenzjoni tal-KE l-ambizzjoni li għandu jiġi enfasizzat, fiċ-ċirkostanzi adatti, ir-rwol kruċjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-aspetti ekonomiċi u umani tal-isport;

38.

itenni l-impenn tiegħu li jikkunsidra l-pjani operazzjonali reġjonali, li jiddefinixxu l-istrateġiji ta’ investiment tal-fondi strutturali, strument utli u effettiv ieħor, li lejh għandhom jiġu orjentati dawn l-isforzi, billi jiġu identifikati amministrazzjonijiet lokali u reġjonali bħala garanti ta’ governanza kollaborattiva f’diversi livelli fejn l-istituzzjonijiet, l-impriżi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jikkontribwixxu għat-tfassil u l-iżvilupp tas-settur;

39.

beħsiebu jipparteċipa, flimkien mal-istituzzjonijiet Ewropej, fi proċess ta’ riflessjoni li jittrasforma d-dibattitu u n-narrattiva politika fi proposti konkreti, skont il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni SEDEC (21/11/2017, punt 1.2) u l-prijoritajiet politiċi tal-Kumitat tar-Reġjuni;

40.

jittama li l-Kummissjoni timpenja ruħha li l-UE tirratifika l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Manipulazzjoni tal-Kompetizzjonijiet Sportivi.

Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  Kummissjoni Ewropea (2014), Sport as a growth engine for EU economy, http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-14-432_en.htm

(2)  Kummissjoni Ewropea, http://ec.europa.eu/growth/content/sport-growth-engine-eu-economy-0_en

(3)  http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2015/563392/IPOL_STU(2015)563392_EN.pdf

(4)  Studju ISCA/CEBR 2015 f’Narrative review: the state of physical activity in Europe, paġna 37, u PASS Project http://fr.calameo.com/read/000761585fb41d432c387

(5)  Proġett PASS http://fr.calameo.com/read/000761585fb41d432c387

(6)  https://sustainabledevelopment.un.org/post2015/transformingourworld

(7)  Ewrobarometru (data tal-pubblikazzjoni 22/03/2018), https://ec.europa.eu/sport/news/2018/new-eurobarometer-sport-and-physical-activity_en

(8)  Study on the contribution of sport to regional development through the structural funds, https://ec.europa.eu/sport/news/20161018_regional-development-structural-funds_en

(9)  CdR 6329/2015.

(10)  CdR 66/2011 fin.

(11)  https://ec.europa.eu/sport/sites/sport/files/ewos-tartu-call_en.pdf

(12)  COM(2018) 367 final, Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi “Erasmus”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013.

(13)  CdR 3952/2013 fin


21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/43


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pakkett dwar it-tassazzjoni ġusta

(2018/C 461/07)

Relatur:

Paul LINDQUIST (SE/PPE), Membru tal-Kummissjoni tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Stokkolma

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud

COM(2018) 20 final

Anness tal-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud

COM(2018) 20 final

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar

COM(2018) 21 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud

(COM(2018) 20 final)

Emenda 1

Premessa (4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

F’sistema definittiva tal-VAT l-Istati Membri kollha jenħtieġ li jiġu ttrattati indaqs u għalhekk jenħtieġ li jkollhom l-istess restrizzjonijiet fl-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa tal-VAT, li jentħieġ li tibqa’ eċċezzjoni għar-rata standard. It-tali trattament indaqs mingħajr ir-restrizzjoni tal-flessibilità attwali tal-Istati Membri fl-iffissar tal-VAT jista’ jinkiseb billi kollha kemm huma jitħallew japplikaw rata mnaqqsa li għaliha ma japplikax ir-rekwiżit minimu, kif ukoll eżenzjoni bid-dritt li titnaqqas il-VAT fuq ix-xiri, flimkien ma’ massimu ta’ żewġ rati mnaqqsa ta’ minimu ta’ 5 %.

F’sistema definittiva tal-VAT l-Istati Membri kollha jenħtieġ li jiġu ttrattati indaqs u għalhekk jenħtieġ li jkollhom l-istess restrizzjonijiet fl-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa tal-VAT, li jentħieġ li tibqa’ eċċezzjoni għar-rata standard. It-tali trattament indaqs, mingħajr ir-restrizzjoni tal-flessibilità attwali tal-Istati Membri fl-iffissar tal-VAT, jista’ jinkiseb billi kollha kemm huma jitħallew japplikaw rata mnaqqsa li għaliha ma japplikax ir-rekwiżit minimu, sabiex jittieħed kont tal-effetti soċjali jew ambjentali pożittivi ta’ prodotti u servizzi differenti, kif ukoll eżenzjoni bid-dritt li titnaqqas il-VAT fuq ix-xiri, flimkien ma’ massimu ta’ żewġ rati mnaqqsa ta’ minimu ta’ 5 %. Fil-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva, huwa possibbli għall-Istati Membri li jżommu r-rati mnaqqsa tal-VAT eżistenti jew li jintroduċu rati oħrajn ġodda li jibbenefikaw lill-konsumatur finali u huma ta’ interess ġenerali, pereżempju għas-servizzi li jirrikjedu ħafna ħaddiema jew biex jiġu koperti kunsiderazzjonijiet soċjali u/jew ambjentali.

Raġuni

Jekk ir-rekwiżiti regolatorji jkunu speċifiċi wisq, ikun hemm riskju konsiderevoli li tiġi ristretta l-flessibbiltà mixtieqa.

Emenda 2

Premessa (8)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Filwaqt li l-applikazzjoni ta’ rati differenti f’ċerti żoni remoti għadha possibbli, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li r-rata standard tirrispetta l-minimu ta’ 15 %.

Filwaqt li l-applikazzjoni ta’ rati differenti f’ċerti żoni remoti għadha possibbli, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li r-rata standard tirrispetta l-minimu ta’ 15 % u l-massimu l-ġdid ta’ 25 % .

Emenda 3

Żid () ġdid wara l-Artikolu 1(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

L-Artikolu 97 huwa sostitwit bit-test li ġej: “Ir-rata normali ma tistax tkun inqas minn 15 % u mhux akbar minn 25 %.”

Emenda 4

Artikolu 1(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Artikolu 98 jinbidel b’dan li ġej:

L-Artikolu 98 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 98

“Artikolu 98

1.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw massimu ta’ żewġ rati mnaqqsa.

1.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw massimu ta’ żewġ rati mnaqqsa.

Ir-rati mnaqqsa għandhom jiġu ffissati bħala perċentwal tal-ammont taxxabbli, li ma għandux ikun inqas minn 5 %.

Ir-rati mnaqqsa għandhom jiġu ffissati bħala perċentwal tal-ammont taxxabbli, li ma għandux ikun inqas minn 5 %.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, minbarra ż-żewġ rati mnaqqsa l-Istati Membri jistgħu japplikaw rata mnaqqsa aktar baxxa mill-minimu ta’ 5 % u eżenzjoni bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, minbarra ż-żewġ rati mnaqqsa l-Istati Membri jistgħu japplikaw rata mnaqqsa aktar baxxa mill-minimu ta’ 5 % u eżenzjoni bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti.

3.   Ir-rati mnaqqsa u l-eżenzjonijiet applikati skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom jibbenefikaw biss lill-konsumatur finali u għandhom ikunu applikati biex, b’mod konsistenti, jintlaħaq għan ta’ interess ġenerali.

3.   Ir-rati mnaqqsa u l-eżenzjonijiet applikati skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom jibbenefikaw lill-konsumatur finali u għandhom ikunu applikati biex, b’mod konsistenti, jintlaħaq għan ta’ interess ġenerali li jqis l-effetti soċjali u ambjentali pożittivi ta’ prodotti u servizzi differenti .

Ir-rati mnaqqsa u l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jiġu applikati għall-oġġetti u s-servizzi fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness IIIa.”;

Ir-rati mnaqqsa u l-eżenzjonijiet imsemmija fil- paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jiġu applikati għall-oġġetti u s-servizzi fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness IIIa.”;

Raġuni

Jiġu limitati l-eżenzjonijiet b’tali mod li l-benefiċċji għall-konsumatur finali “biss” jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu implimentati fil-prattika minħabba li ħafna oġġetti u servizzi huma mibjugħa lil konsumaturi u kumpaniji individwali. Il-premessi jiddikjaraw li l-ħsieb bażiku wara l-proposta huwa fost affarijiet oħra li jiġi preservat il-funzjonament tas-suq intern, tiġi evitata kumplessità mhux meħtieġa u b’hekk tiġi evitata żieda fl-ispejjeż tan-negozju. Il-kelma “biss” għandha għalhekk titħassar mit-test tad-Direttiva.

Anness tal-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud

(COM(2018) 20 final)

Emenda 5

Numru 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(5)

Il-provvista ta’ xorb alkoħoliku

11.01

11.02

11.03

11.05

47.00.25

Ebda

Ebda

(5)

Il-provvista ta’ xorb alkoħoliku

11.01

11.02

11.03

11.04

11.05

47.00.25

Ebda

Ebda

Raġuni

Ma hemm l-ebda raġuni għalfejn l-alkoħol prodott fil-vermut u nbejjed aromatizzati oħrajn ikun intaxxat b’rata mnaqqsa.

Emenda 6

Numru 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(7)

Il-provvista, il-kiri, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ mezzi tat-trasport

29

30

33.15

33.16

45

47.00.81

77.1

77.34

77.35

77.39.13

Il-provvista, il-kiri, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ roti, prammijiet tat-tfal u siġġijiet bir-roti

….

30.92

33.17.19

47.00.45

47.00.75

77.21.10

77.29.19

95.29.12

29.10.24

45.11.245.11.3

(7)

Il-provvista, il-kiri, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ mezzi tat-trasport

29

30

33.15

33.16

45

47.00.81

77.1

77.34

77.35

77.39.13

Il-provvista, il-kiri, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ roti (inklużi r-roti elettriċi), mopeds elettriċi , prammijiet tat-tfal u siġġijiet bir-roti

…..

30.92

33.17.19

47.00.45

47.00.75

77.21.10

77.29.19

95.29.12

29.10.24

45.11.245.11.3

Raġuni

Għandu jkun ċar li l-Istati Membri jistgħu japplikaw rata mnaqqsa għar-roti elettriċi u l-mopeds elettriċi. Ir-roti elettriċi u l-mopeds elettriċi jaqdu rwol importanti fil-mobilità.

Emenda 7

Numru 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(10)

Il-provvista ta’ prodotti tal-kompjuter, prodotti elettroniċi u prodotti ottiċi; il-provvista ta’ arloġġi tal-idejn

26

47.00.3

47.00.82

47.00.83

47.00.88

Ebda

Ebda

(10)

Il-provvista ta’ prodotti tal-kompjuter, prodotti elettroniċi u prodotti ottiċi; il-provvista ta’ arloġġi tal-idejn

26

47.00.3

47.00.82

47.00.83

47.00.88

Tagħmir għall-irradjazzjoni, elettromediku u elettroterapewtiku; nuċċalijiet u lentijiet ta’ kuntatt

26.60

32.50.4

Raġuni

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw rati ta’ taxxa mnaqqsa għal nuċċalijiet u lentijiet ta’ kuntatt, kif ukoll pacemakers u strumenti għas-smigħ.

Emenda 8

Numru 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(15)

Il-provvista ta’ servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni

64

65

66

Ebda

Ebda

(15)

Il-provvista ta’ servizzi finanzjarji

64

66

Ebda

Ebda

Raġuni

Skont l-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri huma meħtieġa li jeżentaw transazzjonijet tal-assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni, inklużi servizzi relatati mwettqa mill-brokers u l-aġenti tal-assigurazzjoni, mit-taxxa.

Għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni tikkontradixxi t-test tad-Direttiva 2006/112/KE.

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar

(COM(2018) 21 final)

Emenda 9

Premessa (13)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mogħtija minn Stat Membru lil impriżi li mhumiex stabbiliti hemmhekk, jeħtieġ li tintalab notifika minn qabel bl-intenzjoni tagħhom li jibbenefikaw mill-eżenzjoni. Jenħtieġ li din in-notifika ssir mill-impriża ż-żgħira lill-Istat Membru fejn hi stabbilita . Wara, abbażi tal-informazzjoni ddikjarata fuq il-fatturat ta’ dik l-impriża, jenħtieġ li dak l-Istat Membru jipprovdi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mogħtija minn Stat Membru lil impriżi li mhumiex stabbiliti hemmhekk, jeħtieġ li tintalab notifika minn qabel bl-intenzjoni tagħhom li jibbenefikaw mill-eżenzjoni. Jenħtieġ li din in-notifika ssir permezz ta’ portal elettroniku li għandu jitwaqqaf mill-Kummissjoni . Wara, abbażi tal-informazzjoni ddikjarata fuq il-fatturat ta’ dik l-impriża, jenħtieġ li l-Istat Membru fejn hi stabbilita jipprovdi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

Raġuni

Din l-emenda hija marbuta mal-emenda tal-Artikolu 1(12) – din tirriproduċi l-proposta stabbilita fl-abbozz ta’ rapport preżentat lill-Parlament Ewropew minn T. Vandenkendelaere (PPE/BE).

Emenda 10

Artikolu 1(12)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Artikolu 284 jinbidel b’dan li ġej:

L-Artikolu 284 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 284

“Artikolu 284

1.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-provvista ta’ merkanzija u servizzi magħmula fit-territorju tagħhom minn impriżi żgħar stabbiliti f’dak it-territorju li l-fatturat annwali tagħhom fl-Istat Membru, attribwibbli għal dawn il-provvisti, ma jaqbiżx limitu stabbilit minn dawk l-Istati Membri għall-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni.

1.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-provvista ta’ merkanzija u servizzi magħmula fit-territorju tagħhom minn impriżi żgħar stabbiliti f’dak it-territorju li l-fatturat annwali tagħhom fl-Istat Membru, attribwibbli għal dawn il-provvisti, ma jaqbiżx limitu stabbilit minn dawk l-Istati Membri għall-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu diversi limiti għal setturi ta’ negozju differenti bbażati fuq kriterji oġġettivi. Madankollu, dawk il-limiti m’għandhomx ikunu aktar minn EUR 85 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu diversi limiti bbażati fuq kriterji oġġettivi. Madankollu, dawk il-limiti m’għandhomx ikunu aktar minn EUR 100 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali.

2.   L-Istati Membri li jkunu daħħlu fis-seħħ l-eżenzjoni għall-impriżi ż-żgħar għandhom jeżentaw ukoll il-provvisti ta’ merkanzija u servizzi fit-territorju tagħhom stess magħmula minn impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fatturat annwali fl-Unjoni ta’ dik l-impriża ż-żgħira ma jaqbiżx il-EUR 100 000 ;

(b)

il-valur tal-provvisti fl-Istat Membru fejn mhix stabbilita l-impriża ma jaqbiżx il-limitu applikabbli f’dak l-Istat Membru għall-għoti ta’ eżenzjoni lill-impriżi stabbiliti f’dak l-Istat Membru.

2.   L-Istati Membri li jkunu daħħlu fis-seħħ l-eżenzjoni għall-impriżi ż-żgħar għandhom jeżentaw ukoll il-provvisti ta’ merkanzija u servizzi fit-territorju tagħhom stess magħmula minn impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fatturat annwali fl-Unjoni ta’ dik l-impriża ż-żgħira ma jaqbiżx il-EUR 100 000 ;

(b)

il-valur tal-provvisti fl-Istat Membru fejn mhix stabbilita l-impriża ma jaqbiżx il-limitu applikabbli f’dak l-Istat Membru għall-għoti ta’ eżenzjoni lill-impriżi stabbiliti f’dak l-Istat Membru.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-impriżi ż-żgħar li jibbenefikaw mill-eżenzjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-impriżi ż-żgħar li jibbenefikaw mill-eżenzjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.    Qabel ma tibbenefika mill-eżenzjoni fi Stati Membri oħra, l-impriża ż-żgħira għandha tinnotifika lill-Istat Membru fejn tkun stabbilita .

4.    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi portal onlajn li permezz tiegħu l-impriżi ż-żgħar li jixtiequ jagħmlu użu mill-eżenzjoni fi Stat Membru ieħor, jistgħu jirreġistraw .

Meta impriża żgħira tibbenefika mill-eżenzjoni fi Stati Membri oħra għajr dak li fih hija stabbilita, l-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura d-dikjarazzjoni eżatta tal-fatturat annwali fl-Unjoni u tal-fatturat annwali fl-Istat Membru mill-impriża u għandu jinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kkonċernati l-oħra li fihom l-impriża ż-żgħira twettaq provvista.”;

Meta impriża żgħira tibbenefika mill-eżenzjoni fi Stati Membri oħra għajr dak li fih hija stabbilita, l-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura d-dikjarazzjoni eżatta tal-fatturat annwali fl-Unjoni u tal-fatturat annwali fl-Istat Membru mill-impriża u għandu jinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kkonċernati l-oħra li fihom l-impriża ż-żgħira twettaq provvista.”;

Raġuni

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà jitlob li l-livell limitu nazzjonali għandu jkun materja ta’ kompetenza nazzjonali. Għalhekk, m’għandux ikun introdott livell limitu ieħor apparti dak komuni tal-UE ta’ EUR 100 000. Il-possibilità ta’ livelli limiti nazzjonali differenti hija tajba għax tippermetti aktar flessibilità, iżda jekk din tkun limitata għal setturi ta’ negozju differenti tista’ toħloq problemi ta’ delineazzjoni.

Emenda 11

Artikolu 1(15)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

jiddaħħal l-Artikolu 288a li ġej:

jiddaħħal l-Artikolu 288a li ġej:

“Artikolu 288a

“Artikolu 288a

Meta matul sena kalendarja sussegwenti l-fatturat annwali fl-Istat Membru ta’ impriża żgħira jaqbeż il-limitu tal-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 284(1), l-impriża ż-żgħira għandha tkun tista’ tkompli tibbenefika mill-eżenzjoni għal dik is-sena, dment li l-fatturat annwali tagħha fl-Istat Membru matul dik is-sena ma jaqbiżx il-limitu stabbilit fl-Artikolu 284(1) b’aktar minn 50 % .”;

Meta matul sena kalendarja sussegwenti l-fatturat annwali fl-Istat Membru ta’ impriża żgħira jaqbeż il-limitu tal-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 284(1), l-impriża ż-żgħira għandha tkun tista’ tkompli tibbenefika mill-eżenzjoni għal dik is-sena, dment li l-fatturat annwali tagħha fl-Istat Membru matul dik is-sena ma jaqbiżx il-limitu stabbilit fl-Artikolu 284(1) b’aktar minn 33 % .”;

Raġuni

Id-dispożizzjoni tnaqqas l-effett ta’ “preċipizju”, iżda tista’ tfixkel il-kompetizzjoni għal kumpaniji li ma jistgħux jibbenefikaw mill-eżenzjoni. Għalhekk, l-ammont li bih jista’ jinqabeż il-limitu għandu jitnaqqas minn 50 % għal 33 %.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni għar-riforma tas-sistema eżistenti tal-VAT tal-UE sabiex tappoġġja aħjar suq intern li jiffunzjona u tiżgura li r-regoli tal-VAT jiġu adattati għall-bidliet fl-ekonomija globali u diġitali;

2.

madankollu, jinnota li huwa importanti għad-dispożizzjoni li tevita xkiel għall-kompetizzjoni, aktar burokrazija żejda u spejjeż ogħla għan-negozju għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs), kif ukoll għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

3.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-differenzi bejn is-sistemi tal-VAT u r-rati stabbiliti jaffettwaw partikolarment ir-reġjuni tal-fruntiera u l-attivitajiet tal-SMEs f’dawn ir-reġjuni. Għalhekk huwa neċessarju li jkun ivvalutat l-impatt territorjali tal-proposti biex tkun offruta flessibilità akbar fl-iffissar tar-rati tal-VAT u kif ukoll il-limiti proposti;

Sistema komuni tal-VAT

4.

japprova l-proposta tal-Kummissjoni li l-oġġetti u s-servizzi għandhom ikunu intaxxati abbażi tal-prinċipju tad-destinazzjoni, peress li dan jinvolvi anqas riskju li jxekkel il-kompetizzjoni;

5.

jappoġġja Artikoli 98(1) u (2) tal-proposta li permezz tagħhom l-Istati Membri jistgħu japplikaw massimu ta’ żewġ rati ta’ taxxa mnaqqsin ta’ mill-inqas 5 % u biex japplikaw rata waħda ta’ taxxa mnaqqsa, li għaliha mhux meħtieġ minimu ta’ 5 %, kif ukoll eżenzjoni bid-dritt li jitnaqqas il-VAT fuq ix-xiri;

6.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex tipprepara lista (Anness IIIa) ta’ prodotti li fuqhom ma tistax titnaqqas ir-rata tal-VAT, mhux kif inhi attwalment li jkun hemm lista (li tinkludi wkoll diversi derogi temporanji) ta’ prodotti li fuqhom ir-rata tal-VAT tista’ tkun anqas mir-rata standard. Il-proposta tipprovdi flessibbiltà akbar għall-Istati Membri individwali u telimina n-nuqqas ta’ newtralità fiskali minħabba l-fatt li ċerti Stati Membri ma jistgħux jirreplikaw ir-rati mnaqqsa tal-VAT li Stati Membri oħrajn japplikaw għal ċerti prodotti. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-għan tal-lista huwa li jiġi evitat it-tfixkil tal-kompetizzjoni u li m’għandhiex tintuża biex jintlaħqu għanijiet politiċi oħrajn;

7.

huwa tal-fehma li l-qafas regolatorju attwali mhux biss iwassal għal nuqqas ta’ newtralità bejn l-Istati Membri, iżda wkoll jimpedixxi milli jiġu sfruttati l-opportunitajiet ta’ żvilupp teknoloġiku peress li l-istess beni/servizzi jiġu ntaxxati b’rati differenti skont it-tip ta’ distribuzzjoni. Eżempju ċar ta’ dan huwa l-projbizzjoni ta’ VAT imnaqqas fuq il-pubblikazzjonijiet diġitali bħall-gazzetti, il-kotba awdjo u l-mużika strimjata. Dan laqat b’mod partikolari lis-settur tal-gazzetti li bħalissa għaddej minn tibdil strutturali kbir, fid-dawl tal-fatt li l-konsum tal-midja qed isir dejjem iżjed diġitalizzat, u f’perjodu meta ma nistgħux nissottovalutaw l-importanza tal-gazzetti għad-demokrazija;

8.

jassumi li Artikolu 98(3) ser japplika għal oġġetti u servizzi li tipikament jinxtraw mill-konsumaturi individwali. Meta dan ikun stabbilit, għandu jkun possibbli li jinbiegħu oġġetti u servizzi b’rata ta’ taxxa imnaqqsa anke jekk dawn jinbiegħu kemm lin-negozji u kif ukoll lill-individwi privati;

9.

jenfasizza, li t-terminu “konsumatur finali” jista’ jwassal għal ċerti problemi ta’ implimentazzjoni. “Konsumatur finali” fil-kuntest tal-VAT jista’ jkun individwu privat, persuna legali mhux taxxabbli jew persuna taxxabbli li tmexxi attività li hija eżenti mit-taxxa mingħajr id-dritt li tnaqqas il-VAT. Madankollu, il-memorandum ta’ spjegazzjoni jindika li l-konsumatur finali huwa l-persuna li takkwista oġġetti u servizzi għall-użu personali. Peress li l-persuni legali jistgħu jkunu wkoll konsumaturi finali, il-KtR jemmen li r-rekwiżit għandu jinkludi lil dawn il-persuni wkoll;

10.

jappoġġja l-proposta sabiex ir-rata medja ponderata (RMP) titħalla taqbeż it-12 % sabiex tiżgura li d-dħul tal-Istati Membri jkun protett;

11.

jirrimarka li flessibilità akbar fl-adozzjoni tar-rati tal-VAT tista’ trendi l-affarijiet aktar kumplikati, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u medji li m’għandhomx l-istess riżorsi u strutturi organizzattivi bħall-intrapriżi kbar biex ikunu jistgħu jirreaġixxu għal numru ta’ rati differenti ta’ taxxa fil-kummerċ transkonfinali;

12.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tistabbilixxi portal elettroniku, pereżempju billi tiżviluppa aktar il-portal tal-web eżistenti tat-TEDB, biex tippermetti lin-negozji jżommu kont tas-sistemi differenti ta’ VAT tal-Istati Membri kollha u biex tinnotifika, fil-kuntest tal-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni mogħtija minn Stat Membru lill-impriżi li mhumiex stabbiliti hemmhekk, l-intenzjoni tal-impriżi kkonċernati li jagħmlu użu mill-eżenzjoni. Din l-għodda għandha tkun faċilment aċċessibbli, affidabbli u disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE;

13.

jistieden ukoll lill-Kummissjoni sabiex testendi l-ambitu għall-użu tal-iskema ta’ Mini One Stop Shop (MOSS) bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ din il-proposta. L-iskema MOSS ser tkun partikolarment importanti għall-ipproċessar amministrattiv tal-VAT fil-pajjiż destinatarju;

14.

jemmen li aktar flessibilità fl-adozzjoni tar-rati tal-VAT tista’ tagħmilha aktar diffiċli sabiex ikun determinat kif tista’ tiġi intaxxata tranżazzjoni li tinvolvi diversi fornituri. Din taffettwa r-rata ta’ taxxa applikabbli, l-ammont taxxabbli, il-forma tal-fattura u liema pajjiż huwa l-pajjiż ta’ tassazzjoni. Dan il-fatt jista’ jwassal għal problemi bil-fatturati u jiġġenera l-inċertezza, spejjeż u tilwim, fejn il-kwistjoni tiġi indirizzata b’modi differenti fi Stati Membri differenti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida ċari dwar kif għandhom ikunu ġestiti t-tranżazzjonijiet li jinvolvu fornituri diversi;

Semplifikazzjoni tar-regoli għall-intrapriżi ż-żgħar

15.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tagħti aktar lok lill-Istati Membri biex jissemplifikaw il-proċeduri tal-VAT għall-kumpaniji żgħar. Madankollu, huwa importanti li titjieb l-effiċjenza tat-taxxa u l-ġlieda kontra l-frodi biex ikun evitat ix-xkiel għall-kompetizzjoni u biex ikun żgurat id-dħul fiskali tal-Istati Membri;

16.

japprova d-definizzjoni proposta ta’ “intrapriża żgħira” bħala negozju b’fatturat annwali fis-suq uniku ta’ anqas minn EUR 2 000 000;

17.

jindika li l-frammentazzjoni u l-kumplessità tas-sistema tal-VAT tikkawża spejjeż kbar għall-konformità għan-negozji involuti fi tranżazzjonijiet transkonfinali. Dawn l-ispejjeż huma għoljin b’mod sproporzjonat għal intrapriżi żgħar u medji, li jiffurmaw is-sinsla tal-ekonomija u l-bażi għall-impjieg fil-livell reġjonali, b’mod partikolari għan-negozji żgħar b’fatturat li ma jaqbiżx EUR 2 000 000. Dawn il-kumpaniji huma madwar 98 % tal-intrapriżi kollha tal-UE, u jikkontribwixxu madwar 15 % tal-fatturat totali u madwar 25 % tad-dħul nett totali tal-VAT;

18.

jiġbed l-attenzjoni li fir-rigward tal-fornitura tas-servizzi elettroniċi, jista’ jkun diffiċli li jiġi stabbilit f’liema Stat Membru jinsab il-konsumatur. F’xi każi l-burokrazija żejda involuta biex kumpaniji żgħar jiddeterminaw dan għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet tat-taxxa jista’ jkun tali li jiskoraġġihom milli jinnegozjaw ma’ klijenti fi Stati Membri oħrajn. Sabiex jitnaqqas il-piż regolatorju għan-negozji ż-żgħar b’fatturat ta’ anqas minn EUR 2 000 000 fl-Unjoni, dawn għandhom ikunu jistgħu, bħala alternattiva, jitolbu l-ogħla rata ta’ VAT applikabbli fl-Unjoni għal servizz partikolari;

19.

jikkondividi l-fehma tal-Kummissjoni li l-ispejjeż tal-osservanza mas-sistema tal-VAT għandhom ikunu baxxi kemm jista’ jkun, u jinsab kuntent li l-proposta hija mistennija li tnaqqas l-ispejjeż tal-konformità mal-VAT tal-intrapriżi żgħar u medji sa 18 % fis-sena;

20.

jappoġġja l-proposta sabiex l-eżenzjoni għan-negozji ż-żgħar issir aċċessibbli għan-negozji kollha stabbiliti fi Stat Membru ieħor bil-kondizzjoni li l-fatturat annwali tagħhom fl-UE ma jaqbiżx EUR 100 000, iżda jaħseb li jkun xieraq li jkun ivvalutat ir-riskju tal-effetti li jxekklu t-tkabbir. Il-qbiż tal-limitu jista’ jirrappreżenta spiża konsiderevoli ta’ negozju għal kumpanija li ġiet eżentata mit-taxxa u li għaldaqstant kellha piż amministrattiv anqas konsiderevoli;

21.

jilqa’ l-proposta biex negozji żgħar jitħallew joħorġu fatturi semplifikati, kif ukoll il-proposta li teżenta negozji li huma eżentati mill-VAT mill-obbligu li joħorġu fatturi;

22.

jaqbel mal-proposta li l-perjodu tal-kont għad-dikjarazzjoni tal-VAT ta’ negozji żgħar jista’ jkun sena kalendarja;

23.

jistaqsi għaliex kumpaniji eżentati mill-VAT jistgħu jevitaw l-obbligi kollha ta’ kontabilità u żamma. Hemm ir-riskju li konċessjoni bħal din tista’ tiġi abbużata għaliex ser ikun diffiċli għall-Istati Membri biex jivverifikaw jekk kumpanija hijiex teċċedi l-livell limitu;

24.

jinnota li f’diversi Stati Membri qed jittieħdu miżuri biex tiġi ssemplifikata r-reġistrazzjoni ta’ kumpaniji ġodda, bil-għan li jitjieb l-ambjent tan-negozju, minkejja l-fatt li dan jista’ jżid ir-riskju tal-hekk imsejħa frodi karusell. Matul l-2014 biss it-telf ta’ VAT mill-frodi karusell kien stmat li jlaħħaq EUR 50 biljun. Huwa importanti li titjieb l-effiċjenza tat-taxxa u li tkun miġġielda l-frodi sabiex jitnaqqas dan it-telf.

Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/52


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali

(2018/C 461/08)

Relatur ġenerali:

Domenico GAMBACORTA (IT/PPE), President tal-Provinċja ta’Avellino

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali,

COM(2018) 22 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Messaġġi ewlenin

1.

jenfasizza li l-edukazzjoni, mill-Proċess ta’ Bolonja ’l hawn, bdiet taqdi rwol kruċjali fil-ħolqien ta’ spazju Ewropew għad-djalogu u l-kooperazzjoni dwar il-prinċipji fundamentali — il-libertà tal-espressjoni, it-tolleranza, il-libertà tar-riċerka, il-moviment liberu tal-istudenti u l-persunal, l-involviment tal-istudenti u l-kokreazzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja — li jirriflettu l-valuri bażiċi tas-soċjetà Ewropea attwali;

2.

jindika li l-impenn tal-Istati Membri tal-UE li jipprovdu liż-żgħażagħ “bl-aħjar edukazzjoni u t-taħriġ” ġie kkonfermat f’dikjarazzjonijiet reċenti (Bratislava, Settembru 2016; Ruma, Marzu 2017) u fis-summits (Tallinn, Mejju 2017; Gothenburg, Novembru 2017; Brussell, Jannar 2018);

3.

jenfasizza kif ir-rivoluzzjoni diġitali ser tkompli tibdel b’mod sinifikanti l-mod kif l-Ewropej jgħixu, jaħdmu, jistudjaw u jibnu relazzjonijiet u li l-ħiliet u l-kompetenzi diġitali huma fundamentali apparti l-litteriżmu u n-numeriżmu, sabiex iċ-ċittadini jiġu megħjuna jilqgħu l-isfidi ta’ dinja globalizzata u interkonnessa li tinbidel b’mod konstanti;

4.

jaqbel li l-kisba tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali jeħtieġ li tibda minn età bikrija u tkompli tul il-ħajja, bħala parti mill-kurrikuli edukattivi fil-fażi tat-tfulija bikrija u fl-edukazzjoni tal-adulti;

5.

jirrikonoxxi li l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali tal-forza tax-xogħol tal-UE huwa essenzjali sabiex jiġu indirizzati t-trasformazzjoni tas-suq tax-xogħol u biex jiġu evitati diskrepanzi jew spariġġi fil-ħiliet;

6.

huwa tal-fehma li l-edukazzjoni diġitali hija neċessità u opportunità biex jiġu indirizzati l-isfidi edukattivi, eż. il-possibbiltà ta’ tagħlim aktar personalizzat u inklużiv għal persuni bi bżonnijiet edukattivi speċjali u b’diżabilitajiet, migranti u persuni f’sistemi tal-kura tal-Istati Membri;

7.

jinnota li l-iżvilupp tal-kompetenzi diġitali huwa għodda mill-aqwa għall-iżvilupp ta’ talent intraprenditorjali ġdid, għall-awtonomija ta’ kompiti individwali u komplementari, kif ukoll għax-xogħol f’timijiet multidixxiplinari jew ġeografikament differenti;

8.

jenfasizza l-potenzjal tat-trasformazzjoni diġitali għall-mobilità ’l fuq, għat-tiswir ta’ ċittadini mħarrġa u infurmati aħjar, għat-tħeġġiġ tal-involviment ċiviku, għad-demokratizzazzjoni tal-għarfien, u għat-tisħiħ tal-aċċess għall-informazzjoni, biex tiġi żgurata identità diġitali b’saħħitha u ċittadinanza diġitali attiva u responsabbli;

9.

jenfasizza li l-utenti li mhumiex preparati kif imiss huma partikolarment suxxettibbli li jbatu minħabba l-bosta riskji moħbija fl-użu inkonxju tar-riżorsi diġitali, inklużi l-bullying ċibernetiku, il-“phishing”, is-“sexting”, is-“sextortion”, l-IGD (Internet Gaming Disorder), sintomi tal-istress relatat max-xogħol diġitali, u l-FOMO (“Fear of Missing Out”);

10.

jeħtieġ li tingħata attenzjoni akbar lit-tisħiħ tal-ħsieb b’mod kritiku u l-litteriżmu medjatiku tal-adulti, tat-tfal u taż-żgħażagħ sabiex ikunu jistgħu jiġġudikaw u jegħlbu t-tixrid fuq skala wiesgħa tal-aħbarijiet foloz u r-riskji tal-użu mhux kritiku tal-informazzjoni disponibbli fuq l-Internet jew tal-informazzjoni diġitalment aċċessibbli;

11.

jindika r-riskju li l-introduzzjoni massiva ta’ algoritmi u sistemi ta’ tagħlim awtomatiku (machine learning) abbażi tal-intelliġenza artifiċjali u l-analitika tad-data toħloq lil-libertà pedagoġika kif ukoll lin-newtralità, lis-sigurtà tad-data u kwistjonijiet ta’ privatezza;

12.

isemmi xi wħud mir-riżultati pprovduti fil-pubblikazzjoni “Survey of Schools: ICT in Education” (1) (2013), li jgħidu li:

il-forniment tal-infrastruttura fil-livell skolastiku jvarja b’mod konsiderevoli bejn il-pajjiżi differenti;

madwar 50 % biss tal-istudenti fl-UE jiġu mgħallma minn għalliema li jkollhom attitudni pożittiva dwar il-ħiliet tagħhom li jintegraw it-teknoloġiji diġitali b’mod pedagoġikament siewi fl-attivitajiet tat-tagħlim;

madwar 25-30 % biss tal-istudenti jiġu mgħallma minn għalliema li għalihom it-taħriġ fl-ICT huwa obbligatorju;

13.

għaldaqstant, jirrimarka li r-rwol kruċjali tal-għalliema u l-edukaturi f’li jiggwidaw l-istudenti lejn prattiki innovattivi għall-ħolqien tal-għarfien permezz ta’ rabtiet adatti bejn it-tagħlim formali, mhux formali u informali, jekk wieħed jassumi li ma hemm l-ebda approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd” biex jiżdiedu l-innovazzjonijiet diġitali fl-edukazzjoni;

14.

jenfasizza li l-korp tal-għalliema, il-bordijiet ta’ tmexxija tal-iskejjel u operaturi oħra tal-edukazzjoni jeħtieġu appoġġ u taħriġ rilevanti biex isibu triqthom b’mod effiċjenti biex ifasslu metodoloġiji ta’ tagħlim tradizzjonali bl-opportunitajiet ippreżentati mit-teknoloġiji diġitali;

15.

għal dan l-għan, jissuġġerixxi kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati privati u pubbliċi li tinvolvi fornituri tat-teknoloġija edukattiva, permezz tal-organizzazzjonijiet settorjali fejn jeżistu, sabiex jipprovdu taħriġ għall-għalliema flimkien ma’ materjal edukattiv diġitali mingħajr ħlas, u jsolvu wkoll kwistjonijiet transkonfinali relatati mad-drittijiet tal-awtur;

16.

jindika r-riskji meta kumpaniji diġitali kbar, u b’mod partikolari GAFAM (Google, Amazon, Facebook, Apple u Microsoft) jimponu l-istandards tagħhom fl-edukazzjoni, billi jipprovdu l-ħardwer u/jew is-softwer u r-riżorsi edukattivi tagħhom, u għal dan il-għan għandhom jiġu stabbiliti kontrolli stretti fir-rigward tal-protezzjoni tad-data u d-drittijiet tal-awtur;

17.

jenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqas id-distakk diġitali eżistenti meta wieħed iqis il-fatturi determinanti differenti tal-fenomenu, eż. residenza f’kuntesti ġeografiċi u demografiċi differenti, il-lingwi vernakulari, livelli ta’ edukazzjoni differenti, differenzi speċifiċi skont is-sess u l-età, il-possibbiltà ta’ diżabbiltà jew is-sħubija fi gruppi soċjoekonomiċi żvantaġġati;

18.

jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi sfruttat aħjar l-appoġġ finanzjarju tal-UE sabiex jiġi żgurat li l-iskejjel u l-istabbilimenti edukattivi, inklużi mhux biss iċ-ċentri li joffru tagħlim obbligatorju, iżda wkoll stadji edukattivi oħrajn, bħaċ-ċentri għalll-eduazzjoni bikrija tat-tfal u għall-adulti, konservatorji tal-mużika, eċċ., li jiggarantixxu l-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja, ikunu mgħammra bl-infrastruttura meħtieġa tal-broadband ta’ veloċità u kwalita għolja, b’mod partikolari dawk li jinsabu f’żoni bi sfidi ġeografiċi, demografikaċi jew soċjali;

19.

jissuġġerixxi li, b’mod koerenti mal-implimentazzjoni ta’ riżorsi u prattiki innovattivi diġitali, ir-riżorsi u t-tekniki ta’ valutazzjoni ġodda għandhom jiġu ttestjati bħar-rubriki u mbagħad introdotti flimkien ma’ dawk aktar tradizzjonali, biex jiġi sfruttat il-potenzjal li ċ-ċirkwiti rapidi ta’ feedback joffru għal proċess ta’ tagħlim aktar personalizzat u effiċjenti;

20.

josserva li, f’konformità mal-prinċipji li jispiraw il-Pjattaforma għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, sabiex jinkisbu esperjenzi tat-tagħlim u eżiti mtejba, il-post ta’ dawk li qegħdin jitgħallmu għandu jkun fiċ-ċentru, fejn l-għanijiet jiġu kondiviżi abbażi tal-fehmiet u l-valuri tagħhom, sabiex b’hekk jiġi evitat ir-riskju ta’ rwol ta’ konsumaturi passivi tat-teknoloġija;

21.

jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali (DEAP) bħala għodda fuq perjodu medju ta’ żmien għall-istimulazzjoni, l-implimentazzjoni u ż-żieda tal-l-użu bi skop ta’ prattiki edukattivi innovattivi u diġitali fl-iskejjel, l-ETV u l-edukazzjoni għolja bħala parti miż-“Żona Ewropea tal-Edukazzjoni” u l-“Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa (2)”, li tikkumplementa r-“Rakkomandazzjonijiet dwar il-Valuri u l-Kompetenzi Ewlenin”;

22.

jirrikonoxxi li l-prijoritajiet stabbiliti f’DEAP jikkonformaw mal-bosta sfidi kumplessi kkawżati mir-rivoluzzjoni diġitali;

23.

jemmen li l-Pjan DEAP għandu jiġi appoġġjat b’mod adegwat mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid kif ukoll mir-riżorsi mill-baġits nazzjonali li għandhom jiġu allokati mhux biss għall-konnettività u l-infrastrutturi iżda wkoll għall-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali fil-livelli kollha tal-edukazzjoni;

24.

jenfasizza li, bil-għan li t-teknoloġija diġitali tiġi integrata fis-sistemi edukattivi tagħna u biex effettivament jintlaħqu l-għanijiet tad-DEAP, kooperazzjoni iżjed produttiva tal-partijiet interessati kollha involuti u dawk potenzjali hija prerekwiżit, u b’hekk jiġu żgurati konverġenza, sinerġiji u għarfien espert transdixxiplinari u l-interoperabbiltà tas-sistemi differenti;

25.

iqis li huwa vitali li jiġi żgurat sforz sinifikanti biex jiġu kkoordinati u integrati l-inizjattivi u l-azzjonijiet u li jittejbu wkoll il-politiki tat-tixrid, sabiex jiġi evitat li l-opportunitajiet disponibbli jiġu primarjament sfruttati minn istituzzjonijiet edukattivi u politiċi li huma aktar kapaċi jindirizzaw il-“ġungla” tas-sejħiet għall-appoġġ għall-finanzjament;

26.

ifakkar fir-rwol fundamentali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ u li, għalhekk, il-proċess tal-adattament tas-sistemi tal-edukazzjoni għall-istandards tal-era diġitali għandu jinvolvi l-livelli kollha tal-governanza (Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali);

L-użu aħjar tat-teknoloġija diġitali għat-tagħlim u l-apprendiment: kompetenzi u ħiliet diġitali għat-tranżizzjoni diġitali

27.

josserva li, anke jekk l-aċċess għall-infrastruttura diġitali huwa biss aspett wieħed tad-distakk diġitali, in-nuqqas ta’ finanzjament u t-tagħmir u l-wisa’ tal-banda insuffiċjenti u inoperattiv għadhom jirrappreżentaw ostaklu għall-użu tal-ICT għat-tagħlim u t-taħriġ;

28.

jitlob appoġġ għall-ħolqien ta’ strateġiji u oqfsa nazzjonali, għal aktar djalogu bejn il-partijiet interessati, u aktar appoġġ għall-għalliema biex jiksbu kompetenzi metodoloġiċi ġodda;

29.

jittama li titnieda kampanja vasta ta’ inizjattivi ta’ taħriġ għall-għalliema u l-operaturi edukattivi biex jissaħħu l-ħiliet diġitali attwali tagħhom, b’referenza partikolari għal dawk b’livell baxx ta’ kapaċità u esperjenza fit-teknoloġiji diġitali;

30.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-appoġġ tal-UE għall-prontezza diġitali kemm tal-iskejjel ġenerali kif ukoll tal-iskejjel vokazzjonali billi tissaħħaħ il-kompetenza diġitali tagħhom u billi l-għodda ta’ awtovalutazzjoni SELFIE tilħaq miljun persuna — bejn għalliema, ħarrieġa u studenti — sa tmiem l-2019, f’sinerġija ma’ strumenti ta’ valutazzjoni eventwali adottati fil-livell tal-Istati Membri individwali;

31.

josserva li l-ICT jikkontribwixxu għall-innovazzjoni fil-proċessi u l-arranġamenti organizzattivi, u huwa tal-fehma li għodod bħal għall-Qafas Ewropew għall-Kompetenza fl-Elettronika huma utli għar-referenzjar tal-kompetenzi u l-ħiliet fl-ICT madwar l-Ewropa;

32.

jirrikonoxxi l-valur miżjud ta’ skema ta’ vawċers, li tiffoka fuq iż-żoni żvantaġġati, u tal-implimentazzjoni ta’ sett ta’ għodod adatti għaż-żoni rurali;

33.

huwa favur qafas għall-ħruġ ta’ kwalifiki ċċertifikati b’mod diġitali u għall-validazzjoni tal-ħiliet akkwistati b’mod diġitali i huma fdati u multilingwi, u jemmen li huwa kruċjali li l-qafas ikun allinjat għalkollox mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-Tagħlim tul il-Ħajja (QEK) u l-Klassifikazzjoni Ewropea ta’ Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (ESCO);

34.

iħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-industrija u l-edukazzjoni u forom oħra ta’ sħubijiet pubbliċi-privati sabiex jiġu żviluppati programmi ta’ taħriġ fil-kompetenzi diġitali u biex jiġi żgurat li l-karrieri diġitali jkunu aċċessibbli b’mod ugwali, irrispettivament mill-isfond soċjoekonomiku jew diżabbiltà fiżika;

L-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali rilevanti għat-tranżizzjoni diġitali

35.

josserva li jeħtieġ li l-komunitajiet edukattivi jappoġġjaw lill-istudenti kollha u jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom biex jiggarantixxu inkluzjoni sħiħa;

36.

jemmen li huwa kruċjali li jitnaqqas id-distakk fit-tagħlim bejn l-istudenti minn sfondi soċjoekonomiċi differenti u li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal ta’ tagħlim personalizzati u għodod ġodda ta’ tagħlim, u li l-utenti jibbenefikaw bis-sħiħ minn riżorsi edukattivi miftuħa u xjenza miftuħa;

37.

jittama li tiġi żviluppata pjattaforma fil-livell Ewropew għall-edukazzjoni għolja diġitali li joffri t-tagħlim, mobbiltà mħallta, campuses virtwali u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja;

38.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Qafas Ewropew ġdid ta’ Kompetenza Diġitali għall-Edukaturi li joffri gwida fl-iżvilupp tal-mudelli ta’ kompetenza diġitali;

39.

jenfasizza l-importanza li jiġi promoss u ffaċilitat l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali tal-għalliema minn perspettiva integrata u fi ħdan Qafas ta’ Kompetenzi Professjonali għall-Għalliema li jiġbor fih it-taħriġ inizjali, ta’ aċċess u permanenti tal-għalliema;

40.

jirrikonoxxi l-importanza tal-mobbiltà u għalhekk jappella biex tissaħħaħ l-enfasi tal-programm Erasmus + li jmiss u programmi ta’ finanzjament rilevanti oħra tal-UE biex jappoġġjaw l-adattament tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-era diġitali;

41.

jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u l-isforzi konġunti. Jitlob pjattaforma komuni Ewropea li tkun miftuħa għal partijiet interessati differenti, biex jiġu żviluppati punti ta’ riferiment u indikaturi biex jiġi issorveljat aktar mill-qrib il-progress fl-ICTs mill-provvedituri edukattivi differenti u ambjenti oħra ta’ tagħlim. Jeħtieġ li din il-ħidma ssir permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri, sabiex jiġu sfruttati l-esperjenzi imgħoddija, jiġu identifikati l-metodi diġà eżistenti ta’ monitoraġġ, eċċ.;

42.

jenfasizza l-importanza tal-kompetenzi diġitali għaċ-ċittadini kollha kif jidher fil-Qafas Ewropew rivedut dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, inkluż il-Qafas Ewropew ta’ Kompetenza Diġitali għaċ-Ċittadini f’ħames oqsma (il-litteriżmu fl-informazzjoni u d-data; il-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni; il-kontenut u l-ħolqien diġitali; is-sikurezza u l-benessri; u s-soluzzjoni tal-problemi); u jinkoraġġixxi tagħlim u studju li fihom il-kompetenzi diġitali jkunu integrati mal-bqija tal-ħiliet l-oħra li jridu jiġu żviluppati;

43.

jappoġġja l-inizjattivi proposti li ġejjin: (1) il-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni fil-livell tal-UE li hija mmirata għall-edukaturi, il-familji u l-istudenti biex titrawwem is-sikurezza onlajn, l-iġjene ċibernetika u l-litteriżmu medjatiku; (ii) l-inizjattiva tat-tagħlim taċ-ċibersigurtà li tibni fuq il-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali għaċ-Ċittadini; u iii) it-tħeġġiġ u t-tixrid ta’ prattiki tajbin bil-għan li n-nies jiġu emenċipati biex jużaw it-teknoloġija b’mod kunfidenti u responsabbli;

44.

iħeġġeġ l-spirtu intraprenditorjali tar-reġjuni u l-bliet u d-drezzjoni lejn l-innovazzjoni miftuħa, b’viżjoni ċċentrata fuq il-bniedem abbażi ta’ sħubijiet bejn l-atturi tas-settur pubbliku u privat, l-universitajiet u ċ-ċittadini;

45.

jistenna li jinżamm aġġornat dwar it-tagħlimiet ta’ politika li jinsiltu minn kif jiġu implimentati l-azzjonijiet u li jiġi mistieden jikkontribwixxu għad-diskussjoni emerġenti dwar il-kooperazzjoni Ewropea futura fl-edukazzjoni u t-taħriġ;

It-titjib tal-edukazzjoni b’analiżi u tbassir aħjar tad-data

46.

jittama li jiġi adottat qafas metodoloġiku kondiviż u komuni għad-definizzjoni ta’ indikaturi li jkun jista’ tkopri d-distakk diġitali u jitlob għal sforz sinifikanti għall-ħolqien u l-ġbir ta’ data affidabbli u faċilment aċċessibbli għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tiegħu;

47.

jiġbed l-attenzjoni għal kwistjonijiet li jqumu meta d-data personali u l-fajls tal-istudenti jinħażnu minn operaturi privati, spiss f’naħa oħra tad-dinja. B’mod partikolari, trid tingħata attenzjoni speċifika jekk dawn l-operaturi humiex lesti jiffirmaw ftehimiet dwar l-użu ma’ bosta awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali;

48.

jesprimi wkoll tħassib dwar l-hekk imsejħa “estrazzjoni tad-data”, jiġifieri kif nittrattaw każijiet ta’ intrapriżi li jużaw id-data dwar l-istudenti jew il-persunal tal-iskola biex imbagħad ibigħuha, u josserva li huwa importanti wkoll, anke għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jiġi ċċarat għal kemm żmien id-data amministrattiva rilevanti u d-dokumenti simili tista’ tiġi aċċessata mill-pubbliku;

49.

jistenna b’interess it-tnedija tal-proġetti pilota ppjanati sabiex jingranaw data disponibbli u jgħinu l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika tal-edukazzjoni u jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll is-sett ippjanat ta’ għodod u gwida għall-Istati Membri;

50.

iqis li huwa importanti li jingħata bidu għall-previżjoni strateġika dwar tendenzi ewlenin li jirriżultaw mit-trasformazzjoni diġitali għall-futur tas-sistemi edukattivi, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-esperti fl-Istati Membri — u inklużi r-rappreżentanti fil-livell lokali u reġjonali — u li jsir użu mill-mezzi eżistenti u futuri tal-kooperazzjoni fil-livell tal-UE dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ;

51.

jinkoraġġixxi l-innovazzjoni xprunata mill-utenti peress li hija fundamentali għall-adozzjoni bikrija ta’ soluzzjonijiet innovattivi li jindirizzaw l-isfidi edukattivi. Ta’ spiss, ma tiġix ikkunsidrata l-perspettiva tal-utent, u dan jista’ jillimita s-soluzzjonijiet potenzjali għal sfida speċifika; u, f’dan il-kuntest, jilqa’ b’sodisfazzjon l-idea li jiġu eżaminati modi għall-promozzjoni tal-kontribut, il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-innovazzjoni xprunata mill-utenti;

52.

jenfasizza li dan il-Pjan ta’ Azzjoni għandu jappoġġja wkoll is-Semestru Ewropew, xprun ewlieni għar-riformi permezz tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż marbuta mal-edukazzjoni u t-taħriġ;

53.

jappoġġja l-isforzi biex isir progress fil-governanza tas-sistemi tal-edukazzjoni skolastika u jfakkar li l-governanza kif imiss f’diversi livelli tista’ ttejjeb il-prestazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, isaħħaħ il-parteċipazzjoni, trawwem l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi innovattivi, tippromovi sistema edukattiva inklużiva li jkollha l-għan li tqis l-individwu kollu kemm hu u tiżviluppa sistemi ta’ tagħlim tul il-ħajja;

54.

jilqa’ b’sodisfazzjon id-djalogu mħabbar mill-Kummissjoni tal-UE dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u l-miżuri proposti u jesprimi d-disponibbiltà tiegħu biex jinvolvi ruħu u jkompli jikkoopera mal-Kummissjoni tal-UE, flimkien mal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, biex titmexxa ’l quddiem l-aġenda proposta u jiġi żgurat li tkun allinjata mal-prijoritajiet tal-programmi ta’ finanzjament tal-UE attwali u futuri.

Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  Survey of Schools: ICT in Education. Benchmarking access, use and attitudes to technology in Europe’s schools. Rapport finali tal-istudju, Kummissjoni Ewropea, 2013.

(2)  COM(2016) 381.


21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/57


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Nibnu Ewropa iktar b’saħħitha: ir-rwol tal-politiki taż-żgħażagħ, tal-edukazzjoni u tal-kultura

(2018/C 461/09)

Relatur Ġenerali:

Gillian FORD (UK/AE), Membru tal-Borough ta’ Londra ta’ Havering

Dokumenti ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Nibnu Ewropa iktar b’saħħitha: ir-rwol tal-politiki taż-żgħażagħ, tal-edukazzjoni u tal-kultura,

COM(2018) 268 final

u

Proposti għal rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar

Il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ diplomi tal-edukazzjoni ogħla u tal-edukazzjoni sekondarja għolja u l-eżiti tal-perjodi ta’ tagħlim barra mill-pajjiż,

COM(2018) 270 final;

Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta’ Kwalità Għolja,

COM(2018) 271 final;

Approċċ komprensiv lejn it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi,

COM(2018) 272 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ diplomi tal-edukazzjoni ogħla u tal-edukazzjoni sekondarja għolja u l-eżiti tal-perjodi ta’ tagħlim barra mill-pajjiż

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(d)

l-iżvilupp ta’ strumenti għall-assigurazzjoni tal-kwalità f’edukazzjoni u taħriġ onlajn.

Raġuni

F’xi oqsma, b’mod partikolari reġjuni aktar remoti jew b’popolazzjoni baxxa, l-edukazzjoni, it-tagħlim u l-kwalifiki qed isir aċċess għalihom dejjem iktar ta’ sikwit onlajn; huwa essenzjali li ssir assigurazzjoni tal-kwalità ta’ dawn il-kwalifiki sabiex jiġi assigurat ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku.

Emenda 2

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ diplomi tal-edukazzjoni ogħla u tal-edukazzjoni sekondarja għolja u l-eżiti tal-perjodi ta’ tagħlim barra mill-pajjiż

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

6.   Jiffaċilitaw il-mobilità u r-rikonoxximent tal-eżiti tal-perjodi ta’ tagħlim barra mill-pajjiż matul l-edukazzjoni sekondarja u t-taħriġ billi:

6.   Jiffaċilitaw il-mobilità tal-istudenti kollha – irrispettivament minn fejn ikunu joqogħdu-, u r-rikonoxximent tal-eżiti ta’ perjodi ta’ tagħlim barra mill-pajjiż matul l-edukazzjoni sekondarja u t-taħriġ:

(…)

(…)

(c)

il-promozzjoni tal-benefiċċji tal-mobilità fost l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni sekondarja u t-taħriġ u l-istudenti u l-familji tagħhom u l-promozzjoni tal-benefiċċji li tospita l-mobilità fost min iħaddem.

(c)

il-promozzjoni tal-benefiċċji tal-mobilità fost l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni sekondarja u t-taħriġ u l-istudenti u l-familji tagħhom u l-promozzjoni tal-benefiċċji li tospita l-mobilità fost min iħaddem.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 3

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ diplomi tal-edukazzjoni ogħla u tal-edukazzjoni sekondarja għolja u l-eżiti tal-perjodi ta’ tagħlim barra mill-pajjiż

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

8.   Jesploraw prattika tajba fir-rigward tar-rikonoxximent tat-tagħlim minn qabel u l-permeabilità bejn is-setturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, b’mod partikolari bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja.

8.   Jesploraw u jippromovu prattika tajba fir-rigward tar-rikonoxximent tat-tagħlim minn qabel u l-permeabilità bejn:

(a)

is-setturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, b’mod partikolari bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja ; u

(b)

l-edukazzjoni u s-setturi tat-taħriġ u s-suq tax-xogħol .

Raġuni

Il-kwalifiki u l-perjodi ta’ tagħlim f’pajjiż barrani għandhom ikunu rikonoxxuti minn min iħaddem biex titjieb il-mobilità tal-ħaddiema u l-opportunitajiet tal-ħajja.

Emenda 4

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ diplomi tal-edukazzjoni ogħla u tal-edukazzjoni sekondarja għolja u l-eżiti tal-perjodi ta’ tagħlim barra mill-pajjiż

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jittejjeb il-bażi ta’ evidenza billi tinġabar u titqassam id-data dwar l-għadd u t-tip ta’ każijiet ta’ rikonoxximent.

Jittejjeb il-bażi ta’ evidenza billi tinġabar u titqassam id-data dwar l-għadd , i t-tip u l-eżiti ta’ każijiet ta’ rikonoxximent.

Raġuni

It-tagħlim dwar l-eżiti jista’ jsaħħaħ u jtejjeb il-proċess ta;’ rikonoxximent.

Emenda 5

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta’ Kwalità Għolja

Premessa (8)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(8)

Id-disponibiltà, l-aċċessibilità u l-affordabbiltà ta’ faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal ta’ kwalità għolja huma fatturi ewlenin li jippermettu lin-nisa, kif ukoll lill-irġiel, b’responsabbiltajiet tal-indukrar biex jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol, kif irrikonoxxut mill-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona 2002, il-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza tas-Sessi u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata adottata fis-26 ta’ April 2017. L-impjieg tan-nisa jikkontribwixxi b’mod dirett għat-titjib tas-sitwazzjoni soċjo-ekonomika domestika u għat-tkabbir ekonomiku.

(8)

Id-disponibiltà, l-aċċessibilità u l-affordabbiltà ta’ faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal ta’ kwalità għolja huma fatturi ewlenin li jippermettu lin-nisa, kif ukoll lill-irġiel, b’responsabbiltajiet tal-indukrar biex jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol, kif irrikonoxxut mill-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona 2002, il-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza tas-Sessi u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata adottata fis-26 ta’ April 2017 , u għandhom jiġu promossi f’konformità mal-prinċipju 2 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali . L-impjieg tan-nisa jikkontribwixxi b’mod dirett għat-titjib tas-sitwazzjoni soċjo-ekonomika domestika u għat-tkabbir ekonomiku.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 6

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta’ Kwalità Għolja

Premessa (23)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(23)

Din ir-Rakkomandazzjoni tfittex li tistabbilixxi fehim kondiviż ta’ dak li tfisser il-kwalità fis-sistema tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Tistabbilixxi azzjonijiet possibbli biex jikkunsidrawhom il-gvernijiet skont iċ-ċirkustanzi speċifiċi tagħhom. Din ir-Rakkomandazzjoni tindirizza wkoll lill-ġenituri, lill-istituzzjonijiet u lill-organizzazzjonijiet, inklużi msieħba soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jixtiequ li jtejbu s-settur.

(23)

Din ir-Rakkomandazzjoni tfittex li tistabbilixxi fehim kondiviż ta’ dak li tfisser il-kwalità fis-sistema tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Tistabbilixxi azzjonijiet possibbli biex jikkunsidrawhom il-livelli rilevanti kollha ta’ governanza, inklużi dawk lokali u reġjonali, skont iċ-ċirkustanzi speċifiċi tagħhom. Din ir-Rakkomandazzjoni tindirizza wkoll lill-ġenituri, lill-istituzzjonijiet u lill-organizzazzjonijiet, inklużi msieħba soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jixtiequ li jtejbu s-settur.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 7

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta’ Kwalità Għolja

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.    Jaħdmu biex jiġi żgurat li s-servizzi tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal ikunu aċċessibbli, affordabbli u inklużivi; Tista’ tingħata kunsiderazzjoni lil:

2.    Jiġi żgurat li s-servizzi tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal jkunu aċċessibbli, affordabbli , suffiċjenti u inklużivi. Tista’ tingħata konsiderazzjoni , fil-livelli kollha ta’ governanza, inklużi dawk reġjonali u lokali, lil:

Raġuni

Tissaħħaħ ir-rakkomandazzjoni u jiġi enfasizzat ir-rwol essenzjali li jaqdu hawnhekk il-gvernijiet lokali u reġjonali.

Emenda 8

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta’ Kwalità Għolja

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   L-appoġġ għall-professjonalizzazzjoni tal-persunal tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Skont il-livell eżistenti ta’ kwalifiki professjonali u kondizzjonijiet tax-xogħol, l-isforzi ta’ suċċess jistgħu jinkludu:

3.   L-appoġġ għall-professjonalizzazzjoni tal-persunal tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Skont il-livell eżistenti ta’ kwalifiki professjonali u kondizzjonijiet tax-xogħol, l-isforzi ta’ suċċess jistgħu jinkludu:

(…)

(…)

(d)

li jkun hemm fil-mira li l-persunal jiġi mgħammar bil-kompetenzi biex jirrispondi għall-ħtiġijiet individwali tat-tfal minn ambjenti differenti u bi ħtieġa edukattiva speċjali jew diżabilità, billi l-persunal jitħejja biex jieħu ħsieb diversi gruppi.

(d)

il-persunal jiġi mgħammar bil-kompetenzi biex jirrispondi għall-ħtiġijiet individwali tat-tfal minn ambjenti differenti u bi ħtieġa edukattiva speċjali jew diżabilità, billi l-persunal jitħejja biex jieħu ħsieb diversi gruppi.

Raġuni

Tisħiħ tar-rakkomandazzjoni.

Emenda 9

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta’ Kwalità Għolja

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   Jittejjeb l-iżvilupp tal-kurrikuli ta’ snin bikrija sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-benessri u edukattivi tat-tfal. L-approċċi li jsostnu l-iżvilupp tal-kurrikulu u l-kompetenzi soċjali, emozzjonali, ta’ tagħlim u lingwistiċi tat-tfal jistgħu jinkludu:

4.   Jittejjeb l-iżvilupp tal-kurrikuli ta’ snin bikrija sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tas-saħħa, tal-benessri u edukattivi tat-tfal kollha . L-approċċi li jsostnu l-iżvilupp tal-kurrikulu u l-kompetenzi soċjali, emozzjonali, ta’ tagħlim u lingwistiċi tat-tfal jistgħu jinkludu:

 

(a)

li jiġi żgurat bilanċ fil-provvediment ta’ benessri u tagħlim soċjo-emozzjonali, li tkun irrikonoxxuta l-importanza tal-logħob, il-kuntatt man-natura, ir-rwol tal-mużika, l-arti u l-attività fiżika;

 

(a)

li jiġi żgurat bilanċ fil-provvediment ta’ benessri u tagħlim soċjo-emozzjonali, li tkun irrikonoxxuta l-importanza tal-logħob, il-kuntatt man-natura, ir-rwol tal-mużika, l-arti u l-attività fiżika;

 

(b)

li titrawwem l-empatija, il-kompassjoni u l-kuxjenza fir-rigward tal-ugwaljanza u d-diversità;

 

(b)

li titrawwem l-empatija, il-kompassjoni u l-kuxjenza fir-rigward tal-ugwaljanza u d- diversità;

 

(c)

li jiġu offruti opportunitajiet għall-espożizzjoni tal-lingwa bikrija u t-tagħlim permezz ta’ attivitajiet tal-logħob; u jiġu kkunsidrati programmi bilingwi bikrija tat-tfal;

 

(c)

li jiġu offruti opportunitajiet għall-espożizzjoni tal-lingwa bikrija u t-tagħlim permezz ta’ attivitajiet tal-logħob; u jiġu kkunsidrati programmi bilingwi bikrija tat-tfal;

 

(d)

li tiġi offruta gwida għall-fornituri dwar l-użu xieraq skont l-età ta’ għodod diġitali u teknoloġiji ġodda emerġenti;

 

(d)

li tiġi offruta gwida għall-fornituri dwar l-użu xieraq skont l-età ta’ għodod diġitali u teknoloġiji ġodda emerġenti;

 

(e)

li tiġi promossa aktar integrazzjoni tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal fil-kontinwità tal-edukazzjoni u l-appoġġ tal-kollaborazzjoni tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal tal-persunal tal-iskola primarja u t-tranżizzjoni bla xkiel għal tfal lejn l-iskola primarja.

 

(e)

li tiġi promossa aktar integrazzjoni tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal fil-kontinwità tal-edukazzjoni u l-appoġġ tal-kollaborazzjoni tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal tal-persunal tal-iskola primarja u t-tranżizzjoni bla xkiel għal tfal lejn l-iskola primarja;

 

 

(f)

li jiġi pprovdut appoġġ iddedikat u opportunitajiet ta’ tagħlim għal dawk it-tfal bi bżonnijiet edukattivi speċjali u b’diżabilità;

 

 

(g)

li jiġi pprovdut appoġġ iddedikat u opportunitajiet ta’ tagħlim għal tfal migranti, inkluż fis-sitwazzjoni fejn għadd kbir ta’ Ewropej qed jirritornaw minħabba kriżijie t politiċi u umanitarji;

 

 

(h)

li jiġi pprovdut appoġġ iddedikat u opportunitajiet ta’ tagħlim għal tfal fis-sistemi ta’ kura tal-Istati Membri;

 

 

(i)

li jiġi promoss il-mudell ta’ attenzjoni bikrija għat-tfal bejn 0-6 snin.

Raġuni

Tfal bi bżonnijiet edukattivi speċjali u b’diżabilità, kif ukoll tfal migranti, jista’ jkollhom bżonn ta’ appoġġ dedikat sabiex ikollhom aċċess għall-firxa sħiħa tal-opportunitajiet ipprovduti fil-kurrikuli tas-snin bikrija u l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jiżguraw li dan huwa pprovdut.

Emenda 10

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta’ Kwalità Għolja

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

6.   Bil-mira li jiġi żgurat finanzjament adegwat u qafas legali għall-provvediment ta’ servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal. Tista’ tingħata kunsiderazzjoni lil:

6.   Bil-mira li jiġi żgurat finanzjament adegwat u qafas legali għall-provvediment ta’ servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal. Tista’ tingħata kunsiderazzjoni lil:

 

(a)

iż-żieda fl-investiment fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal b’fokus fuq id-disponibilità, il-kwalità u l-affordabilità, inkluż l-użu tal-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti mill-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej;

 

(a)

iż-żieda fl-investiment fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal b’fokus fuq id-disponibilità, l-aċċessibilità, il-kwalità u l-affordabilità, inkluż l-użu tal-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti mill-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej;

 

(b)

il-ħolqien u ż-żamma ta’ Qafas ta’ Kwalità nazzjonali jew reġjonali mfassal apposta;

 

(b)

il-ħolqien u ż-żamma ta’ Qafas ta’ Kwalità nazzjonali jew reġjonali mfassal apposta;

 

(c)

il-promozzjoni ta’ aktar integrazzjoni tas-servizzi għall-familji u t-tfal, l-iktar importanti għas-servizzi soċjali u tas-saħħa;

 

(c)

il-promozzjoni ta’ aktar integrazzjoni tas-servizzi għall-familji u t-tfal fil-livell lokali u reġjonali , l-iktar importanti għas-servizzi soċjali u tas-saħħa u tal-benessri ;

 

(d)

l-inkorporazzjoni ta’ politiki sodi ta’ protezzjoni/ħarsien ta’ tfal fi ħdan is-sistema tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal biex tgħin għall-protezzjoni tat-tfal minn kull forma ta’ vjolenza.

 

(d)

l-inkorporazzjoni ta’ politiki sodi ta’ protezzjoni/ħarsien ta’ tfal fi ħdan is-sistema tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal biex tgħin għall-protezzjoni tat-tfal minn kull forma ta’ abbuż u vjolenza.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 11

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta’ Kwalità Għolja

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

8.   Tiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenzi u prattiki tajbin fost l-Istati Membri fil-kuntest tal-Qafas Strateġiku ta’ kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u skemi suċċessuri, kif ukoll fil-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali.

8.   Tiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenzi u prattiki tajbin fost l-Istati Membri , fil-livelli kollha ta’ governanaza, fil-kuntest tal-Qafas Strateġiku ta’ kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u skemi suċċessuri, kif ukoll fil-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 12

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta’ Kwalità Għolja

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

9.   Tappoġġa l-kooperazzjoni tal-Istati Membri, ibbażata fuq id-domanda tagħhom, billi torganizza tagħlim mill-pari u pariri bejn il-pari.

9.   Tappoġġa l-kooperazzjoni tal-Istati Membri, fil-livelli kollha ta’ governanza, ibbażata fuq id-domanda tagħhom, billi torganizza tagħlim mill-pari u pariri bejn il-pari.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 13

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ komprensiv lejn it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi

Premessa (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(1)

Fil-Komunikazzjoni “It-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura”, il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta viżjoni għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni li fiha l-edukazzjoni inklużiva, it-taħriġ u r-riċerka ta’ kwalità għolja 2025ma jkunux imxekkla mill-fruntieri; li wieħed iqatta’ xi żmien fi Stat Membru ieħor biex jistudja, jitgħallem, jew jaħdem saret xi ħaġa standard; hu ħafna aktar komuni li wieħed jitkellem żewġ lingwi flimkien mal-lingwa materna tiegħu; u n-nies għandhom sens qawwi tal-identità tagħhom bħala Ewropej, kif ukoll konxji mill-wirt kulturali u mid-diversità tal-Ewropa .

(1)

Fil-Komunikazzjoni “It-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura”, il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta viżjoni għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni li fiha l-edukazzjoni inklużiva, it-taħriġ u r-riċerka ta’ kwalità għolja 2025ma jkunux imxekkla mill-fruntieri; li wieħed iqatta’ xi żmien fi Stat Membru ieħor biex jistudja, jitgħallem, jew jaħdem saret xi ħaġa standard; hu ħafna aktar komuni li wieħed jitkellem żewġ lingwi flimkien mal-lingwa materna tiegħu; u n-nies għandhom sens qawwi tal-identità tagħhom bħala Ewropej, kif ukoll konxji mill-wirt kulturali tal-Ewropa u mid-diversità u l-opportunitajiet tagħha .

Raġuni

Importanti li jiġi enfasizzat hawnhekk li l-valur ta’ Żona Ewropea għall-Edukazzjoni jinkludi l-abbiltà tagħha biex twitti t-triq għal aktar opportunitajiet.

Emenda 14

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ komprensiv lejn it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi

Artikolu (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(1)

Jesploraw modi biex jgħinu liż-żgħażagħ kollha jiksbu – flimkien mal-lingwa tal-iskola – livell ta’ utent profiċjenti f’mill-anqas lingwa Ewropea oħra qabel it-tmiem tat-taħriġ u tal-edukazzjoni sekondarja għolja, u jħeġġu l-ksib ta’ lingwa addizzjonali (it-tielet) fil-livell ta’ utent indipendenti.

(1)

Jesploraw modi biex jgħinu liż-żgħażagħ kollha jiksbu – flimkien mal-lingwa tal-iskola – livell ta’ utent profiċjenti f’mill-anqas lingwa Ewropea oħra qabel it-tmiem tat-taħriġ u tal-edukazzjoni sekondarja għolja, u jħeġġu l-ksib ta’ lingwa addizzjonali (it-tielet) fil-livell ta’ utent indipendenti , b’enfasi partikolari fuq il-prattika u l-esperjenza orali tal-lingwa, u l-użgurar ta’ aċċess adegwat għal taħriġ ta’ kwalità għall-istudenti kollha .

Raġuni

Il-partijiet interessati enfasizzaw l-importanza li nitkellmu lingwi addizzjonali minbarra l-qari u l-kitba, u dan għandu jkun kruċjali biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet u l-mobilità. Ġie nnotat ukoll li fejn ma jkunx disponibbli t-taħriġ ta’ kwalità tal-lingwi, dawk b’aktar riżorsi jistgħu jduru għal lezzjonijiet tal-lingwa privat li mhuwiex possibbli għal dawk minn sfondi soċjoekonomiċi żvantaġġjati, u dan isaħħaħ id-diskrepanza fl-opportunitajiet bejn il-gruppi soċjali differenti.

Emenda 15

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ komprensiv lejn it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi

Artikolu (4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(4)

Bħala parti minn dawn l-istrateġiji komprensivi, jappoġġaw l-iżvilupp tas-sensibilizzazzjoni dwar il-lingwi fl-iskejjel u fiċ-ċentri tat-taħriġ billi:

(4)

Bħala parti minn dawn l-istrateġiji komprensivi, jappoġġaw l-iżvilupp tas-sensibilizzazzjoni dwar il-lingwi fl-iskejjel u fiċ-ċentri tat-taħriġ billi:

(a)

jappoġġaw b’mod attiv il-mobbiltà tal-istudenti, inkluż billi jużaw l-opportunitajiet provduti mill-programmi rilevanti ta’ finanzjament mill-UE;

(a)

jappoġġaw b’mod attiv il-mobbiltà tal-istudenti, inkluż billi jużaw l-opportunitajiet provduti mill-programmi rilevanti ta’ finanzjament mill-UE;

(b)

jagħtu ċans lill-għalliema jindirizzaw l-użu ta’ lingwa speċifika fil-qasam tas-suġġett rispettiv tagħhom;

(b)

jagħtu ċans lill-għalliema jindirizzaw l-użu ta’ lingwa speċifika fil-qasam tas-suġġett rispettiv tagħhom;

(c)

isaħħu l-kompetenza fil-lingwa tal-iskola bħala l-bażi għal kisbiet ulterjuri fl-apprendiment u fl-edukazzjoni skolastika għall-istudenti kollha, u speċjalment dawk li ġejjin minn sfondi ta’ migranti jew ta’ żvantaġġi;

(c)

isaħħu l-kompetenza fil-lingwa tal-iskola bħala l-bażi għal kisbiet ulterjuri fl-apprendiment u fl-edukazzjoni skolastika għall-istudenti kollha, u speċjalment dawk li ġejjin minn sfondi ta’ migrazzjoni, inkluż iss-sitwazzjoni fejn għadd kbir ta’ Ewropej qed jirritirnaw minħabba kriżijet politiċi u umanitarji jew sfondi ta’ żvantaġġi jew dawk bi bżonnijiet edukattivi speċjali u b’diżabilità;

(d)

jagħtu valur lid-diversità lingwistika tal-istudenti u jużawha bħala riżorsa ta’ apprendiment inkluż bl-involviment tal-ġenituri u tal-komunità lokali usa’ fl-edukazzjoni lingwistika;

(d)

jagħtu valur lid-diversità lingwistika tal-istudenti u jużawha bħala riżorsa ta’ apprendiment inkluż bl-involviment tal-ġenituri u tal-komunità lokali usa’ fl-edukazzjoni lingwistika;

(e)

joffru opportunitajiet biex jiġu vvalutati u vvalidati l-kompetenzi lingwistiċi li mhumiex parti mill-kurrikulu, imma li jkunu nkisbu mill-istudenti xi mkien ieħor, inkluż permezz tal-espansjoni tal-firxa ta’ lingwi li jistgħu jiżdiedu mal-kwalifiki tat-tluq mill-iskola tal-istudenti.

(e)

joffru opportunitajiet biex jiġu vvalutati u vvalidati l-kompetenzi lingwistiċi li mhumiex parti mill-kurrikulu, imma li jkunu nkisbu mill-istudenti xi mkien ieħor, inkluż permezz tal-espansjoni tal-firxa ta’ lingwi li jistgħu jiżdiedu mal-kwalifiki tat-tluq mill-iskola tal-istudenti.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 16

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ komprensiv lejn it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi

Artikolu (5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(5)

Jappoġġaw lill-għalliema, lill-ħarrieġa u lill-mexxejja tal-iskejjel fl-iżvilupp tas-sensibilizzazzjoni dwar il-lingwi billi:

(5)

Jappoġġaw lill-għalliema, lill-ħarrieġa u lill-mexxejja tal-iskejjel fl-iżvilupp tas-sensibilizzazzjoni dwar il-lingwi billi:

(a)

jinvestu fl-edukazzjoni inizjali u kontinwa tal-għalliema tal-lingwi biex ikollhom offerta wiesgħa tal-lingwi fl-edukazzjoni obbligatorja u t-taħriġ;

(a)

jinvestu fl-edukazzjoni inizjali u kontinwa tal-għalliema tal-lingwi biex jiġbdu u jżommu persunal sabiex ikollhom offerta wiesgħa tal-lingwi fl-edukazzjoni obbligatorja u t-taħriġ;

(b)

jinkludu l-preparazzjoni għad-diversità lingwistika fil-klassi fl-edukazzjoni inizjali u fl-iżvilupp professjonali kontinwu tal-għalliema u tal-mexxejja tal-iskejjel;

(b)

jinkludu l-preparazzjoni għad-diversità lingwistika fil-klassi fl-edukazzjoni inizjali u fl-iżvilupp professjonali kontinwu , inkluż it-tagħlim informali u mhux formali, tal-għalliema u tal-mexxejja tal-iskejjel;

Raġuni

Komunitajiet lokali jipprovdu opportunitajiet enormi għal titjib fl-għarfien tal-lingwi fost l-għalliema, pereżempju permezz tal-ġenituri u l-persuni li jindukraw, il-gruppi reliġjużi u organizzazzjonijiet tal-komunità.

Emenda 17

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ komprensiv lejn it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi

Artikolu (6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

6)

Iħeġġu r-riċerka f’pedagoġiji innovattivi, inklużivi u multilingwi u l-użu tagħhom, inkluż l-użu tal-għodod diġitali u tal-Apprendiment Integrat tal-Kontenut u tal-Lingwi.

(6)

Iħeġġu r-riċerka f’pedagoġiji innovattivi, inklużivi u multilingwi u l-użu tagħhom, inkluż l-użu tal-għodod diġitali, il-produzzjoni awdjoviżiva, ċinematografika u mużikali u tal-Apprendiment Integrat tal-Kontenut u tal-Lingwi.

Raġuni

L-Ewropa għandha korp kulturali rikk ta’ xogħlijiet awdjoviżivi, mużikali u ċinematografiċi li jistgħu jgħinu lin-nies jitgħallmu lingwa oħra u wkoll, anke iktar importanti minn hekk, biex jifhmu kulturi oħrajn u valuri komuni.

Emenda 18

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ komprensiv lejn it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi

Artikolu (8)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(8)

Jittejjeb l-aċċess għal programmi ta’ tagħlim diġitali ta’ kwalità għolja kemm għall-għalliema kif ukoll iċ-ċittadini, b’mod partikolari għal dawk f’żoni aktar remoti jew żoni b’popolazzjoni baxxa jew fir-reġjuni ultraperifierċi.

Raġuni

L-aċċess għal programmi lingwistiċi diġitali ta’ kwalità għolja jista’ jiswa iktar flus minn programmi aktar bażiċi, filwaqt li l-konnettività tal-broadband ma hi la veloċi biżżejjed u lanqas affidabbli biżżejjed f’ċerti żoni biex jiħi faċilitat it-tagħlim tal-lingwa onlajn fejn hemm nuqqas ta’ għalliema.

