ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 459

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
20 ta' Diċembru 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 459/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9070 — Eurocar/Vicentini) ( 1 )

1

2018/C 459/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9166 — Santander Group/Hyundai Motor Company Group/JV) ( 1 )

1

2018/C 459/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9143 — CapMan/NH-Amundi/Green Investment Group/Cloud Snurran) ( 1 )

2

2018/C 459/04

Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.8864 — Vodafone/Certain Liberty Global Assets) ( 1 )

2

2018/C 459/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9158 — SoftBank/Toyota Motor Corporation/Monet Technologies JV) ( 1 )

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 459/06

Aġġornament għall-2019 tal-benefiċċji applikabbli għall-esperti sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

4

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 459/07

Rata tal-kambju tal-euro

5

2018/C 459/08

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2018 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ M.8084 — Bayer/Monsanto — Ir-Relatur: Il-Latvja

6

2018/C 459/09

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Il-Każ M.8084 — Bayer/Monsanto

9

2018/C 459/10

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2018 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ M.8084 — Bayer/Monsanto) (innotifikata bid-dokument numru C(2018)1709)  ( 1 )

10

2018/C 459/11

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għal speċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-isem Gönci kajszibarack (IĠP)

24

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2018/C 459/12

Rapport Speċjali Nru 33/2018 — Il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fl-UE: theddida dejjem akbar li tirrikjedi azzjoni addizzjonali

37

2018/C 459/13

Rapport Speċjali Nru 35/2018 — Trasparenza fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE mill-NGOs: jeħtieġ li jsiru aktar sforzi

37

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 459/14

Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għal-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

38

2018/C 459/15

Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

40


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2018/C 459/16

Sentenza tal-Qorti tas-17 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża E-10/17 — Nye Kystlink AS v Color Group AS u Color Line AS (L-Artikolu 53 ŻEE — L-Artikolu 54 ŻEE — Il-prinċipju ta’ ekwivalenza — Il-prinċipju ta’ effettività — Ir-regoli nazzjonali dwar it-terminu ta’ preskrizzjoni għal talbiet għad-danni)

47

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 459/17

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9094 — Amcor/Bemis) ( 1 )

48


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9070 — Eurocar/Vicentini)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 459/01)

Fl-10 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9070. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


20.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9166 — Santander Group/Hyundai Motor Company Group/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 459/02)

Fis-7 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9166. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


20.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9143 — CapMan/NH-Amundi/Green Investment Group/Cloud Snurran)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 459/03)

Fl-10 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9143. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


20.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/2


Bidu ta’ proċeduri

(Il-Każ M.8864 — Vodafone/Certain Liberty Global Assets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 459/04)

Fil-11 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew b’imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8864 — Vodafone/Certain Liberty Global Assets, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


20.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9158 — SoftBank/Toyota Motor Corporation/Monet Technologies JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 459/05)

Fit-12 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9158. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

20.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/4


Aġġornament għall-2019 tal-benefiċċji applikabbli għall-esperti sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 459/06)

F'konformità mal-Artikolu 19(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1027 tat-23 ta' Ġunju 2015 dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/829/KE (1):

1.

Mill-1 ta' Jannar 2019, l-indennizz ta' kuljum kif jinsab fl-Artikolu 19 huwa stabbilit għal EUR 35,13 u EUR 140,49.

2.

Mill-1 ta' Jannar 2019, l-iskala użata għall-kalkolu ta' rimborżi dovuti abbażi tad-distanza bejn il-post ta' reklutaġġ u l-post ta' sekondar (f'km) hija li ġejja:

Distanza bejn il-post ta' reklutaġġ u l-post ta' sekondar (f'km)

Ammont (f'EUR)

0 - 150

0,00

> 150

90,31

> 300

160,54

> 500

260,91

> 800

421,46

> 1 300

662,30

> 2 000

792,77


(1)  ĠU L 163, 30.6.2015, p. 40.


Il-Kummissjoni Ewropea

20.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Diċembru 2018

(2018/C 459/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1405

JPY

Yen Ġappuniż

128,11

DKK

Krona Daniża

7,4676

GBP

Lira Sterlina

0,90318

SEK

Krona Żvediża

10,3393

CHF

Frank Żvizzeru

1,1328

ISK

Krona Iżlandiża

138,80

NOK

Krona Norveġiża

9,9375

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,765

HUF

Forint Ungeriż

322,90

PLN

Zloty Pollakk

4,2833

RON

Leu Rumen

4,6655

TRY

Lira Turka

6,0860

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5879

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5332

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,9241

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6630

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5623

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 284,20

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,2602

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8683

HRK

Kuna Kroata

7,4190

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 471,67

MYR

Ringgit Malażjan

4,7661

PHP

Peso Filippin

60,535

RUB

Rouble Russu

77,0444

THB

Baht Tajlandiż

37,311

BRL

Real Brażiljan

4,4515

MXN

Peso Messikan

22,8738

INR

Rupi Indjan

80,1160


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


20.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/6


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2018 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ M.8084 — Bayer/Monsanto

Ir-Relatur: Il-Latvja

(2018/C 459/08)

Operat

1.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Id-Dimensjoni tal-Unjoni

2.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-Prodott u s-Swieq Ġeografiċi

3.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodotti rilevanti għaż-żrieragħ tal-ħxejjex u b’mod partikolari li:

3.1.

Is-swieq taż-żrieragħ tal-ħxejjex jħaddnu kemm il-ħruġ ta’ liċenzji kif ukoll il-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ;

3.2.

Il-livell rilevanti biex jiġu analizzati l-effetti fuq il-prezzijiet huwa l-livell tas-segmenti.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodott rilevanti għaż-żrieragħ tal-għelejjel fuq skala kbira, jiġifieri s-segmentazzjoni ta’:

4.1.

Is-swieq upstream u downstream taż-żrieragħ żejtnin (“OSR”, oilseed rape);

4.2.

Is-swieq upstream u downstream tal-qoton; kif ukoll

4.3.

Is-swieq upstream u downstream tal-qamħ.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodott rilevanti għall-karatteristiċi tal-għelejjel fuq skala kbira, jiġifieri s-segmentazzjoni ta’:

5.1.

Swieq tal-ħruġ ta’ liċenżji għal karatteristiċi individwali; kif ukoll

5.2.

Is-swieq tal-ħruġ ta’ liċenzji kombinati.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodotti rilevanti fir-rigward ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel, jiġifieri mas-segmentazzjoni ta’:

6.1.

Swieq għall-erbiċidi agrikoli mhux selettivi;

6.2.

Swieq għall-erbiċidi mhux agrikoli mhux selettivi;

6.3.

Swieq għal sistemi ta’ reżistenża għall-erbiċidi;

6.4.

Swieq għat-trattament taż-żrieragħ;

6.5.

Swieq għall-fungiċidi;

6.6.

Swieq għall-insettiċidi;

6.7.

Swieq għal prodotti mikrobiċi għall-effiċjenża tal-għelejjel;

6.8.

Swieq għal prodotti ta’ saħħet in-naħal kontra l-varroa destructor; kif ukoll

6.9.

Swieq għal preskrizzjonijiet agronomiċi diġitali.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjoni tal-Kummissjoni tal-ispazji li fihom isseħħ il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni, jiġifieri rigward id-definizzjoni ta’:

7.1.

Spazji għall-innovazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ għelejjel għall-kultivazzjoni fuq skala kbira;

7.2.

Spazji għall-innovazzjoni għal erbiċidi mhux selettivi;

7.3.

Spazji għall-innovazzjoni għal sistemi ta’ reżistenza għall-erbiċidi;

7.4.

Spazji għall-innovazzjoni għall-fungiċidi;

7.5.

Spazji għall-innovazzjoni għall-insettiċidi;

7.6.

Spazji għall-innovazzjoni għal prodotti mikrobiċi għall-effiċjenża tal-għelejjel; kif ukoll

7.7.

Spazji għall-innovazzjoni għal prodotti ta’ saħħet in-naħal.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti b’rabta ma’:

8.1.

Is-swieq għaż-żrieragħ tal-ħxejjex;

8.2.

Is-swieq upstream u downstream għaż-żrieragħ tal-għelejjel fuq skala kbira;

8.3.

Swieq għal karatteristiċi ta’ għelejjel għall-kultivazzjoni fuq skala kbira;

8.4.

Swieq għal prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel; kif ukoll

8.5.

Swieq għal preskrizzjonijiet agronomiċi diġitali.

Valutazzjoni Kompetittiva

9.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effikaċi fir-rigward tal-kompetizzjoni fil-prodotti/fil-prezzijiet fi:

9.1.

Is-swieq għaż-żrieragħ tal-ħxejjex;

9.2.

Is-swieq upstream u downstream għaż-żrieragħ tal-għelejjel fuq skala kbira;, jiġifieri l-OSR (is-swieq downstream) u l-qoton (is-swieq upstream);

9.3.

Swieq għal karatteristiċi ta’ għelejjel għall-kultivazzjoni fuq skala kbira;

9.4.

Swieq għall-erbiċidi agrikoli mhux selettivi għall-għelejjel perenni;

9.5.

Swieq għall-ġestjoni tal-veġetazzjoni industrijali (prepostemerġenti u postemerġenti) għall-erbiċidi mhux agrikoli mhux selettivi;

9.6.

Swieq għat-trattament nematiċidali taż-żrieragħ; kif ukoll

9.7.

Swieq għal preskrizzjonijiet agronomiċi diġitali ta’ fungiċidi għal għelejjel fuq skala kbira.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effikaċi fir-rigward tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni għal:

10.1.

Il-karatteristiċi ta’ għelejjel għall-kultivazzjoni fuq skala kbira;

10.2.

Erbiċidi mhux selettivi; kif ukoll

10.3.

Sistemi ta’ reżistenża għall-erbiċidi.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni ma timpedix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effikaċi fir-rigward tar-relazzjoni bejn l-attivitajiet tal-Partijiet fi:

11.1.

Ċerti swieq għaż-żrieragħ tal-ħxejjex;

11.2.

Is-swieq għaż-żrieragħ tal-qamħ;

11.3.

L-innovazzjoni f’ċerti swieq għall-funġiċidi tal-weraq;

11.4.

L-innovazzjoni f’ċerti swieq għall-insettiċidi tal-weraq;

11.5.

Swieq upstream għat-trattament insettiċidali u fungiċidali taż-żrieragħ u swieq downstream għaż-żrieragħ ittrattati (relazzjoni vertikali);

11.6.

Prodotti mikrobiċi għall-effiċjenża tal-għelejjel, kemm f’termini ta’ kompetizzjon fil-prodotti u fil-prezzijiet kif ukoll fil-kompetizzjoni fl-innovazzjoni;

11.7.

Innovazzjoni fis-swieq għal prodotti ta’ saħħet in-naħal kontra l-varroa destructor; kif ukoll

11.8.

L-iggruppar ta’ żrieragħ u ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel kemm fuq il-livell ta’ distributur kif ukoll fil-livell ta’ bidwi.

Rimedji

12.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li ċ-ċessjoni tan-Negozju taż-Żrieragħ tal-Ħxejjex Ċedut se tindirizza t-tħassib tal-kompetizzjoni fir-rigward taż-żrieragħ tal-ħxejjex.

13.

Fir-rigward tal-Pakkett ta’ Ċessjoni ta’ BASF, il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li:

13.1.

Iċ-ċessjoni tan-Negozji ta’ Kultivazzjoni fuq Skala Kbira Ċeduti se tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tas-swieq taż-żrieragħ tal-għelejjel u tal-karatteristiċi fuq skala kbira, u l-kompetizzjoni fl-innovazzjoni;

13.2.

Iċ-ċessjoni tan-Negozju Ċedut tal-GA u l-Assi tal-Glifosat se jindirizzaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tal-glifosat u tal-glufosinat-ammonju;

13.3.

Iċ-ċessjoni tal-Assi NemaStrike se tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tat-trattament nematiċidali taż-żrieragħ;

13.4.

It-Trasferimenti tad-Data [il-linji ta’ riċerka fuq l-erbiċidi mhux selettivi 1, 2 u 3] u l-Liċenzji se jindirizzaw t-tħassib dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tal-isforzi rispettivi għall-innovazzjoni tal-Partijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Erbiċidi mhux selettivi u mas-Sistemi ta’ reżistenza għall-erbiċidi;

13.5.

Il-Liċenzja għall-Agrikoltura Diġitali se tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tal-preskrizzjonijiet diġitali tal-fungiċidi għal għelejjel fuq skala kbira fiż-ŻEE, kif ukoll il-kwistjonijiet li tqajmu fl-eżami tas-suq; kif ukoll

13.6.

BASF jidher li prima facie għandha xerrej xieraq għall-Pakkett ta’ Ċessjoni ta’ BASF, suġġett għal iktar investigazzjoni.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li, suġġett għall-konformità sħiħa mal-Impenji Finali u l-approvazzjoni ta’ BASF bħala xerrej tal-Pakkett ta’ Ċessjoni ta’ BASF u l-approvazzjoni tax-Xerrej tan-Negozju taż-Żrieragħ tal-Ħxejjex Ċedut, it-Tranżazzjoni mhux se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effikaċi fis-suq intern jew f’xi parti sostanzjali minnu.

Il-kompatibbiltà mas-suq intern

15.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni jenħtieġ li għaldaqstant tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE f’konformità mal-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.

20.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/9


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Il-Każ M.8084 — Bayer/Monsanto

(2018/C 459/09)

1.   

Fit-30 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) li permezz tagħha Bayer Aktiengesellschaft (“Bayer” jew “il-Parti Notifikanti”) takkwiżixxi, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Monsanto Corporation (“Monsanto”) kollha kemm hi permezz ta’ xiri ta’ ishma (it-“Tranżazzjoni”). Bayer u Monsanto se jissejħu kollettivament bħala “l-Partijiet”.

2.   

L-ewwel fażi tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tat-Tranżazzjoni mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-effetti fuq il-kompetizzjoni fil-protezzjoni tal-għelejjel, iż-żrieragħ, il-karatteristiċi u l-agrikoltura diġitali. Fit-22 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tagħti bidu għal proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li għaliha l-Partijiet ippreżentaw kummenti bil-miktub fl-4 ta’ Settembru 2017.

3.   

Fit-19 ta’ Settembru 2017 u fit-26 ta’ Jannar 2018, it-tieni fażi tal-perjodu għar-rieżami tat-Tranżazzjoni ġie estiż skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet bi 15-il jum ta’ xogħol b’kollox.