Emenda 19

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ komprensiv lejn it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi

Intenzjoni (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(1)

Tappoġġa s-segwitu ta’ din ir-Rakkomandazzjoni billi tiffaċilita l-apprendiment reċiproku fost l-Istati Membri u b’kooperazzjoni mal-Istati Membri tiżviluppa:

(1)

Tappoġġa s-segwitu ta’ din ir-Rakkomandazzjoni billi tiffaċilita l-apprendiment reċiproku fost l-Istati Membri u abbażi tal-esperjenza ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni territorjali u transkonfinali rilevanti implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, fejn xieraq, u b’kooperazzjoni mal-Istati Membri tiżviluppa:

Raġuni

Evidenti.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

Itenni t-talba tiegħu għal approċċ li jħares ’il quddiem u inklużiv lejn il-ġejjieni tal-edukazzjoni madwar l-UE, inkluż kooperazzjoni msaħħa bejn is-setturi pubbliċi u privati, biex jiġu appoġġjati ċ-ċittadini biex jadattaw għal soċjetà dejjem aktar kumplessa, jiżviluppaw “identità Ewropea” li għandha tikkomplementa l-identità nazzjonali, reġjonali u lokali u l-identità individwali, u jiksbu l-ħiliet meħtieġa f’soċjetà mobbli, u li kulma jmur qed issir iktar diġitali;

2.

Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tikkoordina l-progress lejn Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025 madwar l-isfidi ewlenin li jinkludu t-titjib fil-forniment tal-edukazzjoni fis-snin bikrija, il-faċilitar tar-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni sekondarja, it-titjib tat-tagħlim tal-lingwi, il-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, il-mobilità tal-istudenti u l-investiment fl-opportunitajiet ta’ diġitalizzazzjoni;

3.

Jemmen li l-istrateġiji tal-politika tal-edukazzjoni fl-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jipprijoritizzaw il-kooperazzjoni fil-livelli kollha ta’ governanza, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, bil-ħsieb li tiġi allinjata l-edukazzjoni ta’ kwalità għolja ffokata fuq min qed jitgħallem, u li tinkludi tagħlim b’saħħtu, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, mal-ħtiġijiet ta’ suq tax-xogħol li qed jevolvi b’mod dinamiku, fil-kuntest tal-prinċipju 1 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

4.

Jenfasizza li jeħtieġ li ssir aktar ħidma fil-livelli kollha ta’ governanza biex jiġu antiċipati l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol f’termini ta’ ħiliet u edukazzjoni, għarfien ġenerali, taħriġ vokazzjonali u tagħlim tul il-ħajja xierqa, sabiex jiġi mħeġġeġ il-ħolqien ta’ impjiegi u jinstabu soluzzjonijiet għall-qgħad;

5.

Jesiġi li t-tagħlim tul il-ħajja tkun konsistenti u jappoġġa l-prinċipji stipulati fin-Netwerk Globali ta’ Bliet fi Proċess ta’ Tagħlim tal-Unesco; l-Appell ta’ Cork għal Azzjoni għal Bliet fi Proċess ta’ Tagħlim, u jirrikonoxxi li t-tagħlim tul-il-ħajja huwa fil-qalba tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli (1);

6.

Jeħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’konsultazzjoni mal-partijiet interessati, jimplimentaw il-proposti attwali fi ħdan il-kuntest ta’ politiki usa’ tal-UE għall-iżvilupp ekonomiku, l-impjieg u l-protezzjoni soċjali, billi jagħmlu użu strateġiku mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali wara l-2020, fejn politiki ta’ edukazzjoni speċifiċi għandhom ikunu artikolati b’mod iktar ċar u ambizzjuż, u jenfasizza l-importanza li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità sabiex jiġi żgurat li l-ebda piżijiet finanzjarji jew amministrattivi ġodda huma ġġenerati għall-Istati Membri;

7.

Bl-istess mod, jilqa’ l-introduzzjoni ta’ Kard Ewropea tal-Istudenti u l-opportunitajiet li din ser tipprovdi biex tiffaċilita l-mobbiltà tal-istudenti u tippromovi r-rikonoxximent awtomatiku tal-kwalifiki, u jappella lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-estensjoni ta’ din għall-istudenti kollha, mhux biss dawk fl-edukazzjoni ogħla, biex tespandi l-opportunitajiet għat-tagħlim tul il-ħajja;

8.

Jirrikonoxxi l-fatt li r-responsabbiltà ewlenija għall-politika tal-edukazzjoni hija tal-Istati Membri li involvew l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom, mhux kollha bl-istess mod skont is-sistemi kostituzzjonali rispettivi tagħhom, u li l-azzjoni tal-UE f’konformità mal-Artikolu 6 tat-TFUE għandha tikkomplementa, tappoġġja jew tikkoordina biss l-azzjoni tal-Istati Membri; kwalunkwe azzjoni tal-UE f’dan il-qasam trid tkun ġustifikata b’mod sħiħ mil-lat tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u għandha tkun allinjata mal-oqfsa, l-għodod u l-proċedura eżistenti;

Rikonoxximent reċiproku

9.

Jinnota b’dispjaċir l-ostakli persistenti għall-mobilità fil-qasam tal-edukazzjoni u tingħaqad mas-sejħa tal-Kummissjoni Ewropea għal Ewropa li fiha t-tagħlim, l-istudju u r-riċerka ma jiġux imxekkla mill-fruntieri, iżda fejn tkun in-norma li wieħed iqatta’ żmien fi Stat Membru ieħor biex jistudja, biex jitgħallem jew biex jaħdem;

10.

Jenfasizza l-bżonn li jingħata appoġġ addizzjonali għal reġjuni fejn il-mobilità ta’ dawk li jitgħallmu tista’ tiġi mxekkla minn ostakli addizzjonali bħal defiċit tal-popolazzjoni, ir-ruralità jew il-faqar;

11.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea għall-iskambju tal-aħjar prattika fost l-Istati Membri, u jinkoraġġixxi l-involviment ta’ rappreżentanti fuq livell lokali u reġjonali f’dan b’rikonoxximent tal-valur reġjonali tal-għarfien u l-esperjenza;

12.

Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-promozzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ edukazzjoni ogħla u diplomi ta’ edukazzjoni sekondarja ogħla u l-eżiti ta’ perjodi ta’ tagħlim barra l-pajjiż, u jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu inkonsiderazzjoni fil-ħidma futura tagħha ir-rabtiet ma’ żvilupp territorjali, b’mod partikolari fejn proġetti lokali u reġjonali jinvolvu l-mobbiltà ta’ ħaddiema u persunal;

Tfulija bikrija

13.

Ifakkar li t-tifsira tat-terminu “l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal” imur lil hinn minn dak li xi wħud jirreferu għaliha bħala edukazzjoni ta’ qabel l-iskola, billi għandu l-iskop li jħejji t-tfal mhux biss għall-iskola, iżda wkoll għall-ħajja, bl-istess mod li l-partijiet l-oħra kollha tas-sistema edukattiva jikkontribwixxu għal dan il-proċess;

14.

Itenni r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, u jissuġġerixxi li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet Ewropej u nazzjonali jagħtu attenzjoni partikolari, f’dan il-kuntest, lil sħubijiet li jistgħu jiġu żviluppati bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, l-intrapriżi, l-impjegati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom kif ukoll l-atturi tas-soċjetà ċivili, biex jieħdu kont ta’ dawn il-ħiliet u l-kwalifiki;

15.

F’dan il-kuntest, jinnota d-diżappunt tiegħu li r-rakkomandazzjoni tagħmel biss referenza limitata għall-ħajja tal-familja jew interventi fil-livell lokali li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp bikri tat-tfal, u jenfasizza l-importanza vitali ta’ approċċ olistiku u integrat;

16.

Jemmen li professjonisti edukati tajjeb huma prerekwiżit għal edukazzjoni bikrija tat-tfal ta’ kwalità għolja, u konsegwentement il-livelli kollha tal-gvern, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom jitħeġġu biex jinvestu b’mod adegwat mhux biss fl-edukazzjoni inizjali tal-għalliema, iżda wkoll fi żvilupp professjonali kontinwu;

17.

Jenfasizza l-ħtieġa li ssir ħidma lejn titjib kontinwu tal-aspett ta’ “kura” tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, inkluż ir-rwol tal-għalliema tat-tfal ta’ età bikrija fit-trawwim ta’ relazzjonijiet pożittivi mat-tfal, il-ġenituri u ma’ xulxin; l-iżgurar tal-affordabilità tas-servizzi għat-tfal f’età bikrija għal familji bi dħul baxx skont il-prinċipju 11 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; u r-rikonoxximent tal-prinċipju mħaddan fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li tgħid li l-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-ewwel konsiderazzjoni fl-azzjonijiet kollha li jikkonċernaw it-tfal;

18.

Jenfasizza l-bżonnijiet tat-tfal bi bżonnijiet edukattivi speċjali u b’diżabilità, li għandhom jirċievu edukazzjoni tajba b’aċċess għas-sistema ġenerali tal-edukazzjoni fejn xieraq u jiġu pprovduti bl-appoġġ individwali kif meħtieġ;

19.

Jinnota l-benefiċċji multipli li jirriżultaw mill-promozzjoni ta’ miżuri li jiffaċilitaw djalogu pożittiv bejn l-għalliema u l-ġenituri/dawk li jindukraw sabiex jissaħħu l-konnessjonijiet bejn l-ambjent tal-iskola u tad-dar u tiġi appoġġata l-integrazzjoni b’suċċess ta’ min qed jitgħallem fl-ambjent tal-iskola u s-soċjalizzazzjoni globali tagħhom kif ukoll l-opportunitajiet ta’ żvilupp;

20.

Jilqa’ r-rikonoxximent tal-Kummissjoni tar-rwol tas-sħab lokali u reġjonali fit-titjib tat-tagħlim, madankollu jinnota nuqqas ta’ rikonoxximent, li xi komunitajiet se jesperjenzaw aktar sfidi minn oħrajn, pereżempju komunitajiet aktar remoti jew dawk b’numru akbar ta’ lingwi materni, li jeħtieġu aktar riżorsi u fondi biex jittejjeb it-tagħlim għal kulħadd;

21.

Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-opinjonijiet tal-Kumitat u l-konklużjonijiet tal-Kunsill relatati, inklużi l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-politiki tal-iżvilupp integrati dwar it-tfulija bikrija bħala għodda għat-tnaqqis tal-faqar u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali (2).

It-tagħlim tal-lingwi

22.

Jesprimi diżappunt li ħiliet tal-lingwa dgħajfa huma meqjusa bħala wieħeda mill-akbar ostakli għall-moviment liberu tal-persuni u l-ħolqien ta’ forza tax-xogħol rilevanti għall-ħtiġijiet tal-ekonomija Ewropea, u għalhekk jenfasizza l-appoġġ tiegħu għal rwol aktar b’saħħtu għat-tagħlim tal-lingwi;

23.

Jinnota li l-finanzjament għall-Politika ta’ Koeżjoni huwa mistenni li jonqos fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, u konsegwentement jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-finanzjament disponibbli permezz tal-Fond Soċjali Ewropew għat-twettiq tal-ambizzjonijiet fi ħdan ir-Rakkomandazzjoni;

24.

F’dan il-kuntest, huwa diżappuntat li jara enfasi fir-Rakkomandazzjoni fuq it- tagħlim fi ħdan l-edukazzjoni statutorja minflok ir-rikonoxximent tal-lingwi bħala parti importanti tat-tagħlim tul il-ħajja, inkluż fl-ewwel snin, sabiex jippromovu l-integrazzjoni u l-mobbiltà, u li fih l-imsieħba lokali tal-komunità u n-negozji jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom;

25.

Jenfasizza l-importanza li jkunu promossi b’mod attiv opportunitajiet pprovduti minn programmi ta’ finanzjament tal-UE rilevanti, u jissemplifikaw il-proċessi ta’ applikazzjoni, sabiex l-iskejjel u ċ-ċentri ta’ taħriġ fl-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ minn dawn.

Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  http://uil.unesco.org/lifelong-learning/learning-cities/cork-call-action-learning-cities

(2)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1530526890119&uri=CELEX:52018DC0270


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-131 Sessjoni Plenarja tal-KtR u Sessjoni tal-Ftuħ tal-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, 8.10.2018–10.10.2018

21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/70


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Pakkett tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2021–2027

(2018/C 461/10)

Relatur ġenerali:

Is-Sur Nikola DOBROSLAVIĆ (HR, PPE), Prefett tal-Kontea ta’ Dubrovnik-Neretva

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027

COM(2018) 321 final

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027

COM(2018) 322 final

Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba

COM(2018) 323 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri

COM(2018) 324 final

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta’ Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea

COM(2018) 325 final

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura għad-disponibbiltà tar-riżorsi proprji bbażati fuq Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva, fuq l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea u fuq l-Iskart tal-Plastik mill-imballaġġ li mhux riċiklat, u fuq il-miżuri biex jintlaħqu l-miżuri ta’ flus kontanti.

COM(2018) 326 final

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema tar-Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea

COM(2018) 327 final

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (tal-KEE, u l-Euratom) Nru 1553/89 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir mir-riżorsi nfushom li jidħol mit-taxxa fuq il-valur miżjud

COM(2018) 328 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri

COM(2018) 324 final

Emenda 1

Artikolu 2(c)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(c)

“entità tal-gvern” tfisser l-awtoritajiet pubbliċi kollha fil-livelli kollha tal-gvern , inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, fis-sens tal-[punt 42 tal-Artikolu 2] tar-Regolament (UE, Euratom) xx/xxx (ir-“Regolament Finanzjarju”).

(c)

“entità tal-gvern” tfisser l-awtoritajiet kollha tal-gvern ċentrali kif ukoll organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, fis-sens tal-[punt 42 tal-Artikolu 2] tar-Regolament (UE, Euratom) xx/xx (ir-“Regolament Finanzjarju”).

Raġuni

L-entitajiet u l-korpi amministrattivi kollha tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li huma eletti direttament għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament.

Emenda 2

Artikolu 3(1)(f)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(f)

il-kooperazzjoni effettiva u f’waqtha mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi u mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fl-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet skont l-atti legali rispettivi tagħhom u l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali.

(f)

il-kooperazzjoni effettiva u f’waqtha mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi u , fejn applikabbli, mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fl-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet skont l-atti legali rispettivi tagħhom u l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali.

Raġuni

Id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jistgħu, wara li jkun stabbilit, japplikaw biss għall-Istati Membri parteċipanti.

Emenda 3

Artikolu 4(1)(b)(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(1)

sospensjoni tal-approvazzjoni ta’ programm wieħed jew aktar jew tal-emendar tiegħu;

 

Raġuni

Is-sospensjoni tal-approvazzjoni ta’ programm wieħed jew aktar jew tal-emendi tagħhom ma tirriżultax f’penali finanzjarja diretta għall-Istat Membru kkonċernat. Min-naħa l-oħra, is-sospensjoni tal-impenji u/jew ħlasijiet, filwaqt li jinżamm l-obbligu tal-entitajiet governattivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi u l-pagamenti lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali skont l-Artikolu 4(2) tar-regolament propost, ikollha effetti diretti fuq il-baġits nazzjonali. Barra minn hekk, ir-revoka tas-sospensjoni tal-approvazzjoni ta’ programm wieħed jew aktar, jew tal-emendi tagħhom, twassal għal dewmien konsiderevoli fl-implimentazzjoni tagħhom, peress li l-proċeduri sussegwenti kollha jiġu sospiżi wkoll.

Emenda 4

Artikolu 5(6)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

6.   Meta l-Kummissjoni tqis li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt huwa stabbilit, hija għandha tippreżenta proposta għal att ta’ implimentazzjoni dwar miżuri xierqa lill-Kunsill.

6.   Meta l-Kummissjoni tqis li nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt huwa stabbilit, hija għandha tippreżenta proposta għal att ta’ implimentazzjoni dwar miżuri xierqa lill-Kunsill. Ma’ din il-proposta, il-Kummissjoni għandha tehmeż programm finanzjarju indikattiv tal-baġit tal-UE ikkonċernat mill-miżura proposta, għas-snin ta’ wara, strutturat skont il-kategorija tan-nefqa, il-qasam ta’ politika u l-linja baġitarja. Dan il-programm indikattiv għandu jkun il-bażi ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-implikazzjonijiet baġitarji fuq il-baġits nazzjonali u sottonazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

Raġuni

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tivvaluta l-implikazzjonijiet baġitarji ta’ tnaqqis fil-finanzjament tal-UE għall-baġits nazzjonali u sottonazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji tal-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni.

Emenda 5

Artikolu 6(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni fl-Istat Membru konċernat. Ladarba nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt li fuq il-bażi tagħhom ġew adottati l-miżuri xierqa ma jibqgħux jeżistu b’mod sħiħ jew parzjalment, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill proposta għal deċiżjoni li tneħħi dawk il-miżuri b’mod sħiħ jew parzjalment. Il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 4, 5, 6 u 7 tal-Artikolu 5 għandha tapplika.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni fl-Istat Membru konċernat. Ladarba nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt li fuq il-bażi tagħhom ġew adottati l-miżuri xierqa ma jibqgħux jeżistu b’mod sħiħ jew parzjalment, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill proposta għal deċiżjoni li tneħħi dawk il-miżuri b’mod sħiħ jew parzjalment. Il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 4, 5, 6 u 7 tal-Artikolu 5 għandha tapplika. Sabiex tinġabar evidenza suffiċjenti għat-tneħħija tal-miżuri, il-Qorti tal-Awdituri, permezz ta’ proċedura rapida, għandha tippubblika rapport speċjali dwar il-kwistjoni kkonċernata, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4) tat-TFUE.

Raġuni

It-tneħħija tal-miżuri għandha tkun akkumpanjata minn evidenza robusta, imparzjali u f’waqtha sabiex il-programmi kkonċernati jkunu jistgħu jiġu implimentati mingħajr dewmien bla bżonn.

Emenda 6

Artikolu 6 (3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

3.   Meta l-miżuri li jikkonċernaw is-sospensjoni tal-approvazzjoni ta’ programm wieħed jew aktar jew tal-emendi tiegħu msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 4(2)(b) jew is-sospensjoni tal-impenji msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(2)(b) jitneħħew, l-ammonti li jikkorrispondu mal-impenji sospiżi għandhom jiddaħħlu fil-baġit skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) xx/xx (ir-Regolament QFP). L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jiddaħħlu fil-baġit wara s-sena n+ 2 .

3.   Meta l-miżuri li jikkonċernaw is-sospensjoni tal-approvazzjoni ta’ programm wieħed jew aktar jew tal-emendi tiegħu msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 4(2)(b) jew is-sospensjoni tal-impenji msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(2)(b) jitneħħew, l-ammonti li jikkorrispondu mal-impenji sospiżi għandhom jiddaħħlu fil-baġit skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) xx/xx (ir-Regolament QFP). L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jiddaħħlu fil-baġit wara s-sena n+ 3 .

Raġuni

Is-soluzzjoni ser tagħmilha aktar faċli li jintużaw ir-riżorsi imblokkati mill-proċedura ta’ sospensjoni, u dan ser ifisser li dawn ir-riżorsi ma jintilfux.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti Ġenerali

1.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) fil-perjodu wara l-2020, li fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE u sfidi interni u esterni oħra, tipprovdi bażi soda għan-negozjati; jirrikonoxxi l-ħidma li saret, iżda huwa tal-fehma li, qabel l-adozzjoni tagħha, il-proposta għandha tiġi żviluppata ulterjorment u tittejjeb sabiex jintlaħqu l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u l-ħtiġijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

2.

jinnota li ma ġie identifikat l-ebda suċċessur għall-istrateġija Ewropa 2020, u għalhekk l-objettivi strateġiċi tal-programmi individwali mhumiex ċari biżżejjed u r-rabta bejn l-QFP globali u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli hija insuffiċjenti; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tad-diskussjonijiet dwar il-proposta għall-QFP, sabiex tidentifika l-għanijiet strateġiċi għad-diversi politiki tal-UE u l-effett mistenni tagħhom. Dan jinvolvi approċċ strutturat fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali biex tiġi ċċarata r-rabta bejn il-kapaċitajiet u l-inizjattivi lokali u reġjonali u l-għanijiet komuni Ewropej;

3.

jinnota b’dispjaċir, li fid-dawl tal-iżbilanċ bejn l-obbligi li jirriżultaw mill-objettivi tat-Trattat, kif ukoll l-isfidi attwali u futuri, minn naħa, u l-ambitu u l-ġejjieni tal-QFP min-naħa l-oħra, il-proposta tal-Kummissjoni hija nieqsa mill-ambizzjoni; itenni l-pożizzjoni tal-Kumitat, li tirrifletti dik tal-Parlament Ewropew, li l-ġejjieni tal-QFP għandu jkun stabbilit f’livell ta’ mill-inqas 1,3 % tal-ING; jinnota bi tħassib li, f’każijiet preċedenti, il-livell finali tal-QFP kien aktar baxx minn dak propost mill-Kummissjoni u li kieku dan kellu jiġi ripetut, iwassal għal aktar tnaqqis fl-effett mistenni f’kull qasam politiku tal-UE;

4.

iqis li huwa inaċċettabbli li l-finanzjament tal-prijoritajiet addizzjonali tal-Unjoni isir askapitu tal-politiki eżistenti b’valur miżjud Ewropew magħruf, kif inhu l-każ tal-politika ta’ koeżjoni jew tal-politika agrikola komuni, u partikolarment il-politika tal-iżvilupp rurali. It-tnaqqis propost mhux it-triq it-tajba biex tissolva l-kwistjoni tal-finanzjament fir-rigward tal-prijoritajiet u l-isfidi addizzjonali;

5.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li r-regoli jsiru aktar koerenti u b’mod drastiku jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni sabiex tiġi faċilitata l-parteċipazzjoni fil-programmi tal-UE u tiġi aċċelerata l-implimentazzjoni;

6.

jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ trasparenza tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tqabbil tal-ammonti tal-qafas finanzjarju attwali u tal-ġejjieni; jilqa’ b’sodisfazzjon, f’dan il-kuntest, l-isforzi li saru mis-servizz ta’ riċerka tal-Parlament Ewropew sabiex issir analiżi finanzjarja komparattiva ta’ dawn iż-żewġ QFP;

7.

jieħu nota tal-approċċ iffokat fuq ir-riżultati tal-istruttura li għadha kif ġiet proposta tal-QFP, li tipprova tindirizza l-ħtiġijiet fil-prattika u tipprovdi aktar valur miżjud Ewropew; jopponi t-tneħħija tal-intestatura komuni għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, għax din se tkompli ddgħajjef il-pożizzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni fi ħdan il-QFP u twitti t-triq għal tneħħija possibbli tal-FSE+ mill-Politika ta’ Koeżjoni. Jekk ikun hemm dan ir-riżultat, is-sinerġiji u r-rabta bejn diversi sorsi ta’ finanzjament, li huma ta’ importanza partikolari għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, se jkomplu jitnaqqsu;

8.

jinnota bi tħassib li l-proposti tal-Kummissjoni huma indirizzati għat-tisħiħ tal-programmi ta’ ġestjoni diretti jew indiretti, askapitu ta’ programmi li huma ġestiti b’mod konġunt mill-Kummissjoni u l-Istati Membri. Fuq terminu twil, dan ser inaqqas it-trasparenza tal-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE fil-livelli lokali u reġjonali; jenfasizza li l-prinċipji tas-sħubija u l-governanza f’diversi livelli għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ, u jiddaħħlu fis-seħħ sabiex ikun żgurat li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fl-istadji rilevanti kollha mit-tfassil sal-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE;

9.

jiddispjaċih għad-diskrepanza bejn l-adozzjoni tat-8 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-UE (EAP) u QFP wara l-2020. Il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-EAPs futuri u t-tul tal-programmi għandu jiġi allinjat mal-perjodi ta’ żmien tal-QFP sabiex il-finanzjament allokat jirrifletti b’mod ċar il-prijoritajiet u l-objettivi ta’ sostenibbiltà;

10.

jesprimi tħassib dwar l-inċertezza fl-ippjanar fir-rigward tal-QFP, f’każ li mhux se jkun hemm ftehim f’waqtu, ċar u vijabbli dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea;

11.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi rabtiet aktar mill-qrib bejn il-fondi reġjonali u s-Semestru Ewropew sakemm il-perspettiva reġjonali hija miżjuda lis-Semestru Ewropew, peress li dan huwa l-uniku mod vijabbli sabiex jiġu stabbiliti rabtiet ċari u sinifkanti bejniethom;

Riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji

12.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tintroduċi tliet riżorsi proprji ġodda, iżda jinnota b’dispjaċir li l-Kummissjoni, abbażi tal-proposta tal-Grupp ta’ Ħidma ta’ Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji, aċċettat biss żewġ riżorsi addizzjonali, u huwa tal-fehma li l-proposta tal-Kummissjoni setgħet kienet aktar ambizzjuża f’dan ir-rigward; għalhekk jissuġġerixxi li titkompla b’mod urġenti l-ħidma sabiex jinstabu sorsi ġodda biex jiġi ffinanzjat il-baġit;

13.

jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tissemplifika n-naħa tad-dħul tal-baġit u, b’mod partikolari, il-proposta tagħha sabiex gradwalment tneħħi r-rifużjonijiet kollha b’rabta mal-Istati Membri u sabiex tissemplifika d-dħul ibbażat fuq il-VAT;

14.

jinnota b’dispjaċir li l-proposta tal-Kummissjoni għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda ma tipprovdix valutazzjoni suffiċjenti ta’ konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-impatt potenzjali tal-proposta dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għadu ma ġiex evalwat;

15.

jenfasizza li l-proposta għal bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva (BKKTK) għandha potenzjal sinifikanti li żżid il-proporzjon tar-riżorsi proprji, sakemm din issir obbligatorja għal għadd kbir ta’ kumpaniji. Dan mhuwiex il-każ bħalissa, madankollu, u mhuwiex ċar meta ser jiġi introdott dan is-sors ta’ riżorsi proprji; esprima t-tħassib tiegħu dwar id-dħul ibbażat fuq l-iskart ta’ imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat, peress li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-UE huwa li dan l-iskart ta’ imballaġġ jiġi evitat għalkollox, fattur li jwassal għal telf ta’ dħul minn din ir-riżorsa jew aktar fluttwazzjonijiet fid-dħul baġitarju;

16.

jilqa’ t-tnaqqis propost fl-ammonti mogħtija lill-Istati Membri fir-rigward tal-ispejjeż b’rabta mal-ġbir tar-riżorsi proprji tradizzjonali, iżda jistieden lill-Kummissjoni sabiex saħansitra tmur lil hinn, u ma tistabbilixxix l-ammonti għall-ġbir tal-ispejjeż għal 10 %, kif propost, iżda tistabbilixxihom skont id-dħul baġitarju;

L-istat tad-dritt, il-flessibbiltà u l-istabbiltà

17.

huwa tal-fehma li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa kundizzjoni sine qua non għal ġestjoni finanzjarja tajba u għall-użu effiċjenti tal-baġit tal-UE; jilqa’ f’dan il-kuntest, l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi mekkaniżmi effikaċi biex tiżgura r-rispett tal-istat tad-dritt, iċ-ċertezza legali fl-Istati Membri kollha, kif ukoll ġlieda effettiva kontra l-frodi u l-korruzzjoni;

18.

jaqbel mal-opinjoni tal-Qorti li l-mekkaniżmu propost għall-iżgurar tal-konformità mal-istat tad-dritt imur lil hinn mill-proċedura taħt l-Artikolu 7 tat-TUE u jista’ jiġi implimentat aktar malajr;

19.

jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura finanzjament mingħajr xkiel għall-benefiċjarji finali tal-UE, billi tiżgura li l-Istati Membri tal-UE jissodisfaw l-obbligi finanzjarji tagħhom fir-rigward tal-benefiċjarji jekk jingħata bidu għall-proċedimenti biex ikunu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-UE; jistenna li l-Kummissjoni tiżviluppa aktar riżorsi sabiex tħares l-interessi tal-benefiċjarji finali;

20.

jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-introduzzjoni ta’ proċeduri addizzjonali bil-għan li tħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li jkollhom impatt aktar bilanċjat fuq l-Istati Membri varji, bħal fil-każ ta’ multi ta’ darba;

21.

iqis, wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li s-soluzzjoni leġislattiva attwali tal-Kummissjoni tippermetti marġni eċċessiv ta’ diskrezzjoni biex tinbeda l-proċedura u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa kriterji ċari biex tiddefinixxi dak li jikkostitwixxi nuqqas ġenerali fir-rigward tal-istat tad-dritt li jpoġġi fir-riskju l-ġestjoni finanzjarja tajba;

22.

jirrakkomanda t-tisħiħ tar-rwol tal-Qorti tal-Awdituri fl-implimentazzjoni tal-proċedura proposta, skont l-Artikolu 287 tat-TUE;

23.

jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni biex tingħata aktar flessibbiltà lill-QFP, li ċertament se sservi ta’ għajnuna fl-indirizzar f’waqtu ta’ isfidi ġodda jew mhux previsti; jenfasizza, madankollu, li flessibbiltà akbar fl-użu tal-fondi ma tistax tkun askapitu taċ-ċertezza tal-ippjanar fit-tul u d-direzzjoni strateġika tal-programmi, speċjalment dawk taħt ġestjoni kondiviża; jappella, għalhekk, biex jiġi vvalutat jekk flessibbiltà akbar fil-parti relatata maż-żieda fis-setgħat tal-Kummissjoni biex talloka l-fondi mill-ġdid tmurx kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-governanza f’diversi livelli; jappella wkoll għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-teħid ta’ deċiżjonijiet kull meta fondi li huma taħt ġestjoni kondiviża jerġgħu jiġu allokati;

Id-diversi intestaturi tal-baġit tal-UE

24.

jilqa’ l-proposti sabiex jiżdied il-baġit għal politiki fir-rigward ta’ sfidi ġodda, bħall-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, kif ukoll il-ħolqien ta’ intestatura speċifika għas-sigurtà u d-difiża;

25.

jappoġġja ż-żieda fir-riżorsi finanzjarji għar-riċerka u l-innovazzjoni, il-kontinwazzjoni u l-espansjoni tal-FEIS attwali għall-inklużjoni tal-fond il-ġdid “InvestEU”, iż-żieda fl-approprjazzjonijiet għall-programm Erasmus+, kif ukoll iż-żieda ulterjuri fl-investiment fit-tibdil fil-klima fil-politiki kollha tal-UE; itenni, madankollu, li ż-żieda proposta fir-riżorsi m’għandhiex tkun askapitu tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-politika għall-iżvilupp rurali;

26.

jopponi bil-qawwa t-tnaqqis ta’ 10 % tal-baġit propost għall-Politika ta’ Koeżjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-Fond ta’ Koeżjoni, li l-finanzjament tiegħu għandu jitnaqqas b’45 %; huwa wkoll tal-fehma li t-tnaqqis propost fir-rigward tal-Politika Agrikola Komuni – partikolarment it-tnaqqis ta’ 28 % għall-FAEŻR u t-13 % għall-FEMS – huwa inaċċettabbli. Dan it-tnaqqis drastiku fl-oqsma li qed ikomplu juru l-valur miżjud Ewropew u li, għaċ-ċittadini, huma fost l-aktar politiki viżibbli tal-UE, fl-aħħar mill-aħħar ser ikun ta’ detriment qawwi għat-tkabbir u l-iżvilupp tar-reġjuni Ewropej;

27.

minflok, jitlob li f’kontinwità mad-Dikjarazzjoni dwar l-iżvilupp rurali adottata f’Cork f’Settembru 2016, jiżdied l-appoġġ finanzjarju ġenerali tal-UE għall-iżvilupp rurali lil hinn minn 5 % tal-baġit tal-UE għall-benefiċċju taż-żoni rurali u intermedji, li jirrappreżentaw aktar minn 90 % tat-territorju u li jospitaw 58 % tal-popolazzjoni tal-UE u 56 % tal-impjiegi tal-Unjoni;

28.

jenfasizza li t-tnaqqis propost għar-riżorsi tal-Politika ta’ Koeżjoni jimmina l-kisba ta’ wieħed mill-aktar għanijiet importanti definiti mit-Trattat, jiġifieri l-ħolqien ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. B’riżultat ta’ approċċ bħal dan, id-disparitajiet bejn ir-reġjuni Ewropej se jkomplu jikbru, filwaqt li jaffettwaw, b’mod partikolari r-reġjuni anqas żviluppati, u dawk karatterizzati minn problemi strutturali u demografiċi. Dan l-approċċ jinjora wkoll ir-rwol importanti li diġà taqdi l-politika ta’ koeżjoni f’oqsma bħall-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; iwissi li bit-tnaqqis fir-rigward tal-fondi għall-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali, l-objettiv għat-tisħiħ tal-koeżjoni territorjali u l-istrumenti l-aktar importanti f’dan il-qasam, bħar-REKT u l-istrateġiji makroreġjonali, se jkunu pperikolati;

29.

jiddispjaċih li minkejja l-fatt li aktar minn terz taċ-ċittadini tal-UE jgħixu f’reġjuni tal-fruntiera u billi dawn ir-reġjuni jiffaċċjaw bosta sfidi territorjali, l-allokazzjoni tal-baġit għal kooperazzjoni transkonfinali huwa mbassar li jonqos f’termini reali minkejja l-garanzija tal-valur miżjud Ewropew tiegħu;

30.

jenfasizza l-effetti negattivi ħafna tal-proposta tal-QFP għall-bdiewa Ewropej u l-abitanti taż-żoni rurali. Jekk jiġi aċċettat it-tnaqqis propost għall-fondi skont it-tieni pilastru tal-PAK, il-politika għall-iżvilupp rurali ma tkunx tista’ tibqa’ tissodisfa l-missjoni tagħha, partikolarment fir-rigward tat-tnaqqis tad-differenzi fl-istandards tal-għajxien bejn iż-żoni rurali u dawk urbani; barra minn hekk jappella sabiex il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jibqa’ jopera taħt is-sistema ta’ ġestjoni fi ħdan il-qafas tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, ħalli b’hekk tinżamm il-koerenza bejn is-sorsi differenti ta’ finanzjament u tissaħħaħ id-dimensjoni territorjali tal-PAK;

31.

jopponi b’mod partikolari l-proposta li jitnaqqsu l-allokazzjonijiet għall-Programm POSEI li jassisti lir-reġjuni ultraperiferiċi, waqt li jiddgħajjef l-għan tiegħu li tiġi pprovduta reazzjoni mmirata għall-isfidi speċifiċi li tiffaċċja l-agrikoltura f’kull reġjun, fir-rwol tiegħu bħala strument finanzjarju għall-appoġġ dirett lill-bdiewa;

32.

jiddispjaċih li l-impenji għall-FSE+ ma żdidux f’termini reali, minkejja li dawn għandhom jkopri kompiti addizzjonali bħall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi; jindika li l-Fond Soċjali Ewropew (ara l-Opinjoni tal-KtR dwar l-FSE+ (1)) jeħtieġ jibqa’ ankrat fil-politika ta’ koeżjoni, l-istrument prinċipali tal-UE għall-investiment fil-persuni u fil-kapital uman, għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u għat-titjib tal-ħajja ta’ miljuni ta’ ċittadini Ewropej;

33.

jinnota li l-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni (FEG), minkejja d-duplikazzjoni u l-kompromessi eżistenti mal-FSE+ ma ġiex inkorporat f’dan tal-aħħar; huwa tal-fehma li l-valur miżjud tal-miżuri ffinanzjati mill-FEG huwa kontinġenti fuq jekk dawn il-miżuri humiex ser jiġu kkomplementati mill-proċessi ta’ konverżjoni u ristrutturar implimentati permezz tal-programmi fit-tul għall-iżvilupp reġjonali, b’mod partikolari l-miżuri antiċipattivi kif dawk offruti mill-FES+;

34.

huwa kontra l-introduzzjoni tar-regola n + 2 minflok n + 3 bħala l-iskadenza għall-użu tal-ammonti annwali allokati, peress li hemm riskju sinifikanti li r-regolamenti relatati magħha jiġu adottati tard wisq. F’każ li tiġi applikata r-regola n + 2, din tista’ timmina l-użu tal-fondi allokati;

35.

jopponi s-soluzzjonijiet proposti li se jkomplu jaggravaw is-sitwazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-iskadenza għall-użu tal-allokazzjonijiet finanzjarji annwali mill-programmi tal-UE u l-livell ta’ prefinanzjament u b’mod partikolari il-kofinanzjament ta’ proġetti meta mqabbel mas-sitwazzjoni preċedenti, minħabba li ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali m’għandhomx il-kapaċità finanzjarja biex jiġġeneraw il-proporzjon neċessarju ta’ fondi proprji;

36.

jistieden lill-Kummissjoni biex tikkalkula l-allokazzjoni tal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-Istati Membri fuq il-bażi tal-aħħar suddiviżjoni tar-reġjuni NUTS 2, li għalihom l-Eurostat jista’ jipprovdi d-data neċessarja sabiex jiżgura l-aħjar tqabbil bejn iċ-ċirkustanzi soċjoekonomiċi fir-reġjuni NUTS 2 u l-kalkolu tal-allokazzjonijiet nazzjonali;

37.

jappella wkoll lill-Kummissjoni Ewropea li fil-modulazzjoni tal-kriterji ta’ kofinanzjament u allokazzjoni tal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni tikkunsidra indikaturi oħrajn lil hinn mill-PDG per capita, peress li dan ma jkejjilx bl-eżatt il-kapaċità ta’ soċjetà sabiex tindirizza kwistjonijiet li jolqtuha bħat-tibdil demografiku, u jappella sabiex jiġu stabbiliti indiċi internazzjonali, nazzjonali, lokali u reġjonali biex ikejlu l-progress lil hinn mill-PDG. Sabiex tiġi indirizzata l-isfida demografika, dan li ġej jitqies bħala possibbli: bidliet fil-popolazzjoni (telf intensiv u kontinwu), tixrid territorjali, tixjiħ, tixjiħ estrem, emigrazzjoni taż-żgħażagħ u tal-adulti u tnaqqis konsegwenti fir-rata tat-twelid;

38.

irrifjuta t-tnaqqis propost għall-baġit tal-infrastruttura tat-trasport taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, partikolarment fid-dawl tat-tnaqqis mingħajr ġustifikazzjoni fil-baġit tal-Fond ta’ Koeżjoni, għaliex dan mhux ġustifikabbli fid-dawl tal-għanijiet u r-rekwiżiti li jiżguraw sistemi tat-trasport ekoloġiċi, sikuri u b’konnettività tajba;

39.

iqis li l-allokazzjoni proposta għall-istrument il-ġdid “Funzjoni ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investiment Ewropew” fil-forma ta’ linja baġitarja fi ħdan il-baġit tal-UE li tippermetti sa EUR 30 biljun f’self biex tkun tista’ tirrispondi b’mod xieraq f’każ ta’ skossi ekonomiċi u finanzjarji ġodda li jolqtu lill-Istati Membri fiż-żona tal-euro u dawk li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM) II, hija ristretta wisq. Għalhekk jipproponi żieda sostanzjali fil-fondi rilevanti biex jitħares il-potenzjali ta’ investiment tal-UE u li din tiġi kkalkulata separatament mill-baġit tal-UE;

40.

jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-programm ta’ appoġġ tar-riformi strutturali. Fil-fatt, peress li l-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-koeżjoni, il-programm jeħtieġ ikun limitat għal riformi li jsaħħu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jkunu ta’ valur miżjud Ewropew. Il-programm għandu wkoll ikun parti minn strateġija ta’ żvilupp fit-tul tal-UE ġdida b’segwitu għall-Istrateġija Ewropa 2020 u mfassal skont l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Barra dan, għandhom japplikaw l-istess rekwiżiti bħal dawk għall-fondi strutturali u ta’ investiment f’termini ta’ sħubija u involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess ta’ ppjanar u ta’ implimentazzjoni ta’ dawn ir-riformi; fl-aħħar nett jopponi l-possibbiltà fir-Regolament qafas dwar il-fondi strutturali u ta’ investiment li tipprevedi li jiġu trasferiti sa5 % tal-pakketti finanzjarji lejn fondi u strumenti finanzjarji tal-Unjoni li mhumiex relatati mal-objettivi tal-koeżjoni u li, barra minn hekk, huma fil-parti l-kbira taħt ġestjoni diretta mingħajr involviment tal-awtoritajiet territorjali;

41.

jenfasizza li tnaqqis fil-Politika ta’ Koeżjoni, fil-politika tal-iżvilupp rurali u l-PAK ser ikollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-isforzi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-koeżjoni territorjali u l-protezzjoni ambjentali. Minkejja ż-żieda ta’ kważi 60 % fil-fondi għall-programm LIFE, il-baġit globali previst għall-protezzjoni tal-klima u l-adattament fil-qasam tal-enerġija huwa iżgħar minn dak tal-perspettiva attwali. Minflok jiġi sfruttat il-potenzjal konsiderevoli tal-politika agrikola u, b’mod speċjali, l-politika ta’ koeżjoni biex jitħeġġu l-investimenti b’effetti pożittivi fir-rigward tal-ambjent u l-protezzjoni tal-klima, il-QFP propost inaqqas il-fondi għall-politika ta’ koeżjoni u dik agrikola u għalhekk jipperikola l-kisba tal-għanijiet tal-politika ambjentali tal-UE;

42.

jinnota l-proposta għal żieda fil-finzjament tal-programm LIFE (ara l-Opinjoni tal-KtR dwar il-Programm LIFE (2)), li huwa ta’ importanza kruċjali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jgħinhom fil-ġlieda kontra t-telf tal-bijodiversità, biex jiżviluppaw soluzzjoni ta’ infrastruttura ekoloġika u biex jippromovu s-sostenibbiltà; madankollu jinnota b’dispjaċir li parti miż-żieda proposta tirriżulta mill-inklużjoni ta’ miżuri li qabel kienu iffinazjati mill-Orizzont 2020 dwar it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa; jitlob għalhekk li l-finanzjament ġenerali tal-programm LIFE jiġi miżjud b’ammont ekwivalenti;

43.

jinnota li l-għan ippjanat, jiġifieri l-użu ta’ 25 % tal-baġit tal-UE sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-tibdil fil-klima, mhuwiex biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi. Għandhom isiru sforzi taħt il-qafas finanzjarju li jmiss biex tiġi żgurata l-possibbiltà li jiżdied is-sehem tal-infiq li jmur lejn id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija, l-industrija u t-trasport għal aktar minn 30 % u lejn it-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari;

44.

jilqa’ ż-żieda fil-fondi għas-subintestatura “Orizzont Ewropa”, meta mqabbla mal-baġit attwali, u aktar minn hekk, iħeġġeġ li jiġi stabbilit qafas ta’ opzjonijiet ta’ trasferimenti baġitarji minn strumenti oħrajn taħt il-QFP lejn l-Orizzont 2020, filwaqt li jiġu rispettati l-libertà ta’ inizjattiva tal-awtorità ta’ ġestjoni kkonċernata, il-tfassil konġunt tal-azzjonijiet kofinanzjati, u l-fondi lura mill-ġdid fit-territorju tal-awtorità ta’ ġestjoni;

45.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-inklużjoni ta’ intestatura speċifika dwar il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri u ż-żieda sostanzjali fil-finanzjament sabiex jitwettqu l-miżuri f’dawn l-oqsma. Jinnota b’dispjaċir li l-kwistjoni tas-sigurtà tal-fruntieri ser tingħata ħafna aktar importanza minn kwistjonijiet oħrajn b’rabta mal-migrazzjoni bħall-għoti ta’ protezzjoni u ażil lill-migranti, l-appoġġ għall-integrazzjoni u l-migrazzjoni legali. Il-KtR jitlob għalhekk li r-riżorsi finanzjarji allokati għall-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (ara l-Opinjoni tal-KtR dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (3)) jiġu miżjuda bl-istess perċentwal (240 %) bħal dawk allokati għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni, sabiex jiġi żgurat li jkunu biżżejjed biex jindirizzaw l-isfidi tal-integrazzjoni b’mod adegwat;

46.

jenfasizza li, fir-rigward tal-allokazzjoni ġenerali tal-qafas finanzjarju pluriennali, jirriżulta li hemm nuqqas ta’ ambizzjoni li jkompli jirrestrinġi aktar negattivament il-marġni ta’ azzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam ta’ imprortanza eċċezzjonali għall-istabbiltà politika, tas-sigurtà u soċjali, li huwa ta’ importanza partikolari għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li huma responsabbli għal numru kbir ta’ dawn il-miżuri; jenfasizza, bl-istess mod f’dan il-kuntest, li l-mezzi finanzjarji tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE+), li għandhom ikopru l-miżuri ta’ integrazzjoni fit-tul għall-migranti, jeħtieġ għalhekk jiġu miżjuda biex ikopru l-kompitu ġdid;

47.

jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-fatt li l-programm il-ġdid “Drittijiet u Valuri”, li għandu jkopri l-protezzjoni tad-drittijiet u l-valuri fundamentali tal-UE u jrawwem iċ-ċittadinanza Ewropea attiva, huwa ta’ importanza kbira għall-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dawn l-oqsma. Għal din ir-raġuni, jipproponi żieda fil-bażi ġenerali ta’ dan il-programm sabiex tindirizza l-isfidi enormi f’dan ir-rigward;

48.

jilqa’ s-semplifikazzjoni tal-istrumenti għal azzjonijiet esterni, u l-allokazzjoni tar-riżorsi, li jikkontribwixxu għal politika esterna u ta’ żvilupp tal-UE aktar effiċjenti u effettiva; jenfasizza f’dan ir-rigward ir-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-titjib tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi ġirien u pajjiżi terzi f’firxa sħiħa ta’ oqsma u fil-kisba tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli kollha kemm hi; jitlob biex dan ir-rwol jitqies fil-QFP b’mod aktar espliċitu, preferibilment permezz ta’ baġit allokat direttament;

49.

iqis li amministrazzjoni pubblika Ewropea b’saħħitha, effiċjenti u ta’ kwalità għolja hija indispensabbli sabiex jitwettqu l-politiki tal-Unjoni u biex terġa’ tinbena l-fiduċja fil-valur miżjud tal-UE u jissaħħaħ id-djalogu maċ-ċittadini fil-livelli kollha; jenfasizza r-rwol importanti tal-istituzzjonijiet magħmula minn membri demokratikament eletti;

50.

jistieden lill-korpi kollha tal-UE sabiex jilħqu ftehim rapidu dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, sabiex il-programmi tal-UE jkunu jistgħu jiġu adottati fi żmien xieraq qabel il-bidu tal-QFP li jmiss.

Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  Opinjoni tal-KtR 3597/2018 li għadha ma ġietx adottata

(2)  Opinjoni tal-KtR 3653/2018.

(3)  Opinjoni tal-KtR 4007/2018.


21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/79


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Orizzont Ewropa: id-disa’ Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

(2018/C 461/11)

Relatur ġenerali:

Christophe CLERGEAU (FR/PSE), Kunsillier Reġjonali tal-Kunsill Reġjonali ta’ Pays-de-la-Loire

Dokumenti ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu

(COM(2018) 435 final — 2018/0224 (COD))

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

((COM(2018) 436 final — 2018/0225 (COD))

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu

(COM(2018) 435 final — 2018/0224 (COD))

Emenda 1

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Biex jitwassal l-impatt xjentifiku, ekonomiku u soċjali fl-ilħuq ta’ dan l-objettiv ġenerali, l-Unjoni għandha tinvesti fir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ Orizzont Ewropa — Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2021–2027 (il-“Programm”) biex tappoġġa l-ħolqien u d-diffużjoni ta’ teknoloġiji u għarfien ta’ kwalità għolja, biex jissaħħaħ l-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-iżvilupp, l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, biex tappoġġa l-użu ta’ soluzzjonijiet innovattivi fl-industrija u s-soċjetà ħalli tindirizza l-isfidi globali u tippromwovi l-kompetittività industrijali; biex tippromwovi l-forom kollha ta’ innovazzjoni, inkluża l-innovazzjoni rivoluzzjonarja, u ssaħħaħ l-iskjerament fis-suq tas-soluzzjonijiet innovattivi; u tottimizza t-twassil ta’ tali investiment imsaħħaħ għal aktar impatt fi ħdan iż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

Biex jitwassal l-impatt xjentifiku, ekonomiku, soċjali u territorjali fl-ilħuq ta’ dan l-objettiv ġenerali, l-Unjoni għandha tinvesti fir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ Orizzont Ewropa — Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2021–2027 (il-“Programm”) biex tappoġġa l-ħolqien u d-diffużjoni ta’ teknoloġiji u għarfien ta’ kwalità għolja, biex jissaħħaħ l-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-iżvilupp, l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, biex tappoġġa l-użu ta’ soluzzjonijiet innovattivi fl-industrija u s-soċjetà ħalli tindirizza l-isfidi globali u tippromwovi l-kompetittività industrijali; biex tippromwovi l-forom kollha ta’ innovazzjoni, inkluża l-innovazzjoni rivoluzzjonarja, u ssaħħaħ l-iskjerament fis-suq tas-soluzzjonijiet innovattivi; u tottimizza t-twassil ta’ tali investiment imsaħħaħ għal aktar impatt fi ħdan iż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

Emenda 2

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa taħt il-pilastru “Xjenza Miftuħa” għandhom jiġu determinati skont il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet tax-xjenza. L-aġenda tar-riċerka jenħtieġ li tiġi stabbilita f’kollegament mill-qrib mal-komunità xjentifika. Ir-riċerka jenħtieġ li tiġi ffinanzjata fuq il-bażi tal-eċċellenza.

L-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa taħt il-pilastru “Xjenza Miftuħa” għandhom jiġu determinati skont il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet tax-xjenza. L-aġenda tar-riċerka jenħtieġ li tiġi stabbilita f’kuntatt mill-qrib mal-komunità xjentifika. Ir-riċerka jenħtieġ li tiġi ffinanzjata fuq il-bażi tal-eċċellenza u tal-impatti mistennija .

Emenda 3

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-programm għandu jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni b’mod integrat, filwaqt li jirrispetta d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-kunċett tar-riċerka, inkluż l-iżvilupp sperimentali jenħtieġ jintuża skont il-Manwal ta’ Frascati żviluppat mill-OECD, filwaqt li l-kunċett tal-innovazzjoni jenħtieġ jintuża skont il-Manwal ta’ Oslo żviluppat mill-OECD u mill-Eurostat, b’segwiment ta’ approċċ wiesa’ li jkopri l-innovazzjoni soċjali.

Id-definizzjonijiet tal-OECD rigward it-Technological Readiness Level (TRL) jenħtieġ li jkomplu, bħal fil-Programm Qafas Orizzont 2020 preċedenti, u għandhom jitqiesu fil-klassifikazzjoni tar-riċerka teknoloġika, l-iżvilupp tal-prodotti u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, u d-definizzjoni ta’ tipi ta’ azzjoni disponibbli f’sejħiet għal proposti. Fil-prinċipju, l-għotjiet ma għandhomx jingħataw għal azzjonijiet li fihom l-attivitajiet jaqbżu lil TRL 8. Il-programm ta’ ħidma għal sejħa partikolari taħt il-pilastru “Sfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali” jista’ jippermetti għotjiet għal validazzjoni ta’ prodotti u replikazzjoni fis-suq fuq skala kbira.

Il-programm għandu jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni fil-forom kollha tagħhom, b’mod integrat, filwaqt li jirrispetta d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-kunċett tar-riċerka, inkluż l-iżvilupp sperimentali jenħtieġ jintuża skont il-Manwal ta’ Frascati żviluppat mill-OECD, filwaqt li l-kunċett tal-innovazzjoni jenħtieġ jintuża skont il-Manwal ta’ Oslo żviluppat mill-OECD u mill-Eurostat, b’segwiment ta’ approċċ wiesa’ li jkopri l-innovazzjoni soċjali. Id-definizzjonijiet tal-OECD rigward it-Technological Readiness Level (TRL) jenħtieġ li jkomplu, bħal fil-Programm Qafas Orizzont 2020 preċedenti, u għandhom jitqiesu fil-klassifikazzjoni tar-riċerka teknoloġika, l-iżvilupp tal-prodotti u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, u d-definizzjoni ta’ tipi ta’ azzjoni disponibbli f’sejħiet għal proposti. Il-programm ta’ ħidma għal sejħa partikolari taħt il-pilastru “Sfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali” jista’ jippermetti għotjiet għal validazzjoni ta’ prodotti u replikazzjoni fis-suq fuq skala kbira.

Raġuni

M’għandhiex titwarrab il-possibbiltà ta’ sussidjar fl-istadji aktar viċin tat-tqegħid fis-suq.

Emenda 4

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-programm għandu jfittex sinerġiji ma’ programmi oħrajn tal-Unjoni, mit-tfassil tagħhom u l-ippjanar strateġiku, sal-għażla, it-tmexxija, il-komunikazzjoni, it-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati, il-monitoraġġ, l-awditjar u l-governanza tal-proġetti. Bil-ħsieb li jiġu evitati s-sovrapożizzjonijiet u d-dupplikazzjoni u jiżdied l-effett ta’ lieva tal-finanzjament tal-Unjoni, jistgħu jseħħu trasferimenti minn programmi oħrajn tal-Unjoni lejn attivitajiet ta’ Orizzont Ewropa. F’tali każijiet, dawn isegwu r-regoli ta’ Orizzont Ewropa.

Fl-ippjanar strateġiku tiegħu, il-programm Orizzont Ewropa għandu jfittex sinerġiji ma’ programmi oħrajn tal-Unjoni, mit-tfassil tagħhom u l-ippjanar strateġiku , waqt li jqis l-istrateġiji nazzjonali u l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (S3), sal-għażla, it-tmexxija, il-komunikazzjoni, it-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati, il-monitoraġġ, l-awditjar u l-governanza tal-proġetti. Bil-ħsieb li jiġu evitati s-sovrapożizzjonijiet u d-dupplikazzjoni u jiżdied l-effett ta’ lieva tal-finanzjament tal-Unjoni, jistgħu jsiru taħlit ma’ fondi pubbliċi reġjonali u nazzjonali kif ukoll trasferimenti minn programmi oħrajn tal-Unjoni lejn attivitajiet ta’ Orizzont Ewropa , b’mod koerenti mal-S3 fis-seħħ . F’tali każijiet, dawn isegwu r-regoli ta’ Orizzont Ewropa.

Emenda 5

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Bil-għan li jikseb l-ikbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni u l-iżjed kontribut effettiv lejn l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni, il-Programm għandu jidħol fi Sħubiji Ewropej ma’ msieħba tas-settur pubbliku u/jew privat. Dawn jinkludu l-industrija, l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka, korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħalma huma fondazzjonijiet li jappoġġaw u/jew iwettqu r-riċerka u l-innovazzjoni, sakemm l-impatti mixtieqa jistgħu jinkisbu b’mod aktar effettiv fi sħubija milli mill-Unjoni waħedha.

Bil-għan li jikseb l-ikbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni u l-iżjed kontribut effettiv lejn l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni, il-Programm għandu jidħol fi Sħubiji Ewropej ma’ msieħba tas-settur pubbliku u/jew privat. Dawn jinkludu l-industrija, l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka, l-universitajiet u r-reġjuni u l-bliet, korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħalma huma fondazzjonijiet li jappoġġaw u/jew iwettqu r-riċerka u l-innovazzjoni, sakemm l-impatti mixtieqa jistgħu jinkisbu b’mod aktar effettiv fi sħubija milli mill-Unjoni waħedha.

Emenda 6

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-pilastru “Innovazzjoni Miftuħa” għandu jistabbilixxi sensiela ta’ miżuri għal appoġġ integrat għall-ħtiġijiet tal-intraprendituri u l-intraprenditorija bl-għan tat-twettiq u t-tħaffif tal-innovazzjoni rivoluzzjonarja għat-tkabbir mgħaġġel tas-suq. Jenħtieġ li dan jattira kumpaniji innovattivi b’potenzjal ta’ espansjoni fuq livell internazzjonali kif ukoll fuq livell tal-Unjoni u joffri għotjiet veloċi, flessibbli u ta’ koinvestimenti, inkluż ma’ investituri privati. Dawn l-objettivi jenħtieġjiġu segwiti permezz tal-ħolqien ta’ Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC). Dan il-Pilastru jenħtieġ jappoġġa wkoll l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u l-ekosistemi ta’ innovazzjoni Ewropea b’mod ġenerali , b’mod partikolari permezz ta’ kofinanzjament ta’ sħubiji ma’ atturi nazzjonali u reġjonali ta’ appoġġ għall-innovazzjoni.

Il-pilastru “Innovazzjoni Miftuħa” għandu jistabbilixxi sensiela ta’ miżuri għal appoġġ integrat għall-ħtiġijiet tal-innovaturi, tal-intraprendituri u l-intraprenditorija bl-għan tat-twettiq u t-tħaffif tal-innovazzjoni rivoluzzjonarja għat-tkabbir mgħaġġel tas-suq. Jenħtieġ li dan jattira kumpaniji innovattivi b’potenzjal ta’ espansjoni fuq livell internazzjonali kif ukoll fuq livell tal-Unjoni u joffri għotjiet veloċi, flessibbli u ta’ koinvestimenti, inkluż ma’ investituri privati u pubbliċi . Dawn l-objettivi jenħtieġjiġu segwiti permezz tal-ħolqien ta’ Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC). Dan il-Pilastru jenħtieġ jappoġġa wkoll l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u l-ekosistemi ta’ innovazzjoni lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej , b’mod partikolari permezz ta’ kofinanzjament ta’ sħubiji ma’ atturi nazzjonali u reġjonali ta’ appoġġ għall-innovazzjoni.

Raġuni

L-għanijiet tal-pilastru ta’ “Innovazzjoni Miftuħa” jeħtieġ jirriflettu aktar ċar t-tħassib tal-pubbliku, li mhux limitat biss għall-intraprendituri biss, kif ukoll jispjegaw il-possibbiltà li l-investituri pubbliċi jitqiesu bl-istess mod bħall-investituri privati.

Emenda 7

Żid test ġdid wara l-Artikolu 2(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

L-“ekosistemi reġjonali u ċ-ċentri ta’ innovazzjoni” jiġbru flimkien lill-atturi pubbliċi u privati tan-netwerks f’erba’ friegħi (l-universitajiet, l-industrija, l-awtoritajiet pubbliċi li jieħdu d-deċiżjonijiet, is-soċjetà ċivili), strutturati fuq livell reġjonali u lokali. Dawn l-atturi jikkoordinaw attivitajiet ta’ riċerka, ta’ innovazzjoni u taħriġ, u jaċċelleraw it-tixrid tar-riżultati bejniethom, it-trasferiment tal-għarfien, l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi ġodda u servizzi li joħolqu impjiegi permanenti, filwaqt li jistabbilixxu relazzjoni mill-qrib maċ-ċittadini u l-ħtiġijiet tagħhom fil-livell lokali, billi jġibu r-riżultati tar-riċerka u tal-innovazzjoni eqreb lejn is-soċjetà u s-suq;

Raġuni

Definizzjoni formali ta’ “ekosistemi reġjonali u ċentri ta’ innovazzjoni”, li tkopri r-realtajiet tal-bliet u r-reġjuni, hija meħtieġa biex tiżgura l-kunsiderazzjoni effettiva u r-rikonoxximent sħiħ fl-aspetti kollha tal-programm Orizzont fl-Ewropa.

Emenda 8

Artikolu 2(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(5)

“missjoni” tfisser portafoll ta’ azzjonijiet maħsuba biex jinkiseb għan li jista’ jitkejjel fi ħdan qafas ta’ żmien stipulat, u l-impatt fuq ix-xjenza u t-teknoloġija u/jew is-soċjetà u ċ-ċittadini li ma jistgħux jinkisbu permezz ta’ azzjonijiet individwali;

(5)

“missjoni” tfisser portafoll ta’ azzjonijiet maħsuba biex jinkiseb għan li jista’ jitkejjel fi ħdan qafas ta’ żmien stipulat, u l-impatt fuq ix-xjenza u t-teknoloġija u/jew is-soċjetà u ċ-ċittadini u t-territorju tagħhom li ma jistgħux jinkisbu permezz ta’ azzjonijiet individwali;

Emenda 9

Artikolu 3(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jwassal l-impatt xjentifiku, ekonomiku u soċjetali tal-investimenti tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni u li jsaħħaħ il-bażi xjentifika u teknoloġika tal-Unjoni u jrawwem il-kompetittività tagħha , inkluż fl-industrija tagħha, iwettaq il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni, u jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, inklużi l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jwassal l-impatt xjentifiku, ekonomiku, soċjetali u territorjali tal-investimenti tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni u li jsaħħaħ il-bażi xjentifika u teknoloġika tal-Unjoni u jrawwem il-kompetittività ta’ kull wieħed mill-Istati Membri tagħha u tar-reġjuni tagħhom , inkluż fl-industrija tagħhom, b’mod partikolari billi jikkontribwixxu għall-bini ta’ soċjetà tal-għarfien u tal-innovazzjoni, iwettaq il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni, u jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, inklużi l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

Emenda 10

Artikolu 3(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(b)

tisħiħ tal-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-iżvilupp, l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, u jappoġġa l-użu ta’ soluzzjonijiet innovattivi fl-industrija u s-soċjetà biex dawn jindirizzaw l-isfidi globali;

(b)

tisħiħ tal-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-iżvilupp, l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, u jappoġġa l-użu ta’ soluzzjonijiet innovattivi fl-industrija u s-soċjetà u t-tixrid tagħhom fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fir-reġjuni tagħhom biex dawn jindirizzaw l-isfidi lokali u globali;

Emenda 11

Artikolu 6(6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-implimentazzjoni tal-programm speċifiku għandha tkun ibbażata fuq ippjanar pluriennali strateġiku u trasparenti ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni, b’mod partikolari fil-każ tal-pilastru “Sfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali”, wara konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati dwar il-prijoritajiet u t-tipi ta’ azzjoni xierqa u l-forom ta’ implimentazzjoni li jridu jintużaw. Dan għandu jiżgura allinjament ma’ programmi oħra rilevanti tal-Unjoni.

L-implimentazzjoni tal-programm speċifiku għandha tkun ibbażata fuq ippjanar pluriennali strateġiku u trasparenti ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni, b’mod partikolari fil-każ tal-pilastru “Sfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali”, wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri, mal-Parlament Ewropew, mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, mal-partijiet ikkonċernati u mas-soċjetà ċivili dwar il-prijoritajiet u t-tipi ta’ azzjoni xierqa u l-forom ta’ implimentazzjoni li jridu jintużaw. Dan għandu jiżgura allinjament ma’ programmi oħra rilevanti tal-Unjoni u jqis il-prijoritajiet strateġiċi nazzjonali u ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti .

Raġuni

L-ippjanar strateġiku se jkun fil-qalba tal-governanza futura tal-programm, u għalhekk għandu jinkludi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u jqis l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti.

Emenda 12

Artikolu 6(9)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

9.   Il-Programm għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-iżgurar tal-bilanċ bejn is-sessi, soġġett għas-sitwazzjoni fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni kkonċernat, fil-panels ta’ evalwazzjoni u fil-korpi bħalma huma l-gruppi esperti.

9.   Il-Programm għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-iżgurar tal-bilanċ bejn is-sessi, soġġett għas-sitwazzjoni fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni kkonċernat, fil-panels ta’ evalwazzjoni u fil-korpi bħalma huma l-gruppi esperti.

B’konformità mal-Artikolu 349 tat-TFUE, jeħtieġ li l-Programm iqis il-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”, adottata mill-Kunsill fit-12 ta’ April 2018.

Raġuni

Il-Premessa 27 tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa tiddikjara b’mod espliċitu li huma ġustifikati miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi, u li l-programm irid iqis il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom: madankollu, fl-Artikoli m’hemm l-ebda referenza għar-reġjuni ultraperifierċi.

Emenda 13

Artikolu 7, paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   Il-missjonijiet għandhom:

3.   Missjonijiet

(a)

ikollhom valur miżjud tal-UE ċar u jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-prijoritajiet tal-Ewropa;

(a)

ikollhom valur miżjud tal-UE ċar u jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-prijoritajiet tal-Ewropa;

(b)

ikunu kuraġġużi u ta’ ispirazzjoni, u allura jkollhom rilevanza soċjali jew ekonomika;

b)

ikunu kuraġġużi u ta’ ispirazzjoni, u allura jkollhom rilevanza soċjali jew ekonomika;

(c)

jindikaw direzzjoni ċara u jkollhom miri, li jistgħu jitkejlu u marbutin biż-żmien;

(c)

jindikaw direzzjoni ċara u jkollhom miri, li jistgħu jitkejlu u marbutin biż-żmien;

(d)

ikunu ċċentrati fuq attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni ambizzjużi imma realistiċi;

(d)

ikunu ċċentrati fuq attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni ambizzjużi imma realistiċi;

(e)

iħeġġu l-attività madwar id-dixxiplini, is-setturi u l-atturi;

(e)

iħeġġu l-attività madwar id-dixxiplini, is-setturi u l-atturi;

(f)

ikunu miftuħa għal soluzzjonijiet multipli, minn isfel għal fuq.

(f)

ikunu miftuħa għal soluzzjonijiet multipli, minn isfel għal fuq;

 

(g)

jikkontribwixxu għat-tisħiħ taż-żona Ewropea tar-riċerka u għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti.

Emenda 14

Artikolu 8(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Partijiet minn Orizzont Ewropa jistgħu jitwettqu permezz ta’ Sħubijiet Ewropej. L-involviment tal-Unjoni fis-Sħubijiet Ewropej jista’ jkollu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

Id-diversi partijiet minn Orizzont Ewropa jistgħu jitwettqu permezz ta’ Sħubijiet Ewropej. L-involviment tal-Unjoni fis-Sħubijiet Ewropej jista’ jkollu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

Emenda 15

Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

4.     L-iżvilupp tal-missjonijiet għandu jiġi żgurat permezz ta’ proċess miftuħ u parteċipattiv, li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati kollha fil-livell lokali, reġjonali, Ewropew u globali.

Emenda 16

Artikolu 9(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(c)

EUR 13 500 000 000 għall-Pilastru III “Innovazzjoni Miftuħa” għall-perjodu 2021-2027, li minnhom

(c)

EUR 13 500 000 000 għall-Pilastru III “Innovazzjoni Miftuħa” għall-perjodu 2021-2027, li minnhom

 

(1)

EUR 10 500 000 000 għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni inklużi sa EUR 500 000 000 għall-Ekosistemi Ewropej tal-Innovazzjoni;

 

(1)

EUR 10 500 000 000 għal Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, inkluż EUR 500 000 000 għal Ekosistemi Ewropej għall-Innovazzjoni, b’EUR 1 500 000 000 aktar trasferiti mill-Pilastru II biex ikunu wżati f’l-prijoritajiet tematiċi tagħha . Mill-inqas EUR 1 000 000 000 ser ikunu allokati fil-forma ta’ kofinanzjament ta’ programmi konġunti ta’ appoġġ għall-SMEs, b’mod partikolari għal attivitajiet ta’ innovazzjoni inkrementali ;

 

(2)

EUR 3 000 000 000 għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT);

 

(2)

EUR 3 000 000 000 għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT);

Raġuni

L-appoġġ għal ekosistemi ta’ Innovazzjoni Ewropej se jkun jinvolvi ħafna l-ekosistemi reġjonali u ċ-ċentri ta’ innovazzjoni. It-total previst huwa kundizzjonali, u dan mhux aċċettabbli, u baxx wisq biex ikollu impatt sinifikanti b’mod ġenerali, aktar minn wieħed territorjali. It-tisħiħ tal-baġit iddedikat għal dawn l-attivitajiet jista’ jippermetti lir-reġjuni jsibu posthom fil-programm qafas futur filwaqt li jiżviluppaw strateġiji strutturali fuq żmien medju u fit-tul, li huma essenzjali biex tissaħħaħ il-kapaċità innovattiva tal-Unjoni.

Emenda 17

Artikolu 9(8)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri skont il-ġestjoni kondiviża u trasferibbli skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) xx/xx (… Ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni) jistgħu, fuq talba tagħhom, jiġu trasferiti fil-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c)(1) ta’ dak l-Artikolu. Meta jkun possibbli, dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

 

Raġuni

Trasferit għall-Artikolu 11.

Emenda 18

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

1.     Orizzont Ewropa għandu jiġi implimentat f’sinerġija mal-programmi l-oħrajn tal-Unjoni. Il-finanzjament komplementari u kkombinat mal-finanzjament ta’ Orizzont Ewropa għandu jiġi implimentat skont l-istess regoli applikati għal dan il-programm.

Fejn xieraq, jistgħu jiġu stabbiliti sejħiet konġunti ma’ programmi oħra tal-Unjoni, f’liema każ japplikaw ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ wieħed mill-programmi biss. Jekk dawn l-azzjonijiet jaqgħu taħt il-programm Orizzont Ewropa, ir-regoli tiegħu għandhom japplikaw għall-kontribuzzjonijiet kollha li jiffinanzjawhom.

L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni b’Siġill ta’ Eċċellenza, jew li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin:

2.    L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni b’Siġill ta’ Eċċellenza, jew li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin:

(a)

ġew evalwati f’sejħa għall-prosposti skont il-Programm;

(a)

ġew evalwati f’sejħa għall-prosposti skont il-Programm;

(b)

jikkonformu mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità ta’ dik is-sejħa għall-proposti;

(b)

jikkonformu mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità ta’ dik is-sejħa għall-proposti;

(c)

ma jistgħux jiġu ffinanzjati skont din is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji,

(c)

ma jistgħux jiġu ffinanzjati skont din is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji,

ma jistgħux jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew+ jew il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) xx/xx (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni) u l-Artikolu [8] jew ir-Regolament (UE) xx/xx (Finanzjament, ġestjoni u monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni), sakemm it-tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi appoġġ. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi appoġġ.)

ma jistgħux jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew+ jew il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) xx/xx (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni) u l-Artikolu [8] jew ir-Regolament (UE) xx/xx (Finanzjament, ġestjoni u monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni), sakemm it-tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi appoġġ.

 

3.     L-azzjonijiet li jitwettqu fil-kuntest tas-Sħubiji Ewropej imsemmija fl-Artikolu 8 jistgħu wkoll jirċievu kontribuzzjoni minn programmi oħrajn tal-Unjoni, mill-Istati Membri tagħha u mill-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom, f’liema każ għandhom japplikaw ir-regoli ta’ parteċipazzjoni ta’ wieħed mill-programmi biss. Jekk dawn l-azzjonijiet jaqgħu taħt il-programm Orizzont Ewropa, ir-regoli tiegħu jistgħu japplikaw għall-kontribuzzjonijiet kollha li jiffinanzjawhom, soġġett għar-regoli dwar il-qafas Komunitarju dwar l-għajnuna mill-Istat.

 

4.     Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri skont il-ġestjoni kondiviża u trasferibbli skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) xx/xx (Ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni) jistgħu, fuq talba tal-awtorità ta’ ġestjoni,

(a)

jiġu trasferiti fl-Orizzont Ewropa. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c)(1) ta’ dak l-Artikolu. Dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju taż-żona ġeografika korrispondenti għall-awtorità ta’ ġestjoni kkonċernata, f’konformità mal-Artikoli 18(7) u 19(1), it-tieni subparagrafu.

(b)

jitqiesu trasferiti għall-Orizzont Ewropa meta dawn jiġu allokati direttament mill-awtorità ta’ ġestjoni għal programm konġunt kofinanzjat mill-Orizzont Ewropa. L-għotjiet imħallsa lil partijiet terzi minn programm konġunt li jiġu kofinanzjati jistgħu jsiru skont ir-regoli tal-Orizzont, soġġett għar-regoli dwar il-qafas Komunitarju dwar l-għajnuna mill-Istat.

Raġuni

Id-dibattitu twil dwar is-sinerġiji jeħtieġ jiġi konkluż f’arranġament ċar u komplet li jippermetti l-iffinanzjar ikkombinat, lil hinn mill-kisba tat-tikketta għall-eċċellenza, u l-mobilizzazzjoni sħiħa tal-potenzjal tas-sħubijiet Ewropej. Iżda din is-sistema jeħtieġ tkun flessibbli, u tippermetti lir-reġjuni jirreaġixxu u jadattaw malajr għall-inizjattivi u l-iżviluppi tal-ekosistema Ewropea. Din l-emenda tilħaq l-iskop tagħha billi tippermetti lill-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni jagħmlu trasferiment virtwali permezz ta’ allokazzjoni diretta għal programm kofinanzjat mill-Programm Qafas. B’dan il-mod huma se jkun jiddeċiedu li jipparteċipaw mingħajr programmazzjoni minn qabel u mingħajr ma jsir trasferiment.

Emenda 19

Artikolu 20(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-programm ta’ ħidma għandu jispeċifika s-sejħiet li għalihom se jingħataw “Siġilli ta’ Eċċellenza”. B’awtorizzazzjoni minn qabel mill-applikant, l-informazzjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni u l-evalwazzjoni jistgħu jiġu kondiviżi ma’ awtoritajiet finanzjarji interessati, soġġett għall-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ kunfidenzjalità.

Il-programm ta’ ħidma għandu jispeċifika s-sejħiet li għalihom se jingħataw “Siġilli ta’ Eċċellenza”. L-għoti tas-“Siġill ta’ Eċċellenza” huwa soġġett għall-ftehim minn qabel mill-applikant li jingħata aċċess għall-informazzjoni dwar l-applikazzjoni u l-evalwazzjoni lill- awtoritajiet finanzjarji interessati, soġġett għall-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ konfidenzjalità.

Emenda 20

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni skont il-Programm, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkunux ikopru l-istess kostijiet. Ir-regoli ta’ kull programm kontribwenti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu fl-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ ta’ programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi proratarja skont id-dokumenti li jistipulaw il-kundizzjonijiet tal-appoġġ.

Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni skont il-Programm, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkunux ikopru l-istess kostijiet.

 

Fl-ipoteżi fejn dawn il-kontribuzzjonijiet huma allokati b’mod konġunt biex ikopru l-istess attivitajiet u l-ispejjeż relatati tagħhom,

(a)

Din l-azzjoni għandha tiġi implimentata skont l-istess sett ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u eliġibbiltà.

Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ ta’ programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi proratarja skont id-dokumenti li jistipulaw il-kundizzjonijiet tal-appoġġ.

(b)

l-azzjoni tkun implimentata taħt ir-regoli tal-programm li jħallas il-kontribuzzjoni ewlenija, soġġett għar-regoli dwar il-qafas Komunitarju dwar l-għajnuna mill-Istat fil-każ imsemmi fl-Artikolu 11(4)(b).

Emenda 21

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Rata unika ta’ finanzjament għal kull azzjoni għandha tapplika għall-attivitajiet kollha li tiffinanzja. Ir-rata massima għandha tiġi stabbilita fil-programm ta’ ħidma.

1.   Rata unika ta’ finanzjament għal kull azzjoni għandha tapplika għall-attivitajiet kollha li tiffinanzja. Ir-rata massima għandha tiġi stabbilita fil-programm ta’ ħidma.

2.   Il-programm jista’ jirrimborża sa 100 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-azzjoni, ħlief għal:

2.   Il-programm jista’ jirrimborża sa 100 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-azzjoni, ħlief għal:

(a)

azzjonijiet ta’ innovazzjoni: sa 70 % tal-ispejjeż eliġibbli totali għal entitajiet ġuridiċi mingħajr skop ta’ qligħ, ħlief meta l-Programm jista’ jirrimborża sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli totali;

(a)

azzjonijiet ta’ innovazzjoni: sa 70 % tal-ispejjeż eliġibbli totali għal entitajiet ġuridiċi mingħajr skop ta’ qligħ, ħlief meta l-Programm jista’ jirrimborża sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli totali;

(b)

azzjonijiet ta’ kofinanzjamant ta’ programm: mill-inqas 30 % tal-ispejjeż totali eliġibbli, u f’każijiet identifikati u ġġustifikati kif meħtieġ sa 70 %.

(b)

azzjonijiet ta’ kofinanzjamant ta’ programm: mill-inqas 50 % tal-ispejjeż totali eliġibbli, u f’każijiet identifikati u ġġustifikati kif meħtieġ sa 70 %.

3.   Ir-rati ta’ finanzjament determinati f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll fil-każ ta’ azzjonijiet fejn il-finanzjament ikun iffissat b’rata fissa, fuq skala ta’ kostijiet unitarji jew bħala somma f’daqqa għall-azzjoni sħiħa jew għal parti minnha.

3.   Ir-rati ta’ finanzjament determinati f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll fil-każ ta’ azzjonijiet fejn il-finanzjament ikun iffissat b’rata fissa, fuq skala ta’ kostijiet unitarji jew bħala somma f’daqqa għall-azzjoni sħiħa jew għal parti minnha.

Raġuni

Koerenza ma’ prinċipju ta’ kofinanzjament.

Emenda 22

Artikolu 43(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-benefiċjarju tal-Aċċelleratur tal-EIC għandu jkun entità ġuridika li tikkwalifika bħala negozju ġdid, SME jew kumpanija b’kapitalizzazzjoni medja, stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat. Il-proposta tista’ tiġi sottomessa mill-benefiċjarju, jew minn persuna naturali jew entità legali waħda jew aktar li għandhom l-intenzjoni li jistabbilixxu jew jappoġġjaw lil dak il-benefiċjarju.

1.   Il-benefiċjarju tal-Aċċelleratur tal-EIC għandu jkun entità ġuridika li tikkwalifika bħala negozju ġdid, SME jew kumpanija b’kapitalizzazzjoni medja, stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat. Il-proposta tista’ tiġi sottomessa mill-benefiċjarju, jew minn persuna naturali jew entità legali waħda jew aktar li għandhom l-intenzjoni li jistabbilixxu jew jappoġġjaw lil dak il-benefiċjarju.

2.   Id-deċiżjoni tal-għotja unika għandha tkopri u tipprovdi finanzjament għal kull forma ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni prevista skont finanzjament imħallat tal-EIC.

2.   Id-deċiżjoni tal-għotja unika għandha tkopri u tipprovdi finanzjament għal kull forma ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni prevista skont finanzjament imħallat tal-EIC.

3.   Il-proposti għandhom jiġu evalwati fuq il-mertu individwali tagħhom minn esperti indipendenti u magħżula fil-kuntest ta’ programm ta’ sejħa miftuħa b’dati ta’ skadenza, ibbażata fuq l-Artikoli minn 24 sa 26, soġġett għall-paragrafu 4.

3.   Il-proposti għandhom jiġu evalwati fuq il-mertu individwali tagħhom minn esperti indipendenti u magħżula fil-kuntest ta’ programm ta’ sejħa miftuħa b’dati ta’ skadenza, ibbażata fuq l-Artikoli minn 24 sa 26, soġġett għall-paragrafu 4.

4.   Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu:

l-eċċellenza;

l-impatt;

il-livell tar-riskju tal-azzjoni u l-ħtieġa għall-appoġġ tal-Unjoni.

4.   Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu:

l-eċċellenza;

l-impatt;

il-livell tar-riskju tal-azzjoni, il-kwalità tal-akkumpanjament nazzjonali, reġjonali u lokali, u l-ħtieġa għall-appoġġ tal-Unjoni.

Raġuni

Anki jekk l-intrapriżi li jibbenefikaw mill-aċċeleratur jeħtieġ jimmiraw għal suq usa’, is-suċċess tagħhom jiddependi mhux biss fuq l-istruttura finanzjarja iżda wkoll fuq l-appoġġ lilhom fi ħdan ekosistema favorevoli fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali.

Emenda 23

Anness I — “Il-Linji prinċipali tal-attivitajiet”, parti (3), punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(b)

l-ekosistemi tal-innovazzjoni Ewropea;

Oqsma ta’ intervent: Il-konnessjoni ma’ atturi reġjonali u nazzjonali ta’ innovazzjoni u l-appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi konġunti ta’ innovazzjoni transfruntiera mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati, mit-tisħiħ tal-ħiliet personali għall-innovazzjoni għal azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, u biex tiżdied l-effikaċja tas-sistema Ewropea ta’ innovazzjoni. Dan ser jikkomplimenta l-appoġġ tal-FEŻR għal ekosistemi tal-innovazzjoni u sħubiji interreġjonali madwar temi ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti.

(b)

l-ekosistemi tal-innovazzjoni Ewropea;

Oqsma ta’ intervent: Il-konnessjoni ma’ atturi reġjonali u nazzjonali ta’ innovazzjoni u l-appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi konġunti ta’ innovazzjoni transfruntiera, mill-atturi tal-ekosistemi reġjonali u miċ-ċentri ta’ innovazzjoni, mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati; dawn il-programmi jistgħu jvarjaw mit-tisħiħ tal-ħiliet personali għall-innovazzjoni għal azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, u biex tiżdied l-effikaċja tas-sistema Ewropea ta’ innovazzjoni. Dan ser jikkomplimenta l-appoġġ tal-FEŻR għal ekosistemi tal-innovazzjoni u sħubiji interreġjonali madwar temi ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti. Dan ser jikkomplimenta l-appoġġ tal-FEŻR għal ekosistemi tal-innovazzjoni u sħubiji interreġjonali madwar temi ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti.

Raġuni

Indispensabbli għall-finanzjament ta’ proġetti transreġjonali.

Emenda 24

Anness II — “It-Tipi ta’ Azzjonijiet”, is-6 inċiż

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Azzjoni ta’ kofinanzjament tal-programm: azzjoni biex tipprovdi kofinanzjament lil programm ta’ attivitajiet stabbiliti u/jew implimentati minn entitajiet li jimmaniġġjaw u/jew jiffinanzjaw programmi ta’ riċerka u innovazzjoni, apparti mill-korpi ta’ finanzjament tal-Unjoni. Programm ta’ attivitajiet bħal dan jista’ jappoġġa n-netwerking u l-koordinazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-azzjonijiet pilota, u l-azzjonijiet ta’ innovazzjoni u skjerament fis-suq, l-azzjoni ta’ taħriġ u ta’ mobbiltà, il-qawmien ta’ sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni, tixrid u l-isfruttament, jew tagħqida tagħhom, implimentati b’mod dirett minn dawk l-entitajiet jew minn partijiet terzi li lilhom jistgħu jipprovdu xi appoġġ finanzjarju rilevanti bħalma huma għotjiet, premjijiet, akkwist, kif ukoll finanzjament imħallat ta’ Orizzont Ewropa;

Azzjoni ta’ kofinanzjament tal-programm: azzjoni biex tipprovdi kofinanzjament lil programm ta’ attivitajiet stabbiliti u/jew implimentati minn entitajiet li jimmaniġġjaw u/jew jiffinanzjaw programmi ta’ riċerka u innovazzjoni, apparti mill-korpi ta’ finanzjament tal-Unjoni. L-azzjonijiet ta’ dan it-tip jistgħu jappoġġjaw b’mod partikolari l-programmi ta’ attività tal-ekosistemi reġjonali u taċ-ċentri ta’ innovazzjoni u l-kooperazzjoni bejniethom. Programm ta’ attivitajiet bħal dan jista’ jappoġġa n-netwerking u l-koordinazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-azzjonijiet pilota, u l-azzjonijiet ta’ innovazzjoni u skjerament fis-suq, l-azzjoni ta’ taħriġ u ta’ mobbiltà, il-qawmien ta’ sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni, tixrid u l-isfruttament, jew tagħqida tagħhom, implimentati b’mod dirett minn dawk l-entitajiet jew minn partijiet terzi li lilhom jistgħu jipprovdu xi appoġġ finanzjarju rilevanti bħalma huma għotjiet, premjijiet, akkwist, kif ukoll finanzjament imħallat ta’ Orizzont Ewropa;

Raġuni

Indispensabbli għall-finanzjament ta’ proġetti transreġjonali.

Emenda 25

Anness III — “Sħubiji”, parti 1), punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(a)

Evidenza li s-Sħubija Ewropea hija aktar effettiva biex jinkisbu l-għanijiet relatati tal-Programm, b’mod partikolari biex jinkisbu impatti ċari għall-UE u ċ-ċittadini tagħha, b’mod notevoli fid-dawl li jkun hemm riżultati fuq l-isfidi globali u l-għanijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li jiġu żgurati l-kompetittività u l-kontribuzzjoni fit-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-impenji internazzjonali;

(a)

Evidenza li s-Sħubija Ewropea hija partikolarment effettiva biex jinkisbu l-għanijiet relatati tal-Programm, b’mod partikolari biex jinkisbu impatti ċari għall-UE u ċ-ċittadini tagħha, b’mod notevoli fid-dawl li jkun hemm riżultati fuq l-isfidi globali u l-għanijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li jiġu żgurati l-kompetittività u l-kontribuzzjoni fit-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-impenji internazzjonali;

Raġuni

Il-formulazzjoni attwali hija ristrettiva ħafna u hemm riskju li tillimita b’mod qawwi l-ambitu tas-sħubijiet Ewropej.

Emenda 26

Anness IV — “Sinerġiji ma’ programmi oħra”, paragrafu 4, punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

4.

Is-sinerġiji mal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) ser jiżguraw li:

(a)

il-FSE + jista’ jintegra u jespandi l-kurrikuli innovattivi appoġġati mill-Programm, permezz ta’ programmi nazzjonali jew reġjonali, sabiex jattrezzaw lin-nies bil-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-impjiegi tal-futur;

4.

Is-sinerġiji mal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) ser jiżguraw li:

(a)

il-FSE + jista’ jintegra u jespandi l-kurrikuli innovattivi appoġġati mill-Programm, permezz ta’ programmi nazzjonali jew reġjonali jew transreġjonali , sabiex jattrezzaw lin-nies bil-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-impjiegi tal-futur;

Emenda 27

Anness IV — “Sinerġiji ma’ programmi oħra”, paragrafu 6, punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

6.

Is-sinerġiji mal-Programm Ewropa Diġitali (DEP) ser jiżguraw li:

6.

Is-sinerġiji mal-Programm Ewropa Diġitali (DEP) ser jiżguraw li:

 

(a)

peress li diversi oqsma tematiċi indirizzati mill-Programm u mid-DEP jikkonverġu, it-tip ta’ azzjonijiet li jridu jiġu appoġġati, l-outputs mistennija tagħhom u l-loġika ta’ intervent tagħhom huma differenti u komplimentari;

 

(a)

peress li diversi oqsma tematiċi indirizzati mill-Programm u mid-DEP jikkonverġu, it-tip ta’ azzjonijiet li jridu jiġu appoġġati, l-outputs mistennija tagħhom u l-loġika ta’ intervent tagħhom huma differenti u komplimentari;

 

(b)

il-bżonnijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni marbutin mal-aspetti diġitali jiġu identifikati u stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi tar-riċerka u l-innovazzjoni; dan jinkludi r-riċerka u l-innovazzjoni għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà, li jgħaqqdu t-teknoloġiji diġitali ma’ teknoloġiji oħra ta’ sostenn u innovazzjonijiet mhux teknoloġiċi; appoġġ għall-espansjoni tal-kumpaniji li jintroduċu innovazzonijiet rivoluzzjonarji (ħafna minnhom ser jgħaqqdu t-teknolġiġiji diġitali mat-teknoloġiji fiżiċi; l-integrazzjoni tad-diġitali fil-pilastru kollu “Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali”; u l-appoġġ għall-infrastrutturi diġitali ta’ riċerka;

 

(b)

il-bżonnijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni marbutin mal-aspetti diġitali jiġu identifikati u stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi tar-riċerka u l-innovazzjoni; dan jinkludi r-riċerka u l-innovazzjoni għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà, li jgħaqqdu t-teknoloġiji diġitali ma’ teknoloġiji oħra ta’ sostenn u innovazzjonijiet mhux teknoloġiċi; appoġġ għall-espansjoni tal-kumpaniji li jintroduċu innovazzonijiet rivoluzzjonarji (ħafna minnhom ser jgħaqqdu t-teknoloġiji diġitali mat-teknoloġiji fiżiċi); l-integrazzjoni tad-diġitali fil-pilastru kollu “Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali”; l-assistenza liċ-ċentri ta’ innovazzjoni diġitali u l-appoġġ għall-infrastrutturi diġitali ta’ riċerka;

Emenda 28

Jiżdied paragrafu ġdid fl-aħħar tal-Anness V— “Indikaturi ewlenin tad-direzzjoni tal-impatt”, paġna 17

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

L-indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt fuq it-territorji

Il-programm hu mistenni li jkollu impatt fuq l-iżvilupp u t-trasformazzjoni ekonomika fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, billi jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-bażi teknoloġika tal-UE u għall-kompetittività tagħha.

(ara t-tabella ta’ hawn taħt li tifforma parti integrali minn din l-emenda)


Lejn impatt territorjali

Terminu ta’ żmien qasir

Terminu ta’ żmien medju

Terminu ta’ żmien twil

Il-kontribuzzjoni għat-tkabbir u t-trasformazzjoni ekonomika tat-territorji

Sinerġiji bejn il-Finanzjamenti

L-ammont tal-kofinanzjamenti pubbliċi u privati mobilizzati fil-kuntest ta’ proġetti taħt l-FP, qabel, waqt u wara l-implimentazzjoni tiegħu

Kontribuzzjoni għall-prijoritajiet strateġiċi

Il-proporzjon ta’ proġetti taħt l-FP li jikkontribwixxu għall-ispeċjalizzazzjonijiet intelliġenti fil-livell reġjonali u nazzjonali

Kontribuzzjoni għat-tkabbir u t-trasformazzjoni ekonomika

Il-ħolqien ta’ intrapriżi u t-tkabbir tal-ishma mis-suq fl-oqsma ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tal-ekosistemi

It-tixrid u l-penetrazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fit-territorji u permezz tagħhom għall-benefiċċju taċ-ċittadini

Adozzjoni

Il-proporzjon tar-riċerka u l-innovazzjoni li jirriżulta mill-FP adottat mill-atturi tat-territorju, b’mod partikolari fis-settur pubbliku

Użu

L-għadd ta’ innovazzjonijiet użati skambjati mas-sħab kollha fit-territorji kkonċernati, bl-għajnuna tas-settur pubbliku

Replikazzjoni

Il-penetrazzjoni u t-tixrid tal-innovazzjonijiet lejn territorji oħrajn

L-appoġġ għall-iżvilupp u l-investiment f’netwerks ta’ eċċellenza u ċentri ta’ innovazzjoni

Kollaborazzjoni bejn l-ekosistemi reġjonali u ċ-ċentri ta’ innovazzjoni u ż-żoni ta’ eċċellenza fl-UE kollha

L-għadd ta’ proġetti jew il-proporzjon ta’ proġetti ffinanzjati mill-FP li rriżultaw f’kollaborazzjonijiet ulterjuri bejn entitajiet minn territorji differenti u atturi f’dawn il-kategoriji

L-iżvilupp tal-ekosistemi reġjonali u ċ-ċentri ta’ innovazzjoni

L-istima tal-effetti tal-kollaborazzjonijiet li nħolqu mir-riżultati ffinanzjati mill-FP fuq l-iżvilupp tal-ekosistemi reġjonali u taċ-ċentri ta’ innovazzjoni

Kontribuzzjoni għat-tnaqqis tad-diskrepanza ta’ innovazzjoni

Stima tal-effetti kumulattivi tar-riżultati ffinanzjati mill-FP fit-tnaqqis tad-diskrepanza fl-innovazzjoni fl-UE

Raġuni

Referenza espliċita għall-indikaturi tal-impatt territorjali fost l-indikaturi l-oħra tal-indikaturi tal-impatt ewlenin proposti mill-Kummissjoni. Il-proposta hija konformi mal-abbozzar (titolu, test ta’ spjegazzjoni u tabella) tat-test tal-Anness V kif propost mill-Kummissjoni.

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

(COM(2018) 436 final — 2018/00224 (COD))

Emenda 29

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Billi jirriflettu l-kontribuzzjoni importanti li r-riċerka u l-innovazzjoni jenħtieġ li jagħmlu biex jindirizzaw l-isfidi fl-ikel, l-agrikoltura, l-iżvilupp rurali u l-bijoekonomija, u biex jisfruttaw l-opportunitajiet korrispondenti tar-riċerka u l-innovazzjoni b’sinerġija mill-qirb mal-Politika Agrikola Komuni, l-azzjonijiet rilevanti skont il-Programm Speċifiku se jiġu appoġġati minn EUR 10 biljun għar-raggruppament “Ikel u Riżorsi Naturali” għall-perjodu 2021-2027.

Billi jirriflettu l-kontribuzzjoni importanti li r-riċerka u l-innovazzjoni jenħtieġ li jagħmlu biex jindirizzaw l-isfidi fl-ikel, l-agrikoltura, l-iżvilupp rurali, il-baħar, is-sajd u l-bijoekonomija, u biex jisfruttaw l-opportunitajiet korrispondenti tar-riċerka u l-innovazzjoni b’sinerġija mill-qirb mal-Politika Agrikola Komuni, il-Politika Marittima Integrata u l-Politika Komuni tas-Sajd, l-azzjonijiet rilevanti skont il-Programm Speċifiku se jiġu appoġġati minn EUR 10 biljun għar-raggruppament “Ikel u Riżorsi Naturali” għall-perjodu 2021-2027.

Raġuni

L-ibħra u s-sajd huma setturi kruċjali għall-UE: għalhekk huwa kruċjali li ssir referenza għal dawn is-setturi.

Emenda 30

Premessa ġdida (7a)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(7a)

Fid-dawl tal-isfidi ewlenin li joħolqu l-kwistjonijiet marittimi għall-impjiegi (ekonomija blu), għall-kwalità tal-ambjent u għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, dawn il-kwistjonijiet se jkunu prijorità trasversali għall-programm li se tiġi mmonitorjata b’mod speċifiku u tingħata għan għall-mobilizzazzjoni tal-programm fil-qafas tal-ipprogrammar strateġiku.

Emenda 31

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Programm Speċifiku għandu l-għanijiet operattivi li ġejjin:

Il-Programm Speċifiku għandu l-għanijiet operattivi li ġejjin:

(a)

rinforz u tifrix tal-eċċellenza;

(a)

rinforz u tifrix tal-eċċellenza;

(b)

żieda fil-kollaborazzjoni fost is-setturi u d-dixxiplini;

(b)

żieda fil-kollaborazzjoni fost is-setturi u d-dixxiplini;

(c)

konnessjoni u żvilupp tal-infrastrutturi tar-riċerka madwar iż-żona tar-riċerka Ewropea;

(c)

konnessjoni u żvilupp tal-infrastrutturi tar-riċerka madwar iż-żona tar-riċerka Ewropea;

(d)

tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali;

(d)

tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali;

(e)

attrazzjoni, taħriġ u żamma tar-riċerkaturi u l-innovaturi fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka, inkluż permezz tal-mobbiltà tar-riċerkaturi;

(e)

attrazzjoni, taħriġ u żamma tar-riċerkaturi u l-innovaturi fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka, inkluż permezz tal-mobbiltà tar-riċerkaturi;

(f)

trawwim tax-xjenza miftuħa u żgurar tal-viżibbiltà għall-pubbliku u l-aċċess miftuħ għar-riżultati;

(f)

trawwim tax-xjenza miftuħa u żgurar tal-viżibbiltà għall-pubbliku u l-aċċess miftuħ għar-riżultati;

(g)

disseminazzjoni u sfruttament attivi tar-riżultati, b’mod partikolari għall-iżvilupp ta’ politika;

(g)

disseminazzjoni u sfruttament attivi tar-riżultati, b’mod partikolari għall-iżvilupp ta’ politika;

(h)

appoġġ għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni;

(h)

appoġġ għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni;

 

(ha)

twessigħ tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u tal-kompetittività tal-ekosistemi reġjonali u taċ-ċentri ta’ innovazzjoni;

(i)

rinforz tar-rabta bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni u politiki oħrajn, inkluż l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli;

(i)

rinforz tar-rabta bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni u politiki oħrajn, inkluż l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli;

(j)

kisba tar-riżultati, permezz tal-missjonijiet tar-R&I, għall-miri ambizzjużi ffissati fi skeda ta’ żmien fissa;

(j)

kisba tar-riżultati, permezz tal-missjonijiet tar-R&I, għall-miri ambizzjużi ffissati fi skeda ta’ żmien fissa;

(k)

involviment taċ-ċittadini u tal-utenti aħħarin fil-proċessi tal-kodisinn u tal-koħolqien;

(k)

involviment taċ-ċittadini u tal-utenti aħħarin fil-proċessi tal-kodisinn u tal-koħolqien;

(l)

titjib tal-komunikazzjoni tax-xjenza;

(l)

titjib tal-komunikazzjoni tax-xjenza;

(m)

aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni industrijali;

(m)

aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni industrijali u b’mod partikolari it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-industrija, filwaqt li jiġu żviluppati impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità għolja ;

Raġuni

L-għanijiet operattivi tal-programm qafas jeħtieġ jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti fl-Istati Membri tal-UE u r-reġjuni tagħhom, li huma komponent ewlieni tal-appoġġ tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni (COM(2018) 306 final).

Emenda 32

Artikolu 5(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għal kull missjoni, jista’ jiġi stabbilit bord ta’ missjoni. Għandu jkun magħmul minn madwar 15-il individwu ta’ livell għoli inkluż rappreżentati tal-utenti aħħarin rilevanti. Il-bord ta’ missjoni għandu jagħti pariri dwar li ġej:

Għal kull missjoni, jista’ jiġi stabbilit bord ta’ missjoni. Għandu jkun magħmul minn madwar 15-il individwu ta’ livell għoli inkluż rappreżentati tal-utenti aħħarin u  atturi pubbliċi u privati rilevanti . Il-bord ta’ missjoni għandu jagħti pariri dwar li ġej:

(a)

il-kontenut tal-programmi ta’ ħidma u tar-reviżjoni tagħhom kif meħtieġ għall-kisba tal-għanijiet tal-missjoni, fil-kodisinn mal-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku fejn rilevanti ;

(a)

il-kontenut tal-programmi ta’ ħidma u tar-reviżjoni tagħhom kif meħtieġ għall-kisba tal-għanijiet tal-missjoni, fil-kodisinn mal-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri li jieħdu d-deċiżjonijiet, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, mal-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku;

Emenda 33

Artikolu 10(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Bord tal-EIC jista’ fuq talba jindirizza r-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar:

Il-Bord tal-EIC jista’ fuq talba jindirizza r-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar:

(a)

kwalunkwe kwistjoni li minn perspettiva tal-innovazzjoni tista’ ttejjeb u trawwem ekosistemi tal-innovazzjoni madwar l-Ewropa, il-kisbiet u l-impatt tal-għanijiet tal-komponent EIC u l-kapaċità ta’ kumpaniji innovattivi biex joħorġu bis-soluzzjonijiet tagħhom;

(a)

kwalunkwe kwistjoni li minn perspettiva tal-innovazzjoni tista’ ttejjeb u trawwem ekosistemi tal-innovazzjoni madwar l-Ewropa, u b’mod partikolari l-kooperazzjoni bejn l-ekosistemi reġjonali u ċ-ċentri ta’ innovazzjoni, il-kisbiet u l-impatt tal-għanijiet tal-komponent EIC u l-kapaċità ta’ kumpaniji innovattivi biex joħorġu bis-soluzzjonijiet tagħhom;

Emenda 34

Artikolu 10, paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Bord tal-EIC għandu jkun magħmul minn 15 sa 20 individwu ta’ livell għoli magħżula minn partijiet diversi tal-ekosistema tal-innovazzjoni tal-Ewropa , inkluż imprendituri, mexxejja korporattivi, investituri u riċerkaturi. Għandu jikkontribwixxi għal azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni, fejn il-membri tal-Bord tal-EIC jistinkaw biex itejbu l-prestiġju tal-isem EIC.

3.    Il-Bord tal-EIC għandu jkun magħmul minn 15 sa 20 individwu ta’ livell għoli magħżula minn partijiet diversi tal-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali, nazzjonali u Ewropej, inkluż imprendituri, mexxejja korporattivi, investituri u riċerkaturi. Għandu jikkontribwixxi għal azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni, fejn il-membri tal-Bord tal-EIC jistinkaw biex itejbu l-prestiġju tal-isem EIC.

Emenda 35

Artikolu 10(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Bord tal-EIC għandu jkollu President li għandu jinħatar mill-Kummissjoni b’segwitu għal proċess trasparenti ta’ reklutaġġ. Il-President għandu jkun persuna pubblika ta’ profil għoli marbuta mad-dinja tal-innovazzjoni.

Il-Bord tal-EIC għandu jkollu President li għandu jinħatar mill-Kummissjoni b’segwitu għal proċess trasparenti ta’ reklutaġġ. Il-President għandu jkun persuna pubblika ta’ profil għoli marbuta mad-dinja tal-innovazzjoni.

Il-President għandu jinħatar għal mandat limitat għal erba’ snin, li jista’ jiġġedded darba.

Il-President għandu jippresjedi l-Bord tal-EIC, jipprepara l-laqgħat tiegħu, jassenja l-kompiti lill-membri, u jista’ jistabbilixxi sottogruppi dedikati, b’mod partikolari biex jidentifikaw xejriet emerġenti tat-teknoloġija mill-portafoll tal-EIC. Huwa jew hija għandhom jippromwovu l-EIC, jaġixxu ta’ interlokutur mal-Kummissjoni u jirrappreżentaw l-EIC fid-dinja tal-innovazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ tipprevedi għal appoġġ amministrattiv għall-President biex jaqdi/taqdi dmirijietu/ha.

Il-President għandu jinħatar għal mandat limitat għal erba’ snin, li jista’ jiġġedded darba.

Il-President għandu jippresjedi l-Bord tal-EIC, jipprepara l-laqgħat tiegħu, jassenja l-kompiti lill-membri, u jista’ jistabbilixxi sottogruppi dedikati, b’mod partikolari biex jidentifikaw xejriet emerġenti tat-teknoloġija mill-portafoll tal-EIC , u billi jinvolvi mill-qrib lill-aġenziji reġjonali u nazzjonali responsabbli mill-innovazzjoni . Huwa jew hija għandhom jippromwovu l-EIC, jaġixxu ta’ interlokutur mal-Kummissjoni u jirrappreżentaw l-EIC fid-dinja tal-innovazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ tipprevedi għal appoġġ amministrattiv għall-President biex jaqdi/taqdi dmirijietu/ha.

Emenda 36

Punt 1.4.4 tad-Dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Parti I, Punt 1.4.4 Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (paġna 20 tal-COM(2018) 436)

Orizzont Ewropa huwa mfassal biex jiġi implimentat filwaqt li jippermetti sinerġiji ma’ programmi ta’ finanzjament oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari permezz ta’ arranġamenti għal finanzjament kumplementari mill-programmi tal-UE fejn il-modalitajiet ta’ ġestjoni jippermettu; bħala sekwenza, jew b’mod ta’ sostituzzjoni, jew permezz tal-kombinazzjoni tal-fondi inkluż il-finanzjament konġunt tal-azzjonijiet.

Parti I, Punt 1.4.4 Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (paġna 20 tal-COM(2018) 436)

Orizzont Ewropa huwa mfassal biex jiġi implimentat filwaqt li jippermetti sinerġiji ma’ programmi ta’ finanzjament oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari permezz ta’ arranġamenti għal finanzjament kumplementari mill-programmi tal-UE fejn il-modalitajiet ta’ ġestjoni jippermettu; bħala sekwenza, jew b’mod ta’ sostituzzjoni, jew permezz tal-kombinazzjoni tal-fondi inkluż il-finanzjament konġunt tal-azzjonijiet.

Lista mhux eżawrjenti ta’ tali arranġamenti u programmi ta’ finanzjament inkluż sinerġiji mal-programmi li ġejjin:

Lista mhux eżawrjenti ta’ tali arranġamenti u programmi ta’ finanzjament inkluż sinerġiji mal-programmi li ġejjin:

Politika Agrikola Komuni (PAK)

Politika Agrikola Komuni (PAK)

Politika Marittima Integrata

Politika Komuni tas-Sajd,

Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u għas-Sajd

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)

Fond Soċjali Ewropew (FSE)

Fond Soċjali Ewropew (FSE)

Programm tas-Suq Uniku

Programm tas-Suq Uniku

Programm Spazjali Ewropew

Programm Spazjali Ewropew

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE)

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE)

Programm Ewropa Diġitali (DEP)

Programm Ewropa Diġitali (DEP)

Programm Erasmus

Programm Erasmus

Strument Estern

Strument Estern

Fond InvestEU

Fond InvestEU

Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

Emenda 37

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, l-ewwel parti “Ippjanar Strateġiku”, il-paragrafi 3 u 4 (paġni 1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Se jinkludi konsultazzjonijiet u skambji estensivi mal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew kif xieraq, u ma’ diversi partijiet ikkonċernati dwar il-prijoritajiet, inkluż il-missjonijiet, skont il-pilastru “Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali”, u t-tipi adattati ta’ azzjoni fl-użu, b’mod partikolari sħubiji Ewropej.

Se jinkludi konsultazzjonijiet u skambji estensivi mal-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom, b’mod partikolari r-reġjuni ultraperiferiċi , il-Parlament Ewropew kif xieraq, u ma’ diversi partijiet ikkonċernati dwar il-prijoritajiet, inkluż il-missjonijiet, skont il-pilastru “Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali”, u t-tipi adattati ta’ azzjoni fl-użu, b’mod partikolari sħubiji Ewropej.

Abbażi ta’ tali konsultazzjonijiet estensivi, l-Ippjanar Strateġiku se jidentifika l-għanijiet komuni u l-oqsma komuni għal attivitajiet bħall-oqsma ta’ sħubija (il-bażi ġuridika proposta tistabbilixxi biss l-istrumenti u l-kriterji li se jiggwidaw l-użu tagħhom) u l-oqsma ta’ missjoni.

Abbażi ta’ tali konsultazzjonijiet estensivi, l-Ippjanar Strateġiku se jidentifika l-għanijiet komuni u l-oqsma komuni għal attivitajiet bħall-oqsma ta’ sħubija (il-bażi ġuridika proposta tistabbilixxi biss l-istrumenti u l-kriterji li se jiggwidaw l-użu tagħhom) u l-oqsma ta’ missjoni.

L-Ippjanar Strateġiku se jgħinu fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ politika għall-oqsma rilevanti koperti, fil-livell tal-UE, kif ukoll jikkumplimenta l-politika u l-approċċi ta’ politika fl-Istati Membri. Il-prijoritajiet ta’ politika tal-UE se jiġu kkunsidrati matul il-proċess tal-Ippjanar Strateġiku sabiex tiżdied il-kontribuzzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni għar-realizzazzjoni tal-politika. Se tikkunsidra wkoll l-attivitajiet, l-istudji u evidenza xjentifika oħra ta’ prospettiva u tikkunsidra inizjattivi rilevanti eżistenti fil-livell tal-UE u nazzjonali.

L-Ippjanar Strateġiku se jgħinu fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ politika għall-oqsma rilevanti koperti, fil-livell tal-UE, kif ukoll jikkumplimenta l-politika u l-approċċi ta’ politika fl-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom, b’mod partikolari r-reġjuni ultraperiferiċi . Il-prijoritajiet ta’ politika tal-UE se jiġu kkunsidrati matul il-proċess tal-Ippjanar Strateġiku sabiex tiżdied il-kontribuzzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni għar-realizzazzjoni tal-politika. Se tikkunsidra wkoll l-attivitajiet, l-istudji u evidenza xjentifika oħra ta’ prospettiva u tikkunsidra inizjattivi rilevanti eżistenti fil-livell tal-UE, nazzjonali u reġjonali .

Emenda 38

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, l-ewwel parti “Ippjanar Strateġiku”, il-paragrafi 11 u 12 (paġni 2 u 3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-“Flagships FET” appoġġati minn Orizzont 2020 se jkomplu jiġu appoġġati skont dan il-Programm. Minħabba l-fatt li jippreżentaw analoġiji sostanzjali ma’ missjonijiet, il-“flagships FET” l-oħrajn, jekk ikun hemm, se jiġu appoġġati skont dan il-Programm Qafas bħala missjonijiet immirati lejn teknoloġiji futuri u emerġenti.

Il-“Flagships FET” appoġġati minn Orizzont 2020 se jkomplu jiġu appoġġati skont dan il-Programm. Minħabba l-fatt li jippreżentaw analoġiji sostanzjali ma’ missjonijiet, il-“flagships FET” l-oħrajn, jekk ikun hemm, se jiġu appoġġati skont dan il-Programm Qafas bħala missjonijiet immirati lejn teknoloġiji futuri u emerġenti.

 

Il-Programm Qafas il-ġdid se jimmira għal rikonoxximent u mobilizzazzjoni aħjar tal-eċċellenza distribwita fl-Istati Membri u r-reġjuni kollha tal-Ewropa, b’mod partikolari se jinkoraġġixxi l-inizjattivi biex jinbnew kooperazzjonijiet transnazzjonali u transreġjonali bejn l-ekosistemi reġjonali u ċ-ċentri ta’ innovazzjoni.

Id-djalogi dwar il-Kooperazzjoni fix-Xjenza u t-Teknoloġija mas-sħab internazzjonali tal-UE u d-djalogi ta’ politika mar-reġjuni prinċipali tad-dinja se jagħmlu kontribuzzjonijiet importanti għall-identifikazzjoni sistematika ta’ opportunitajiet għall-kooperazzjoni li, meta jiġu kkumbinati bid-differenzazzjoni skont il-pajjiż/ir-reġjun, se jappoġġjaw l-istabbiliment tal-prijoritajiet.

Id-djalogi dwar il-Kooperazzjoni fix-Xjenza u t-Teknoloġija mas-sħab internazzjonali tal-UE u d-djalogi ta’ politika mar-reġjuni prinċipali tad-dinja se jagħmlu kontribuzzjonijiet importanti għall-identifikazzjoni sistematika ta’ opportunitajiet għall-kooperazzjoni li, meta jiġu kkumbinati bid-differenzazzjoni skont il-pajjiż/ir-reġjun, se jappoġġjaw l-istabbiliment tal-prijoritajiet.

Emenda 39

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, it-tieni parti “Disseminazzjoni u Komunikazzjoni”, il-paragrafi 1 u 2 (paġna 3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Orizzont Ewropa se jipprovdi appoġġ dedikat għall-aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, għar-repożitorji tal-għarfien u sorsi ta’ data oħrajn. L-azzjonijiet ta’ disseminazzjoni u ta’ diffużjoni tal-għarfien se jiġu appoġġati, anke permezz ta’ kooperazzjoni ma’ programmi oħrajn tal-UE, inkluż raggruppamenti u imballaġġ tar-riżultati u d-data f’lingwi u formats għal udjenzi fil-mira u networks għaċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, l-akkademja, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u dawk li jfasslu l-politika. Għal dan il-fini, Orizzont Ewropa jista’ juża teknoloġiji avvanzati u għodda tal-intelliġenza.

Orizzont Ewropa se jipprovdi appoġġ dedikat għall-aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, għar-repożitorji tal-għarfien u sorsi ta’ data oħrajn. L-azzjonijiet ta’ disseminazzjoni u ta’ diffużjoni tal-għarfien se jiġu appoġġati, anke permezz ta’ kooperazzjoni ma’ programmi oħrajn tal-UE, inkluż raggruppamenti u imballaġġ tar-riżultati u d-data f’lingwi u formats għal udjenzi fil-mira u networks għaċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, l-akkademja, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u dawk li jfasslu l-politika. Għal dan il-fini, Orizzont Ewropa jista’ juża teknoloġiji avvanzati u għodda tal-intelliġenza.

Se jkun hemm appoġġ xieraq għall-mekkaniżmi biex jikkomunikaw il-progamm lill-applikanti potenzjali (eż. Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali).

Se jkun hemm appoġġ xieraq għall-mekkaniżmi biex jikkomunikaw il-progamm lill-applikanti potenzjali (eż. Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali u Reġjonali), b’mod partikolari fl-Istati Membri u r-reġjuni li pparteċipaw l-anqas fil-Programm Orizzont 2020 .

Emenda 40

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

INFRASTRUTTURI TAR-RIĊERKA

INFRASTRUTTURI TAR-RIĊERKA

Raġunament

Raġunament

Paġna 16 tal-COM(2018) 436 final (Anness I)

Paġna 16 tal-COM(2018) 436 final (Anness I)

L-attivitajiet se jikkontribwixxu għal Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) differenti bħal: SDG 3 — Saħħa Tajba u Benesseri għall-Persuni; SDG 7 — Enerġija Affordabbli u Nadifa; SDG 9 — Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura; SDG 13 — Azzjoni Klimatika.

L-attivitajiet se jikkontribwixxu għal Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) differenti bħal: SDG 3 — Saħħa Tajba u Benesseri għall-Persuni; SDG 7 — Enerġija Affordabbli u Nadifa; SDG 9 — Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura; SDG 13 — Azzjoni Klimatika: SDG 14 — Il-Ħajja taħt l-Ilma; SDG 17 — Sħubijiet għall-Għanijiet .

Raġuni

Hemm għadd ta’ infrastrutturi li jappartienu għall-ESFRI li jikkonċernaw l-ambjent marittimu, u għalhekk dan jiġġustifika l-inklużjoni tal-SDG 14. Il-proposta li jiġi injkluż l-SDG 17 tinbet mill-kunċett innifsu ta’ infrastruttura kondiviża fil-livell tal-UE u mis-sħubijiet konsegwenti għall-għanijiet.

Emenda 41

Numru tal-Anness I Pilastru II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Linji Mifruxa

Linji Mifruxa

Riformi fis-sistemi u l-politiki tas-saħħa pubblika fl-Ewropa u lil hinn minnha;

Riformi fis-sistemi u l-politiki tas-saħħa pubblika fl-Ewropa u lil hinn minnha;

Mudelli u approċċi ġodda għas-saħħa u l-kura u t-trasferibbiltà jew l-adattament tagħhom minn pajjiż/reġjun wieħed għal ieħor;

Mudelli u approċċi ġodda għas-saħħa u l-kura u t-trasferibbiltà jew l-adattament tagħhom minn pajjiż/reġjun wieħed għal ieħor, kontribut mis-settur volontarju, mingħajr skop ta' qligħ ;

Titjib tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa;

Titjib tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa;

Evoluzzjoni tal-inugwaljanza fis-saħħa u r-rispons politiku effettiv;

Evoluzzjoni tal-inugwaljanza fis-saħħa u r-rispons politiku effettiv;

Il-forza tax-xogħol futura fil-qasam tas-saħħa u l-ħtiġijiet tagħha;

Il-forza tax-xogħol futura fil-qasam tas-saħħa u l-ħtiġijiet tagħha;

Titjib tal-informazzjoni dwar is-saħħa f’waqtha u l-użu ta’ data dwar is-saħħa, inkluż rekords elettroniċi tas-saħħa, bl-attenzjoni dovuta għas-sigurtà, il-privatezza, l-interoperabbiltà, l-istandards, il-kumparabbiltà u l-integrità;

Titjib tal-informazzjoni dwar is-saħħa f’waqtha u l-użu ta’ data dwar is-saħħa, inkluż rekords elettroniċi tas-saħħa, bl-attenzjoni dovuta għas-sigurtà, il-privatezza, l-interoperabbiltà, l-istandards, il-kumparabbiltà u l-integrità;

Ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa fl-assorbiment tal-impatt tal-kriżijiet u sabiex tiġi akkomodata l-innovazzjoni fixkiela;

Ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa fl-assorbiment tal-impatt tal-kriżijiet u sabiex tiġi akkomodata l-innovazzjoni fixkiela;

Soluzzjonijiet sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni taċ-ċittadini u l-pazjenti, għall-awtomonitoraġġ u l-interazzjoni ma’ professjonisti tal-kura tas-saħħa u soċjali, għal kura aktar integrata u approċċ aktar iċċentrat fuq l-utent;

Soluzzjonijiet sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni taċ-ċittadini u l-pazjenti, għall-awtomonitoraġġ u l-interazzjoni ma’ professjonisti tal-kura tas-saħħa u soċjali, għal kura aktar integrata u approċċ aktar iċċentrat fuq l-utent;

Data, informazzjoni, għarfien u l-aħjar prattiki mir-riċerka dwar is-sistemi tas-saħħa fil-livell tal-UE u globali.

Data, informazzjoni, għarfien u l-aħjar prattiki mir-riċerka dwar is-sistemi tas-saħħa fil-livell tal-UE u globali.

Emenda 42

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Pilastru II — Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali”, raggruppament “Soċjetà Inklużiva u Sigura”, paragrafu 2.1, paragrafu 2 (paġna 28)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-UE trid tippromwovi mudell ta’ tkabbir inklużiv u sostenibbli, filwaqt li taħsad il-benefiċċji tal-avvanzi teknoloġiċi, ittejjeb l-affidabbiltà fi u tippromwovi l-innovazzjoni tal-governanza demokratika, tiġġieled kontra l-inugwaljanzi, il-qgħad, il-marġinalizzazzjoni, id-diskriminazzjoni u r-radikalizzazzjoni, tiggarantixxi d-drittijiet tal-bniedem, trawwem id-diversità kulturali u l-patrimonju kulturali Ewropew u ttejjeb il-pożizzjoni taċ-ċittadini permezz tal-innovazzjoni soċjali. Il-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti wkoll se jibqgħu kwistjonijiet ta’ prijorità. Ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni fix-xjenzi soċjali u umanistiċi fit-trattament ta’ dawn l-isfidi u l-ilħuq tal-għanijiet tal-UE huwa fundamentali.

L-UE trid tippromwovi mudell ta’ tkabbir inklużiv u sostenibbli, filwaqt li taħsad il-benefiċċji tal-avvanzi teknoloġiċi, ittejjeb l-affidabbiltà fi u tippromwovi l-innovazzjoni tal-governanza demokratika, tiġġieled kontra l-inugwaljanzi, il-qgħad, il-marġinalizzazzjoni, id-diskriminazzjoni u r-radikalizzazzjoni, billi tħares u tippromovi d-drittijiet tal-bniedem, id-diversità kulturali u l-patrimonju kulturali Ewropew billi tiżviluppa l-aċċess għall-kultura u l-edukazzjoni għal kulħadd, billi ttejjeb il-pożizzjoni taċ-ċittadini permezz tal-innovazzjoni soċjali u tal-iżvilupp tal-ekonomija soċjali . Il-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-akkoljenza u l-integrazzjoni tal-migranti wkoll se jibqgħu kwistjonijiet ta’ prijorità. Ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni fix-xjenzi soċjali u umanistiċi fit-trattament ta’ dawn l-isfidi u l-ilħuq tal-għanijiet tal-UE huwa fundamentali.

 

L-għan tal-inklużjoni soċjali għandu jibni speċjalment fuq l-valorizzazzjoni tal-wirt kulturali, tanġibbli jew intanġibbli li, fid-dinja globalizzata tal-lum, jaqdi rwol ċentrali fis-sens ta’ appartenenza tal-popli, b’mod partikolari fid-dimensjonijiet reġjonali u lingwistiċi tagħhom. L-Ewropa — li fil-fatt, inbniet fuq medda ta’ sekli permezz tal-koeżistenza ta’ komunitajiet differenti ħafna li tawha wirt enormi — għandha tindirizza din l-isfida, u tappoġġja l-preservazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-patrimonju, f’ħidma mar-reġjuni u l-Istati. Din l-azzjoni hija aktar rilevanti peress li dan huwa qasam ewlieni ta’ esperimentazzjoni u applikazzjoni għal ħafna innovazzjonijiet teknoloġiċi. L-implimentazzjoni tagħhom fil-qasam patrimonjali tirrappreżenta effett ta’ lieva qawwi għall-ekonomija, permezz tad-dħul mit-turiżmu ġġenerat għall-benefiċċju tat-territorji.

Emenda 43

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Pilastru II — Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali”, raggruppament “Soċjetà Inklużiva u Sigura”, paragrafu 2.1, paragrafu 6 (paġna 29)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-attivitajiet ta’ Riċerka u Innovazzjoni f’din l-Isfida Globali, b’mod ġenerali, se jkunu allinjati mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni dwar il-Bidla Demokratika; Impjiegi, Tkabbir u Investiment; Ġustizzja u Drittijiet Fundamentali; Migrazzjoni; Unjoni Monetarja Ewropea Aktar Profonda u Aktar Ġusta; Suq Uniku Diġitali. Se tirrispondi għall-impenn tal-Aġenda ta’ Ruma sabiex taħdem lejn: “Ewropa soċjali” u “Unjoni li tippriserva l-patrimonju kulturali tagħna u tippromwovi d-diversità kulturali.” Se tappoġġa wkoll il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Patt Globali dwar migrazzjoni sikura, ordnata u regolari.

L-attivitajiet ta’ Riċerka u Innovazzjoni f’din l-Isfida Globali, b’mod ġenerali, se jkunu allinjati mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni dwar il-Bidla Demokratika; Impjiegi, Tkabbir u Investiment; Edukazzjoni; Ġustizzja u Drittijiet Fundamentali; Migrazzjoni; Unjoni Monetarja Ewropea Aktar Profonda u Aktar Ġusta; Suq Uniku Diġitali. Se jirrispondu għall-impenn tal-Aġenda ta’ Ruma sabiex taħdem lejn: “Ewropa soċjali” u “Unjoni li tippriserva l-patrimonju kulturali tagħna u tippromwovi d-diversità kulturali.” Se jappoġġjaw ukoll il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-għan ta’ soċjetà tal-għarfien u l-Patt Globali dwar migrazzjoni sikura, ordnata u regolari.

Emenda 44

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Pilastru II — Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali”, raggruppament “Soċjetà Inklużiva u Sigura”, paragrafu 2.2.1 (paġna 30)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Linji Mifruxa

Linji Mifruxa

L-istorja, l-evoluzzjoni u l-effikaċja tad-demokraziji, f’livelli differenti u f’forom differenti; l-aspetti tad-diġitalizzazzjoni u l-effetti tal-komunikazzjoni bin-networks soċjali u r-rwol ta’ politiki tal-edukazzjoni u ż-żgħażagħ bħala pedamenti taċ-ċittadinanza demokratika;

L-istorja, l-evoluzzjoni u l-effikaċja tad-demokraziji, f’livelli differenti u f’forom differenti; l-aspetti tad-diġitalizzazzjoni u l-effetti tal-komunikazzjoni bin-networks soċjali u r-rwol ta’ politiki tal-edukazzjoni u ż-żgħażagħ bħala pedamenti taċ-ċittadinanza demokratika;

Approċċi innovattivi biex jappoġġaw it-trasparenza, ir-rispons, l-effettività tar-responsabbiltà u l-leġittimità tal-governanza demokratika li jirrispettaw kompletament id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt;

Approċċi innovattivi biex jappoġġaw it-trasparenza, ir-rispons, l-effettività tar-responsabbiltà u l-leġittimità tal-governanza demokratika li jirrispettaw kompletament id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt;

Strateġiji sabiex jiġu indirizzati l-populiżmu, l-estremiżmu, ir-radikalizzazzjoni, it-terroriżmu u sabiex jiġu inklużi u involuti ċittadini diżinteressati u marġinalizzati;

Strateġiji sabiex jiġu indirizzati l-populiżmu, l-estremiżmu, ir-radikalizzazzjoni, it-terroriżmu u sabiex jiġu inklużi u involuti ċittadini diżinteressati u marġinalizzati;

Fehim aħjar tar-rwol tal-istandards ġurnalistiċi u l-kontenut iġġenerat mill-utenti f’soċjetà iperkonnessa u l-iżvilupp ta’ għodod biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni;

Fehim aħjar tar-rwol tal-istandards ġurnalistiċi u l-kontenut iġġenerat mill-utenti f’soċjetà iperkonnessa u l-iżvilupp ta’ għodod biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni;

Ir-rwol ta’ ċittadinanza u identitajiet multikulturali b’rabta maċ-ċittadinanza demokratika u l-involviment politiku;

Ir-rwol ta’ ċittadinanza u identitajiet multikulturali b’rabta maċ-ċittadinanza demokratika u l-involviment politiku;

L-impatt ta’ avvanzi teknoloġiċi u xjentifiċi, inkluż il-big data, in-networks soċjali fuq il-web u l-intelliġenza artifiċjali dwar id-demokrazija;

L-impatt ta’ avvanzi teknoloġiċi u xjentifiċi, inkluż il-big data, in-networks soċjali fuq il-web u l-intelliġenza artifiċjali dwar id-demokrazija;

Demokrazija deliberattiva u parteċipatorja u ċittadinanza attiva u inklużiva, inkluża d-dimensjoni diġitali;

Demokrazija deliberattiva u parteċipatorja u ċittadinanza attiva u inklużiva, inkluża d-dimensjoni diġitali;

 

Ir-rwol tal-bliet u tar-reġjuni bħala lok ta’ bini tas-solidarjetà, tar-rabta soċjali u kulturali, tat-tranżizzjoni ekoloġika u enerġetika, u tal-iżvilupp ekonomiku u tal-innovazzjoni; il-kontribut tagħhom għall-iżvilupp tal-innovazzjoni soċjali, tal-prattiki demokratiċi, u taċ-ċittadinanza lokali, nazzjonali u Ewropea;

L-impatt tal-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali fuq il-parteċipazzjoni politika u d-demokraziji, li juru kif it-treġġigħ lura tal-inugwaljanzi u l-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni inkluż is-sessi, jista’ jsostni d-demokrazija.

L-impatt tal-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali fuq il-parteċipazzjoni politika u d-demokraziji, li juru kif it-treġġigħ lura tal-inugwaljanzi u l-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni inkluż is-sessi, jista’ jsostni d-demokrazija.

Raġuni

Il-bliet u r-reġjuni huma wkoll għodda favur soċjetà aktar sikura u inklużiva u r-rwol tagħhom għandu jkun is-suġġett ta’ riċerka xjentifika.

Emenda 45

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Pilastru II — Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali”, raggruppament “Soċjetà Inklużiva u Sigura”, paragrafu 2.2.3 (paġni 31 u 32)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.2.3.

Trasformazzjonijiet Soċjali u Ekonomiċi

2.2.3.

Edukazzjoni, impjiegi, trasformazzjonijiet soċjali u ekonomiċi

Is-soċjetajiet Ewropej għaddejjin minn trasformazzjonijiet soċjoekonomiċi profondi, speċjalment b’riżultat tal-globalizzazzjoni u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi. Fl-istess waqt rajna żieda fl-inugwaljanza fid-dħul f’ħafna mill-pajjiżi Ewropej. Huma meħtieġa politiki li jħarsu ’l quddiem, bil-ħsieb li jiġi promoss it-tkabbir inklużiv u jitreġġgħu lura l-inugwaljanzi, tingħata spinta lill-produttività (inkluż l-avvanzi fil-kejl tagħha) u lill-kapital uman, jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati mill-migrazzjoni u l-integrazzjoni u jiġu appoġġati s-solidarjetà interġenerazzjonali u l-mobbiltà soċjali. Huma meħtieġa sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ għal futur aktar ekwitabbli u ta’ prosperità.

Is-soċjetajiet Ewropej għaddejjin minn trasformazzjonijiet soċjoekonomiċi profondi, speċjalment b’riżultat tal-globalizzazzjoni u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi. Fl-istess waqt rajna żieda fl-inugwaljanza fid-dħul f’ħafna mill-pajjiżi Ewropej. Huma meħtieġa politiki li jħarsu ’l quddiem, bil-ħsieb li jiġi promoss it-tkabbir inklużiv u jitreġġgħu lura l-inugwaljanzi, tingħata spinta lill-produttività (inkluż l-avvanzi fil-kejl tagħha) u lill-kapital uman, jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati mill-migrazzjoni u l-integrazzjoni u jiġu appoġġati s-solidarjetà interġenerazzjonali u l-mobbiltà soċjali. Huma meħtieġa sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ għal futur aktar ekwitabbli u ta’ prosperità.

Linji Mifruxa

Linji Mifruxa

Bażi tal-għarfien għal pariri dwar l-investimenti u l-politiki speċjalment dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ, għal ħiliet b’valur miżjud għoli, produttività, mobbiltà soċjali, tkabbir, innovazzjoni soċjali u ħolqien tal-impjiegi. Ir-rwol tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-indirizzar tal-inugwaljanzi;

Ir-rwol tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-indirizzar tal-inugwaljanzi; l-organizzazzjoni tas-sistema skolastika u ta’ taħriġ; prattiki pedagoġiċi u innovattivi; attivitajiet li jippromwovu l-iżvilupp personali, il-kreattività, l-awtonomija u l-iżvilupp tal-ħsieb kritiku; appoġġ adattat għal kull żgħażugħ, li jikkontribwixxi għas-suċċess ta’ kulħadd fl-iskola u fit-taħriġ;

Is-sostenibbiltà soċjali lil hinn mill-indikaturi tal-PDG biss, speċjalment mudelli ġodda ekonomiċi u tan-negozju u teknoloġiji finanzjarji ġodda;

Is-sostenibbiltà soċjali lil hinn mill-indikaturi tal-PDG biss, speċjalment mudelli ġodda ekonomiċi u tan-negozju u teknoloġiji finanzjarji ġodda; id-diversità tal-miri ekonomiċi, soċjali u ambjentali u tal-missjonijiet tal-intrapriżi;

Għodod tal-istatistika u ekonomiċi oħrajn għal fehim aħjar tat-tkabbir u l-innovazzjoni f’kuntest ta’ gwadanji ta’ produttività kajmani;

Għodod tal-istatistika u ekonomiċi oħrajn għal fehim aħjar tat-tkabbir u l-innovazzjoni f’kuntest ta’ gwadanji ta’ produttività kajmani;

Tipi ġodda ta’ xogħol, ir-rwol tax-xogħol, tendenzi u bidliet fis-swieq tax-xogħol u introjtu fis-soċjetajiet kontemporanji, u l-impatti tagħhom fuq id-distribuzzjoni tal-introjtu, in-nondiskriminazzjoni inkluż l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-inklużjoni soċjali;

Tipi ġodda ta’ xogħol, ir-rwol tax-xogħol, il-post tal-impjegati fl-intrapriża, tendenzi u bidliet fis-swieq tax-xogħol u introjtu fis-soċjetajiet kontemporanji, u l-impatti tagħhom fuq id-distribuzzjoni tal-introjtu, in-nondiskriminazzjoni inkluż l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-inklużjoni soċjali;

Sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji flimkien ma’ politiki ta’ sigurtà soċjali u investiment soċjali bil-ħsieb li l-inugwaljanzi jiġu mreġġgħin lura u l-impatti negattivi tat-teknoloġija, id-demografika u d-diversità jiġu indirizzati;

Sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji flimkien ma’ politiki ta’ sigurtà soċjali u investiment soċjali bil-ħsieb li l-inugwaljanzi jiġu mreġġgħin lura u l-impatti negattivi tat-teknoloġija, id-demografika u d-diversità jiġu indirizzati;

Il-mobbiltà tal-bniedem fil-kuntesti globali u lokali għal governanza aħjar tal-migrazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti inkluż ir-refuġjati; rispett tal-impenji internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem; aċċess akbar u mtejjeb għal edukazzjoni, taħriġ u servizzi ta’ appoġġ ta’ kwalità, u ċittadinanza inklużiva, b’mod speċjali għall-vulnerabbli;

Il-mobbiltà tal-bniedem fil-kuntesti globali u lokali għal governanza aħjar tal-migrazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti inkluż ir-refuġjati; rispett tal-impenji internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem; aċċess akbar u mtejjeb għal edukazzjoni, taħriġ u servizzi ta’ appoġġ ta’ kwalità, u ċittadinanza inklużiva, b’mod speċjali għall-vulnerabbli;

Sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ sabiex tittrawwem u jsir l-aħjar użu tat-trasformazzjoni diġitali tal-UE, anki sabiex jiġu ġestiti r-riskji li jirriżultaw mill-interkonnettività globali u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi, speċjalment riskji emerġenti online, tħassib ta’ etika, inugwaljanzi soċjoekonomiċi u bidliet radikali fis-swieq;

Sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ sabiex tittrawwem u jsir l-aħjar użu tat-trasformazzjoni diġitali tal-UE, anki sabiex jiġu ġestiti r-riskji li jirriżultaw mill-interkonnettività globali u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi, speċjalment riskji emerġenti online, tħassib ta’ etika, inugwaljanzi soċjoekonomiċi u bidliet radikali fis-swieq;

Il-modernizzazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi sabiex jintlaħqu l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tal-forniment tas-servizz, it-trasparenza, l-aċċessibbiltà, il-ftuħ, l-affidabbiltà u l-fokus fuq l-utenti.

Il-modernizzazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi sabiex jintlaħqu l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tal-forniment tas-servizz, it-trasparenza, l-aċċessibbiltà, il-ftuħ, l-affidabbiltà u l-fokus fuq l-utenti.

L-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja u aċċess imtejjeb għall-ġustizzja bbażat fuq indipendenza ġudizzjarja u l-prinċipji tal-istat tad-dritt, b’metodi proċedurali ġusti, effiċjenti u trasparenti kemm fi kwistjonijiet ċivili kif ukoll dawk kriminali.

L-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja u aċċess imtejjeb għall-ġustizzja bbażat fuq indipendenza ġudizzjarja u l-prinċipji tal-istat tad-dritt, b’metodi proċedurali ġusti, effiċjenti u trasparenti kemm fi kwistjonijiet ċivili kif ukoll dawk kriminali.

Emenda 46

Anness I — Pilastru II (paġna 31)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.2.

Oqsma ta’ Intervent

3.2.

Oqsma ta’ Intervent

3.2.1.

Teknoloġiji tal-Manifattura

3.2.1.

Strumenti ta’ lieva trasversali għall-ipproċessar u l-prestazzjoni

Il-manifattura hija l-ixprunatur ewlieni tal-impjiegi u l-prosperità fl-UE, fejn tipproduċi tliet kwarti tal-esportazzjonijiet globali tal-UE u tipprovdi aktar minn 100 miljun impjieg dirett u indirett. L-isfida ewlenija għall-manifattura tal-UE hija li din tibqa’ kompetittiva fil-livell globali bi prodotti ta’ valur miżjud għoli aktar intelliġenti u adattati għal użu u utenti speċifiċi, immanifatturati b’kostijiet tal-enerġija ħafna aktar baxxi. L-inputs kreattivi u kulturali se jkun kruċjali fil-ġenerazzjoni tal-valur miżjud.

Il-futur tal-industrija jiddependi fuq fatturi teknoloġiċi iżda wkoll fuq fatturi soċjali u organizzattivi li huma kruċjali għall-kompetittività tagħha, u li ħafna drabi mhumiex magħrufin biżżejjed u jirrikjedu l-iżvilupp ulterjuri ta’ għarfien, ta’ tixrid u ta’ sjieda.

 

Linji Mifruxa

Organizzazzjoni tal-ktajjen ta’ valur u tal-kollaborazzjoni fi ħdanhom; kondiviżjoni tal-valur miżjud u tal-mekkaniżmi ta’ negozjar u ta’ ffissar tal-prezzijiet; għodod ta’ skambju tal-informazzjoni u ta’ ħidma kollaborattiva, inizjattivi ta’ kodisinn; użu tar-realtà virtwali u tar-realtà awmentata fit-tfassil, fit-tħejjija għall-manifattura u fit-taħriġ tal-ħaddiema;

Raggruppar, netwerks ta’ kollaborazzjoni lokali, żvilupp ta’ ekosistemi reġjonali u ċentri ta’ innovazzjoni; żvilupp ta’ esternalitajiet pożittivi għar-reġjuni favur l-attreanza tagħhom u l-kompetittività tal-industrija;

Ergonomija u titjjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol; aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja u adattar tal-ħiliet skont it-tibdil fil-profili tal-impjiegi; valorizzazzjoni tal-esperjenzi u l-kreattività tal-impjegati;

Tneħħija tal-ostakli għat-trasformazzjoni, speċjalment dik diġitali, tal-intrapriżi; aċċess għal finanzjament, għall-innovazzjoni u għall-ħiliet; żvilupp u ġestjoni ta’ strateġiji ta’ trasformazzjoni, filwaqt li jingħata appoġġ għat-tibdil; evoluzzjoni tar-rappreżentanza tal-industrija u tas-snajja’ tagħha.

 

3.2.2.

Teknoloġiji tal-Manifattura

Il-manifattura hija l-ixprunatur ewlieni tal-impjiegi u l-prosperità fl-UE, fejn tipproduċi tliet kwarti tal-esportazzjonijiet globali tal-UE u tipprovdi aktar minn 100 miljun impjieg dirett u indirett. L-isfida ewlenija għall-manifattura tal-UE hija li din tibqa’ kompetittiva fil-livell globali bi prodotti ta’ valur miżjud għoli aktar intelliġenti u adattati għal użu u utenti speċifiċi, immanifatturati b’kostijiet tal-enerġija ħafna aktar baxxi. L-inputs kreattivi u kulturali se jkun kruċjali fil-ġenerazzjoni tal-valur miżjud.

Raġuni

F’dan l-istadju l-programm Orizzont Ewropa jwarrab jew jagħti inqas importanza għall-aspetti trasversali u organizzattivi li madankollu jikkontribwixxu ħafna għat-trasformazzjoni u l-kompetittività tal-industrija u li lfir-rigward tagħhom l-Ewropa teħtieġ aktar għarfien xjentifiku u aktar innovazzjoni.

Emenda 47

Anness I — Pilastru II (paġna 39)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Parti II — Anness I

Parti II — Anness I

Punt 4 RAGGRUPPAMENT “KLIMA, ENERĠIJA U MOBBILTÀ”

Punt 4 RAGGRUPPAMENT “KLIMA, ENERĠIJA U MOBBILTÀ”

4.1.

Raġunament

4.1.

Raġunament

(…)

(…)

L-attivitajiet li jaqgħu taħt dan ir-Raggruppament jikkontribwixxu b’mod partikolari għall-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, kif ukoll dawk tas-Suq Uniku Diġitali, l-aġenda dwar l-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment, it-tisħiħ tal-UE bħala attur globali, l-Istrateġija dwar il-Politika Industrijali tal-UE l-ġdida, l-Ekonomija Ċirkolari, l-Inizjattiva tal-Materja Prima, l-Unjoni tas-Sigurtà u l-Aġenda Urbana, kif ukoll il-Politika Agrikola Komuni tal-UE u d-dispożizzjonijiet legali tal-UE sabiex jitnaqqas it-tniġġis mill-istorbju u tal-arja.

L-attivitajiet li jaqgħu taħt dan ir-Raggruppament jikkontribwixxu b’mod partikolari għall-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, kif ukoll dawk tas-Suq Uniku Diġitali, l-aġenda dwar l-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment, it-tisħiħ tal-UE bħala attur globali, l-Istrateġija dwar il-Politika Industrijali tal-UE l-ġdida, l-Ekonomija Ċirkolari, it-Tkabbir Blu, l-Inizjattiva tal-Materja Prima, l-Unjoni tas-Sigurtà u l-Aġenda Urbana, kif ukoll il-Politika Agrikola Komuni, il-Politika Marittima Integrata u l-Politika Komuni tas-Sajd fil-livell tal-UE u d-dispożizzjonijiet legali tal-UE sabiex jitnaqqas it-tniġġis mill-istorbju u tal-arja.

(…)

(…)

Raġuni

L-ibħra u s-sajd huma setturi kruċjali għall-UE: għalhekk huwa kruċjali li ssir referenza għal dawn is-setturi.

Emenda 48

Anness I — Pilastru II — 4.2.5. Komunitajiet u Bliet

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Linji Mifruxa

Linji Mifruxa

(…)

(…)

Il-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini, il-mobbiltà sikura, l-innovazzjoni soċjali urbana, il-kapaċità ċirkolari u reġenerattiva tal-ibliet, impronta ambjentali mċekkna u t-tniġġis;

Il-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini, il-mobbiltà sikura, l-innovazzjoni soċjali urbana, il-kapaċità ċirkolari u reġenerattiva tal-ibliet, impronta ambjentali mċekkna u t-tniġġis;

 

L-involviment taċ-ċittadini fil-bliet u r-reġjuni, sfidi demokratiċi tat-trasformazzjoni ekoloġika u enerġetika; aċċettazzjoni soċjali u appoġġ għall-bidliet involuti fit-tranżizzjoni; tnaqqis tal-inugwaljanzi relatati mal-proċess tal-adattament għat-tibdil fil-klima u mat-tibdil ekoloġiku u enerġetiku;

(…)

(…)

Emenda 49

Anness I — Pilastru II — 5.2.4. Ibħra u Oċeani

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Linji Mifruxa

Linji Mifruxa

(…)

(…)

Ktajjen tal-valur blu, l-użu multiplu tal-ispazju marin u t-tkabbir tas- settur tal-enerġija rinnovabbli mill-ibħra u l-oċeani, inkluż mikroalga u makroalga sostenibbli;

Ktajjen tal-valur blu, l-użu multiplu tal-ispazju marin u t-tkabbir tal-industriji marittimi li jinkludu s-settur tal-enerġija rinnovabbli mill-ibħra u l-oċeani, inkluż mikroalga u makroalga sostenibbli;

 

Interfaċċi art/baħar madwar iż-żoni kostali, sostenibbiltà tas-setturi differenti tal-ekonomija blu fosthom is-sajd u l-kulturi marini kif ukoll it-turiżmu kostali; approċċi sistematiċi ta’ żvilupp sostenibbli taż-żoni portwarji u kostali; il-kwistjoni tal-urbanizzazzjoni u tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fiż-żoni kostali;

Soluzzjonijiet b’bażi fin-natura bbażati fuq id-dinamika tal-ekosistemi marini u kostali,

Soluzzjonijiet b’bażi fin-natura bbażati fuq id-dinamika tal-ekosistemi marini u kostali,

[…]

[…]

Emenda 50

Anness I — Pilastru II — 6.2.2. Sfidi Globali (paġna 54)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.

Soċjetà Inklużiva u Sigura

2.

Soċjetà Inklużiva u Sigura

Riċerka dwar l-inugwaljanzi, il-faqar u l-esklużjoni, il-mobbiltà soċjali, id-diversità kulturali u l-ħiliet; valutazzjoni tat-trasformazzjonijiet soċjali, demografiċi u teknoloġiċi fuq l-ekonomija u s-soċjetà;

Riċerka dwar l-inugwaljanzi, il-faqar u l-esklużjoni, il-mobbiltà soċjali, id-diversità kulturali u l-ħiliet; valutazzjoni tat-trasformazzjonijiet soċjali, demografiċi u teknoloġiċi fuq l-ekonomija u s-soċjetà;

 

Riċerka dwar il-kawżi ta’ inugwaljanzi edukattivi u dwar l-iżvilupp ta’ sistema edukattiva u ta’ taħriġ li tinkoraġġixxi lil kulħadd biex jirnexxi u jilħaq il-potenzjal tiegħu tul il-ħajja;

Appoġġ għall-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali;

Appoġġ għall-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali;

(…)

[…]

Emenda 51

Anness I — Pilastru II (paġni 55 u 56)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

5.

Ikel u Riżorsi Naturali

5.

Ikel u Riżorsi Naturali

(…)

(…)

Laboratorji ta’ Referenza tal-UE dwar l-Addittivi tal-Ikel, l-Organiżmi Modifikati Ġenetikament u l-Materjali li jiġu f’Kuntatt mal-Ikel;

Laboratorji ta’ Referenza tal-UE dwar l-Addittivi tal-Ikel, l-Organiżmi Modifikati Ġenetikament u l-Materjali li jiġu f’Kuntatt mal-Ikel;

 

Ċentru ta’ għarfien dwar is-sistemi alimentari lokali;

Ċentru tal-Għarfien għall-Frodi u għall-Kwalità Alimentari;

Ċentru tal-Għarfien għall-Frodi u għall-Kwalità Alimentari;

Ċentru tal-Għarfien għall-Bijoekonomija.

Ċentru tal-Għarfien għall-Bijoekonomija.

Emenda 52

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Pilastru III — Innovazzjoni Miftuħa”, paragrafu 7 (paġna 70)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Sabiex l-Ewropa tkun tista’ tmexxi din il-mewġa ta’ innovazzjoni rivoluzzjonarja, iridu jiġu indirizzati l-isfidi sottostanti li ġejjin:

Sabiex l-Ewropa tkun tista’ tmexxi din il-mewġa ta’ innovazzjoni rivoluzzjonarja, iridu jiġu indirizzati l-isfidi sottostanti li ġejjin:

Titjib it-trasformazzjoni tax-xjenza fl-innovazzjoni sabiex jaċċellera t-trasferiment tal-ideat, it-teknoloġiji u t-talent mill-bażi tar-riċerka għal negozji ġodda u l-industrija;

Titjib it-trasformazzjoni tax-xjenza fl-innovazzjoni sabiex jaċċellera t-trasferiment tal-ideat, it-teknoloġiji u t-talent mill-bażi tar-riċerka għal negozji ġodda u l-industrija;

It-tħaffif tat-trasformazzjoni industrijali: L-industrija Ewropea waqgħet lura fl-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u fl-espansjoni: 77 % taż-żgħażagħ u kumpaniji kbar tar-R&I jinsabu fl-Istati Uniti jew fl-Asja u 16 % biss huma bbażati fl-Ewropa;

It-tħaffif tat-trasformazzjoni industrijali: L-industrija Ewropea waqgħet lura fl-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u fl-espansjoni: 77 % taż-żgħażagħ u kumpaniji kbar tar-R&I jinsabu fl-Istati Uniti jew fl-Asja u 16 % biss huma bbażati fl-Ewropa;

Żieda fil-finanzjament ta’ riskju sabiex jiġu indirizzati l-lakuni fil-finanzjament: L-innovaturi tal-Ewropa għandhom problema ta’ provvista baxxa ta’ finanzjament ta’ riskju. Il-kapital ta’ riskju huwa kruċjali sabiex innovazzjonijiet rivoluzzjonarji jinbidlu f’kumpaniji ta’ livell dinji iżda, fl-Ewropa, dan jammonta għal inqas minn kwart tal-ammonti milħuqin fl-Istati Uniti u l-Asja. L-Ewropa trid tissupera dan il-“Wied tal-mewt”, fejn l-ideat u l-innovazzjonijiet ma jaslux sas-suq minħabba d-distakk bejn l-appoġġ pubbliku u l-investiment privat, partikolarment fir-rigward ta’ innovazzjonijiet rivoluzzjonarji b’riskju għoli u l-investimenti fit-tul;

Żieda fil-finanzjament ta’ riskju sabiex jiġu indirizzati l-lakuni fil-finanzjament: L-innovaturi tal-Ewropa għandhom problema ta’ provvista baxxa ta’ finanzjament ta’ riskju. Il-kapital ta’ riskju huwa kruċjali sabiex innovazzjonijiet rivoluzzjonarji jinbidlu f’kumpaniji ta’ livell dinji iżda, fl-Ewropa, dan jammonta għal inqas minn kwart tal-ammonti milħuqin fl-Istati Uniti u l-Asja. L-Ewropa trid tissupera dan il-“Wied tal-mewt”, fejn l-ideat u l-innovazzjonijiet ma jaslux sas-suq minħabba d-distakk bejn l-appoġġ pubbliku u l-investiment privat, partikolarment fir-rigward ta’ innovazzjonijiet rivoluzzjonarji b’riskju għoli u l-investimenti fit-tul;

Jittejjeb u jiġi ssemplifikat il-pajsaġġ Ewropew għall-finanzjament u l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni: il-ħafna sorsi ta’ finanzjament jipprovdu ambjent kumpless għall-innovaturi. L-intervent tal-UE għandu jikkoopera u jikkoordina ma’ inizjattivi oħrajn fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali, pubbliku u privat, sabiex il-kapaċitajiet ta’ appoġġ jittejbu u jkunu allinjati aħjar, u jinħoloq ambjent li jista’ jiġi navigat b’mod faċli għal kwalunkwe innovatur Ewropew;

Jittejjeb u jiġi ssemplifikat il-pajsaġġ Ewropew għall-finanzjament u l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni: il-ħafna sorsi ta’ finanzjament jipprovdu ambjent kumpless għall-innovaturi. L-intervent tal-UE għandu jikkoopera u jikkoordina ma’ inizjattivi oħrajn fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali, pubbliku u privat, sabiex il-kapaċitajiet ta’ appoġġ jittejbu u jkunu allinjati aħjar, u jinħoloq ambjent li jista’ jiġi navigat b’mod faċli għal kwalunkwe innovatur Ewropew;

Tissopravivi l-frammentazzjoni fl-ekosistema tal-innovazzjoni. Filwaqt li l-Ewropa qed tospita għadd dejjem qed jikber ta’ hotspots, dawn mhumiex konnessi tajjeb. Kumpaniji b’potenzjal ta’ tkabbir internazzjonali jkollhom jaffaċċaw il-frammentazzjoni tas-swieq nazzjonali bil-lingwi, il-kulturi tan-negozju u r-regolamenti differenti tagħhom.

Tissopravivi l-frammentazzjoni fl-ekosistema tal-innovazzjoni. Filwaqt li l-Ewropa qed tospita għadd dejjem qed jikber ta’ hotspots, dawn mhumiex konnessi tajjeb. Kumpaniji b’potenzjal ta’ tkabbir internazzjonali jkollhom jaffaċċaw il-frammentazzjoni tas-swieq nazzjonali bil-lingwi, il-kulturi tan-negozju u r-regolamenti differenti tagħhom.

 

Jiġi rikonoxxut l-ankraġġ territorjali tax-xjenza u tal-innovazzjoni u l-kontribut importanti tal-ekosistemi reġjonali u taċ-ċentri ta’ innovazzjoni, li kapaċi jirreaġixxu malajr u jġibu innovazzjonijiet radikali, li jiżguraw kontinwità ta’ appoġġ tat-trasformazzjoni tal-katini ta’ valur fl-Ewropa, tal-mobilizzazzjoni għall-iżvilupp ta’ ħiliet u ta’ riżorsi umani; Fid-dawl ta’ dan l-objettiv, ikun tajjeb li jitqiesu l-ispeċjalizzazzjonijiet intelliġenti u n-netwerks tagħhom.

Emenda 53

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Pilastru III — Innovazzjoni Miftuħa”, paragrafu 11 (paġna 71)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Filwaqt li l-EIC se jappoġġa b’mod dirett l-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, l-ambjent kumplessiv li minnu l-innovazzjonijiet Ewropej jitrawmu u jinbtu jrid ikompli jiġi żviluppat u mtejjeb: irid ikun kompitu komuni Ewropew li tappoġġa l-innovazzjoni fl-Ewropa kollha, fid-dimensjonijiet u l-forom kolla, inkluż permezz ta’ politiki u riżorsi ta’ komplementarjetà tal-UE u nazzjonali, fejn possibbli. Għalhekk, dan il-Pilastru jipprevedi wkoll:

Filwaqt li l-EIC se jappoġġa b’mod dirett l-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, l-ambjent kumplessiv li minnu l-innovazzjonijiet Ewropej jitrawmu u jinbtu jrid ikompli jiġi żviluppat u mtejjeb: irid ikun kompitu komuni Ewropew li jappoġġa l-innovazzjoni fl-Ewropa kollha, f l-Istati Membri tagħha u fir-reġjuni tagħhom, fid-dimensjonijiet u l-forom kollha, inkluż permezz ta’ politiki u riżorsi ta’ komplementarjetà tal-UE fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali , fejn possibbli. Għalhekk, dan il-Pilastru jipprevedi wkoll:

Mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni mġedda u rinforzati mal-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati, iżda wkoll mal-inizjattivi privati, sabiex jappoġġaw it-tipi kollha ta’ ekosistemi tal-innovazzjoni Ewropew u l-atturi tagħhom;

- Mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni mġedda u rinforzati mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, mal-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati, iżda wkoll mal-inizjattivi privati, sabiex jappoġġaw it-tipi kollha ta’ ekosistemi tal-innovazzjoni Ewropew u l-atturi tagħhom;

Appoġġ għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u l-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KICs).

Appoġġ għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u l-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KICs).

Emenda 54

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Pilastru III — Innovazzjoni Miftuħa”, parti 1 “Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni”, paragrafu 1.1 (paġna 73)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Se tingħata attenzjoni partikolari biex tkun żgurata l-komplementarjetà preċiża u effiċjenti mal-inizjattivi individwali jew fuq network tal-Istati Membri, inkluż fil-forma ta’ Sħubija Ewropea.

Se tingħata attenzjoni partikolari biex tkun żgurata l-komplementarjetà preċiża u effiċjenti mal-inizjattivi individwali jew fuq network tal-Istati Membri u tal-ekosistemi reġjonali u taċ-ċentri ta’ innovazzjoni , inkluż fil-forma ta’ Sħubija Ewropea. Fl-interess tal-proġetti appoġġjati, il-Pathfinder u l-Aċċelleratur se jiżguraw li jintegraw l-assistenza tagħhom f’katina kontinwa ta’ appoġġ għall-proġetti; L-EIC se jiddjaloga kontinwament mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali inkarigati mill-innovazzjoni biex jiżgura l-komplementarjetà tajba tal-interventi u jimmassimizza l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni, inkluż permezz ta’ programmi kofinanzjati. Dan id-djalogu huwa prerekwiżit għall-għoti tat-tikketti ta’ eċċellenza mill-EIC.

Emenda 55

Anness I — Pilastru III (paġna 64)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.1.3.

Attivitajiet addizzjonali tal-EIC

1.1.3.

Attivitajiet addizzjonali tal-EIC

Addizzjonalment, l-EIC se jimplimenta wkoll:

Addizzjonalment, l-EIC se jimplimenta wkoll:

Servizzi ta’ aċċellerazzjoni tan-negozji tal-EIC b’appoġġ għall-attivitajiet u l-azzjonijiet tal-Pathfinder u l-Aċċelleratur. L-għan se jkun li l-Komunità tal-EIC ta’ innovaturi ffinanzjati, inkluż is-Siġill tal-Eċċellenza, tiġi konnessa, mal-investituri, is-sħab u x-xerrejja pubbliċi. Dan se jipprovdi firxa ta’ servizzi ta’ coaching u ta’ mentoraġġ lill-azzjonijiet tal-EIC. Dan se jipprovdi lill-innovaturi b’aċċess għal networks internazzjonali ta’ sħab potenzjali, inkluż dawk industrijali, sabiex jikkumplimentaw katina tal-valur jew jiġu żviluppati opportunitajiet tas-suq, u jinstabu investituri u sorsi oħrajn ta’ finanzjament privat jew korporattiv. L-attivitajiet se jinkludu avvenimenti f’ħin reali (eż. avvenimenti ta’ senserija, sessjonijiet ta’ pitching) iżda anki, l-iżvilupp ta’ pjattaformi li jaqblu jew l-użu ta’ dawk eżistenti, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-intermedjarji finanzjarji appoġġati minn InvestEU u l-Grupp BEI. Dawn l-attivitajiet se jinkoraġġixxu wkoll l-iskambji bejn il-pari bħala sors ta’ tagħlim f’ekosistema ta’ innovazzjoni, b’użu partikolarment tajjeb tal-Membri tal-Bord ta’ Konsulenza ta’ Livell Għoli tal-EIC u l-Fellows tal-EIC;

Servizzi ta’ aċċellerazzjoni tan-negozji tal-EIC b’appoġġ għall-attivitajiet u l-azzjonijiet tal-Pathfinder u l-Aċċelleratur. L-għan se jkun li l-Komunità tal-EIC ta’ innovaturi ffinanzjati, inkluż is-Siġill tal-Eċċellenza, tiġi konnessa, mal-investituri, is-sħab u x-xerrejja pubbliċi, iżda wkoll mal-atturi nazzjonali u lokali li jappoġġjaw l-innovazzjoni u li kapaċi jikkomplementaw l-appoġġ tal-EIC u joffru appoġġ sostenibbli lill-innovaturi. Dan se jipprovdi firxa ta’ servizzi ta’ coaching u ta’ mentoraġġ lill-azzjonijiet tal-EIC. Dan se jipprovdi lill-innovaturi b’aċċess għal networks internazzjonali ta’ sħab potenzjali, inkluż dawk industrijali, sabiex jikkumplimentaw katina tal-valur jew jiġu żviluppati opportunitajiet tas-suq, u jinstabu investituri u sorsi oħrajn ta’ finanzjament privat jew korporattiv. L-attivitajiet se jinkludu avvenimenti f’ħin reali (eż. avvenimenti ta’ senserija, sessjonijiet ta’ pitching) iżda anki, l-iżvilupp ta’ pjattaformi li jaqblu jew l-użu ta’ dawk eżistenti, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-intermedjarji finanzjarji appoġġati minn InvestEU u l-Grupp BEI. Dawn l-attivitajiet se jinkoraġġixxu wkoll l-iskambji bejn il-pari bħala sors ta’ tagħlim f’ekosistema ta’ innovazzjoni, b’użu partikolarment tajjeb tal-Membri tal-Bord ta’ Konsulenza ta’ Livell Għoli tal-EIC u l-Fellows tal-EIC;

Emenda 56

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Pilastru III — Innovazzjoni Miftuħa”, parti 1 “Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni”, paragrafu 1.2.2 (paġna 77)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.2.2.

Maniġers tal-programm tal-EIC

Il-Kummissjoni se tieħu approċċ proattiv lejn il-ġestjoni ta’ proġetti ta’ riskji għoljin, permezz tal-aċċess għall-għarfien espert neċessarju.

1.2.2.

Maniġers tal-programm tal-EIC

Il-Kummissjoni se tieħu approċċ proattiv lejn il-ġestjoni ta’ proġetti ta’ riskji għoljin, permezz tal-aċċess għall-għarfien espert neċessarju.

Il-Kummissjoni se taħtar fuq bażi temporanja, għadd ta’ maniġers tal-programm tal-EIC sabiex jassisstuha b’viżjoni bbażata fuq it-teknoloġija u gwida operattiva.

Il-Kummissjoni se taħtar fuq bażi temporanja, għadd ta’ maniġers tal-programm tal-EIC sabiex jassisstuha b’viżjoni bbażata fuq it-teknoloġija u gwida operattiva.

Il-maniġers tal-programmi se joriġinaw minn għadd ta’ sferi, inklużi kumpaniji, universitajiet, laboratorji nazzjonali u ċentri tar-riċerka. Dawn se jikkontribwixxu għarfien espert profond mill-esperjenza personali u snin fil-qasam. Se jkunu mexxejja rikonoxxuti, persuni li jkunu mmaniġjaw timijiet ta’ riċerka multidixxiplinari jew idderiġew programmi istituzzjonali kbar, u jafu l-importanza li l-viżjonijiet tagħhom jiġu kkomunikati bla waqfien, b’mod kreattiv u b’mod mifrux. Finalment, huma se jkunu persuni ta’ esperjenza fis-sorveljanza ta’ baġits importanti, li jirrikjedu sens ta’ responsabbiltà.