4.   

Fl-4 ta’ Ottubru 2017 u fis-16 ta’ Ottubru 2017 il-Kummissjoni adottat żewġ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u ssospendiet il-limitu ta’ żmien għar-rieżami tal-fużjoni peress li l-Partijiet ma setgħux jipprovdu ċerti dokumenti mitluba. L-ewwel sospensjoni damet mill-21 ta’ Settembru 2017 sat-13 ta’ Ottubru 2017 u t-tieni mill-10 ta’ Ottubru 2017 sat-3 ta’ Novembru 2017, u d-dokumenti mitluba ngħataw f’dawn id-dati.

5.   

Fuq talba tagħhom, nagħraf li Arbeitsgemeinschaft bäuerliche Landwirtschaft e.V., Avaaz Foundation, DowDuPont Inc. u IPES-Food huma terzi persuni interessati f’dawn il-proċedimenti.

6.   

Il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet f’dan il-każ fl-14 ta’ Diċembru 2017, u din ġiet innotifikata lill-Partijiet fl-istess jum. Il-Partijiet irrispondew għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fit-9 ta’ Jannar 2018. Il-partijiet ma talbux l-opportunità biex jiżviluppaw l-argumenti tagħhom f’seduta orali formali.

7.   

Il-Kummissjoni bagħtet diversi ittri bil-fatti, fis-26 ta’ Jannar 2018 u fl-1 u fit-8 ta’ Frar 2018, li ppermettew lill-Partijiet biex jikkummentaw dwar elementi fattwali addizzjonali.

8.   

Il-Partijiet ippreżentaw l-ewwel ġabra formali ta’ impenji fit-2 ta’ Frar 2018. Fil-5 ta’ Frar 2018 il-Partijiet ippreżentaw verżjoni kemxejn riveduta tal-impenji. Il-Kummissjoni ttestjat fis-suq dawn l-impenji fis-6 ta’ Frar 2018. Abbażi ta’ feedback li ħareġ mit-test tas-suq immirat tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dan il-pakkett, il-Partijiet ippreżentaw impenji aġġornati fis-16 ta’ Frar 2018 (l-“Impenji Finali”).

9.   

Fl-abbozz tad-Deċiżjoni l-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-Impenji Finali huma adegwati u biżżejjed biex jeliminaw kull xkiel sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fl-oqsma fejn xkiel sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva jkun ġie identifikat. B’hekk, il-Kummissjoni tiddikjara t-Tranżazzjoni bħala kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE, suġġetta għall-kundizzjonijiet u l-obbligi maħsuba biex jiġi żgurat li l-Partijiet jikkonformaw mal-Impenji Finali.

10.   

Irrevedejt l-abbozz tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE u kkonkludejt li dan jittratta biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-Partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom.

11.   

Kollox ma’ kollox nikkonkludi li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie rrispettat f’dan il-każ.

Brussell, it-12 ta’ Marzu 2018.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1) (“Ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).


20.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/10


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-21 ta’ Marzu 2018

li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim ŻEE

(Il-Każ M.8084 — Bayer/Monsanto)

(innotifikata bid-dokument numru C(2018)1709)

(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 459/10)

Fil-21 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) , u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa, kif jista’ jkun il-każ fil-forma ta’ verżjoni provviżorja, tista’ tinstab bl-Ingliż fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: https://ec.europa.eu/commission/index_mt.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni tiddikjara l-akkwiżizzjoni ta’ Monsanto Company (“Monsanto”) minn Bayer Aktiengesellschaft (“Bayer”; flimkien ma’ Monsanto “il-Partijiet”) permezz tax-xiri ta’ ishma (it-“Tranżazzjoni”) kompatibbli mas-suq intern u l-Ftehim dwar iż-ŻEE, f’konformità mal-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

2.   PROĊEDURA

(2)

Fl-14 ta’ Settembru 2016, Bayer ħabbret li hija se tikseb il-kontroll ta’ Monsanto. Bayer innotifikat it-Tranżazzjoni lill-Kummissjoni fit-30 ta’ Ġunju 2017.

(3)

B’deċiżjoni datata t-22 ta’ Awwissu 2017 (2), il-Kummissjoni sabet li t-Tranżazzjoni qajmet dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern u bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(4)

L-investigazzjoni fil-fond ikkonfermat it-tħassib tal-kompetizzjoni identifikat fil-bidu.

(5)

Fis-16 ta’ Frar 2018, il-Parti Notifikanti ssottomettiet l-impenji finali (“Impenji Finali”) li jrendu t-Tranżazzjoni kompatibbli mas-suq intern.

(6)

Saret konsultazzjoni mal-Istati Membri dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni waqt il-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konċentrazzjonijiet fid-9 ta’ Marzu 2018, li ta opinjoni favorevoli. L-Uffiċjal tas-Seduta ta l-opinjoni favorevoli tiegħu dwar il-proċedimenti fir-rapport tiegħu li nħareġ fit-12 ta’ Marzu 2018.

(7)

Fit-talba motivata tagħha tal-4 ta’ April 2018, kif immodifikata fis-6 ta’ April 2018, il-Parti Notifikanti pproponiet li temenda l-Impenji Finali, kif deskritti hawn taħt fit-taqsimiet 6.1.3. u 6.1.5. Permezz ta’ deċiżjoni tal-11 ta’ April 2018, il-Kummissjoni approvat il-modifika tal-Impenji Finali (3).

3.   IL-PARTIJIET

(8)

Bayer, inkorporata fil-Ġermanja, hija attiva f’erba’ oqsma: il-prodotti farmaċewtiċi, is-saħħa tal-konsumaturi, l-agrikoltura (“Bayer Crop Science”) u s-saħħa tal-annimali. L-effetti kompetittivi tat-Tranżazzjoni jikkonċernaw prinċipalment id-diviżjoni ta’ Bayer Crop Science. Bayer Crop Science topera tliet segmenti tan-negozju: (i) Il-Protezzjoni tal-Għelejjel; (ii) iż-Żrieragħ; u (iii) ix-Xjenza Ambjentali. Bayer hija attiva wkoll fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji bijoloġiċi u fl-iżvilupp u l-provvista ta’ servizzi tal-agrikoltura diġitali.

(9)

Monsanto, inkorporata fl-Istati Uniti, hija kumpanija tal-agrikoltura li tipproduċi żrieragħ u prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel (iffokata fuq l-erbiċida tal-glifosat li tikkummerċjalizza taħt il-marka “Roundup”). Barra minn hekk, Monsanto hija involuta fir-riċerka dwar prodotti bijoloġiċi agrikoli. Monsanto tipprovdi wkoll lill-bdiewa b’servizzi ta’ agrikoltura diġitali permezz ta’ “The Climate Corporation”.

4.   ID-DIMENSJONI TAL-UNJONI

(10)

L-impriżi kkonċernati għandhom fatturat aggregat ikkombinat fuq livell dinji ta’ aktar minn EUR 5 000 miljun [Bayer: EUR […]; Monsanto: EUR […]]. Kull waħda minnhom għandha fatturat fuq livell tal-Unjoni li jeċċedi l-EUR 250 miljun [Bayer: EUR […]; Monsanto: EUR […]], iżda huma ma jilħqux aktar minn żewġ terzi tal-fatturat aggregat tagħhom fuq livell tal-Unjoni fi ħdan l-istess Stat Membru. Għalhekk, it-Tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

5.   MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

5.1.   Is-swieq tal-prodotti rilevanti

(11)

Id-Deċiżjoni tindirizza l-oqsma/is-swieq li ġejjin fejn huma attivi l-Partijiet:

(a)

Iż-żrieragħ tal-ħxejjex (effetti orizzontali mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni reali tal-prezz/prodott);

(b)

Iż-żrieragħ ta’ għelejjel fuq skala kbira, inklużi żrieragħ żejtnin, qoton u qamħ (effetti orizzontali mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni reali u potenzjali tal-prezz/prodott);

(c)

Il-karatteristiċi ta’ għelejjel fuq skala kbira (effetti orizzontali mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni reali u potenzjali tal-prezz/prodott, kif ukoll fuq il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni);

(d)

Il-protezzjoni tal-għelejjel, inklużi l-erbiċidi agrikoli u mhux agrikoli mhux selettivi (effetti orizzontali mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni reali u potenzjali tal-prezz/prodott, kif ukoll fuq il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni) u s-sistemi ta’ tolleranza tal-erbiċidi (effetti orizzontali mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni), it-trattament taż-żrieragħ (effetti orizzontali mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni potenzjali u effetti vertikali), il-fungiċidi (effetti orizzontali mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni), l-insettiċidi (effetti orizzontali mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni), il-prodotti mikrobiċi għall-effiċjenza tal-għelejjel (effetti orizzontali mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni), il-prodotti ta’ saħħet in-naħal li għandhom fil-mira d-dud varroa (effetti orizzontali mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni);

(e)

Il-preskrizzjonijiet agronomiċi diġitali ta’ fungiċidi għal għelejjel fuq skala kbira (effetti orizzontali mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni potenzjali tal-prezz/prodott).

5.1.1.    Żrieragħ tal-ħxejjex

(12)

Il-Kummissjoni sabet li s-suq tal-prodott rilevanti jinkludi kemm il-liċenzjar kif ukoll il-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ tal-ħxejjex għal kull għalla tal-ħxejjex. Il-Kummissjoni sabet ukoll li kull għalla tal-ħxejjex tikkostitwixxi suq ta’ prodott separat, iżda tikkonsisti f’segmenti differenzjati ħafna. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li huwa rilevanti ħafna li ssir il-valutazzjoni kompetittiva tal-effetti tal-prezzijiet fil-livell tas-segmenti.

(13)

Il-Kummissjoni użat is-segmentazzjoni ssuġġerita mill-Partijiet li nstabet li hija affidabbli. Is-segmentazzjoni tiddistingwi s-segmenti skont: (i) L-ambjent tat-tkabbir (għalqa miftuħa, serra tal-plastik u mdawra bix-xbieki, jew serra tal-ħġieġ); (ii) It-tip ta’ żerriegħa (imdakkra b’mod miftuħ jew ibrida); (iii) L-użu (frisk jew ipproċessar); (iv) Jekk il-pjanta mkabbra ġietx imnissla mis-salvaġġ jew le; u (v) Il-karatteristiċi tal-ħxejjex imkabbra (it-tip, id-daqs, il-kulur, it-togħma, eċċ., tal-ħxejjex).

(14)

Il-Kummissjoni sabet li l-ambitu ġeografiku tas-swieq taż-żrieragħ tal-ħxejjex huwa nazzjonali minħabba r-reġistrazzjoni nazzjonali, id-distribuzzjoni nazzjonali u l-arbitraġġ dgħajjef tal-prezzijiet bejn il-pajjiżi. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat ukoll li hemm fatturi oħrajn li jissuġġerixxu li s-suq taż-żrieragħ tal-ħxejjex jista’ jkun usa’ minn dak nazzjonali.

5.1.2.    Żrieragħ ta’ għelejjel fuq skala kbira

(15)

Il-Kummissjoni analizzat is-swieq għall-għelejjel fuq skala kbira fejn l-attivitajiet tal-Partijiet jikkoinċidu: iż-żrieragħ żejtnin, il-qoton u l-qamħ.

5.1.2.1.   Żrieragħ żejtnin (oilseed rape - “OSR”)

(16)

L-industrija tal-OSR hija industrija b’żewġ stadji, li tinkludi (i) it-tnissil ta’ varjetajiet ġodda ta’ OSR u (ii) il-produzzjoni kummerċjali ta’ żerriegħa minn dawn il-varjetajiet u l-bejgħ taż-żerriegħa lill-klijenti. Bayer u Monsanto t-tnejn inisslu u jikkummerċjalizzaw varjetajiet ġodda ta’ OSR madwar l-UE kollha, kif ukoll f’partijiet oħrajn tad-dinja. It-tnejn għandhom programmi ta’ tnissil komprensivi fl-Ewropa.

(17)

Il-Kummissjoni tqis li s-swieq tal-prodotti rilevanti għall-OSR huma: (i) Is-suq upstream għal-liċenzjar ta’ ġermoplażma għall-finijiet tat-tnissil ta’ varjetajiet ġodda ta’ OSR; (ii) Is-suq upstream għal-liċenzjar ta’ varjetajiet ta’ OSR għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni; u (iii) Is-suq downstream għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ OSR.

(18)

Il-Kummissjoni tħalli miftuħa l-kwistjoni ta’ jekk is-swieq downstream għandhomx jiġu suddiviżi aktar bejn iż-żewġ tipi ta’ OSR li huma kkultivati madwar l-Ewropa: iż-żrieragħ żejtnin tax-xitwa (winter oilseed rape - “WOSR”) u ż-żrieragħ żejtnin tas-sajf (jew tar-rebbiegħa) (summer (or spring) oilseed rape - “SOSR”).

(19)

Il-Kummissjoni tqis li: (i) L-ambitu ġeografiku tas-suq għal-liċenzjar tal-ġermoplażma huwa fl-UE kollha; (ii) L-ambitu ġeografiku tas-suq għal-liċenzjar tal-varjetajiet ta’ OSR huwa fl-UE kollha; u (iii) L-ambitu ġeografiku tas-suq għall-kummerċjalizzazzjoni tal-varjetajiet ta’ OSR huwa nazzjonali.

5.1.2.2.   Qoton

(20)

Il-Kummissjoni tqis li s-suq rilevanti għall-finijiet tal-analiżi kompetittiva huwa l-liċenzjar tal-varjetajiet tal-qoton għall-produzzjoni u l-bejgħ. L-ambitu ġeografiku ta’ tali suq huwa fl-UE kollha.

5.1.2.3.   Qamħ

(21)

Il-Kummissjoni tikkunsidra żewġ swieq ta’ prodotti rilevanti: (i) is-suq upstream għal-liċenzjar ta’ varjetajiet ta’ qamħ għall-produzzjoni u l-bejgħ (iżda mhux għat-tnissil), u (ii) is-suq downstream għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ tal-qamħ.

(22)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-ambitu ġeografiku tas-suq tal-qamħ huwa fl-UE kollha għas-suq tal-liċenzjar (upstream) u nazzjonali għas-suq tal-kummerċjalizzazzjoni (downstream).

5.1.3.    Karatteristiċi ta’ għelejjel fuq skala kbira

(23)

Il-Kummissjoni sabet li qabel it-tnissil taż-żerriegħa u l-kummerċjalizzazzjoni, hemm tliet saffi tas-suq differenti għall-karatteristiċi. Dawn huma: (i) is-saff tal-liċenzjar għall-iskoperti tal-karatteristiċi, (ii) is-saff tal-liċenzjar għall-karatteristiċi uniċi, u (iii) is-saff għall-għoti ta’ liċenzji għall-karatteristiċi kkombinati. Il-Kummissjoni tqis li s-saff tal-liċenzjar għall-iskoperti tal-karatteristiċi ma jikkostitwixxix suq tal-prodott iżda huwa pjuttost spazju ta’ innovazzjoni, filwaqt li tqis li hemm swieq ta’ prodotti separati għall-għoti ta’ liċenzji b’karatteristiċi kkombinati fuq naħa waħda, u l-liċenzjar tal-karatteristiċi fuq in-naħa l-oħra.

(24)

Fis-saff tal-liċenzjar tal-karatteristiċi uniċi, is-swieq tal-prodotti rilevanti huma identifikati minn funzjonalità speċifika, bħat-tolleranza għal erbiċida speċifika, kif ukoll għalla speċifika. Fil-każ tal-funzjonalitajiet tar-Reżistenza għall-Insetti (“Insect Resistance” - IR), subsegmentazzjoni oħra tal-karatteristiċi tal-IR hija definita abbażi tal-familja ta’ insetti li għaliha l-karatteristika tipprovdi reżistenza.

(25)

Għas-saff għall-għoti ta’ liċenzji b’karatteristiċi kkombinati, is-swieq tal-prodotti rilevanti jistgħu jiġu distinti minn xulxin skont l-għalla.

(26)

Il-Kummissjoni tqis li s-swieq ġeografiċi rilevanti għal-liċenzjar tal-karatteristiċi u għall-għoti ta’ liċenzji b’karatteristiċi kkombinati huma globali.

5.1.4.    Il-protezzjoni tal-għelejjel

5.1.4.1.   L-immaniġġjar tal-ħaxix ħażin

(A)   Erbiċidi agrikoli mhux selettivi

(27)

L-erbiċidi mhux selettivi (non-selective herbicides - “NSH”) huma prodotti li għandhom spettru wiesa’ ta’ azzjoni u li joqtlu kemm il-ħaxix kif ukoll il-ħaxix ħażin b’weraq wesgħin ċatti.

(28)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-suq tal-prodott rilevanti għall-erbiċidi agrikoli jenħtieġ li jiġi ssegmentat, fuq naħa waħda, bejn erbiċidi selettivi u l-NSH u, fuq in-naħa l-oħra, fi ħdan l-NSH, bejn għelejjel perenni (l-uniku segment fejn il-Partijiet jikkoinċidu materjalment fiż-ŻEE) u għelejjel mhux perenni.

(29)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-ambitu ġeografiku tas-swieq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel huwa nazzjonali.

(B)   Erbiċidi mhux agrikoli mhux selettivi

(30)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-swieq tal-prodotti rilevanti għall-NSH mhux agrikoli jenħtieġ li jiġu ssegmentati bejn (i) l-immaniġġjar tal-veġetazzjoni industrijali (“industrial vegetation management” - IVM) u (ii) turf u pjanti ornamentali.

(31)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, fi ħdan l-IVM, il-prodotti li jeqirdu l-pjanti selvaġġi u l-applikazzjonijiet ferrovjarji jikkostitwixxu swieq separati ta’ prodotti rilevanti.

(32)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li, anki fi ħdan is-segment tal-IVM, l-NSH jenħtieġ ukoll li jiġu rragruppati skont iż-żmien tal-applikazzjoni tagħhom f’żewġ kategoriji li jinkludu rispettivament (a) prodotti preemerġenti u prodotti prepostemerġenti u (b) prodotti postemerġenti u prodotti prepostemerġenti.

(33)

Il-Kummissjoni tqis li l-ambitu ġeografiku tas-swieq rilevanti huwa nazzjonali.

(C)   Sistemi ta’ tolleranza għall-erbiċidi

(34)

Is-sistemi tal-immaniġġjar tal-ħaxix ħażin jikkombinaw erbiċidi mhux selettivi tipikament b’għelejjel tolleranti għal dawn l-erbiċidi, permezz ta’ modifika ġenetika ta’ tali għelejjel (“Sistemi GM”) jew, aktar rari, permezz tal-użu ta’ għelejjel tolleranti b’mod nattiv, jiġifieri għelejjel mhux ġenetikament modifikati (“Sistemi mhux GM”). Is-Sistemi GM u s-Sistemi Mhux GM issir referenza għalihom flimkien bħala “Sistemi HT”.

(35)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-Sistemi HT kollha għal għalla partikolari jikkompetu f’suq differenzjat ta’ prodotti rilevanti u li l-ispazji ta’ innovazzjoni korrispondenti jinkludu l-innovazzjoni fis-Sistemi HT kemm fl-għelejjel (speċjalment fl-istadji bikrin tar-riċerka) kif ukoll għal kull għalla rilevanti (bħal sojja, qoton, qamħirrum, OSR/kanola, ross, qamħ).

(36)

Il-Kummissjoni tqis li l-ambitu ġeografiku rilevanti tal-ispazji ta’ innovazzjoni għas-Sistemi HT huwa fuq livell dinji.

5.1.4.2.   It-trattament taż-żrieragħ

(37)

It-trattament taż-żrieragħ huwa t-trattament (jew it-tħejjija) taż-żrieragħ b’formulazzjonijiet speċifiċi sabiex dawn jiġu protetti fl-istadji bikrin tal-iżvilupp tagħhom. Għalhekk, it-trattament taż-żrieragħgħandu fil-mira l-mard u l-insetti li jgħixu fil-ħamrija jew l-insetti tal-istaġun bikri (“trattament taż-żrieragħ funġiċidi u insettiċidi”), kif ukoll in-nematodi (“trattament taż-żrieragħ nematiċidi”).

(38)

Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-trattament taż-żrieragħ jikkostitwixxi suq ta’ prodott separat minflok tip partikolari ta’ applikazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel. It-trattament taż-żrieragħ ikompli jinqasam skont l-għalla u skont l-indikazzjoni (eż. insettiċidi u fungiċidi). Fir-rigward tat-trattament taż-żrieragħ nematiċidi, il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-suq tal-prodott rilevanti li għandu jinżamm għall-analiżi kompetittiva huwa t-trattament taż-żrieragħ għall-kontroll tan-nematodi skont l-għelejjel.

(39)

Fir-rigward tas-suq downstream għas-suq tat-trattament taż-żrieragħ, għall-finijiet tad-Deċiżjoni, tista’ titħalla miftuħa l-kwistjoni ta’ jekk is-suq tal-prodott downstream jinkludix ukoll żrieragħ mhux ittrattati.

(40)

Il-Kummissjoni tqis li l-ambitu ġeografiku tas-swieq tal-prodotti għat-trattament taż-żrieragħ huwa nazzjonali.

5.1.4.3.   Fungiċidi

(41)

Il-fungiċidi huma agrokimiċi li jikkontrollaw il-mard; huma jintużaw sabiex jipprevjenu d-deterjorazzjoni tal-pjanti u tal-prodotti ta’ pjanti kkawżati minn fungi u moffa.

(42)

Il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni kompetittiva tagħha tal-fungiċidi skont l-għalla/il-marda. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-ispazju ta’ innovazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tagħha huwa l-innovazzjoni fil-fungiċidi għal għelejjel/mard jew gruppi ta’ mard differenti.

(43)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li tista’ titħalla miftuħa l-kwistjoni ta’ jekk il-funġiċidi kimiċi u bijoloġiċi jikkostitwixxux swieq tal-prodotti separati minħabba li t-Tranżazzjoni ma tagħtix lok għal tħassib dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern skont kwalunkwe definizzjoni tas-suq plawżibbli.

(44)

L-ambitu ġeografiku tas-swieq tal-prodotti fungiċidi huwa nazzjonali. Id-dimensjoni ġeografika tal-ispazji ta’ innovazzjoni tista’ titħalla miftuħa.

5.1.4.4.   Insettiċidi

(45)

Insettiċidi huma prodotti maħsuba biex jikkontrollaw l-insetti li jagħmlu ħsara lill-għelejjel ikkultivati, b’mod partikolari l-għelejjel tal-ikel. Huma jistgħu jiġu applikati b’numru ta’ modi differenti, inkluża l-applikazzjoni tat-trattament tal-weraq, tal-ħamrija u taż-żerriegħa.

(46)

Il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni kompetittiva tagħha tal-insettiċidi skont l-għalla/l-organiżmu ta’ ħsara. Il-Kummissjoni tqis li l-ispazju ta’ innovazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tagħha huwa l-insettiċidi abbażi tal-organiżmu ta’ ħsara.

(47)

Il-Kummissjoni tqis li tista’ titħalla miftuħa l-kwistjoni ta’ jekk l-insettiċidi għandhomx ikomplu jinqasmu bejn bijoloġiċi u kimiċi minħabba li t-Tranżazzjoni ma tagħtix lok għal tħassib dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern skont kull definizzjoni tas-suq plawżibbli.

(48)

L-ambitu ġeografiku tas-swieq tal-prodotti insettiċidi huwa nazzjonali, filwaqt li d-dimensjoni ġeografika tal-ispazji ta’ innovazzjoni tista’ titħalla miftuħa.

5.1.4.5.   Prodotti mikrobiċi għall-effiċjenza tal-għelejjel

(49)

Il-mikrobi (magħrufa wkoll bħala prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel “bijoloġiċi”) huma magħmula minn mikroorganiżmi, ġeneralment batterju, vajrus jew fungus. Huma jistgħu jintużaw sabiex jipproteġu l-għelejjel (bijopestiċidi) u/jew sabiex itejbu l-produttività u l-fertilità tal-pjanti (bijostimulanti u bijofertilizzanti).

(50)

Il-bijostimulanti u l-bijofertilizzanti huma maħsuba sabiex itejbu s-saħħa tal-għelejjel, ir-rendiment u t-tolleranza għall-kundizzjonijiet tal-istress u, kuntrarju għall-bijopestiċidi, ma għandhomx azzjonijiet diretti kontra l-organiżmu ta’ ħsara jew il-mard. Huma jissejħu wkoll prodotti ta’ “effiċjenza fl-għelejjel”.

(51)

Id-definizzjoni tas-suq tal-prodott għall-prodotti mikrobiċi għall-effiċjenza tal-għelejjel, kif ukoll id-definizzjoni rilevanti tas-suq ġeografiku tista’ titħalla miftuħa minħabba li t-Tranżazzjoni ma tagħtix lok għal tħassib dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern skont kwalunkwe definizzjoni tas-suq plawżibbli.

(52)

Il-Kummissjoni tqis li l-ispazju ta’ innovazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tagħha huwa l-innovazzjoni fi prodotti mikrobiċi għall-effiċjenza tal-għelejjel.

5.1.4.6.   Saħħet in-naħal

(53)

Il-Kummissjoni tqis li hemm suq ta’ prodott separat għal prodotti li għandhom fil-mira u li jikkontrollaw id-dud varroa li jinfestaw il-kolonji tan-naħal. Il-Kummissjoni tqis ukoll li s-segmentazzjoni tas-suq bejn prodotti bijoloġiċi u kimiċi jew abbażi tal-ingredjent attiv/mod ta’ azzjoni jew mod ta’ amministrazzjoni ma tidhirx li hija ġustifikata.

(54)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-ispazju ta’ innovazzjoni rilevanti huwa l-prodotti għal saħħet in-naħal li għandhom fil-mira l-varroa destructor.

(55)

L-ambitu ġeografiku tas-swieq tal-prodotti għal saħħet in-naħal huwa nazzjonali, filwaqt li d-dimensjoni ġeografika tal-ispazji ta’ innovazzjoni tista’ titħalla miftuħa.

5.1.5.    Preskrizzjonijiet agronomiċi diġitali

(56)

L-agrikoltura diġitali tirreferi għall-ġbir ta’ data u informazzjoni dwar irziezet bil-għan li tipprovdi pariri mfassla apposta jew data aggregata lill-bdiewa sabiex iżidu l-produttività tal-irziezet. L-agrikoltura diġitali bħalissa tinsab fil-bidu tagħha, iżda qiegħda tiżviluppa malajr.

(57)

Fi ħdan l-agrikoltura diġitali, preskrizzjonijiet b’mezzi diġitali jirreferu għal rakkomandazzjonijiet jew pariri dwar l-għażla u l-applikazzjoni (eż. dożi, għażla tal-ħin) ta’ inputs (eż. prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel) ipprovduti f’livell dejjem aktar iddettaljat fuq livell ġeografiku (eż. għalqa, żona ta’ għelieqi jew b’mod aktar speċifiku) sabiex jiġu implimentati minn bidwi. Ir-rakkomandazzjonijiet jew il-pariri inkwistjoni jiġu ġġenerati minn magna agronomika analitika bbażata fuq settijiet kbar ta’ data pubblika u proprjetarja.

(58)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li servizzi ta’ preskrizzjoni b’mezzi diġitali jikkostitwixxu kategorija distinta ta’ servizzi fi ħdan l-agrikoltura diġitali minħabba li (i) jeħtieġu, fost l-oħrajn, aktar saffi ta’ data, algoritmi aktar kumplessi u kapaċitajiet usa’, u (ii) jirrakkomandaw pjan ta’ azzjoni konkret għall-bdiewa, b’livell għoli ta’ dettall u adattament. Il-Kummissjoni tqis li dan għandu jiġi ssegmentat aktar skont il-prodott tal-input (eż. fungiċidi, eċċ.) u skont ir-raggruppamenti tal-għelejjel (eż. għelejjel fuq skala kbira).

(59)

Fir-rigward tas-suq ġeografiku rilevanti, il-Kummissjoni tqis li l-ambitu ġeografiku tiegħu huwa nazzjonali, għalkemm fil-valutazzjoni tagħha l-Kummissjoni qieset ukoll il-kuntest ġeografiku reġjonali usa’, fejn rilevanti.

5.2.   Valutazzjoni kompetittiva

5.2.1.    Żrieragħ tal-ħxejjex

(60)

Il-Kummissjoni vvalutat l-effetti orizzontali fuq il-kompetizzjoni tal-prezzijiet/prodotti fis-swieq taż-żrieragħ tal-ħxejjex. Fl-UE, l-attivitajiet tal-Partijiet jikkoinċidu f’16-il għalla tal-ħxejjex (eż. tadam, ħjar, eċċ.). Kull għalla tkompli tinqasam f’segmenti (eż. tadam żgħir imkabbar fis-serer).