Il-maniġers tal-programmi se joriġinaw minn għadd ta’ sferi, inklużi atturi pubbliċi speċjalizzati fl-innovazzjoni, kumpaniji, universitajiet, laboratorji nazzjonali u ċentri tar-riċerka. Dawn se jikkontribwixxu għarfien espert profond mill-esperjenza personali u snin fil-qasam. Se jkunu mexxejja rikonoxxuti, persuni li jkunu mmaniġjaw timijiet ta’ riċerka multidixxiplinari jew idderiġew programmi istituzzjonali kbar, u jafu l-importanza li l-viżjonijiet tagħhom jiġu kkomunikati bla waqfien, b’mod kreattiv u b’mod mifrux. Finalment, huma se jkunu persuni ta’ esperjenza fis-sorveljanza ta’ baġits importanti, li jirrikjedu sens ta’ responsabbiltà.

Emenda 57

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Pilastru III — Innovazzjoni Miftuħa”, “Ekosistemi Ewropej tal-Innovazzjoni”, paragrafu 2.1 (paġna 80)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.1.

Raġuni

2.1.

Raġuni

Sabiex il-potenzjal tal-innovazzjoni li tinvolvi r-riċerkaturi, l-imprendituri, l-industrija u s-soċjetà b’mod ġenerali jiġi sfruttat bis-sħiħ, l-UE trid ittejjeb l-ambjent li fih l-innovazzjoni tista’ tiffjorixxi fuq kull livell. Dan ifisser kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ ekosistema tal-innovazzjoni effettiva fil-livell tal-UE u l-inkoraġġiment tal-kooperazzjoni, in-networking, u l-iskambju tal-ideat, il-finanzjament u l-ħiliet fost l-ekosistemi tal-innovazzjoni nazzjonali u lokali.

Sabiex il-potenzjal tal-innovazzjoni li tinvolvi r-riċerkaturi, l-imprendituri, l-industrija u s-soċjetà b’mod ġenerali jiġi sfruttat bis-sħiħ, l-UE trid ittejjeb l-ambjent li fih l-innovazzjoni tista’ tiffjorixxi fuq kull livell. Dan ifisser kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ ekosistema tal-innovazzjoni effettiva fil-livell tal-UE u l-inkoraġġiment tal-kooperazzjoni, in-networking, u l-iskambju tal-ideat, il-finanzjament u l-ħiliet fost l-ekosistemi tal-innovazzjoni nazzjonali u lokali.

L-UE trid timmira wkoll li tiżviluppa ekosistemi li jappoġġaw l-innovazzjoni soċjali u l-innovazzjoni fis-settur pubbliku, barra mill-innovazzjoni fl-intrapriżi privati. Tabilħaqq, is-settur tal-gvern irid ikun innovattiv u jġedded lilu nnifsu sabiex ikun jista’ jappoġġa l-bidliet fir-regolamentazzjoni u l-governanza meħtieġa sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni fuq skala kbira ta’ teknoloġiji ġodda u domanda mill-pubbliku li qed tiżdied għat-twassil aktar effiċjenti u effettiv tas-servizzi. L-innovazzjonijiet soċjali huma kruċjali sabiex jittejjeb il-benesseri tas-soċjetajiet tagħna.

L-UE trid timmira wkoll li tiżviluppa ekosistemi li jappoġġaw l-innovazzjoni soċjali u l-innovazzjoni fis-settur volontarju, mingħajr skop ta’ qligħ u pubbliku, barra mill-innovazzjoni fl-intrapriżi privati. Tabilħaqq, dawn is-setturi jridu jkunu innovattivi u jġeddu lilhom infushom sabiex ikunu jistgħu jappoġġaw il-bidliet fir-regolamentazzjoni u l-governanza meħtieġa sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni fuq skala kbira ta’ teknoloġiji ġodda u domanda mill-pubbliku li qed tiżdied għat-twassil aktar effiċjenti u effettiv tas-servizzi. L-innovazzjonijiet soċjali huma kruċjali sabiex jittejjeb il-benesseri tas-soċjetajiet tagħna.

Emenda 58

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Pilastru III — Innovazzjoni Miftuħa”, “Ekosistemi Ewropej tal-Innovazzjoni”, paragrafu 2.2 (paġni 80 u 81)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.2.

Oqsma ta’ intervent

2.2.

Oqsma ta’ Intervent

Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni se torganizza Forum tal-EIC tal-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi responsabbli mill-politiki u l-programmi ta’ innovazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati, bil-għan li jiġu promossi l-koordinazzjoni u d-djalogu dwar l-iżvilupp tal-ekosistema tal-innovazzjoni tal-UE. Fi ħdan dan il-Forum tal-EIC, il-Kummissjoni se:

Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni se torganizza Forum tal-EIC tal-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi responsabbli mill-politiki u l-programmi ta’ innovazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri , il-bliet u r-reġjuni, u l-Pajjiżi Assoċjati, bil-għan li jiġu promossi l-koordinazzjoni u d-djalogu dwar l-iżvilupp tal-ekosistema tal-innovazzjoni tal-UE. Fi ħdan dan il-Forum tal-EIC, il-Kummissjoni se:

Tiddiskuti l-iżvilupp ta’ regolamentazzjoni li tippermetti l-innovazzjoni, permezz tal-applikazzjoni kontinwa tal-Prinċipju tal-Innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ approċċi innovattivi lejn l-akkwist pubbliku, inkluż l-iżvilupp u t-titjib tal-istrument tal-Akkwst Pubbliku tal-Innovazzjoni (PPI) biex jixpruna l-innovazzjoni. L-Osservatorju tal-Innovazzjoni fis-Settur Pubbliku wkoll se jkompli jappoġġa l-isforzi interni ta’ innovazzjoni tal-gvern, flimkien mal-Faċilità ta’ Appoġġ għall-Politiki aġġornata;

Tiddiskuti l-iżvilupp ta’ regolamentazzjoni li tippermetti l-innovazzjoni, permezz tal-applikazzjoni kontinwa tal-Prinċipju tal-Innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ approċċi innovattivi lejn l-akkwist pubbliku, inkluż l-iżvilupp u t-titjib tal-istrument tal-Akkwst Pubbliku tal-Innovazzjoni (PPI) biex jixpruna l-innovazzjoni. L-Osservatorju tal-Innovazzjoni fis-Settur Pubbliku wkoll se jkompli jappoġġa l-isforzi interni ta’ innovazzjoni tal-gvern, flimkien mal-Faċilità ta’ Appoġġ għall-Politiki aġġornata;

Tippromwovi l-allinjament tal-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni bi sforzi tal-UE sabiex jiġi kkonsolidat suq miftuħ għall-flussi kapitali u l-investiment, bħall-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet qafas ewlenin favur l-innovazzjoni skont l-Unjoni tas-Swieq Kapitali;

Tippromwovi l-allinjament tal-aġendi tar-riċerka u l-innovazzjoni bi sforzi tal-UE sabiex jiġi kkonsolidat suq miftuħ għall-flussi kapitali u l-investiment, bħall-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet qafas ewlenin favur l-innovazzjoni skont l-Unjoni tas-Swieq Kapitali;

Ittejjeb il-koordinazzjoni bejn il-programmi ta’ innovazzjoni nazzjonali u l-EIC sabiex jiġu stimolati sinerġiji operattivi u jiġi evitat t-trikkib, permezz tal-kondiviżjoni tad-data fuq programmi u l-implimentazzjoni tagħhom, riżorsi u għarfien espert, analiżi u monitoraġġ te’ xejriet teknoloġiċi u innovattivi, u permezz tal-interkonnessjoni tal-komunitajiet ta’ innovaturi rispettivi;

Ittejjeb il-koordinazzjoni bejn il-programmi ta’ innovazzjoni nazzjonali , reġjonali u lokali u l-EIC sabiex jiġu stimolati sinerġiji operattivi u jiġi evitat t-trikkib, permezz tal-kondiviżjoni tad-data fuq programmi u l-implimentazzjoni tagħhom, riżorsi u għarfien espert, analiżi u monitoraġġ ta’ xejriet teknoloġiċi u innovattivi, u permezz tal-interkonnessjoni tal-komunitajiet ta’ innovaturi rispettivi;

 

Tippromwovi l-identifikazzjoni, il-karatterizzazzjoni, ir-rikonoxximent u l-promozzjoni tal-ekosistemi reġjonali u taċ-ċentri ta’ innovazzjoni, il-konnessjoni tagħhom madwar speċjalizzazzjonijiet intelliġenti, u t-tqarrib tagħhom fil-kuntest ta’ konsorzji li jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm u b’mod partikolari tal-pilastru tiegħu “Innovazzjoni Miftuħa”;

Tistabbilixxi strateġija ta’ komunikazzjoni konġunta dwar l-innovazzjoni fl-UE. Timmira li jistimula l-innovaturi u l-imprendituri tal-UE bl-aqwa talent, partikolarment xprunaturi żgħażagħ, SMEs u negozji ġodda, anki minn postijiet ġodda tal-UE. Se tenfasizza l-valur miżjud tal-UE li l-innovaturi tekniċi, mhux tekniċi u soċjali jistgħu jwasslu liċ-ċittadini tal-UE billi jiżviluppaw l-idea/il-viżjoni tagħhom f’intrapriża li tirnexxi (valur/impatt soċjali, impjiegi u tkabbir, progressjoni tas-soċjetà).

Tistabbilixxi strateġija ta’ komunikazzjoni konġunta dwar l-innovazzjoni fl-UE. Timmira li jistimula l-innovaturi u l-imprendituri tal-UE bl-aqwa talent, partikolarment xprunaturi żgħażagħ, SMEs u negozji ġodda, anki minn postijiet ġodda tal-UE. Se tenfasizza l-valur miżjud tal-UE li l-innovaturi tekniċi, mhux tekniċi u soċjali jistgħu jwasslu liċ-ċittadini tal-UE billi jiżviluppaw l-idea/il-viżjoni tagħhom f’intrapriża li tirnexxi (valur/impatt soċjali, impjiegi u tkabbir, progressjoni tas-soċjetà).

L-attivitajiet se jiġu implimentati sabiex jiżguraw il-kumplementarjetà effettiva bejn it-tipi ta’ azzjoni tal-EIC u l-fokus speċifiku tagħhom fuq l-innovazzjoni rivoluzzjonarja, mal-attivitajiet implimentati mill-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati, iżda anki minn inizjattivi privati, sabiex jiġu appoġġati t-tipi kollha ta’ innovazzjoni, jintlaħqu l-innovaturi kollha tal-UE u jingħataw appoġġ imtejjeb u adegwat.

L-attivitajiet se jiġu implimentati sabiex jiżguraw il-kumplementarjetà effettiva bejn it-tipi ta’ azzjoni tal-EIC u l-fokus speċifiku tagħhom fuq l-innovazzjoni rivoluzzjonarja, mal-attivitajiet implimentati mill-Istati Membri , ir-reġjuni u l-bliet u l-Pajjiżi Assoċjati, iżda anki minn inizjattivi privati, sabiex jiġu appoġġati t-tipi kollha ta’ innovazzjoni, jintlaħqu l-innovaturi kollha tal-UE u jingħataw appoġġ imtejjeb u adegwat.

Raġuni

Il-bliet, ir-reġjuni u l-ekosistemi ta’ innovazzjoni tagħhom għandhom jitpoġġew fil-qalba tal-EIC.

Emenda 59

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Pilastru III — Innovazzjoni Miftuħa”, “Ekosistemi Ewropej tal-Innovazzjoni”, paragrafu 2.2 (paġna 81)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għal dan il-għan, l-UE se:

Għal dan il-għan, l-UE se:

Tippromwovi u tikkofinanzja programmi ta’ innovazzjoni konġunti ġestiti minn awtoritajiet responsabbli minn politiki u programmi ta’ innovazzjoni pubblika nazzjonali, reġjonali jew locali, li magħhom jistgħu jiġu assoċjati entitajiet privati li jappoġġaw l-innovazzjoni u l-innovaturi. Programmi konġunti bħal dawn immexxijin mid-domanda jistgħu jimmiraw lejn, fost oħrajn, appoġġ fl-istadju bikri u tal-istudju ta’ fattibbiltà, il-kooperazzjoni akkademja-intrapriżi, l-appoġġ għar-riċerka kollaborattiva ta’ SMEs ta’ teknoloġija avvanzata, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-għarfien, l-internalizzazzjoni tal-SMEs, l-analiżi u l-iżvilupp tas-suq, id-diġitalizzazzjoni ta’ SMEs mhux teknoloġikament avvanzati, l-istrumenti finanzjarji għall-attivitajiet ta’ innovazzjoni qrib is-suq jew il-varar fis-suq, u l-innovazzjoni soċjali. Dawn jistgħu jinkludu wkoll inizjattivi ta’ akkwist pubbliku konġunti, li jiffaċilitaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-innovazzjonijiet fis-settur pubbliku, partikolarment b’appoġġ tal-iżvilupp ta’ politiki ġodda. Dan jista’ jkun partikolarment effettiv fl-istimulazzjoni tal-innovazzjoni fl-oqsma tas-servizz pubbliku u sabiex l-innovaturi Ewropej jiġu pprovduti b’opportunitajiet tas-suq.

Tippromwovi u tikkofinanzja programmi ta’ innovazzjoni konġunti ġestiti minn awtoritajiet responsabbli minn politiki u programmi ta’ innovazzjoni pubblika nazzjonali, reġjonali jew locali, li magħhom jistgħu jiġu assoċjati entitajiet privati li jappoġġaw l-innovazzjoni u l-innovaturi. Dawn il-programmi konġunti jistgħu jieħdu l-forma ta’ konsorzji li jiġbru fihom ekosistemi reġjonali u ċentri ta’ innovazzjoni; Programmi konġunti bħal dawn immexxijin mid-domanda jistgħu jimmiraw lejn, fost oħrajn, appoġġ fl-istadju bikri u tal-istudju ta’ fattibbiltà (fosthom ix-xogħlijiet komplementari ta’ riċerka li tipprovdi provi tal-kunċett, installazzjonijiet ta’ dimostrazzjoni u linji pilota ta’ produzzjoni), il-kooperazzjoni akkademja-intrapriżi, l-appoġġ għar-riċerka kollaborattiva ta’ SMEs ta’ teknoloġija avvanzata, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-għarfien, l-internalizzazzjoni tal-SMEs, l-analiżi u l-iżvilupp tas-suq, id-diġitalizzazzjoni ta’ SMEs mhux teknoloġikament avvanzati, l-istrumenti finanzjarji għall-attivitajiet ta’ innovazzjoni qrib is-suq jew il-varar fis-suq, u l-innovazzjoni soċjali. Dawn jistgħu jinkludu wkoll inizjattivi ta’ akkwist pubbliku konġunti, li jiffaċilitaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-innovazzjonijiet fis-settur pubbliku, partikolarment b’appoġġ tal-iżvilupp ta’ politiki ġodda. Dan jista’ jkun partikolarment effettiv fl-istimulazzjoni tal-innovazzjoni fl-oqsma tas-servizz pubbliku u sabiex l-innovaturi Ewropej jiġu pprovduti b’opportunitajiet tas-suq.

Tappoġġa wkoll il-programmi konġunti tal-mentoraġġ, il-coaching, l-assistenza teknika u servizzi oħrajn li jitwasslu qrib l-innovaturi permezz ta’ networks bħan-Network Enterprise Europe (EEN), ir-raggruppamenti, il-pjattaformi pan-Ewropej bħal Startup Europe, l-atturi tal-innovazzjoni lokali, kemm pubbliċi iżda wkoll privati, partikolarment inkubaturi u hubs tal-innovazzjoni li, barra minn hekk, jistgħu jkunu interkonnessi sabiex jiffavorixxu s-sħubija bejn l-innovaturi. L-appoġġ jista’ jingħata wkoll sabiex jiġu promossi l-ħiliet personali għall-innovazzjoni, inkluż lil networks ta’ istituzzjonijiet vokazzjonali u b’rabta mill-qrib mal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija;

Tappoġġa wkoll il-programmi konġunti tal-mentoraġġ, il-coaching, l-assistenza teknika u servizzi oħrajn li jitwasslu qrib l-innovaturi permezz ta’ networks bħan-Network Enterprise Europe (EEN), ir-raggruppamenti, il-pjattaformi pan-Ewropej bħal Startup Europe, l-atturi tal-innovazzjoni reġjonali u lokali, kemm pubbliċi iżda wkoll privati, partikolarment inkubaturi u hubs tal-innovazzjoni li, barra minn hekk, jistgħu jkunu interkonnessi sabiex jiffavorixxu s-sħubija bejn l-innovaturi. L-appoġġ jista’ jingħata wkoll sabiex jiġu promossi l-ħiliet personali għall-innovazzjoni, inkluż lil networks ta’ istituzzjonijiet vokazzjonali u b’rabta mill-qrib mal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija;

Emenda 60

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Pilastru III — Innovazzjoni Miftuħa”, “Ekosistemi Ewropej tal-Innovazzjoni”, paragrafu 2.2 (paġna 81)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-UE se tniedi wkoll azzjonijiet meħtieġa sabiex ikompli jiġi mmonitorjat u mrawwem l-pajsaġġ tal-innovazzjoni ġenerali u l-kapaċità tal-ġestjoni tal-innovazzjoni fl-Ewropa.

L-UE se tniedi wkoll azzjonijiet meħtieġa sabiex ikompli jiġi mmonitorjat u mrawwem il-pajsaġġ tal-innovazzjoni ġenerali u l-kapaċità tal-ġestjoni tal-innovazzjoni fl-Ewropa.

 

Flimkien mal-bliet u mar-reġjuni, il-Kummissjoni se twaqqaf forum ta’ ekosistemi reġjonali u ta’ ċentri ta’ innovazzjoni, sabiex ittejjeb l-għarfien tal-kundizzjonijiet ta’ start-up u ta’ suċċess tagħhom, tal-kontribut tagħhom għall-eċċellenza xjentifika Ewropea u għad-dinamika tal-innovazzjoni, u sabiex tiffaċilita u ssaħħaħ il-kontribut tagħhom għall-implimentazzjoni tal-programm u għall-kisba tal-għanijiet tiegħu.

L-attivitajiet ta’ appoġġ tal-ekosistemi se jiġu implimentati mill-Kummissjoni, u sejrin jiġu appoġġati minn aġenzija eżekuttiva għall-proċess ta’ evalwazzjoni.

L-attivitajiet ta’ appoġġ tal-ekosistemi se jiġu implimentati mill-Kummissjoni, u sejrin jiġu appoġġati minn aġenzija eżekuttiva għall-proċess ta’ evalwazzjoni.

Emenda 61

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Pilastru III — Innovazzjoni Miftuħa”, “Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija”, paragrafu 3.1, paragrafu 2 (paġna 83)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għad baqa’ l-ħtieġa li jiġu żviluppati ekosistemi fejn ir-riċerkaturi, l-innovaturi, l-industriji u l-gvernijiet ikunu jistgħu jinteraġixxu faċilment.

Għad baqa’ l-ħtieġa li jiġu żviluppati ekosistemi fejn ir-riċerkaturi, l-innovaturi, l-industriji u l-gvernijiet , kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali, ikunu jistgħu jinteraġixxu faċilment.

Emenda 62

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Pilastru III — Innovazzjoni Miftuħa”, “Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija”, paragrafu 3.1, paragrafu 4, l-ewwel sentenza (paġna 83)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

In-natura u l-iskala tal-isfidi tal-innovazzjoni jirrikjedu l-komunikazzjoni u l-mobilizzazzjoni tal-atturi u r-riżorsi fuq skala Ewropea, permezz tat-trawwim ta’ kollaborazzjoni transkonfini.

In-natura u l-iskala tal-isfidi tal-innovazzjoni jirrikjedu l-komunikazzjoni u l-mobilizzazzjoni tal-atturi u r-riżorsi fuq skala Ewropea, permezz tat-trawwim ta’ kollaborazzjoni transreġjonali u transkonfini.

Emenda 63

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Pilastru III — Innovazzjoni Miftuħa”, “Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija”, paragrafu 3.2.1 (paġna 84)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

3.2.

Oqsma ta’ intervent

3.2.

Oqsma ta’ intervent

3.2.1.

Ekosistemi ta’ innovazzjoni sostenibbli madwar l-Ewropa

L-EIT se jkollu rwol rinfurzat fit-tisħiħ tal-ekosistemi tal-innovazzjoni madwar l-Ewropa. B’mod partikolari, l-EIT se jkompli jopera primarjament permezz tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs) tiegħu, is-sħubiji Ewropej fuq skala kbira li jindirizzaw sfidi tas-soċjetà speċifiċi. Huwa se jkompli jsaħħaħ l-ekosistemi tal-innovazzjoni madwarhom billi jrawwem l-integrazzjoni tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni. Barra minn hekk, l-EIT se jikkontribwixxi sabiex jiġu indirizzati lakuni eżistenti fil-prestazzjoni tal-innovazzjoni fl-Ewropa billi jespandi l-Iskema ta’ Innovazzjoni Reġjonali (RIS tal-EIT) tiegħu. L-EIT se jaħdem b’ekosistemi tal-innovazzjoni li jesebixxu potenzjal għoli ta’ innovazzjoni abbażi tal-istrateġija, l-allinjament tematiku u l-impatt, u f’sinerġija mill-qrib ma’ Strateġiji u Pjattaformi ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti.

3.2.1.

Ekosistemi ta’ innovazzjoni sostenibbli madwar l-Ewropa

L-EIT se jkollu rwol rinfurzat fit-tisħiħ tal-ekosistemi tal-innovazzjoni madwar l-Ewropa. B’mod partikolari, l-EIT se jkompli jopera primarjament permezz tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs) tiegħu, is-sħubiji Ewropej fuq skala kbira li jindirizzaw sfidi tas-soċjetà speċifiċi. Huwa se jkompli jsaħħaħ l-ekosistemi tal-innovazzjoni madwarhom billi jrawwem l-integrazzjoni tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni. Barra minn hekk, l-EIT se jikkontribwixxi sabiex jiġu indirizzati lakuni eżistenti fil-prestazzjoni tal-innovazzjoni fl-Ewropa billi jespandi l-Iskema ta’ Innovazzjoni Reġjonali (RIS tal-EIT) tiegħu. L-EIT se jaħdem b’ekosistemi tal-innovazzjoni , u b’mod partikolari bl-ekosistemi reġjonali u ċ-ċentri ta’ innovazzjoni, li jesebixxu potenzjal għoli ta’ innovazzjoni abbażi tal-istrateġija, l-allinjament tematiku u l-impatt, u f’sinerġija mill-qrib ma’ Strateġiji u Pjattaformi ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti.

Emenda 64

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Pilastru III — Innovazzjoni Miftuħa”, “Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija”, paragrafu 3.2.4 (paġna 85)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Linji Mifruxa

Linji Mifruxa

Kooperazzjoni mal-EIC fis-simplifikazzjoni tal-appoġġ (jiġifieri, finanzjament u servizzi) mogħti lil impriżi tassew innovattivi kemm fl-istadju ta’ bidu kif ukoll f’dak ta’ espansjoni, partikolarment permezz tal-KICs.

Kooperazzjoni mal-EIC fis-simplifikazzjoni tal-appoġġ (jiġifieri, finanzjament u servizzi) mogħti lil impriżi tassew innovattivi kemm fl-istadju ta’ bidu kif ukoll f’dak ta’ espansjoni, partikolarment permezz tal-KICs.

L-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-EIT sabiex jiġu massimizzati s-sinerġijiet u l-komplementarjetajiet mal-azzjonijiet skont il-Pilastru Sfidi Gloabli u Kompetittività Industrijali;

L-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-EIT sabiex jiġu massimizzati s-sinerġijiet u l-komplementarjetajiet mal-azzjonijiet skont il-Pilastru Sfidi Gloabli u Kompetittività Industrijali;

Involviment mal-Istati Membri tal-UE kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak reġjonali, filwaqt li jiġi stabbilit djalogu strutturat u jiġu kkoordinati l-isforzi sabiex ikun hemm sinerġiji ma’ inizjattivi nazzjonali eżistenti, sabiex jiġu identifikati, kondiviżi u disseminati l-prattiki t-tajbin u t-tagħlimiet;

Involviment mal-Istati Membri tal-UE kemm fil-livell nazzjonali u mal-awtoritajiet lokali u reġjonali , filwaqt li jiġi stabbilit djalogu strutturat u jiġu kkoordinati l-isforzi sabiex ikun hemm sinerġiji ma’ inizjattivi nazzjonali , reġjonali u lokali eżistenti , sabiex jiġu identifikati, kondiviżi u disseminati l-prattiki t-tajbin u t-tagħlimiet;

Emenda 65

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka”, paragrafu 4 (paġna 87)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Barra minn hekk, xi wħud iqisu r-riċerka u l-innovazzjoni bħala distanti u elitisti mingħajr benefiċċju ċar għaċ-ċittadini, u dan iwassal għal attitudnijiet li jostakolaw il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi, kif ukoll xettiċiżmu dwar il-politiki pubbliċi bbażati fuq l-evidenza. Dan jirrikjedi kemm konnessjonijiet aħjar bejn ix-xjenzati, iċ-ċittadini u dawk li jfasslu l-politika kif ukoll approċċi aktar robusti lejn l-ippuljar tal-evidenza xjentifika nnifisha.

Dawn id-differenzi u l-inugwaljanzi ta’ aċċess għar-riċerka u għall-innovazzjoni setgħu neħħew il-fiduċja taċ-ċittadini, iżda xi wħud iqisu r-riċerka u l-innovazzjoni bħala distanti u elitisti mingħajr benefiċċju ċar għaċ-ċittadini, u dan iwassal għal attitudnijiet li jostakolaw il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi, kif ukoll xettiċiżmu dwar il-politiki pubbliċi bbażati fuq l-evidenza. Dan jirrikjedi kemm l-eliminazzjoni tad-differenzi nnutati u konnessjonijiet aħjar bejn ix-xjenzati, iċ-ċittadini u dawk li jfasslu l-politika kif ukoll approċċi aktar robusti lejn l-ippuljar tal-evidenza xjentifika nnifisha.

Emenda 66

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”, “Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka”, paragrafu 5 (paġna 87)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-UE issa trid tistabbilixxi standards ogħla fir-rigward tal-kwalità u l-impatt tas-sistema tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħha, u dan jirrikjedi Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) rivitalizzata, appoġġata aħjar mill-Programm Qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE. B’mod speċifiku, huwa meħtieġ sett integrat tajjeb iżda mfassal apposta ta’ miżuri tal-UE, ikkumbinat ma’ riformi u titjib fil-prestazzjoni fil-livell nazzjonali (li għalihom jistgħu jikkontribwixxu l-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti appoġġjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali) u, konsegwentement, bidliet istituzzjonali fi ħdan organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw u jwettqu r-riċerka, inklużi l-universitajiet. Bil-kombinazzjoni tal-isforzi fil-livell tal-UE, is-sinerġiji jistgħu jiġu sfruttati u d-daqs neċessarju jista’ jinstab sabiex l-appoġġ għar-riformi fil-politiki nazzjonali jkun aktar effiċjenti u b’impatt akbar.

L-UE issa trid tistabbilixxi standards ogħla fir-rigward tal-kwalità u l-impatt tas-sistema tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħha, u dan jirrikjedi Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) rivitalizzata, appoġġata aħjar mill-Programm Qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE. B’mod speċifiku, huwa meħtieġ sett integrat tajjeb iżda mfassal apposta ta’ miżuri tal-UE, ikkumbinat ma’ riformi u titjib fil-prestazzjoni fil-livell nazzjonali , reġjonali u lokali (li għalihom jistgħu jikkontribwixxu l-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti appoġġjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali) u, konsegwentement, bidliet istituzzjonali fi ħdan organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw u jwettqu r-riċerka, inklużi l-universitajiet. Bil-kombinazzjoni tal-isforzi fil-livell tal-UE, is-sinerġiji jistgħu jiġu sfruttati u d-daqs neċessarju jista’ jinstab sabiex l-appoġġ għar-riformi fil-politiki nazzjonali , reġjonali u lokali jkun aktar effiċjenti u b’impatt akbar.

Emenda 67

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”“Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka”, paragrafu 6 (paġni 87 u 88)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-attivitajiet appoġġati skont din il-parti jindirizzaw il-prijoritajiet ta’ politika taż-ŻER, filwaqt li ġeneralment jiffurmaw bażi għall-partijiet kollha ta’ Orizzont Ewropa. L-attivitajiet jistgħu jkunu stabbiliti wkoll sabiex irawmu ċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ madwar iż-ŻER kollha permezz tal-mobbiltà tar-riċerkaturi u l-innovaturi.

L-attivitajiet appoġġati skont din il-parti jindirizzaw il-prijoritajiet ta’ politika taż-ŻER, filwaqt li ġeneralment jiffurmaw bażi għall-partijiet kollha ta’ Orizzont Ewropa. L-attivitajiet jistgħu jkunu stabbiliti wkoll sabiex irawmu ċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ madwar iż-ŻER kollha permezz tal-mobbiltà tar-riċerkaturi u l-innovaturi. Attivitajiet oħrajn jistgħu jiffukaw fuq l-appoġġ għall-iżvilupp, l-istrutturar u l-eċċellenza ta’ ekosistemi reġjonali u ċentri ta’ innovazzjoni ġodda fl-Istati Membri u fir-reġjuni li għadhom lura fl-iżvilupp tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Emenda 68

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”“Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka”, “Kondiviżjoni tal-Eċċellenza” (paġna 89)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Linji Mifruxa

Linji Mifruxa

Il-ħolqien ta’ timijiet, sabiex jinħolqu ċentri ġodda ta’ eċċellenza jew jiġu aġġornati dawk eżistenti fil-pajjiżi eliġibbli, billi jibnu fuq sħubiji bejn istituzzjonijiet xjentifiċi mexxejja u istituzzjonijiet sħab bħala bażi;

Il-ħolqien ta’ timijiet, sabiex jinħolqu ekosistemi reġjonali, ċentri ta’ innovazzjoni u ċentri ġodda ta’ eċċellenza jew jiġu aġġornati dawk eżistenti fil-pajjiżi eliġibbli, billi jibnu fuq sħubiji bejn istituzzjonijiet xjentifiċi mexxejja u istituzzjonijiet sħab bħala bażi;

Il-ġemellaġġi, sabiex università jew organizzazzjoni tar-riċerka minn pajjiż eliġibbli jissaħħu f’qasam definit, billi dawn jiġu konnessi ma’ istituzzjonijiet tar-riċerka li huma fuq quddiem nett fuq livell internazzjonali minn Stati Membri jew Pajjiżi Assoċjati oħrajn.

Il-ġemellaġġi, sabiex università jew organizzazzjoni tar-riċerka minn pajjiż eliġibbli jissaħħu f’qasam definit, billi dawn jiġu konnessi ma’ istituzzjonijiet tar-riċerka li huma fuq quddiem nett fuq livell internazzjonali minn Stati Membri jew Pajjiżi Assoċjati oħrajn.

Il-Presidenti taż-ŻER, sabiex jappoġġaw l-universitajiet jew l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, jattiraw u jżommu riżorsi umani ta’ kwalità għolja taħt id-direzzjoni ta’ riċerkatur u maniġer tar-riċerka (il-“President taż-ŻER”) eċċezzjonali, u sabiex jiġu implimentati bidliet strutturali sabiex tinkiseb l-eċċellenza fuq bażi sostenibbli.

Il-Presidenti taż-ŻER, sabiex jappoġġaw l-universitajiet jew l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, jattiraw u jżommu riżorsi umani ta’ kwalità għolja taħt id-direzzjoni ta’ riċerkatur u maniġer tar-riċerka (il-“President taż-ŻER”) eċċezzjonali, u sabiex jiġu implimentati bidliet strutturali sabiex tinkiseb l-eċċellenza fuq bażi sostenibbli.

Il-Kooperazzjoni Ewropea fix-Xjenza u t-Teknoloġija (COST), li tinvolvi kundizzjonijiet ambizzjużi fir-rigward tal-inklużjoni ta’ pajjiżi eliġibbli u miżuri oħrajn sabiex jiġu provduti n-networking xjentifiku, il-bini tal-kapaċitajiet u appoġġ għall-iżvilupp tal-karrieri lil riċerkaturi minn dawn il-pajjiżi fil-mira. 80 % tal-baġit totali ta’ COST se jkun dedikat għal azzjonijiet li jkunu allinjati bis-sħiħ mal-għanijiet ta’ dan il-qasam ta’ intervent.

Il-Kooperazzjoni Ewropea fix-Xjenza u t-Teknoloġija (COST), li tinvolvi kundizzjonijiet ambizzjużi fir-rigward tal-inklużjoni ta’ pajjiżi eliġibbli u miżuri oħrajn sabiex jiġu provduti n-networking xjentifiku, il-bini tal-kapaċitajiet u appoġġ għall-iżvilupp tal-karrieri lil riċerkaturi minn dawn il-pajjiżi fil-mira. 80 % tal-baġit totali ta’ COST se jkun dedikat għal azzjonijiet li jkunu allinjati bis-sħiħ mal-għanijiet ta’ dan il-qasam ta’ intervent.

 

Kooperazzjoni transreġjonali fl-ispeċjalizzazzjonijiet intelliġenti kondiviżi u bejn ekosistemi reġjonali u ċentri ta’ innovazzjoni, billi jingħata appoġġ u jiġi ffaċilitat l-involviment tal-ekosistemi emerġenti u li qed jiżviluppaw.

Emenda 69

Anness I — “Attivitajiet tal-Programm”“Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka” — “Riforma u Titjib tas-Sistema tal-UE tar-Riċerka u l-Innovazzjoni” (paġna 91)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ir-riformi ta’ politika fil-livell nazzjonali se jkunu rinforzati b’mod reċiproku permezz tal-iżvilupp ta’ inizjattivi ta’ politika, riċerka, networking, sħubija, koordinazzjoni, ġbir tad-data u monitoraġġ u evalwazzjoni fil-livell tal-UE.

Ir-riformi ta’ politika fil-livell nazzjonali , reġjonali u lokali se jkunu rinforzati b’mod reċiproku permezz tal-iżvilupp ta’ inizjattivi ta’ politika, riċerka, networking, sħubija, koordinazzjoni, ġbir tad-data u monitoraġġ u evalwazzjoni fil-livell tal-UE.

Linji Mifruxa

Linji Mifruxa

It-tisħiħ tal-bażi tal-evidenza għall-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni, għal fehim aħjar tad-dimensjonijiet u l-komponenti differenti tas-sistemi nazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi l-fatturi kontribwenti, l-impatti u l-politiki assoċjati;

- It-tisħiħ tal-bażi tal-evidenza għall-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni, għal fehim aħjar tad-dimensjonijiet u l-komponenti differenti tas-sistemi nazzjonali , reġjonali u lokali tar-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi l-fatturi kontribwenti, l-impatti u l-politiki assoċjati;

Attivitajiet ta’ prospettiva sabiex jiġu antiċipati l-ħtiġijiet emerġenti, f’koordinazzjoni u kodisinn mal-aġenziji nazzjonali u partijiet ikkonċernati orjentati lejn il-futur, b’mod parteċipattiv u li jibni fuq l-avvanzi fil-metodoloġija tat-tbassir, li jagħmel l-eżiti aktar rilevanti għall-politika, filwaqt li jisfrutta s-sinerġiji tul il-programm u lil hinn minnu;

Attivitajiet ta’ prospettiva sabiex jiġu antiċipati l-ħtiġijiet emerġenti, f’koordinazzjoni u kodisinn mal-aġenziji nazzjonali , l-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet ikkonċernati orjentati lejn il-futur, b’mod parteċipattiv u li jibni fuq l-avvanzi fil-metodoloġija tat-tbassir, li jagħmel l-eżiti aktar rilevanti għall-politika, filwaqt li jisfrutta s-sinerġiji tul il-programm u lil hinn minnu;

It-tħaffif tat-tranżizzjoni lejn ix-Xjenza Miftuħa permezz tal-monitoraġġ, l-analiżi u l-appoġġ tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki u prattiki tax-Xjenza Miftuħa fil-livell tal-Istati Membri, ir-reġjuni, l-istituzzjonijiet u r-riċerkaturi, b’tali mod li jimmassimizza s-sinerġiji u l-koerenza fil-livell tal-UE;

It-tħaffif tat-tranżizzjoni lejn ix-Xjenza Miftuħa permezz tal-monitoraġġ, l-analiżi u l-appoġġ tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki u prattiki tax-Xjenza Miftuħa fil-livell tal-Istati Membri, ir-reġjuni, il-bliet, l-istituzzjonijiet u r-riċerkaturi, b’tali mod li jimmassimizza s-sinerġiji u l-koerenza fil-livell tal-UE;

L-appoġġ għar-riforma ta’ politika tar-riċerka u l-innovazzjoni nazzjonali, inkluż permezz ta’ sett ta’ servizzi msaħħa tal-Faċilità ta’ Appoġġ għall-Politiki (PSF) (jiġifieri reviżjonijiet bejn il-pari, attivitajiet ta’ appoġġ speċifiku, eżerċizzji ta’ tagħlim reċiproku u ċ-ċentru tal-għarfien) lill-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati, li joperaw f’sinerġija mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, is-Servizzi ta’ Appoġġ għar-Riforma Strutturali (SRSS) u l-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi;

L-appoġġ għar-riforma ta’ politika tar-riċerka u l-innovazzjoni nazzjonali , reġjonali u lokali, inkluż permezz ta’ sett ta’ servizzi msaħħa tal-Faċilità ta’ Appoġġ għall-Politiki (PSF) (jiġifieri reviżjonijiet bejn il-pari, attivitajiet ta’ appoġġ speċifiku, eżerċizzji ta’ tagħlim reċiproku u ċ-ċentru tal-għarfien) lill-Istati Membri , lir-reġjuni u lill-ibliet u l-Pajjiżi Assoċjati, li joperaw f’sinerġija mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, is-Servizzi ta’ Appoġġ għar-Riforma Strutturali (SRSS) u l-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi;

 

L-appoġġ għall-ħolqien, l-istrutturar u l-iżvilupp tal-ekosistemi reġjonali u taċ-ċentri ta’ innovazzjoni. Fil-każ ta’ talba konġunta mill-Istat Membru u mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, tista’ tiġi implimentata azzjoni speċifika ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawn l-atturi nazzjonali, reġjonali u lokali biex issaħħaħ ir-rilevanza tal-użu tal-FEŻR u tal-FSE+ fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, tiffaċilita l-aċċess għall-programm Orizzont Ewropa u ssaħħaħ is-sinerġiji bejn il-fondi differenti u l-Programm Qafas, pereżempju fil-kuntest tas-sħubiji l-ġodda Ewropej u tal-programmi kofinanzjati. Is-servizzi u l-aġenziji tal-Kummissjoni inkarigati mill-implimentazzjoni tal-programm Orizzont Ewropa se jkunu direttament involuti f’dan il-mekkaniżmu;

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

itenni t-talba tiegħu ta’ approċċ komprensiv tal-isforz finanzjarju tal-Unjoni għar-riċerka, it-taħriġ u l-innovazzjoni, li llum huwa nieqes mill-ħidma baġitarja;

2.

iqis li l-livell ta’ riżorsi allokati għal Orizzont Ewropa huwa sodisfaċenti fil-kuntest baġitarju attwali, u li żieda kbira biss fil-baġit tal-Unjoni tista’ tiġġustifika valutazzjoni mill-ġdid li mbagħad għandha tiffoka fuq il-Pilastru III u l-parti “Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka”;

3.

jinsab imħasseb dwar ir-riskju li jiżdiedu l-inugwaljanzi bejn il-bliet u r-reġjuni li huma eliġibbli ħafna għall-Programm Qafas ta’ riċerka u innovazzjoni, li l-baġit tiegħu se jiżdied, u l-oħrajn li se jbatu l-konsegwenzi ta’ baġits aktar baxxi tal-politika ta’ koeżjoni; itenni li skont l-Artikolu 174 tat-TFUE, l-Unjoni jeħtieġ tiżviluppa u ssegwi l-azzjonijiet tagħha li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha; iwissi dwar l-insuffiċjenza tal-azzjonijiet meħuda biex jitnaqqsu d-differenzi bejn ir-reġjuni fl-indirizzar tal-isfidi, inkluż l-isfida deomgrafika, u biex jiġi promoss l-aċċess għal kulħadd għall-programm Orizzont Ewropa;

4.

jappella għal rikonoxximent ġenwin tal-eċċellenza mifruxa fl-Istati Membri u fir-reġjuni kollha tal-UE sabiex jitjieb il-livell ta’ eċċellenza xjentifika tal-Ewropa kollha u mhux biss ta’ xi reġjuni kbar u ta’ xi metropoli;

5.

jenfasizza l-progressi li saru fl-ikkunsidrar f’Orizzont Ewropa tar-realtajiet lokali u reġjonali tal-innovazzjoni iżda jiddispjaċih ħafna dwar ir-rifjut persistenti li jiġi rikonoxxut l-ankraġġ territorjali tal-eċċellenza xjentifika, il-kontribut tal-ekosistemi reġjonali u taċ-ċentri ta’ innovazzjoni għad-dinamika tal-UE, u r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni; iqis li l-introduzzjoni ta’ definizzjoni formali tal-ekosistemi reġjonali u taċ-ċentri ta’ innovazzjoni hija l-prerekwiżit għall-inklużjoni effettiva tagħhom;

6.

jitlob bil-qawwa l-parteċipazzjoni sħiħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-eżerċizzju tal-ippjanar strateġiku li se jiggwida l-implimentazzjoni tal-programm Orizzont Ewropa, u l-ikkunsidrar tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti f’dan il-kuntest;

7.

iqis li huwa meħtieġ li jiġu rikonoxxuti l-impatti territorjali fost l-elementi li jikkostitwixxu l-kunċett ta’ impatt għall-evalwazzjoni tal-programm u tal-proġetti;

8.

iqis li huwa essenzjali li r-rabta meħtieġa bejn il-politiki tal-innovazzjoni Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali tkun spjegata b’mod ċar u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu partijiet interessati fil-forum tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni;

9.

jappoġġja bis-sħiħ is-sħubiji ġodda Ewropej u l-azzjonijiet kofinanzjati li jistgħu jsiru l-għodod preferuti ta’ finanzjament tal-kooperazzjonijiet transreġjonali u tal-programmi mmexxija mill-konsorzji ta’ ekosistemi reġjonali u ċentri ta’ innovazzjoni (approċċ ta’ konnessjoni tat-territorji); jitlob li parti sinifikanti tal-programm Orizzont Ewropa tkun implimentata permezz ta’ dawn il-modalitajiet, b’mod partikolari fil-Pilastri II u III;

10.

jittama li l-fondi kollha mobilizzati għall-kofinanzjament ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ azzjoni bbażat fuq il-programm Orizzont Ewropa jkunu soġġetti għar-regoli ġuridiċi applikabbli għal dan il-programm, b’mod partikolari dawk dwar l-għajnuna mill-Istat;

11.

iqis li huwa essenzjali li jingħata qafas preċiż għas-sinerġiji bejn id-diversi fondi u l-Programm Qafas madwar prinċipju f’5K (koerenza, komplementarjetà, kompatibbiltà, ko-kostruzzjoni, rikonoxximent tal-gruppi ta’ partijiet interessati lokali); jenfasizza n-natura kruċjali ta’ approċċ ta’ ko-kostruzzjoni effettiva, b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tat-Tikketta ta’ Eċċellenza;

12.

jopponi bil-qawwa li l-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ parti mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni lejn il-programm Orizzont Ewropa tkun sistematikament deċiża mill-Istati Membri; jinsisti bil-qawwa li din il-possibbiltà tkun eżerċitata mill-awtorità ta’ ġestjoni kkonċernata, u li l-arranġamenti għall-mobilizzazzjoni ta’ dawn il-fondi għandhom jiġu miftiehma bi qbil bejn din l-awtorità u l-Kummissjoni u jiżguraw ir-ritorn ta’ dawn il-fondi fiż-żona ġeografika kkonċernata;

13.

jenfasizza l-importanza u l-interess tal-azzjoni ta’ appoġġ għall-“ekosistemi Ewropej ta’ innovazzjoni” prevista fil-Pilastru III, jitlob li l-baġit tagħha jiżdied b’mod sinifikanti, u li dan l-approċċ ikun immirat b’mod partikolari għall-ekosistemi reġjonali u għaċ-ċentri ta’ innovazzjoni;

14.

huwa mħasseb, fir-rigward tal-Pilastru II, dwar ir-riskji tan-normalizzazzjoni tal-“missjonijiet” u jitlob ir-ritorn għall-approċċ operattiv u ta’ ko-kostruzzjoni proposta mir-rapport Lamy; huwa mħasseb ukoll dwar id-dgħufija tal-post tax-xjenzi umani u soċjali; jitlob estensjoni tas-suġġetti indirizzati fir-raggruppament “Soċjetà Inklużiva u Sigura”;

15.

jitlob li, fil-kuntest tar-raggruppament “Ikel u riżorsi naturali” tingħata prijorità, b’rabta mal-agrikoltura, għar-riċerka dwar il-metodi ta’ produzzjoni agroekoloġiċi u tal-agroforestrija kif ukoll għall-iżvilupp tas-sistemi agroalimentari lokali;

16.

jinnota li l-proposti tal-Kummissjoni huma konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità; jenfasizza l-importanza li jiġu kkunsidrati proposti inklużi f’dan ir-rapport sabiex il-konklużjonijet mill-ħidma tat-Task Force dwar is-Sussidjarjetà jiġu implimentati b’mod konkret.

Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/125


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposta għal Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

(2018/C 461/12)

Relatur ġenerali:

Nathalie SARRABEZOLLES (FR/PSE), President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Finistère

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

COM(2018)390 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(8)

Il-qafas finanzjarju pluriennali stabbiliti fir-Regolament (UE) xx/xx[6] jipprevedi li l-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jkompli jsostni s-sajd u l-politiki marittimi. Bil-prezzijiet attwali l- baġit tal-FEMS, huwa mistenni li jammonta għal EUR 6 140 000 000 . Ir-riżorsi tal-FEMS jenħtieġ li jinqasmu bejn il-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta. EUR 5 311 000 000 jenħtieġ li jkunu allokati għall-appoġġ b’ġestjoni kondiviża u EUR 829 000 000 għall-appoġġ b’ġestjoni diretta u indiretta. Biex tkun żgurata l-istabbiltà, b’mod partikolari fejn għandu x’jaqsam mal-ksib tal-għanijiet tal-PKS, id-definizzjoni tal-allokazzjonijiet nazzjonali b’ġestjoni kondiviża għall-perjodu ta’ pproggrammar tal-2021 sal-2027 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-ishma tal-FEMS tal-perjodu 2014 sal-2020. Jenħtieġ li jiġu riżervati ammonti speċifiċi għar-reġjuni ultraperifiċi, għall-kontroll u l-infurzar u għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data kemm għall-ġestjoni tas-sajd kif ukoll għall-finijiet xjentifiċi, filwaqt li l-ammonti għall-waqfien permanenti u għall-waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd jenħtieġ li jkunu limitati.

(8)

Il-qafas finanzjarju pluriennali stabbiliti fir-Regolament (UE) xx/xx[6] jipprevedi li l-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jkompli jsostni s-sajd u l-politiki marittimi. Il-baġit tal-FEMS jeħtieġ jinżamm fl-istess livelli bħall-perjodu 2014-2020. Dan għandu jammonta għal EUR 6 400 000 000 . Ir-riżorsi tal-FEMS jenħtieġ li jinqasmu bejn il-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta. 90 % tal-baġit totali tal-FEMS ( EUR 5 760 000 000 ) jenħtieġ li jkunu allokati għall-appoġġ b’ġestjoni kondiviża u  10 % ( EUR 640 000 000 ) għall-appoġġ b’ġestjoni diretta u indiretta. Biex tkun żgurata l-istabbiltà, b’mod partikolari fejn għandu x’jaqsam mal-ksib tal-għanijiet tal-PKS, id-definizzjoni tal-allokazzjonijiet nazzjonali b’ġestjoni kondiviża għall-perjodu ta’ pproggrammar tal-2021 sal-2027 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-ishma tal-FEMS tal-perjodu 2014 sal-2020. Jenħtieġ li jiġu riżervati ammonti speċifiċi għar-reġjuni ultraperifiċi, għall-kontroll u l-infurzar u għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data kemm għall-ġestjoni tas-sajd kif ukoll għall-finijiet xjentifiċi, filwaqt li l-ammonti għall-waqfien permanenti u għall-waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd jenħtieġ li jkunu limitati.

Raġuni

L-allokazzjoni tal-baġit għandha tkun fl-istess livell bħal qabel. Il-qasma 90/10 bejn ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta għandha tinġieb lura (minflok is-86 % propost għal ġestjoni kondiviża).

Emenda 2

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(10)

Jenħtieġ li l-FEMS ikun ibbażat fuq erba’ prijoritajiet: it-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta’ swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli; il-promozzjoni tat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta’ komunitajiet kostali li jiffjorixxu; it-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u b’hekk l-appoġġ ta’ ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b’mod sostenibbli. Dawk il-prijoritajiet jenħtieġ li jiġu segwiti permezz tal-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta.

(10)

Jenħtieġ li l-FEMS ikun ibbażat fuq erba’ prijoritajiet: it-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta’ swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli; il-promozzjoni tat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta’ komunitajiet kostali li jiffjorixxu; it-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u b’hekk l-appoġġ ta’ ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b’mod sostenibbli. Dawk il-prijoritajiet jenħtieġ li jiġu segwiti permezz tal-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta. Minħabba l-isfidi attwali li jiffaċċjaw il-politiki marittimi u tas-sajd, huwa partikolarment importanti li l-FEMS il-ġdid jiżgura li l-fondi jkunu faċilment aċċessibbli għall-benefiċjarji;

Raġuni

L-erba’ prijoritajiet għandhom jiġu milqugħa iżda l-enfasi fuq l-interessi tal-benefiċjajri trid tiġi sottolinjata b’mod iktar qawwi.

Emenda 3

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Il-FEMS għandu jikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet l-oħrajn ta’ żvilupp sostenibbli (SDGs) tan-NU. B’mod partikolari, dan ir-Regolament għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet li ġejjin:

SDG 1. L-ebda faqar: il-FEMS, flimkien mal-FAEŻR, jikkontribwixxi lejn it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-komunitajiet kostali l-aktar fraġli, b’mod partikolari dawk li jiddependu fuq riżorsa unika ta’ sajd li hi vulnerabbi għas-sajd żejjed, it-tibdil globali jew problemi ambjentali.

SDG 3. Saħħa tajba u benesseri: il-FEMS, flimkien mal-FAEŻR, jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tniġġis tal-mases ta’ ilma kostali, li jwassal għal mard endemiku, u għandu jiżgura kwalità tajba tal-ikel mis-sajd u l-akkwakultura.

SDG 7. Enerġija nadifa: billi jiffinanzja l-ekonomija blu, il-FEMS, flimkien mal-fondi mmirati lejn l-Orizzont 2020, jippromovi l-użu tal-enerġiji rinnovabbli tal-baħar u għandu jiżgura li dan l-iżvilupp ikun kompatibbli mal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u l-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd.

SDG 8. Xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku: il-FEMS, flimkien mal-FSE, jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ekonomija blue, fattur ta’ tkabbir ekonomiku. Barra minn hekk, għandu jiżgura li dan it-tkabbir ekonomiku jkun sors ta’ impjieg deċenti għall-komunitajiet kostali. Barra minn hekk, il-FEMS għandu jikkontribwixxi għal titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol tas-sajjieda.

SDG 12. Konsum u produzzjoni responsabbli: il-FEMS għandu jappoġġja t-tendenza lejn l-użu razzjonali tar-riżorsi naturali u li jiġi limitat il-ħela tar-riżorsi naturali u tal-enerġija.

SDG 13. Azzjoni klimatika: il-FEMS se jagħmel disponibbli parti mill-baġit tiegħu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Raġuni

L-Unjoni Ewropea taqdi rwol importanti fit-tiswir tal-Aġenda 2030 u hija impenjata li tagħti kontribut sinifikanti biex jintlaħqu s-17-il għan tagħha (Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-22 ta’ Novembru 2016 – COM (2016) 739).

Emenda 4

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(26)

Minħabba l-isfidi li jeżistu biex jinkisbu l-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-PKS, jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS jappoġġa l-azzjonijiet ta’ ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd. F’dan il-kuntest, kultant għadu meħtieġ l-appoġġ għall-addattament ta’ ċerti segmenti tal-flotta u għal ċerti baċiri tal-baħar. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jkun strettament immirat lejn il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, u jkun immirat biex jikseb bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista’ jappoġġa l-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd f’segmenti tal-flotta li fihom il-kapaċità tas-sajd ma tkunx proporzjonata mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli. Jenħtieġ li tali appoġġ ikun għodda tal-pjanijiet ta’ azzjoni għall-aġġustament tas-segmenti tal-flotta li jkollhom kapaċità strutturali żejda identifikata, kif previst fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u jenħtieġ li jkun implimentat billi jiġi skrappjat il-bastiment tas-sajd, inkella billi jiġi dekommissjonat u mmodifikat għal attivitajiet differenti. Jekk il-modifika retroattiva tkun se twassal biex ikun hemm aktar pressjoni tas-sajd rikreattiv fuq l-ekosistema tal-baħar, jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss jekk jikkonforma mal-PKS u mal-għanijiet tal-pjanijiet pluriennali rilevanti. Biex tkun żgurata l-konsistenza tal-addattament strutturali tal-flotta mal-għanijiet ta’ konservazzjoni, l-appoġġ għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd jenħtieġ li jkun strettament b’kundizzjonijiet preċiżi u marbut mal-kisba tar-riżultati. Għalhekk jenħtieġ li dan jiġi implimentat biss b’“finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż, kif previst fir-Regolament (UE) xx/xx (ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni). Skont dan il-mekkaniżmu, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux rimburżati mill-Kummissjoni għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd skont l-ispejjeż reali li jkunu ġġarrbu, iżda skont li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet u li jkunu nkisbu r-riżultati. Biex jintlaħaq dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi f’att delegat tali kundizzjonijiet li jenħtieġ li jkunu marbutin mal-kisba tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-PKS.

(26)

Minħabba l-isfidi li jeżistu biex jinkisbu l-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-PKS, jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS jappoġġa l-azzjonijiet ta’ ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd , kif imsemmi fir-rapport adottat mill-Parlament Ewropew dwar “il-ġestjoni tal-flotot tas-sajd fir-Reġjuni Ultraperiferiċi” . F’dan il-kuntest, kultant għadu meħtieġ l-appoġġ għall-addattament ta’ ċerti segmenti tal-flotta u għal ċerti baċiri tal-baħar. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jkun strettament immirat lejn il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, u jkun immirat biex jikseb bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista’ jappoġġa l-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd f’segmenti tal-flotta li fihom il-kapaċità tas-sajd ma tkunx proporzjonata mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli. Jenħtieġ li tali appoġġ ikun għodda tal-pjanijiet ta’ azzjoni għall-aġġustament tas-segmenti tal-flotta li jkollhom kapaċità strutturali żejda identifikata, kif previst fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u jenħtieġ li jkun implimentat billi jiġi skrappjat il-bastiment tas-sajd, inkella billi jiġi dekommissjonat u mmodifikat għal attivitajiet differenti. Jekk il-modifika retroattiva tkun se twassal biex ikun hemm aktar pressjoni tas-sajd rikreattiv fuq l-ekosistema tal-baħar, jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss jekk jikkonforma mal-PKS u mal-għanijiet tal-pjanijiet pluriennali rilevanti. Biex tkun żgurata l-konsistenza tal-addattament strutturali tal-flotta mal-għanijiet ta’ konservazzjoni, l-appoġġ għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd jenħtieġ li jkun strettament b’kundizzjonijiet preċiżi u marbut mal-kisba tar-riżultati. Għalhekk jenħtieġ li dan jiġi implimentat biss b’“finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż, kif previst fir-Regolament (UE) xx/xx (ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni). Skont dan il-mekkaniżmu, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux rimburżati mill-Kummissjoni għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd skont l-ispejjeż reali li jkunu ġġarrbu, iżda skont li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet u li jkunu nkisbu r-riżultati. Biex jintlaħaq dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi f’att delegat tali kundizzjonijiet li jenħtieġ li jkunu marbutin mal-kisba tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-PKS.

Raġuni

Ir-rapport Rodust tal-Parlament Ewropew (A8-0138/2017) jipproponi li l-finanzjament pubbliku jiġi awtorizzat għat-tiġdid tal-flotot tas-sajd fir-reġjuni ultraperiferiċi.

Emenda 5

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Is-sajd kostali artiġjanali huwa s-sajd b’bastimenti b’tul ta’ inqas minn 12-il metru u li ma jużawx irkaptu rmunkat. Dak is-settur jirrappreżenta kważi 75 % tal-bastimenti tas-sajd kollha rreġistrati fl-Unjoni u kważi nofs l-impjiegi kollha fis-settur tas-sajd. L-operaturi tas-sajd kostali artiġjanali jiddependu b’mod partikolari fuq stokkijiet tal-ħut b’saħħithom għad-dħul ewlieni tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-FEMS jagħtihom trattament preferenzjali permezz ta’ rata ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 %, anki għall-operazzjonijiet marbuta mal-kontroll u l-infurzar, biex jinkoraġġixxi l-prattiki tas-sajd sostenibbli. Barra minn hekk, ċerti oqsma ta’ appoġġ jenħtieġ li jkunu rriżervati għas-sajd artiġjanali fis-segmenti tal-flotta fejn il-kapaċità tas-sajd tkun f’bilanċ mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli, jiġifieri l-appoġġ tax-xiri ta’ bastimenti użati u tat-tibdil jew il-modernizzazzjoni tal-magni tal-bastimenti . Barra minn hekk, l-Istati Membri jeħtiġilhom jinkludu fil-programm tagħhom pjan ta’ azzjoni għas-sajd kostali artiġjanali, li jenħtieġ li jiġi ssorveljat skont l-indikaturi, li jridu jiffissaw stadji importanti u miri għalihom.

Is-sajd kostali artiġjanali huwa s-sajd b’bastimenti b’tul ta’ inqas minn 12-il metru u li ma jużawx irkaptu rmunkat , u jinkludi s-sajd u l-ġbir tal-frott tal-baħar bil-mixi . Dak is-settur jirrappreżenta kważi 75 % tal-bastimenti tas-sajd kollha rreġistrati fl-Unjoni u kważi nofs l-impjiegi kollha fis-settur tas-sajd. L-operaturi tas-sajd kostali artiġjanali jiddependu b’mod partikolari fuq stokkijiet tal-ħut b’saħħithom għad-dħul ewlieni tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-FEMS jagħtihom trattament preferenzjali permezz ta’ rata ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 %, anki għall-operazzjonijiet marbuta mal-kontroll u l-infurzar, biex jinkoraġġixxi l-prattiki tas-sajd sostenibbli. Barra minn hekk, ċerti oqsma ta’ appoġġ jenħtieġ li jkunu rriżervati għas-sajd artiġjanali fis-segmenti tal-flotta fejn il-kapaċità tas-sajd tkun f’bilanċ mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli, jiġifieri l-appoġġ tax-xiri ta’ bastimenti użati jew il-bini ta’ wieħed ġdid mingħajr ma jiżdiedu l-kapaċità jew l-isforz tas-sajd . Barra minn hekk, l-Istati Membri jeħtiġilhom jinkludu fil-programm tagħhom pjan ta’ azzjoni għas-sajd kostali artiġjanali, li jenħtieġ li jiġi ssorveljat skont l-indikaturi, li jridu jiffissaw stadji importanti u miri għalihom.

Raġuni

Ir-Regolament tal-FEMS huwa mmirat biex jipparteċipa fil-politika tal-UE dwar il-ġlieda kontra t-tisħin globali (premessa 13). Is-sostituzzjoni ta’ magni ta’ propulsjoni u awżiljarji fuq il-bastimenti hija waħda mill-ftit miżuri li jikkontribwixxu għal dan l-objettiv, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda u għalhekk m’għandhiex tillimita s-sajd kostali fuq skala żgħira. Is-sajd mix-xatt għandu jiġi kkunsidrat bħala sajd kostali fuq skala żgħira u bastimenti ġodda jgħinu biex jitħaffer it-tiġdid tal-flotta tas-sajd Ewropea.

Emenda 6

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(29)

Kif hemm deskritt fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, tal-24 ta’ Ottubru 2017 bit-titolu “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” ir-reġjuni ultraperifiċi jiffaċċaw sfidi speċifiki minħabba li huma reġjuni mbiegħda, u minħabba t-topografija u l-klima, kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-Trattat, u għandhom ukoll vantaġġi speċifiċi li bihom jistgħu jiżviluppaw ekonomija blu sostenibbli. Għalhekk, għal kull reġjun ultraperiferiku, jenħtieġ li jinthemeż pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp ta’ setturi sostenibbli tal-ekonomija blu, inkluż l-isfruttar sostenibbli tas-sajd u l-akkwakultura, mal-programm tal-Istati Membri kkonċernati, u jenħtieġ li tkun riżervata allokazzjoni finanzjarja biex issostni l-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni. Jenħtieġ li l-FEMS jappoġġa wkoll il-kumpens tal-ispejjeż addizzjonali li jġarrbu r-reġjuni ultraperifiċi minħabba l-pożizzjoni u l-insularità tagħhom. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jkun limitat għal perċentwal ta’ din l-allokazzjoni finanzjarja ġenerali. Barra minn hekk jenħtieġ li tiġi applikata rata ta’ intensità ta’ għajnuna ogħla fir-reġjuni ultraperifiċi minn dik li tapplika għal operazzjonijiet oħrajn.

(29)

Kif hemm deskritt fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, tal-24 ta’ Ottubru 2017 bit-titolu “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” ir-reġjuni ultraperifiċi jiffaċċaw sfidi speċifiki minħabba li huma reġjuni mbiegħda, u minħabba t-topografija u l-klima, kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-Trattat, u għandhom ukoll vantaġġi speċifiċi li bihom jistgħu jiżviluppaw ekonomija blu sostenibbli. Għalhekk, għal kull reġjun ultraperiferiku, jenħtieġ li jinthemeż pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp ta’ setturi sostenibbli tal-ekonomija blu, inkluż l-isfruttar sostenibbli tas-sajd u l-akkwakultura, mal-programm tal-Istati Membri kkonċernati, u jenħtieġ li tkun riżervata allokazzjoni finanzjarja biex issostni l-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni. Jenħtieġ li l-FEMS jappoġġa wkoll il-kumpens tal-ispejjeż addizzjonali li jġarrbu r-reġjuni ultraperifiċi minħabba l-pożizzjoni u l-insularità tagħhom. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jkun limitat għal perċentwal ta’ din l-allokazzjoni finanzjarja ġenerali. Barra minn hekk, għandhom ikunu previsti dispożizzjonijiet speċifiċi li jippermettu lill-FEMS jappoġġja operazzjonijiet f’dawn ir-reġjuni li huma mmirati lejn il-protezzjoni u r-restawr ta’ ekosistemi u tal-bijodiversità tal-baħar u kostali, investimenti fil-flotta tas-sajd u investimenti produttivi fl-akkwakultura u l-industrija tal-ipproċessar. Fir-rigward tal-investimenti fil-flotta tas-sajd, il-FEMS għandu jappoġġja miżuri speċifiċi għal dawn ir-reġjuni, fejn iqis l-ispeċifiċitajiet u l-kondizzjonijiet ġeografiċi tagħhom, u jiżgura bilanċ sostenibbli bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd, f’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġestjoni tal-flotot tas-sajd fir-reġjuni ultraperifieriċi. Barra minn hekk jenħtieġ li tiġi applikata rata ta’ intensità ta’ għajnuna ogħla fir-reġjuni ultraperifiċi minn dik li tapplika għal operazzjonijiet oħrajn.

Raġuni

Il-persentaġġ ta’ għajnuna allokati għall-kumpens ta’ spejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi jrid jibqa’ limitat. Min-naħa l-oħra, il-fraġilità tas-sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika tar-reġjuni ultraperiferiċi kif ukoll l-għan tal-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ dawn ir-reġjuni u tal-iżgurar ta’ bilanċ u ta’ opportunitajiet ugwali madwar ir-reġjuni kollha tal-UE jiġġustifika miżuri speċjali.

Emenda 7

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(32)

Jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista’ jappoġġa l-promozzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura, inkluża l-akkwakultura tal-ilma ħelu, għat-trobbija ta’ annimali u pjanti akkwatiċi biex jiġu prodotti l-ikel u materja prima oħra. F’xi Stati Membri għad hemm proċeduri amministrattivi kumplessi, bħal ostakli biex wieħed jikseb l-ispazju, u proċeduri peżanti biex jinkisbu l-liċenzji, li jagħmluha diffiċli għas-settur itejjeb l-idea pubblika tal-frott tal-baħar imrobbi, u biex jagħmlu aktar kompetittiv. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun konsistenti mal-pjanijiet strateġiċi pluriennali nazzjonali żviluppati abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. B’mod partikolari jenħtieġ li jkunu eliġibbli, l-appoġġ għas-sostenibbiltà ambjentali, għall-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, għall-innovazzjoni, għall-ksib ta’ ħiliet professjonali, għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, miżuri ta’ kumpens li jipprovdu servizzi ta’ importanza kritika ta’ ġestjoni tal-art u tan-natura. Jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll azzjonijiet tas-saħħa pubblika, skemi ta’ assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura u azzjonijiet b’rabta mas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali. Iżda fil-każ tal-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss permezz ta’ strumenti finanzjarji u l-InvestEU, li joffru aktar ingranaġġ fis-swieq u għaldaqstant huma iżjed rilevanti mill-għotjiet biex jindirizzaw l-isfidi finanzjarji tas-settur.

(32)

Jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista’ jappoġġa l-promozzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura, inkluża l-akkwakultura tal-ilma ħelu, għat-trobbija ta’ annimali u pjanti akkwatiċi biex jiġu prodotti l-ikel u materja prima oħra. F’xi Stati Membri għad hemm proċeduri amministrattivi kumplessi, bħal ostakli biex wieħed jikseb l-ispazju, u proċeduri peżanti biex jinkisbu l-liċenzji, li jagħmluha diffiċli għas-settur itejjeb l-idea pubblika tal-frott tal-baħar imrobbi, u biex jagħmlu aktar kompetittiv. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun konsistenti mal-pjanijiet strateġiċi pluriennali nazzjonali żviluppati abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. B’mod partikolari jenħtieġ li jkunu eliġibbli, l-appoġġ għas-sostenibbiltà ambjentali, għall-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, għall-innovazzjoni, għall-ksib ta’ ħiliet professjonali, għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, miżuri ta’ kumpens li jipprovdu servizzi ta’ importanza kritika ta’ ġestjoni tal-art u tan-natura. Jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll azzjonijiet tas-saħħa pubblika, skemi ta’ assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura u azzjonijiet b’rabta mas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali. Iżda fil-każ tal-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, u bl-eċċezzjoni tal-investimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi, jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss permezz ta’ strumenti finanzjarji u l-InvestEU, li joffru aktar ingranaġġ fis-swieq u għaldaqstant huma iżjed rilevanti mill-għotjiet biex jindirizzaw l-isfidi finanzjarji tas-settur.

Raġuni

L-Artikolu 349 TFUE jippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi. Minħabba l-prestazzjoni dgħajfa ta’ kumpaniji li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi, huwa importanti li kull forma ta’ appoġġ għan-negozji tibqa’ eliġibbli sabiex jiġi inkoraġġit l-investiment produtti f’dawnir-reġjuni.

Emenda 8

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(34)

L-industrija tal-ipproċessar għandha rwol fid-disponibbiltà u fil-kwalità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Jenħtieġ li l-FEMS ikun jista’ jappoġġa l-investiment iffukat f’dik l-industrija, dment li dan l-investiment jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jingħata biss permezz ta’ strumenti finanzjarji u permezz tal-InvestEU u mhux permezz ta’ għotjiet.

(34)

L-industrija tal-ipproċessar għandha rwol fid-disponibbiltà u fil-kwalità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Jenħtieġ li l-FEMS ikun jista’ jappoġġa l-investiment iffukat f’dik l-industrija, dment li dan l-investiment jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq. Bl-eċċezzjoni tal-investimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi, dan l-appoġġ jenħtieġ li jingħata biss permezz ta’ strumenti finanzjarji u permezz tal-InvestEU u mhux permezz ta’ għotjiet.

Raġuni

L-Artikolu 349 TFUE jippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi. Minħabba l-prestazzjoni dgħajfa ta’ kumpaniji li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi, huwa importanti li kull forma ta’ appoġġ għan-negozji tibqa’ eliġibbli sabiex jiġi inkoraġġit l-investiment produtti f’dawnir-reġjuni.

Emenda 9

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2   ….

2.   …

 

(16)

“inċident ambjentali” tfisser fenomenu li jinvolvi inċident ta’ oriġini naturali jew umani li jwassal għal degradazzjoni ambjentali.”

(17)

“sajjied tal-akkwakultura” tfisser kwalunkwe persuni li twettaq l-attività tiegħu jew tagħha fil-qasam tal-akkwakultura professjonali kif rikonoxxut mill-Istat Membru, abbord ta’ bastimenti tal-akkwakultura, jew li jwettaq attivitajiet ta’ akkwakultura professjonali mingħajr l-użu ta’ bastiment;

(18)

“sajd kostali lejn ix-xatt” tfisser attività tas-sajd professjonali mwettqa minn bastimenti tas-sajd b’tul ta’ inqas minn 24 metru, fil-baħar territorjali, u bi vjaġġi ta’ inqas minn 24 siegħa.

Raġuni

Il-kunċett ta’ inċident ambjentali, użat fl-Artikolu 18(1)(d) m’huwiex iddefinit. Għandu jiġi definiti sabiex dan il-kunċett ma jkunx soġġett għal interpretazzjoni jew ta’ ħafna talbiet għal preċiżjonijiet lill-Kumitat.

Huwa neċessarju li tiġi inkluża d-definizzjoni ta’ “sajjied tal-akkwakultura” fl-Artikolu 3 sabiex jiġi determinat l-ambitu ta’ dawn l-attivitajiet professjonali. It-terminu “sajd kostali lejn ix-xatt” għandu jiġi inkluż ukoll, billi din hija l-attività predominanti fil-Mediterran bi vjaġġi ta’ jum biss.

Emenda 10

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Prijoritajiet

Prijoritajiet

Il-FEMS għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-PKS u tal-politika marittima. Għandu jsegwi l-prijortitajiet li ġejjin:

Il-FEMS għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-PKS u tal-politika marittima. Għandu jsegwi l-prijortitajiet li ġejjin:

(1)

il-promozzjoni tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(1)

il-promozzjoni tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(2)

il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta’ swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli;

(2)

il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta’ swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli;

(3)

il-promozzjoni tat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta’ komunitajiet kostali li jiffjorixxu;

(3)

il-promozzjoni tat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta’ komunitajiet kostali li jiffjorixxu;

(4)

it-tisħiħ tal-governanza internazzjonali tal-oċeani u l-promozzjoni ta’ ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b’mod sostenibbli.

(4)

it-tisħiħ tal-governanza internazzjonali tal-oċeani u l-promozzjoni ta’ ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b’mod sostenibbli.

L-appoġġ fil-kuntest tal-FEMS għandu jikkontribwixxi biex jinkisbu l-għanijiet ambjentali tal-Unjoni, u dawk ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u tal-addattament għalih. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi rintraċċata skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness IV.

L-appoġġ fil-kuntest tal-FEMS għandu jikkontribwixxi biex jinkisbu l-għanijiet ambjentali tal-Unjoni, u dawk ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u tal-addattament għalih , inkluż l-appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ proġetti li jtejbu ż-żoni ta’ riproduzzjoni għal ħut ta’ età żgħira, skont id-Direttivai Qafas dwar l-Ilma (2000/60/KE) . Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi rintraċċata skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness IV.

Raġuni

L-objettiv tal-Fond għandu jkomplu jkun dak li jiżgura li l-ekoloġizzazzjoni tkun marbuta iktar mill-qrib mas-sostenibilità ambjentali, inkluż titjib fil-passaġġi tal-ilma bħala żoni ta’ riproduzzjoni għall-ħut.

Emenda 11

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

3.   Minbarra l-elementi msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) xx/xx (ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni), il-programm operattiv għandu jinkludi:

3.   Minbarra l-elementi msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) xx/xx (ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni), il-programm operattiv għandu jinkludi:

(a)

analiżi tas-sitwazzjoni f’termini tal-preġji, id-dgħufijiet, l-opportunitajiet u t-theddid u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati fiż-żona ġeografika, inklużi fejn rilevanti, il-baċiri tal-baħar, koperti mill-programm;

(a)

analiżi tas-sitwazzjoni f’termini tal-preġji, id-dgħufijiet, l-opportunitajiet u t-theddid u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati fiż-żona ġeografika, inklużi fejn rilevanti, il-baċiri tal-baħar, koperti mill-programm;

(b)

il-pjan ta’ azzjoni għas-sajd kostali artiġjanali msemmi fl-Artikolu 15;

(b)

il-pjan ta’ azzjoni għas-sajd kostali artiġjanali msemmi fl-Artikolu 15;

(c)

fejn japplika, il-pjanijiet ta’ azzjoni għar-reġjuni ultraperiferiċi msemmijin fil-paragrafu 4.

(c)

fejn japplika, il-pjanijiet ta’ azzjoni għar-reġjuni ultraperiferiċi msemmijin fil-paragrafu 4;

 

(d)

fejn japplika, il-pjan ta’ azzjoni jew programm operattiv reġjonali għall-awtoritajiet sottonazzjonali kompetenti dwar is-sajd u l-affarijiet marittimi.

6.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programm skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) xx/xx (ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni). F’din il-valutazzjoni għandha tqis, b’mod partikolari:

6.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programm skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) xx/xx (ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni). F’din il-valutazzjoni għandha tqis, b’mod partikolari:

(a)

it-tkabbir kemm jista’ jkun tal-kontribut tal-programm għall-prijoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 4;

(a)

it-tkabbir kemm jista’ jkun tal-kontribut tal-programm għall-prijoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 4;

(b)

il-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd tal-flotot u l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli, kif ikunu ġew irrappurtati kull sena mill-Istati Membri bi qbil mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament(UE) Nru 1380/2013;

(b)

il-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd tal-flotot u l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli, kif ikunu ġew irrappurtati kull sena mill-Istati Membri bi qbil mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament(UE) Nru 1380/2013;

(c)

fejn japplika, il-pjanijiet pluriennali ta’ ġestjoni adottati skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet ta’ ġestjoni adottati skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, u r-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, fejn japplika għall-Unjoni;

(c)

fejn japplika, il-pjanijiet pluriennali ta’ ġestjoni adottati skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet ta’ ġestjoni adottati skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, u r-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, fejn japplika għall-Unjoni;

(d)

l-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(d)

l-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(e)

l-evidenza l-aktar riċenti dwar il-prestazzjoni soċjoekonomika tal-ekonomija blu sostenibbli, u b’mod partikolari tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura;

(e)

il-kontribut soċjoekonomiku mistenni tal-programm lejn ekonomija blu sostenibbli, u b’mod partikolari tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura;

(f)

fejn japplika, l-analiżi msemmija fil-paragrafu 5;

(f)

fejn japplika, l-analiżi msemmija fil-paragrafu 5;

(g)

il-kontribut tal-programm għall-konservazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar, filwaqt li l-appoġġ b’rabta man-Natura 2000 għandu jkun skont l-oqfsa ta’ azzjoni prijoritarizzati stabbiliti skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 92/43/KEE;

(g)

il-kontribut tal-programm għall-konservazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar, filwaqt li l-appoġġ b’rabta man-Natura 2000 għandu jkun skont l-oqfsa ta’ azzjoni prijoritarizzati stabbiliti skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 92/43/KEE;

(h)

il-kontribut tal-programm għat-tnaqqis tal-iskart fil-baħar, bi qbil mad-Direttiva xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent)

(h)

il-kontribut tal-programm għat-tnaqqis tal-iskart fil-baħar, bi qbil mad-Direttiva xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent)

(i)

il-kontribut tal-programm għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.

(i)

il-kontribut tal-programm għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.

Raġuni

3(d)

Jekk l-Istati Membri jiżviluppaw programmi operattivi reġjonali, jekk ikunu jixtiequ, fil-qafas tal-programmazzjoni nazzjonali għar-reġjuni kompetenti fil-qasam, dan ikun jippermetti nefqa aktar intelliġenti u strateġiji reġjonali ta’ speċjalizzazzjoni fil-qafas tal-pakkett tal-FEMS.

6(e)

Fl-evalwazzjoni tagħha tal-programmi tal-Istati, il-Kummissjoni m’għandhiex sempliċement tieħu inkunsiderazzjoni d-data iżda għandha tapprezza wkoll il-kontribut soċjoekonomiku tal-miżuri proposti.

Emenda 12

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Kull applikazzjoniji li titressaq minn benefiċjarju għall-appoġġ mill-FEMS għandha tkun inammissibbli għall-perjodu ta’ żmien identifikat stabbilit skont il-paragrafu 4, jekk ikun ġie ddeterminat mill-awtorità kompetenti li l-operatur ikkonċernat:

Kull applikazzjoniji li titressaq minn benefiċjarju għall-appoġġ mill-FEMS għandha tkun inammissibbli għall-perjodu ta’ żmien identifikat stabbilit skont il-paragrafu 4, jekk ikun ġie ddeterminat mill-awtorità kompetenti li l-operatur ikkonċernat:

(a)

ikun għamel ksur serju skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 jew l-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 jew skont xi leġiżlazzjoni oħra adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill ;

(a)

ikun għamel ksur serju skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 jew l-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009;

(b)

kien involut fl-operazzjoni, fil-ġestjoni jew fis-sjieda ta’ bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista ta’ bastimenti IUU tal-Unjoni kif hemm stipulat fl-Artikolu 40(3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, jew ta’ bastimenti bil-bandiera ta’ pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx kif stipulat fl-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament; jew

(b)

kien involut fl-operazzjoni, fil-ġestjoni jew fis-sjieda ta’ bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista ta’ bastimenti IUU tal-Unjoni kif hemm stipulat fl-Artikolu 40(3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, jew ta’ bastimenti bil-bandiera ta’ pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx kif stipulat fl-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament; jew

(c)

wettaq xi reat(i) ambjentali stabbilit(i) fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill , fejn issir applikazzjoni għall-appoġġ skont l-Artikolu 23 .

(c)

wettaq xi reat(i) ambjentali stabbilit(i) fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Raġuni

(a)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1005/2008 u (KE) Nru 1224/2009 jipprovdu lista eżawrjenti ta’ ksur serju. Ma jidhirx xieraq li din il-lista tiġi estiża.