(61)

Il-kompetizzjoni tal-prezzijiet għaż-żrieragħ tal-ħxejjex isseħħ fil-livell tas-segment/tal-pajjiż. Għalhekk, il-valutazzjoni kompetittiva għandha titwettaq f’diversi mijiet ta’ kombinazzjonijiet ta’ segmenti/pajjiżi. Fid-dawl ta’ dan in-numru għoli ta’ kombinazzjonijiet ta’ segmenti/pajjiżi li għandhom jiġu vvalutati, il-Kummissjoni applikat filtri bbażati fuq is-sehem tas-suq u l-livelli ta’ konċentrazzjoni (HHI u delta tal-HHI) sabiex tidentifika s-swieq fejn it-Tranżazzjoni xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva. Għal ċerti swieq, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni aktar fil-fond abbażi ta’ fatturi strutturali u kwalitattivi.

(62)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni qieset li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba effetti mhux ikkoordinati u/jew il-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti f’numru ta’ swieq taż-żrieragħ tal-ħxejjex madwar l-UE, li jikkorrespondu għal bejn wieħed u ieħor 200 kombinazzjoni ta’ segmenti/pajjiżi.

5.2.2.    Żrieragħ ta’ għelejjel fuq skala kbira

5.2.2.1.   Żrieragħ żejtnin (“oilseed rape” - OSR)

(63)

Bħalissa, Monsanto tinsab fuq quddiem nett tas-suq fiż-ŻEE. Is-sehem mis-suq taż-ŻEE ta’ Bayer f’WOSR huwa ta’ madwar [0-5] % kemm fil-livell tal-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll f’dak tan-nissiela. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ishma mis-suq ikkombinati disponibbli jistgħu jissottovalutaw il-pożizzjoni kompetittiva tal-Partijiet, b’mod partikolari fid-dawl tas-suċċess mistenni fuq il-prodotti ewlenin ta’ Bayer fil-Kanola u l-istrateġija globali tagħha għall-OSR fiż-ŻEE.

(64)

Bħalissa, Bayer hija l-parteċipanta ewlenija globali fl-OSR. L-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li, qabel it-Tranżazzjoni, Bayer kellha pjanijiet kredibbli u kapaċitajiet b’saħħithom sabiex issir parteċipanta ewlenija fl-OSR fl-UE, kif ukoll li tali pjanijiet kienu diġà qed juru xi riżultati pożittivi. It-Tranżazzjoni ma’ Monsanto tirriskja li tipperikola dawn il-pjanijiet bl-effett probabbli li tagħmel ħsara lill-klijenti tal-OSR.

(65)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li Bayer x’aktarx issir kompetitur b’saħħtu fis-swieq nazzjonali tal-OSR fejn Monsanto hija wkoll b’saħħitha.

(66)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva b’rabta maż-żrieragħ OSR fi Franza, fl-Irlanda, fl-Estonja u fir-Renju Unit, minħabba li x’aktarx li telimina restrizzjoni kompetittiva importanti u tirriżulta f’effetti mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni tal-prodotti u tal-prezzijiet.

5.2.2.2.   Qoton

(67)

It-trikkib fl-attivitajiet tal-Partijiet fin-negozju taż-żerriegħa tal-qoton fl-UE jinħoloq fis-suq (upstream) għal-liċenzjar taż-żrieragħ tal-qoton għall-kummerċjalizzazzjoni.

(68)

Il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni tlaqqa’ flimkien l-aktar żewġ kompetituri importanti fis-suq tal-UE għal-liċenzjar tal-varjetajiet tal-qoton għall-produzzjoni u l-bejgħ.

(69)

Il-pożizzjoni b’saħħitha tal-Partijiet fis-suq tal-UE għal-liċenzjar tal-varjetajiet tal-qoton għall-produzzjoni u l-bejgħ issegwi mill-pożizzjoni globali b’saħħitha tagħhom fir-rigward taż-żrieragħ tal-qoton. L-investigazzjoni tas-suq żvelat li l-punti ta’ saħħa tal-Partijiet jinkludu l-kwalità tal-ġabra tagħhom ta’ ġermoplażma, il-kapaċitajiet tagħhom ta’ tnissil, il-programmi ta’ riċerka u żvilupp tagħhom, il-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw karatteristiċi u l-kapaċità tagħhom li jiksbu aċċess għall-klijenti tal-qoton.

(70)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva b’rabta mal-liċenzjar tal-varjetajiet tal-qoton għall-produzzjoni u l-bejgħ fl-UE minħabba li x’aktarx se ssaħħaħ jew għall-inqas toħloq pożizzjoni dominanti, minħabba effetti orizzontali mhux ikkoordinati.

5.2.2.3.   Qamħ

(71)

Minħabba li bħalissa l-ebda waħda mill-Partijiet ma hija attiva fil-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ tal-qamħ fl-UE, il-Kummissjoni vvalutat jekk Bayer u Monsanto humiex kompetituri potenzjali.

(72)

Il-Kummissjoni ssib li, fil-preżent, hemm probabbiltà sinifikanti li Bayer [pjanijiet ta’ negozju] tikber f’forza kompetittiva effettiva. L-attivitajiet tal-qamħ kummerċjali ta’ Monsanto jseħħu fin-negozju taż-żerriegħa tal-qamħ kummerċjali ta’ Monsanto fl-Istati Uniti, li huwa kompletament magħmul minn varjetajiet imdakkra b’mod miftuħ. Il-Kummissjoni ssib li ma hemm l-ebda probabbiltà sinifikanti li Monsanto tikber f’forza kompetittiva effettiva fl-Ewropa f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.

(73)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, fid-dawl tal-istrateġija ta’ Bayer iffokata fuq il-qamħ ibridu, kieku Monsanto kellha tidħol b’varjetajiet imdakkra b’mod miftuħ, Bayer u Monsanto ma jkunux kompetituri mill-qrib fl-UE.

(74)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ssib li, fil-preżent, hemm numru biżżejjed ta’ kompetituri oħrajn fis-suq tal-qamħ, li jżommu pressjoni kompetittiva suffiċjenti wara t-Tranżazzjoni.

(75)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni hija tal-fehma li mhuwiex probabbli li t-Tranżazzjoni xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq għaż-żrieragħ tal-qamħ fl-Ewropa.

5.2.3.    Karatteristiċi ta’ għelejjel fuq skala kbira

(76)

Il-Kummissjoni hija kompetenti sabiex tivvaluta l-effetti tat-Tranżazzjoni fuq is-swieq għal-liċenzjar tal-karatteristiċi għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, it-Tranżazzjoni għandha effetti diretti u immedjati fuq il-parteċipanti Ewropej attivi fis-suq upstream globali għal-liċenzjar tal-karatteristiċi. F’dan is-suq, it-Tranżazzjoni taffettwa direttament lill-kumpaniji taż-żrieragħ Ewropej importanti, li jilliċenzjaw il-karatteristiċi ta’ Bayer u/jew Monsanto, filwaqt li taffettwa wkoll lil parteċipanti oħrajn fis-suq Ewropew li huma kompetituri għall-Partijiet.

(77)

It-tieni nett, bħala tali, il-karatteristiċi GM mhumiex ipprojbiti mill-Ewropa. Fil-fatt, jintużaw xi karatteristiċi GM u l-għelejjel GM jitkabbru fl-Ewropa. Karatteristika IR ta’ Monsanto, li tagħti reżistenza għall-qamħirrum lil Lepidoptera, imsejħa MON810, hija approvata għall-kultivazzjoni fi ftit Stati Membri, jiġifieri Spanja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja. It-tielet, l-UE hija importatur sinifikanti ħafna ta’ għelejjel GM. Il-Partijiet jistmaw li l-importazzjonijiet totali fiż-ŻEE ta’ għelejjel GM jammontaw għal bejn wieħed u ieħor USD 13-il biljun, bil-maġġoranza vasta tagħhom iġorru l-karatteristiċi ta’ Bayer jew Monsanto. Ir-raba’, mhux il-karatteristiċi kollha huma tat-tip GM. Illum il-ġurnata, xi karatteristiċi mhux GM huma kummerċjalment disponibbli, u kemm Bayer kif ukoll Monsanto huma innovaturi fil-karatteristiċi mhux ĠM u jqisu lill-UE bħala suq importanti.

5.2.3.1.   Kompetizzjoni tal-prodott

(78)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni vvalutat il-kompetizzjoni bejn Liberty-Link ta’ Bayer u Roundup Ready ta’ Monsanto fuq il-qamħ, l-OSR/il-kanola, il-qoton u l-fażola tas-sojja. Fil-fażola tas-sojja, il-Kummissjoni identifikat trikkib fil-karatteristiċi HT u, b’mod partikolari, il-glifosat HT (Roundup Ready) u l-glufosinat HT (LibertyLink) b’alternattivi limitati. Fil-qoton, il-Partijiet jikkoinċidu fil-karatteristiċi HT u IR u l-kompetituri jipprevedu alternattivi limitati. Fl-OSR, il-Kummissjoni identifikat trikkib fil-karatteristiċi HT b’restrizzjonijiet limitati mill-kompetituri. Fil-qamħirrum, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-trikkib fil-karatteristiċi HT isaħħaħ il-pożizzjoni dominanti ta’ Monsanto fis-suq tal-karatteristiċi HT tal-qamħirrum.

(79)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni identifikat trikkib orizzontali fil-karatteristiċi kkombinati: hemm għadd ta’ trikkib ta’ prodotti li jikkompetu mill-qrib fil-fażola tas-sojja, fil-qoton u fl-OSR, b’alternattivi ħafna drabi limitati mill-kompetituri.

(80)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva tal-prezzijiet u tal-prodotti (reali u potenzjali) f’kull wieħed mis-swieq li ġejjin: (i) fażola tas-sojja HT; (ii) qoton HT; (iii) qoton reżistenti għal-Lep.; (iv) qamħirrum HT; (v) OSR/kanola HT; (vi) il-karatteristiċi kkombinati tal-fażola tas-sojja; (vii) il-karatteristiċi kkombinati tal-qoton; (viii) il-karatteristiċi kkombinati tal-OSR/tal-kanola.

(81)

Fl-OSR HT, it-tranżazzjoni toħloq pożizzjoni dominanti.

5.2.3.2.   Il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni fil-karatteristiċi

(82)

Il-parteċipanti tal-industrija jinvolvu ruħhom fi sforzi ta’ innovazzjoni sabiex jiskopru u jiżviluppaw karatteristiċi ġodda. Meta tqis kemm is-swieq tal-prodotti downstream kif ukoll is-swieq tat-teknoloġija upstream, l-innovazzjoni ma għandhiex tinftiehem bħala suq fiha nnifisha, iżda bħala attività li tikkontribwixxi kemm għas-swieq tat-teknoloġija upstream kif ukoll għas-swieq tal-prodotti downstream. Madankollu, dan ma jwaqqafx lill-Kummissjoni milli tivvaluta l-impatt tat-Tranżazzjoni fil-livell tal-isforzi li għamlu l-Partijiet u l-kompetituri tagħha fl-innovazzjoni. Il-Kummissjoni vvalutat il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni li qed isseħħ fl-ispazji ta’ innovazzjoni li jikkonsistu f’raggruppamenti ta’ għelejjel/kombinazzjonijiet ta’ funzjonalità.

(83)

Ir-riċerka u l-iżvilupp tal-karatteristiċi huma kkaratterizzati minn ostakoli kbar għad-dħul u l-espansjoni, filwaqt li, għall-karatteristiċi HT u IR, ir-riċerka u l-iżvilupp huma kkonċentrati ħafna ma’ erba’ parteċipanti integrati biss. Il-Partijiet huma innovaturi ewlenin fil-karatteristiċi. Barra minn hekk, id-data tal-privattiva tal-Kummissjoni wriet li l-Partijiet huma innovaturi importanti għal bosta spazji ta’ innovazzjoni u għal invenzjonijiet għall-għelejjel inkroċjati fil-kontroll tal-ħaxix ħażin u l-kontroll tal-insetti.

(84)

Il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni x’aktarx ixxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni f’oqsma fejn l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp tal-Partijiet jitrikkbu, u l-Partijiet huma kompetituri mill-qrib b’alternattivi limitati. Dawn l-oqsma huma s-sojja HT, IR u SCN, il-qoton HT u IR, l-OSR HT, il-qamħ HT mhux ġenetikament modifikat u r-riċerka tal-għelejjel inkroċjati. Il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni x’aktarx ixxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni fl-innovazzjoni globali fl-HT u l-IR għal dawn l-għelejjel billi telimina l-kompetizzjoni tal-innovazzjoni reali jew potenzjali bejn il-Partijiet.

5.2.3.3.   It-tisħiħ tal-pożizzjoni dominanti ta’ Monsanto

(85)

Monsanto hija dominanti fis-swieq rilevanti iżda wkoll fil-livell tal-industrija minħabba l-influwenza ta’ Monsanto fil-pjattaforma RoundupReady fuq l-għelejjel. F’dan il-kuntest, Bayer hija waħda mill-ftit kompetituri li fadal u, fl-istess ħin, hija partikolarment attiva u għandha riżorsi adegwati b’mod li tista’ toffri sfida lil Monsanto. F’dan l-isfond, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni kkonfermat riskju probabbli ta’ preklużjoni ta’ kompetituri ta’ karatteristiċi oħrajn. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li t-Tranżazzjoni se ssaħħaħ il-pożizzjoni dominanti ta’ Monsanto.

5.2.4.    Il-protezzjoni tal-għelejjel

5.2.4.1.   L-immaniġġjar tal-ħaxix ħażin

(A)   Erbiċidi agrikoli u mhux agrikoli mhux selettivi (effetti mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni reali u potenzjali tal-prodotti u tal-prezzijiet)

(86)

Fiż-ŻEE, Monsanto tbigħ biss glifosat, l-aktar taħt il-marka Roundup. Il-glifosat huwa l-aktar ingredjent attiv ta’ protezzjoni tal-għelejjel li jinbiegħ globalment, l-aktar minħabba l-użu tiegħu fuq għelejjel tolleranti għall-erbiċidi, iżda wkoll fiż-ŻEE. Monsanto qed jiżviluppa wkoll [prodotti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati].

(87)

Fiż-ŻEE, Bayer timmanifattura u tbigħ l-NSH prinċipalment abbażi tal-ingredjent attiv tal-glufosinat. Bayer tbigħ ukoll kwantitajiet limitati ta’ formulazzjonijiet ta’ glifosat. Bħalissa, Bayer qed tippjana li tniedi [prodott li għadu qed jiġi żviluppat]. Fl-aħħar nett, Bayer għandha għadd ta’ proġetti differenti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati ([linji ta’ riċerka 1, 2 u 3 tal-NSH]), li se jkunu mmirati għall-frankiġja tal-glifosat ta’ Monsanto.

(88)

Fir-rigward tat-trikkib bejn il-prodotti disponibbli bħalissa fiż-ŻEE, il-Partijiet għandhom ishma kkombinati għoljin tas-suq nazzjonali b’żieda skont id-definizzjonijiet plawżibbli kollha tas-suq kemm f’użi agrikoli kif ukoll f’użi mhux agrikoli (jiġifieri l-immaniġġjar ta’ veġetazzjoni industrijali bħal toroq, linji ferrovjarji, eċċ.) li x’aktarx iwasslu għal effetti mhux ikkoordinati jew saħansitra għall-ħolqien jew għat-tisħiħ ta’ pożizzjonijiet dominanti. L-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat li, filwaqt li l-prodotti tal-Partijiet huma differenzjati, huma jikkompetu ras imb’ras għal għadd sinifikanti ta’ ħtiġijiet u huma kompetituri mill-qrib, jekk biss minħabba li huma l-eqreb tnejn minn massimu ta’ tliet NSH fiż-ŻEE.

(89)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-Partijiet qed jaħdmu sabiex jippreservaw jew, jekk possibbli, saħansitra jsaħħu l-pożizzjonijiet tagħhom fis-swieq agrikoli tal-NSH permezz tat-tnedija ta’ prodotti futuri li jikkompetu mill-qrib.

(90)

Il-Kummissjoni tqis li, għalkemm il-pressjoni regolatorja tidher li taffettwa l-NSH fiż-ŻEE, hija ma taffettwax is-swieq nazzjonali rilevanti kollha u tidher li taffettwa l-aktar lil ingredjent attiv kompetitur, għalhekk, tagħmel il-glifosat u l-glufosinat saħansitra kompetituri aktar mill-qrib.

(91)

Il-Kummissjoni vvalutat ukoll ir-restrizzjoni kompetittiva minn kompetituri terzi. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tqis li mhuwiex probabbli li l-kompetituri jikkostitwixxu restrizzjoni kompetittiva sinifikanti wara t-Tranżazzjoni.

(92)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva b’rabta mal-NSH agrikola għal għelejjel perenni u mal-NSH mhux agrikola (prepostemerġenti u postemerġenti għal użi tal-IVM) f’diversi Stati Membri.

(B)   Innovazzjoni mhux selettiva tal-erbiċidi (effetti mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni)

(93)

Fir-rigward tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni li tinvolvi prodotti futuri u dawk li għadhom fi stadju bikri ta’ żvilupp, l-investigazzjoni żvelat trikkib dirett bejn [prodotti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati] ta’ Monsanto (li jinkludi wkoll kollaborazzjoni ma’ Sumitomo fuq kimika PPO ġdida) u l-prodott li għadu fi stadju bikri ta’ żvilupp ta’ Bayer (li jinkludi wkoll [il-linji ta’ riċerka 1, 2 u 3 tal-NSH]) maħsuba sabiex jattakkaw il-frankiġja tal-glifosat fl-użi kollha tiegħu (għal burndown, livell superjuri ta’ għelejjel tolleranti għall-erbiċidi u l-għelejjel perenni). L-investigazzjoni tal-Kummissjoni żvelat li l-Partijiet huma kompetituri mill-qrib u importanti fl-ispazju ta’ innovazzjoni tal-NSH.

(94)

Il-Kummissjoni tqis li huwa probabbli li l-inċentivi tal-Partijiet sabiex isegwu b’mod indipendenti l-isforzi tagħhom fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, li huma f’kompetizzjoni mill-qrib ma’ xulxin, se jitnaqqsu wara t-Tranżazzjoni.

(95)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni sabet ukoll li r-restrizzjoni li se tiġi eżerċitata wara t-Tranżazzjoni mill-bqija tal-kompetituri mhux se tkun biżżejjed.

(96)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva b’rabta mal-innovazzjoni tal-NSH minħabba li x’aktarx telimina restrizzjoni kompetittiva mill-qrib u importanti li twassal għal ħsara potenzjali għall-kompetizzjoni tal-innovazzjoni fl-NSH billi tikkombina l-kapaċitajiet tal-innovazzjoni rispettivi tal-Partijiet u l-portafolli tal-prodotti tal-NSH.

(C)   Sistemi ta’ tolleranza għall-erbiċidi (effetti mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni)

(97)

Filwaqt li s-sistemi HT bħalissa mhumiex qegħdin jintużaw b’mod sinifikanti fiż-ŻEE minħabba li l-karatteristiċi HT ġenetikament modifikati ġeneralment ma jiġux approvati, il-Kummissjoni tqis li hija kompetenti sabiex tivvaluta s-sistemi globalment għall-istess raġunijiet kif spjegati hawn fuq fir-rigward tal-karatteristiċi fuq skala kbira u l-karatteristiċi kkombinati (ara l-paragrafi (76)-(77)), li huma wieħed mill-komponenti ewlenin ta’ sistemi bħal dawn.

(98)

It-Tranżazzjoni tikkawża effetti mhux ikkoordinati fuq l-innovazzjoni għas-sistemi indipendenti li għalihom Bayer u Monsanto segwew binarji paralleli u se jkomplu jagħmlu hekk fin-nuqqas tat-Tranżazzjoni, inkluż f’sistemi HT mhux ġenetikament modifikati għall-qamħ, fejn [pjanijiet ta’ negozju] ftit li xejn hemm parteċipanti [pjanijiet ta’ negozju] li jidhru li huma attivi.

(99)

B’mod partikolari, iż-żewġ Partijiet qegħdin jaħdmu fuq saffi addizzjonali bbażati fuq il-modi ta’ azzjoni [il-linja ta’ riċerka 2 tal-NSH] u [il-linja ta’ riċerka 3 tal-NSH] sabiex jikkomplementaw is-Sistemi HT rispettivi tagħhom fuq l-għelejjel u globalment, kemm ma’ Bayer kif ukoll ma’ Monsanto [prodott li għadu qed jiġi żviluppat] li għamlu sforzi paralleli mill-qrib notevoli fil-[mod ta’ azzjoni tal-linja ta’ riċerka 3 tal-NSH].

(100)

Barra minn hekk, iż-żewġ Partijiet żviluppaw kapaċitajiet b’saħħithom sabiex jiskopru u jiżviluppaw [prodott li għadu qed jiġi żviluppat], u Bayer bħalissa qed taħdem fuq [prodott li għadu qed jiġi żviluppat].

(101)

Il-Kummissjoni tqis li huwa probabbli li l-inċentivi tal-Partijiet sabiex isegwu b’mod indipendenti l-isforzi tagħhom fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp f’Sistemi HT, li huma f’kompetizzjoni mill-qrib ma’ xulxin, se jitnaqqsu wara t-Tranżazzjoni.

(102)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li hemm restrizzjoni limitata mill-isforzi tal-innovazzjoni tal-kompetituri f’dan il-qasam minħabba l-ostakoli kbar għad-dħul għall-innovazzjoni fl-NSH u fil-karatteristiċi – żewġ komponenti ewlenin tas-Sistemi HT – kif ukoll speċifikament għas-Sistemi HT.

(103)

Il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva b’rabta mal-innovazzjoni fis-Sistemi HT minħabba li telimina r-restrizzjonijiet kompetittivi importanti li jeżerċitaw il-Partijiet qabel it-Tranżazzjoni.

5.2.4.2.   It-trattament taż-żrieragħ

(A)   It-trattament taż-żrieragħ nematiċidali (kompetizzjoni potenzjali)

(104)

Bħalissa ma hemm l-ebda trattament taż-żrieragħ nematiċidali mibjugħ fiż-ŻEE. Iż-żewġ Partijiet qegħdin jippjanaw li jniedu trattamenti taż-żrieragħ nematiċidali fiż-ŻEE fil-futur qrib.

(105)

Il-Kummissjoni tqis li l-Partijiet huma kompetituri mill-qrib u importanti fis-swieq għat-trattament taż-żrieragħ nematiċidali fl-[għelejjel] fiż-ŻEE. L-investigazzjoni tas-suq tindika li [pjanijiet ta’ integrazzjoni].

(106)

Il-kompetituri tal-Partijiet huma konsiderevolment iżgħar u ma għandhomx il-kapaċitajiet kif ukoll l-iskala u l-ambitu tal-parteċipanti akbar.

(107)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva b’rabta mat-trattament taż-żrieragħ nematiċidali fl-[għelejjel] fl-Istati Membri kollha taż-ŻEE fejn jitkabbru l-għelejjel, minħabba li x’aktarx li telimina restrizzjoni kompetittiva importanti u tirriżulta f’effetti mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni tal-prodott u tal-prezz.

(B)   It-trattament taż-żrieragħ Fungiċidali u Insettiċidali (effetti vertikali)

(108)

Bayer hija parteċipanta ewlenija fit-trattament taż-żrieragħ fiż-ŻEE, partikolarment fit-trattament taż-żrieragħ insettiċidali għall-qamħirrum, filwaqt li Monsanto ma għadhiex attiva fit-trattament taż-żrieragħ fiż-ŻEE […]. B’hekk, ma hemm l-ebda trikkib bejn il-Partijiet fiż-ŻEE fir-rigward tat-trattament taż-żrieragħ fungiċidali u insettiċidali. Madankollu, it-Tranżazzjoni tagħti lok għal relazzjoni vertikali bejn is-suq upstream għat-trattament taż-żrieragħ u s-suq downstream għal żrieragħ (ittrattati) fejn huma attivi Bayer u Monsanto.

(109)

Fir-rigward tat-trattament taż-żrieragħ insettiċidali, it-Tranżazzjoni tagħti lok għal suq affettwat fir-rigward tat-trattament taż-żrieragħ insettiċidali għall-qamħirrum u l-OSR f’diversi Stati Membri.

(110)

Filwaqt li Bayer għandha pożizzjoni b’saħħitha fit-trattament taż-żrieragħ f’diversi minn dawn is-swieq, il-Kummissjoni tqis li mhuwiex probabbli li Bayer tippreservah minħabba (i) sitwazzjoni regolatorja li qed tevolvi u (ii) id-dħul imminenti probabbli ta’ parteċipanti ġodda fis-suq.

(111)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li, wara t-Tranżazzjoni, mhuwiex probabbli li l-Partijiet ikollhom il-kapaċità u l-inċentiv li jinvolvu ruħhom fi strateġija ta’ preklużjoni tal-input għad-detriment tal-parteċipanti fis-suq għal żrieragħ tal-qamħirrum ittrattati bi trattament taż-żrieragħ insettiċidali.

(112)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, wara t-Tranżazzjoni, il-Partijiet ma jkollhomx saħħa sinifikanti fis-swieq downstream.

(113)

Fir-rigward tat-trattament taż-żrieragħ funġiċidali, fiż-żewġ swieq upstream affettwati (l-Awstrija u r-Renju Unit) Bayer hija sempliċiment attiva bħala bejjiegħa mill-ġdid ta’ prodotti ġeneriċi li jistgħu jiġu prodotti u mibjugħa minn fornituri oħrajn. Barra minn hekk, l-investigazzjoni indikat li, filwaqt li fis-suq nazzjonali kkonċernat Bayer hija l-uniku fornitur, fil-livell taż-ŻEE hemm fornituri oħrajn li jistgħu jidħlu fis-swieq Awstrijaċi u tar-Renju Unit.

5.2.4.3.   Fungiċidi (kompetizzjoni tal-innovazzjoni)

(114)

Ma hemm l-ebda trikkib fiż-ŻEE għall-fungiċidi, fuq il-bażi li Monsanto bħalissa ma tbigħ l-ebda wieħed minn dawn il-prodotti fiż-ŻEE. It-trikkib bejn Bayer u Monsanto huwa limitat għat-trikkib fl-innovazzjoni.

(115)

L-investigazzjoni indikat li Bayer u Monsanto mhumiex kompetituri mill-qrib fl-innovazzjoni u li hemm numru suffiċjenti ta’ kompetituri attivi fl-istess spazji ta’ innovazzjoni, li jżommu biżżejjed pressjoni kompetittiva wara t-Tranżazzjoni.

(116)

Fid-dawl tal-evidenza disponibbli għaliha, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni mhijiex se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni fil-fungiċidi.

5.2.4.4.   Insettiċidi (kompetizzjoni tal-innovazzjoni)

(117)

Ma hemm l-ebda trikkib fiż-ŻEE fis-suq tal-prodotti għall-insettiċidi, fuq il-bażi li Monsanto bħalissa ma tbigħ ebda wieħed minn dawn il-prodotti fiż-ŻEE. It-trikkib bejn Bayer u Monsanto huwa limitat għat-trikkib fl-innovazzjoni.

(118)

Fid-dawl tal-evidenza disponibbli għaliha, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni mhijiex se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tal-innovazzjoni fuq l-insettiċidi.

5.2.4.5.   Prodotti Mikrobiċi għall-Effiċjenza tal-Għelejjel (kompetizzjoni tal-innovazzjoni)

(119)

Ma hemm l-ebda trikkib attwali bejn il-Partijiet fil-bijostimulanti jew il-bijofertilizzanti fiż-ŻEE, fuq il-bażi li bħalissa Bayer ma tbigħ l-ebda prodott fiż-ŻEE.

(120)

Il-Kummissjoni ssib li għalkemm it-Tranżazzjoni proposta se tikkombina żewġ parteċipanti importanti fil-prodotti bijoloġiċi, se jkompli jkun hemm bosta parteċipanti oħrajn b’kapaċitajiet ta’ innovazzjoni importanti u bil-kapaċità li jġibu prodotti ġodda fis-suq.

(121)

Kollox ma’ kollox, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni mhijiex se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva b’rabta mat-trattament taż-żrieragħ mikrobiċi għall-effiċjenza tal-għelejjel, kemm f’termini ta’ kompetizzjoni tal-prezz u tal-prodott kif ukoll ta’ kompetizzjoni tal-innovazzjoni.