(c)

Il-FEMS jista’ jintuża għall-finanzjament tal-akkwakultura, tas-sajd u tal-ekonomija blu. L-ebda benefiċjarju ma għandu jiġi ffinanzjat mill-FEMS jekk ikun ħati ta’ ksur serju tad-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja dwar il-protezzjoni tal-ambjent. L-akkwakultura ma għandhiex tkun l-unika attività kkonċernata minn din ir-regola.

Emenda 13

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-operazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli skont il-FEMS:

L-operazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli skont il-FEMS:

(a)

operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità tas-sajd ta’ bastiment jew li jsostnu l-akkwist ta’ tagħmir li jżid il-kapaċità tal-bastiment biex isib il-ħut;

(a)

operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità tas-sajd ta’ bastiment jew li jsostnu l-akkwist ta’ tagħmir li jżid il-kapaċità tal-bastiment biex isib il-ħut;

(b)

il-bini u l-akkwist ta’ bastimenti tas-sajd jew l-importazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd jekk ma jkunx hemm previst mod ieħor f’dan ir-Regolament;

(b)

il-bini u l-akkwist ta’ bastimenti tas-sajd jew l-importazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd jekk ma jkunx hemm previst mod ieħor f’dan ir-Regolament;

(c)

it-trasferiment jew il-bdil tal-bandiera ta’ bastimenti tas-sajd lil pajjiżi terzi, lanqas permezz tal-ħolqien ta’ negozju bi sħab ma’ persuni minn dawk il-pajjiżi;

(c)

it-trasferiment jew il-bdil tal-bandiera ta’ bastimenti tas-sajd lil pajjiżi terzi, lanqas permezz tal-ħolqien ta’ negozju bi sħab ma’ persuni minn dawk il-pajjiżi;

(d)

il-waqfien temporanju jew permanenti tal-attivitajiet tas-sajd, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament;

(d)

il-waqfien temporanju jew permanenti tal-attivitajiet tas-sajd, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament;

(e)

is-sajd esploratorju;

(e)

is-sajd esploratorju;

(f)

it-trasferiment tas-sjieda ta’ negozju;

(f)

it-trasferiment tas-sjieda ta’ negozju;

(g)

ir-ripopolazzjoni diretta, dment li dan ma jkunx previst b’mod espliċitu bħala miżura ta’ konservazzjoni minn att legali tal-Unjoni jew fil-każ ta’ ripopolazzjoni sperimentali;

(g)

ir-ripopolazzjoni diretta, dment li dan ma jkunx previst b’mod espliċitu bħala miżura ta’ konservazzjoni minn att legali tal-Unjoni jew fil-każ ta’ ripopolazzjoni sperimentali;

(h)

il-kostruzzjoni ta’ portijiet ġodda, ta’ siti ta’ żbark ġodda jew ta’ swali tal-irkant ġodda;

(h)

il-kostruzzjoni ta’ portijiet ġodda, ta’ siti ta’ żbark ġodda jew ta’ swali tal-irkant ġodda , barra mir-reġjuni ultraperiferiċi ;

(i)

mekkaniżmi ta’ intervent fis-suq li l-għan tagħhom ikun li jirtiraw il-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura mis-suq b’mod temporanju jew permanenti biex tonqos il-provvista ħalli ma jinżilx il-prezz jew biex jogħla l-prezz; u bi tkomplija ma’ dan, operazzjonijiet ta’ ħżin f’katina loġistika li toħloq l-istess effetti, kemm jekk dan ikun intenzjonat, kif ukoll jekk ma jkunx;

(i)

mekkaniżmi ta’ intervent fis-suq li l-għan tagħhom ikun li jirtiraw il-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura mis-suq b’mod temporanju jew permanenti biex tonqos il-provvista ħalli ma jinżilx il-prezz jew biex jogħla l-prezz; u bi tkomplija ma’ dan, operazzjonijiet ta’ ħżin f’katina loġistika li toħloq l-istess effetti, kemm jekk dan ikun intenzjonat, kif ukoll jekk ma jkunx;

(j)

l-investiment abbord bastimenti tas-sajd li jkunu meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali, inklużi r-rekwiżiti skont l-obbligi tal-Unjoni fil-kuntest tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd;

(j)

l-investiment abbord bastimenti tas-sajd li jkunu meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali, inklużi r-rekwiżiti skont l-obbligi tal-Unjoni fil-kuntest tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd;

(k)

l-investiment abbord il-bastimenti tas-sajd li jkunu ilhom iwettqu attivitajiet tas-sajd fil-baħar għal inqas minn 60 jum kull sena matul l-aħħar sentejn kalendarji ta’ qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ.

(k)

l-investiment abbord il-bastimenti tas-sajd li jkunu ilhom iwettqu attivitajiet tas-sajd fil-baħar għal inqas minn 60 jum kull sena matul l-aħħar sentejn kalendarji ta’ qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ;

 

(l)

it-tibdil jew l-immodernizzar tal-magna prinċipali jew awżiljari tal-bastiment jekk dan jirriżulta f’żieda ta’ kapaċità f’kW;

 

(m)

il-produzzjoni ta’ organiżmi modifikati ġenetikament.

Raġuni

(h)

Ir-reġjuni ultraperiferiċi għad m’għandhomx l-infrastruttura meħtieġa biex il-prodott tas-sajd jinħatt u jinbiegħ f’kundizzjonijiet ta’ iġjene u ta’ sikurezza aċċettabbli.

(l)

Il-bidla ta’ magna ta’ propulsjoni jew awżiljarji ma jistax ikollha l-effett li żżid il-qawwa tal-bastiment u konsegwentement l-isforz tas-sajd.

(m)

Billi l-ambjent tal-baħar huwa ambjent miftuħ, il-produzzjoni ta’ organiżmi modifikati ġenetikament toħloq riskju ta’ tixrid.

Emenda 14

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

4.     Sabiex jittaffa l-piż amministrattiv fuq membri tas-settur marittimu u tas-sajd li qed jitolbu għajnuna, għandha tiġi inkluża fil-pjanijiet ta’ azzjoni formola unika ta’ applikazzjoni simplifikata għal miżuri taħt il-FEMS.

Raġuni

Għall-kuntrarju tal-impriżi tas-sajd, is-sajjieda artiġjanali fil-biċċa l-kbira tagħhom huma persuni fiżiċi li ma jkollhomx il-kapaċità amministrattiva li jimlew formoli ta’ applikazzjoni kumplessi. Formola ta’ applikazzjoni unika simplifikata għandha ttejjeb b’mod sinifikanti l-opportunitajiet tagħhom ta’ aċċess għall-finanzjament.

Emenda 15

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Il-FEMS jista’ jappoġġa l-investimenti li ġejjin f’dak li għandu x’jaqsam mal-bastimenti tas-sajd artiġjanali li huma parti minn segment tal-flotta li dwaru l-aħħar rapport tal-kapaċità ta’ sajd, imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament(UE) Nru 1380/2013, ikun wera bilanċ mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal dak is-segment:

1.   Il-FEMS jista’ jappoġġa l-investimenti li ġejjin f’dak li għandu x’jaqsam mal-bastimenti tas-sajd artiġjanali li huma parti minn segment tal-flotta li dwaru l-aħħar rapport tal-kapaċità ta’ sajd, imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament(UE) Nru 1380/2013, ikun wera bilanċ mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal dak is-segment:

(a)

l-ewwel akkwist ta’ bastiment tas-sajd minn sajjied żagħżugħ li, meta jressaq l-applikazzjoni jkun għadu ma għalaqx l-40 sena u li jkun ilu jaħdem ta’ sajjied għal mill-inqas ħames snin jew ikun kiseb kwalifika professjonali xierqa;

(a)

l-ewwel akkwist ta’ bastiment tas-sajd minn sajjied li, meta jressaq l-applikazzjoni , ikun ilu jaħdem ta’ sajjied għal mill-inqas ħames snin jew ikun kiseb kwalifika professjonali xierqa;

(b)

is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ magna prinċipali jew anċillari.

(b)

is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ magna prinċipali jew anċillari b’teknoloġiji ġodda li jnaqqsu l-marka tal-karbonju .

2.   Il-bastimenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mgħammra għas-sajd fuq il-baħar u jkollhom bejn ħames snin u 30 sena .

2.   Il-bastimenti msemmijin fil-paragrafu 1 (a) għandhom ikunu mgħammra għas-sajd fuq il-baħar u jkollhom inqas minn 20 sena .

3.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1(b) jista’ jingħata biss taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

il-magna l-ġdida jew modernizzata ma għandhiex ikollha aktar potenza mill-magna attwali f’kW;

kull tnaqqis fil-kapaċità tas-sajd f’kW minħabba s-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ magna prinċipali jew anċillari għandu jitħassar b’mod permanenti mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni;

il-potenza tal-magna tal-bastiment tas-sajd għandha tkun spezzjonata b’mod fiżiku mill-Istat Membru biex jiżgura li l-magna ma għandhiex aktar potenza minn dik iddikjarata fil-liċenzja tas-sajd.

3.    Il-bastimenti msemmijin fil-paragrafu 1(b) għandhom ikunu mgħammra għas-sajd fuq il-baħar u jkollhom bejn ħames snin u 30 sena.

4.   Ma għandux jingħata appoġġ skont dan l-Artikolu jekk il-valutazzjoni tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd fl-aħħar rapport imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar is-segment tal-flotta li jiffurmaw parti minnu l-bastimenti kkonċernati, ma jkunx tħejja abbażi tal-indikaturi bioloġiċi, ekonomiċi u tal-użu tal-bastiment stabbiliti fil-linji gwida komuni msemmijin f’dak ir-Regolament.

4.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1(b) jista’ jingħata biss taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-magna l-ġdida jew modernizzata ma għandhiex ikollha aktar potenza mill-magna attwali f’kW;

(b)

kull tnaqqis fil-kapaċità tas-sajd f’kW minħabba s-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ magna prinċipali jew anċillari għandu jitħassar b’mod permanenti mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni;

(c)

il-potenza tal-magna tal-bastiment tas-sajd għandha tkun spezzjonata b’mod fiżiku mill-Istat Membru biex jiżgura li l-magna ma għandhiex aktar potenza minn dik iddikjarata fil-liċenzja tas-sajd.

 

5.    Ma għandux jingħata appoġġ skont dan l-Artikolu jekk il-valutazzjoni tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd fl-aħħar rapport imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar is-segment tal-flotta li jiffurmaw parti minnu l-bastimenti kkonċernati, ma jkunx tħejja abbażi tal-indikaturi bioloġiċi, ekonomiċi u tal-użu tal-bastiment stabbiliti fil-linji gwida komuni msemmijin f’dak ir-Regolament.

Raġuni

(a)

L-Ewropa hija kburija li hija art soċjali inklussiva għal kulħadd u ma għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bbażata fuq l-età fir-rigward tal-aċċess għall-professjonijiet, ikunu liema jkunu.

2.

L-għajnuna għax-xiri ta’ bastimenti ġodda għandu jippermetti t-tiġdid tal-flotot b’bastimenti iktar ergonomiċi, aktar sikuri u li jikkunsmaw anqas karburant, mingħajr ma jżidu l-isforz tas-sajd. Għall-kuntrarju, ma jidhirx xieraq li tiġi finanzjata s-sostituzzjoni tal-magni ta’ bastimenti li għandhom inqas minn ħames snin, jew li jiġi finanzjat ix-xiri ta’ bastimenti li għandhom iktar minn 20 sena.

Emenda 16

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Il-FEMS jista’ jappoġġa l-operazzjonijiet għall-ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd.

1.   Il-FEMS jista’ jappoġġa l-operazzjonijiet għall-ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd.

2.   Jekk l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jingħata bħala kumpens għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd, għandhom ikunu rispettati l-kundizzjonijet li ġejjin:

2.   Jekk l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jingħata bħala kumpens għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd, għandhom ikunu rispettati l-kundizzjonijet li ġejjin:

(a)

il-waqfien huwa previst bħala għodda ta’ pjan ta’ azzjoni msemmi fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(a)

il-waqfien huwa previst bħala għodda ta’ pjan ta’ azzjoni msemmi fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

il-waqfien isir permezz tal-iskrappjar tal-bastiment tas-sajd jew billi jiġi dekommissjonat u mmodifikat għal attivitajiet differenti mis-sajd kummerċjali, bi qbil mal-għanijiet tal-PKS u tal-pjanijiet pluriennali;

(b)

il-waqfien isir permezz tal-iskrappjar tal-bastiment tas-sajd jew billi jiġi dekommissjonat u mmodifikat għal attivitajiet differenti mis-sajd kummerċjali, bi qbil mal-għanijiet tal-PKS u tal-pjanijiet pluriennali;

(c)

il-bastiment tas-sajd huwa rreġistrat bħala attiv u wettaq attivitajiet tas-sajd fuq il-baħar għal mill-inqas 120 ġurnata kull sena matul l-aħħar tliet snin kalendarji ta’ qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ;

(c)

il-bastiment tas-sajd huwa rreġistrat bħala attiv u wettaq attivitajiet tas-sajd fuq il-baħar għal mill-inqas total ta’ 180 ġurnata kull sena matul l-aħħar sentejn kalendarji ta’ qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ;

Raġuni

Ħafna flotot tas-sajd jipprattikaw sajd ta’ speċi waħda staġjonali u huma attivi inqas minn 120 ġurnata fis-sena. Barra minn hekk, dawn il-flotot fraġli ħafna jiddependu mill-kundizzjonijiet ambjentali. L-istokkijiet li huma jisfruttaw xi drabi huma soġġetti għal pressjonijiet differenti u bħala konsegwenza jiġu stabbiliti miżuri għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd.

Emenda 17

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-FEMS jista’ jappoġġa kumpens għall-waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd minħabba:

Il-FEMS jista’ jappoġġa kumpens għall-waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd minħabba:

(a)

miżura ta’ konservazzjoni, kif imsemmi fil-punti (a), (b), (c) u (j) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jew miżuri ta’ konservazzjoni ekwivalenti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, fejn japplika għall-Unjoni;

(a)

miżura ta’ konservazzjoni, kif imsemmi fil-punti (a), (b), (c) u (j) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jew miżuri ta’ konservazzjoni ekwivalenti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, fejn japplika għall-Unjoni;

(b)

miżuri tal-Kummissjoni f’każ ta’ theddida serja għar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

miżuri tal-Kummissjoni f’każ ta’ theddida serja għar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(c)

l-interruzzjoni tal-applikazzjoni ta’ xi ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli jew xi protokoll tiegħu minħabba forza maġġuri; jew

(c)

l-interruzzjoni tal-applikazzjoni ta’ xi ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli jew xi protokoll tiegħu minħabba forza maġġuri; jew

(d)

diżastri naturali jew inċidenti ambjentali kif rikonoxxuti formalment mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rilevanti.

(d)

diżastri naturali jew inċidenti ambjentali kif rikonoxxuti formalment mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rilevanti.

2.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata biss jekk:

2.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata biss jekk:

(a)

l-attivitajiet kummerċjali tal-bastiment ikkonċernat jitwaqqfu għal mill-inqas 90 jum konsekuttiv; kif ukoll

(a)

l-attivitajiet kummerċjali tal-bastiment ikkonċernat jitwaqqfu għal mill-inqas 45 jum konsekuttiv; kif ukoll

(b)

it-telf ekonomiku, li jirriżulta mis-sospensjoni tar-rakkolta, jammonta għal aktar minn 30 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat fuq il-bażi tal-fatturat medju tan-negozju matul it-tliet snin preċedenti.

 

3.     L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata biss lil:

(a)

sidien ta’ bastimenti tas-sajd li jkunu rreġistrati bħala attivi u li jkunu wettqu attivitajiet tas-sajd fuq il-baħar għal mill-inqas 120 jum matul it-tliet snin kalendarji qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ; jew

(b)

sajjieda li jkunu ħadmu fuq il-baħar għal mill-inqas 120 jum matul it-tliet snin kalendarji qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat mill-waqfien straordinarju. Ir-referenza għall-għadd ta’ jiem fuq il-baħar f’dan il-paragrafu ma għandhiex tapplika għas-sajd tas-sallur.

3 .   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata għal perjodu ta’ mhux iktar minn sitt xhur għal kull bastiment matul il-perjodu tal-2021 sal-2027.

4 .   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata għal perjodu ta’ mhux iktar minn sitt xhur għal kull bastiment matul il-perjodu tal-2021 sal-2027.

4.    L-attivitajiet tas-sajd kollha li jwettqu l-bastiment tas-sajd u s-sajjieda kkonċernati għandhom ikunu sospiżi b’mod effettiv waqt il-perjodu kkonċernat tal-waqfien. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-bastiment ikkonċernat waqqaf kull attività tas-sajd tul il-perjodu kkonċernat mill-waqfien straordinarju u li jkun evitat kull kumpens żejjed li jirriżulta mill-użu tal-bastiment għal skopijiet oħrajn.

5 .   L-attivitajiet tas-sajd kollha li jwettqu l-bastiment tas-sajd u s-sajjieda kkonċernati għandhom ikunu sospiżi b’mod effettiv waqt il-perjodu kkonċernat tal-waqfien. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-bastiment ikkonċernat waqqaf kull attività tas-sajd tul il-perjodu kkonċernat mill-waqfien straordinarju u li jkun evitat kull kumpens żejjed li jirriżulta mill-użu tal-bastiment għal skopijiet oħrajn.

 

Raġuni

L-intenzjoni tal-abbozz ta’ regolament hija li jsir użu estensiv tal-waqfien straordinarju tal-attività tas-sajd, il-prattika applikata mill-FEMS matul il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali għas-sajd tal-frott tal-baħar. Ma naqblux mad-90 jum konsekuttiv ta’ nuqqas ta’ attività, meta wieħed iqis li 45 jum kalendarju diġà huma biżżejjed biex jirrappreżentaw madwar 20 % tal-attività tas-sajd tal-bastiment. Bl-istess mod, ma naqblux mal-paragrafu 2(b) u nipproponu li jitneħħa billi telfien tad-dħul konformi mat-telfien tal-attività ma jistax jiġi ġustifikat.

Emenda 18

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Akkwakultura

Akkwakultura

1.   Il-FEMS jista’ jappoġġa l-akkwakultura sostenibbli kif stipulat fl-Artikolu (34)1 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Jista’ wkoll jappoġġa s-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali fl-akkwakultura, bi qbil mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

1.   Il-FEMS jista’ jappoġġa l-akkwakultura sostenibbli kif stipulat fl-Artikolu (34)1 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Jista’ wkoll jappoġġa s-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali fl-akkwakultura, bi qbil mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun konsistenti mal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali strateġiċi għall-iżvilupp tal-akkwakultura, imsemmijin fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

2.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun konsistenti mal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali strateġiċi għall-iżvilupp tal-akkwakultura, imsemmijin fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

3.   L-investiment fl-akkwakultura produttiva skont dan l-Artikolu jista’ jingħata l-appoġġ biss permezz tal-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) xx/xx (ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni) u permezz tal-InvestEU, bi qbil mal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament.

3.   L-investiment fl-akkwakultura produttiva skont dan l-Artikolu jista’ jingħata l-appoġġ biss permezz tal-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) xx/xx (ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni) u permezz tal-InvestEU, bi qbil mal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament.

 

4.     Bħala deroga mill-paragrafu 3, kull forma ta’ appoġġ previst fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) xx/xx (Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni) għandha tkun ammissibli fir-reġjuni ultraperiferiċi.

Raġuni

L-Artikolu 349 TFUE jippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi. Minħabba l-prestazzjoni dgħajfa ta’ kumpaniji li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi, huwa importanti li kull forma ta’ appoġġ għan-negozji tibqa’ eliġibbli sabiex jiġi inkoraġġit l-investiment produtti f’dawnir-reġjuni.

Emenda 19

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

L-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

1.   Il-FEMS jista’ jappoġġa l-investimenti fl-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Dan l-appoġġ għandu jgħin biex jinkisbu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif previst fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013.

1.   Il-FEMS jista’ jappoġġa l-investimenti fl-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Dan l-appoġġ għandu jgħin biex jinkisbu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif previst fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013.

2.   L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jingħata biss permezz tal-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) xx/xx (ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni) u permezz tal-InvestEU, bi qbil mal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament.

2.   L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jingħata biss permezz tal-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) xx/xx (ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni) u permezz tal-InvestEU, bi qbil mal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament.

 

3.     Bħala deroga mill-paragrafu 2, kull forma ta’ appoġġ previst fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) xx/xx (Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni) għandha tkun ammissibli fir-reġjuni ultraperiferiċi.

Raġuni

L-Artikolu 349 TFUE jippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi. Minħabba l-prestazzjoni dgħajfa ta’ kumpaniji li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi, huwa importanti li kull forma ta’ appoġġ għan-negozji tibqa’ eliġibbli sabiex jiġi inkoraġġit l-investiment produtti f’dawn ir-reġjuni.

Emenda 20

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Id-determinazzjoni tar-rati ta’ kofinanzjament

Id-determinazzjoni tar-rati ta’ kofinanzjament

Ir-rata massima tal-kofinanzjament tal-FEMS għal kull qasam ta’ appoġġ hija stabbilita fl-Anness II.

1.    Ir-rata massima tal-kofinanzjament tal-FEMS għal kull qasam ta’ appoġġ hija stabbilita fl-Anness II.

 

2.     Fil-każ ta’ operazzjonijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament stabbiliti fl-Anness II għandhom jiżdiedu b’10 punti perċentwali, sa massimu ta’ 100 %.

Raġuni

L-emenda hija ġustifikata mill-fraġilità tas-sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika tar-reġjuni ultraperiferiċi kif ukoll l-għan tal-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ dawn ir-reġjuni u tal-iżgurar ta’ bilanċ u ta’ opportunitajiet ugwali madwar ir-reġjuni kollha tal-UE.

Emenda 21

Artikolu 32a

Il-politika marittima u l-iżvilupp ta’ ekonomija blu sostenibbli

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Il-FEMS għandu jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata, u t-tkabbir tal-ekonomija blu permezz tal-iżvilupp ta’ pjattaformi reġjonali għall-finanzjament ta’ proġetti innovattivi.

Raġuni

Għall-iżvilupp tal-ekonomija blu, il-ġbir flimkien tar-riżorsi fil-livell reġjonali wera li huwa effettiv. Ir-reġjonalizzazzjoni tal-fondi tagħmilha possibbli li tirrispondi b’mod effiċjenti għal sfidi territorjali.

Emenda 22

Artikolu 55

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Sabiex tiffaċilita t-tranżizzjoni mill-iskema ta’ appoġġ stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 508/2014 għall-iskema stabbilita b’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, b’konformità mal-Artikolu 52, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom l-appoġġ approvat mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 jista’ jiġi integrat fl-appoġġ stabbilit skont dan ir-Regolament.

1.   Sabiex tiffaċilita t-tranżizzjoni mill-iskema ta’ appoġġ stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 508/2014 għall-iskema stabbilita b’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, b’konformità mal-Artikolu 52, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom l-appoġġ approvat mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 jista’ jiġi integrat fl-appoġġ stabbilit skont dan ir-Regolament.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014, li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014, li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

Tranżizzjoni mingħajr interruzzjonijiet se tiġi assigurata bejn il-pjani ta’ kumpens għar-reġjuni ultraperiferiċi applikabbli fil-perjodu 2014-2020 u dawk applikabbli fil-perjodu 2021-2027.

3.   L-applikazzjonijiet li jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 għandhom jibqgħu validi.

3.   L-applikazzjonijiet li jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 għandhom jibqgħu validi.

Raġuni

Ma ġew inklużi l-ebda dispożizzjonijiet fil-pjani ta’ kumpens għat-tranżizzjoni bejn ir-reġim 2007-2013 u dak attwali. Bħala riżultat, l-appoġġ għall-2014 u l-2015 tħallas biss fl-2016 u l-2017, u dan jipperikola l-kontinwità ta’ ħafna mill-attivitajiet tal-operaturi. It-tama hi li din is-sitwazzjoni ma tirripetix ruħha.

Emenda 23

Anness 1, ibdel it-tielet indikatur

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Uċuħ ta’ baħar (f’ettari) ta’ Natura 2000 u ta’ żoni marini protetti skont id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, koperti minn miżuri ta’ protezzjoni, manteniment u rkupru.

L-estent sa liema ġew milħuqa l-objettivi ambjentali, kif definiti fil-pjan ta’ azzjoni għall-ambjent tal-baħar fl-applikazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marittima, jew, alternattivament, l-uċuħ ta’ baħar (f’ettari) ta’ Natura 2000 u ta’ żoni marini protetti skont id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, koperti minn miżuri ta’ protezzjoni, manteniment u rkupru.

Raġuni

Sabiex jiġu simplifikati l-objettivi u l-kriterji u sabiex jiġu magħquda, l-ewwel proposta tal-KE għandha tiġi aċċettata għal uniformità.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-kontinwazzjoni ta’ fond Ewropew għall-appoġġ tas-sajd, l-akkwakultura, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u l-ekonomija blu fir-reġjuni kostali u tal-baħar, speċjalment b’rabta mat-tisħiħ tal-governanza internazzjonali tal-oċeani.

2.

jirrikonoxxi l-isforzi ta’ simplifikazzjoni u b’mod partikolari it-tmiem ta’ miżuri definiti minn qabel fil-livell Ewropew, li jippermetti lill-Istati Membri jinkludu fil-programmi operattivi l-miżuri li jridu jiġu implimentati sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS u tal-PMI.

3.

jirrikonoxxi l-interess li jiġi stabbilit qafas komuni ta’ finanzjament ta’ fondi Ewropej differenti u jipproponi regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni għal seba’ fondi taħt ġestjoni kondiviża tal-FEMS.

4.

ifakkar li l-ibħra huma n-nifs li jagħtu l-ħajja lill-Ewropa. L-ispazji marittimi u l-kosta tal-Ewropa huma essenzjali għall-benessri u l-prosperità tagħha; huma r-rotot kummerċjali, jirregolaw il-klima, huma sorsi ta’ ikel u neċessarji ghas-sikurezza tal-ikel, tal-enerġija u tar-riżorsi (1);

5.

iqis li, minħabba l-ħtieġa li tiġi ffinanzjata ekonomija blu emerġenti, is-sorveljanza marittima u ħafna proġetti relatati mal-protezzjoni tal-ambjent marittimu, kif ukoll is-sajd u l-akkwakultura, il-baġit totali tal-FEMS kellu jiżdied jew ikkomplementat minn fondi oħrajn sabiex jintlaħaq il-limitu minimu ta’ 1 % tal-qafas finanzjarju pluriennali għal wara l-2020, billi mal-allokazzjoni attwali ta’ 0,53 % għas-sajd u l-akkwakultura jiżdied pakkett addizzjonali ta’ 0,47 % għall-Politika Marittima Integrata. Fil-fatt, jekk ir-regolament preċedenti alloka EUR 4,4 biljun għall-appoġġ tas-sajd u l-akkwakultura sostenibbli, il-baġit disponibbli tal-FEMS 2021–2024 għall-miżuri kollha, minbarra l-appoġġ għar-reġjuni ultraperiferiċi, il-kontroll tas-sajd u l-akkwist tad-data, hu ta’ EUR 4,2 biljun, li jinkludi s-sajd, l-akkwakultura, l-appoġġ għall-ekonomija blu, is-sorveljanza marittima u l-kooperazzjoni fir-rigward tal-funzjonijiet tal-gwardji kostali.

6.

jiddispjaċih dwar it-tendenza fid-distribuzzjoni ta’ dan il-baġit bejn il-ġestjoni konġunta u l-ġestjoni (in)diretta, favur din tal-aħħar. Fil-fatt, il-baġit allokat għall-ġestjoni kondiviża qed jonqos filwaqt li l-baġit allokat għall-ġestjoni (in)diretta qed jiżdied ħafna. Matul il-perjodu 2014-2021, il-baġit allokat għall-ġestjoni kondiviża kien jammonta għal 90 % tal-baġit totali. Illum il-ġurnata, il-baġit allokat għall-ġestjoni kondiviża jirrappreżenta biss 86 % tal-baġit globali filwaqt li l-baġit għal ġestjoni diretta jew indiretta żdied minn 10 % għal 13 % tal-baġit totali.

7.

jilqa’ b’sodisfazzjon it-tneħħija f’dan ir-Regolament il-ġdid tal-limiti tal-baġits fuq gruppi ta’ miżuri definiti minn qabel u għalhekk qed tingħata libertà akbar lill-Istati sabiex jallokaw il-baġit fuq il-miżuri li hima ta’ sfida reali għat-territorji.

8.

japprova l-użu akbar ta’ għażliet simplifikati fir-rigward ta’ spejjeż, jiġifieri r-rimborż b’rata fissa, l-iskali standard tal-ispejjeż unitarji jew is-somom f’daqqa li jissimplifikaw il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji.

9.

japprova t-tisħiħ tal-approċċ territorjali tal-fondi permezz ta’ strateġiji tal-baċir tal-baħar, biex joffru soluzzjonijiet adattati għad-diversità tas-sitwazzjonijiet tar-reġjuni Ewropej u l-isfidi tagħhom.

10.

iqis li huwa neċessarju li l-Istati Membri jiżviluppaw programmi operattivi reġjonali, jekk ikunu jixtiequ, fil-qafas tal-programmi nazzjonali, b’mod partikolari għar-reġjuni kompetenti fil-qasam marittimu. Dan l-iżvilupp tal-programmi se jwassal biex jiġu stabbiliti strateġiji reġjonali u tqassim aħjar tal-FEMS lejn sfidi lokali.

11.

ifakkar li wieħed mill-għanijiet tal-PKS huwa li jinkisbu benefiċċji għall-ekosistema, kif ukoll ekonomiċi, soċjali u fil-qasam tal-impjieg (2), u għalhekk iqis li l-miżuri dwar il-popolazzjonijiet tas-sajjieda u tal-produtturi tal-akkwakultura, b’mod partikolari titjib fis-sigurtà u l-ergonomija abbord il-bastimenti, il-promozzjoni tal-impjiegi fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura jew it-taħriġ, għandhom jiġu kkunsidrati aħjar f’dan ir-Regolament billi joffru rati speċjali ta’ għajnuna u indikaturi dedikati.

12.

jixtieq li l-Kummissjoni tivvaluta l-programmi filwaqt li tqis il-kontribuzzjoni soċjali tal-miżuri proposti mill-Istati Membri.

13.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li titlob pjan ta’ azzjoni għal kull wieħed mir-reġjuni ultraperiferiċi. Dan il-pjan ta’ azzjoni se jippermetti użu aħjar tal-għajnuna li, għalissa, ma solvietx id-diffikultajiet li qed jaffaċċjaw it-territorji. L-istabbiliment ta’ pjan globali, inkluż l-għajnuna għall-investiment, l-appoġġ għat-taħriġ, l-introduzzjoni ta’ strumenti finanzjarji sempliċi (mikrokreditu), kampanji ta’ għarfien dwar ir-riżorsi disponibbli u t-tisħiħ tal-kontrolli għandhom iwasslu għal evoluzzjoni sinifikanti fl-oqsma tas-sajd, l-akkwakultura u l-ekonomija blu f’dawn it-territorji.

14.

iqis li s-sajd ukoll għandu jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tisħin tal-klima u t-tniġġis. Għalhekk, il-FEMS għandu jgħin ir-riċerka u l-innovazzjoni għal aktar effiċjenza enerġetika u anqas emissjonijiet ta’ CO2;

15.

jappoġġja l-possibilità ta’ finanzjament tas-sostituzzjoni tal-magni tal-bastimenti tas-sajd, b’mod partikolari l-varar ta’ teknoloġiji ġodda ta’ propulsjoni elettrika, ibrida, l-użu tal-idroġenu jew tal-gass bħala karburant, jew kwalunkwe sistema oħra li tikkontribwixxi lejn it-tnaqqis tal-marka tal-karbonju tal-bastimenti, irrispettivament mid-daqs tagħhom.

16.

jipproponi li l-appoġġ għax-xiri ta’ bastimenti ġodda sabiex jitħaffef it-tiġdid tal-flotta tas-sajd li qed teqdiem. Din il-miżura tkun ta’ natura li tagħmel ix-xogħol jidher aktar attraenti billi unitajiet qodma jiġu sostitwiti b’oħrajn ergonomiċi, aktar nodfa u aktar siguri, mingħajr ma jżidu l-isforzi tas-sajd.

17.

japprova l-appoġġ qawwi għal akkwakultura li tnaqqas il-pressjoni fuq ir-riżorsi selvaġġi, toffri lill-konsumaturi Ewropej prodotti tajbin għas-saħħa u tnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-baħar.

18.

japprova l-appoġġ lill-impriżi tal-ipproċessar biex jingħata valur miżjud lill-produzzjoni primarja u biex jiġu żviluppati impjiegi ta’ kwalità għall-komunitajiet tal-kosta.

19.

iqis li huwa koerenti li jiġi propost lill-impriżi tal-ipproċessar u tal-akkwakultura appoġġ għall-investimenti produttivi permezz ta’ strumenti finanzjarji reattivi, sempliċi u aċċessibbli għal kumpaniji iżgħar.

20.

jitlob li jkun hemm rekwiżit ikbar fuq il-kundizzjonijiet ambjentali fl-iżvilupp tal-akkwakultura, l-għarfien tal-fatturi produttivi fl-irziezet u l-impatt fuq l-ambjent. B’mod partikolari, m’għandhomx jingħataw għajnuniet lill-impriżi li l-attività tagħhom tolqot b’mod sinifikanti l-ambjent tal-baħar ta’ żona protetta. Barra minn hekk, minħabba r-riskji ta’ tixrid fl-ambjent naturali, l-appoġġ għat-trobbija ta’ organiżmi ġenetikament modifikati m’għandux ikun possibbli.

21.

jaħseb li l-akkwakultura trid tibqa’ produttur nett tal-proteini tal-ħut li huma sikuri f’termini ta’ ikel, sors ta’ valur miżjud u ta’ negozju u impjieg, kompatibbli mal-attivitajiet marittimi u tas-sajd u responsabbli fl-użu ta’ riżorsi naturali oħrajn fl-iżvilupp tagħhom. Madankollu, l-akkwakultura trid tevita l-esplojtazzjoni eċċessiva tal-istokkijiet tal-ispeċi użati għall-alimentazzjoni tal-ħut tal-akkwakultura għad-detriment tal-bilanċ tal-katina alimentari u b’riskju għall-bijodiversità;

22.

jinnota n-nuqqas ta’ għajnuna għall-ħżin, li f’xi każijiet jista’ jgħin biex jimmitiga l-inċidenti okkażjonali fil-ġestjoni tal-provvista tal-prodotti tal-baħar.

23.

iqis li r-reġjuni ultraperiferiċi lkoll jinsabu f’sitwazzjonijiet rikonoxxuti bħala aktar diffiċli mill-bqija tal-Ewropa. Dan ifisser li tingħata għajnuna għax-xiri ta’ bastimenti ġodda, jew il-ħolqien ta’ infrastruttura tal-portijiet u tal-irkant. L-għajnuna għall-akkwist ta’ bastimenti ġodda għal dawn it-territorji hija min-natura tagħha sforz biex jingħata direzzjoni ġdida lis-sajd kostali li huwa sfruttat iżżejjed u xi kultant milqut mit-tniġġiż ljew i-proliferazzjoni tal-ispeċijiet invażivi, lejn żoni li mhumiex sfruttati u sodi, b’mod partikolari lil hinn mill-blata kontinentali.

24.

jappoġġja r-ritorn ta’ kumpens għall-waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd sabiex ikun jista’ jiġi finanzjat tnaqqis fl-isforz tas-sajd fuq ir-riżorsi l-iktar fraġli.

25.

jinnota li, minħabba limitazzjonijiet ta’ ħin, dan l-abbozz ta’ Regolament ma jipproponi l-ebda miżura ta’ akkumpanjament tal-BREXIT. Skont ir-riżultati tan-negozjati, miżuri ta’ appoġġ speċifiċi jistgħu jkunu meħtieġa għall-appoġġ ta’ intrapriżi tas-sajd li jispiċċaw f’qagħda fraġili minħabba dan l-avveniment u għalhekk għandhom jiġu ffinanzjati b’mod partikolari, li bħalissa mhuwiex antiċipat fl-abbozz ta’ Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027.

26.

jirrikonoxxi li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  “White Paper” – Komunikazzjoni dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea

(2)  L-Artikolu 2 tar-Regolament KE 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd


21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/147


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil

(2018/C 461/13)

Relatur Ġenerali:

Peter BOSSMAN (SL/PSE), Sindku tal-Muniċipalità ta’ Piran

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni;

COM(2018) 471 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

COM(2018) 471 final, Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tindirizza minnufih pressjoni migratorja qawwija mhux prevista jew disproporzjonali fi Stat Membru wieħed jew aktar ikkaratterizzata minn influss kbir jew sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz, li tpoġġi piżijiet sinifikanti u eżigenzi urġenti fuq il-faċilitajiet ta’ akkoljenza u detenzjoni tagħhom, is-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni, pressjonijiet migratorji qawwija f’pajjiżi terzi minħabba żviluppi jew kunflitti politiċi, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi pprovduta assistenza ta’ emerġenza skont il-qafas stabbilit f’dan ir-Regolament.

Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tindirizza minnufih pressjoni migratorja qawwija mhux prevista jew disproporzjonali fi Stat Membru wieħed jew aktar ikkaratterizzata minn influss kbir jew sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz, speċjalment fir-rigward ta’ persuni vulnerabbli, bħall-minorenni mhux akkumpanjati, li tpoġġi piżijiet sinifikanti u eżigenzi urġenti fuq il-faċilitajiet ta’ akkoljenza u detenzjoni tagħhom, is-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni, pressjonijiet migratorji qawwija f’pajjiżi terzi minħabba żviluppi jew kunflitti politiċi, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi pprovduta assistenza ta’ emerġenza u għajnuna għall-ħolqien ta’ infrastruttura skont il-qafas stabbilit f’dan ir-Regolament.

Raġuni

Jenħtieġ li tinfetaħ linja ta’ finanzjament urġenti li tippermetti li jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn l-Istati Membri ma jkunux jifilħu għall-isfida kkawżata mill-wasla ta’ persuni vulnerabbli minn pajjiżi terzi, speċjalment minorenni mhux akkumpanjati, li jeħtieġu miżuri speċifiċi.

Emenda 2

COM(2018) 471 final, Artikolu 3.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fl-għan tal-politika stabbilit fil-paragrafu 1, il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet speċifiċi li jmiss:

Fl-għan tal-politika stabbilit fil-paragrafu 1, il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet speċifiċi li jmiss:

(a)

it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, inkluża d-dimensjoni esterna tagħha;

(a)

it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, inkluża d-dimensjoni esterna tagħha;

(b)

l-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri inkluż għall-kontrobuzzjoni tal-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

(b)

l-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri inkluż il-kontribut għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u jiġu stabbiliti l-mezzi li jippermettu li din l-integrazzjoni ssir b’mod ordnat u sigur ;

(c)

il-kontribut lejn il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-iżgurar tal-effettività ta’ ritorn u r-riammissjoni fil-pajjiżi terzi.

(c)

il-kontribut kontra l-migrazzjoni irregolari u l-iżgurar tal-effettività tar-ritorn u r-riammissjoni fil-pajjiżi terzi filwaqt li jkun żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

 

(d)

it-titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji u tal-ażil, inkluż permezz tal-kooperazzjoni prattika.

Raġuni

Dan l-għan speċifiku huwa inkluż fir-Regolament AMIF attwali u għandu jiġi ddikjarat espressament bħala għan speċifiku tar-Regolament AMF futur.

Emenda 3

COM(2018) 471 final, Artikolu 8

Abbozz ta’ opinjoni:

Emenda

Test propost mill-Kummissjoni

 

Baġit

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta’ EUR  10 415 000 000 fi prezzijiet attwali.

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta’ EUR  16 188 000 000 fi prezzijiet attwali.

2.   Ir-riżorsi finanzjarji għandhom jintużaw kif ġej:

2.   Ir-riżorsi finanzjarji għandhom jintużaw kif ġej:

(a)

EUR  6 249 000 000 għandhom jiġu allokati għall-programmi implimentati b’ġestjoni kondiviża;;

(a)

EUR  10 790 000 000 għandhom jiġu allokati għall-programmi implimentati b’ġestjoni kondiviża;;

(b)

EUR  4 166 000 000 għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika.

(b)

EUR  5 398 000 000 għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika.

3.   Sa 0,42  % tal-pakkett finanzjarju għandhom jiġu allokati għall-assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) xx/xx [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].

3.   Sa 0,42  % tal-pakkett finanzjarju għandhom jiġu allokati għall-assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) xx/xx [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].

Raġuni

Iż-żieda proposta għall-migrazzjoni u l-ażil tkun tirrifletti iż-żieda ta’ 2,4 darbiet f’finanzjament allokat għall-kontroll tal-fruntieri esterni u tirrifletti l-fatt li fil-proposti attwali mhi prevista ebda żieda f’approprjazzjonijiet ta’ finanzjament taħt l-FSE+ għall-kompitu ġdid ta’ integrazzjoni fit-tul.

Emenda 4

COM(2018) 471 final, Artikolu 9.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(…) Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jintuża għall-komponenti tiegħu:

(…) Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jintuża għall-komponenti tiegħu:

(a)

azzjonijiet speċifiċi;

(a)

azzjonijiet speċifiċi;

(b)

azzjonijiet tal-Unjoni;

(b)

azzjonijiet tal-Unjoni;

(c)

assistenza ta’ emerġenza;

(c)

assistenza ta’ emerġenza;

(d)

risistemazzjoni;

(d)

risistemazzjoni;

(e)

appoġġ lil Stati Membri li jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ solidarjetà u responsabbiltà;

kif ukoll

(e)

appoġġ lil Stati Membri li jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ solidarjetà u responsabbiltà;

kif ukoll

(f)

In-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni.

(f)

In-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni;

 

(g)

In-Netwerks Ewropej dwar l-integrazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali .

(….)

(….)

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol kruċjali fl-integrazzjoni tal-migranti, li huwa komponent essenzjali tal-politiki ta’ migrazzjoni.

Emenda 5

COM(2018) 471 final, Artikolu 9.6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-faċilità tematika għandha b’mod partikolari tappoġġa l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-miżura ta’ implimentazzjoni 2(b) tal-Anness II li huma implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jew mill-organizzazzjonijiet ċivili.

Il-faċilità tematika għandha b’mod partikolari tappoġġa l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-miżura ta’ implimentazzjoni 2(b) tal-Anness II li huma implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jew mill-organizzazzjonijiet ċivili. Tal-anqas 30 % tal-finanzjament minn faċilità tematika għandhom jiġu allokati għal dan il-għan.

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol kruċjali fl-integrazzjoni tal-migranti, li huwa komponent essenzjali tal-politiki dwar il-migrazzjoni.

Emenda 6

COM(2018) 471 final, Artikolu 13.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-prijoritajiet indirizzati fil-programm tiegħu huma konsistenti ma’ u jwieġbu għall-prijoritajiet u l-isfidi tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-migrazzjoni u huma f’konformità sħiħa mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u li jaqblu mal-prijoritajiet tal-Unjoni. Fl-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-programmi tagħhom l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ implimentazzjoni stabbiliti fl-Anness II jiġu indirizzati b’mod adegwat.

Kull Stat Membru għandu jalloka tal-anqas 20 % mir-riżorsi fil-programm tiegħu għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) u tal-anqas 20 % għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2). L-Istati Membri jistgħu jiddevjaw minn dawk il-perċentwali minimi biss fejn tiġi inkluża spjegazzjoni dettaljata fil-programm nazzjonali għalfejn l-allokazzjoni tar-riżorsi taħt dan il-livell ma tipperikolax il-kisba ta ’ dan l-objettiv. Fir-rigward tal-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2), dawk l-Istati Membri li jiltaqgħu ma ’ nuqqasijiet strutturali fil-qasam tal-akkomodazzjoni, l-infrastruttura u s-servizzi ma għandhomx jaqgħu taħt il-perċentwal minimu stabbilit f ’ dan ir-Regolament;

Raġuni

L-AMF għandu jappoġġja soluzzjonijiet dejjiema għall-migrazzjoni u jiżgura l-konsistenza mal-prijoritajiet miftiehma mill-Istati Membri fil-livell tal-UE. L-iżgurar ta’ approprjazzjonijiet minimi għall-bini ta’ sistema ta’ ażil li tiffunzjona (Artikolu 3(2)(a)) u għall-iżvilupp ta’ rotot legali ta’ migrazzjoni u appoġġ għall-integrazzjoni (Artikolu 3(2)(b)) se jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv ta’ politika ta’ dan il-fond (ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji).

Il-kliem propost jikkorrispondi mal-kliem tar-Regolamenti attwali tal-AMIF.

Emenda 7

COM(2018) 471 final, Artikolu 13.7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jfittxu l-azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla fl-Anness IV. Fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux previsti jew ċirkostanzi ġodda, jew biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-lista ta’ azzjonijiet għal kofinanzjament ogħla kif elenkat fl-Anness IV.

L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jfittxu l-azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla fl-Anness IV. L-Istati Membri li ma jsegwux dawn l-azzjonijiet għandhom jinkludu spjegazzjoni dettaljata fil-programmi nazzjonali dwar kif se jiżguraw li din l-għażla ma’ tipperikolax l-ilħuq tal-għanijiet speċifiċi tal-AMF . Fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux previsti jew ċirkostanzi ġodda, jew biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-lista ta’ azzjonijiet għal kofinanzjament ogħla kif elenkat fl-Anness IV.

Raġuni

L-istess bħal Emenda 6.

Emenda 8

COM(2018) 471 final, Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-Fond għandu jappoġġa n-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni u jipprovdi l-assistenza finanzjarja meħtieġa għall-attivitajiet u l-iżvilupp futur tiegħu.

1.   Il-Fond għandu jappoġġa n-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni u jipprovdi l-assistenza finanzjarja meħtieġa għall-attivitajiet u l-iżvilupp futur tiegħu.

2.   L-ammont disponibbli għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-Fond u l-programm ta’ ħidma li jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, wara l-approvazzjoni mill-Bord ta’ Tmexxija b’ konformità mal-Artikolu 4(5)(a) tad-Deċiżjoni 2008/381/KE (kif emendata). Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tikkostitwixxi deċiżjoni dwar finanzjament skont l-Artikolu [110] tar-Regolament Finanzjarju. Biex tiżgura d-disponibbiltà fil-ħin ta’ riżorsi, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-programm ta’ ħidma għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni f’deċiżjoni ta’ finanzjament separata.

2.   L-ammont disponibbli għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-Fond u l-programm ta’ ħidma li jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, wara l-approvazzjoni mill-Bord ta’ Tmexxija b’ konformità mal-Artikolu 4(5)(a) tad-Deċiżjoni 2008/381/KE (kif emendata). Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tikkostitwixxi deċiżjoni dwar finanzjament skont l-Artikolu [110] tar-Regolament Finanzjarju. Biex tiżgura d-disponibbiltà fil-ħin ta’ riżorsi, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-programm ta’ ħidma għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni f’deċiżjoni ta’ finanzjament separata.

3.   Assistenza finanzjarja pprovduta għall-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni għandha tieħu l-forma ta’ għotjiet lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/381/KE u kuntratti pubbliċi kif ikun xieraq, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

3.   Assistenza finanzjarja pprovduta għall-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni għandha tieħu l-forma ta’ għotjiet lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/381/KE u kuntratti pubbliċi kif ikun xieraq, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

 

4.     Il-Fond għandu jappoġġja n-netwerks Ewropej dwar l-integrazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Raġuni

L-istess bħall-emenda 4.

Emenda 9

COM(2018) 471 final, Artikolu 26.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza li tirriżulta minn wieħed jew aktar minn dawn li jmiss:

Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi bħal pereżempju l-ħolqien ta’ infrastrutturi fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza li tirriżulta minn wieħed jew aktar minn dawn li jmiss:

(a)

Pressjoni migratorja qawwija fi Stat Membru jew ieħor ikkaratterizzata minn influss kbir jew sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li jpoġġi pressjoni sinifikanti u talbiet urġenti fuq il-faċilitajiet ta’ lqugħ u detenzjoni, u s-sistemi u proċeduri ta’ ġestjoni ta’ ażil u migrazzjoni tagħhom.

(a)

Pressjoni migratorja qawwija fi Stat Membru jew ieħor ikkaratterizzata minn influss kbir jew sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, speċjalment fir-rigward ta’ persuni vulnerabbli, bħall-minorenni mhux akkumpanjati, li jpoġġi pressjoni sinifikanti u talbiet urġenti fuq il-faċilitajiet ta’ lqugħ u detenzjoni, u s-sistemi u proċeduri ta’ ġestjoni ta’ ażil u migrazzjoni tagħhom.

(b)

l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ protezzjoni temporanji fis-sens tad-Direttiva 2001/55/KE;

(b)

l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ protezzjoni temporanji fis-sens tad-Direttiva 2001/55/KE;

(c)

Pressjoni migratorja qawwija f’pajjiżi terzi, inkluż fejn persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni jistgħu jkunu maqbudin minħabba żviluppi jew kunflitti politiċi, l-aktar fejn jista’ jagħti l-każ li jkollhom impatt fuq flussi migratorji lejn l-UE.

(c)

Pressjoni migratorja qawwija f’pajjiżi terzi, inkluż fejn persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni jistgħu jkunu maqbudin minħabba żviluppi jew kunflitti politiċi, l-aktar fejn jista’ jagħti l-każ li jkollhom impatt fuq flussi migratorji lejn l-UE. Il-miżuri implimentati fil-pajjiżi terzi f’konformità ma’ dan l-Artikolu jridu jkunu konsistenti ma’ u, fejn rilevanti, komplementari mal-politika umanitarja tal-Unjoni u jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-individwu u l-obbligi legali internazzjonali.

Raġuni

L-iżgurar ta’ koerenza ma’ politiki oħrajn tal-UE u r-rispett għad-drittijiet fundamentali.

Emenda 10

COM(2018) 471 final, Artikolu 26.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Assistenza ta’ emerġenza tista’ tkun fil-forma ta’ għotjiet mogħtija direttament lill-aġenziji deċentralizzati.

Assistenza ta’ emerġenza tista’ tkun fil-forma ta’ għotjiet mogħtija direttament lill-aġenziji deċentralizzati u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bi pressjoni migratorja qawwija, b’mod partikolari dawk li għandhom ir-responsabbiltà li jilqgħu u jintegraw lill-minorenni immigranti mhux akkumpanjati .

Raġuni

L-awtoritajiet reġjonali u lokali ħafna drabi għandhom il-kompetenza li jilqgħu u jintegraw il-minorenni immigranti mhux akkumpanjati, iżda ħafna drabi m’għandhomx il-kapaċità li jagħmlu dan.

Emenda 11

COM(2018) 471 final, Anness I (Kriterji għall-allokazzjoni tal-fondi tal-programmi b’ġestjoni kondiviża)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.

Ir-riżorsi disponibbli msemmija fl-Artikolu 11 għandhom jiġu maqsuma bejn l-Istati Membri kif ġej:

1.

Ir-riżorsi disponibbli msemmija fl-Artikolu 11 għandhom jiġu maqsuma bejn l-Istati Membri kif ġej:

(a)

Kull Stat Membru għandu jirċievi l-ammont fiss ta’ EUR 5 000 000 mill-Fond fil-bidu tal-perjodu ta’ programmar biss;

(a)

Kull Stat Membru għandu jirċievi l-ammont fiss ta’ EUR 5 000 000 mill-Fond fil-bidu tal-perjodu ta’ programmar biss;

(b)

Ir-riżorsi li jifdal imsemmija fl-Artikolu 11 għandhom jitqassmu abbażi tal-kriterji li ġejjin:

30 % għall-ażil;

30 % għall-migrazzjoni legali u għall-integrazzjoni;

40 % għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, inkluż ir-ritorn.

(b)

Ir-riżorsi li jifdal imsemmija fl-Artikolu 11 għandhom jitqassmu abbażi tal-kriterji li ġejjin:

33,3  % għall-ażil;

33,3  % għall-migrazzjoni legali u għall-integrazzjoni;

33,3  % għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, inkluż ir-ritorn.

Raġuni

L-ażil, il-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni huma importanti daqs il-migrazzjoni irregolari/ir-ritorn (jekk mhux iktar minnhom) għal ġestjoni effettiva tal-flussi migratorji.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jaqbel li fil-kuntest tal-isfidi migratorji li qed jevolvu, l-investiment fil-ġestjoni tal-migrazzjoni effiċjenti u koordinata fl-UE b’appoġġ għall-Istati Membri (SM) u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom huwa essenzjali biex jiġi realizzat l-objettiv tal-Unjoni li tistabbilixxi żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja; Jilqa’ bi pjaċir, f’dan il-kuntest, l-attenzjoni akbar u ż-żieda fil-finanzjament għall-migrazzjoni fil-baġit tal-UE, iżda huwa mħasseb dwar il-preġudizzji f’dawn iż-żidiet li huma ferm aktar sinifikanti għal miżuri dwar il-protezzjoni tal-fruntieri, milli għall-AMF. Konsegwentement jissuġġerixxi żieda fl-AMF ekwivalenti għaż-żieda fil-finanzjament għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni, jiġifieri żieda ta’ 2,4 darbiet;

2.

itenni l-ħtieġa għal approċċ koordinat mill-UE u l-Istati Membri sabiex tinbena politika komuni dwar l-ażil u l-migrazzjoni bbażata fuq il-prinċipji tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà;

3.

jilqa’ l-istabbiliment tal-AMF u strumenti oħrajn ġodda jew riveduti (IBMF, FSE+, FEŻR, NDCI, IPAIII) li jindirizzaw finanzjarjament id-dimensjoni interna, u dik esterna, tal-migrazzjoni;

4.

jaqbel li l-ġestjoni effettiva tal-fruntieri esterni tal-UE hija meħtieġa, iżda huwa tal-fehma li enfasi b’mod predominanti fuq il-kontroll tal-fruntieri u inqas fuq l-aspetti essenzjali oħra ta’ politika komprensiva tal-UE dwar il-migrazzjoni, inkluża sistema riformata tal-ażil tal-UE, politiki konsistenti u ambizzjużi biex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni legali u tkun appoġġjata l-integrazzjoni, miżuri deċiżivi b’rabta mal-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u azzjoni b’saħħitha għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni ma tkunx effettiva, u lanqas ma tirrifletti l-valuri fundamentali tal-UE;

5.

jinsisti li hu essenzjali li jiġu żgurati s-sinerġiji, il-konsistenza u l-effiċjenza bejn l-AMF u fondi u politiki oħrajn tal-UE, b’mod partikolari dawk dwar il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, il-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u l-politiki esterni u tal-iżvilupp;

6.

jenfasizza l-ħtieġa għal riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil biex ikun żgurat li proċeduri effiċjenti tal-ażil jiggarantixxu d-drittijiet ta’ dawk li qed ifittxu l-protezzjoni, jipprevjenu l-movimenti sekondarji u jipprovdu kundizzjonijiet ta’ akkoljenza xierqa u uniformi, kif ukoll standards għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali;

7.

jemmen li s-sħubiji u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi huma komponent essenzjali tal-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tagħha u li għalhekk il-Fond għandu jipprovdi inċentivi finanzjarji għal din il-kooperazzjoni, inkluż l-implimentazzjoni tal-Qafas tal-UE għar-Risistemazzjoni. Il-finanzjament għall-iżvilupp estern m’għandux, madankollu, jintuża biss għall-prevenzjoni tal-migrazzjoni;

8.

jinnota l-approċċ il-ġdid biex issir distinzjoni bejn miżuri ta’ integrazzjoni fuq żmien qasir u fuq żmien twil, b’dan tal-aħħar issa ffinanzjat mill-FSE+. Jenfasizza li d-dispożizzjonijiet finanzjarji għall-FSE+ għandhom jirriflettu b’mod sħiħ dan il-kompitu ġdid. Jiddispjaċih, madankollu, li l-“integrazzjoni” sparixxiet mit-titolu tal-AMF, speċjalment minħabba li l-parti l-kbira tal-miżuri ta’ integrazzjoni fuq żmien qasir huma responsabbiltà tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

9.

jilqa’ l-fatt li l-Fond il-ġdid jippermetti rata ogħla ta’ kofinanzjament (sa 90 %), li b’mod partikolari tista’ tgħin lill-awtoritajiet lokali u reġjonali taħt pressjoni, u b’mod speċjali lil dawk li għandhom fruntiera esterna, iżda jiddispjaċih li l-appelli ripetuti tiegħu sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jsiru parzjalment responsabbli mill-ġestjoni tal-AMF ma ġewx imwieġba;

10.

jirrikonoxxi li l-AMF ser ikun regolat għall-ewwel darba mir-regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni. Dan għandu jżid l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-politiki nazzjonali, iżda dawn l-effetti pożittivi jirrikjedu l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipji tas-sħubija u tal-governanza f’diversi livelli;

11.

jenfasizza li l-Fond għandu jappoġġja lill-Istati Membri fit-tfassil ta’ strateġiji koordinati għall-aspetti kollha tal-migrazzjoni, l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki, kif ukoll il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet differenti u l-livelli ta’ governanza, u bejn l-Istati Membri;

12.

jinnota li f’dak li jirrigwarda l-allokazzjoni tal-fondi lill-Istati Membri, il-proposta tipprevedi gwida għat-tqassim li tirrifletti l-ħtiġijiet u l-pressjonijiet tagħhom fi tliet oqsma fundamentali; l-ażil (30 %); il-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni (30 %); u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari inkluż ir-ritorn (40 %); madankollu jistma li mhux ċar għaliex dawn it-tliet elementi ngħataw il-piż kif suġġerit u għalhekk jissuġġerixxi li jingħataw piż ugwali;

13.

jirrikonoxxi li politika effiċjenti ta’ ritorn hija element ewlieni ta’ approċċ komprensiv għall-migrazzjoni u li l-Fond għandu għalhekk jappoġġja l-iżvilupp ta’ standards komuni għal, u ġestjoni koordinata ta’ ritorn f’konformità sħiħa mal-liġi tal-UE u d-drittijiet internazzjonali tal-bniedem u d-dinjità tal-persuni kkonċernati, inklużi miżuri f’pajjiżi terzi għall-integrazzjoni mill-ġdid ta’ dawk rimpatrijati;

14.

iħeġġeġ lill-Istati Membri, f’dan il-kuntest, biex jagħtu preferenza għar-ritorn volontarju fl-interess kemm ta’ dawk rimpatrijati kif ukoll tal-awtoritajiet tal-pajjiżi mittenti u riċeventi;

15.

jaqbel li l-Fond għandu jappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom tad-Direttiva 2009/52/KE li tipprojbixxi l-impjieg ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti illegalment u s-sanzjonar tal-impjegaturi li jiksru dik il-projbizzjoni, u d-Direttiva 2011/36/UE dwar l-assistenza, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin;

16.

jiddispjaċih li l-Istati Membri m’għadhomx meħtieġa jallokaw tal-anqas 20 % tal-finanzjament disponibbli għall-azzjoni tal-ażil u 20 % għall-integrazzjoni, li joħloq ir-riskju li l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari ser tingħata prijorità fuq azzjoni oħra; b’konsegwenza, jappella għall-introduzzjoni mill-ġdid ta’ dawn il-kundizzjonijiet minimi ta’ allokazzjoni u nfiq;

17.

jemmen li l-kooperazzjoni deċentralizzata jista’ jkollha rwol importanti fit-tisħiħ tal-governanza tajba fil-pajjiżi tal-oriġini u ta’ tranżitu u b’hekk jitnaqqsu l-flussi migratorji. Azzjonijiet bħalma huma l-inizjattiva ta’ Nikosija għall-bini ta’ kapaċità fil-muniċipalitajiet Libjani turi sa liema punt il-kooperazzjoni mill-awtoritajiet lokali u reġjonali tista’ tippromovi l-istabbiltà u l-prosperità fil-viċinat tagħna;

18.

itenni r-rwol proprju tiegħu fl-iffaċilitar tad-djalogu u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ transitu tal-migranti, pereżempju permezz tal-pjattaformi u l-korpi eżistenti (ARLEM, CORLEAP, il-Kumitati Konsultattivi Konġunti u l-Gruppi ta’ Ħidma) sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-AMF;

19.

jinsab konvint li l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jużaw parti mill-programm ta’ allokazzjoni tagħhom biex b’mod partikolari jiffinanzjaw:

miżuri ta’ integrazzjoni implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili;

azzjonijiet biex jiġu żviluppati alternattivi effettivi għad-detenzjoni;

programmi ta’ ritorn volontarju assistit u ta’ integrazzjoni mill-ġdid u l-attivitajiet relatati;

miżuri mmirati lejn applikanti vulnerabbli għall-protezzjoni internazzjonali bi bżonnijiet ta’ akkoljenza u/jew bżonnijiet proċedurali speċjali, speċjalment it-tfal, b’mod partikolari dawk mhux akkumpanjati;

20.

jilqa’ bi pjaċir il-qafas propost għal assistenza ta’ emerġenza li jippermetti lill-Istati Membri jiffaċċjaw sfidi relatati ma’ influssi kbar jew sproporzjonati ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi, speċjalment meta jkunu involuti persuni vulnerabbli bħall-minorenni mhux akkumpanjati; jinsisti li, b’mod partikolari, l-awtoritajiet lokali u reġjonali f’tali sitwazzjonijiet għandu jkollhom aċċess għal assistenza bħal din;

21.

jemmen li l-leġislazzjoni proposta għandha valur miżjud Ewropew ċar u għalhekk li l-proposta tikkonforma mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/156


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposta għal Regolament li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013

(2018/C 461/14)

Relatur:

Marco DUS (IT/PSE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Vittorio Veneto, Treviso

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013

COM(2018) 385 final — 2018/0209(COD)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(6)

Sabiex jinkisbu l-għanijiet komprensivi, l-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari (1), tal-Qafas ta’ Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 (2), (3), (4), tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura (5), kif ukoll tal-politiki relatati (6), (7), (8), (9), (10), hija partikolarment importanti.

(6)

Sabiex jinkisbu l-għanijiet komprensivi, l-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari (1), tal-Qafas ta’ Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 (2), (3), (4), tas-seba’ Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 u dak li jkun is-suċċessur eventwali tiegħu  (5), tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura (6), kif ukoll tal-politiki relatati (7), (8), (9), (10), (11), (12), (13), (14), (15), hija partikolarment importanti.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 2

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(7)

Il-konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima teħtieġ it-trasformazzjoni tal-Unjoni f’soċjeta effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Din, min-naħa l-oħra, tirrikjedi azzjonijiet, b’enfasi speċjali fuq is-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għal-livelli attwali tal-output u tat-tniġġis ta’ CO2, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri u tal-preparazzjonijiet għall-istrateġija tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 u fuq terminu twil. Il-Programm jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament għall-klima biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima.

(7)

Il-konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima teħtieġ it-trasformazzjoni tal-Unjoni f’soċjeta effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Din, min-naħa l-oħra, tirrikjedi azzjonijiet, b’enfasi speċjali fuq is-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għal-livelli attwali tal-output u tat-tniġġis ta’ CO2, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri u tal-preparazzjonijiet għall-istrateġija tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 u fuq terminu twil. Il-Programm jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament għall-klima biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima.

Raġuni

Il-kelma reżiljenti hija meqjusa iktar adatta f’dan il-kuntest billi dan jirriferi għall-adattament. [Nota tat-traduttur: din l-emenda ma taffettwax il-verżjoni Maltija, fejn il-kelma reżiljenti hija diġà użata.]

Emenda 3

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(8)

It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa hija kontribuzzjoni essenzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima b’kobenefiċċji għall-ambjent. L-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, iffinanzjati sal-2020 taħt Orizzont 2020, jenħtieġ li jiġu integrati fil-Programm billi l-għan tagħhom mhuwiex li jiffinanzjaw l-eċċellenza u li jiġġeneraw l-innovazzjoni, iżda li jiffaċilitaw l-użu ta’ teknoloġija diġà disponibbli li se tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-inklużjoni ta’ dawn l-attivitajiet ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-Programm toffri potenzjal għal sinerġiji bejn is-subprogrammi u żżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni. Għalhekk, id-data jenħtieġ li tinġabar u tiġi ddiseminata dwar l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet eżistenti ta’ riċerka u innovazzjoni fil-proġetti LIFE, inkluż mill-programm Orizzont Ewropa u l-predeċessuri tiegħu.

(8)

It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa hija kontribuzzjoni essenzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima b’kobenefiċċji għall-ambjent. L-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, iffinanzjati sal-2020 taħt Orizzont 2020, jenħtieġ li jiġu integrati fil-Programm , u jżommu l-istess koeffiċjent ta’ kofinanzjament, billi l-għan tagħhom mhuwiex li jiffinanzjaw l-eċċellenza u li jiġġeneraw l-innovazzjoni, iżda li jiffaċilitaw l-użu ta’ teknoloġija diġà disponibbli li se tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-inklużjoni ta’ dawn l-attivitajiet ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-Programm toffri potenzjal għal sinerġiji bejn is-subprogrammi u żżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni. Għalhekk, id-data jenħtieġ li tinġabar u tiġi ddiseminata dwar l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet eżistenti ta’ riċerka u innovazzjoni fil-proġetti LIFE, inkluż mill-programm Orizzont Ewropa u l-predeċessuri tiegħu.

Raġuni

Ir-rata ta’ kofinanzjament għar-reġjuni u l-bliet hija 100 % taħt Orizzont 2020.

Emenda 4

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(9)

Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-leġiżlazzjoni dwar l-Enerġija Nadifa jistmaw li t-twettiq tal-miri tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 se jeħtieġ investimenti addizzjonali ta’ EUR 177 biljun kull sena fil-perjodu bejn l-2021 u l-2030. L-akbar lakuni huma marbuta mal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-bini (l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira ), fejn il-kapital irid jiġi dirett lejn proġetti ta’ natura distribwita ħafna. Wieħed mill-għanijiet tas-subprogramm dwar it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa huwa li jibni l-kapaċità għall-iżvilupp u għall-aggregazzjoni tal-proġetti, li permezz tiegħu jgħin ukoll biex jiġu assorbiti l-fondi mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u jikkatalizza investimenti f’enerġija nadifa billi juża wkoll l-istrumenti finanzjarji pprovduti taħt l-InvestEU.

(9)

Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-leġiżlazzjoni dwar l-Enerġija Nadifa jistmaw li t-twettiq tal-miri tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 se jeħtieġ investimenti addizzjonali ta’ EUR 177 biljun kull sena fil-perjodu bejn l-2021 u l-2030. L-akbar lakuni huma marbuta mal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-bini (l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli deċentralizzati, għal kull tip ta’ konsum ta’ enerġija, u b’mod speċjali għall-konsum tal-enerġija għat-tisħin u l-arja kondizzjonata ), fejn il-kapital irid jiġi dirett lejn proġetti ta’ natura distribwita ħafna , pereżempju billi jiġu promossi proġetti pilota bbażati f’konglomerati urbani żgħar u komunitajiet u djar iżolati f’żoni rurali . Wieħed mill-għanijiet tas-subprogramm dwar it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa huwa li jibni l-kapaċità għall-iżvilupp u għall-aggregazzjoni tal-proġetti, li permezz tiegħu jgħin ukoll biex jiġu assorbiti l-fondi mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u jikkatalizza investimenti f’enerġija nadifa billi juża wkoll l-istrumenti finanzjarji pprovduti taħt l-InvestEU.

Raġuni

Id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-kostruzzjoni hija pass essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-klima u tal-enerġija tal-UE u, għalhekk, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi. Madankollu, huwa meqjus importanti li jkun hemm fokus ikbar fuq il-konsum tal-enerġija għat-tisħin u l-arja kondizzjonata, li jirrappreżentaw parti importanti tal-konsum tal-enerġija tal-Ewropa.

Emenda 5

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(12)

Il-pakkett tal-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali tal-Unjoni l-aktar reċenti (1) jindika li jenħtieġ progress sinifikanti biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar l-ambjent u biex tittejjeb l-integrazzjoni tal-għanijiet ambjentali u klimatiċi f’politiki oħra. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jaġixxi bħala katalizzatur biex jikseb il-progress meħtieġ permezz tal-iżvilupp, tal-ittestjar u tar-replikazzjoni ta’ approċċi ġodda; l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika, il-monitoraġġ u l-analiżi; it-tisħiħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati; il-mobilizzazzjoni tal-investimenti li ġejjin mill-programmi kollha ta’ investiment tal-Unjoni jew minn sorsi finanzjarji oħra u l-appoġġ għal azzjonijiet biex jingħelbu d-diversi ostakli għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet ewlenin meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ambjentali.

(12)

Il-pakkett tal-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali tal-Unjoni l-aktar reċenti (1) jindika li jenħtieġ progress sinifikanti biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar l-ambjent u biex tittejjeb l-integrazzjoni tal-għanijiet ambjentali u klimatiċi f’politiki oħra. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jaġixxi bħala katalizzatur biex jikseb il-progress meħtieġ permezz tal-iżvilupp, tal-ittestjar u tar-replikazzjoni ta’ approċċi ġodda; l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ u l-analiżi; il-promozzjoni ta’ aktar sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni; l-iżvilupp tal-governanza tajba; it-tisħiħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza kontra t-tibdil fil-klima ; il-mobilizzazzjoni tal-investimenti li ġejjin mill-programmi kollha ta’ investiment tal-Unjoni jew minn sorsi finanzjarji oħra u l-appoġġ għal azzjonijiet biex jingħelbu d-diversi ostakli għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet ewlenin meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ambjentali.

Raġuni

Governanza mtejba, partikolarment permezz tas-sensibilizzazzjoni u l-involviment tal-partijiet interessati, hija essenzjali għall-ilħuq tal-objettivi ambjentali. Din hija prijorità msemmija speċifikament fil-programm LIFE preċedenti u l-Kumitat tar-Reġjuni jaħseb li għandha tinżamm.

Emenda 6

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(15)

L-iskema volontarja għall-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi fit-Territorji extra-Ewropej (BEST) tippromwovi l-konservazzjoni tal-bijodiversità, inkluża l-bijodiversità tal-baħar, u l-użu sostenibbli ta’ servizzi ekosistemiċi, inklużi approċċi bbażati fuq l-ekosistema għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fir-Reġjuni Ultraperifiċi tal-Unjoni u fil-Pajjiżi u fit-Territorji Extra-Ewropej. L-iskema BEST għenet biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza ekoloġika tar-Reġjuni Ultraperifiċi u tal-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej għall-konservazzjoni tal-bijodiversità globali. Fid-Dikjarazzjonijiet Ministerjali tagħhom tal-2017 u l-2018, il-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej esprimew l-apprezzament tagħhom għal din l-iskema ta’ għotjiet żgħar għall-bijodiversità. Huwa xieraq li l-Programm jitħalla jkompli jiffinanzja għotjiet żgħar għall-bijodiversità kemm fir-Reġjun Ultraperiferiċi kif ukoll fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej.

(15)

L-iskema volontarja għall-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi fit-Territorji extra-Ewropej (BEST) tippromwovi l-konservazzjoni tal-bijodiversità, inkluża l-bijodiversità tal-baħar, u l-użu sostenibbli ta’ servizzi ekosistemiċi, inklużi approċċi bbażati fuq l-ekosistema għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fir-Reġjuni Ultraperifiċi tal-Unjoni u fil-Pajjiżi u fit-Territorji Extra-Ewropej. L-iskema BEST għenet biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza ekoloġika tar-Reġjuni Ultraperifiċi u tal-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej għall-konservazzjoni tal-bijodiversità globali. Fid-Dikjarazzjonijiet Ministerjali tagħhom tal-2017 u l-2018, il-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej esprimew l-apprezzament tagħhom għal din l-iskema ta’ għotjiet żgħar għall-bijodiversità. Huwa xieraq li l-Programm jitħalla jkompli jiffinanzja għotjiet għall-bijodiversità kemm fir-Reġjun Ultraperiferiċi kif ukoll fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej , f’konformità mal-għanijiet u l-miżuri previsti fil-kuntest ta’ sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE  (1).

Raġuni

Għal iktar ċarezza.

Emenda 7

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(17)

L-għan fit-tul tal-Unjoni għall-politika dwar l-ajra huwa li jinkisbu livelli ta’ kwalità tal-arja li ma jikkawżawx impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u riskji għal din. Is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar it-tniġġis tal-arja hija għolja u ċ-ċittadini jistennew li l-awtoritajiet jaġixxu. Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tenfasizza r-rwol li jista’ jkollu l-finanzjament tal-Unjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-arja nadifa. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa proġetti, inklużi l-proġetti integrati strateġiċi, li għandhom il-potenzjal li jisfruttaw fondi pubbliċi u privati, biex ikunu eżempji ta’ prattika tajba u katalizzaturi għall-implimentazzjoni ta’ pjanijiet u leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja fil-livell lokali, reġjonali, multireġjonali, nazzjonali u transnazzjonali.

(17)

L-għan fit-tul tal-Unjoni għall-politika dwar l-ajra huwa li jinkisbu livelli ta’ kwalità tal-arja li ma jikkawżawx impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u riskji għal din. Is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar it-tniġġis tal-arja hija għolja u ċ-ċittadini jistennew li l-awtoritajiet jaġixxu. Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tenfasizza r-rwol li jista’ jkollu l-finanzjament tal-Unjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-arja nadifa. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa proġetti, inklużi l-proġetti integrati strateġiċi, li għandhom il-potenzjal li jisfruttaw fondi pubbliċi u privati, biex ikunu eżempji ta’ prattika tajba u katalizzaturi għall-implimentazzjoni ta’ pjanijiet u leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja fil-livell lokali, reġjonali, multireġjonali, nazzjonali u transnazzjonali. Dawn l-isforzi ddedikati biex itejbu l-kwalità tal-arja għandhom ikunu konsistenti mar-rekwiżiti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u mal-ħtieġa għal għan fit-tul ta’ dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija Ewropea kollha kemm hi, u li tiġi sostitwita pass pass l-infrastruttura tal-enerġija bbażata fuq sorsi fossili b’infrastruttura bbażata fuq sorsi rinnovabbli, fejn ikun teknikament u ekonomikament possibbli.

Raġuni

Il-kwalità tal-arja hija marbuta direttament mal-kombustjoni ta’ karburanti fossili għat-trasport, it-tisħin u l-arja kundizzjonata, u b’mod ġenerali, il-produzzjoni tal-elettriku. Id-dekarbonizzazzjoni ta’ dawn is-setturi, għaldaqstant, għandha impatt dirett fuq il-kwalità tal-arja u s-saħħa pubblika. Il-programm LIFE għandu jikkunsidra l-potenzjal tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi f’dawn it-tipi ta’ proġetti. Fejn ikun hemm alternattiva bbażata fuq sors rinnovabbli ta’ enerġija, il-Programm LIFE għandu jippromovi din l-alternattiva aktar milli jissostitwixxi t-tagħmir b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’tagħmir aktar effiċjenti iżda li jkun għadu bbażat fuq l-enerġija fossili, sakemm l-investiment huwa wkoll kosteffettiv.

Emenda 8

Premessa 17a ġdida, wara l-premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(17a)

Għandha tintgħata enfasi speċifika lill-promozzjoni tal-abbandun ta’ sorsi ta’ tniġġis tal-arja, b’mod partikolari għodod għat-tisħin domestiku u impjanti tal-enerġija bbażati fuq il-karburanti fossili li jniġġsu l-aktar. Biex tiġi indirizzata l-problema tat-tniġġis tal-arja għandha ssir enfasi fuq l-isforzi għal tranżizzjoni lejn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u sorsi ta’ enerġija nadifa oħrajn, fuq terminu medju/twil.

Raġuni

Fl-UE t-tisħin domestiku bbażat fuq il-faħam huwa sors importanti ta’ tniġġis tal-arja u għandu impatti ta’ ħsara fuq is-saħħa taċ-ċittadini. Meta jkun teknikament u finanzjarjament possibbli għandha tiġi favorita t-tranżizzjoni għal sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u sorsi ta’ enerġija nadifa oħrajn, f’konformità mal-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni għas-settur tal-bini, kif previst mid-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija.

Emenda 9

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(20)

It-titjib tal-governanza fuq kwistjonijiet ambjentali, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet relatati ta’ tranżizzjoni lejn enerġija nadifa jeħtieġ l-involviment tas-soċjetà ċivili billi tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, l-involviment tal-konsumaturi u t-twessigħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjoni nongovernattivi, f’konsultazzjoni dwar il-politiki relatati u l-implimentazzjoni tagħhom.

(20)

It-titjib tal-governanza fuq kwistjonijiet ambjentali, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet relatati ta’ tranżizzjoni lejn enerġija nadifa jeħtieġ l-involviment tas-soċjetà ċivili billi tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, anke permezz ta’ strateġija ta’ komunikazzjoni li tqis il-mezzi tax-xandir ġodda kif ukoll in-netwerks soċjali, u li ssaħħaħ l-involviment tal-konsumaturi u t-twessigħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjoni nongovernattivi, f’konsultazzjoni dwar il-politiki relatati u l-implimentazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, l-involviment u l-għoti tas-setgħa konġunta tal-awtoritajiet lokali u reġjonali — skont ir-rikonoxximent mogħtija lill-bliet, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali mill-Konferenza tal-Partijiet ta’ Pariġi (Ftehim ta’ Pariġi) — bħala l-livell ta’ governanza li jopera l-iktar qrib taċ-ċittadini, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu riżultati sinifikanti ambjentali, kif ukoll fil-qasam tal-enerġija u tal-klima, kif wera s-suċċess dejjem jikber tal-inizjattiva “Patt tas-Sindki” u ta’ netwerks muniċipali oħra għall-klima u għall-ambjent.

Raġuni

Huwa importanti li jiddaħħal b’mod espliċitu l-bżonn ta’ komunikazzjoni moderna u li jissemma l-Patt tas-Sindki, inizjattiva issa globali u ta’ suċċess kbir biex jintlaħqu u jingħataw is-setgħa l-livelli ta’ gvern l-aktar qrib iċ-ċittadini.

Emenda 10

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(22)

Il-Programm jenħtieġ li jħejji u jappoġġa lill-atturi fis-suq għal tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima billi jittestja opportunitajiet tan-negozju ġodda, jaġġorna l-ħiliet professjonali, jiffaċilita l-aċċess tal-konsumaturi għall-prodotti u s-servizzi sostenibbli, jinvolvi u jagħti s-setgħa lill-influwenzaturi u jittestja metodi ġodda biex jiġu adattati l-proċessi u l-pajsaġġ kummerċjali eżistenti. Biex tkun appoġġata l-adozzjoni kummerċjali usa’ ta’ soluzzjonijiet sostenibbli, jenħtieġ li jiġu promossi l-aċċettazzjoni tal-pubbliku ġenerali u l-involviment tal-konsumatur.