5.2.4.6.   Saħħet in-naħal (kompetizzjoni tal-innovazzjoni)

(122)

Ma hemm l-ebda trikkib fiż-ŻEE fis-suq tal-prodotti ta’ saħħet in-naħal li għandhom fil-mira d-dud varroa, fuq il-bażi li Monsanto bħalissa ma tbigħ l-ebda wieħed minn dawn il-prodotti fiż-ŻEE. It-trikkib bejn Bayer u Monsanto huwa limitat għat-trikkib fl-innovazzjoni.

(123)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-evidenza disponibbli mhijiex biżżejjed sabiex tistabbilixxi skont l-istandard meħtieġ li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni fis-suq tal-prodotti għal saħħet in-naħal li għandhom fil-mira d-dud varroa fiż-ŻEE.

5.2.5.    Preskrizzjonijiet agronomiċi diġitali

(124)

Il-Kummissjoni tqis (i) Bayer u Monsanto huma kompetituri potenzjali fis-suq għall-forniment ta’ preskrizzjonijiet b’mezzi diġitali ta’ fungiċidi għal għelejjel fuq skala kbira.

(125)

Bayer [prodott li għadu qed jiġi żviluppat].

(126)

Monsanto waslet biex tniedi l-pjattaforma tal-agrikoltura diġitali tagħha fiż-ŻEE, FielView u [prodott li għadu qed jiġi żviluppat].

(127)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li (ii) fin-nuqqas tat-Tranżazzjoni, Bayer u Monsanto x’aktarx li jimponu restrizzjonijiet kompetittivi importanti fuq xulxin u fuq kompetituri oħrajn. Monsanto hija meqjusa bħala li tinsab fuq quddiem nett fl-agrikoltura diġitali globalment u Bayer hija parteċipanta ewlenija tal-agrikoltura diġitali fl-Ewropa; u ż-żewġ kumpaniji għandhom il-kapaċitajiet wesgħin meħtieġa sabiex jiżviluppaw u jtejbu l-preskrizzjonijiet b’mezzi diġitali, inkluż l-aċċess għal data agronomika sinifikanti riżervata u ta’ partijiet terzi.

(128)

Barra minn hekk, (iii) Bayer u Monsanto huma komparabbli biss ma’ numru limitat ta’ kompetituri li x’aktarx ma jeżerċitawx grad suffiċjenti ta’ pressjoni kompetittiva wara t-Tranżazzjoni fir-rigward tal-preskrizzjonijiet b’mezzi diġitali ta’ fungiċidi għal għelejjel fuq skala kbira fiż-ŻEE.

(129)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li: (iv) l-agrikoltura diġitali, inklużi l-preskrizzjonijiet b’mezzi diġitali, hija kkaratterizzata mill-vantaġġ tal-innovatur; u li (v) wara t-Tranżazzjoni, l-isforzi tal-innovazzjoni ta’ Bayer fl-agrikoltura diġitali x’aktarx li jitwaqqfu kompletament jew parzjalment.

(130)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva b’rabta mal-preskrizzjonijiet agronomiċi diġitali minħabba l-eliminazzjoni ta’ restrizzjoni kompetittiva importanti fis-suq, b’mod partikolari fis-suq għall-forniment ta’ preskrizzjonijiet b’mezzi diġitali ta’ fungiċidi għal għelejjel fuq skala kbira fl-Istati Membri kollha taż-ŻEE fejn jinsabu l-Partijiet [prodott li għadu qed jiġi żviluppat].

5.2.6.    L-integrazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni taż-żrieragħ u tal-għelejjel (effetti ta’ konglomerat)

(131)

Bayer hija parteċipanta globali ewlenija fil-protezzjoni tal-għelejjel, filwaqt li Monsanto hija parteċipanta globali ewlenija fil-karatteristiċi, iż-żrieragħ u l-agrikoltura diġitali. Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni dettaljata tal-probabbiltà li t-Tranżazzjoni xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fiż-ŻEE minħabba effetti ta’ konglomerat li jirriżultaw fil-preklużjoni tal-kompetituri, b’mod partikolari minħabba l-iggruppar tal-prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel u ż-żrieragħ tal-Partijiet, possibbilment iffaċilitat bl-agrikoltura diġitali.

(132)

Il-Kummissjoni vvalutat il-kapaċità u l-inċentiv tal-entità amalgamata li tinvolvi ruħha fi strateġiji ta’ ggruppar fil-livell tad-distributur u f’dak tal-kultivatur, kif ukoll l-impatt probabbli ta’ strateġiji bħal dawn fuq il-kompetizzjoni.

(133)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni ma kkonfermatx li l-Partijiet għandhom, b’mod ġenerali, saħħa suffiċjenti fis-suq u, b’mod partikolari, saħħa fuq id-distributuri (li minnhom infushom jidhru li għandhom grad qawwi ta’ saħħa tax-xerrej) jew il-kultivaturi (li jidhru li huma riluttanti li jirċievu rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti għal raggruppamenti minn fornituri tal-input) sabiex jinvolvu ruħhom b’suċċess fl-istrateġiji tal-iggruppar.

(134)

Barra minn hekk, minħabba li l-karatteristiċi ĠM ma tantx huma kkultivati fl-Ewropa, is-saħħa fis-suq addizzjonali li ġabet magħha t-Tranżazzjoni hija limitata.

(135)

Fi kwalunkwe każ, abbażi tal-evidenza disponibbli, anki jekk il-Partijiet setgħu jsegwu strateġiji ta’ ggruppar, is-sehem tas-suq prekluż għal parteċipanti ta’ prodotti uniċi jkun żgħir u xorta jibqa’ għadd suffiċjenti ta’ rivali.

(136)

Barra minn hekk, ir-rivali li fadal x’aktarx ikollhom il-kapaċità u l-inċentiv sabiex jirreaġixxu b’mod effettiv.

(137)

Barra minn hekk, l-attivitajiet emerġenti tal-Partijiet fl-agrikoltura diġitali fiż-ŻEE jitqiesu wkoll bħala li x’aktarx ibiddlu l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq fir-rigward tal-iggruppar potenzjali fuq perjodu medju minħabba li bħalissa qegħdin jiġu żviluppati u mnedija. Huwa diffiċli li jsiru konklużjonijiet rigward l-impatt tagħhom fuq l-iffaċilitar tal-iggruppar minħabba n-natura emerġenti ta’ dawn il-mudelli tan-negozju.

(138)

Għalhekk, kollox ma’ kollox, filwaqt li l-entità amalgamata tista’ tipprova tinvolvi ruħha f’xi strateġiji ta’ ggruppar fil-ġejjieni, mhuwiex possibbli għall-Kummissjoni li tikkonkludi li t-Tranżazzjoni se jkollha probabbiltà suffiċjenti li jkollha effetti antikompetittivi sinifikanti minħabba l-iggruppar.

5.2.7.    Tħassib mhux relatat mal-kompetizzjoni

(139)

Matul il-proċedimenti tal-għaqda, għadd ta’ partijiet terzi esprimew lill-Kummissjoni tħassib dwar l-effetti potenzjali tat-Tranżazzjoni li ma kinux relatati mal-protezzjoni ta’ kompetizzjoni effettiva, pereżempju rigward l-ambjent, l-iżvilupp sostenibbli u s-saħħa pubblika, kif ukoll is-settur agrikolu.

(140)

Filwaqt li l-Kummissjoni kkunsidrat dawn is-sottomissjonijiet serjament, hija vvalutat il-kompatibbiltà tat-Tranżazzjoni mas-suq intern abbażi tat-test stabbilit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, billi ħadet inkonsiderazzjoni, fi ħdan il-valutazzjoni tagħha tal-kompetizzjoni, l-effetti tat-tħassib mhux relatat mal-kompetizzjoni tat-Tranżazzjoni, sal-punt biss permess u meħtieġ skont it-Trattat u r-Regolament dwar l-Għaqdiet, pereżempju, fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni.

6.   RIMEDJI

(141)

Sabiex it-Tranżazzjoni tkun kompatibbli mas-suq intern, fit-2 ta’ Frar 2018, il-Parti Notifikanti ppreżentat l-Ewwel Impenji, li ġew ittestjati fis-suq mill-Kummissjoni.

(142)

L-ittestjar tas-suq kien fil-biċċa l-kbira pożittiv kemm fuq l-ambitu tar-rimedju kif ukoll fuq il-BASF bħala x-xerrejja tal-pakkett ta’ rimedju tal-BASF, iżda identifika xi nuqqasijiet li l-Parti Notifikanti fittxet li tindirizza billi ssottomettiet l-Impenji Finali fis-16 ta’ Frar 2018.

(143)

L-Impenji Finali għandhom żewġ komponenti ewlenin: (i) impenn sabiex in-negozji u l-assi relatati maż-żrieragħ u l-karatteristiċi tal-għelejjel fuq skala kbira, il-protezzjoni tal-għelejjel u l-agrikoltura diġitali (4) jiġu ċeduti lil BASF (il-“Pakkett ta’ Ċessjoni ta’ BASF”) u (ii) impenn sabiex jiġi ċedut in-negozju taż-żrieragħ tal-ħxejjex globali ta’ Bayer (in-“Negozju taż-Żrieragħ tal-Ħxejjex Ċedut”).

6.1.   Pakkett ta’ Ċessjoni ta’ BASF

(144)

L-Impenji Finali jidentifikaw lil BASF bħala l-akkwirent tal-pakkett ta’ Ċessjoni ta’ BASF u fihom klawżola ta’ xerrej bil-quddiem, li jfisser li t-Tranżazzjoni tista’ tiġi implimentata biss wara li l-Kummissjoni tkun approvat (1) lil BASF bħala l-akkwirent tal-Pakkett ta’ Ċessjoni ta’ BASF u (2) il-ftehimiet ta’ bejgħ u xiri finali.

(145)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni ma tagħmilx valutazzjoni finali ta’ jekk BASF hijiex akkwirent xieraq u lanqas jekk il-ftehimiet bejn il-Parti Notifikanti u BASF humiex konsistenti mad-Deċiżjoni u mal-Impenji Finali. Dan minħabba li l-ftehimiet finali bejn Bayer u BASF għadhom ma ġewx konklużi u minħabba li hemm għadd ta’ kwistjonijiet dwar l-idoneità ta’ BASF bħala akkwirent li jeħtieġu aktar investigazzjoni. Il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni bħal din separatament u wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni. Madankollu, il-Kummissjoni ħadet inkonsiderazzjoni l-assi/l-kapaċitajiet ta’ BASF, bħala l-Akkwirent propost, fil-valutazzjoni tal-Impenji Finali.

6.1.1.    In-Negozji fuq Skala Kbira Ċeduti

(146)

L-Impenji Finali dwar in-Negozji fuq Skala Kbira Ċeduti jinvolvu ċ-ċessjoni minn Bayer tan-negozju globali kollu tagħha taż-żrieragħ u l-karatteristiċi tal-għelejjel fuq skala kbira (inklużi l-attivitajiet ta’ riċerka), soġġetti għal ċerti konċessjonijiet limitati.

(147)

In-Negozji fuq Skala Kbira Ċeduti jinkludu wkoll persunal ewlieni u għadd ta’ ftehimiet ta’ servizzi tranżitorji li għandhom jiġu pprovduti minn Bayer lil BASF.

(148)

Il-Kummissjoni tqis li l-Impenji Finali, billi jirrikjedu li Bayer tiżvesti n-Negozji fuq Skala Kbira Ċeduti, se jneħħu t-trikkib orizzontali fis-swieq kollha taż-żrieragħ tal-għelejjel fuq skala kbira u tal-karatteristiċi tal-għelejjel fuq skala kbira fejn il-Kummissjoni identifikat tħassib dwar il-kompetizzjoni. Iċ-ċessjoni tan-Negozji fuq Skala Kbira Ċeduti se tiżgura wkoll li l-pożizzjoni dominanti ta’ Monsanto fis-swieq b’karatteristiċi ta’ għelejjel fuq skala kbira ma tkomplix tissaħħaħ aktar. Fl-aħħar nett, iċ-ċessjoni tal-attivitajiet ta’ riċerka dwar il-karatteristiċi ta’ Bayer se jindirizza wkoll it-tħassib identifikat mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni.

6.1.2.    In-Negozju Ċedut tal-GA u l-Assi tal-Glifosat

(149)

In-Negozju Ċedut tal-GA huwa n-negozju globali sħiħ ta’ Bayer tal-glufosinat, mingħajr konċessjonijiet. Huwa jinkludi l-assi tanġibbli u intanġibbli kollha u l-persunal, inklużi 15-il membru tal-persunal prinċipali. Qegħdin jiddaħħlu fis-seħħ għadd ta’ ftehimiet ta’ provvista tranżitorji u fuq perjodu ta’ żmien itwal sabiex jiżguraw il-vijabbiltà u l-kompetittività tagħha mill-ewwel jum u għal żmien twil.

(150)

L-Assi tal-Glifosat jinkludu l-erbiċidi mhux selettivi kollha tal-glifosat (agrikoli u mhux agrikoli) attwali u futuri ta’ Bayer fiż-ŻEE biss (Bayer iżżomm dawn il-prodotti barra miż-ŻEE). Dawn jinkludu l-persunal rilevanti kollu, inklużi sitt membri tal-persunal prinċipali. Dawn ma jinkludux l-assi ta’ produzzjoni, iżda hemm fis-seħħ għadd ta’ ftehimiet ta’ provvista tranżitorji u fuq perjodu ta’ żmien twil sabiex jiżguraw il-vijabbiltà u l-kompetittività tagħhom mill-ewwel jum u għal żmien twil.

(151)

In-Negozju Ċedut tal-GA u l-Assi tal-Glifosat ineħħu t-trikkib kollu bejn il-prodotti eżistenti ta’ glifosat u glufosinat tal-Partijiet f’erbiċidi mhux selettivi (agrikoli u mhux agrikoli) fiż-ŻEE u jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar l-erbiċidi mhux selettivi agrikoli u mhux agrikoli fiż-ŻEE.