(22)

Il-Programm jenħtieġ li jħejji u jappoġġa lill-atturi fis-suq għal tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima billi jittestja opportunitajiet tan-negozju ġodda, jaġġorna l-ħiliet professjonali, jiffaċilita l-aċċess tal-konsumaturi għall-prodotti u s-servizzi sostenibbli, jinvolvi u jagħti s-setgħa lill-influwenzaturi u jittestja metodi ġodda biex jiġu adattati l-proċessi u l-pajsaġġ kummerċjali eżistenti. Biex tkun appoġġata l-adozzjoni kummerċjali usa’ ta’ soluzzjonijiet sostenibbli, b’mod partikolari l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji enerġetiċi innovattivi, sostenibbli u rinnovabbli, għarfien ġenerali u t-tixrid ta’ dawn it-teknoloġiji għandhom jiġu promossi sabiex sabiex jiġu promossi l-aċċettazzjoni tal-pubbliku ġenerali u l-involviment tal-konsumatur.

Raġuni

Bis-saħħa tal-iżviluppi teknoloġiċi, tas-suq u (wkoll) tal-appoġġ pubbliku, matul l-aħħar 10 sena l-ispejjeż tal-installazzjoni ta’ sistemi ta’ enerġija rinnovabbli naqsu ħafna. Jeħtieġ li nkomplu f’din it-triq sabiex ikun jista’ jiġi żviluppat bis-sħiħ il-potenzjal tal-enerġija Ewropea, jiġu apprezzati sorsi alternattivi ta’ enerġija li sal-lum mhumiex użati wisq (bħalma hija l-enerġija mill-baħar jew l-enerġija ġeotermali) u b’hekk tiġi żviluppat l-indipendenza enerġetika tal-UE minn pajjiżi terzi.

Emenda 11

Premessa 24a ġdida wara l-Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(24a)

Meta wieħed iqis li qed tiżdied il-frekwenza ta’ diżastri naturali kkawżati mit-tibdil fil-klima madwar l-UE u l-inadegwatezza tal-istrumenti ta’ prevenzjoni attwali, il-programm se jappoġġja inizjattivi sabiex jissaħħu l-istrateġiji ta’ reżiljenza għat-tibdil fil-klima sabiex naġixxu quddiem diżastri naturali relatati.

Raġuni

Fid-dawl taż-żieda fil-frekwenza ta’ diżastri naturali u l-inadegwatezza tal-għodod għall-prevenzjoni tagħhom, il-Programm LIFE għandu kontribut essenzjali x’jagħti fl-appoġġ ta’ inizjattivi biex jissaħħu l-istrateġiji ta’ reżiljenza għat-tibdil fil-klima sabiex naġixxu għal diżastri.

Emenda 12

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(25)

Fl-implimentazzjoni tal-Programm, jenħtieġ tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-istrateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi fid-dawl tal-Artikolu 349 TFUE u l-ħtiġijiet u l-vulnerabilitajiet speċifiċi ta’ dawn ir-reġjuni. Il-politiki tal-Unjoni, għajr il-politiki ambjentali, klimatiċi u ta’ tranżizzjoni lejn enerġija nadifa rilevanti, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll.

(25)

Fl-implimentazzjoni tal-Programm, jenħtieġ tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-istrateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi fid-dawl tal-Artikolu 349 TFUE u l-ħtiġijiet u l-vulnerabilitajiet speċifiċi ta’ dawn ir-reġjuni. Il-politiki tal-Unjoni, għajr il-politiki ambjentali, klimatiċi , ekonomija ċirkolari u ta’ tranżizzjoni lejn enerġija nadifa rilevanti, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll.

Il-finanzjament ta’ din l-istrateġija għandu jiġi integrat fil-Programm b’mod speċifiku u divrenzjat.

Raġuni

Din ir-referenza speċifika hija meqjusa meħtieġa minħabba r-riskji aggravati tar-reġjuni ultraperiferiċi meta jiffaċċjaw il-fenomenu tat-tibdil globali u fil-klima u minħabba l-vulnerabbiltà partikolari u d-dipendenza tagħhom fuq l-Ewropa kontinentali.

Emenda 13

Premessa 26a ġdida wara l-premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(26a)

Ir-Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) huma eliġibbli u jistgħu jkunu strument legali għall-implimentazzjoni tal-Programm LIFE. Ir-REKT għandhom struttura simili għal dik ta’ konsorzju u l-maġġoranza tagħhom joperaw fuq livell transnazzjonali. Bis-saħħa ta’ dawn il-karatteristiċi jistgħu joperaw b’mod ċentralizzat għall-implimentazzjoni ta’ proġetti fil-livell operazzjonali u dak finanzjarju.

Raġuni

Jenħtieġ li jiġi promoss l-użu tar-REKT u tiġi żgurata l-eliġibbiltà tagħhom bħala konsorzju.

Emenda 14

Premessa 31

Test tal-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Fir-rigward tal-għotjiet, dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u skali ta’ kostijiet unitarji.

It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Fir-rigward tal-għotjiet, dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u skali ta’ kostijiet unitarji li jkopru, fost affarijiet oħra, l-ispejjeż għall-persunal, sabiex jingħata appoġġ għal simplifikazzjoni tal-attivitajiet amministrattivi marbuta mal-parteċipazzjoni fi proġetti .

Raġuni

Din l-emenda tenfasizza l-importanza li wieħed ikun kapaċi jappoġġja l-ispejjeż tal-persunal bħala element importanti għal parteċipazzjoni b’suċċess fi proġetti, b’mod partikolari għal organizzazzjonijiet iżgħar.

Emenda 15

Artikolu 3(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(1)   L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, inkluż permezz tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa’ lura t-telf tal-bijodiversità, u b’hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli.

(1)   L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, inkluż permezz tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa’ lura t-telf tal-bijodiversità, u b’hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli.

Raġuni

Il-kelma reżiljenti hija meqjusa iktar adatta f’dan il-kuntest billi dan jirriferi għall-adattament. [Nota tat-traduttur: din l-emenda ma taffettwax il-verżjoni Maltija, fejn il-kelma reżiljenti hija diġà użata.]

Emenda 16

Artikolu 3(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(2)   Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(2)   Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

li jiżviluppa, juri u jippromwovi tekniki u approċċi innovattivi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-azzjoni klimatika, inkluża t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, u li jikkontribwixxi għall-applikazzjoni tal-aħjar prassi fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità;

(a)

li jiżviluppa, juri u jippromwovi tekniki u approċċi innovattivi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-azzjoni klimatika, inkluża t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, u li jikkontribwixxi għall-applikazzjoni tal-aħjar prassi fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità;

(b)

li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluż billi jtejjeb il-governanza permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi pubbliċi u privati u tal-involviment tas-soċjetà ċivili;

(b)

li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluż billi jtejjeb il-governanza permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi pubbliċi u privati u tal-involviment tas-soċjetà ċivili;

(c)

li jikkatalizza l-użu fuq skala kbira ta’ soluzzjonijiet tekniċi u relatati mal-politika ta’ suċċess għall-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni billi jirreplika r-riżultati, jintegra l-għanijiet relatati f’politiki oħra u fil-prattiki tas-settur pubbliku u privat, u jimmobilizza l-investiment u jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament.

(c)

li jikkatalizza l-użu fuq skala kbira ta’ soluzzjonijiet tekniċi u relatati mal-politika ta’ suċċess għall-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni billi jirreplika r-riżultati, jintegra l-għanijiet relatati f’politiki oħra u fil-prattiki tas-settur pubbliku u privat, u jimmobilizza l-investiment u jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament;

 

(d)

li jsaħħaħ is-sinerġiji bejn strateġiji ta’ reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tar-riskju ta’ diżastri naturali relatati permezz tal-introduzzjoni ta’ miżuri tekniċi bħal metodu ċar ta’ analiżi tar-riskji ta’ diżastri naturali .

Raġuni

Fid-dawl taż-żieda fil-frekwenza ta’ diżastri naturali u l-inadegwatezza tal-għodod attwali għall-prevenzjoni tagħhom, il-Programm LIFE għandu kontribut essenzjali x’jagħti fl-appoġġ ta’ soluzzjonijiet mmirati lejn it-tisħiħ tal-istrateġiji ta’ reżiljenza għat-tibdil fil-klima sabiex naġixxu għal diżastri.

Emenda 17

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(1)   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR  5 450 000 000 , f’termini ta’ prezzijiet attwali.

(1)   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR  6 780 000 000 , f’termini ta’ prezzijiet attwali.

(2)   Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:

(2)   Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:

 

EUR  3 500 000 000  għall-qasam Ambjent, li minnhom

(a)

EUR  4 165 000 000  għall-qasam Ambjent, li minnhom

 

EUR  2 150 000 000  għas-subprogramm Natura u Bijodiversità u

 

(1)

EUR  2 315 000 000  għas-subprogramm Natura u Bijodiversità u

 

EUR  1 350 000 000  għas-subprogramm Ekonomija Ċirkolari u Kwalità tal-Ħajja;

 

(2)

EUR  1 850 000 000  għas-subprogramm Ekonomija Ċirkolari u Kwalità tal-Ħajja;

 

EUR  1 950 000 000  għall-qasam Azzjoni Klimatika, li minnhom

(b)

EUR  2 615 000 000  għall-qasam Azzjoni Klimatika, li minnhom

 

EUR  950 000 000  għas-subprogramm Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih u

 

(1)

EUR  1 450 000 000  għas-subprogramm Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih u

 

EUR  1 000 000 000  għas-subprogramm Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa.

 

(2)

EUR  1 165 000 000  għas-subprogramm Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa.

(3)   L-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) xx/xx tal-Parlament Ewropew.

(3)   L-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) xx/xx tal-Parlament Ewropew.

Raġuni

L-ammont globali l-ġdid tal-programm LIFE huwa bbażat fuq żieda ta’ 1,7 darbiet iktar, kif imħabbar mill-Kummissjoni Ewropea, iżda mingħajr it-trasferiment tal-miżura li qabel kienet iffinanzjata minn Orizzont 2020 għat-tranżizzjoni tal-enerġija, b’enfasi speċjali fuq is-subprogramm Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Ekonomija Ċirkolari.

Emenda 18

Artikolu 5(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(3)   L-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid] u fir-Regolament Finanzjarju.

(3)   L-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid] u fir-Regolament Finanzjarju.

 

(3a)     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 21 b’mod li l-persentaġġ imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu jiżdied b’massimu ta’ 10 %, sakemm il-fondi totali mitlubin fuq sentejn konsekuttivi permezz ta’ proposti li jaqgħu fil-qasam prijoritarju Natura u Bijodiversità u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kwalità minima jkunu jaqbżu b’aktar minn 20 % l-ammont korrispondenti kkalkolat għas-sentejn ta’ qabel dawk is-snin.

Raġuni

Evidenti. Jirriproduċi l-klawżola ta’ flessibbiltà għas-sottoprogramm tan-Natura u tal-Bijodiversità, kif inhi attwalment preżenti fil-programm LIFE 2014-2020.

Emenda 19

Artikolu 5(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(5)   Il-Programm jista’ jiffinanzja attivitajiet implimentati mill-Kummissjoni b’sostenn għat-tħejjija, għall-implimentazzjoni u għall-integrazzjoni tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima jew it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu:

(5)   Il-Programm jista’ jiffinanzja attivitajiet implimentati mill-Kummissjoni b’sostenn għat-tħejjija, għall-implimentazzjoni u għall-integrazzjoni tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima jew it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu:

(a)

informazzjoni u komunikazzjoni, inklużi kampanji ta’ sensibilizzazzjoni. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom ikopru wkoll komunikazzjoni korporattiva fir-rigward tal-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni, kif ukoll fir-rigward tal-istatus ta’ implimentazzjoni u traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima jew l-enerġija nadifa;

(a)

informazzjoni u komunikazzjoni, inklużi kampanji ta’ sensibilizzazzjoni. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom ikopru wkoll komunikazzjoni korporattiva fir-rigward tal-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni, kif ukoll fir-rigward tal-istatus ta’ implimentazzjoni u traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima jew l-enerġija nadifa;

(b)

studji, stħarriġiet, immudellar u bini ta’ xenarji;

(b)

studji, stħarriġiet, immudellar u bini ta’ xenarji;

(c)

tħejjija, implimentazzjoni, monitoraġġ, verifika u evalwazzjoni tal-proġetti mhux iffinanzjati mill-Programm, politiki, programmi u leġiżlazzjoni;

(c)

tħejjija, implimentazzjoni, monitoraġġ, verifika u evalwazzjoni tal-proġetti mhux iffinanzjati mill-Programm, l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet għat-titjib tal-governanza ; politiki, programmi u leġiżlazzjoni;

(d)

workshops, konferenzi u laqgħat;

(d)

workshops, konferenzi u laqgħat;

(e)

netwerking u pjattaformi tal-aħjar prattika;

(e)

netwerking u pjattaformi tal-aħjar prattika;

(f)

attivitajiet oħra.

(f)

attivitajiet oħra.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 20

Artikolu 11(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(5)   L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f’konsorzji ta’ mill-inqas tliet entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew f’pajjiżi jew f’territorji extra-Ewropej marbuta ma’ dawk l-Istati jew f’pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm jew f’pajjiżi terzi oħra, huma eliġibbli.

(5)   L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f’konsorzji ta’ mill-inqas tliet entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew f’pajjiżi jew f’territorji extra-Ewropej marbuta ma’ dawk l-Istati jew f’pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm jew f’pajjiżi terzi oħra, huma eliġibbli.

 

(5a)     Ir-Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) huma assimilati ma’ konsorzji, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew f’pajjiżi u territorji barranin assoċjati magħhom.

Raġuni

Jenħtieġ li jiġi promoss l-użu tar-REKT u tiġi żgurata l-eliġibbiltà tagħhom bħala konsorzju.

Emenda 21

Artikolu 13(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

proġetti ffinanzjati mill-Programm għandhom jevitaw li jimminaw l-għanijiet ambjentali, klimatiċi jew tal-enerġija nadifa rilevanti tal-Programm u, fejn possibbli, għandhom jippromwovu l-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku;

(a)

proġetti ffinanzjati mill-Programm għandhom jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ mill-inqas wieħed mill-għanijiet ambjentali, klimatiċi , tat-transizzjoni lejn mudell ekonomiku ċirkolari, jew tal-enerġija sostenibbli tal-Programm , mingħajr ħsara lill-għanijiet l-oħrajn, u, fejn possibbli, għandhom jippromwovu l-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku;

Raġuni

Il-programm LIFE m’għandux biss ma jagħmilx “ħsara” lill-għanijiet ambjentali, klimatiċi u enerġetiċi tal-UE, iżda għandu wkoll jikkontribwixxi b’mod attiv għall-kisba tagħhom. Barra minn hekk, il-formulazzjoni dwar proġetti “tal-enerġija nadifa rilevanti” tidher vaga wisq.

Emenda 22

Artikolu 13(f)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(f)

fejn xieraq, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil proġetti f’żoni ġeografiċi bi bżonnijiet jew vulnerabbiltajiet speċifiċi, bħalma huma żoni bi sfidi ambjentali speċifiċi jew b’restrizzjonijiet naturali, żoni transkonfinali jew reġjuni ultraperiferiċi.

(f)

fejn xieraq, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil proġetti f’żoni ġeografiċi bi bżonnijiet jew vulnerabbiltajiet speċifiċi, bħalma huma żoni bi sfidi ambjentali speċifiċi (pereżempju żoni bi problemi rikonoxxuti ta’ kwalità tal-arja jew dawk milquta mit-tibdil fil-klima) jew b’restrizzjonijiet naturali, żoni transkonfinali (proġetti fejn il-kooperazzjoni transnazzjonali tkun essenzjali sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni ambjentali u li jintlaħqu l-objettivi tal-klima) jew reġjuni esposti għal riskji gravi minħabba t-tibdil globali u tal-klima, bħar- reġjuni ultraperiferiċi.

Raġuni

Ikun tajjeb li tingħata iktar attenzjoni lill-kooperazzjoni transnazzjonali u l-problema tal-kwalità tal-arja, risji marbuta mat-tibdil globali u tal-klima u l-vulnerabilità partikolari tar-reġjuni ultraperiferiċi. Il-problemi assoċjati mat-tibdil fil-klima ħafna drabi jikkonċernaw żoni ġeografiċi bi ħtiġijiet jew dgħufijiet speċjali, bħal gżejjer, bliet u bliet żgħar kostali, u żoni muntanjużi.

[Nota tat-traduttur: l-emenda ta’ “transkonfinali” ma tikkonċernax il-verżjoni Maltija]

Emenda 23

Artikolu ġdid wara l-Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

 

L-eliġibbiltà tal-ispejjeż tal-proġetti relatati mal-VAT u l-persunal

(1)     Il-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà ta’ spejjeż huma stipulati fl-Artikolu 126 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludu l-VAT u l-ispejjeż tal-persunal.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi ħarsa ġenerali, fl-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu u dawk ex post tal-Programm LIFE, dwar ir-rimbors tal-VAT għal kull Stat Membru li jkunu ntalbu mill-benefiċjarji tal-proġett taħt il-Programm LIFE fl-istadju finali tal-pagament.

(2)     Il-VAT li tista’ tkun irkuprata mhijiex eliġibbli, indipendentement minn jekk l-applikant jagħżilx li jirkupraha jew le. Il-VAT ma tikkostitwixxix nefqa li tista’ tiġi rkuprata ħlief fejn iġarrabha ġenwinament u definittivament il-benefiċjarju finali. VAT li tista’ tiġi irkuprata, bi kwalunkwe mezz, ma tistax tkun ikkunsidrata eliġibbli, anki jekk ma tkunx fil-fatt irkuprata mill-benefiċjarju finali jew riċevitur individwali. L-istatus pubbliku jew finali tal-benefiċjarju finali jew ir-riċevituri individwali ma jiġix ikkunsidrat biex jiġi ddeterminat jekk il-VAT tikkostitwixxix nefqa eliġibbli, b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din ir-regola.

(3)     Il-VAT li ma tiġix irkuprata tista’ tiġi kklejmjata bħala spiża eliġibbli bil-kundizzjoni li l-pretensjoni tagħhom tiġi ssostanzjata minn evidenza xierqa mressqa mill-awdituri jew l-accountants tal-organizzazzjonijiet. VAT li ma tistax tiġi rkuprata mill-benefiċjarju finali jew ir-riċevitur individwali permezz tal-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali speċifiċi tikkostitwixxi nefqa eliġibbli biss meta regoli bħal dawn ikunu jikkonformaw kompletament mad-Direttiva 2006/112/KE dwar il-VAT.

Raġuni

L-emenda tirriproduċi opinjoni preċedenti tal-KtR (relatur: is-Sinjura Twitchen ENVI-V/018). Il-VAT kienet ikkunsidrata bħala deterrent kontra l-parteċipazzjoni f’edizzjonijiet preċedenti tal-programm LIFE.

Emenda 24

Artikolu 21(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(4)   Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

(4)   Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet , u jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta b’mod dirett l-awtoritajiet lokali u reġjonali u tniedi konsultazzjonijiet pubbliċi .

Raġuni

Huwa meqjus utli li jissemmew b’mod espliċitu l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Emenda 25

Artikolu 21a ġdid wara l-Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

 

Proċedura tal-Kumitat

(1)     Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Programm LIFE. għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika. Dak il-kumitat għandu jkunu kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(2)     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”

Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Raġuni

Din l-emenda tirriproduċi l-Artikolu 30 tar-Regolament dwar il-Programm LIFE attwali ((UE) Nru 1293/2013), sabiex tiġi garantita parteċipazzjoni akbar u kontroll fl-implimentazzjoni tal-Programm LIFE.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, li tikkonferma mill-ġdid mingħajr eżitazzjoni l-Programm LIFE għall-QFP li jmiss, u tirrikonoxxi b’mod espliċitu s-suċċess u l-valur miżjud Ewropew maħluq s’issa;

2.

jilqa’ l-fatt li l-proposta għal regolament tinkludi referenza speċifika għall-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli tan-NU u li tikkontribwixxi biex jiġi żgurat li l-objettivi dwar it-tibdil fil-klima jassorbu 25 % tal-baġit tal-QFP. Il-Kumitat tar-Reġjuni jħeġġeġ biex l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli kollha tan-NU jkunu rikonoxxuti espliċitament u appoġġjati fil-baġit tal-Unjoni;

3.

jenfasizza l-impatt dirett konsiderevoli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li l-Programm LIFE diġà wera li għandu, bil-preservazzjoni tal-bijodiversità, it-titjib tal-kwalità ambjentali u għalhekk jikkontribwixxi biex inaqqas u jtaffi l-effetti drammatiċi kkawżati mit-tibdil fil-klima, li fil-ġlieda kontriehom l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fuq quddiem nett;

4.

japprova l-proposta għal żieda ta’ 60 % fil-baġit tal-programm LIFE prevista fil-QFP. Madankollu jirrimarka li din iż-żieda fil-baġit tikkorrispondi wkoll għal żieda fl-oqsma li għandhom jiġu ffinanzjati minn programm LIFE futur (bħas-sottoprogramm il-ġdid “Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa”, li se jiffinanzja proġetti li fil-QFP attwali jaqgħu taħt il-programm Orizzont 2020); għaldaqstant, il-Kumitat huwa obbligat jenfasizza li ż-żieda fil-baġit proposta mill-Kummissjoni Ewropea fil-fatt hija ’l bogħod mis-60 % imħabbar mill-Kummissjoni Ewropea, u jittama li tiġi kkunsidrata żieda oħra, li tkun kumpatibbli mal-proposta ġenerali tal-QFP;

5.

jesprimi t-tħassib tiegħu li l-fondi disponibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali għal proġetti marbuta mal-politiki dwar il-klima u t-tranżizzjoni enerġetika tnaqqsu kumplessivament fil-QFP li jmiss 2021-2027, fid-dawl tal-proposta ta’ tnaqqis fil-baġits tal-FEŻR u l-FAEŻR;

6.

ma jaqbilx mal-fatt li hemm nuqqas ta’ referenzi għall-Kumitat LIFE, li mhuwiex imsemmi fil-proposta tal-Kummissjoni Ewropea. Jemmen fil-fatt li l-Kumitat LIFE m’għandux jitħassar u li dan għandu, pjuttost, jippromovi parteċipazzjoni aktar effikaċi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-programm;

7.

jilqa’ d-deċiżjoni li jkun hemm enfasi fuq il-kwalità tal-proġetti, tiġi evitata preallokazzjoni vinkolanti fuq bażi ġeografika (filwaqt li tiġi promossa allokazzjoni ġusta u bbilanċjata tal-proġetti), u jilqa’ t-tentattiv ta’ simplifikazzjoni tar-regoli tal-Programm. Madankollu, il-Kumitat iwissi kontra r-riskju li ħafna aspetti jiġu riferuti għal atti ddelegati tat-tieni livell u, f’dan ir-rigward, jitlob li l-livelli ta’ kofinanzjament tal-awtoritajiet lokali u reġjonali ma jonqsux f’sejħiet għal proposti futuri;

8.

iqis li hu essenzjali li jsir użu sħiħ tal-Programm LIFE, billi tiġi ffavorita r-replikabbiltà ta’ proġetti ta’ suċċess u jiġi sfruttat bħala katalist biex jattira fondi addizzjonali (privati u pubbliċi, mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali). Jistieden lill-Kummissjoni ddaħħal fis-seħħ il-mezzi kollha xierqa ta’ tixrid ta’ informazzjoni u għajnuna teknika, biex jiġu inkoraġġiti u appoġġati l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jieħdu sehem fil-Programm. Għal dan il-għan, huwa jirrakkomanda wkoll li jiġu promossi proġetti ta’ netwerking bejn il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-iskambju tal-aħjar prattiki u kooperazzjoni transnazzjonali;

9.

jissottolinja l-enfasi u l-importanza tan-netwerk Natura 2000 għall-programm LIFE u jqis li l-appoġġ għal dan in-netwerk irid jibqa’ ċentrali għas-subprogramm “Natura u Bijodiversità”;

10.

jifhem u jilqa’ l-ħtieġa li tiġi promossa l-mobilizzazzjoni ta’ kapital privat anke għal investimenti ambjentali, iżda jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi aktar kjarifiki dwar “operazzjonijiet ta’ taħlit” u r-riżultati miksuba mill-proġetti pilota ffinanzjati permezz ta’ strumenti finanzjarji matul il-Programm LIFE 2014-2020.

Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  COM(2015) 614 final, 2.12.2015

(2)  Qafas ta’ Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, COM(2014)15, 22.1.2014.

(3)  Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, COM(2013)216, 16.4.2013.

(4)  Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha, COM(2016) 860, 30.11.2016.

(5)  Pjan ta’ Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija, COM(2017)198, 27.4.2017.

(6)  Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa, COM(2013)918.

(7)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(8)  Strateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija, COM(2006)231.

(9)  Strateġija Ewropea għal Mobbiltà b’emissjonijiet baxxi, COM(2016) 501 final.

(10)  Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Infrastruttura tal-Karburanti Alternattivi skont l-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2014/94/UE, 8.11.2017.

(1)  COM(2015) 614 final, 2.12.2015

(2)  Qafas ta’ Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, COM(2014)15, 22.1.2014.

(3)  Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, COM(2013)216, 16.4.2013.

(4)  Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha, COM(2016) 860, 30.11.2016.

(5)   Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE

(6)  Pjan ta’ Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija, COM(2017)198, 27.4.2017.

(7)  Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa, COM(2013)918.

(8)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(9)  Strateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija, COM(2006)231.

(10)  Strateġija Ewropea għal Mobbiltà b’emissjonijiet baxxi, COM(2016) 501 final.

(11)  Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Infrastruttura tal-Karburanti Alternattivi skont l-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2014/94/UE, 8.11.2017.

(12)   Direttiva 2002/49/KE li tirrigwardja l-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-istorbju ambjentali.

(13)   Strateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari, COM(2018) 28 final.

(14)   Direttiva 2007/60/KE dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar.

(15)   Komunikazzjoni L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa, COM(2013) 249 final.

(1)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-analiżi tal-implimentazzjoni ambjentali tal-UE: L-isfidi ewlenin u kif se ngħaqqdu l-isforzi biex nagħtu riżultati aħjar (COM(2017) 63 final tat-3 ta’ Frar 2017).

(1)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-analiżi tal-implimentazzjoni ambjentali tal-UE: L-isfidi ewlenin u kif se ngħaqqdu l-isforzi biex nagħtu riżultati aħjar (COM(2017) 63 final tat-3 ta’ Frar 2017).

(1)   Kif stabbilit fid-dokument COM(2017) 623 final, “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”.


21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/173


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

(2018/C 461/15)

Relatur Ġenerali:

Isabelle BOUDINEAU (FR/PSE), Viċi President tal-Kunsill Reġjonali ta’ Nouvelle-Aquitaine

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014

COM(2018) 438 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

COM(2018) 568 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014

(COM(2018) 438 final) — Parti 1

Emenda 1

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fil-Komunikazzjoni tagħha “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” (1), il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtiġijiet speċifiċi tat-trasport fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-ħtieġa li jingħata finanzjament mill-Unjoni biex dawn il-ħtiġijiet jiġu ssodisfati, inkluż permezz tal-Programm.

Fil-Komunikazzjoni tagħha “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” (1), il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtiġijiet speċifiċi tat-trasport , tal-enerġija u dak diġitali fir-reġjuni ultraperiferiċi . Jenfasizza, fir-rigward tat-trasport, il-ħtieġa li jingħata finanzjament mill-Unjoni biex dawn il-ħtiġijiet jiġu ssodisfati, inkluż permezz tal-Programm.

Raġuni

Il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi (RUP) tirrikonoxxi li wkoll fil-livell tal-enerġija u dak diġitali, dawn ir-reġjuni għandhom potenzjal, iżda jbatu minn serje ta’ limitazzjonijiet li jeħtieġu appoġġ sabiex jingħelbu.

Emenda 2

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Komunikazzjoni dwar “Konnettività għal Suq Uniku Diġitali — Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits” (1) (l-Istrateġija tas-Soċjetà tal-Gigabits) tistabbilixxi għanijiet strateġiċi għall-2025, bil-għan li jiġi ottimizzat l-investiment fl-infrastruttura tal-konnettività diġitali. Id-Direttiva (UE) 2018/XXX (il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi) timmira, fost l-oħrajn, li toħloq ambjent regolatorju li jinċentivizza l-investimenti privati fin-netwerks ta’ konnettività diġitali. Madankollu huwa ċar li l-użu tan-netwerk se jibqa’ kummerċjalment mhux vjabbli f’ħafna żoni madwar l-Unjoni, minħabba diversi fatturi bħad-distanza u speċifiċitajiet territorjali jew ġeografiċi, densità tal-popolazzjoni baxxa u diversi fatturi soċjoekonomiċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Programm jiġi aġġustat biex jikkontribwixxi għall-kisba ta’ dawn l-għanijiet strateġiċi stipulati fl-Istrateġija tas-Soċjetà tal-Gigabits, b’mod li jikkomplementa l-appoġġ ipprovdut għall-implimentazzjoni ta’ netwerks b’kapaċità għolja ħafna minn programmi oħra, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond ta’ InvestEU.

Il-Komunikazzjoni dwar “Konnettività għal Suq Uniku Diġitali — Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits” (1) (l-Istrateġija tas-Soċjetà tal-Gigabits) tistabbilixxi għanijiet strateġiċi għall-2025, bil-għan li jiġi ottimizzat l-investiment fl-infrastruttura tal-konnettività diġitali. Id-Direttiva (UE) 2018/XXX (il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi) timmira, fost l-oħrajn, li toħloq ambjent regolatorju li jinċentivizza l-investimenti privati fin-netwerks ta’ konnettività diġitali. Madankollu huwa ċar li l-użu tan-netwerk se jibqa’ kummerċjalment mhux vjabbli f’ħafna żoni madwar l-Unjoni, minħabba diversi fatturi bħad-distanza u speċifiċitajiet territorjali jew ġeografiċi, kif huwa l-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi, densità tal-popolazzjoni baxxa u diversi fatturi soċjoekonomiċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Programm jiġi aġġustat biex jikkontribwixxi għall-kisba ta’ dawn l-għanijiet strateġiċi stipulati fl-Istrateġija tas-Soċjetà tal-Gigabits, b’mod li jikkomplementa l-appoġġ ipprovdut għall-implimentazzjoni ta’ netwerks b’kapaċità għolja ħafna minn programmi oħra, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond ta’ InvestEU.

Raġuni

Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma każ emblematiku ta’ din is-sitwazzjoni, kif huwa rikonoxxut fl-Artikolu 349 tat-TFUE, billi jiffaċċjaw għadd ta’ limitazzjonijiet, bħall-fatt li jinsabu mbiegħda ħafna, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima, li minħabba n-natura permanenti u kumulattiva tagħhom jagħmlu l-iżvilupp tagħhom diffiċli.

Emenda 3

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-implimentazzjoni ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi ċentrali, inkluż permezz ta’ kejbils sottomarini li jgħaqqdu territorji Ewropej ma’ pajjiżi terzi f’kontinenti oħrajn jew li jgħaqqdu gżejjer Ewropej jew territorji extra-Ewropej mal-kontinent, hija meħtieġa sabiex jiġi pprovdut it-tnaqqis meħtieġ għal infrastruttura tant essenzjali, u sabiex jiżdiedu l-kapaċità u r-reżiljenza tan-netwerks diġitali tal-Unjoni. Madankollu, proġetti bħal dawn spiss ma jkunux kummerċjalment vjabbli mingħajr l-appoġġ pubbliku.

L-implimentazzjoni ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi ċentrali, inkluż permezz ta’ kejbils sottomarini li jgħaqqdu territorji Ewropej ma’ pajjiżi terzi f’kontinenti oħrajn jew li jgħaqqdu gżejjer Ewropej jew reġjuni ultraperiferiċi mal-kontinent, hija meħtieġa sabiex jiġi pprovdut it-tnaqqis meħtieġ għal infrastruttura tant essenzjali, u sabiex jiżdiedu l-kapaċità u r-reżiljenza tan-netwerks diġitali tal-Unjoni. Madankollu, proġetti bħal dawn spiss ma jkunux kummerċjalment vjabbli mingħajr l-appoġġ pubbliku.

Raġuni

Il-kuntest speċifiku tar-reġjuni ultraperiferiċi, li huma iżolati mill-kontinent Ewropew, u li jinsabu aktar qrib ta’ kontinenti oħrajn, jagħmel din il-kwistjoni saħansitra aktar urġenti.

Emenda 4

Artikolu 2 (h)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(h)

“proġett transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli” tfisser proġett magħżul jew eliġibbli biex jintgħażel skont ftehim ta’ kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ta’ arranġament ieħor bejn Stati Membri u/jew bejn Stati Membri u pajjiżi terzi kif definit fl-Artikoli 6, 7, 9 jew 11 tad-Direttiva 2009/82/KE fl-ippjanar jew fl-implimentazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli, skont il-kriterji stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(h)

proġett transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli” tfisser proġett magħżul jew eliġibbli biex jintgħażel skont REKT, ftehim ta’ kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ta’ arranġament ieħor bejn Stati Membri , awtoritajiet lokali jew reġjonali u/jew bejn Stati Membri u pajjiżi terzi kif definit fl-Artikoli 6, 7, 9 jew 11 tad-Direttiva 2009/82/KE fl-ippjanar jew fl-implimentazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli, skont il-kriterji stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness ta’ dan ir-Regolament;

Raġuni

Għandu jiġi promoss l-użu ta’ REKT għall-iżvilupp ta’ proġetti transfruntiera. Barra minn hekk, ċerti proġetti jirċievu finanzjament biss min-naħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Għaldaqstant dawn iridu jiġġestixxu wkoll l-aċċess għall-applikazzjonijiet għal finanzjament Ewropew.

Emenda 5

Artikolu 3(2)(a)(i)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(i)

li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni marbutin ma’ netwerks effiċjenti u interkonnessi u ma’ infrastruttura għall-mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura;

(i)

li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti strateġiċi ta’ interess komuni marbutin ma’ netwerks effiċjenti u interkonnessi u ma’ infrastruttura għall-mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura u tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni. B’mod partikolari, tingħata prijorità għall-eżekuzzjoni u l-iffinalizzar tal-proġetti u l-ħidmiet tal-pilastri ewlenin u l-assi prinċipali li jinsabu fl-Anness tar-Regolament ;

Emenda 6

Artikolu 3(2)(a), (b) u (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

Fis-settur tat-trasport:

(a)

Fis-settur tat-trasport:

 

(i)

li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni marbutin ma’ netwerks effiċjenti u interkonnessi u ma’ infrastruttura għall-mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura;

 

(i)

li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni marbutin ma’ netwerks effiċjenti u interkonnessi u ma’ infrastruttura għall-mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura;

 

(ii)

li jadatta n-netwerks tat-TEN-T għall-ħtiġijiet tal-mobilità militari;

 

(ii)

li jadatta n-netwerks tat-TEN-T għall-ħtiġijiet tal-mobilità militari biex jiġi żgurat użu doppju ċivili u militari ta’ ċerti infrastrutturi strateġiċi tat-trasport, waqt li jiġi eżegwit u konkluż it-titjib tal-konnessjonijiet interoperabbli fil-fruntiera, b’soluzzjonijiet li jiffaċilitaw u jippermettu t-trasferenzi modali ta’ merkanzija u passiġġieri sabiex tinkiseb interoperabbiltà tan-netwerks u l-kurituri.

 

 

(iii)

li jiġi żgurat titjib tal-aċċessibbiltà tar-reġjuni ultraperiferiċi, il-mobilità tal-popolazzjonijiet tagħhom u t-trasport tal-merkanzija.

(b)

Fis-settur tal-enerġija, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni marbutin ma’ integrazzjoni aktar profonda tas-suq intern tal-enerġija, l-interoperabbiltà transfruntiera u transsettorjali tan-netwerks, l-iffaċilitar tad-dekarbonizzazzjoni u l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista, u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli;

(b)

Fis-settur tal-enerġija, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni marbutin ma’ integrazzjoni aktar profonda tas-suq intern tal-enerġija, l-interoperabbiltà transfruntiera u transsettorjali tan-netwerks, l-iffaċilitar tad-dekarbonizzazzjoni u l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista, u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni transfruntiera u interreġjonali, b’mod partikolari bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi, fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.

(c)

Fis-settur diġitali, li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ netwerks diġitali b’kapaċità għolja ħafna u ta’ sistemi 5G, għaż-żieda fir-reżiljenza u fil-kapaċità tan-netwerks ċentrali diġitali fit-territorji tal-UE billi jgħaqqadhom ma’ territorji fil-madwar, kif ukoll għad-diġitalizzazzjoni tan-netwerks tat-trasport u tal-enerġija.

(c)

Fis-settur diġitali, li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ netwerks diġitali b’kapaċità għolja ħafna u ta’ sistemi 5G, għaż-żieda fir-reżiljenza u fil-kapaċità tan-netwerks ċentrali diġitali fit-territorji tal-UE billi jgħaqqadhom ma’ territorji fil-madwar u mar-reġjuni ultraperiferiċi, kif ukoll għal sistemi ta’ konnettività bi broadband ta’ veloċità għolja fir-reġjuni ultraperiferiċi , kif ukoll għad-diġitalizzazzjoni tan-netwerks tat-trasport u tal-enerġija.

Raġuni

Is-subparagrafi tal-Artikolu 3(2) għandhom jinkludu referenza għall-każ speċifiku tar-reġjuni ultraperiferiċi (RUP), bl-istess mod kif huwa previst fl-Artikolu 10 – Prijoritajiet Ġenerali tar-Regolament attwali (UE) Nru 1315/2013 tal-PE u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport.

Emenda 7

Artikolu 4(8)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

8.   Fir-rigward tal-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni , 30 % minn dawn l-ammonti għandhom isiru disponibbli minnufih lill-Istati Membri kollha eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jiffinanzja proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament, bi prijorità tingħata lill-konnessjonijiet transfruntiera u neqsin. Sal -31 ta’ Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali skont il-Fond ta’ Koeżjoni fir-rigward ta’ 70 % mir-riżorsi ttrasferiti . B’effett mill-1 ta’ Jannar 2024, ir-riżorsi ttrasferiti lill-Programm li ma jkunux ġew impenjati għal proġett ta’ infrastruttura tat-trasport għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jiffinanzjaw proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament.

8.   Fir-rigward tal-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni sal -31 ta’ Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali skont il-Fond ta’ Koeżjoni. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2024, ir-riżorsi ttrasferiti lill-Programm li ma jkunux ġew impenjati għal proġett ta’ infrastruttura tat-trasport għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jiffinanzjaw proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament , bi prijorità tingħata lill-konnessjonijiet transfruntiera, il-konnessjonijiet neqsin u lill-proġetti fir-reġjuni ultraperiferiċi . Għall-fondi kollha ttrasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni, il-kwoti nazzjonali huma kkunsidrati fl-użu mill-Istati Membri

Raġuni

Ir-riżorsi trasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni huma aspett essenzjali tas-CEF. Madankollu, fid-dawl tat-tnaqqis sinifikanti tal-allokazzjonijiet ġenerali tal-Fond ta’ Koeżjoni, il-bliet u r-reġjuni tal-Istati Membri benefiċjarji ma jistgħux jaċċettaw ir-riskju ta’ telf baġitarju ġdid. Madankollu, jenħtieġ li l-pakkett kollu jiġi kkonsmat sa tmiem il-programmazzjoni.

Emenda 8

Artikolu 4(9)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont [il-punt (a) tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta’ dak l-istess Artikolu. Fejn possibbli, dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża u trasferibbli taħt Artikolu 21 tar-Regolament (UE) XX (Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni) jistgħu, fuq talba tal-awtorità amministrattiva u wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali/lokali, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (1) (c) ta’ dak l-istess Artikolu. Dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju taż-żona ġeografika korrispondenti għall-awtorità ta’ ġestjoni kkonċernata .

Raġuni

Ir-riżorsi trasferiti għall-programm għandhom jintużaw mill-awtorità ta’ ġestjoni li twettaq it-trasferiment. Dan l-approċċ se jippermetti li jinżammu l-allokazzjonijiet għal territorji differenti u jgħin ukoll għal immirar aħjar tal-fondi, skont il-ħtiġijiet attwali tar-reġjuni u l-Istati Membri.

Emenda 9

Artikolu ġdid wara l-Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Adattament tan-netwerks TEN-T għall-mobbiltà militari

1.     Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ netwerk ewlieni ta’ infrastruttura tat-trasport adatta għal użu doppju, ċivili u militari.

2.     Il-proġetti appoġġjati taħt dan l-objettiv huma fin-netwerk kollu tat-TEN-T.

3.     L-infrastruttura b’użu doppju ċivili u militari għandha tissodisfa speċifikazzjonijiet tekniċi tat-TEN-T u militari u tilħaq ħtieġa reali, attwali jew potenzjali.

4.     L-infrastruttura li bbenefikat minn finanzjament taħt dan l-objettiv ma tistax tiġi limitata għal użu militari, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali u għal tul ta’ żmien limitat, u għandha tiżgura f’kull mument is-sigurtà tal-persuni, tas-servizzi, tal-merkanzija u l-infrastrutturi tagħhom.

5.     L-azzjonijiet li jadattaw l-infrastruttura għal użu doppju ċivili u militari jistgħu jiġu appoġġjati biss taħt dan l-objettiv.

6.     Sal-31 ta’ Diċembru 2019 il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jiddeskrivu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa għal użu doppju ċivili u militari stabbiliti mill-Kunsill, lista ta’ proġetti ta’ prijorità eliġibbli għal finanzjament taħt dan l-objettiv u r-regoli ta’ eliġibbiltà u tal-għażla. Il-Kummissjoni għandha tiżgura distribuzzjoni ġeografika konsistenti u bbilanċjata ta’ dawn l-infrastrutturi.

Raġuni

Fid-dawl tal-allokazzjoni baġitarja ddedikata għal dan l-objettiv, ir-Regolament għandu jispeċifika r-regoli.

Emenda 10

Artikolu 7(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom jinvolvu mill-anqas żewġ Stati Membri u għandhom ikunu inklużi fi ftehim ta’ kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ta’ arranġament ieħor bejn Stati Membri u/jew bejn Stati Membri u pajjiżi terzi kif stipulat fl-Artikoli 6, 7, 9 jew 11 tad-Direttiva 2009/28/KE. Dawn il-proġetti għandhom ikunu identifikati skont il-kriterji u l-proċedura stipulati fil-Parti IV tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom jinvolvu mill-anqas żewġ Stati Membri jew REKT jew żewġ reġjuni ultraperiferiċi u għandhom ikunu inklużi fi ftehim ta’ kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ta’ arranġament ieħor bejn Stati Membri , awtoritajiet lokali jew reġjonali u reġjuni ultraperiferiċi u/jew bejn Stati Membri u pajjiżi terzi kif stipulat fl-Artikoli 6, 7, 9 jew 11 tad-Direttiva 2009/28/KE. Dawn il-proġetti għandhom ikunu identifikati skont il-kriterji u l-proċedura stipulati fil-Parti IV tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 11

Artikolu 8(3)(d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   Mingħajr ħsara għall-kriterji tal-għoti stipulati fl-Artikolu 13, il-prijorità għall-finanzjament għandha tiġi ddeterminata filwaqt li jitqiesu l-kriterji li ġejjin:

3.   Mingħajr ħsara għall-kriterji tal-għoti stipulati fl-Artikolu 13, il-prijorità għall-finanzjament għandha tiġi ddeterminata filwaqt li jitqiesu l-kriterji li ġejjin:

(…)

(…)

(d)

proġetti li jimmiraw l-implimentazzjoni ta’ netwerks ċentrali transfruntiera li jgħaqqdu l-Unjoni ma’ pajjiżi terzi u li jsaħħu l-konnessjonijiet fit-territorju tal-Unjoni, inkluż b’kejbils sottomarini, għandhom jingħataw prijorità skont sa liema punt huma jikkontribwixxu b’mod sinifikanti biex jiżdiedu r-reżiljenza u l-kapaċità tan-netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika fit-territorju tal-Unjoni;

(d)

proġetti li jimmiraw l-implimentazzjoni ta’ netwerks ċentrali transfruntiera li jgħaqqdu l-Unjoni ma’ pajjiżi terzi u li jsaħħu l-konnessjonijiet fit-territorju tal-Unjoni b’mod partikolari l-kontinent Ewropew mar-reġjuni ultraperiferiċi, inkluż b’kejbils sottomarini, għandhom jingħataw prijorità skont sa liema punt huma jikkontribwixxu b’mod sinifikanti biex jiżdiedu r-reżiljenza u l-kapaċità tan-netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika fit-territorju tal-Unjoni;

(…)

(…)

Raġuni

Minħabba d-distanza kbira bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-kontinent Ewropew u l-fatt li jinsabu qrib ta’ pajjiżi terzi ġirien, huwa indispensabbli li jinbnew netwerks, b’mod partikolari permezz ta’ kejbils sottomarini, bil-għan li jittaffa l-iżolament tagħhom.

Emenda 12

Artikolu 9(2)(a)(i)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(i)

azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk ewlieni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati ma’ nodi urbani, portijiet marittimi, portijiet interni u terminals ferrovjarji tan-netwerk ewlieni kif definit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013. Azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk ewlieni jistgħu jinkludu elementi relatati li jinsabu fin-netwerk komprensiv meta jkun meħtieġ sabiex jiġi ottimizzat l-investiment u skont modalitajiet speċifikati fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament;

(i)

azzjonijiet li jimplimentaw u jikkompletaw in-netwerk ewlieni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati ma’ nodi urbani, portijiet marittimi, portijiet interni , ajruporti u terminals intermodali ferrovjarji tan-netwerk ewlieni kif definit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 kif ukoll biex jissolvew il-konġestjonijiet u l-konnessjonijiet pendenti . Azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk ewlieni jistgħu jinkludu elementi relatati li jinsabu fin-netwerk komprensiv meta jkun meħtieġ sabiex jiġi ottimizzat l-investiment u skont modalitajiet speċifikati fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament li jiffavorixxu l-intermodalità ;

Emenda 13

Artikolu 9(2)(a)(ii)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(ii)

azzjonijiet li jimplimentaw konnessjonijiet transfruntiera tan-netwerk komprensiv skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, b’mod partikolari s-sezzjonijiet elenkati fil-Parti III tal-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(ii)

azzjonijiet li jiżviluppaw u jtejbu l- konnessjonijiet transfruntiera tan-netwerk komprensiv skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, b’mod partikolari s-sezzjonijiet elenkati fil-Parti III tal-Anness ta’ dan ir-Regolament;

Emenda 14

Artikolu 9(2)(a)(iii)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(iii)

azzjonijiet li jimplimentaw sezzjonijiet tan-netwerk komprensiv li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati man-nodi urbani, il-portijiet marittimi, il-portijiet interni u t-terminals ferrovjarji tan-netwerk komprensiv kif definit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(iii)

azzjonijiet li jimplimentaw sezzjonijiet tan-netwerk komprensiv li jinsabu fir-reġjuni remoti skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati man-nodi urbani, il-portijiet marittimi, il-portijiet interni , l-ajruporti u t-terminals ferrovjarji tan-netwerk komprensiv kif definit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

Raġuni

Nifhmu li l-problemi li tiġġenera l-insularità jeħtieġu trattament differenti min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-UE u li jkun ekwivalenti għal dak tar-reġjuni ultraperiferiċi, peress li l-problema ewlenija titnissel mhux daqstant mid-distanza iżda min-nuqqas ta’ kontinwità territorjali.

L-ajruporti huma għodda essenzjali għall-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi, u xi drabi l-aktar mod effettiv biex dawn ir-reġjuni jiġu integrati fin-netwerks tat-trasport tal-Unjoni.

Emenda 15

Artikolu 9(2) u (4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   Fis-settur tat-trasport, dawn l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament:

2.   Fis-settur tat-trasport, dawn l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament:

(a)

Azzjonijiet marbutin ma’ netwerks effiċjenti u interkonnessi:

(a)

Azzjonijiet marbutin ma’ netwerks effiċjenti u interkonnessi:

(…)

(…)

 

(iii)

azzjonijiet li jimplimentaw sezzjonijiet tan-netwerk komprensiv li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati man-nodi urbani, il-portijiet marittimi, il-portijiet interni u t-terminals ferrovjarji tan-netwerk komprensiv kif definit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

 

(iii)

azzjonijiet li jimplimentaw sezzjonijiet tan-netwerk komprensiv li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati man-nodi urbani, l-ajruporti, il-portijiet marittimi, il-portijiet interni u t-terminals ferrovjarji tan-netwerk komprensiv kif definit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u l-azzjonijiet fi ħdan reġjun ultraperiferiku ;

(…)

(…)

(b)

Azzjonijiet marbutin ma’ mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura:

(b)

Azzjonijiet marbutin ma’ mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura:

(…)

(…)

 

(ix)

azzjonijiet li jtejbu l-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà tal-infrastruttura tat-trasport għal finijiet ta’ sigurtà u ta’ protezzjoni ċivili.

 

(ix)

azzjonijiet li jtejbu l-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà tal-infrastruttura tat-trasport għal finijiet ta’ sigurtà u ta’ protezzjoni ċivili.

 

 

(x)

azzjonijiet għat-titjib tal-aċċessibbiltà tar-reġjuni ultraperiferiċi, il-mobilità tal-popolazzjonijiet tagħhom u t-trasport tal-merkanzija.

(…)

(…)

4.   Fis-settur diġitali, l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament:

4.   Fis-settur diġitali, l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament:

(…)

(…)

(d)

azzjonijiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ netwerks ċentrali inkluż b’kejbils sottomarini, fl -Istati Membri u bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi;

(d)

azzjonijiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ netwerks ċentrali inkluż b’kejbils sottomarini bejn l-Istati Membri, bejn l-Istati Membri u  r-reġjuni ultraperiferiċi u bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi;

(…)

(…)

Emenda 16

Artikolu 9(4)(b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   Fis-settur diġitali, l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament:

4.   Fis-settur diġitali, l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament:

(a)

azzjonijiet li jappoġġjaw il-konnettività Gigabit ta’ muturi soċjoekonomiċi;

(a)

azzjonijiet li jappoġġjaw il-konnettività Gigabit ta’ muturi soċjoekonomiċi;

(b)

azzjonijiet li jappoġġjaw il-forniment f’komunitajiet lokali ta’ konnettività lokali bla fili ta’ kwalità għolja ħafna li tkun bla ħlas u mingħajr kundizzjonijiet diskriminatorji;

(b)

azzjonijiet li jappoġġjaw il-forniment f’komunitajiet lokali ta’ konnettività lokali bla fili ta’ kwalità għolja ħafna li tkun bla ħlas u mingħajr kundizzjonijiet diskriminatorji, speċjalment fil-kampanja (il-kunċett ta’ villaġġi intelliġenti) ;

(c)

azzjonijiet li jimplimentaw kopertura mingħajr interruzzjoni b’sistemi 5G tal-mogħdijiet ewlenin kollha tat-trasport fuq l-art, inkluż in-netwerks tat-trasport trans-Ewropew;

(c)

azzjonijiet li jimplimentaw kopertura mingħajr interruzzjoni b’sistemi 5G tal-mogħdijiet ewlenin kollha tat-trasport fuq l-art, inkluż in-netwerks tat-trasport trans-Ewropew;

(d)

azzjonijiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ netwerks ċentrali inkluż b’kejbils sottomarini, fost l-Istati Membri u bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi;

(d)

azzjonijiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ netwerks ċentrali inkluż b’kejbils sottomarini, fost l-Istati Membri u bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi;

(e)

azzjonijiet li jappoġġjaw l-aċċess tal-unitajiet domestiċi Ewropej għal netwerks ta’ kapaċità għolja ħafna;

(e)

azzjonijiet li jappoġġjaw l-aċċess tal-unitajiet domestiċi Ewropej għal netwerks ta’ kapaċità għolja ħafna;

(f)

azzjonijiet li jimplimentaw rekwiżiti ta’ infrastruttura ta’ konnettività diġitali relatati ma’ proġetti transfruntiera fl-oqsma tat-trasport jew tal-enerġija u/jew li jappoġġjaw pjattaformi diġitali operattivi assoċjati direttament ma’ infrastrutturi tat-trasport jew tal-enerġija.

(f)

azzjonijiet li jimplimentaw rekwiżiti ta’ infrastruttura ta’ konnettività diġitali relatati ma’ proġetti transfruntiera fl-oqsma tat-trasport jew tal-enerġija u/jew li jappoġġjaw pjattaformi diġitali operattivi assoċjati direttament ma’ infrastrutturi tat-trasport jew tal-enerġija.

Lista indikattiva ta’ proġetti eliġibbli fis-settur diġitali hija pprovduta fil-Parti V tal-Anness.

Lista indikattiva ta’ proġetti eliġibbli fis-settur diġitali hija pprovduta fil-Parti V tal-Anness.

Emenda 17

Artikolu 10(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

F’kull wieħed mis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali, l-azzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 9 jistgħu jinkludu elementi anċillari, li jistgħu ma jkunux relatati ma’ azzjonijiet eliġibbli kif ipprovdut fl-Artikolu 9(2), (3) jew (4) rispettivament, dment li jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

F’kull wieħed mis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali, l-azzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 9 jistgħu jinkludu elementi anċillari, li jistgħu jkunu relatati jew le ma’ azzjonijiet eliġibbli kif ipprovdut fl-Artikolu 9(2), (3) jew (4) rispettivament, dment li jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

Raġuni

Is-sinerġiji għandhom jiġu ffaċilitati. Barra minn hekk, il-mekkaniżmu propost fil-punt 2 għandu jippermetti li azzjonijiet eliġibbli taħt l-għanijiet ta’ settur ieħor tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jiġu inklużi fis-sejħa għal proposti f’settur speċifiku. Is-sejħiet għal proposti speċifiċi għall-proġetti konġunti ser jappoġġaw proġetti li jkollhom taħlita settorjali aktar minn 20 %-80 %.

Emenda 18

Artikolu 11(2)(b)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(b)

entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm;

(b)

entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm għall-azzjonijiet relatati ma’ proġett dwar dak il-pajjiż terz ;

Raġuni

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa m’għandhiex tkun ta’ benefiċċju għall-intrapriżi mhux Ewropej għal attivitajiet fit-territorju tal-Unjoni.

Emenda 19

Artikolu 11(5)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

5.     Il-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 19 jistgħu jipprevedu li jkunu eliġibbli biss proposti mressqin minn Stat Membru jew diversi Stati Membri jew, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, minn organizzazzjonijiet internazzjonali, impriżi konġunti, jew impriżi jew korpi pubbliċi jew privati.

 

Raġuni

Iż-żamma tal-proċedura ta’ approvazzjoni mill-Istati Membri ma tagħmilx parti mis-semplifikazzjoni amministrattiva appoġġjata mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.

Emenda 20

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġġestiti skont it-Titolu [VIII] tar-Regolament Finanzjarju.

Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġġestiti skont it-Titolu [VIII] tar-Regolament Finanzjarju.

 

1.     Il-proċess ta’ għażla ta’ proġett jinkludi żewġ fażijiet:

(a)

l-evalwazzjoni tal-eliġibilità tal-proġett fuq il-bażi ta’ fajl issemplifikat;

(b)

il-preżentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-għażla tal-proġett.

2.     Il-Kummissjoni għandha tippubblika s-sejħiet għall-proposti mill-inqas xahar qabel il-ftuħ tagħhom. Dawk li jipproponu l-proġetti għandu jkollhom mill-inqas xahar biex jippreżentaw l-ewwel fajl. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tivvaluta l-eliġibilità tal-fajls fi żmien xahar. Dawk li jipproponu l-proġetti wara għandu jkollhom mill-inqas tliet xhur biex jippreżentaw fajl komplut.

Raġuni

Huwa xieraq li tiġi ssemplifikata l-implimentazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa billi jiġi evitat li dawk li jipproponu l-proġetti jħejju fajl komplut twil u li jiswa l-flus jekk mhumiex eliġibbli għas-sejħa għall-proposti. Barra minn hekk, dawk li jipproponu l-proġetti għandu jkollhom il-ħin jaddattaw għal sejħa għall-proposti u jħejju fajl komplut.

Emenda 21

Artikolu 13(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu definiti fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 19 u fis-sejħiet għall-proposti filwaqt li jitqiesu, sal-limitu applikabbli, l-elementi li ġejjin:

Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu definiti fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 19 u fis-sejħiet għall-proposti filwaqt li jitqiesu, sal-limitu applikabbli, l-elementi li ġejjin:

(a)

l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali (il-benefiċċji u l-kostijiet);

(a)

l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali (il-benefiċċji u l-kostijiet);

(b)

aspetti ta’ innovazzjoni, sikurezza, interoperabbiltà u aċċessibbiltà;

(b)

aspetti ta’ innovazzjoni, sikurezza, interoperabbiltà , multimodalità u aċċessibbiltà;

(c)

id-dimensjoni transfruntiera;

(c)

id-dimensjoni transfruntiera jew it-titjib tal-aċċessibbiltà għar-reġjuni insulari u ultraperiferiċi ;

(d)

sinerġiji fost is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali;

(d)

il-valur miżjud Ewropew

(e)

il-maturità tal-azzjoni fl-iżvilupp tal-proġett;

(e)

il-kontribut tiegħu biex jissolvew il-konġestjonijiet u jiġu kkompletati sezzjonijiet neqsin;

(f)

kemm huwa sod il-pjan ta’ implimentazzjoni propost;

( f )

sinerġiji fost is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali;

(g)

l-effett katalizzatur tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni fuq l-investiment;

( g )

il-maturità tal-azzjoni fl-iżvilupp tal-proġett u l-grad tal-impenn biex jiġi ffinalizzat ;

(h)

il-ħtieġa li jingħeleb xkiel finanzjarju bħal nuqqas ta’ vijabbiltà kummerċjali jew nuqqas ta’ finanzi fis-suq;

(h)

l-impatt soċjali;

(i)

il-konsistenza mal-pjanijiet dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni u dawk nazzjonali.

( i )

kemm huwa sod il-pjan ta’ implimentazzjoni propost;

 

(j)

l-effett katalizzatur tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni fuq l-investiment;

 

( k )

il-ħtieġa li jingħeleb xkiel finanzjarju bħal nuqqas ta’ vijabbiltà kummerċjali jew nuqqas ta’ finanzi fis-suq;

 

( l )

il-konsistenza mal-pjanijiet dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni u dawk nazzjonali.

Emenda 22

Artikolu 14(2)(a)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a), l-ammont ta’ assistenza finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż it-30 % tal-kost totali eliġibbli. Ir-rati ta’ kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta’ 50 % għal azzjonijiet relatati ma’ konnessjonijiet transfruntiera skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu, għal azzjonijiet li jappoġġjaw sistemi ta’ applikazzjonijiet telematiċi, għal azzjonijiet li jappoġġjaw teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, u għal azzjonijiet li jappoġġjaw it-titjib tas-sikurezza tal-infrastruttura f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, u għal azzjonijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi;

għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a), l-ammont ta’ assistenza finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż it-30 % tal-kost totali eliġibbli. Ir-rati ta’ kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta’ 50 % għal azzjonijiet relatati ma’ konnessjonijiet transfruntiera skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu, għall-azzjonijiet relatati mal-konġestjonijiet u s-sezzjonijiet neqsin fin-netwerk bażika, għall-azzjonijiet ta’ appoġġ għall-awtostradi tal-baħar, għall-azzjonijiet ta’ appoġġ għall-konnessjonijiet marittimi u tax-xmajjar tan-netwerk bażika u ġenerali, inklużi l-azzjonijiet fil-portijiet u l-konnessjonijiet maż-żoni interni, għal nodi urbani u multimodali u konnessjonijiet u pjattaformi tal-aħħar mil, għal azzjonijiet li jappoġġjaw sistemi ta’ applikazzjonijiet telematiċi, għal azzjonijiet li jappoġġjaw teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, u għal azzjonijiet li jappoġġjaw it-titjib tas-sikurezza tal-infrastruttura f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, u għal azzjonijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi;

Raġuni

Din l-emenda hija konsistenti mal-proposta tal-Kummissjoni li żżid konnessjonijiet marittimi fil-kurituri tan-netwerk ewlieni. Barra minn hekk, sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni, it-trasport marittimu għandu jiġi appoġġjat b’mod sostanzjali.

Emenda 23

Artikolu 14(5)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Ir-rata massima ta’ kofinanzjament applikabbli għall-azzjonijiet magħżula taħt il-programmi ta’ ħidma transettorjali msemmija fl-Artikolu 10 għandha tkun l-ogħla rata massima ta’ kofinanzjament applikabbli għas-setturi kkonċernati.

Ir-rata massima ta’ kofinanzjament applikabbli għall-azzjonijiet magħżula taħt il-programmi ta’ ħidma transettorjali msemmija fl-Artikolu 10 għandha tkun l-ogħla rata massima ta’ kofinanzjament applikabbli għas-setturi kkonċernati miżjuda b’10 % . L-azzjonijiet appoġġjati fil-kuntest tal-mekkaniżmu deskritt fl-Artikolu 10(2) jibbenefikaw mir-rata ta’ kofinanzjament skont is-settur prinċipali, inklużi l-ispejjeż anċillari.

Raġuni

Is-sinerġiji għandhom jiġu appoġġjati, anke finanzjarjament. Għal raġunijiet ta’ semplifikazzjoni, il-mekkaniżmu deskritt fl-Artikolu 10(2), għandu jibbenefika minn rata unika ta’ kofinanzjament.

Emenda 24

Artikolu 15(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-kostijiet li ġejjin għandhom japplikaw, flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu [186] tar-Regolament Finanzjarju:

Il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-kostijiet li ġejjin għandhom japplikaw, flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu [186] tar-Regolament Finanzjarju:

(a)

tista’ tkun eliġibbli biss in-nefqa mġarrba fl-Istati Membri, għajr fejn il-proġett ta’ interess komuni jew il-proġett transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli jkun jinvolvi t-territorju ta’ pajjiż terz wieħed jew aktar kif imsemmi fl-Artikolu 5 jew fl-Artikolu 11(4) ta’ dan ir-Regolament jew ibħra internazzjonali, u fejn l-azzjoni tkun indispensabbli sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-proġett ikkonċernat;

(a)

tista’ tkun eliġibbli biss in-nefqa mġarrba fl-Istati Membri, għajr fejn il-proġett ta’ interess komuni jew il-proġett transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli jkun jinvolvi t-territorju ta’ pajjiż terz wieħed jew aktar kif imsemmi fl-Artikolu 5 jew fl-Artikolu 11(4) ta’ dan ir-Regolament, reġjun periferiku wieħed jew diversi minnhom jew ibħra internazzjonali, u fejn l-azzjoni tkun indispensabbli sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-proġett ikkonċernat;

Raġuni

Huwa propost li fl-Artikolu 15(a) tiġi inkluża referenza għas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi.

Emenda 25

Artikolu 16(2)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.   L-użu ta’ għotjiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkun implimentat permezz ta’ sejħiet għal proposti ddedikati.

2.   L-użu ta’ għotjiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkun implimentat fis-sejħiet kollha għal proposti u permezz ta’ sejħiet għal proposti ddedikati u llimitat għal 10 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tas-CEF .

Raġuni

L-operazzjonijiet imħallta finanzjament għandhom jitħeġġu u jkunu possibbli f’każ li promotur ta’ proġett ikun jixtieq jużahom. Madankollu, l-għotjiet għandhom jibqgħu l-ewwel soluzzjoni ta’ finanzjament tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

Emenda 26

Artikolu 17(2) u Artikolu 17(3) ġdid

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

3.     Il-fondi rkuprati skont dan l-Artikolu għandhom jerġgħu jintużaw fil-kuntest ta’ programmi oħra ta’ ħidma tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; dawn il-fondi se jitqassmu billi jitqies il-pakkett nazzjonali miftiehem.

Raġuni

Il-fondi allokati mill-QFP lill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandhom jinżammu fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. It-tqassim ta’ dawn il-fondi billi jitqies il-pakkett nazzjonali miftiehem jikkostitwixxi inċentiv għall-Istati Membri u l-kuntratturi ewlenin ta’ kull proġett sabiex ma jimponux piż żejjed fuq id-deċiżjoni dwar il-futur tal-proġett minħabba l-biża’ li jitilfu l-appoġġ finanzjarju. Barra minn hekk, din il-miżura tippermetti distribuzzjoni ġeografika tal-fondi aktar bilanċjata bejn l-Istati Membri tal-UE.

Emenda 27

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit.

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit.

2.   Il-programmi ta’ ħidma għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament.

2.    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tħabbar skeda indikattiva tal-programmi ta’ ħidma li jinkludu l-allokazzjonijiet u l-prijoritajiet ta’ dawn il-programmi għall-ipprogrammar kollu.

 

3.    Il-programmi ta’ ħidma għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament.

Raġuni

Il-fondi allokati mill-QFP lill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandhom jinżammu fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

Emenda 28

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament:

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament:

(a)

biex temenda l-Parti I tal-Anness rigward l-indikaturi u biex tistabbilixxi qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni;

(a)

biex temenda l-Parti I tal-Anness rigward l-indikaturi u biex tistabbilixxi qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni;

(b)

biex temenda l-Parti II tal-Anness rigward il-perċentwali indikattivi ta’ riżorsi baġitarji allokali għal kull għan speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(a)(i);

(b)

biex temenda l-Parti II tal-Anness rigward il-perċentwali indikattivi ta’ riżorsi baġitarji allokali għal kull għan speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(a)(i);

(c)

biex temenda l-Parti III tal-Anness rigward id-definizzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni għas-settur tat-trasport u s-sezzjonijiet identifikati minn qabel; kif ukoll is-sezzjonijiet identifikati minn qabel fuq in-netwerk komprensiv;

(c)

biex temenda l-Parti III tal-Anness rigward id-definizzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni għas-settur tat-trasport u s-sezzjonijiet identifikati minn qabel; kif ukoll is-sezzjonijiet identifikati minn qabel fuq in-netwerk komprensiv;

(d)

biex temenda l-Parti IV tal-Anness rigward l-identifikazzjoni ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli;

(d)

biex temenda l-Parti IV tal-Anness rigward l-identifikazzjoni ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli;

(e)

biex temenda l-Parti V tal-Anness rigward l-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ konnettività diġitali ta’ interess komuni.

(e)

biex temenda l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-infrastruttura b’użu doppju ċivili u militari stabbiliti mill-Kunsill u tiddefinixxi jew temenda l-lista tal-proġetti prijoritarji sabiex jiġu adattati għal użu doppju ċivili u militari.

 

(f)

biex temenda l-Parti V tal-Anness rigward l-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ konnettività diġitali ta’ interess komuni.

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014

(COM(2018) 438 final) — Parti 2

Emenda 29

Anness, Parti III, Tabella 1

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Kuritur tan-netwerk ewlieni “Atlantiku”

Allinjament

Kuritur tan-netwerk ewlieni “Atlantiku”

Allinjament

Gijón — León — Valladolid

Gijón — León — Palencia – Valladolid

A Coruña — Vigo — Orense — León

A Coruña — Vigo — Orense — Ponferrada — Astorga — León — Palencia-Venta de Baños

Zaragoza — Pamplona/Logroño — Bilbao

Zaragoza — Pamplona/Logroño — Bilbao (Y basque)

 

Bordeaux — Dax — Vitoria/Gasteiz

Bordeaux — Toulouse

Tenerife/Gran Canaria — Huelva/Sanlúcar de Barrameda — Sevilla — Córdoba

Tenerife/Gran Canaria — Huelva/Sanlúcar de Barrameda — Sivilja — Córdoba

Algeciras — Bobadilla — Madrid

Algeciras — Bobadilla — Madrid

Sines/Lisboa — Madrid — Valladolid

Sines/Lisboa — Madrid — Valladolid

Lisboa — Aveiro — Leixões/Porto — Douro

Lisbona — Aveiro — Leixões/Porto — Ix-Xmara Douro

Aveiro — Valladolid — Vitoria-Gasteiz — Bergara — Bilbao/Bordeaux — Tours — Paris — Le Havre/Metz — Mannheim/Strasbourg

Aveiro — Valladolid — Vitoria-Gasteiz — Bergara — Bilbao/Bordeaux — Tours — Pariġi — Le Havre/Metz — Mannheim/Strasburgu

 

Shannon Foynes — Dublin — Cork — Le Havre — Rouen — Pariġi

Saint Nazaire — Nantes — Tours

Dublin — Cork — Saint Nazaire — Nantes — Tours

Raġuni

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ser ikollu ħafna konsegwenzi, fosthom impatt sinifikanti fuq l-integrazzjoni tal-Irlanda fin-netwerk ta’ kurituri tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T, peress li hija tiddependi biss fuq ir-rotot li jgħaddu mir-Renju Unit. Barra minn hekk, il-konnessjonijiet bil-baħar lejn il-portijiet tan-netwerk ċentrali tal-kuritur tal-Atlantiku u lejn ċerti portijiet tan-netwerk globali jridu jiġu integrati fil-mappa tal-kurituri. L-integrazzjoni fi ħdan il-kurituri prijoritarji tan-netwerk ewlieni ta’ rabta bejn il-kuritur “Mediterran” u l-Kuritur “Atlantiku” ser issaħħaħ il-prestazzjoni soċjoekonomika ta’ dawn iż-żewġ kurituri billi jiġu żviluppati l-infrastrutturi u l-użu tagħhom. Dan joffri wkoll l-opportunità li jintrabtu l-portijiet tal-Mediterran u tal-Atlantiku fuq l-ass Bordeaux-Toulouse-Narbonne. Barra minn hekk, din il-proposta hija parti mill-proġett kbir fil-lbiċ li jiġu introdotti żewġ treni b’veloċità għolja li jikkondividu medda komuni minn Bordeaux sa Toulouse u minn Bordeaux lejn Spanja.

Huwa wkoll xieraq li tiġi promossa l-linja Zaragoza-Pamplona-Y Basque, li tgħaqqad il-kurituri tal-Atlantiku u l-Mediterran, u tagħti aċċess għall-port ta’ Bilbao. Franza għandha terġa’ tniedi l-konnessjoni Bordeaux-Dax-Vitoria, kemm għat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll għal dak biex jitneħħew l-ostakli għat-trasport tal-merkanzija (Irun-Hendaye, varjant fuq l-assi ta’ Bordeaux).

Fl-aħħar nett, jenħtieġ li jiġu inklużi dawk l-enklavi u pjattaformi loġistiċi ta’ interess strateġiku għoli u b’potenzjal fil-futur, li jinsabu f’reġjuni periferiċi li għad għandhom ħafna bżonnijiet ta’ infrastrutturi bażiċi sabiex titjieb l-aċċessibbiltà u l-konnettività tagħhom, b’mod partikolari mal-portijiet.

Emenda 30

Anness, Parti III, Tabella 3

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Kuritur tan-netwerk ewlieni “Mediterran”

Allinjament

Kuritur tan-netwerk ewlieni “Mediterran”

Allinjament

Algeciras — Bobadilla –Madrid — Zaragoza — Tarragona

Algeciras — Bobadilla — Madrid — Zaragoza — Sagunto /Tarragona

 

Madrid — Albacete — Valencia

Sivilja — Bobadilla — Murcia

Sivilja — Bobadilla — Almería  — Murcia

Cartagena — Murcia — Valencia — Tarragona/Palma de Mallorca — Barċellona

Cartagena — Murcia — Valencia — Tarragona/Palma de Mallorca — Barċellona

Tarragona — Barċellona — Perpignan — Marsilja — Ġenova/Lyon — Turin — Novara — Milan — Bolonja/Verona — Padova — Venezja — Ravenna/Trieste/Koper — Ljubljana — Budapest

Tarragona/ Palma de Mallorca  — Barċellona — Perpignan — Marsilja — Ġenova/Lyon — Turin — Novara — Milan — Bolonja/Verona — Padova — Venezja — Ravenna/Trieste/Koper — Ljubljana — Budapest

 

Alcúdia — Ciudadela — Toulon — Ajaccio— Bastia — Porto Torres — Cagliari — Palerme

Toulouse — Narbonne

Ljubljana/Rijeka — Zagreb — Budapest — fruntiera UA

Ljubljana/Rijeka — Zagreb — Budapest — fruntiera UA

Raġuni

L-integrazzjoni fi ħdan il-kurituri prijoritarji tan-netwerk ewlieni ta’ rabta bejn il-kuritur “Mediterran” u l-Kuritur “Atlantiku” ser issaħħaħ il-prestazzjoni soċjoekonomika ta’ dawn iż-żewġ kurituri billi jiġu żviluppati l-infrastrutturi u l-użu tagħhom. Dan joffri wkoll l-opportunità li jintrabtu l-portijiet tal-Mediterran u tal-Atlantiku fuq l-ass Bordeaux-Toulouse-Narbonne.

Emenda 31

Anness, Parti III, Tabella 4

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Kuritur tan-netwerk ewlieni “Baħar tat-Tramuntana — Mediterranju”

Kuritur tan-netwerk ewlieni “Baħar tat-Tramuntana — Mediterranju”

Allinjament

Allinjament

Belfast — Dublin — Shannon Foynes/Cork

Belfast — Dublin — Shannon Foynes/Cork

 

Dublin — Cork — Calais — Zeebruge — Antwerp — Rotterdam

Shannon Foynes — Dublin — Rosselare — Waterford — Cork — Brest — Roscoff — Cherbourg — Caen — Le Havre — Rouen — Paris”.

Glasgow/Edinburgh — Liverpool/Manchester — Birmingham

Glasgow/Edinburgh — Liverpool/Manchester — Birmingham

Birmingham — Felixstowe/Londra/Southampton

Birmingham — Felixstowe/Londra/Southampton

Londra — Lille — Brussell

Londra — Lille — Brussell

Amsterdam — Rotterdam — Antwerp — Brussell — Lussemburgu

Amsterdam — Rotterdam — Antwerp — Brussell — Lussemburgu

Lussemburgu — Metz — Dijon — Macon — Lyon — Marsilja

Lussemburgu — Metz — Dijon — Macon — Lyon — Marsilja

Lussemburgu — Strasburgu — Basel

Lussemburgu — Strasburgu — Basel

Antwerp/Zeebrugge — Gent — Dunkerque/Lille — Pariġi

Antwerp/Zeebrugge — Gent — Dunkerque/Lille — Pariġi

Raġuni

Din l-emenda tirrifletti l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li jiġi emendat ir-Regolament dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fil-każ fejn il-ħruġ tar-Renju Unit isir mingħajr ftehim u tinkludi fiha l-portijiet tan-netwerk globali u tan-netwerk ewlieni.

Emenda 32

Anness, Parti III, Tabella 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kuritur tan-netwerk ewlieni “Skandinavu — Mediterran”

Kuritur tan-netwerk ewlieni “Skandinavu — Mediterran”

Allinjament

Allinjament

Fruntiera RU — Hamina/Kotka — Helsinki — Turku/Naantali — Stokkolma — Örebro — Malmö

Fruntiera RU — Hamina/Kotka — Helsinki — Turku/Naantali — Stokkolma — Örebro — Malmö

Narvik/Oulu — Luleå — Umeå — Stokkolma

Narvik/Uleåborg–Luleå–Umeå– Gävle -Stokkolma - Örebro

 

Stokkolma — Örebro — Oslo

Oslo — Goteburg — Malmö — Trelleborg

Oslo — Goteburg — Malmö — Trelleborg

Malmö — Copenhagen — Fredericia — Aarhus — Aalborg — Hirtshals/Frederikshavn

Malmö — Copenhagen — Fredericia — Aarhus — Aalborg — Hirtshals/Frederikshavn

Copenhagen — Kolding/Lübeck — Hamburg — Hannover

Copenhagen — Kolding/Lübeck — Hamburg — Hannover

Bremerhaven — Bremen — Hannover — Nuremberg

Bremerhaven — Bremen — Hannover — Nuremberg

Rostock — Berlin — Leipzig — Munich

Rostock — Berlin — Leipzig — Munich

Nuremberg — Munich — Innsbruck — Verona — Bolonja — Ancona/Firenze

Nuremberg — Munich — Innsbruck — Verona — Bolonja — Ancona/Firenze

Livorno/La Spezia — Firenze — Ruma — Napli — Bari — Taranto — il-Belt Valletta

Livorno/La Spezia — Firenze — Ruma — Napli — Bari — Taranto — il-Belt Valletta

Emenda 33

Anness, Parti III, punt 2. Sezzjonijiet identifikati minn qabel fuq in-netwerk komprensiv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Is-sezzjonijiet transfruntiera tan-netwerk komprensiv imsemmi fl-Artikolu 9(2)(a)(ii) ta’ dan ir-Regolament jinkludu fost l-oħrajn dawn is-sezzjonijiet:

Is-sezzjonijiet transfruntiera tan-netwerk komprensiv imsemmi fl-Artikolu 9(2)(a)(ii) ta’ dan ir-Regolament kif ukoll il-konnessjonijiet transfruntiera għat-trasport bil-ferrovija eżistenti u l-konnessjonijiet neqsin mal-fruntieri interni tal-UE, jinkludu speċjalment dawn is-sezzjonijiet:

Raġuni

Din iż-żieda tippermetti l-konnessjonijiet bejn il-kurituri TEN, għalkemm għalissa dawn huma formalment barra min-netwerk komprensiv (eż. il-konnessjonijiet neqsin).

Emenda 34

Anness, Parti V

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.

Konnettività f’gigabits lil muturi soċjoekonomiċi

1.

Konnettività f’gigabits lil muturi soċjoekonomiċi

(…)

(…)

Konnettività ta’ gigabits għaċ-ċentri edukattivi u ta’ riċerka, fil-kuntest tal-isforzi biex inaqqsu d-distakk diġitali u jinnovaw is-sistemi tal-edukazzjoni, itejbu l-eżiti tat-tagħlim, itejbu l-ugwaljanza u jtejbu l-effiċjenza.

Konnettività ta’ gigabits għaċ-ċentri edukattivi u ta’ riċerka, fil-kuntest tal-isforzi biex inaqqsu d-distakk diġitali u jinnovaw is-sistemi tal-edukazzjoni, itejbu l-eżiti tat-tagħlim, itejbu l-ugwaljanza u jtejbu l-effiċjenza.

 

Konnettività ta’ gigabits li jipprovdu sistemi ta’ konnettività broadband ta’ veloċità għolja fi ħdan ir-reġjuni ultraperiferiċi u mal-Istat Membru rispettiv tagħhom, b’mod partikolari permezz tal-installazzjoni ta’ kejbils sottomarini b’kapaċità żejda.

Raġuni

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-azzjonijiet għall-iżvilupp ta’ infrastrutturi ta’ konnettività diġitali fir-reġjuni ultraperiferiċi jitqiesu bħala prijoritarji.

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(COM(2018) 568 final) — Parti 1

Emenda 35

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex jiġi evitat li l-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana — Mediterran jissepara f’żewġ partijiet distinti u mhux konnessi u sabiex tkun żgurata l-konnettività tal-Irlanda mal-Ewropa kontinentali, il-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana — Mediterran jenħtieġ li jinkludi konnessjonijiet marittimi bejn il-portijiet ewlenin tal-Irlanda u l-portijiet ewlenin tal-Belġju u tan-Netherlands.

 

Raġuni

Diversi portijiet Franċiżi (Le Havre, Dunkerque, Calai) huma portijiet tan-netwerk ewlieni inklużi fil-kurituri tal-Atlantiku u tal-Baħar tat-Tramuntana-Mediterranju. M’hemm l-ebda raġuni għaliex dawn għandhom jiġu esklużi.

Emenda 36

Anness

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fil-Parti I tal-Anness I, il-punt 2 (“Kurituri tan-netwerk ewlieni”), fit-taqsima “Baħar tat-Tramuntana — Mediterran”, wara l-linja “Belfast — Baile Átha Cliath/Dublin — Corcaigh/Cork” tiddaħħal il-linja li ġejja :

Fil-Parti I tal-Anness I, il-punt 2 (“Kurituri tan-netwerk ewlieni”), fit-taqsima “Baħar tat-Tramuntana — Mediterran”, wara l-linja “Belfast — Baile Átha Cliath/Dublin — Corcaigh/Cork” jiddaħħlu l-linji li ġejjin :

“Baile Átha Cliath/Dublin/Corcaigh/Cork — Zeebrugge/Antwerpen/Rotterdam”.

“Baile Átha Cliath/Dublin/Corcaigh/Cork — Calais/Dunkerque- Zeebrugge/Antwerpen/Rotterdam.

 

Shannon Foynes — Dublin — Rosselare — Waterford — Cork — Brest — Roscoff — Cherbourg — Caen — Le Havre — Rouen — Paris” .

Fil-Parti I tal-Anness I, il-punt 2 (“Kurituri tan-netwerk ewlieni”), fit-taqsima “Atlantiku”, wara l-linja “Aveiro — Valladolid — Vitoria-Gasteiz — Bergara — Bilbao/Bordeaux — Tours — Pariġi — Le Havre/Metz — Mannheim/Strasburgu” tiddaħħal il-linja li ġejja:

“Shannon Foynes — Dublin — Cork — Le Havre — Rouen — Pariġi”

Fil-Parti I tal-Anness I, il-punt 2 (“Kurituri tan-netwerk ewlieni”), fit-taqsima “Atlantiku”, il-linja “Saint Nazaire — Nantes — Tours” tinbidel kif ġej:

“Dublin — Cork — Saint Nazaire — Nantes — Tours”

Raġuni

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ser ikollu għadd ta’ konsegwenzi, fosthom impatt sinifikanti fuq l-integrazzjoni tal-Irlanda fin-netwerk ta’ kurituri tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T. Konnessjonijiet marittimi lejn il-portijiet tan-netwerk ewlieni jeħtieġ jiġu integrati fil-mappa tal-kurituri.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Rakkomandazzjonijiet ġenerali

1.

ifakkar li politika Ewropea ta’ infrastruttura sikura, moderna, sostenibbli u effiċjenti tat-trasport, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni pprovduta min-netwerks trans-Ewropej (TENs) hija essenzjali biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tar-reġjuni kollha tal-Unjoni, inklużi r-reġjuni periferiċi, ultraperiferiċi u insulari, kif ukoll dawk bi sfidi demografiċi, tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u hija meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta’ bosta politiki oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk klimatiċi u ambjentali;

2.

jinnota li sa minn meta ġiet adottata fl-2013, ċerti kummenti dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li saru mill-KtR, b’mod partikolari fl-Opinjoni tiegħu 1531/2017 dwar “Il-futur tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa — Trasport” adottata fl-10 ta’ Ottubru 2017, jibqgħu rilevanti;

3.

jemmen li għandu jingħata widen għall-vuċi tal-bliet u r-reġjuni, responsabbli għall-politika ta’ ġestjoni u ta’ żvilupp tal-mobilità u tat-trasport pubbliku fit-territorju tagħhom;

4.

jirrikonoxxi li l-proposta tal-Kummissjoni hija konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. L-objettiv ewlieni tal-proposta huwa li jinħoloq netwerk trans-Ewropew tat-trasport. Għal dan il-għan, l-Unjoni Ewropea hija l-aħjar livell ta’ implimentazzjoni;

5.

jirrimarka li fl-2017, 72 % tal-Ewropej kienu jgħixu f’żoni urbani. L-aċċess għal mezzi ta’ trasport urban sikur, effikaċi u sostenibbli huwa waħda mill-isfidi ewlenin għal dawn il-persuni. Is-CEF jista’ jgħin fit-tranżizzjoni u biex inaqqas il-konġestjoni, it-tniġġis u l-inċidenti relatati mat-traffiku fit-toroq. Il-konnessjoni aħjar bejn il-modi differenti ta’ trasport u l-iżgurar ta’ vjaġġi mingħajr xkiel f’dawn iż-żoni urbani huma kruċjali biex jinħolqu n-netwerk ewlieni sal-2030 u n-netwerk globali sal-2050. Għandha tingħata prijorità għall-isforzi fil-qasam tal-multimodalità tat-trasport urban;

6.

ifakkar li l-Unjoni Ewropea għandha infrastrutturi marittimi u tax-xmajjar numerużi u antiki li jeħtieġ jiġu modernizzati u żviluppati. Dawn iż-żewġ modi ta’ trasport huma parti mis-soluzzjoni għall-konġestjoni tar-rotot u għad-dekarbonizzazzjoni meħtieġa tas-settur;

7.

jirrikonoxxi li t-trasport huwa responsabbli għal kważi 50 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-Ewropa. Huwa l-uniku settur li ma kienx kapaċi jnaqqas l-emissjonijiet tiegħu mill-1990. Il-bliet u r-reġjuni huma milqutin direttament mill-impatti tat-tibdil fil-klima, it-tniġġis tal-arja u l-konġestjoni. Għalhekk għandha tittieħed azzjoni ambizzjuża u urġenti favur id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport;

8.

ifakkar li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandha tkun adattata għall-għanijiet ambizzjużi tal-Unjoni f’termini ta’ infrastruttura tat-trasport. B’mod partikolari, ir-Regolament tat-TEN-T jistabbilixxi l-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni sal-2030; jinnota li l-ħtiġijiet tar-reġjuni kollha għandhom jiġu ssorveljati mill-qrib u għandhom jittieħdu passi li jiżguraw li qed ilaħħqu mal-innovazzjonijiet tal-infrastruttura;

9.

jissuġġerixxi li jitħeġġu l-proġetti transkonfinali billi jsir użu mir-REKT jew mill-Faċilità sabiex jitneħħew l-ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transkonfinali propost mill-Kummissjoni Ewropea għall-perjodu 2021-2027. B’mod partikolari, ir-REKT għandhom ikunu entitajiet eliġibbli għas-sejħiet kollha għall-proġetti tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija lilhom;

10.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li ġġedded u temenda l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

11.

jilqa’ b’sodisfazzjon li l-proposta tikkunsidra l-karatteristiċi speċifiċi tar-RUP u l-ħtieġa li jiġu pprovduti fondi għat-trasport permezz tal-MIE, li għandu jiġi estiż ukoll fuq il-livell tal-enerġija u dak diġitali.

12.

jirrimarka li finanzjament adegwat tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa kapaċi joħloq impjiegi ġodda, jappoġġja t-tkabbir u jagħmel mill-UE mexxejja dinjija fir-riċerka u l-innovazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija;

13.

jilqa’ l-isforzi sabiex jiġu ssemplifikati r-regoli u l-proċeduri. L-ebda promotur ta’ proġett m’għandu jirrinunzja li jressaq applikazzjoni għal finanzjament;

14.

jinnota l-proposta tal-Kummissjoni li tintroduċi għan ta’ adattament tal-infrastruttura tat-TEN-T għal użu doppju ċivili u militari u jissuġġerixxi li jiġu ċċarati r-regoli ta’ dan l-għan, iżda jiddispjaċih li din il-proposta mhix aktar dettaljata;

15.

jitlob li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tagħti aktar attenzjoni lill-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali.

Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  COM(2017) 623

(1)  COM(2017) 623

(1)  COM(2016) 587

(1)  COM(2016) 587


21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/196


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Drittijiet u Valuri

(2018/C 461/16)

Relatur ġenerali:

François DECOSTER (FR/ADLE) Viċi President ta’ Hauts-de-France

Dokument ta’ referenza:

COM(2018) 383 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm dwar id-Drittijiet u l- Valuri

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm dwar id-Drittijiet, il- Valuri u ċ-Ċittadinanza

Raġuni

L-isem tal-programm għandu jkun koerenti mal-għanijiet u l-azzjonijiet implimentati. Madankollu, il-komponent dwar iċ-“ċittadinanza” huwa fundamentali f’dan il-programm u għaldaqstant, għandu jidher fl-isem tal-programm.

Emenda 2

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li l-Programm dwar id-Drittijiet u l- Valuri jippermetti l-iżvilupp ta’ sinerġiji biex jiġu indirizzati l-isfidi li huma komuni għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-valuri u biex tintlaħaq dimensjoni kritika sabiex jinkisbu riżultati konkreti fil-qasam. Dan għandu jinkiseb billi jimxi fuq il-passi tal-esperjenza pożittiva tal-Programmi predeċessuri. Dan għandu jippermetti li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-sinerġiji, li jiġu appoġġati b’mod aktar effettiv l-oqsma politiċi koperti u li jiżdied il-potenzjal tagħhom biex jilħqu lill-persuni. Sabiex ikun effettiv, il-Programm għandu jqis in-natura speċifika tal-politiki differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta’ approċċi mfassla apposta.

Jenħtieġ li l-Programm dwar id-Drittijiet , il- Valuri u ċ-Ċittadinanza jippermetti l-iżvilupp ta’ sinerġiji biex jiġu indirizzati l-isfidi li huma komuni għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-valuri u biex tintlaħaq dimensjoni kritika sabiex jinkisbu riżultati konkreti fil-qasam. Dan għandu jinkiseb billi jimxi fuq il-passi tal-esperjenza pożittiva tal-Programmi predeċessuri kif ukoll jiżviluppa azzjonijiet innovattivi ġodda . Dan għandu jippermetti li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tas-sinerġiji, li jiġu appoġġati b’mod aktar effettiv l-oqsma politiċi koperti u li jiżdied il-potenzjal tagħhom biex jilħqu lill-persuni. Sabiex ikun effettiv, il-Programm għandu jqis in-natura speċifika tal-politiki differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta’ approċċi mfassla apposta.

Raġuni

Huwa importanti li ma jibbażax biss fuq l-azzjonijiet eżistenti iżda li jiżviluppa oħrajn ġodda li jippromovu l-iskambju ta’ prattiki tajbin u ta’ informazzjoni u s-sinerġiji possibbli. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, bit-twaqqif ta’ programm ta’ skambju u ta’ mobbiltà għar-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali jew it-twaqqif ta’ “Korrispondenti Ewropa” fil-komunitajiet lokali u reġjonali kollha Ewropej.

Emenda 3

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq aktar qrib lejn iċ-ċittadini tagħha, huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati. Li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta’ ġemellaġġ jew netwerks ta’ bliet u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-oqsma koperti mill-programm se jikkontribwixxi biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-diversità, id-djalogu u r-rispett lejn l-oħrajn irawwem sens ta’ appartenenza u identità Ewropea, fuq il-bażi ta’ komprensjoni reċiproka tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt Ewropej. Il-promozzjoni ta’ sens ta’ appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni huwa partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali.

Sabiex l-Unjoni Ewropea tersaq aktar qrib lejn iċ-ċittadini tagħha, huma meħtieġa diversi azzjonijiet u sforzi koordinati. Li ċ-ċittadini jinġabru flimkien fi proġetti ta’ ġemellaġġ jew netwerks ta’ bliet jew proġetti li jinvolvu kooperazzjoni transfruntiera u li jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-komunitajiet lokali u reġjonali fl-oqsma koperti mill-programm , kif ukoll li r-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali li jaġixxu bħala multiplikaturi jiġu mħarrġa u infurmati, se jikkontribwixxi biex jiżdied l-involviment taċ-ċittadini fis-soċjetà u fl-aħħar mill-aħħar l-involviment tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Fl-istess waqt l-appoġġ mogħti lil attivitajiet li jippromovu l-komprensjoni reċiproka, id-diversità, id-djalogu u r-rispett lejn l-oħrajn irawwem sens ta’ appartenenza u identità Ewropea, fuq il-bażi ta’ komprensjoni reċiproka tal-valuri, il-kultura, l-istorja u l-wirt Ewropej. Il-promozzjoni ta’ sens ta’ appartenenza akbar fl-Unjoni u tal-valuri tal-Unjoni huwa partikolarment importanti fost iċ-ċittadini tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba l-bogħod u d-distanza mill-Ewropa kontinentali.

Raġuni

Il-proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera għandhom jitqiesu wkoll fil-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri peress li jikkontribwixxu għas-sens ta’ appartenenza reċiproka, għal identità Ewropea u biex jingħelbu d-differenzi nazzjonali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ukoll rwol essenzjali x’jaqdu biex iżidu l-impenn taċ-ċittadini u għandhom jibbenefikaw mill-fondi, l-aktar dawk għad-drittijiet u għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini. Programm biex iħarreġ u jinforma lir-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali jkun għodda eċċellenti biex jgħin lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkontribwixxu f’dan is-sens.

Emenda 4

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-attivitajiet ta’ kommemorazzjoni u r- riflessjoni kritika dwar il-memorja storika tal-Ewropa huma meħtieġa biex iċ-ċittadini jsiru konxji mill-istorja komuni bħala l-pedament għal ġejjieni u skop morali komuni u għal valuri komuni. Ir-rilevanza ta’ aspetti storiċi, kulturali u interkulturali jenħtieġ għalhekk li titqies ukoll, kif ukoll ir-rabtiet bejn il-kommemorazzjoni u l-ħolqien ta’ identità Ewropea u s-sens ta’ appartenenza komuni.

L-attivitajiet ta’ kommemorazzjoni , ir- riflessjoni kritika dwar , u ċ-ċelebrazzjonijiet tal-memorja storika tal-Ewropa u tal-valuri komuni huma meħtieġa biex iċ-ċittadini jsiru konxji mill-istorja komuni u l-valuri bħala l-pedament għal ġejjieni u skop morali komuni , fiduċja reċiproka u għal valuri komuni. Ir-rilevanza ta’ aspetti storiċi, kulturali u interkulturali , kif ukoll tal-avvenimenti lokali u nazzjonali, jenħtieġ għalhekk li titqies ukoll, kif ukoll ir-rabtiet bejn il-kommemorazzjoni u l-ħolqien ta’ identità Ewropea u s-sens ta’ appartenenza komuni.

Raġuni

Iċ-ċelebrazzjonijiet, l-istess bħall-kommemorazzjoni jikkontribwixxu għall-pedament ta’ ġejjieni komuni u ta’ identità Ewropea, li trid tkun imsejsa fuq fiduċja reċiproka. Dawn jistgħu jkunu, pereżempju, iċ-ċelebrazzjoni ta’ jiem internazzjonali jew avvenimenti aktar lokali li jistgħu jkabbru s-sens ta’ appartenenza Ewropea.

Emenda 5

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li ċ-ċittadini jkunu aktar konxji mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li jħossuhom kapaċi jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza kollha tagħhom u jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali, fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Is-soċjetà ċivili teħtieġ tkun appoġġata biex tippromovi u tissalvagwardja l-valuri komuni tal-UE skont l-Artikolu 2 TUE u toħloq sensibilizzazzjoni dwarhom, u biex tikkontribwixxi għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni.

Jenħtieġ li ċ-ċittadini jkunu aktar konxji mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u jenħtieġ li jħossuhom komdi jgħixu, jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor, u jenħtieġ li jħossuhom kapaċi jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza kollha tagħhom u jkollhom fiduċja fl-aċċess ugwali, fl-infurzabbiltà sħiħa u fil-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tagħhom mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-Unjoni. Is-soċjetà ċivili teħtieġ tkun appoġġata biex tippromovi u tissalvagwardja l-valuri komuni tal-UE skont l-Artikolu 2 TUE u toħloq sensibilizzazzjoni dwarhom, u biex tikkontribwixxi għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni. L-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom li jimplimentaw azzjonijiet li jagħmlu parti mill-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri għandhom ikunu appoġġjati, speċjalment biex jippromovu d-drittijiet u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini.

Raġuni

Il-komunitajiet lokali u reġjonali huma benefiċjarji tal-fondi ta’ dan il-Programm u għandhom rwol importanti x’jaqdu, b’mod partikolari biex jippromovu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex jiddefendu d-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej. L-assoċjazzjonijiet tal-gvernijiet lokali u reġjonali kellhom rwol importanti fit-tixrid tal-Programm u għadhom qed jipparteċipaw fih.

Emenda 6

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

B’mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 TFUE, il-Programm fl-attivitajiet kollha tiegħu jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-objettivi tan-nondiskriminazzjoni.

B’mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 TFUE, il-Programm fl-attivitajiet kollha tiegħu jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-objettivi tan-nondiskriminazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tal-Programm għandhom jipprevedu kundizzjonijiet u azzjonijiet speċifiċi li jiżguraw ir-rispett u l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni.

Raġuni

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi fil-Programm u fil-pjan ta’ azzjoni tiegħu biex jintlaħqu l-objettivi ta’ ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. Dan jista’ jsir, pereżempju, permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, b’bilanċ bejn l-irġiel u n-nisa preżenti f’dawn il-kampanji u billi tiġi żgurata wkoll il-preżenza ta’ minoranzi sensittivi.

Emenda 7

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 TUE, u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018, appoġġ finanzjarju adegwat huwa essenzjali għall-iżvilupp ta’ ambjent konduċenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fuq il-livell nazzjonali, il-fondi tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, jagħtu s-setgħa u jibnu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta’ attivitajiet ta’ promozzjoni u sorveljanza, kif ukoll jikkontribwixxu, jissalvagwardjaw u jqajmu kuxjenza dwar il-valuri komuni tal-Unjoni fil-livell nazzjonali.

Il-korpi indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol essenzjali fil-promozzjoni, fis-salvagwardja u fis-sensibilizzazzjoni tal-valuri komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 TUE, u biex jikkontribwixxu għat-tgawdija effettiva tad-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Kif rifless fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018, appoġġ finanzjarju adegwat u suffiċjenti huwa essenzjali għall-iżvilupp ta’ ambjent konduċenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex isaħħu r-rwol tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’mod indipendenti u effettiv. Filwaqt li jikkomplementaw l-isforzi fuq il-livell nazzjonali, il-fondi tal-UE jenħtieġ għalhekk li jikkontribwixxu biex jappoġġaw, jagħtu s-setgħa u jibnu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti li huma attivi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu fl-infurzar strateġiku tad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż permezz ta’ attivitajiet ta’ promozzjoni u sorveljanza, kif ukoll jikkontribwixxu, jissalvagwardjaw u jqajmu kuxjenza dwar il-valuri komuni tal-Unjoni fil-livell nazzjonali.

Raġuni

Huwa importanti li jkun hemm baġit li jappoġġja kemm jista’ jkun proġetti, biex tiġi evitata kwalunkwe frustrazzjoni u biex jitħeġġu l-inizjattivi tal-partijiet interessati.

Emenda 8

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa, tal-kumplimentarjetà tagħhom mal-attivitajiet tal-Istati Membri, filwaqt li l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji għandhom jiġu mfittxija permezz tal-programmi ta’ finanzjament li jappoġġaw oqsma ta’ politika b’rabtiet mill-qrib ma’ xulxin, b’mod partikolari fl-ambitu tal-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri — kif ukoll tal-programm Ewropa Kreattiva, u Erasmus+ sabiex jiġi rrealizzat il-potenzjal ta’ salib it-toroq kulturali fl-oqsma tal-kultura, tal-midja, tal-arti, tal-edukazzjoni u tal-kreattività. Hemm bżonn li jinħolqu sinerġiji ma’ programmi Ewropej oħra ta’ finanzjament, b’mod partikolari fl-oqsma tal-impjiegi, tas-suq intern, tal-intrapriża, taż-żgħażagħ, tas-saħħa, taċ-ċittadinanza, tal-ġustizzja, tal-migrazzjoni, tas-sigurtà, tar-riċerka, tal-innovazzjoni, tat-teknoloġija, tal-industrija, tal-koeżjoni, tat-turiżmu, tar-relazzjonijiet esterni, tal-kummerċ u tal-iżvilupp.

Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa, tal-kumplimentarjetà tagħhom mal-attivitajiet tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà attiva, filwaqt li l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji għandhom jiġu mfittxija permezz tal-programmi ta’ finanzjament li jappoġġaw oqsma ta’ politika b’rabtiet mill-qrib ma’ xulxin, b’mod partikolari fl-ambitu tal-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri — kif ukoll tal-programm Ewropa Kreattiva, u Erasmus+ sabiex jiġi rrealizzat il-potenzjal ta’ salib it-toroq kulturali fl-oqsma tal-kultura, tal-midja, tal-arti, tal-edukazzjoni u tal-kreattività. Hemm bżonn li jinħolqu sinerġiji ma’ programmi Ewropej oħra ta’ finanzjament, b’mod partikolari fl-oqsma tal-impjiegi, tas-suq intern, tal-intrapriża, taż-żgħażagħ, tas-saħħa, taċ-ċittadinanza, tal-ġustizzja, tal-migrazzjoni, tas-sigurtà, tar-riċerka, tal-innovazzjoni, tat-teknoloġija, tal-industrija, tal-koeżjoni, tat-turiżmu, tar-relazzjonijiet esterni, tal-kummerċ u tal-iżvilupp , u li jingħata appoġġ għall-iżvilupp ta’ sinerġiji ġodda permezz tal-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet innovattivi trasversali .

Raġuni

Il-komunitajiet lokali u reġjonali huma wkoll attivi u l-azzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu mill-Istati u mill-Unjoni Ewropea biex tiġi żgurata konsistenza, kumplementarjetà u sinerġija ġenerali.

It-Task Force dwar “Sussidjarjetà, Proporzjonalità u ‘Nagħmlu Anqas b’Mod Aktar Effiċjenti’”, ippreżentat il-konklużjonijiet tagħha fl-10 ta’ Lulju li għadda fejn hija tħeġġeġ approċċ ġdid ta’ “sussidjarjetà attiva”, li se jiżgura l-valur miżjud tal-leġislazzjoni tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini, u se jwassal għal sjieda akbar tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni fl-Istati Membri.

Huwa importanti li ssir enfasi fuq it-tnedija ta’ azzjonijiet ġodda innovattivi li jrawmu s-sens ta’ identità Ewropea u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, b’mod partikolari t-twaqqif ta’ Erasmus għar-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali jew ta’ “Korrispondenti Ewropa” fuq l-istess mudell tal-Awstrija.

Emenda 9

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet ta’ unità, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet ta’ unità, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

 

Il-miżuri għandhom jillimitaw kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv għall-applikanti u għandhom jiżguraw aċċess għall-fondi għall-organizzazzjonijiet kandidati kollha li jistgħu japplikaw. Għandu jiġi introdott proċess ta’ applikazzjoni f’żewġ stadji, li jikkonsisti f’abbozz qasir tal-proġett li jelabora dwar l-eliġibbiltà u applikazzjoni kompluta fil-każ ta’ prospettiv ta’ finanzjament promettenti. Meta jkun possibbli, għandhom jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet elettroniċi. L-applikanti għandu jkollhom aċċess għal punt ta’ kuntatt nazzjonali li jipprovdilhom appoġġ, iwieġeb il-mistoqsijiet tagħhom dwar il-proċess tal-applikazzjoni u li jkun jista’ jivverifika li l-applikazzjoni tagħhom hija kompluta qabel tintbagħat. L-UE se tikkomunika bl-aħjar mod il-possibbiltajiet ta’ finanzjament lill-benefiċjarji potenzjali kollha sabiex tiżgura l-involviment ta’ organizzazzjonijiet differenti fl-Istati Membri u fl-Istati msieħba differenti.

Raġuni

Is-semplifikazzjoni tal-proċess tal-applikazzjoni hija essenzjali, speċjalment għal dawk li japplikaw għall-ewwel darba, komunitajiet iżgħar u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ. Huwa importanti li l-possibbiltajiet offruti lill-komunitajiet lokali u reġjonali kollha u lill-partijiet interessati l-oħrajn kollha li jistgħu jkunu interessati jiġu kkomunikati bl-aħjar mod u kompletament, biex jiġi evitat li l-imsieħba privileġġjati tal-UE jew l-aktar organizzazzjonijiet infurmati biss jibbenefikaw minnhom. Il-Korrispondenti Ewropej huma importanti u għandhom jiġu enfasizzati fit-test tal-Kummissjoni Ewropea.

Emenda 10

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta’ mira kumplessiva ta’ 25 % ta’ nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu ta’ nofs it-terminu.

Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u waqt li jqis li l-azzjonijiet kollettivi f’dawn l-oqsma fil-livelli differenti jistgħu jiżviluppaw iċ-ċittadinanza u s-sens ta’ appartenenza , dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta’ mira kumplessiva ta’ 25 % ta’ nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu ta’ nofs it-terminu , u l-inizjattivi lokali eżistenti se jkunu appoġġjati .

Raġuni

L-azzjonijiet li jirrigwardaw it-tibdil fil-klima u l-kisba tal-SDGs tan-NU usa’ huma marbuta direttament mal-ħolqien ta’ soċjetà inklużiva u jżidu s-sens ta’ ċittadinanza u ta’ appartenenza. Iċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati dwar il-kwistjonijiet internazzjonali li jirrigwardaw il-klima iżda għandhom ukoll jiġu involuti fl-azzjonijiet konġunti. Dan jista’ jiġi enfasizzat fil-leġislazzjoni, speċjalment peress li s-sinerġiji bejn il-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima mhumiex spjegati biżżejjed.

L-UE għandha tappoġġja l-azzjonijiet eżistenti minflok tiżviluppa oħrajn ġodda, filwaqt li kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni spiss jiġu implimentati fil-livell lokali.

Emenda 11

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, meta xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post.

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, meta xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali involuti, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà attiva .

Raġuni

It-Task Force dwar “Sussidjarjetà, Proporzjonalità u ‘Nagħmlu Anqas b’Mod Aktar Effiċjenti’” ippreżentat il-konklużjonijiet tagħha fl-10 ta’ Lulju li għadda fejn hija tħeġġeġ approċċ ġdid ta’ “sussidjarjetà attiva” li se jiżgura l-valur miżjud tal-leġislazzjoni tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini, u se jwassal għal sjieda akbar tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni fl-Istati Membri.

Emenda 12

Kapitolu I, Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm dwar id-Drittijiet u l- Valuri (“il-Programm”).

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm dwar id-Drittijiet , il- Valuri u ċ-Ċittadinanza (“il-Programm”).

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021–2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021–2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Raġuni

L-isem tal-programm għandu jkun koerenti mal-għanijiet u l-azzjonijiet implimentati. Madankollu, il-komponent dwar iċ-“ċittadinanza” huwa fundamentali f’dan il-programm u għaldaqstant, għandu jidher fl-isem tal-programm.

Emenda 13

Kapitolu I — Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati tal-UE, inkluż billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex is-soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u inklużivi jiġu sostnuti.

1.   L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jipproteġi u jippromovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-Trattati tal-UE, inkluż billi jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili , l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom , sabiex is-soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u inklużivi jiġu sostnuti.

2.   Fl-ambitu tal-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1, il-programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin li jikkorrispondu għal-linji:

2.   Fl-ambitu tal-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1, il-programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin li jikkorrispondu għal-linji:

(a)

għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u tad-drittijiet (il-linja għall-Ugwaljanza u d-drittijiet),

(a)

għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u tad-drittijiet (il-linja għall-Ugwaljanza u d-drittijiet),

(b)

għall-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (il-linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini),

(b)

għall-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni (il-linja għall-Involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini),

(c)

għall-ġlieda tal-vjolenza (il-linja Daphne).

(c)

għall-ġlieda tal-vjolenza (il-linja Daphne).

Raġuni

Il-komunitajiet lokali u reġjonali huma benefiċjarji tal-fondi ta’ dan il-Programm u għandhom rwol importanti x’jaqdu, b’mod partikolari biex jippromovu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex jiddefendu d-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej. L-assoċjazzjonijiet tal-gvernijiet lokali u reġjonali kellhom rwol importanti fit-tixrid tal-Programm u għadhom qed jipparteċipaw fih.

Emenda 14

Kapitolu I, Artikolu 4(b) u (c) ġdid

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(b)

il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u demokratika taċ-ċittadini billi jippermetti liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta’ azzjoni kollha tal-Unjoni;

(b)

(…) il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u demokratika taċ-ċittadini fil-livell nazzjonali u Ewropew billi jippermetti liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi jsemmgħu l-opinjonijiet tagħhom u jiskambjawhom fil-pubbliku fl-oqsma ta’ azzjoni sottonazzjonali, nazzjonali u tal-Unjoni kollha;

 

(c)

it-twaqqif ta’ azzjonijiet ġodda innovattivi speċifikament għar-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali kif ukoll uffiċjali u persunal ieħor tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, bl-iżvilupp, pereżempju, ta’ programm ta’ mobbiltà, ta’ taħriġ u ta’ skambji għar-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali u bit-twaqqif ta’ netwerk ta’ “kunsillieri muniċipali” responsabbli għall-Ewropa abbażi tal-mudell Awstrijak li jiġbor informazzjoni dwar temi topiċi ta’ interess Ewropew u jservi ta’ interfaċċa bejn il-pubbliku u l-Unjoni Ewropea.

Raġuni

Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini spiss tibda fil-livell lokali, fejn iċ-ċittadini jkunu affettwati fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom, għall-edukazzjoni ta’ wliedhom jew għall-mobbiltà tagħhom. Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-livell lokali għandha tkun appoġġjata mill-Programm peress li din hija l-ewwel pass ta’ parteċipazzjoni fuq livell ogħla, nazzjonali jew Ewropew. Il-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni fil-livell lokali jistgħu jkunu marbuta ma’ parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-livell Ewropew.

Bħalissa, l-opportunitajiet għaċ-ċittadini biex jinvolvu ruħhom f’materji Ewropej għadhom limitati u mhumiex jaħdmu fl-aħjar mod. Biex jiġu evitati l-frustrazzjoni jew l-iskoraġġiment, għandhom jiġu żviluppati l-opportunitajiet ta’ espressjoni fil-livelli kollha, inkluż fil-livell lokali.

Għal dan il-għan, jidher li huwa essenzjali li jkun hemm rappreżentanti eletti lokali u reġjonali, kif ukoll uffiċjali u persunal ieħor tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, mħ arrġa fil-kwistjonijiet u l-politiki tal-UE, u infurmati sew dwar l-aħbarijiet Ewropej biex iħeġġu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini. Huma jistgħu jservu ta’ interfaċċa bejn iċ-ċittadini u l-UE sabiex jinfurmaw liċ-ċittadini u jwieġbu għall-mistoqsijiet tagħhom. Dan jgħin biex jerġa’ jgħaqqad lill-UE maċ-ċittadini tagħha, biex iqanqal l-interess taċ-ċittadini f’materji Ewropej u biex jingħataw tweġibiet għall-mistoqsijiet taċ-ċittadini billi jippromwovi l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u s-sens ta’ appartenenza.

Emenda 15

Kapitolu I — Artikolu 6(1) u 6(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR [ 641 705 000 ] fi prezzijiet kurrenti.

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR [ 1 100 000 000 ], f’termini ta’ prezzijiet attwali.

2.   Fl-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-ammont indikattiv li ġej għandu jiġi allokat għall-objettiv li ġej:

2.   Fl-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-ammont indikattiv li ġej għandu jiġi allokat għall-objettiv li ġej:

(a)

EUR [ 408 705 000 ] għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u 2(2)(c);

(a)

EUR [ 450 000 000 ] għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u 2(2)(c);

(b)

EUR [ 233 000 000 ] għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2)(b);

(b)

EUR [ 650 000 000 ] għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2)(b).

Raġuni

Huwa meħtieġ li jiżdied il-baġit globali għall-istrument tad-Drittijiet u Valuri minħabba l-isfidi enormi li qed tiffaċċja l-UE bħala komunità ta’ valuri, ibbażata fuq id-drittijiet.

Emenda 16

Kapitolu III, Artikolu 16(5)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Skont il-Ftehim ta’ “Regolamentazzjoni aħjar”, iċ-ċittadini u partijiet interessati oħrajn jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar abbozz ta’ test għal att delegat matul perjodu ta’ erba’ ġimgħat. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom ikunu kkonsultati dwar l-abbozz tat-test, abbażi tal-esperjenza tal-NGOs u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali waqt l-implimentazzjoni tal-Programm

Raġuni

Minħabba l-għarfien espert u r-relazzjonijiet ta’ xogħol bejn is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni hija essenzjali għall-atti delegati tal-Programm. L-esperjenzi tal-NGOs u tal-komunitajiet lokali u reġjonali għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet għandhom jitqiesu, speċjalment permezz tal-opinjonijiet tal-KESE u tal-KtR.

Emenda 17

Kapitolu IV, Artikolu 18(2) u (3) ġdid

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2 .   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 2.

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu , b’mod partikolari permezz tan-netwerk ta’ Ċentri ta’ Informazzjoni Europe Direct . Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 2.

 

3.    L-UE se tikkomunika bl-aħjar mod il-possibbiltajiet ta’ finanzjament lill-benefiċjarji potenzjali kollha sabiex tiżgura l-involviment ta’ organizzazzjonijiet differenti fl-Istati Membri u fl-Istati msieħba. L-applikanti se jkollhom aċċess għal punt ta’ kuntatt li jipprovdilhom appoġġ, iwieġeb il-mistoqsijiet tagħhom dwar il-proċess tal-applikazzjoni u li jkun jista’ jivverifika li l-applikazzjoni tagħhom hija kompluta qabel tintbagħat.

Raġuni

Huwa importanti li l-possibbiltajiet offruti lill-komunitajiet lokali u reġjonali kollha u lill-partijiet interessati l-oħrajn kollha li jistgħu jkunu interessati jiġu kkomunikati bl-aħjar mod u kompletament, biex jiġi evitat li l-imsieħba privileġġjati tal-UE jew l-aktar organizzazzjonijiet infurmati biss jibbenefikaw minnhom. Il-Korrispondenti Ewropej huma importanti u għandhom jiġu enfasizzati fit-test tal-Kummissjoni Ewropea. In-netwerk tal-EDICs huwa effiċjenti u konness lokalment. L-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni permezz tal-EDICs tippermetti biex jintlaħqu riżultati mingħajr ma jiżdiedu l-ispejjeż.

Emenda 18

Anness I, (g)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(g)

il-ġabra flimkien ta’ Ewropej ta’ nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ ġemellaġġ;

(g)

il-ġabra flimkien ta’ Ewropej ta’ nazzjonalitajiet u kulturi differenti billi jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ ġemellaġġ tal-bliet u l-popolazzjonijiet rurali, u fi proġetti li jinvolvu kooperazzjoni transfruntiera ;

Raġuni

Il-proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera għandhom jitqiesu wkoll fil-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri peress li jikkontribwixxu għas-sens ta’ appartenenza reċiproka, għal identità Ewropea u biex jingħelbu d-differenzi nazzjonali.

Emenda 19

Anness I, (h)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(h)

it-tħeġġiġ u l-iffaċilitar ta’ parteċipazzjoni attiva fil-bini ta’ Unjoni aktar demokratika kif ukoll għarfien tad-drittijiet u tal-valuri permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

(h)

it-tħeġġiġ u l-iffaċilitar ta’ parteċipazzjoni attiva fil-bini ta’ Unjoni aktar demokratika kif ukoll għarfien tad-drittijiet u tal-valuri permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili , għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u għall-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom ;

Raġuni

Il-komunitajiet lokali u reġjonali huma benefiċjarji tal-fondi ta’ dan il-Programm u għandhom rwol importanti x’jaqdu, b’mod partikolari biex jippromovu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex jiddefendu d-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej. L-assoċjazzjonijiet tal-gvernijiet lokali u reġjonali kellhom rwol importanti fit-tixrid tal-Programm u għadhom qed jipparteċipaw fih.

Emenda 20

Anness I (j)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)

l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jippromovu u jiżviluppaw ulterjorment id-dritt tal-Unjoni, l-istrateġiji u l-għanijiet ta’ politika kif ukoll l-għoti ta’ appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fl-oqsma koperti mill-Programm.

(j)

l-iżvilupp tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej permezz ta’ għotjiet operattivi multiannwali biex jippromovu u jiżviluppaw ulterjorment id-dritt tal-Unjoni, isaħħu dibattitu kritiku minn isfel għal fuq dwar l-istrateġiji u l-għanijiet ta’ politika kif ukoll l-għoti ta’ appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili , l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom attivi fl-oqsma koperti mill-Programm.

Raġuni

Is-soċjetà ċivili hija importanti ħafna, iżda l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fil-livell lokali u reġjonali qed jaqdu rwol kruċjali fi ħdan l-objettivi ġenerali tal-programm, partikolarment fi ħdan l-objettivi speċifiċi taħt l-Artikolu 2(2).

Emenda 21

Anness I, (l) ġdid

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(l)

azzjonijiet ġodda innovattivi immirati lejn rappreżentanti eletti lokali u reġjonali, kif ukoll lejn uffiċjali u persunal ieħor tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, bl-iżvilupp, pereżempju, ta’ programm ta’ mobbiltà, ta’ taħriġ u ta’ skambji tar-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali u bit-twaqqif ta’ “Korrispondenti Ewropa” fuq il-mudell Awstrijak li jipprovdi l-aħħar aħbarijiet Ewropej u jservi ta’ interfaċċa bejn iċ-ċittadini u l-Unjoni Ewropea.

Raġuni

Biex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini huwa essenzjali li jkun hemm rappreżentanti eletti lokali u reġjonali, kif ukoll uffiċjali u persunal ieħor tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, mħarrġa fil-kwistjonijiet u l-politiki tal-UE, u infurmati sew dwar temi topiċi Ewropej. Huma jistgħu jservu ta’ interfaċċa bejn iċ-ċittadini u l-UE sabiex jinfurmaw liċ-ċittadini u jwieġbu għall-mistoqsijiet tagħhom. Dan jgħin biex jerġa’ jgħaqqad lill-UE maċ-ċittadini tagħha, biex iqanqal l-interess taċ-ċittadini fi kwistjonijiet Ewropej u biex jingħataw tweġibiet għall-mistoqsijiet taċ-ċittadini billi jippromwovi l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u s-sens ta’ appartenenza.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ bi pjaċir il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-QFP li jinkludi Titolu II dwar l-investiment fil-kapital uman, il-koeżjoni soċjali u l-valuri; ifakkar li dan il-kunċett kien diġà ġie ppreżentat mill-KtR fir-rapport dwar l-Erasmus għar-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali;

2.

jilqa’ bi pjaċir il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri. It-tliet objettivi tal-Programm huma importanti ferm għal-livelli kollha tal-gvern u huma konformi mal-opinjonijiet li l-KtR diġà ta f’diversi rapporti u fil-programm ta’ ħidma tiegħu;

3.

jinnota b’dispjaċir, madankollu, in-nuqqas tat-terminu “ċittadinanza” fit-titolu tal-fond għad li dan il-kunċett jinsab fil-qalba tal-azzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-partijiet interessati, b’mod partikolari f’kuntest ta’ nuqqas ta’ fiduċja, kemm fl-Istati Membri u bejniethom, kif ukoll lejn l-Ewropa u ta’ żieda fl-estremiżmu, kif jenfasizza t-test tal-Kummissjoni;

4.

jappoġġja u jaqbel bis-sħiħ mal-objettivi tal-Kummissjoni fil-ġlieda kontra l-vjolenza, fil-promozzjoni tad-drittijiet Ewropej mingħajr diskriminazzjoni, b’mod partikolari kontra l-persuni b’diżabilità, fl-ugwaljanza bejn is-sessi u fil-promozzjoni tad-dritt għall-ħajja privata. Il-KtR jixtieq li jiġu implimentati azzjonijiet speċifiċi għall-ugwaljanza bejn is-sessi u li jikkumbattu d-diskriminazzjoni u l-vjolenza minħabba differenza ta’ sess;

5.

jilqa’ bi pjaċir il-proposta tal-Kummissjoni li tiġbor f’fond konġunt il-Programmi dwar id-Drittijiet u l-Valuri u dwar il-Ġustizzja u b’hekk tissemplifika l-proċeduri u ttejjeb il-viżibbiltà tagħhom kif ukoll il-flessibbiltà baġitarja permessa bejn il-Programmi;

6.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-bażi ġuridika ġdida li għażlet il-Kummissjoni; jenfasizza f’dan ir-rigward il-ħtieġa li jiġi applikat il-prinċipju ta’ “sussidjarjetà attiva” kif definit fir-rapport finali tat-Task Force dwar is-sussidjarjetà;

7.

jirrikonoxxi li l-proposti tal-Kummissjoni huma konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

8.

jinnota b’dispjaċir li l-ammonti allokati għal dan il-fond ma żdiedux minkejja ż-żieda fin-numru ta’ applikazzjonijiet u tal-ħtieġa ta’ aktar azzjoni; jitlob għalhekk għal żieda fil-pakkett globali għall-programm tad-Drittijiet u l-Valuri biex jilħaq EUR 1,1 biljun, li EUR 513-il miljun minnhom, jiġifieri euro għal kull ċittadin tal-UE, għandhom jiġu allokati għal attivitajiet ta’ ġemellaġġ u netwerking bejn iċ-ċittadini u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom ;

9.

jixtieq li tiġi stabbilita komunikazzjoni effikaċi biex jiġi żgurat li l-applikanti potenzjali kollha għall-programm ikunu konxji mill-possibbiltajiet ta’ finanzjament. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu infurmati direttament dwar l-azzjonijiet li jistgħu japplikaw għalihom, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini; Il-ħidma li diġà qed jitwettqu f’dan il-qasam miċ-ċentri affiljati in-netwerk Europe Direct tal-Kummissjoni jistgħu jkunu utli f’dan ir-rigward;

10.

ifakkar li, filwaqt li l-istituzzjonijiet Ewropej jitqiesu distanti u teknokratiċi, il-komunitajiet lokali u reġjonali, u allura r-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali, għadhom viċin iċ-ċittadini u għalhekk jirrappreżentaw konnessjoni diretta u effettiva bejn l-UE u ċ-ċittadini;

11.

Jenfasizza l-importanza li jiġi ċċarat min imexxi l-UE u jistieden lill-UE ssaħħaħ ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea bħala l-eżekuttiv supranazzjonali tal-Unjoni, soġġett għal skrutinju u kontroll demokratiku aktar b’saħħtu;

12.

iqis li l-iżvilupp ta’ sinerġiji u l-implimentazzjoni ta’ għodod innovattivi ġodda se jkunu essenzjali biex jittejbu l-viżibbiltà, l-effikaċja u s-segwitu ta’ dawn il-programmi; it-taħriġ u l-informazzjoni tar-rappreżentati eletti lokali u reġjonali jistgħu għalhekk ikollhom rwol fundamentali;

13.

jixtieq li l-proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera jitqiesu wkoll fil-Programm peress li jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni u l-organizzazzjonijiet ta’ Stati Membri differenti u jistimulaw, f’dan is-sens, is-sens komuni ta’ identità Ewropea;

14.

jitlob li jiġu inklużi forom ġodda innovattivi ta’ azzjoni fil-parti “Impenn u parteċipazzjoni taċ-ċittadini” b’mod partikolari għar-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali, pereżempju bl-iżvilupp ta’ programm ta’ taħriġ u ta’ mobbiltà tar-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali kif deskritt fir-rapport tal-KtR adottat fi Frar 2018;

15.

jixtieq ukoll li jiġi promoss netwerk ta’ “Korrispondenti Ewropa”, fuq il-mudell Awstrijak eżistenti, mill-istituzzjonijiet Ewropej b’konnessjoni mal-Istati Membri, biex jinforma lir-rappreżentanti eletti lokali dwar l-aħbarijiet Ewropej u jipprovdilhom it-tweġibiet li jistgħu jagħtu għall-aspettattivi taċ-ċittadini; dan se jgħin biex inaqqas id-distakk taċ-ċittadini minn mal-kwistjonijiet Ewropej;

16.

iqis li l-impenn tal-atturi differenti huwa s-soluzzjoni biex il-Programm jirnexxielu jilħaq l-għanijiet stabbiliti. Il-KtR jixtieq li tingħata prijorità għal approċċ fuq diversi livelli, minħabba li ħafna mill-attivitajiet previsti fil-Programm huma definiti u implimentati fil-livelli lokali u reġjonali u l-komunitajiet lokali u reġjonali jistgħu jibbenefikaw mill-fondi tal-Programm;

17.

jenfasizza li anki jekk il-kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni huma essenzjali, dawn mhumiex biżżejjed biex jiggarantixxu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini. Għandhom jiġu żviluppati strumenti effettivi li jippermettu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini; l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej huma eżempju fil-livell Ewropew u l-KtR għamel bosta rakkomandazzjonijiet fir-rapport adottat f’Marzu 2018 sabiex dan l-istrument ta’ parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-livell Ewropew jittejjeb;

18.

iqis ukoll li dawn il-kampanji ta’ informazzjoni għandhom jiffukaw fuq l-opportunitajiet fil-livell lokali. Huwa fil-fatt f’dan il-livell li ċ-ċittadini jistgħu jibdew l-involviment tagħhom f’materji li jaffettwawhom direttament fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom;

19.

se jinvolvi ruħu, flimkien mal-komunitajiet lokali u reġjonali, biex jippromovi b’mod partikolari d-drittijiet, l-impenn u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, biex iqajjem kuxjenza dwar il-kwistjonijiet ewlenin Ewropej u biex iżid is-sens ta’ appartenenza Ewropea. Il-KtR diġà implimenta azzjonijiet li jappoġġjaw l-objettivi tal-Programm, pereżempju, permezz ta’ aktar minn 180 dibattitu organizzati madwar l-Ewropa kollha permezz tal-Programm “Riflessjonijiet dwar l-Ewropa”. Dan juri x-xewqa ta’ ħafna ċittadini li jesprimu ruħhom dwar il-kwistjonijiet Ewropej u jinvolvu ruħhom fihom.

Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/210


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposta għal Direttiva dwar il-plastik li jintuża darba biss

(2018/C 461/17)

Relatur ġenerali:

Sirpa HERTELL (FI/PPE), Kunsillier tal-Belt ta’ Espoo

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

COM(2018) 340 final — 2018/0172 (COD)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu, u l-Artikolu 114 fir-rigward tal-imballaġġ kif definit taħt l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/62/KE,

Raġuni

Din l-emenda tirreferi għall-ewwel sentenza tal-preambolu. Din għandha l-għan li tiċċara l-istatus legali ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma kkunsidrati bħala imballaġġ f’din id-Direttiva proposta vis-à-vis d-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ adottata.

Emenda 2

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(11)

Għal ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, għad mhumiex disponibbli fil-pront alternattivi xierqa u aktar sostenibbli u l-konsum tal-biċċa l-kbira ta’ tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mistenni li jiżdied. Sabiex din ix-xejra tinbidel u jiġu promossi sforzi lejn soluzzjonijiet aktar sostenibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum ta’ dawk il-prodotti, mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-ikel, prattiki tal-iġjene tajba, prattiki tajba ta’ manifattura, l-informazzjoni għall-konsumatur, jew ir-rekwiżiti ta’ traċċabilità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar l-ikel tal-Unjoni.

(11)

Għal ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, għad mhumiex disponibbli fil-pront alternattivi xierqa u aktar sostenibbli u l-konsum tal-biċċa l-kbira ta’ tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mistenni li jiżdied. Sabiex din ix-xejra tinbidel u jiġu promossi sforzi lejn soluzzjonijiet aktar sostenibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62/KE, biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum ta’ dawk il-prodotti, mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-ikel, prattiki tal-iġjene tajba, prattiki tajba ta’ manifattura, l-informazzjoni għall-konsumatur, jew ir-rekwiżiti ta’ traċċabilità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar l-ikel tal-Unjoni. Qabel l-adozzjoni tat-tali miżuri, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jwettqu valutazzjoni tal-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali biex jiġi żgurat li l-miżuri huma proporzjonati u mhux diskriminatorji.

Raġuni

Din l-emenda għandha l-għan li tiżgura li l-miżuri implimentati fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali huma proporzjonati, mhux diskriminatorji u konsistenti mal-leġislazzjoni eżistenti tal-UE, inklużi d-Direttiva 2008/98/KE u d-Direttiva 94/62/KE.

Emenda 3

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li timpedixxi u tnaqqas l-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, b’mod partikolari l-ambjent akwatiku, u fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll biex tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b’mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi, u b’hekk tikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li timpedixxi u tnaqqas l-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent b’mod ġenerali , b’mod partikolari t-trasport tal-iskart tal-plastik lejn kwalunkwe ambjent akwatiku, inklużi l-ilma ħelu l-baħar mhux fond, kif ukoll fuq is-saħħa tal-bniedem jew il-ħajja tal-baħar, kif ukoll biex tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b’mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi, u b’hekk tikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.

Raġuni

Reċentement iż-żibel tal-plastik ġie rrapportat mhux biss f’ambjenti marittimi, iżda anke fl-ilma ħelu inklużi xmajjar u lagi. Is-sejbiet huma osservati f’kull ambjent, minn glaċieri fuq il-quċċata tal-muntanji għal nixxigħat jew xmajjar. Din hija indikazzjoni ċara li l-iskart tal-plastik huwa distribwit fin-natura permezz ta’ ħafna mekkaniżmi differenti, li ħafna minnhom mhux mifhuma sew.

L-ilma urban li jiskula, l-ilma mix-xita u l-borra li ddub, mhuwiex inkluż kif suppost. L-ilma urban li jiskula huwa problema dejjem tikber, minħabba li t-tisħin tal-klima qed iwassal għal xita estrema. Fiż-żoni Nordiċi, ir-rimi tal-borra fl-ibħra u l-lagi huwa wkoll wieħed mill-kawżi tal-plastik li jidher fis-sistemi akkwatiċi.

L-Ewropa għandha ħafna ekosistemi akkwatiċi sensittivi bħal xmajjar u lagi, u b’mod speċjali żewġ ekosistemi tal-baħar sensittivi ħafna, jiġifieri l-Baħar Baltiku u l-Baħar Mediterran.

Emenda 4

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fl-Anness u għall-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik.

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss b’mod speċjali dawk elenkati fl-Anness , jew b’mod ġenerali kwalunkwe oġġetti tal-plastik mhux degradabbli u mhux riutilizzabbli oħra li jitħallew fl-ambjent għal kwalunkwe raġuni, u għall-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik.

Raġuni

Huwa importanti ħafna li wieħed jifhem li minbarra polimeri fossili mhux degradabbli, hemm plastik degradabbli bbażat fuq il-fossili u plastik ibbażat fuq il-prodotti bijoloġiċi mhux degradabbli. Iż-żibel jifforma minn materjali mhux degradabbli li jitħallew fl-ambjent għal kwalunkwe raġuni. Is-soluzzjoni ewlenija għandha tkun li jinġabar il-materjal mhux riutilizzabbli kollu u li dan jiġi rriċiklat b’mod mekkaniku, kimiku jew permezz ta’ mezzi bijoteknoloġiċi. Il-prodotti jridu jiġu ddisinjati b’mod li jagħmel dan possibbli. Il-plastik mhux riutilizzabbli, meta jkun barra mis-sistema tal-ġbir, dejjem għandu l-potenzjal li jsir skart f’ekosistemi milwiema.

L-irkaptu tas-sajd huwa essenzjalment użat f’ambjenti akkwatiċi u jista’ jintilef b’mod aċċidentali anke meta jintuża kif suppost.

Il-proposta attwali tindirizza biss parti mill-kwistjoni taż-żibel tal-plastik fil-baħar. L-industriji tas-sajd jirkupraw, iżda l-attivitajiet ta’ tbaħħir u bil-jottijiet fiż-żoni tal-ibħra Ewropej għandhom ikunu kkontrollati u rregolati sew biex ikun hemm protezzjoni kontra r-rimi tal-iskart fil-baħar u għal immaniġġjar tal-iskart xieraq fuq ix-xatt. L-ibħra Baltiċi u tal-Mediterran huma partikolarment rilevanti minħabba t-turiżmu u għandhom ikunu soġġetti għal protezzjoni speċjali.

Emenda 5

Artikolu 3(3) (ġdid wara 3(2))

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(3)     plastik li jintuża darba biss, ħafna drabi msejjaħ ukoll plastik mhux riutilizzabbli, prodotti li huma ddisinjati biex jintużaw darba biss b’tul ta’ ħajja limitata, li jistgħu jiddiżintegraw f’ħafna komponenti individwali separati u jinkludu oġġetti maħsuba biex jintużaw darba biss qabel ma jintremew jew jiġu rriċiklati;

Raġuni

Ħafna materjali tal-plastik li jintużaw għal żmien twil huma prodotti li jintużaw darba biss, pereżempju tagħmir mediku jew iżolament termali tal-bini għalhekk huwa rakkomandabbli li jintuża t-terminu “plastik mhux riutilizzabbli” u fl-istess ħin tiġi definita l-ħajja mistennija tal-prodott; jew prodotti li jistgħu jiddiżintegraw pereżempju ġugarelli, tappijiet u għotjien tal-plastik, eċċ

Emenda 6

Artikolu 3(15) (ġdid wara 3(14))

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(15)     plastik degradabbli f’ambjenti akkwatiċi, polimeri naturali mmodifikati bijodegradabbli u polimeri sintetiċi mhumiex iddefiniti bħala “plastik”.

Raġuni

Il-materjali tal-plastik għandhom imġiba differenti ħafna fl-ambjent. Il-polimeri naturali huma mingħajr eċċezzjoni bijodegradabbli, filwaqt li ċerti polimeri sintetiċi huma bijodegradabbli wkoll. Skont l-ASTM D6002, il-plastik bijodegradabbli huwa dak li huwa kapaċi li jgħaddi minn dekompożizzjoni bijoloġika f’sit tal-kompost b’tali mod li l-materjal ma jkunx distingwibbli b’mod viżwali u jinqasam f’dijossidu tal-karbonju, ilma, komposti inorganiċi u bijomassa b’rata konsistenti ma’ materjali kompostabbli magħrufa.

Emenda 7

Artikolu 4(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma elenkati fil-Parti A tal-Anness fit-territorju tagħhom sa … [sitt snin wara d-data finali għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva].

1.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma elenkati fil-Parti A tal-Anness fit-territorju tagħhom sa … [sitt snin wara d-data finali għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva].

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-konsum, miżuri li jiżguraw li fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali, kien hemm id-disponibbiltà ta’ alternattivi riutilizzabbli għal dawk il-prodotti, strumenti ekonomiċi pereżempju li jiġi żgurat li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali. Dawk il-miżuri jistgħu jvarjaw, skont l-impatt ambjentali tal-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Dawk il-miżuri, proporzjonati u mhux diskriminatorji, jistgħu jinkludu miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-konsum, miżuri li jiżguraw li fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali, kien hemm id-disponibbiltà ta’ alternattivi riutilizzabbli għal dawk il-prodotti, strumenti ekonomiċi pereżempju li jiġi żgurat li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali. Dawk il-miżuri jistgħu jvarjaw, skont l-impatt ambjentali tal-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

 

L-Istati Membri jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom għandhom ikunu jistgħu jillimitaw l-użu ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss minbarra dawk elenkati fil-Parti A tal-Anness, fit-territorju tagħhom għal raġunijiet speċifiċi fiż-żoni limitati definiti sew, sabiex jiġu mħarsa l-aktar ekosistemi sensittivi, bijotipi speċifiċi bħal riżervi naturali, arċipelagi, delta tax-xmajjar jew l-ambjent Artiku naturali.

Raġuni

Is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali għall-2020 jinkludi bħala l-Għan Prijoritarju 1: “Li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni”. Dan huwa essenzjali fl-ekosistemi l-aktar sensittivi, inklużi dawk ta’ bijotipi speċifiċi u ekosistemi relatati, artijiet mistagħdra u ilmijiet mhux fondi, żoni muntanjużi u ambjenti naturali Nordiċi, b’mod speċjali ambjenti Artiċi.

Ir-referenza għall-Artikolu 18 tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u tal-Iskart mill-Imballaġġ 94/62/KE għandha tiżgura koerenza bejn id-Direttiva diġà adottata u din il-proposta. Il-miżuri adottati mill-Istati Membri għandhom ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji.

Emenda 8

Artikolu 4(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma elenkati fil-Parti A tal-Anness fit-territorju tagħhom sa … [sitt snin wara d-data finali għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva].

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma elenkati fil-Parti A tal-Anness fit-territorju tagħhom sa … [sitt snin wara d-data finali għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva].

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-konsum, miżuri li jiżguraw li fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali, kien hemm id-disponibbiltà ta’ alternattivi riutilizzabbli għal dawk il-prodotti, strumenti ekonomiċi pereżempju li jiġi żgurat li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali. Dawk il-miżuri jistgħu jvarjaw, skont l-impatt ambjentali tal-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-konsum, miżuri li jiżguraw li fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali, kien hemm id-disponibbiltà ta’ alternattivi riutilizzabbli għal dawk il-prodotti, strumenti ekonomiċi pereżempju li jiġi żgurat li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali. Dawk il-miżuri jistgħu jvarjaw, skont l-impatt ambjentali tal-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

 

L-Istati Membri għandhom jistimulaw b’mod attiv l-innovazzjoni u l-investiment bil-ħsieb ta’ soluzzjonijiet ċirkolari biex jiġi appoġġjat il-potenzjal għal tkabbir fit-turiżmu u l-ekonomija blu.

Raġuni

Is-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet dwar l-iskart tal-plastik mhux riutilizzabbli, u r-riċiklaġġ tal-plastik b’mod ġenerali, huma parti mill-Istrateġija dwar il-Plastik biex jiġu stimulati l-innovazzjoni u l-investiment bil-ħsieb ta’ soluzzjonijiet ċirkolari, li jinkludu l-finanzjament tar-riċerka tal-UE fil-kuntest tal-Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej. Ir-riċerka u l-iżvilupp mhumiex biżżejjed, madankollu: hemm ukoll il-ħtieġa diretta għall-finanzjament tal-pilotaġġ u d-dimostrazzjoni.

L-Istrateġija tal-2017 “Lejn ir-reġjuni ultraperiferiċi” tirrikonoxxi l-potenzjal tagħhom għat-tkabbir fit-turiżmu u l-ekonomija blu kif ukoll l-ekonomija ċirkolari. Dan huwa validu għar-reġjuni marittimi Ewropej kollha u għandu jinkludi wkoll żoni ta’ lagi ewlenin.

Emenda 9

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex, sal-2025, jiġbru b’mod separat, ammont ta’ skart tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness li jammonta għal 90 % tat-tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, imqiegħda fis-suq f’sena partikolari skont il-piż. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu inter alia:

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex, sal-2025, jiġbru b’mod separat, ammont ta’ skart tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness li jammonta għal 90 % tat-tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, imqiegħda fis-suq f’sena partikolari skont il-piż. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu inter alia:

(a)

jistabbilixxu skemi tar-rimborż tad-depożitu, jew

(a)

jistabbilixxu skemi ta’ rifużjoni tad-depożitu, sabiex tiġi eżaminata l-possibbiltà ta’ koordinazzjoni jew ta’ armonizzazzjoni ta’ skemi bħal dawn fil-livell tal-UE, jew

(b)

jistabbilixxu miri tal-ġbir separat għall-iskemi rilevanti ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur.

(b)

jistabbilixxu miri separati ta’ ġbir għal skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur rilevanti inklużi, fejn rilevanti, inċentivi għal meta jinqabżu l-miri.

 

(c)

f’konformitá mal-ġerarkija tal-iskart jirkupraw parti mill-iskart tal-plastik, b’mod kimiku fil-forma ta’ polimeri, monomeri jew prodotti kimiċi oħra jew enerġija permezz ta’ kombustjoni kkontrollata.

 

Il-kombustjoni kkontrollata hija ppreferuta meta l-plastik ma jistax jiġi rkuprat b’modi oħra bi spiża raġonevoli jew meta r-riċiklaġġ iwassal għal marka tal-karbonju akbar mill-kombustjoni.

Raġuni

Skemi ta’ depożitu ġodda jistgħu jkunu pass importanti fl-indirizzar ta’ din il-problema, iżda kull fejn ikun possibbli għandhom jiġu kkoordinati fil-livell tal-UE.

Sistema ta’ miri fissi għal ġbir separat għandha dejjem tinkludi wkoll bonus speċjali għal reġjuni jew awtoritajiet lokali li jixtiequ jmorru lil hinn mill-miri, biex jiġi evitat li l-iffissar ta’ miri jiskoraġġixxi lil dawk l-aktar avvanzati.

Madankollu, f’ċerti każijiet, huwa neċessarju li tiġi rkuprata parti mill-iskart tal-plastik b’mod kimiku fil-forma ta’ polimeri, monomeri jew prodotti kimiċi oħra jew enerġija permezz ta’ kombustjoni kkontrollata.

Emenda 10

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw lill-konsumaturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti G tal-Anness u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik dwar dawn li ġejjin:

L-Istati Membri f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jieħdu l- miżuri neċessarji biex jinfurmaw lill-konsumaturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti G tal-Anness u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik dwar dawn li ġejjin:

(a)

is-sistemi disponibbli għall-użu mill-ġdid u l-għażliet għall-ġestjoni tal-iskart għal dawk il-prodotti u għal dak l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik kif ukoll l-aqwa prattiki tal-ġestjoni tajba tal-iskart imwettqa skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(a)

is-sistemi disponibbli għall-użu mill-ġdid u l-għażliet għall-ġestjoni tal-iskart għal dawk il-prodotti u għal dak l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik kif ukoll l-aqwa prattiki tal-ġestjoni tajba tal-iskart imwettqa skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(b)

l-impatt tat-tixrid taż-żibel u ta’ rimi ieħor inadegwat tal-iskart ta’ dawk il-prodotti u ta’ dak l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik, u b’mod partikolari fuq l-ambjent marin.

(b)

l-impatt tat-tixrid taż-żibel u ta’ rimi ieħor inadegwat tal-iskart ta’ dawk il-prodotti u ta’ dak l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik, u b’mod partikolari fuq l-ambjent marin.

Raġuni

Ir-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġbir u l-ġestjoni tal-iskart jeħtieġ li jiġi kkunsidrat fil-miżuri ta’ sensibilizzazzjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri.

Emenda 11

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-miżuri meħuda biex jittrasponu u jimplimentaw din id-Direttiva jiffurmaw parti integrali minnha u li jkunu konsistenti mal-programmi tagħha ta’ miżuri stabbiliti skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/56/KE għal dawk l-Istati Membri li għandhom ilmijiet marini, il-programmi ta’ miżuri stabbiliti skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE, il-programmi tal-ġestjoni tal-iskart u tal-prevenzjoni tal-iskart stabbiliti skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE u l-pjanijiet tal-akkoljenza u tal-ġestjoni tal-iskart stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-iskart mill-bastimenti.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-miżuri meħuda biex jittrasponu u jimplimentaw din id-Direttiva jiffurmaw parti integrali minnha u li jkunu konsistenti mal-programmi tagħha ta’ miżuri stabbiliti skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/56/KE għal dawk l-Istati Membri li għandhom ilmijiet marini, il-programmi ta’ miżuri stabbiliti skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE, il-programmi tal-ġestjoni tal-iskart u tal-prevenzjoni tal-iskart stabbiliti skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE u l-pjanijiet tal-akkoljenza u tal-ġestjoni tal-iskart stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-iskart mill-bastimenti.

Il-miżuri li jieħdu l-Istati Membri biex jittrasponu u jimplimentaw l-Artikoli 4 sa 9 għandhom jikkonformaw mal- liġi tal-ikel tal-Unjoni biex jiżguraw li l-iġjene tal-ikel u s-sikurezza tal- ikel ma jiġux kompromessi.

Il-miżuri li jieħdu l-Istati Membri biex jittrasponu u jimplimentaw l-Artikoli 4 sa 9 għandhom jikkonformaw mal- liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur u tal-ikel tal-Unjoni biex jiżguraw li l-iġjene tal-ikel u  s-sikurezza tal-konsumatur ma jiġux kompromessi.

Raġuni

Huwa vitali li jkun żgurat li l-funzjonalità tal-imballaġġ u r-rwol kritiku li taqdi fl-istandards għoljin ta’ iġjene tal-ikel, is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa pubblika u l-protezzjoni tal-konsumatur ma jiġux kompromessi.

Emenda 12

Artikolu 15(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

2.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill- Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Raġuni

Din id-Direttiva hija ta’ importanza kbira għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’mod partikolari għar-rwol tagħhom fil-ġbir u l-ġestjoni tal-iskart. Hemm bżonn li l-Kumitat tar-Reġjuni jiġi inkluż fil-valutazzjoni u l-proċess ta’ reviżjoni.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

B’mod ġenerali

1.

jissottolinja li l-plastik fil-ħafna applikazzjonijiet tiegħu huwa importanti ħafna għas-soċjetà moderna u li qed jittejbu s-sigurtà u l-effiċjenza tiegħu. Fl-istess ħin, l-iżvantaġġi tal-iskart tal-plastik saru ovvji ħafna u jinħtieġu tentattivi sodi biex tiġi indirizzata l-problema;

2.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, filwaqt li jinnota li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha huwa pjuttost ristrett. Minflok li sempliċement jiġu elenkati u pprojbiti numru limitat ta’ oġġetti tal-plastik li jinsabu fuq xatt il-baħar, hemm bżonn ta’ approċċ aktar olistiku fit-tul kif previst fl-Istrateġija tal-UE dwar il-Plastik u fl-Istrateġija tal-UE dwar l-Ekonomija Ċirkolari sabiex jiġu promossi l-bidliet fundamentali li huma meħtieġa biex tiġi indirizzata din il-problema li tkopri l-ambjenti kollha. Hemm bżonn ukoll ta’ koerenza wiesgħa tal-politiki mal-Pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari;

3.

f’dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta valutazzjoni tal-impatt komprensiva li tiddeskrivi b’mod ċar l-implikazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali tal-miżuri proposti;

4.

jitlob li d-definizzjonijiet għal “plastik” u “prodott tal-plastik li jintuża darba biss” jiġu ċċarati aktar, b’mod partikolari d-definizzjoni “prodott tal-plastik li jintuża darba biss”, li huwa prodott magħmul kompletament jew parzjalment mill-plastik. Id-definizzjoni tal-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata (IUPAC) hija rakkomandabbli hawnhekk;

5.

jinnota li l-leġislazzjoni Ewropea għamlitha illegali li l-iskart tal-plastik jiġi mormi f’landfills. Madankollu, sakemm ma jiġux żviluppati b’mod rapidu teknoloġiji u rotot ġodda għar-riċiklaġġ tal-plastik, hemm periklu li l-projbizzjoni żżid it-trasport tal-iskart tal-plastik lejn pajjiżi terzi, fejn sistemi tal-immaniġġjar tal-iskart anqas żviluppati u produzzjoni inadegwata tar-riċiklaġġ tal-plastik jistgħu jżidu l-iskart tal-plastik marittimu;

6.

jissottolinja li l-Istrateġija tal-UE dwar il-Plastik diġà tinkludi miżuri speċifiċi dwar il-mikroplastiċi, li huma marbuta wkoll mal-iskart tal-plastik;

7.

itenni t-talba li jitnaqqas it-tixrid taż-żibel tal-plastik f’kull aspett, sabiex jiġu mħarsa mhux biss l-ambjenti marittimi iżda anke l-ekosistemi b’mod ġenerali. Huwa essenzjali li jiżdiedu l-irkupru u r-riċiklaġġ tal-plastik, b’mod konformi mal-ġerarkija tal-iskart;

Konsistenza mal-politika eżistenti

8.

jenfasizza li l-plastik jintuża f’diversi applikazzjonijiet, fejn jillimita u jipprevjeni telf ieħor, eż. l-imballaġġ tal-ikel użat sabiex jitnaqqas it-telf nutrizzjonali kwalitattiv u kwantitattiv;

9.

jinnota li l-politika tal-UE dwar il-plastik tipproponi l-plastik bijodegrabbli bħala alternattiva għar-riċiklaġġ mekkaniku u kimiku meta jsolvi problemi relatati mal-kontaminazzjoni. F’dan il-każ, il-kartun għandu jintuża dejjem aktar bħala alternattiva;

10.

jindika li d-Direttiva Qafas tal-UE dwar l-Istrateġija Marina tirrikjedi li sal-2020 l-Istati Membri jilħqu Status Ambjentali Tajjeb tal-ilmijiet marini tagħhom. Ir-rekwiżiti huma, b’mod speċjali, rigorużi għal ekosistemi sensittivi, bħal sistemi akkwatiċi mhux fondi u Nordiċi, minħabba s-sensittività ta’ dawn l-ambjenti naturali u l-irkupru kajman tagħhom mill-istress. Id-direttiva għandha tiġi estiża biex tinkludi l-ekosistemi akkwatiċi kollha;

11.

jenfasizza li f’konformità mad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi, impjanti tat-trattament tal-iskart moderni jaqbdu b’mod effettiv kontaminanti makroplastiċi, u jitlob li din it-teknoloġija tiġi applikata b’mod konsistenti fl-Ewropa kollha. Fl-istess ħin, il-mulch prodott mill-ħama tat-trattament tal-ilma mormi jippreżenta riskju ta’ skart tal-mikroplastik. Għandhom jiġu żviluppati aktar modi ta’ frazzjonament tal-iskart tal-plastik mill-mulch artifiċjali;

12.

jinsab konvint li l-ilmijiet urbani li jiskulaw, id-drenaġġ tal-ilma tax-xita u l-borra li ddub iridu jiġu kkunsidrati fil-proposta. Minħabba x-xita estrema li tirriżulta mit-tisħin tal-klima, ir-rimi tal-borra fl-ibħra u l-lagi għandu jiġi pprojbit;

13.

jindika li l-proposta attwali tindirizza biss parti mill-kwistjoni taż-żibel tal-plastik fil-baħar. Attivitajiet ta’ tbaħħir u bil-jottijiet fl-ibħra Ewropej għandhom jiġu kkontrollati u rregolati sew sabiex jiġi evitat ir-rimi tal-iskart fl-ibħra u jiġi żgurat l-immaniġġjar tal-iskart fuq ix-xatt, b’mod speċjali fl-ibħra Baltiċi u tal-Mediterran;

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva) u proporzjonalità

14.

jinnota li l-problema tat-tniġġis tal-plastik u taż-żibel fil-baħar hija fin-natura tagħha problema transfruntiera u għalhekk ma tistax tiġi indirizzata b’mod iżolat mill-Istati Membri li jaqsmu bejniethom l-istess ibħra u passaġġi tal-ilma. Għal din ir-raġuni, u wkoll minħabba l-ħtieġa li tkun evitata frammentazzjoni tas-suq uniku, il-KtR huwa tal-fehma li l-proposta attwali tirrappreżenta valur miżjud ġenwin fil-livell tal-UE u hija konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

15.

jissottolinja li l-problema għandha tiġi indirizzata f’ras il-għajn u għandha tiġi solvuta billi jitnaqqas l-iskart tal-plastik mhux degradabbli li jidħol fl-ekonomija. F’każijiet fejn, madankollu, jinħtieġ li jiġu indirizzati problemi iżjed downstream fil-proċess, pereżempju, meta l-impjanti muniċipali u reġjonali tat-trattament tal-ilma mormi jeħtiġilhom jittrattaw il-mikroplastik, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet għandhom jiġu kkumpensati b’mod sħiħ għall-ispiża ta’ dawn il-miżuri, u l-ispejjeż għandhom jiġġarrbu mill-produtturi;

16.

jinsab konvint li r-riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik għandu jiġi organizzat viċin ta’ fejn ikun intrema l-iskart sabiex jiġi evitat it-trasport;

17.

jitlob tibdil fid-disinn tal-prodotti u bidla lejn plastik u sostituti għall-plastik aktar sostenibbli. Minħabba r-riskju tal-frammentazzjoni tas-suq, l-Istati Membri għandhom jaqblu dwar sistema ta’ depożitu komuni għall-imballaġġ tal-iskart, b’mod speċjali għall-imballaġġ tal-likwidi. Fil-każ ta’ għotjien u tappijiet għal kontenituri tax-xorb tal-plastik, ikun rakkomandabbli li jintużaw soluzzjonijiet ibbażati fuq fibri riċiklabbli. Fil-każ ta’ oġġetti mhux riutilizzabbli, b’mod speċjali fi prodotti tal-iġjene personali, l-UE għandha tippromovi alternattivi bijodegradabbli;

18.

jappoġġja l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, inkluż għal irkaptu tas-sajd, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati soluzzjonijiet ġodda għal irkaptu tas-sajd ambjentalment sikuri, inklużi alternattivi bijodegradabbli affordabbli, u, fejn possibbli, it-tagħmir ta’ xbieki b’teknoloġija tat-traċċar u li l-istabbiliment ta’ sistema ta’ rappurtar diġitali għal rkaptu mitluf;

19.

jenfasizza li minħabba d-differenzi bejn l-Istati Membri u l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart tagħhom, neħtieġu aktar flessibbiltà rigward il-metodi l-aktar xierqa għall-immaniġġjar tal-plastik mhux riċiklabbli kollu. Jenħtieġ li tkun żviluppata sistema għall-ġbir tal-iskart tal-plastik li taċċetta kwalunkwe skart tal-plastik prodott matul l-attivitajiet kummerċjali fuq il-baħar jew miġbura fl-ambjent marittimu sabiex jiġi evitat ir-rimi tal-iskart lil hinn mill-kosta;

Il-miżuri proposti

20.

jappoġġja l-erba’ opzjonijiet jew xenarji ppreżentati fid-dokument. Kampanji ta’ informazzjoni, azzjonijiet volontarji u tikkettar jistgħu jżidu s-sensibilizzazzjoni ġenerali u b’hekk jinfluwenzaw l-imġiba tal-konsumatur. Il-mistoqsija hija jekk dan waħdu hux se jbiddel l-imġiba attwali ta’ persuni fuq terminu twil, li hija l-qofol tal-problema;

21.

jipproponi li jitqiesu l-miżuri li ġejjin:

a.

ir-rekwiżiti tat-tikkettar huma importanti biex il-konsumaturi jiġu infurmati dwar operazzjonijiet tar-rimi tal-iskart xierqa jew metodi tar-rimi li għandhom jiġu evitati (b’mod speċjali prodotti tal-fibri mhux riutilizzabbli bħal wet wipes), iżda jinħtieġ appoġġ attiv għall-iżvilupp ta’ alternattivi ambjentalment sostenibbli, bħal prodotti mhux minsuġa bijodegradabbli;

b.

ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq tal-plastik li jintuża darba biss b’alternattivi faċilment disponibbli għandhom ikunu b’mod sinifikanti aktar estiżi minn dawk proposti u għandom jinkludu aktar oġġetti mhux riutilizzabbli minbarra eż. straws;

c.

għandhom jissaħħu l-miri ġenerali tat-tnaqqis, b’mod speċjali għall-imballaġġ tal-catering (imballaġġ użat għall-forniment tal-ikel ta’ malajr, eż. tazzi tax-xorb, kontenituri tal-ikel), b’rakkomandazzjonijiet għal alternattivi riċiklabbli u bijodegradabbli, filwaqt li l-Istati Membri jitħallew jadottaw il-miżuri tagħhom stess biex jiksbu t-tnaqqis;

d.

l-impenn minn bejjiegħa bl-imnut biex jiġi mminimizzat il-bejgħ tal-plastik mhux riutilizzabbli abbażi ta’ ftehimiet vinkolanti jista’ jiġi offrut bħala alternattiva għar-responsabbiltà estiża tal-produtturi għall-oġġetti kollha li ma jaqgħux taħt il-miżura tar-restrizzjoni tas-suq;

e.

meta l-użu tal-plastik ikun essenzjali fil-produzzjoni primarja tal-ikel (eż. l-irkaptu tas-sajd u l-folji tal-plastik agrikoli), għandhom jiġu pprovduti soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda biex il-materjal jinġabar wara kull użu u għandhom jiġu offruti inċentivi finanzjarji għar-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid;

f.

il-miżuri tad-disinn tal-prodott għandhom jiġu estiżi wkoll għad-disinnjar relatat mal-funzjonalità tal-prodott, kif diġà huwa l-każ f’diversi Stati Membri (eż. fliexken tax-xorb b’tappijiet imwaħħlin).

22.

jitlob li d-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ, li tistabbilixxi objettivi għat-tnaqqis tal-konsum għall-basktijiet tal-plastik ħfief, inklużi l-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, tiġi estiża għall-materjali tal-imballaġġ ħfief kollha magħmulin minn materjali mhux degradabbli;

23.

jipproponi li l-irkaptu tas-sajd ikun jista’ jinkera b’kumpanija separata li tkun responsabbli għall-ġbir u r-riċiklaġġ tal-materjal. Jistgħu jiġu żviluppati miżuri tekniċi biex jiġi identifikat u misjub irkaptu tas-sajd mitluf;

24.

jenfasizza li l-imballaġġ tal-prodotti mibjugħin b’kisi polimeriku li ma jimteliex fil-punt tal-bejgħ, bħall-kartuni tal-ħalib, m’għandux jiġi kopert mid-definizzjoni ta’ prodott tal-plastik li jintuża darba biss.

Idoneità regolatorja u semplifikazzjoni

25.

jitlob inċentivi u miżuri ta’ appoġġ għal aktar minn 50 000 SME fis-settur tal-plastik biex jiġu żviluppati prodotti alternattivi għall-plastik mhux riutilizzabbli u mhux degradabbli. Huwa importanti li jiġi ffaċilitat id-dħul fis-suq ta’ materjali alternattivi ġodda u disinji tal-prodotti alternattivi permezz ta’ programmi ta’ innovazzjoni u appoġġ ta’ investiment għall-modifika tal-proċess;

26.

jemmen li għandhom jiġu promossi ftehimiet volontarji tal-bejjiegħ bl-imnut biex jiġi limitat il-bejgħ tal-oġġetti tal-plastik mhux riutilizzabbli sakemm l-implimentazzjoni u l-effettività tagħhom jistgħu jiġu mmonitorjati kif xieraq;

27.

iqis li huwa meħtieġ li jkun hemm restrizzjonijiet fis-suq fuq oġġetti tal-plastik mhux riutilizzabbli importati fl-UE;

Implikazzjonijiet għall-baġit

28.

jenfasizza li l-inċentivi, l-appoġġ għall-iżvilupp u l-kontroll imsaħħaħ, kif ukoll l-attivitajiet għat-tindif tal-iskart tal-plastik mhux riutilizzabbli, għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta’ taxxi fuq l-importazzjoni u fuq il-manifattura ta’ materjali tal-plastik mhux riutilizzabbli.

Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/220


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Portijiet Nodfa, Ibħra Nodfa — il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti

(2018/C 461/18)

Relatur:

Spyros SPYRIDON (EL/PPE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Poros

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti, li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u d-Direttiva 2010/65/UE

COM(2018) 33 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Artikolu 5(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jevalwaw u japprovaw il-pjan tal-akkoljenza u t-tqandil tal-iskart, jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tiegħu u jiżguraw l-approvazzjoni mill-ġdid mill-inqas kull tliet snin wara li jkun ġie approvat jew approvat mill-ġdid u wara li jkunu seħħew bidliet sinifikanti fit-tħaddim tal-port. Dawn il-bidliet għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, bidliet strutturali fit-traffiku lejn il-port, l-iżvilupp ta’ infrastruttura ġdida, bidliet fid-domanda u l-provvista ta’ faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, u tekniki ġodda tat-trattament abbord.