6.1.3.    L-Assi tat-Trattament taż-Żrieragħ  (5)

(152)

L-Assi tat-Trattament taż-Żrieragħ jinkludu, b’mod partikolari, l-assi meħtieġa sabiex jippermettu ċ-ċessjoni globali tan-negozji tat-trattament taż-żrieragħ Poncho, VOTiVO, Poncho/VOTiVO, VOTiVO/RedigoM, VOTiVO 2.0, Poncho/VOTiVO 2.0, COPeO u ILeVO ta’ Bayer u l-prodott li għadu qed jiġi żviluppat għal BASF. L-Assi tat-Trattament taż-Żrieragħ jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, id-data u l-għarfien kollha, ir-reġistrazzjonijiet tal-prodotti kollha u s-sottomissjonijiet regolatorji pendenti, l-assi tal-bejgħ u tal-kummerċjalizzazzjoni u kuntratti speċifiċi għall-Assi tat-Trattament taż-Żrieragħ. Bayer timpenja ruħha wkoll li tforni dawn il-prodotti lil BASF bi spiża varjabbli għal perjodu ta’ żmien limitat (sakemm BASF tkun tista’ tistabbilixxi sors alternattiv ta’ produzzjoni).

(153)

L-Impenji Finali fuq l-Assi tat-Trattament taż-Żrieragħ se jeliminaw it-trikkib orizzontali bejn l-attivitajiet rispettivi tal-Partijiet fir-rigward tat-trattament taż-żrieragħ nematiċidali u, b’hekk, se jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni.

6.1.4.    It-Trasferimenti tad-Data u l-Liċenzji [linji ta’ riċerka 1, 2 u 3 tal-NSH]

(154)

L-għan tat-Trasferimenti tad-Data u l-Liċenzji [linji ta’ riċerka 1, 2 u 3 tal-NSH] huwa li jirreplikaw il-pożizzjoni kompetittiva miżmuma minn Bayer fin-nuqqas tat-Tranżazzjoni fl-innovazzjoni għal erbiċidi mhux selettivi u s-Sistema HT (flimkien maċ-ċessjoni tal-organizzazzjoni ta’ riċerka dwar il-karatteristiċi ta’ Bayer bħala parti min-Negozji fuq Skala Kbira Ċeduti).

(155)

It-Trasferimenti tad-Data u l-Liċenzji [linji ta’ riċerka 1, 2 u 3 tal-NSH] jinkludu data u għarfien dwar il-qasam, kif ukoll liċenzja esklussiva għal applikazzjonijiet f’erbiċidi mhux selettivi. Huma jinkludu xjenzat wieħed jew tnejn bħala Persunal Ewlieni għal kull linja ta’ riċerka, kif ukoll l-għażla għal BASF li toffri impjieg lil tliet impjegati addizzjonali ta’ Bayer - li għandhom jitqiesu bħala Persunal Ewlieni - li jaħdmu fuq kwalunkwe waħda mit-tliet linji ta’ riċerka.

(156)

It-Trasferimenti tad-Data u l-Liċenzji [linji ta’ riċerka 1, 2 u 3 tal-NSH] jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar l-innovazzjoni għal erbiċidi mhux selettivi u s-Sistema HT (flimkien maċ-ċessjoni tal-organizzazzjoni ta’ riċerka dwar il-karatteristiċi ta’ Bayer bħala parti min-Negozji fuq Skala Kbira Ċeduti u l-ftehimiet ta’ provvista għal isoxaflutole).

6.1.5.    Assi tal-Agrikoltura Diġitali  (6)

(157)

L-għan taċ-ċessjoni tal-Assi tal-Agrikoltura Diġitali ta’ Bayer huwa li jippermetti lil BASF tirreplika l-pożizzjoni kompetittiva miżmuma minn Bayer fin-nuqqas tat-Tranżazzjoni.

(158)

L-Impenn Finali jinkludi ċ-ċessjoni kollha kemm hi lil BASF tan-negozju tal-agrikoltura diġitali ta’ Bayer fuq livell dinji, b’liċenzja limitata li terġa’ lura għand Bayer barra mill-Amerika ta’ Fuq.

6.2.   Pakkett dwar iż-Żrieragħ tal-Ħxejjex

(159)

In-Negozju taż-Żrieragħ tal-Ħxejjex Ċedut jikkonsisti fin-negozju globali taż-żrieragħ tal-ħxejjex ta’ Bayer, inklużi entitajiet legali, siti, assi, marki, impjegati/persunal ewlieni, listi ta’ klijenti, eċċ. b’konċessjonijiet limitati.

(160)

Wieħed mill-kriterji għall-Akkwirent huwa li l-Akkwirent irid ikun parteċipant ġdid, jiġifieri, ma jikkontrollax diġà (direttament jew indirettament) xi negozju taż-żrieragħ tal-ħxejjex. Dan il-kriterju se jiżgura l-istess numru ta’ parteċipanti bħal qabel it-Tranżazzjoni fis-swieq taż-żrieragħ tal-ħxejjex.

(161)

Għalhekk, iċ-ċessjoni tan-Negozju taż-Żrieragħ tal-Ħxejjex Ċedut ineħħi t-trikkib orizzontali bejn l-attivitajiet ta’ Bayer u Monsanto b’rabta maż-żrieragħ tal-ħxejjex. Il-Kummissjoni tqis ukoll in-Negozju taż-Żrieragħ tal-Ħxejjex Ċedut bħala negozju vijabbli u kompetittiv. Kien hemm interess espress minn akkwirenti potenzjali.

7.   KONKLUŻJONI

(162)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta mhijiex se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu.

(163)

Konsegwentement, il-konċentrazzjoni nnotifikata għandha tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE, f’konformità mal-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 286, 30.8.2017, p. 1.

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11.4.2018 li temenda l-impenji fil-Każ M.8084 – Bayer/Monsanto, C(2018) 2208 finali.

(4)  Fil-11 ta’ April 2018, il-Kummissjoni approvat it-talba ta’ Bayer sabiex timmodifika l-impenji fir-rigward tal-protezzjoni tal-għelejjel (trattament taż-żrieragħ) u l-agrikoltura diġitali (ara l-paragrafu 7).

(5)  Id-deskrizzjoni tal-Assi tat-Trattament taż-Żrieragħ tirrifletti l-Impenji Finali mmodifikati kif approvati mill-Kummissjoni fil-11 ta’ April 2018 (ara l-paragrafu 7).

(6)  Id-deskrizzjoni tal-Assi tal-Agrikoltura Diġitali tirrifletti l-Impenji Finali mmodifikati kif approvati mill-Kummissjoni fil-11 ta’ April 2018 (ara l-paragrafu 7).


20.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/24


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Diċembru 2018

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għal speċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-isem “Gönci kajszibarack” (IĠP)

(2018/C 459/11)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 50(2)(a) flimkien mal-Artikolu 53(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Ungerija bagħtet applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott bl-isem “Gönci kajszibarack” (IĠP) skont l-Artikolu 49(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Il-bidliet jinkludu bidla tal-isem, minn “Gönci kajszibarack” għal “Gönci kajszibarack / Gönci kajszi”.

(2)

Skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjoni u kkonkludiet li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(3)

Biex jingħata lok għat-tressiq ta’ dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (2), inkluż id-dokument uniku emendat u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott rilevanti, għall-isem reġistrat “Gönci kajszibarack” (IĠP), jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014, inkluż id-dokument uniku emendat u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott rilevanti, għall-isem reġistrat “Gönci kajszibarack” (IĠP), tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


ANNESS

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TA' ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“GÖNCI KAJSZIBARACK”

Nru tal-UE: PGI-HU-0388-AM01 — 11.4.2017

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Gyümölcsért Termelői Értékesítő Kft.

Külterület 068/8 HRSZ.

3885 Boldogkőváralja

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Tel.

+36 46587477

Faks

+36 46587478

Indirizz elettroniku:

info@gyumolcsert.com

Il-kooperattiva ta’ Abaúj-Gönc, li kitbet l-Ispeċifikazzjoni, ġiet illikwidata fl-20 ta’ Marzu 2013. Għal din ir-raġuni, l-organizzazzjoni Gyümölcsért Termelői Értékesítő, li tħaddan fiha l-produtturi ewlenin tal-berquq tar-reġjun, assumiet il-kompiti amministrattivi u l-prattiki relatati mal-prodott protett. Il-Gyümölcsért Termelői Értékesítő Kft., li tiġbor fiha aktar minn 70 produttur tal-berquq, tbigħ bejn 1 500 u 2 000 tunnellata ta’ berquq mir-reġjun ta’ produzzjoni.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Ungerija

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: Sistema ta’ kontroll, struttura ta’ kontroll

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew ekwivalenti), li ma tistax titqies bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

L-ewwel punt tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ

Id-denominazzjoni tal-prodott “Gönci kajszibarack” ġiet issupplimentata bl-isem iqsar ta’ “Gönci kajszi”, li l-użu tiegħu huwa mifrux sew fil-lingwa ta’ kuljum. Għaldaqstant, ir-referenzi kollha għal “Gönci kajszibarack” fl-Ispeċifikazzjoni huma ssupplimentati bil-kliem “Gönci kajszi”.

“Gönci kajszi” hija wkoll id-denominazzjoni rikonoxxuta u mfittxija fil-kummerċ biex tindika l-berquq li ġej mir-reġjun ta’ Gönc.

Skont l-emenda proposta, l-isem li jidher fil-punt 4.1 tas-sommarju (ĠU C 247, 14.9.2010) u r-referenzi kollha għal “Gönci kajszibarack” fid-Dokument Uniku li jissostitwixxi s-sommarju huma ssupplimentati bil-kliem “Gönci kajszi”.

Il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Deskrizzjoni tal-prodott) u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku

It-tieni paragrafu li ġej:

“L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Gönci kajszibarack” tista’ tintuża għall-varjetajiet tal-ispeċijiet tal-Prunus armeniaca L. li ġejjin: Gönci magyar kajszi, Magyar kajszi C 235, Mandulakajszi, Bergeron, Ceglédi Piroska, Ceglédi bíborkajszi, Ceglédi arany, Ceglédi óriás u Pannónia.”

huwa emendat kif ġej:

“L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi” tista’ tintuża għall-varjetajiet tal-ispeċijiet tal-Prunus armeniaca L. li ġejjin: Gönci magyar kajszi, Magyar kajszi C 235, Mandulakajszi, Bergeron, Ceglédi Piroska, Ceglédi bíborkajszi, Ceglédi arany, Ceglédi óriás u Pannónia. Barra minn hekk, il-varjetajiet kollha ta’ berquq imkabbrin fiż-żona ta’ produzzjoni, li l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tagħhom jikkonformaw mal-karatteristiċi li jiddeterminaw il-kwalità tal-varjetajiet ta’ berquq elenkati hawn fuq.”

Matul dawn l-aħħar għaxar snin, ġew inkorporati varjetajiet reżistenti għall-mard fl-għelejjel permezz tat-tnissil selettiv. Fost dawn il-varjetajiet, kien iġġustifikat li jiġu inklużi dawk li għandhom il-karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u organolettiċi deskritti fl-Ispeċifikazzjoni. Ir-riżultati tal-analiżijiet tal-laboratorju tal-varjetajiet il-ġodda juru wkoll li l-mikroklima speċifika taż-żona ta’ produzzjoni tipprovdi t-togħma u l-aroma li għandu l-“Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi”. Il-maġġoranza tal-varjetajiet imkabbra hawnhekk hija ta’ kwalità superjuri minn dik tal-istess varjetajiet prodotti f’ħamrija kultivabbli oħra fl-Ungerija, f’termini ta’ kontenut ta’ zokkor u aċidità.

Il-punt 2.1 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi ewlenin) u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku

It-tieni paragrafu li ġej:

“Id-daqs jiġi ddeterminat bl-użu ta’ strument tal-kejl użat fin-negozju. Il-piż medju tal-frotta espress fi grammi jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għad-dijametru tagħha espress f’millimetri.”

huwa emendat kif ġej:

“Id-daqs jiġi stabbilit billi jitkejjel l-akbar dijametru perpendikolari għall-assi lonġitudinali.”

It-tieni sentenza ta’ dan il-paragrafu tħassret. Ir-raġuni għalfejn din l-emenda ġiet proposta hija li d-differenzi fid-daqs u l-piż jistgħu jkunu kbar bejn il-varjetajiet fl-istess medda ta’ daqsijiet.

Is-sentenza mibdula u s-sentenza ta’ warajha (paragrafu 4) tal-Ispeċifikazzjoni: “Il-kontenut taz-zokkor huwa stabbilit flimkien ma’ indikazzjoni tal-perċentwal ta’ maturità u s-sustanzi aromatiċi jiġu stabbiliti waqt l-eżami organolettiku, waqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet tal-aċidità għal kull varjetà (0,9–2,2 % vol.).” ġew miżjuda fil-punt 4.2 tas-sommarju, kif ukoll fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku li ssostitwieh, u li għalhekk issa jaqra kif ġej:

“Id-daqs jiġi stabbilit billi jitkejjel l-akbar dijametru perpendikolari għall-assi lonġitudinali.

Il-kontenut taz-zokkor huwa stabbilit flimkien ma’ indikazzjoni tal-perċentwal ta’ maturità, u s-sustanzi aromatiċi jiġu stabbiliti waqt l-eżami organolettiku, waqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet tal-aċidità għal kull varjetà (0,9–2,2 % vol.).”

Il-punt 2.2 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Rekwiżiti ewlenin għall-prodott) u l-punt 3.5 tad-Dokument Uniku

It-tieni paragrafu li ġej:

“Il-kategoriji tal-kwalità jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 851/2000 u l-emendi tiegħu, iżda r-rekwiżiti aktar stretti li ġejjin huma approvati”:

huwa emendat kif ġej:

“Il-kategoriji tal-kwalità huma dawn li ġejjin:”

L-għan ta’ din l-emenda huwa li jitneħħa r-regolament imħassar mill-Ispeċifikazzjoni.

Peress li l-punt 2.2 tal-Ispeċifikazzjoni fih prinċipalment rekwiżiti dwar l-ippakkjar, dan il-punt ġie introdott fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku, skont ix-xewqa tal-applikant (paragrafi 2 sa 5). Dawn ir-rekwiżiti ma ġewx enfasizzati fis-sommarju, iżda kienu diġà inklużi fl-Ispeċifikazzjoni.

Il-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Provi li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika)

Il-paragrafi li ġejjin:

“Is-sistema ta’ kontroll tal-kwalità tal-proċess sħiħ tal-kultivazzjoni u tat-trattament tiżgura l-identifikazzjoni u traċċabbiltà, kif ukoll il-verifika finali u s-sikurezza tal-prodott b’dan il-mod: il-produtturi jaqtgħu l-frott bl-idejn u jpoġġuh f'kannestri tal-plastik jew tal-injam li fuqhom tiġi identifikata b’mod speċifiku l-oriġini tal-frott (bl-isem) fuq it-tikketta, flimkien man-numru tal-identifikazzjoni fil-qiegħ tal-kannestru.