L-Istati Membri għandhom jevalwaw u japprovaw il-pjan tal-akkoljenza u t-tqandil tal-iskart, jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tiegħu u jiżguraw l-approvazzjoni mill-ġdid mill-inqas kull ħames snin wara li jkun ġie approvat jew approvat mill-ġdid u wara li jkunu seħħew bidliet sinifikanti fit-tħaddim tal-port. Dawn il-bidliet għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, bidliet strutturali fit-traffiku lejn il-port, l-iżvilupp ta’ infrastruttura ġdida, bidliet fid-domanda u l-provvista ta’ faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, u tekniki ġodda tat-trattament abbord.

Raġuni

L-estensjoni tal-perjodu ta’ reviżjoni se jgħin lill-portijiet biex jevalwaw aħjar l-effettività tal-pjan fl-applikazzjoni. Tibqa’ l-possibbiltà għal aġġustamenti preċedenti u reviżjoni fil-każ ta’tibdil sinifikanti. L-emenda hija konformi mad-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa fil-Parlament u l-Kunsill.

Emenda 2

Artikolu 7(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinżamm abbord għal tal-anqas sentejn u għandha tkun disponibbli fuq talba mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinżamm għal referenza għal tal-anqas sentejn u għandha tkun disponibbli fuq talba mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Raġuni

L-UE għandha tevita li jinħolqu ostakoli burokratiċi fejn ma jkunx meħtieġ. L-irċevuta maħruġa għall-vapur tista’ tinħażen f’format elettroniku bħala kopja skennjata fuq bastimenti.

Emenda 3

Artikolu 8(4)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

It-tariffi jistgħu ivarjaw rigward, fost ħwejjeġ oħra, il-kategorija, it-tip u d-daqs tal-bastiment u t-tip ta’ traffiku li l-bastiment ikun involut fih, kif ukoll fir-rigward ta’ servizzi pprovduti barra l-ħin normali tal-ħidma fil-port.

It-tariffi jistgħu jvarjaw rigward, fost ħwejjeġ oħra, il-kategorija, it-tip u d-daqs tal-bastiment u t-tip ta’ attività u traffiku li l-bastiment ikun involut fih, kif ukoll fir-rigward ta’ servizzi pprovduti barra l-ħin normali tal-ħidma fil-port.

Raġuni

L-emenda tagħmilha aktar faċli biex jiġu introdotti eżenzjonijiet għal trasport marittimu fuq distanzi qosra (eż. vapuri ro-ro). Dawn il-vapuri jservu l-istess portijiet b’mod regolari, iżda jvarjaw minn dawk li joperaw linji skedati jiġifieri mhux bilfors ikollhom rotta speċifika. Il-ħolqien ta’ distinzjoni bejn it-tariffi b’mod espliċitu se jibqa’ impossibbli, kemm taħt l-iskema attwali kif ukoll taħt dik li qiegħda tiġi diskussa.

Il-proposta tkopri wkoll il-bastimenti ta’ appoġġ li joperaw fil-portijiet.

Emenda 4

Artikolu 8(6)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Sabiex jiġi żgurat illi l-imposti huma xierqa, trasparenti, mhux diskriminatorji u li jirriflettu l-ispejjeż tal-faċilitajiet u tas-servizzi magħmula disponibbli u, fejn xieraq, użati, l-ammont tal-imposti u l-bażi li fuqhom kienu kkalkolati għandhom ikunu disponibbli għall-utenti tal-portijiet.

Sabiex jiġi żgurat illi l-imposti huma xierqa, trasparenti, mhux diskriminatorji u li jirriflettu l-ispejjeż tal-faċilitajiet u tas-servizzi magħmula disponibbli, u fejn hu adegwat, użati, inklużi, b’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, spejjeż ta’ kumpens li ma jistgħux jaqbżu l-ispejjeż rilevanti u profitt raġonevoli mingħajr kumpens żejjed , l-ammont tal-imposti u l-bażi li fuqhom kienu kkalkolati għandhom ikunu disponibbli għall-utenti tal-portijiet.

Raġuni

L-emenda tagħmilha kompletament ċara li l-attività tal-akkoljenza u tal-immaniġġjar tal-iskart, li hija obbligatorja għall-portijiet kif ukoll għall-vapuri, huwa servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. Id-dispożizzjoni tenfasizza d-dimensjoni ambjentali tal-attività.

Emenda 5

Artikolu 12(3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri għal spezzjonijiet ta’ bastimenti tas-sajd ta’ inqas minn 100 tunnellata gross kif ukoll għal opri tal-baħar għar-rikreazzjoni ta’ inqas minn 100 tunnellata gross, li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri semplifikati għal spezzjonijiet ta’ bastimenti tas-sajd ta’ inqas minn 100 tunnellata gross kif ukoll għal opri tal-baħar għar-rikreazzjoni ta’ inqas minn 100 tunnellata gross, li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva u mal-prinċipju tal-proporzjonalità .

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

L-attività marittima hija parti integrali mill-ekonomija ċirkolari

1.

Jilqa’ l-komunikazzjoni u l-istrateġija tal-Kummissjoni dwar l-ekonomija ċirkolari. Il-promozzjoni ta’ sensibilizzazzjoni ambjentali pubblika u korporattiva u l-implimentazzjoni ta’ politiki speċifiċi biex jitnaqqas l-iskart u biex il-prodotti u l-materjali jintużaw mill-ġdid se jikkontribwixxu għal żvilupp sostenibbli.

2.

Għalhekk, bi pjaċir jinnota li din id-direttiva ġiet inkluża fl-istrateġija dwar l-ekonomija ċirkolari. Għalkemm it-tniġġis marittimu jiġi kkawżat primarjament minn attivitajiet bbażati fuq l-art, ma għandniex ninjoraw il-fatt li dan huwa wkoll ir-riżultat tal-attività tal-bniedem fuq il-baħar.

3.

Itenni li l-Konvenzjoni MARPOL tistabbilixxi l-qafas għall-immaniġġjar tal-iskart prodott mill-vapuri, iżda ma tinkludix mekkaniżmi ta’ infurzar. Għalhekk, din id-direttiva ġġib il-leġislazzjoni Ewropea konformi mal-obbligi tat-trattati internazzjonali, filwaqt li tiċċara d-data prattika, legali u ekonomika u l-obbligi dwar l-aċċess għall-vapuri fil-portijiet tal-UE.

4.

Jiddispjaċih li s’issa l-Istati Membri interpretaw id-dispożizzjonijiet tad-direttiva preċedenti b’mod differenti, li rriżulta f’ambigwitajiet għall-utenti, għall-awtoritajiet tal-port u għall-faċilitajiet ta’ akkoljenza.

5.

jenfasizza li issa l-isfida hija li jinħolqu inċentivi biex l-iskart jitwassal fil-portijiet, mingħajr ma jitpoġġa piż finanzjarju sproporzjonat fuq il-vapuri jew mingħajr ma jiġu introdotti proċeduri addizzjonali amministrattivi.

6.

Jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni għall-immaniġġjar sod tal-iskart tal-vapuri fuq l-art, li huwa pass importanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-protezzjoni ambjentali.

7.

Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li titnaqqas il-produzzjoni tal-iskart tal-plastik u li tiġi promossa l-ekonomija ċirkolari.

8.

Għalhekk, jenfasizza li l-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari abbord il-vapuri hija ta’ importanza partikolari. Dan se jeżiġi li l-ekwipaġġ u l-passiġġieri jitħarrġu dwar kif jisseparaw l-iskart u kif jisseparaw l-iskart b’mod korrett. It-taħriġ u l-ġbir separat huma l-passi preliminari għall-użu mill-ġdid tal-prodott u jinvolvu spejjeż, ħaġa li għandha titqies fl-ipprezzar tas-servizzi tal-port.

9.

Sabiex jitjieb l-immaniġġjar tal-iskart tal-vapuri u tiġi promossa l-ekonomija ċirkolari, huwa importanti li l-kumpaniji tat-tbaħħir jingħataw il-possibbiltà li jagħżlu d-ditti li se jkunu inkarigati mill-akkoljenza tal-iskart minn katalgu ta’ ditti ċċertifikati għal dan il-għan.

Dimensjoni reġjonali importanti tad-direttiva

10.

Biex tiġi implimentata d-direttiva l-ġdida se jkunu meħtieġa aktar minn 700 port fl-UE. Kull sena, jidħlu madwar 750 000 vapur f’dawn il-portijiet, mill-Istati Membri kollha. Il-fatt li dawn il-vapuri jipproduċu bejn ħames u seba’ miljun tunnellata ta’ fdalijiet żejtnin u aktar minn miljun tunnellata ta’ skart solidu kull sena għandu jiġi indirizzat.

11.

Jinnota l-impatt potenzjali tad-direttiva l-ġdida fuq il-portijiet reġjonali, b’mod partikolari fiż-żoni l-aktar imbiegħda u f’żoni li jmissu ma’ portijiet ta’ pajjiżi terzi li mhux se jkunu koperti bid-direttiva. Bħala eżempju, l-ispiża tal-iżvilupp tal-infrastruttura meħtieġa, il-pagament ta’ tariffa obbligatorja u l-konsenja obbligatorja ta’ skart se jżidu l-ispejjeż amministrattivi tal-portijiet, l-ispejjeż li se jgħaddu għall-utenti, u b’hekk se jaffettwaw il-kompetittività, b’mod partikolari fil-każ tal-portijiet reġjonali.

12.

Jinnota li kieku kull Stat Membru kellu l-libertà li jfassal is-sistema ta’ tariffi, dan jista’ jwassal għal diskriminazzjoni reġjonali rigward ir-responsabbiltà għal riċeviment tal-iskart u u kontribuzzjonijiet lejn l-ispejjeż tal-infrastruttura u l-ġestjoni. Għalhekk l-UE għandha tintroduċi kontrolli stretti fuq il-mod li bih it-tariffi proposti minn kull Stat Membru jiġu kkalkulati.

13.

Huwa kkonċernat ukoll li jekk id-direttiva tiġi implimentata mill-portijiet tal-UE, mingħajr ma jittieħdu miżuri simili fir-rigward tal-portijiet ta’ pajjiżi terzi b’mod partikolari fil-baċiri tal-baħar, din se jkollha biss impatt limitat mil-lat ambjentali.

14.

Iqis id-dimensjoni reġjonali mogħtija mill-Kummissjoni għall-kwistjoni tal-immaniġġjar tal-iskart mill-portijiet bħala pożittiva ħafna, filwaqt li jibda bl-Artikolu 5 tad-direttiva proposta. Dan jippermetti lill-Istati Membri, kif ukoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-utenti tal-portijiet ifasslu pjani għall-konsenja u l-ġestjoni tal-iskart bl-involviment xieraq ta’ kull port, skont il-possibbiltajiet u l-ħtiġijiet lokali, u jippermetti ppjanar reġjonali usa’ mingħajr ma jiġu esklużi s-sħubijiet transkonfinali potenzjali.

15.

Minħabba r-raġunijiet finanzjarji u ambjentali msemmija hawn fuq, jipproponi li jsiru sforzi biex id-direttiva tiġi applikata b’mod aktar wiesa’ għall-portijiet kollha fil-baċiri tal-baħar u fiż-żoni tal-viċinat, permezz ta’ inċentivi u premjijiet u permezz ta’ programmi ta’ kooperazzjoni aktar estensivi fl-immaniġġjar tal-iskart.

16.

Jilqa’ d-diversifikazzjoni tal-programmi, li jirriflettu s-sitwazzjoni ddettaljata u l-possibbiltajiet ta’ kull port, skont it-tip ta’ traffiku li jservu.

17.

Jinnota li f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-awtoritajiet tal-port għandu jibqa’ jkollhom il-flessibbiltà meħtieġa biex jistabbilixxu tariffi u spejjeż tal-portijiet, u jistieden lil dawn l-awtoritajiet biex jagħmlu kull sforz konċepibbli sabiex jiżguraw li t-tariffi jiġu kkalkulati bi trasparenza u proporzjonalità sħiħa, skont id-dispożizzjonijiet tad-direttiva.

18.

Jappoġġja l-perjodu ta’ żmien ta’ ħames snin biex jiġu riveduti l-programmi ta’ akkoljenza u ta’ mmaniġġjar.

19.

Jantiċipa li d-direttiva proposta se jkollha impatt pożittiv fuq ir-riċerka fl-immaniġġjar tal-iskart u għall-kompetittività tar-reġjuni tal-Ewropa f’termini tat-turiżmu u tal-kwalità tal-ħajja.

Iż-żieda fiċ-ċarezza tal-proċeduri hija pass pożittiv

20.

Jenfasizza li l-fdalijiet minn sistemi ta’ tindif tal-gass tal-egżost għandhom jintremew ukoll b’mod xieraq u ma jispiċċawx fil-baħar. Għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi linji gwida għall-ġestjoni xierqa ta’ dawn il-fdalijiet, filwaqt li l-Istati Membri għandhom għalhekk jesploraw kif dawn it-tipi ta’ fdalijiet jistgħu jiġu trattati fil-livell tal-portijiet.

21.

Jirrikonoxxi li l-industrija tas-sajd tkun kemm sors u vittma ta’ skart fil-baħar. Sabiex tiġi indirizzata l-problema tal-iskart mistad b’mod passiv, inizjattivi lokali bħal “Sajd għal l-Iskart” ġew stabbiliti b’suċċess, fejn l-iskart mistad b’mod passiv jista’ jintrema mingħajr ħlas — anki jekk il-port japplika tariffi diretti għal konsenja ta’ skart. Filwaqt li jilqa’ l-introduzzjoni ta’ “l-ebda tariffa speċjali”, il-KtR jixtieq jenfasizza li l-iskart mistad b’mod passiv — sors potenzjali ta’ dħul għal faċilità tal-akkoljenza fil-portijiet, meta riċiklat – jenħtieġ li jkompli jiġi kkonsenjat mingħajr ħlas, irrispettivament mill-kwantità, sabiex ikun żgurat li l-proċess tal-ġbir u t-trasport tal-iskart għal faċilitajiet ta’ riċiklaġġ jopera bla xkiel. Dan ikun ifisser li jekk bastiment tas-sajd ikollu biss skart mistad b’mod passiv biex jikkonsenja, ma għandhux ikun obbligat li jħallas miżata.

22.

Għaldaqstant jipproponi li titqies il-possibbiltà li s-sistema ta’ tindif tal-gass tal-egżost li joħroġ mill-fdalijiet tiġi inkluża fost l-iskart għall-konsenja kopert mit-tariffa unika, u b’mod partikolari għar-reġjuni rregolati mill-protezzjoni ambjentali u kkontrollati mis-sistema tal-emissjonijiet, bħall-Baltiku.

23.

Jinnota li l-introduzzjoni ta’ tariffa unika tipprovdi inċentiv ewlieni għall-iskart li għandu jiġi konsenjat. Madankollu, jinnota li ma ttieħdet l-ebda miżura biex titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart fil-livell tas-sors, li mhux konformi mal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”.

24.

Jirrimarka li jista’ ma jkunx possibbli li l-kalkolu ta’ tariffa unika jkun ibbażat fuq previżjonijiet ta’ rekwiżiti reali minn kumpaniji li jirċievu. Għaldaqstant jaf ikun diffiċli li dan jiġi ddeterminat b’mod trasparenti.

25.

Jinnota li l-proċeduri ta’ akkoljenza tal-faċilitajiet tal-port għandhom ikunu rapidi u effiċjenti sabiex jiġi evitat dewmien mhux meħtieġ u spejjeż addizzjonali għall-vapuri.

26.

jipproponi li ssir dispożizzjoni ċara għall-kumpaniji tat-tbaħħir biex jagħżlu, minn lista ta’ kumpaniji ċċertifikati, il-kumpanija jew il-kumpaniji li għandhom ikunu responsabbli biex jirċievu u jiġġestixxu l-iskart tagħhom, skont it-tip, sabiex titrawwem l-ekonomija ċirkolari billi jitnaqqsu l-ispejjeż għall-vapuri.

27.

Jilqa’ l-intenzjoni li jiġi ddefinit il-kunċett “vapur ekoloġiku” bħala pass li jista’ jwassal għal tnaqqis tal-ħlasijiet u li jikkonforma mal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”. Madankollu jħeġġeġ li d-diskussjonijiet dwar il-“vapuri ekoloġiċi” u d-definizzjonijiet tagħhom isiru fil-livell internazzjonali minflok fil-livell Ewropew.

28.

Ifakkar li n-nuqqas ta’ kontrolli, jew tariffi eċċessivament għolja, jistgħu jwasslu biex l-iskart jintrema fil-baħar b’konsegwenzi dannużi mhux biss f’termini ambjentali iżda wkoll f’termini ekonomiċi għar-reġjuni u l-ekosistemi tal-baħar tal-madwar.

29.

Jenfasizza li fiha nnifisha, l-attività tal-port hija dannuża għall-ambjent naturali. Għalhekk huwa meħtieġ li jkun kompletament ċar għall-awtoritajiet rilevanti li l-ispiża ta’ akkoljenza u ta’ ġestjoni tal-iskart tal-vapuri, li huwa obbligu konġunt fuq il-vapuri u l-portijiet, mhix attività bi skop ta’ qligħ permissibbli għall-portijiet.

30.

jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li jiġu attribwiti tariffi mnaqqsa għal bastimenti involuti fit-trasport marittimu fuq distanzi qosra.

31.

Jinnota li l-materjali riċiklabbli li jappartjenu għall-bastiment: l-ipproċessar ta’ tali materjal jista’ jkun ta’ profitt u jista’ jiġi sfruttat għall-kummerċ. Dan l-aspett sinifikanti għandu jiġi rifless fl-ispejjeż għall-konsenja tal-iskart miġbur fuq il-baħar u mill-materjali riċiklabbli li jirriżultaw.

32.

Fl-istess ħin jistieden lill-awtoritajiet kompetenti u lill-operaturi jkomplu jiżviluppaw sistemi biex jintuża l-iskart tal-baħar, filwaqt li jagħtu kontribut attiv lill-ekonomija ċirkolari.

33.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tiċċara t-tifsira ta’ “kapaċità suffiċjenti ta’ ħżin” f’kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali sabiex id-diskrezzjoni tal-portijiet tiġi ristretta fid-determinazzjoni ta’ dan, u titnaqqas l-inċertezza li tirriżulta għall-utenti.

34.

Jitlob l-introduzzjoni ta’ limitu ta’ żmien għat-tlestija rapida tad-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ notifika u tal-kontrolli u l-istandardizzazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa għall-portijiet kollha.

35.

Iqis li jekk l-operaturi tal-vapuri u l-awtoritajiet tal-port jinżammu infurmati dwar penali possibbli fil-każ ta’ ksur, dan se jagħti kontribut sinifikanti lit-trasparenza tar-reġim il-ġdid kif ukoll se jkun hemm konformità miegħu.

36.

Jistieden għalhekk lill-Istati Membri biex kemm jista’ jkun jistabbilixxu qafas uniku ta’ penali, sabiex tiġi evitata kemm il-kompetizzjoni inġusta kif ukoll ix-“xiri tal-portijiet”.

37.

jirrikonoxxi li l-proposta tal-Kummissjoni tikkonforma mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, fejn tidħol l-implimentazzjoni tar-regoli madwar l-UE għall-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart mill-bastimenti.

Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/225


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-valutazzjoni tar-riskju fil-katina alimentari

(2018/C 461/19)

Relatur ġenerali:

Miloslav REPASKÝ (SK/AE), Membru tal-Parlament reġjonali tar-Reġjun Awtonomu ta’ Prešov

Dokument ta’ referenza:

COM(2018) 179 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 4 tal-proposta għal Regolament

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għaldaqstant hemm bżonn li jiġi żgurat proċess komprensiv u kontinwu ta’ komunikazzjoni tar-riskju matul l-analiżi tar-riskju, li jinvolvi lil assessuri tar-riskju u lill-amministraturi tar-riskju tal-Unjoni u nazzjonali. Dak il-proċess jenħtieġ li jsir flimkien ma’ djalogu miftuħ bejn il-partijiet interessati kollha biex jiġu żgurati koerenza u konsistenza fi ħdan il-proċess ta’ analiżi tar-riskju.

Għaldaqstant hemm bżonn li jiġi żgurat proċess komprensiv u kontinwu ta’ komunikazzjoni tar-riskju matul l-analiżi tar-riskju, li jinvolvi lil assessuri tar-riskju u lill-amministraturi tar-riskju tal-Unjoni u nazzjonali. Dak il-proċess jenħtieġ li jsir flimkien ma’ djalogu miftuħ bejn il-partijiet interessati kollha, inkluż il-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, biex jiġu żgurati l-prevalenza tal-interess pubbliku, il-koerenza u konsistenza fi ħdan il-proċess ta’ analiżi tar-riskju.

Emenda 2

Premessa 8 tal-proposta għal Regolament

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(8)

Il-pjan ġenerali jenħtieġ li jidentifika l-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati l-attivitajiet tal-komunikazzjonijiet tar-riskju, bħal-livelli differenti ta’ riskju, in-natura tar-riskju u l-impatt potenzjali tiegħu fuq is-saħħa pubblika, min hu u x’inhu affettwat b’mod dirett jew indirett mir-riskju, il-livelli ta’ esponiment għar-riskju, il-ħila ta’ kontroll tar-riskju u ta’ fatturi oħra li jinfluwenzaw il-perċezzjoni tar-riskju, inklużi l-livell ta’ urġenza kif ukoll il-qafas leġiżlattiv applikabbli u l-kuntest rilevanti tas-suq. Il-pjan ġenerali jenħtieġ li jidentifika wkoll l-għodod u l-kanali li jridu jintużaw u jenħtieġ li jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex tiġi żgurata komunikazzjoni koerenti tar-riskju.

(8)

Il-pjan ġenerali jenħtieġ li jidentifika l-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati l-attivitajiet tal-komunikazzjonijiet tar-riskju, bħal-livelli differenti ta’ riskju, in-natura tar-riskju u l-impatt potenzjali tiegħu fuq is-saħħa pubblika, min hu u x’inhu affettwat b’mod dirett jew indirett mir-riskju, il-livelli ta’ esponiment għar-riskju, il-ħila ta’ kontroll tar-riskju u ta’ fatturi oħra li jinfluwenzaw il-perċezzjoni tar-riskju, inklużi l-livell ta’ urġenza, l-inċertezzi identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju, il-qafas leġiżlattiv applikabbli u l-kuntest rilevanti tas-suq.. Il-pjan ġenerali jenħtieġ li jidentifika wkoll l-għodod u l-kanali li jridu jintużaw u jenħtieġ li jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex tiġi żgurata komunikazzjoni koerenti tar-riskju fil-livelli kollha tal-gvern, inkluż fil-livell tal-awtoritajiet reġjonali u lokali.

Raġuni

Proporzjon sostanzjali tal-legislazzjoni Ewropea hija implimentata mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, u għalhekk huwa essenzjali li dawn il-korpi jkunu involuti kif xieraq fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni, kif ukoll biex jiġi żgurat li din l-istrateġija hija koerenti.

Emenda 3

L-Artikolu 8a ġdid tar-Regolament (KE) Nru 178/2002

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Objettivi tal-komunikazzjoni tar-riskju

Objettivi tal-komunikazzjoni tar-riskju

Il-komunikazzjoni tar-riskju għandha tfittex l-objettivi li ġejjin, filwaqt li tqis ir-rwoli rispettivi tal-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju:

Il-komunikazzjoni tar-riskju għandha tfittex l-objettivi li ġejjin, filwaqt li tqis ir-rwoli rispettivi tal-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju:

(a)

il-promozzjoni tal-għarfien u l-fehim tal-kwistjonijiet speċifiċi kkunsidrati matul il-proċess sħiħ ta’ analiżi tar-riskju;

(a)

il-promozzjoni tal-għarfien u l-fehim tal-kwistjonijiet speċifiċi kkunsidrati matul il-proċess sħiħ ta’ analiżi tar-riskju;

(b)

il-promozzjoni tal-konsistenza u tat-trasparenza fil-formulazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;

(b)

il-promozzjoni tal-konsistenza u tat-trasparenza fil-formulazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju bl-għan li jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tan-natura, is-saħħa tal-bniedem, l-annimali u l-ambjent;

(c)

l-għoti ta’ bażi solida għall-fehim ta’ deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;

(c)

l-għoti ta’ bażi solida għall-fehim ta’ deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;

(d)

it-trawwim ta’ fehim pubbliku dwar il-proċess ta’ analiżi tar-riskju biex tissaħħaħ il-fiduċja fl-eżitu ta’ dan;

(d)

it-trawwim ta’ fehim pubbliku dwar il-proċess ta’ analiżi tar-riskju biex tissaħħaħ il-fiduċja fl-eżitu ta’ dan;

(e)

il-promozzjoni tal-involviment xieraq tal-partijiet interessati kollha;

(e)

l-iżgurar li is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku tal-kunċetti ta’ “periklu” u “riskju” jinftiehmu u li l-kompromessi diversi bejn ir-riskji u l-benefiċċji jiġu aċċettati;

(f)

l-iżgurar tal-iskambju xieraq ta’ informazzjoni mal-partijiet interessati b’rabta mar-riskji assoċjati mal-katina agroalimentari.

(f)

il-promozzjoni ta’ involviment xieraq għall-partijiet interessati kollha; u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet u rispett reċiproku bejniethom u,

 

(f)

l-iżgurar tal-iskambju xieraq ta’ informazzjoni mal-partijiet interessati b’rabta mar-riskji assoċjati mal-katina agroalimentari.

Raġuni

Minħabba d-diversi approċċi għall-fehim tal-kunċetti tar-riskju u l-periklu fl-Istati Membri u d-dibattitu relatat bejn dawk li jfasslu l-politiki, l-akkademiċi, ir-regolaturi u l-industrija, ta’ min jenfasizza l-importanza tas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku ta’ dawn il-kunċetti u l-iżgurar li l-pubbliku jifhem u jaċċetta l-kompromessi bejn ir-riskji u l-benefiċċji.

Emenda 4

L-Artikolu ġdid 8c tar-Regolament (KE) Nru 178/2002

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju

Pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju

1.   Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni msaħħa mal-Awtorità, mal-Istati Membri u wara l-konsultazzjonijiet pubbliċi xierqa, għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 57a li jistabbilixxi pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju dwar kwistjonijiet relatati mal-katina agroalimentari, b’kunsiderazzjoni tal-objettivi u tal-prinċipji ġenerali rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 8a u 8b.

1.   Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni msaħħa mal-Awtorità, mal-Istati Membri u wara l-konsultazzjonijiet pubbliċi xierqa, għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 57a li jistabbilixxu pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju dwar kwistjonijiet relatati mal-katina agroalimentari, b’kunsiderazzjoni tal-objettivi u tal-prinċipji ġenerali rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 8a u 8b.

2.   Il-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju għandu jippromwovi qafas integrat ta’ komunikazzjoni tar-riskju li jrid jiġi segwit kemm mill-assessuri tar-riskju kif ukoll mill-amministraturi tar-riskju b’mod koerenti u sistematiku kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll nazzjonali. Dan għandu:

2.   Il-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju għandu jippromwovi qafas integrat ta’ komunikazzjoni tar-riskju li jrid jiġi segwit kemm mill-assessuri tar-riskju kif ukoll mill-amministraturi tar-riskju b’mod koerenti u sistematiku fil-livell tal-Unjoni , nazzjonali, reġjonali u lokali . Dan għandu:

(a)

jidentifika l-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati t-tip u l-livell ta’ attivitajiet meħtieġa ta’ komunikazzjoni tar-riskju;

(a)

jidentifika l-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati t-tip u l-livell ta’ attivitajiet meħtieġa ta’ komunikazzjoni tar-riskju;

(b)

jidentifika l-għodod u l-kanali ewlenin xierqa li jridu jintużaw għall-finijiet ta’ komunikazzjoni tar-riskju, b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tal-gruppi ta’ udjenza fil-mira rilevanti; u,

(b)

jidentifika l-għodod u l-kanali ewlenin xierqa li jridu jintużaw għall-finijiet ta’ komunikazzjoni tar-riskju, b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tal-gruppi ta’ udjenza fil-mira rilevanti; u,

(c)

jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex tissaħħaħ il-koerenza tal-komunikazzjoni tar-riskju fost l-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju u jiżgura djalogu miftuħ fost il-partijiet interessati kollha.

(c)

jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex tissaħħaħ il-koerenza tal-komunikazzjoni tar-riskju fost l-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju u jiżgura djalogu miftuħ fost il-partijiet interessati kollha.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju fi żmien [sentejn mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] u żżommu aġġornat, b’kunsiderazzjoni tal-progress tekniku u xjentifiku u tal-esperjenza miksuba.”;

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju fi żmien [sentejn mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] u żżommu aġġornat, b’kunsiderazzjoni tal-progress tekniku u xjentifiku u tal-esperjenza miksuba.”;

Raġuni

L-istess bħall-emenda 1.

Emenda 5

L-Artikolu 39.2.1

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

“Artikolu 39

“Artikolu 39

Kunfidenzjalità

Kunfidenzjalità

(…)

(…)

(1)

il-metodu u speċifikazzjonijiet tekniċi u industrijali oħra relatati ma’ dak il-metodu, użat għall-manifattura jew għall-produzzjoni tal-oġġett tat-talba għal output xjentifiku, li jinkludi opinjoni xjentifika;

(1)

il-metodu u speċifikazzjonijiet tekniċi u industrijali oħra relatati ma’ dak il-metodu, użat għall-manifattura jew għall-produzzjoni tal-oġġett tat-talba għal output xjentifiku, li jinkludi opinjoni xjentifika, sakemm l-applikant juri li tali metodu mgħandux impatti dannużi fuq is-saħħa u l-ambjent;

(…)

(…)

Raġuni

L-emenda għandha l-għan li tagħti konsiderazzjoni aħjar għas-saħħa u l-ħarsien tal-ambjent

Emenda 6

Artikolu 39.4.b

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

“Artikolu 39

“Artikolu 39

Kunfidenzjalità

Kunfidenzjalità

(…)

(…)

4.   Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-informazzjoni li ġejja xorta waħda għandha tiġi ppubblikata:

4.   Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-informazzjoni li ġejja xorta waħda għandha tiġi ppubblikata:

(…)

(…)

(b)

informazzjoni li tagħmel parti mill-konklużjonijiet tal-outputs xjentifiċi, inklużi opinjonijiet xjentifiċi, forniti mill-Awtorità u li huma relatati ma’ effetti tas-saħħa prevedibbli .”;

(b)

informazzjoni li tagħmel parti mill-konklużjonijiet tal-outputs xjentifiċi, inklużi opinjonijiet xjentifiċi, forniti mill-Awtorità u li huma relatati ma’ effetti tas-saħħa għall-bnedmin u għall-annimali potenzjali jew effetti fuq ambjentali .”;

Raġuni

L-emenda għandha l-għan li tagħti konsiderazzjoni aħjar għas-saħħa u l-ħarsien tal-ambjent

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Sfond

1.

jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni mmirata biex jiżdiedu t-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju fil-katina tal-ikel tal-UE bħala pass fid-direzzjoni t-tajba li jikklarifika r-regoli ta’ trasparenza b’mod partikolari rigward l-istudji xjentifiċi użati mill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-valutazzjonijiet tar-riskji tagħha, itejjeb l-amministrazzjoni tal-EFSA, isaħħaħ il-kollaborazzjoni xjentifika bejn l-Istati Membri u l-EFSA u l-involviment tagħhom fil-ħidma xjentifika tal-EFSA u jiżviluppa strateġija ta’ komunikazzjoni komprensiva u effettiva fil-qasam tar-riskju;

2.

jemmen li din l-inizjattiva hija pass fid-direzzjoni t-tajba, iżda għad fadal xi dubji dwar jekk il-bidliet proposti se jippermettu skrutinju xjentifiku indipendenti tal-istudji u d-data użati fil-valutazzjonijiet tar-riskju ta’ prodotti regolati u sustanzi minħabba l-qafas legali attwali dwar il-protezzjoni tad-data u r-regoli ta’ kunfidenzjalità;

3.

jinnota li din il-proposta leġislattiva tirrispondi għas-sejbiet tal-verifika tal-idoneità mwettqa mill-Kummissjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 dwar il-liġi dwar l-ikel (1), kif ukoll l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Projbizzjoni tal-glifosat biex b’hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi”, u jemenda diversi liġijiet speċifiċi għas-settur;

4.

jirrimarka li l-kontroll tal-idoneità għar-Regolament (KE) Nru 178/2002 żvela li n-nies qed isejħu għal proċedura ta’ valutazzjoni tar-riskju aktar trasparenti fil-qasam tal-liġi dwar l-ikel, kif ukoll għal proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet aktar trasparenti bbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskju. Il-konklużjonijiet tal-kontroll tal-idoneità identifikaw ukoll oqsma oħra fejn hija meħtieġa l-bidla, jiġifieri l-amministrazzjoni tal-EFSA (sinjali negattivi dwar il-kapaċità tagħha li żżomm il-kwalità għolja u l-indipendenza ta’ studji xjentifiċi u l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Istati Membri kollha), u n-nuqqas ta’ komunikazzjoni dwar ir-riskju b’mod aktar ġenerali;

5.

jirrimarka li l-valutazzjoni tar-riskji titwettaq fil-livell tal-UE mill-EFSA, li ġiet stabbilita mir-Regolament dwar il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel. L-EFSA hija korp xjentifiku indipendenti responsabbli għat-twettiq ta’ valutazzjonijiet esperti dwar aspetti relatati mas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf tal-annimali tal-UE fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew, kif ukoll fuq inizjattiva tagħha stess. Dawn il-valutazzjonijiet tar-riskju jitwettqu separatament mill-ġestjoni tar-riskji, li għalihom il-Kummissjoni Ewropea hija fil-biċċa l-kbira responsabbli;

It-trasparenza, l-indipendenza u l-affidabbiltà tal-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE

6.

jenfasizza l-fatt li ċ-ċittadini u l-partijiet interessati l-oħra qajmu tħassib dwar it-trasparenza u l-indipendenza ta’ studji ġġenerati mill-industrija u d-data użata mill-EFSA fil-valutazzjonijiet tar-riskju tagħha fil-kuntest tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għal prodotti jew sustanzi regolati;

7.

jirrikonoxxi li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

8.

josserva li l-proċess attwali ta’ awtorizzazzjoni huwa bbażat fuq l-applikant (l-industrija) li direttament jikkummissjona l-istudji meħtieġa għall-fajls ta’ applikazzjoni. L-idea li l-fondi pubbliċi m’għandhomx jintużaw għall-ikkummissjonar ta’ studji li eventwalment se jgħinu lill-industrija tintroduċi prodott fis-suq hija ċentrali għal dan il-kunċett;

9.

jirrimarka li bħala riżultat ta’ dan ta’ hawn fuq, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq l-istudji u l-kontenut tagħhom użati fil-valutazzjonijiet tar-riskju jinsabu fi ħdan l-industrija, u b’hekk skrutinju xjentifiku indipendenti jista’ ma jkunx possibbli fid-dawl tal-formulazzjoni tal-paragrafu l-ġdid 1a tal-Artikolu 38 tar-Regolament dwar il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel, li jgħid li “id-divulgazzjoni lill-pubbliku tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu (1)(c) ma għandhiex titqies li hi permess jew liċenzja espliċita jew impliċita għad-data u għall-informazzjoni rilevanti u biex jintuża, jiġi riprodott jew imħaddem b’xi mod ieħor il-kontenut ta’ dawn”;

10.

jinnota li jekk ir-riċerkaturi indipendenti mhumiex kapaċi jippubblikaw is-sejbiet tagħhom, ma jkun hemm ebda inċentiv għalihom biex jikkontroverifikaw ir-riżultati ta’ studju użat f’valutazzjonijiet tar-riskju tal-EFSA;

11.

jinnota li biex riċerkaturi indipendenti jkunu jistgħu jiffurmaw ġudizzju dwar il-validità ta’ analiżi u biex jirriproduċu s-sejbiet ta’ studju jew jagħmlu skoperti addizzjonali, huwa fundamentali li jkun hemm aċċess mhux biss għal data imma wkoll għas-softwer użat sabiex jinkisbu r-riżultati. Għalhekk, ikun utli ħafna li tkun iċċarata l-pożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-EFSA fejn jirrigwarda l-aċċess għal softwer proprjetarju użat fi studji sponsorjati, mhux l-inqas minħabba l-għan proklamat tal-EFSA li l-output xjentifiku tagħha jkun riproduċibbli;

12.

jinnota wkoll li l-esperjenza wriet li l-aċċess pubbliku għal informazzjoni u data, li jagħmilha possibbli li tiġi vverifikata l-korrettezza tal-valutazzjoni tas-sikurezza ta’ sustanza, jista’ ma jkunx sempliċi u jista’ jinvolvi l-intervent tal-qrati tal-UE (2);

13.

jinnota li fil-kuntest tal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku ghad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jippermetti u fil-fatt jinkoraġġixxi pubblikazzjoni proattiva; huwa tal-fehma li r-regoli tal-UE dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni għandhom jiġu applikati b’mod koerenti mill-korpi konsultattivi xjentifiċi tal-UE kollha u l-politika ta’ divulgazzjoni proattiva tagħhom għandha tkun koerenti sabiex tiggarantixxi l-prevedibbiltà.

14.

f’dan il-kuntest jinnota li l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, taħt il-Politika tagħha 0070 li għandha l-għan li tippermetti skrutinju pubbliku u l-applikazzjoni ta’ għarfien ġdid f’riċerka futura fl-interess tas-saħħa pubblika (3), ippubblikat fl-2016 dokument ta’ gwida dwar il-politika ta’ divulgazzjoni proattiva tal-Aġenzija għal data klinika;

15.

jappoġġja l-proposta biex jiġi stabbilit reġistru tal-istudji kollha amministrati mill-EFSA li għandu jagħmel il-preġudizzju fil-pubblikazzjoni u ż-żamma ta’ informazzjoni importanti dwar is-sikurezza aktar diffiċli; jinnota li tali reġistru tal-UE huwa diġà fis-seħħ għal provi kliniċi (4);

16.

fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kunfidenzjalità tad-data, jħoss li l-armonizzazzjoni hija importanti u għalhekk ma jqisx li l-għoti ta’ dan l-obbligu lill-Istati Membri hija l-aħjar soluzzjoni. Il-kunfidenzjalità tad-data għandha tiġi deċiża mill-EFSA, u b’hekk jiġi żgurat approċċ unifikat għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet dwar din il-kwistjoni sensittiva;

Is-sostenibbiltà tal-proċedura tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE u l-ġestjoni tal-EFSA

17.

jilqa’ l-fatt li wieħed mill-għanijiet ta’ din il-proposta leġislattiva huwa li tittejjeb il-ġestjoni tall-EFSA, tissaħħaħ il-kooperazzjoni xjentifika tal-Istati Membri ma’ dan il-korp, u tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħidma xjentifika tagħha;

18.

jilqa’ ż-żieda konsiderevoli fil-baġit tal-EFSA, li tippermettilha twettaq il-kompiti ġodda assenjati lilha, bħall-ikkummissjonar ta’ testijiet indipendenti tas-sikurezza f’ċirkostanzi eċċezzjonali, filwaqt li jindika li għandu jkun garantit finanzjament suffiċjenti biex l-EFSA tkun tista’ twettaq il-kompiti ewlenin tagħha mingħajr restrizzjonijiet;

19.

jilqa’ l-allinjament tas-sħubija tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA u l-proċedura għall-evalwazzjoni esterna tal-EFSA stabbilita fl-anness tad-dikjarazzjoni konġunta interistituzzjonali tal-2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni;

20.

jinnota li fil-preżent hemm 14-il membru elett tal-bord tal-EFSA, li huwa mistenni li jiżdied għal 35 taħt din il-proposta. Kull Stat Membru għandu jaħtar ir-rappreżentant u s-sostitut tiegħu, biex b’hekk tiġi żgurata parteċipazzjoni ikbar min-naħa tal-Istati Membri fil-ġestjoni tal-EFSA. Il-Kummissjoni taħtar żewġ membri u l-Parlament Ewropew għandu rappreżentant wieħed; erba’ membri se jirrapreżentaw l-interessi tas-soċjetà ċivili u l-katina tal-ikel;

21.

josserva li, fil-każ ta’ kapaċità tal-persunal inadegwata, speċjalment fir-rigward ta’ Stati Membri iżgħar (se jkun hemm bżonn li jinħatru sa 12-il espert nazzjonali għal kull Stat Membru) il-proposta tippermetti l-possibbiltà li taħtar esperti minn Stati Membri oħra għall-bordijiet tal-EFSA; madankollu dan se jdgħajjef il-bilanċ ta’ kooperazzjoni mmirat fost l-Istati Membri;

Komunikazzjoni aħjar dwar ir-riskju

22.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-pjan ġenerali dwar il-komunikazzjoni tar-riskju, kif stabbilit fil-proposta tal-Kummissjoni, iqis il-perċezzjonijiet ta’ riskju u jenfasizza f’dan ir-rigward li hu importanti ħafna li titqajjem kuxjenza fost il-pubbliku ġenerali dwar kunċetti bħal “perikolu” u “riskju”;

23.

josserva li minkejja l-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti regolati, inkonsistenzi huma evidenti madwar l-Istati Membri fir-rigward tar-regolamentazzjoni ta’ ċerti sustanzi, li jistgħu jirriżultaw minn approċċi differenti lejn il-kunċetti tal-periklu u r-riskju u l-aċċettazzjoni soċjali tal-livell ta’ riskju involut;

24.

jenfasizza t-tnaqqis ġenerali ta’ fiduċja f’dawk li jfasslu l-politika fl-Ewropa u jirrimarka li l-fiduċja pubblika hija waħda mill-aktar varjabbli spjegattivi importanti tal-perċezzjoni pubblika tar-riskju (5). Jekk il-pubbliku jkollu fiduċja f’dawk li jfasslu l-politika jew fir-regolaturi, huma ser jipperċepixxu r-riskji bħala inqas milli meta ma jkollhomx il-fiduċja fihom;

25.

għalhekk jappoġġja l-idea li tiżdied il-fiduċja tal-pubbliku u l-partijiet interessati fit-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-approċċ tal-UE lejn is-sikurezza alimentari, speċjalment fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju, u fl-istess waqt isostni li, biex strateġija ta’ komunikazzjoni tar-riskju tkun effettiva jeħtieġ li jiġi involut il-pubbliku u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra b’mod proattiv u produttivi, bl-iżgurar li kompromessi differenti bejn ir-riskji u l-benefiċċji jinftiehmu u jiġu aċċettati;

26.

jenfasizza li l-istrateġija tal-UE dwar il-komunikazzjoni tar-riskju għandha tkun inklużiva u għandha tiżgura li l-livelli kollha tal-gvern, mil-livell ta’ gvern ċentrali għal dak tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll l-atturi oħra rilevanti, jiġu involuti kif xieraq biex tiġi garantita strateġija ta’ komunikazzjoni tar-riskju koerenti li tindirizza r-riskji assoċjati mal-katina alimentari;

27.

jirrimarka li, abbażi tal-analiżi u d-diskussjoni tal-proposta sa issa, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni il-piżijiet amministrattivi akbar li huma mistennija, esiġenzi akbar għall-esperti nazzjonali fil-kuntest tas-sħubija tagħhom fil-bord tal-EFSA u l-attivitajiet tagħhom fuq bordijiet xjentifiċi tal-EFSA, l-influwenza politika possibbli fuq il-ħatra ta’ esperti nazzjonali li għandhom impatt fuq l-indipendenza tal-EFSA, u impatt finanzjarju sinifikanti fuq l-Istati Membri kollha bħala riżultat ta’ żieda konsiderevoli fil-baġit tal-EFSA, kif ukoll minħabba l-konsegwenzi baġitarji antiċipati tal-Brexit.

Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurta tal-ikel.

(2)  Hautala et vs EFSA (kawża T-329/17), rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2017.

(3)  http://www.ema.europa.eu/docs/en_GB/document_library/Other/2014/10/WC500174796.pdf

(4)  European Clinical Trials Database (EudraCT) managed by the Bażi ta’ dejta tal-UE dwar il-provi kliniċi (EudraCT) amministrata mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

(5)  Minn riċerka li twettqet minn


21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/232


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Patt Ġdid għall-Konsumaturi

(2018/C 461/20)

Relatur ġenerali:

Samuel AZZOPARDI (MT/PPE), Kunsillier, Rabat (Città Victoria), Kunsill Lokali, Għawdex

Dokumenti ta’ referenza:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE,

COM(2018) 184 final

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993, id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur,

COM(2018) 185 final

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew Patt Ġdid għall-Konsumaturi,

COM(2018) 183 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE

(COM/2018/0184 final — 2018/089 (COD))

Emenda 1

Kapitolu 2, Artikolu 6(1) – ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Għall-fini tal-Artikolu 5(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jkunu intitolati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi li jitolbu ordni ta’ rimedju li tobbliga lin-negozjant jipprovdi, fost l-oħrajn, kumpens, tiswija, sostituzzjoni, tnaqqis fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq. Stat Membru jista’ jeħtieġ il-mandat ta’ konsumaturi individwali konċernat qabel ma tittieħed deċiżjoni dikjaratorja jew tinħareġ ordni ta’ rimedju.

Għall-fini tal-Artikolu 5(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jkunu intitolati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi li jitolbu ordni ta’ rimedju li tobbliga lin-negozjant jipprovdi, fost l-oħrajn, kumpens, tiswija, sostituzzjoni, tnaqqis fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq. Stat Membru jista’ jeħtieġ il-mandat ta’ konsumaturi individwali konċernat qabel ma tinħareġ ordni ta’ rimedju.

Raġuni

Il-mandat tal-konsumaturi individwali għandu jkun meħtieġ biss fejn tiġi mitluba ordni ta’ rimedju mill-entità kwalifikata. Fil-każ ta’ deċiżjonijiet dikjaratorji li bihom jiġi stabbilit ksur, il-mandat tal-konsumaturi ma għandux ikun meħtieġ. Dan huwa konsistenti mal-Artikolu 5(2) li jiddikjara li “Sabiex jitolbu ordnijiet ta’ inġunzjoni, (għalhekk inkluża ordni ta’ inġunzjoni li tistabbilixxi li l-prattika tikkostitwixxi ksur tal-liġi) l-entitajiet kwalifikati ma għandhomx għalfejn jiksbu l-mandat tal-konsumaturi individwali konċernati jew jipprovdu prova ta’ telf jew dannu reali min-naħa tal-konsumaturi konċernati jew tal-intenzjoni jew tan-negliġenza min-naħa tan-negozjant”.

Emenda 2

Kapitolu 3, Artikolu 18(2) — ħassar il-paragrafu

Monitoraġġ u evalwazzjoni

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-regoli dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u tal-ferrovija, joffrux livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi paragunabbli ma’ dak previst skont din id-Direttiva. Meta dan ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tagħmel proposti xierqa, li jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari f’li jitneħħew l-atti msemmija fil-punti 10 u 15 tal-Anness I mill-kamp tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, kif definit fl-Artikolu 2.

 

Raġuni

Huwa essenzjali li jinżamm il-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ tal-proposta, inklużi d-drittijiet tal-passiġġieri.

Emenda 3

ANNESS I — emenda kif ġej:

LISTA TA’ DISPOŻIZZJONIJIET TAL-LIĠI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

[…]

(…)

 

(60)

Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56)

Raġuni

Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva għandu jitwessa’ biex ikun hemm impatt reali f’oqsma fejn iseħħ dannu tal-massa, u għandu jkopri l-prattiki kollha ta’ detriment għall-konsumaturi u ċ-ċittadini.

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993, id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur

(COM(2018) 185 final — 2018/0090(COD))

Emenda 4

Premessa 2 — punt ġdid

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Id-diġitalizzazzjoni li qed tiżdied qed tbiddel l-pedamenti tal-eżistenza tagħna. Fl-era diġitali, iseħħu spostamenti enormi ta’ setgħa bejn l-individwi, il-gvernijiet u l-kumpaniji. Madankollu, il-progress tekniku għandu dejjem jibqa’ għas-servizz tal-bniedem fl-era diġitali.

It-tfassil tad-dinja diġitali għandu jkun ukoll kompitu Ewropew, sabiex l-Unjoni Ewropea jista’ jirnexxilha tippreserva l-libertà, il-ġustizzja u s-solidarjetà fis-seklu 21.

Id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji demokratiċi għandhom jiġu salvagwardati wkoll fid-dinja diġitali permezz tal-istat tad-dritt, billi l-atturi statali u dawk mhux statali jkunu obbligati jiżguraw l-applikazzjoni tad-drittijiet fundamentali fid-dinja diġitali, u b’hekk jinħoloq il-pedament tal-istat tad-dritt fl-era diġitali.

Raġuni

Waqt li jitqies il-preambolu tal-Karta tad-Drittijiet Diġitali Fundamentali tal-UE (https://digitalcharta.eu/), għandhom jiġu identifikati sfidi demokratiċi, kostituzzjonali u tad-drittijiet fundamentali li jakkumpanjaw il-proċess ta’ diġitalizzazzjoni.

Emenda 5

Premessa 5 — punt ġdid

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

F’konformità mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ggarantiti mit-Trattati tista’ tiġi ristretta għal raġunijiet prevalenti ta’ interess ġenerali, pereżempju sabiex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, sakemm dawk ir-restrizzjonijiet ikunu ġustifikati, proporzjonati u neċessarji. L-Istati Membri jistgħu, għalhekk, jieħdu ċerti miżuri sabiex jiżguraw konformità mar-regoli tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumatur, li mhumiex koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Il-miżuri meħuda minn Stat Membru biex jinforza r-reġim nazzjonali tiegħu għall-protezzjoni tal-konsumatur, inkluż, pereżempju, ir-reklamar tal-logħob tal-azzard, għandhom, kif meħtieġ mill-ġurisprudenza tal-UE, ikunu proporzjonati u neċessarji fid-dawl tal-objettiv segwit.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 6

Punt 18 — ibdel it-test kif ġej

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jinħtieġ li s-swieq online jiġu definiti għall-finijiet tad-Direttiva 2011/83/UE bl-istess mod bħal fir-Regolament (UE) Nru 524/2013 (1) u d-Direttiva (UE) 2016/1148  (2). Madankollu, jinħtieġ li d-definizzjoni tiġi aġġornata u magħmula aktar teknoloġikament newtrali biex tkopri teknoloġiji ġodda. Huwa għalhekk xieraq li ssir referenza, minflok “sit web”, għall-kunċett ta’ “interfaċċa online” kif previst mir-Regolament (UE) 2018/302 (3).

Jinħtieġ li s-swieq online jiġu definiti għall-finijiet tad-Direttiva 2011/83/UE bl-istess mod bħal fir-Regolament (UE) Nru 524/2013 (1). Madankollu, jinħtieġ li d-definizzjoni tiġi aġġornata u magħmula aktar teknoloġikament newtrali biex tkopri teknoloġiji ġodda. Huwa għalhekk xieraq li ssir referenza, minflok “sit web”, għall-kunċett ta’ “interfaċċa online” kif previst mir-Regolament (UE) 2018/302 (2) . Is-servizzi tal-informatika pprovduti mis-suq online jistgħu jinkludu l-ipproċessar ta’ tranżazzjonijiet, l-aggregazzjoni ta’ data, jew il-ħolqien ta’ profili tal-utenti. Ħwienet tal-applikazzjonijiet online li jippermettu d-distribuzzjoni diġitali ta’ programmi ta’ softwer jew applikazzjonijiet ta’ partijiet terzi għandhom jitqiesu bħala tip ta’ suq online.

Raġuni

L-Artikolu 2.4 jiddefinixxi rekwiżiti importanti ta’ informazzjoni fi swieq online u għandu jinkludi b’mod espliċitu ħwienet ta’ applikazzjoni, kif jagħmel ir-Regolament (UE) Nru 524/2013. Sabiex jiġi evitat li l-iżvelar tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni jiġi evitat, m’għandu jkun hemm l-ebda referenza għad-Direttiva (UE) 2016/1148.

Emenda 7

Premessa 21 — ibdel it-test kif ġej

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali spiss jiġu fornuti online taħt kuntratti fejn il-konsumatur ma jħallasx prezz iżda jipprovdi data personali lill-kummerċjant. Is-servizzi diġitali huma kkaratterizzati minn involviment kontinwu tal-kummerċjant tul iż-żmien tal-kuntratt li jippermetti lill-konsumatur li jagħmel użu tas-servizz, pereżempju, l-aċċess, l-ħolqien, l-ipproċessar, il-ħażna jew l-iskambju ta’ data f’forma diġitali. Eżempji ta’ servizzi diġitali huma l-kuntratti ta’ abbonament għal pjattaformi ta’ kontenut, b’mod partikolari l-cloud storage, il-posta web, il-midja soċjali u l-applikazzjonijiet tal-cloud. L-involviment kontinwu tal-fornitur tas-servizzi jiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli dwar id-dritt ta’ rtirar stipulat fid-Direttiva 2011/83/UE li effettivament jippermetti lill-konsumatur li jittestja s-servizz u jiddeċiedi, matul il-perjodu ta’ 14-il jum mill-konklużjoni tal-kuntratt, jekk iżżommux jew le. B’kuntrast, kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli huma kkaratterizzati minn azzjoni waħda mill-kummerċjant biex jipprovdi lill-konsumatur b’biċċa jew biċċiet speċifiċi ta’ kontenut diġitali, bħal fajls speċifiċi tal-mużika jew tal-vidjo. Din in-natura ta’ darba tal-forniment ta’ kontenut diġitali hija l-bażi tal-eċċezzjoni mid-dritt ta’ rtirar skont l-Artikolu 16(m) tad-Direttiva 2011/83/UE, fejn il-konsumatur jitlef id-dritt ta’ rtirar meta l-prestazzjoni tal-kuntratt ikun beda, bħal tniżżil jew streaming ta’ kontenut speċifiku.

Il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali spiss jiġu fornuti online taħt kuntratti fejn il-konsumatur ma jħallasx prezz iżda jipprovdi data lill-kummerċjant. Is-servizzi diġitali huma kkaratterizzati minn involviment kontinwu tal-kummerċjant tul iż-żmien tal-kuntratt li jippermetti lill-konsumatur li jagħmel użu tas-servizz, pereżempju, l-aċċess, l-ħolqien, l-ipproċessar, il-ħażna jew l-iskambju ta’ data f’forma diġitali. Eżempji ta’ servizzi diġitali huma l-kuntratti ta’ abbonament għal pjattaformi ta’ kontenut, b’mod partikolari l-cloud storage, il-posta web, il-midja soċjali u l-applikazzjonijiet tal-cloud. L-involviment kontinwu tal-fornitur tas-servizzi jiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli dwar id-dritt ta’ rtirar stipulat fid-Direttiva 2011/83/UE li effettivament jippermetti lill-konsumatur li jittestja s-servizz u jiddeċiedi, matul il-perjodu ta’ 14-il jum mill-konklużjoni tal-kuntratt, jekk iżżommux jew le. B’kuntrast, kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli huma kkaratterizzati minn azzjoni waħda mill-kummerċjant biex jipprovdi lill-konsumatur b’biċċa jew biċċiet speċifiċi ta’ kontenut diġitali, bħal fajls speċifiċi tal-mużika jew tal-vidjo. Din in-natura ta’ darba tal-forniment ta’ kontenut diġitali hija l-bażi tal-eċċezzjoni mid-dritt ta’ rtirar skont l-Artikolu 16(m) tad-Direttiva 2011/83/UE, fejn il-konsumatur jitlef id-dritt ta’ rtirar meta l-prestazzjoni tal-kuntratt ikun beda, bħal tniżżil jew streaming ta’ kontenut speċifiku.

Raġuni

L-ambitu tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur għandu jiġi estiż lil hinn mill-proposta tal-Kummissjoni tal-UE u jinkludi l-ħlas ta’ data mhux personali. B’mod partikolari d-data mhux personali, bħal xi informazzjoni ġġenerata mill-magni, qed ikollha rwol dejjem aktar importanti bħala komodità.

Emenda 8

Premessa 26 — ibdel it-test kif ġej

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Jinħtieġ li d-Direttiva 2011/83/UE ma tapplikax ukoll għal sitwazzjonijiet fejn il-kummerċjant jiġbor biss il-metadata, bħall-indirizz IP, l-istorja tal-ibbrawżjar jew informazzjoni oħra pereżempju miġbura u trażmessa permezz tal-cookies , ħlief fejn dan jitqies bħala kuntratt skont is-sitwazzjoni nazzjonali . Jinħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax ukoll għal sitwazzjonijiet li fihom il-konsumatur, mingħajr ma jkun ikkonkluda kuntratt mal-kummerċjant, ikun espost għal reklamar esklużivament biex jikseb aċċess għal kontenut diġitali jew servizz diġitali. Madankollu, jinħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jestendu l-applikazzjoni tar-regoli tad-Direttiva 2011/83/UE għal sitwazzjonijiet bħal dawn jew inkella li jirregolaw sitwazzjonijiet bħal dawn li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

Jinħtieġ li d-Direttiva 2011/83/UE tapplika wkoll għal sitwazzjonijiet fejn il-kummerċjant jiġbor il-metadata, bħall-indirizz IP, l-istorja tal-ibbrawżjar jew informazzjoni oħra pereżempju miġbura u trażmessa permezz tal-cookies. Jinħtieġ li din id-Direttiva tapplika wkoll għal sitwazzjonijiet li fihom il-konsumatur, mingħajr ma jkun ikkonkluda kuntratt mal-kummerċjant, ikun espost għal reklamar esklużivament biex jikseb aċċess għal kontenut diġitali jew servizz diġitali. Madankollu, jinħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu ħielsa milli jillimitaw permezz tal-leġislazzjoni l-applikazzjoni tar-regoli tad-Direttiva 2011/83/UE għal sitwazzjonijiet bħal dawn billi jirreferu għalihom espressament fit-test tal-liġi jew inkella li jirregolaw sitwazzjonijiet bħal dawn li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

Raġuni

Livell sostenibbli ta’ protezzjoni tal-konsumatur fl-era diġitali jista’ jinkiseb billi tinqaleb ir-rabta bejn ir-regola u l-eċċezzjoni fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE f’każijiet fejn in-negozjant juża l-metadata miġbura permezz tal-cookies.

Emenda 9

Premessa 27 — punt ġdid

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Fil-futur, id-Direttiva 2011/83/UE għandha wkoll tipprovdi qafas għall-verifika ta’ deċiżjonijiet algoritmiċi u dawk ibbażati fuq l-IA, servizzi u prodotti li jipproteġu l-konsumaturi, b’mod partikolari fir-rigward tal-possibbiltà ta’ diskriminazzjoni bla bżonn, l-iżvantaġġ u l-frodi. Għal dan il-għan, għandhom jiġu żviluppati wkoll mekkaniżmi sabiex tkun tista’ ssir regolamentazzjoni f’każ ta’ żviluppi dubjużi.

Il-fornituri ta’ sistemi ta’ komunikazzjoni diġitali b’penetrazzjoni għolja għandhom jintalbu jippermettu l-qlib lejn sistemi oħrajn mingħajr telfien.

Il-pjattaformi ta’ paragun, senserija u kontabilità għandhom ikunu kapaċi jżidu t-trasparenza tas-sistemi ta’ valutazzjoni tagħhom, il-ponderazzjoni tar-riżultati tagħhom, il-kopertura tal-kummissjonijiet u tas-suq, u r-rabtiet bejn il-portali u r-rabtiet ekonomiċi. Il-konsumaturi għandhom ikunu protetti aħjar mill-iffalsifikar, l-użu ħażin tad-data u r-riskji elementali. Barra minn hekk, il-pjattaformi ta’ kollokament għandhom jinformaw lill-utenti b’mod trasparenti jekk l-offerti tagħhom humiex privati jew kummerċjali.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 10

Artikolu 1(1)(a) — ibdel it-test kif ġej

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(1)   L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:

(1)   L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

(a)

Il-Paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

 

Din id-Direttiva ma żżommx lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kummerċjalizzazzjoni jew ħrattiki taħ bejgħ qarrieqa jew aggressivi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn operatur tas-suq lil konsumatur fid-dar, jew fir-rigward ta’ eskursjonijiet kummerċjali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jippromwovi jew ibigħ prodotti lill-konsumaturi, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma ġġustifikati minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew għall-protezzjoni tal-ħajja privata.

 

Din id-Direttiva ma żżommx lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kummerċjalizzazzjoni jew prattiki ta’ bejgħ qarrieqa jew aggressivi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn operatur tas-suq lil konsumatur fid-dar, inkluż reklamar mhux mitlub fil-forma ta’ posta elettronika spam , jew fir-rigward ta’ eskursjonijiet kummerċjali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jippromwovi jew ibigħ prodotti lill-konsumaturi, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma ġġustifikati minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew għall-protezzjoni tal-ħajja privata jew id-data sovranità tal-konsumatur .

Emenda 11

Artikolu 1 — Emendi għad-Direttiva 2005/29/KE

Paragrafu (2) — inkluża l-kundizzjoni

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(2)   Jiżdied il-punt (c) li ġej jiddaħħal fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 6:

(2)   Jiżdied il-punt (c) li ġej jiddaħħal fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 6:

(c)

Kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott bħala identiċi mal-istess prodott impoġġi fis-suq f’diversi Stati Membri oħra, meta dawn il-prodotti jkunu differenti b’mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi;

(c)

Kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott bħala identiċi mal-istess prodott impoġġi fis-suq f’diversi Stati Membri oħra, meta dawn il-prodotti jkunu differenti b’mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi;

 

Dment li, għall-fini tal-punt (c) tal-Paragrafu 2 tal-Artikolu 6, prodott huwa meqjus li jkun ikkummerċjalizzat bħala identiku meta jiġi kkummerċjalizzat bl-istess imballaġġ u mmarkar f’diversi Stati Membri;

Raġuni

L-inklużjoni ta’ din il-kundizzjoni hija meħtieġa għaċ-ċertezza ġuridika dwar x’jikkostitwixxi prodotti “identiċi” u sabiex issir distinzjoni bejn “il-kundizzjoni hija meħtieġa għal ċertezza ġuridika dwar x’jikkostitwixxi prodotti “identiċi” u li ssir distinzjoni bejn “prodotti bi kwalità doppja” u “imballaġġ ikkuppjat” fejn l-imballaġġ ta’ prodotti huwa identiku għall-prodotti tal-kompetitur.

Emenda 12

Artikolu 1 — Emendi għad-Direttiva 2005/29/KE

Paragrafu (4) — emenda kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(4)   Jiddaħħal l-Artikolu 11a li ġej:

(4)   Jiddaħħal l-Artikolu 11a li ġej:

“Artikolu 11a

“Artikolu 11a

Rimedju

Rimedju

1.   Minbarra r-rekwiżit biex jiżguraw mezzi adegwati u effettivi biex jinfurzaw il-konformità fl-Artikolu 11, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li rimedji kuntrattwali u mhux kuntrattwali jkunu disponibbli wkoll għal konsumaturi li jkunu ġarrbu danni minħabba prattiki kummerċjali żleali biex jiġu eliminati l-effetti ta’ dawk il-prattiċi kummerċjali żleali f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

1.   Minbarra r-rekwiżit biex jiżguraw mezzi adegwati u effettivi biex jinfurzaw il-konformità fl-Artikolu 11, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li rimedji kuntrattwali u mhux kuntrattwali adegwati u li mhumiex ta’ deterrent ikunu disponibbli wkoll għal konsumaturi li jkunu ġarrbu danni minħabba prattiki kummerċjali żleali biex jiġu eliminati l-effetti ta’ dawk il-prattiċi kummerċjali żleali f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

(…)

(…)

Raġuni

Il-kwalifika ulterjuri ta’ rimedji fir-rigward tal-puntwalità u l-kosteffettività tiżgura li r-rimedji mhumiex biss disponibbli iżda li jkunu disponibbli f’waqthom u b’mod kosteffettiv. Ikun għal xejn li jkun hemm biss dawn ir-rimedji disponibbli skont il-liġi nazzjonali, jekk tali rimedji ma jistgħux, madankollu, jinkisbu b’mod kosteffettiv u f’waqtu. Il-konsumatur dejjem huwa l-parti d-dgħajfa fis-sitwazzjoni u meta ffaċċjat bir-riżorsi disponibbli għan-negozjanti, il-konsumaturi jistgħu joqogħdu lura milli jużaw dawn ir-rimedji jekk dawn ir-rimedji, għalkemm disponibbli, huma ferm għaljin.

Emenda 13

Artikolu 1 — punt ġdid

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(7)

Prattika kummerċjali tiġi kkunsidrata aggressiva jekk, fil-każ speċifiku, b’kont meħud taċ-ċirkustanzi fattwali kollha, il-libertà tad-deċiżjoni tal-konsumatur jew il-libertà tal-imġiba tal-konsumatur fir-rigward tal-prodott jistgħu jiġu affettwati minn fastidju, inkluż dak f’forma diġitali, koerċizzjoni, inkluż l-użu ta’ forza fiżika, jew permezz ta’ interferenza mhux xierqa anki f’forma diġitali u jekk il-konsumatur qiegħed jiġi affettwat jew x’aktarx li jiġi affettwat materjalment u b’hekk x’aktarx jieħu deċiżjoni ta’ negozju li kieku ma kienx jasal jieħu.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 14

Artikolu 2(4)(a) — ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

“Artikolu 6a

“Artikolu 6a

Rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali għal kuntratti konklużi fuq swieq online

Rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali għal kuntratti konklużi fuq swieq online

Qabel ma l-konsumatur jintrabat b’kuntratt mill-bogħod, jew kwalunkwe offerta korrispondenti, fuq suq online, is-suq online għandu barra minn hekk jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

Qabel ma l-konsumatur jintrabat b’kuntratt mill-bogħod, jew kwalunkwe offerta korrispondenti, fuq suq online, is-suq online għandu barra minn hekk jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-offerti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat ta’ mistoqsija ta’ tfittxija tiegħu fuq suq online;

(a)

il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-offerti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat ta’ mistoqsija ta’ tfittxija tiegħu fuq suq online u r-raġunijiet għall-ponderazzjoni speċjali ta’ dawn il-parametri ewlenin meta mqabbla ma’ parametri oħra.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 15

Artikolu 2(7)(a)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.     Sakemm il-kummerċjant ma jkunx offra li jiġbor il-oġġetti hu stess, fir-rigward ta’ kuntratti ta’ bejgħ, il-kummerċjant jista’ jżomm ir-rimborż sakemm ikun irċieva l-oġġetti lura.”

 

Raġuni

Id-dritt ta’ rtirar huwa dritt ċentrali tal-konsumatur fil-kummerċ online u bejgħ ieħor mill-bogħod. Ir-regolamenti eżistenti dwar id-dritt ta’ irtirar huma ġusti u bbilanċjati. Ir-regoli dwar il-modalità ta’ ħlas lura għandhom jinżammu wkoll.

Emenda 16

Artikolu 2 — punt ġdid

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Fejn kuntratt li jkun magħmul b’mod elettroniku jkun jeħtieġ li l-konsumatur iħallas jew jipprovdi data, in-negozjant għandu jinforma lill-konsumatur b’mod ċar, immedjatament qabel ma jagħmel l-ordni tiegħu, dwar it-termini tal-Artikoli 6 (1) (a), (e), (o) u (p).

Raġuni

Jeħtieġ li l-konsumaturi jkunu infurmati b’mod ċar qabel jikkonkludu kuntratt li d-data li qed jipprovdu qed tiġi pproċessata għal għanijiet kummerċjali.

Emenda 17

Artikolu 2 — punt ġdid

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

Jiddaħħal l-Artikolu 6c li ġej: In-negozjant ineħħi l-ipproċessar tad-data pprovduta mill-konsumatur għat-tul tal-perjodu ta’ revoka, sakemm l-ipproċessar tad-data ma jkunx meħtieġ għat-twettiq tal-kuntratt.

Raġuni

Il-kumpaniji ma jistgħux jerġgħu “jiksbu” d-data ladarba tgħaddi għand partijiet terzi. Il-kumpaniji għandhom ikunu obbligati li ma jittrasmettux lil partijiet terzi d-data personali pprovduta mill-konsumaturi 14-il jum wara l-konklużjoni tal-kuntratt, u jkunu obbligati li jħassru d-data fil-każ ta’ dikjarazzjonijiet ta’ revoka effettiva.

Emenda 18

Artikolu 2 — Emendi għad-Direttiva 2011/83/KE

Paragrafu (9) — ħassar is-sottoparagrafu (3)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

(9)   L-Artikolu 16 jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

kuntratti ta’ servizz wara l-eżekuzzjoni totali tas-servizz jekk

l-eżekuzzjoni tkun bdiet bil-kunsens espress minn qabel tal-konsumatur”;

(9)   L-Artikolu 16 jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

kuntratti ta’ servizz wara l-eżekuzzjoni totali tas-servizz jekk

l-eżekuzzjoni tkun bdiet bil-kunsens espress minn qabel tal-konsumatur”;

(2)

punt (m) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(m)

kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jekk l-eżekuzzjoni tkun bdiet u, jekk il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’obbligu li jħallas, fejn il-konsumatur ikun ta l-kunsens espliċitu minn qabel biex tibda l-eżekuzzjoni matul il-perjodu ta’ rtirar u rrikonoxxa d-dritt li b’dan jitlef id-dritt tiegħu ta’ rtirar.”

(2)

punt (m) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(m)

kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jekk l-eżekuzzjoni tkun bdiet u, jekk il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’obbligu li jħallas, fejn il-konsumatur ikun ta l-kunsens espliċitu minn qabel biex tibda l-eżekuzzjoni matul il-perjodu ta’ rtirar u rrikonoxxa d-dritt li b’dan jitlef id-dritt tiegħu ta’ rtirar.”

(3)

jiżdied il-punt li ġej:

“(n)

il-provvista ta’ oġġetti li l-konsumatur ikun ittratta, li jaqgħu matul il-perjodu ta’ rtirar, għajr dak li huwa meħtieġ biex jiġu stabbiliti n-natura, l-karatteristiċi u l-funzjonament tal-oġġetti.”

 

Raġuni

Ma hemm l-ebda evidenza konklużiva ta’ użu ħażin fuq skala kbira li tiġġustifika din l-emenda għad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur. Id-dritt li wieħed jirritorna prodott mixtri online huwa wieħed mill-aktar drittijiet importanti tal-konsumatur u bl-ebda mod ma għandu jitnaqqas.

Emenda 19

Artikolu 3 — Emendi għad-Direttiva 93/13/KE

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Id-Direttiva 93/13/KEE hija emendata kif ġej:

Id-Direttiva 93/13/KEE hija emendata kif ġej:

Jiddaħħal l-Artikolu 8b li ġej:

Jiddaħħal l-Artikolu 8b li ġej:

“Artikolu 8b

“Artikolu 8b

(…)

(…)

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li penali għal każijiet ta’ ksur mifruxa u każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni fis-sens tar-Regolament (UE) 2017/2934 jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi, li l-ammont massimu tagħhom ikun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li penali għal każijiet ta’ ksur mifruxa u każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni fis-sens tar-Regolament (UE) 2017/2934 jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi, li l-ammont massimu tagħhom ikun tal-inqas 8 % tal-fatturat medju ġġenerat mill-kummerċjant fit-tliet snin finanzjarji preċedenti fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

Raġuni

Mhuwiex ċar minn liema sena għandu jiġi kkalkulat il-fatturat annwali. Għalhekk qed ikun propost li jiżdied l-ammont minimu ta’ multi sa 8 % tal-fatturat medju miksub mill-kummerċjant fit-tliet snin finanzjarji preċedenti fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat(i).

Emenda 20

Artikolu 4 — Emendi għad-Direttiva 98/6/KE

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Id-Direttiva 98/6/KE hija emendata kif ġej:

Id-Direttiva 98/6/KE hija emendata kif ġej:

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

“Artikolu 8

(…)

(…)

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li penali għal każijiet ta’ ksur mifruxa u każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni fis-sens tar-Regolament (UE) 2017/2934 jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi, li l-ammont massimu tagħhom ikun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li penali għal każijiet ta’ ksur mifruxa u każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni fis-sens tar-Regolament (UE) 2017/2934 jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi, li l-ammont massimu tagħhom ikun tal-inqas 8 % tal-fatturat medju ġġenerat mill-kummerċjant fit-tliet snin finanzjarji preċedenti fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

Raġuni

L-istess spjegazzjoni bħal dik tal-emenda għall-Artikolu 3 għad-Direttiva 93/13/KE

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-pubblikazzjoni ta’ proposta li ilha mistennija sabiex jiġi stabbilit qafas minimu mifrux mal-UE kollha għal mekkaniżmi ta’ skemi ta’ rikors kollettiv fost l-Istati Membri, li jista’ jagħti opportunità ġenwina lill-konsumaturi sabiex jiksbu rimedju fil-każ ta’ ħsara tal-massa u għandu jnaqqas il-lakunja eżistenti fl-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur tal-UE; il-proposta, madankollu, titqies bħala l-ewwel pass fid-direzzjoni t-tajba, peress li tinkludi numru ta’ nuqqasijiet;

2.

jappoġġja il-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ tal-proposta biex jitwettaq impatt reali f’oqsma fejn iseħħ dannu tal-massa biex jiġu koperti prattiki oħra li huma ta’ detriment għall-konsumaturi u b’mod aktar ġenerali għaċ-ċittadini;

3.

jirrikonoxxi li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

4.

jiddispjaċih li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta attwali biex jiġi stabbilit qafas minimu mifrux mal-UE kollha għal mekkaniżmi ta’ skemi ta’ rikors kollettiv fost l-Istati Membri huwa limitat biss għal tilwim tal-konsumaturi;

5.

jirrakkomanda li l-mekkaniżmi ta’ rimedju kollettiv jiġu estiżi għal każijiet oħrajn ta’ dannu tal-massa, inklużi każijiet ta’ dannu ambjentali tal-massa, il-ħsara li ssir fuq beni komuni, u fir-rigward tar-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà jew ksur tad-drittijiet tax-xogħol, bil-għan li jkun hemm aċċess aktar faċli għall-ġustizzja għaċ-ċittadini kollha;

6.

għalhekk jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tesplora modi kif testendi r-rimedju għal dawn is-setturi u jiġi estiż l-ambitu tal-proposta għar-rimedju kollettiv biex jiġu koperti l-forom kollha ta’ dannu kkawżat minn ksur tad-drittijiet fundamentali, kif mogħtija skont il-liġi tal-UE;

7.

jippromovi s-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim bħala mezz biex il-partijiet ikunu jistgħu jinnegozjaw u spiss jimmedjaw it-tilwim. Għandhom jiġu promossi n-negozjar u l-medjazzjoni konsenswali bejn entitajiet kwalifikati u konvenuti potenzjonali qabel ma jibdew il-proċedimenti. Qabel ma jitnedew azzjonijiet ta’ rimedju kollettiv twal u għalja, għandhom jitħeġġew il-proċessi tas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, bħan-negozjati u/jew il-medjazzjoni, kull fejn huwa possibbli sabiex jintlaħqu soluzzjonijiet komprensivi u bonarji;

8.

jenfasizza n-natura ta’ armonizzazzjoni minima tad-Direttiva, li ma tipprekludix regoli nazzjonali eżistenti aħjar jew aktar stretti fis-sistemi eżistenti ta’ rimedju kollettiv, u b’hekk l-Istati Membri jkollhom standards ogħla u jżommu jew jintroduċu proċeduri nazzjonali oħra;

9.

jopponi l-possibbiltà li l-Istati Membri jidderogaw fil-każ ta’ kwantifikazzjoni kumplessa tad-dannu. Dan ifisser li l-konsumaturi jridu jaġixxu individwalment f’dawn il-każijiet, u jkunu meħtieġa jfittxu assistenza legali u teknika għalja. Dan jaf ikun ostaklu enormi għall-konsumaturi individwali;

10.

jirrakkomanda li l-mandat tal-konsumaturi individwali m’għandux ikun meħtieġ fil-każ ta’ deċiżjoni deklaratorja mitluba mill-entità kkwalifikata;

11.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jistgħu jkunu nominati bħala entitajiet kkwalifikati jista’ jkollhom kapaċitajiet finanzjarji limitati. L-organizzazzjonijiet tal-konsumatur fi Stati Membri iżgħar huma kkonċernati b’mod partikolari. In-nuqqas ta’ kapaċità finanzjarja m’għandux ifixkel lill-organizzazzjonijiet milli jiġu nominati bħala entitajiet kkwalifikati;

12.

jappoġġja bil-qawwa l-aġġornament u infurzar aħjar tar-regoli tal-konsumatur tal-UE;

13.

jilqa’ r-rekwiżiti proposti skont id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur għal kuntratti konklużi fi swieq online rigward it-trasparenza. Jirrakkomanda li jiġu miżjuda l-konsegwenzi u r-rimedji jekk in-negozjanti ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti;

14.

iqis li huwa importanti li jiġu previsti aktar rimedji flimkien mad-dritt għal kumpens u d-dritt li jiġi tterminat il-kuntratt, bħad-dritt li tintalab eżekuzzjoni speċifika jew id-dritt għar-restituzzjoni. Jirrakkomanda li jiġu stabbiliti definizzjonijiet ċari tar-rimedji u jiġi elaborat dak li jistgħu jfissru;

15.

iqis li hu importanti għall-Kummissjoni li tiżgura li r-rimedji m’għandhomx ikunu biss disponibbli mill-Istati Membri iżda li jkunu disponibbli f’waqthom u b’mod kosteffettiv;

16.

iqis li d-dritt ta’ rtirar bħala dritt importanti tal-konsumatur li m’għandux jiddgħajjef fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza konklużiva ta’ użu ħażin;

17.

jappoġġja l-approċċ meħud mill-Kummissjoni biex tintroduċi multi bbażati fuq il-fatturat tal-kummerċjant fil-każ ta’ ksur mifrux;

18.

jemmen, madankollu, li l-multa minima ta’ 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant għal ksur mifrux mhiex dissważiva biżżejjed;

19.

jirrakkomanda li l-ammont minimu ta’ multa jiżdied għal 8 % tal-fatturat medju ġġenerat min-negozjant matul it-tliet snin finanzjarji preċedenti fl-Istat Membru jew l-Istati Membri;

20.

jiddispjaċih li l-proposta hija nieqsa minn regoli dwar ir-responsabbiltà tas-swieq online. Operaturi tal-pjattaformi online għandhom ikunu responsabbli, f’każijiet fejn dawn jonqsu milli jinforma lill-konsumatur li parti terza hija l-fornitur reali tal-oġġetti jew is-servizzi jew fejn jonqsu li jneħħu informazzjoni qarrieqa mxerrda mill-fornitur u li ġiet irrapportata lill-operatur;

21.

jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ regoli għal feedback mill-utent/sistemi ta’ reviżjoni aħjar u aktar trasparenti.

Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għat-tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).

(2)   Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta’ Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħra ta’ diskriminazzjoni bbażati fuq in-nazzjonalità tal-klijenti, il-post ta’ residenza jew il-post ta’ stabbiliment fis-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 60, I, 2.3.2018, p. 1).

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għat-tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta’ Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħra ta’ diskriminazzjoni bbażati fuq in-nazzjonalità tal-klijenti, il-post ta’ residenza jew il-post ta’ stabbiliment fis-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 60, I, 2.3.2018, p. 1).