Il-produtturi huma obbligati li jżommu Reġistru tal-Oriġini tal-Produzzjoni sabiex jiddokumentaw il-produzzjoni skont ir-regolamenti relevanti. Fih iridu jniżżlu:

l-isem u l-identifikazzjoni tal-produttur;

il-post tal-produzzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-art, il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-varjetà/tal-għalqa, l-għadd tas-siġar li jkunu diġà jagħmlu l-frott u ta’ dawk li jkun għadhom ma jagħmlux;

isem u l-oriġini tal-varjetà (appoġġat biċ-ċertifikat tal-oriġini tas-siġar żgħażagħ);

in-numru tal-identifikazzjoni tar-Reġistru tal-Bexx;

in-numru tal-identifikazzjoni tar-Reġistru tal-Ħsad, id-data tal-qtugħ, il-kwantitajiet tal-frott fis-sena partikolari flimkien mal-varjetà/mal-għalqa.

Ir-Reġistru tal-Bexx huwa rekord miżmum kif previst bil-liġi li fih jiddaħħal dan li ġej:

kimiki użati matul il-kultivazzjoni;

il-kwantitajiet ta’ kimiki użati/applikati (imqassmin skont id-dati tal-applikazzjoni);

l-isem u d-dati tal-proċeduri applikati għas-saħħa tas-siġra, eċċ.

Ir-Reġistru tal-Ħsad huwa rekord li jinżamm matul il-qtugħ li jispeċifika l-għadd tas- siġar li jipproduċu skont il-varjetà/l-għalqa, il-ġurnata tal-qtugħ u l-kwantitajiet li jinqatgħu kuljum.”

huma emendati kif ġej:

“Sabiex jiġi identifikat il-post ta’ produzzjoni, l-organizzazzjoni tal-produtturi (Gyümölcsért Termelői Értékesítő Szervezet) tagħmel lista ta’ produtturi u fornituri ta’ “Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi”, li fiha tidentifika l-postijiet ta’ produzzjoni tal-produtturi/tal-membri. Il-produtturi jew il-korp li jbiegħu l-prodott irid ikollhom sistema ta’ rintraċċar li takkumpanja ċ-ċiklu tal-prodott mill-produzzjoni sal-bejgħ tiegħu.

L-identifikazzjoni tal-merkanzija sseħħ mal-wasla tal-merkanzija waqt l-identifikazzjoni tal-produttur, li matulha dan jipprovdi r-Reġistru tal-Bexx tal-prodott ikkonċernat. L-immarkar u t-traċċabilità tal-prodott huma garantiti min-numru tal-lott li jidher fuq il-barcode; dan huwa numru li jakkumpanjah tul il-proċess ta’ produzzjoni, mill-kultivazzjoni, il-wasla, il-ħażna, il-kejl, l-ippakkjar u t-trasport, sal-bejgħ. In-numru tal-lott għandu jiġi rreġistrat fir-Reġistru tal-Produzzjoni għal kull fażi tal-produzzjoni. In-numru tal-lott tal-prodott lest biex jiġi ttrasportat għandu dejjem ikun indikat fuq in-nota tal-konsenja.”

Il-prova tal-oriġini hija emendata fl-Ispeċifikazzjoni, peress li llum din hija garantita permezz ta’ sistemi moderni ta’ traċċabilità diġitali. Is-sistema użata tiżgura t-traċċabilità mill-bidu sal-aħħar, mill-post ta’ produzzjoni s’għand il-konsumatur.

Il-punt 5.1 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Metodi u kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni (u ta’ preservazzjoni)) Intestatura dwar żrieragħ u pjanti

It-tieni sentenza, kif ġej:

“Huwa rakkomandat ukoll li, sabiex tiġi evitata l-puplesija, il-varjetajiet tal-ogħla kwalità jitlaqqmu fuq riżomi reżistenti għal din il-marda (pereżempju nibbieta ta’ berquq salvaġġ, nibbieta tal-għanbaqra tat-tip myrobolan, riżomi tal-għanbaqar, eċċ.).”

hija emendata kif ġej:

“Huwa rakkomandat ukoll li, sabiex tiġi evitata l-puplesija, il-varjetajiet tal-ogħla kwalità inqas sensittivi għal din il-marda jitlaqqmu fuq riżomi (pereżempju riżomi ta’ berquq salvaġġ, tal-ħawħ jew tal-għanbaqar, eċċ.).

Biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-pjanti mħawla, huwa rrakkomandat li r-riżomi tal-berquq jiġu adattati għat-tekniki attwali ta’ riproduzzjoni.”

Il-punt 5.1 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Metodi u kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni (u ta’ preservazzjoni)) Intestatura dwar id-daqs

L-ewwel sentenza, kif ġej:

“L-aħjar erja ta’ kultivazzjoni għas-siġar tal-berquq hija ta’ 7 × 4 metri; il-kuruna tagħhom tista’ tkun f’forma ta’ kolonna bi friegħi folti, ittondjata jew f’forma mifruxa bħal kannizzata.”

hija emendata kif ġej:

“L-aħjar erja ta’ kultivazzjoni għas-siġar tal-berquq hija ta’ 7 × 3,5 metri; il-kuruna tagħhom tista’ tkun f’forma ta’ kolonna bi friegħi folti, ittondjata jew f’forma mifruxa bħal kannizzata.”

Biex tiżdied l-effiċjenza, fiż-żona ta’ produzzjoni nfirxet id-distanza tat-tħawwil ibbażata fuq it-tekniki ta’ kultivazzjoni aktar intensivi: 7 m × 4,6 m, 7 m × 4,5 m jew 7 m × 3,5 m. Id-distanza tat-tħawwil ma taffettwax il-kwalità tal-prodott.

Il-punt 5.1 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Metodi u kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni (u ta’ preservazzjoni)) Provvediment ta’ nutrijenti u fertilizzant

It-tieni paragrafu, kif ġej:

“Huwa rrakkomandat li l-kundizzjonijiet tal-ġestjoni tan-nutrijenti tiġi stabbilita mat-tħawwil jew qabel ma tibda l-produzzjoni. Matul is-snin ta’ tħawwil, il-pjanti jkunu jeħtieġu ħafna nutrijenti, u dan jirrikjedi li l-ħamrija tinżamm f’kundizzjoni li tibqa’ tipprovdi n-nutrijenti permezz ta’ tqallib regolari; l-użu kombinat ta’ fertilizzanti kimiċi u organiċi jipprovdi l-aqwa rendiment tar-raba’.”

hija emendata kif ġej (żdiedet sentenza):

“Huwa rrakkomandat li l-kundizzjonijiet tal-ġestjoni tan-nutrijenti tiġi stabbilita mat-tħawwil jew qabel ma tibda l-produzzjoni. Matul is-snin ta’ tħawwil, il-pjanti jkunu jeħtieġu ħafna nutrijenti, u dan jirrikjedi li l-ħamrija tinżamm f’kundizzjoni li tibqa’ tipprovdi n-nutrijenti permezz ta’ tqallib regolari; l-użu kombinat ta’ fertilizzanti kimiċi u organiċi jipprovdi l-aqwa rendiment tar-raba’. L-ammont ta’ fertilizzant jista’ jiġi stabbilit b’mod li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent skont ir-riżultati tal-istudju tal-ħamrija u/jew mill-analiżi tal-weraq.”

Il-punt 5.1 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Metodi u kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni (u ta’ preservazzjoni)) Intestatura dwar ir-rekwiżiti ta’ ilma, tisqija

L-ewwel sentenza, kif ġej:

“Il-maġġoranza tas-siġar tal-berquq jieħdu l-ilma li jkunu jeħtieġu mix-xita.”

hija emendata kif ġej:

“Ammont dejjem jikber ta’ siġar tal-berquq jieħu l-ilma li jkunu jeħtieġu mix-xita kif ukoll mis-sistema ta’ tisqija stabbilita.”

Ġew modifikati l-prattiki tajbin ta’ fertilizzazzjoni u ta’ tisqija biex l-ambjent jiġi ppreservat u jibqa’ sostenibbli.

Il-punt 5.2 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Ħsad)

L-ewwel sentenza, kif ġej:

“Il-ħsad tal-frott jibda f'nofs Ġunju u jispiċċa lejn l-aħħar ta’ Awwissu.”

hija emendata kif ġej:

“Il-ħsad jibda f’nofs Ġunju u jispiċċa lejn l-aħħar ta’ Awwissu (jista’ jibqa’ sejjer sa Settembru f’każ ta’ temp estrem).”

Din l-emenda tkopri l-adattament għall-prattiki attwali.

L-aħħar inċiż tal-intestatura “Rekwiżiti għal waqt il-ħsad”:

“—

għandhom jintużaw ukoll slielem għall-ġbir tal-frott, u jrid jiġi żgurat li l-frott maħsud ma jitgħaffiġx ma’ xulxin (ir-Regolament (KE) Nru 851/2000 tal-Kummissjoni u l-verżjonijiet emendati tiegħu jispeċifikaw l-istandards ta’ kwalità għall-berquq)”

huwa emendat kif ġej:

“—

għandhom jintużaw ukoll slielem għall-ġbir tal-frott, u jrid jiġi żgurat li l-frott maħsud ma jitgħaffiġx ma’ xulxin”.

L-għan ta’ din l-emenda huwa li r-Regolament imħassar jitneħħa mill-Ispeċifikazzjoni.

It-tieni sentenza tal-paragrafu ta’ wara l-intestatura “Rekwiżiti għal waqt il-ħsad”:

“Iż-żona ġeografika u l-pjantaġġun li minnhom ikun ġej il-frott li jitqiegħed fl-imħażen imkessħa jistgħu jiġu individwati b’mod preċiż mit-tikketta li tkun fuq il-kannestru u n-numru ta’ identifikazzjoni li jkun fil-qiegħ.”

hija emendata kif ġej:

“Iż-żona ġeografika u l-pjantaġġun li minnhom ikun ġej il-frott li jitqiegħed fl-imħażen imkessħa jistgħu jiġu individwati b’mod preċiż mid-data tas-sistema ta’ monitoraġġ interna.”

L-għan ta’ din l-emenda huwa l-allinjament mal-emendi għall-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni (Provi li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika).

Il-punt 5.3 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Ħażna) u l-punt 3.5 tad-Dokument Uniku

L-ewwel sentenza, kif ġej:

“Meta l-imħażen jimtlew bil-kannestri kkonsenjati, il-frott jitkessaħ f’temperatura ta’ madwar 4 °C (temperatura ta’ ħżin) fi żmien ftit sigħat.”

hija emendata kif ġej:

“Meta l-imħażen jimtlew bil-kannestri kkonsenjati, il-frott jitkessaħ f’temperatura ta’ madwar 6 sa 8 °C (temperatura ta’ ħżin) fi żmien ftit sigħat.”

It-tielet sentenza, kif ġej:

“Wara l-għażla u l-ippakkjar finali, il-kannestri tal-frott jinħażnu f’imħażen imkessħa f'temperatura ta’ bejn 4 u 6 °C għal massimu ta’ 30 jum, skont l-ammont ta’ frott li jkun ġie kkonsenjat –.”

hija emendata kif ġej:

“Wara l-għażla u l-ippakkjar finali, il-kannestri tal-frott jinħażnu f'imħażen imkessħa f'temperatura ta’ bejn 1 u 6 °C għal massimu ta’ 30 jum, skont l-ammont ta’ frott li jkun ġie kkonsenjat –.”

It-temperatura ta’ tkessiħ ġiet emendata skont ir-rekwiżiti teknoloġiċi attwali.

Skont ix-xewqa tal-applikant, din is-sentenza ddaħħlet fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku, fejn saret il-paragrafu 6; ma ġietx enfasizzata separatament fis-sommarju, iżda kienet diġà inkluża fl-Ispeċifikazzjoni.

Il-punt 5.4 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Kejl u ppakkjar) u l-punt 3.5 tad-Dokument Uniku

L-ewwel paragrafu li ġej:

“Il-kejl isir manwalment permezz ta’ strument tal-kejl manwali. Id-daqs tal-berquq jiġi stabbilit skont l-akbar dijametru mkejjel matul l-assi lonġitudinali kif speċifikat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 851/2000 kif emendat; il-kejl huwa obbligatorju.”

huwa emendat kif ġej:

“Il-kejl isir permezz ta’ pjanċa tal-kejl manwali jew kalibratur mekkaniku. Id-daqs tal-berquq jiġi stabbilit billi jitkejjel l-akbar dijametru perpendikolari għall-assi lonġitudinali. Il-kejl huwa obbligatorju.”

L-għan ta’ din l-emenda huwa l-adattament għall-prattiki attwali u t-tneħħija mill-Ispeċifikazzjoni tar-referenzi għar-Regolament imħassar. Dan il-paragrafu tneħħa mis-sommarju u lanqas ma jidher fid-Dokument Uniku li jissostitwixxi s-sommarju.

It-tieni paragrafu, kif ġej, tneħħa:

“L-ippakkjar u l-preżentazzjoni tal-“Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi” huma wkoll konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 851/2000 u l-emendi tiegħu, u l-kliem li għandu jiżdied fuqu jidher fil-punt 8 tal-Ispeċifikazzjoni.”

L-għan ta’ din l-emenda huwa li jitneħħa mill-Ispeċifikazzjoni r-Regolament imħassar.

It-tieni sentenza tat-tielet paragrafu, kif ġej:

“Il-ħtiġijiet tax-xerrej jiddefinixxu l-preżentazzjoni tal-prodott: mit-trej tal-plastik ta’ kilo sal-kannestru ta’ 10 kg. Id-daqs tal-kontenitur tal-prodott bl-ingrossa huwa l-kaxxa ta’ 10 kg imsejħa M10 aċċettat internazzjonalment.”

hija emendata kif ġej:

“Il-ħtiġijiet tax-xerrej jiddefinixxu l-preżentazzjoni tal-prodott: il-piż tal-unità tal-kontenitur ivarja bejn 0,3 kg u 10 kg.”

Ir-raġuni għall-emendi fil-punt dwar il-Kejl u l-ippakkjar hija biex jiġu ssodisfati d-drawwiet tas-suq u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi.

Skont ix-xewqa tal-applikant, it-tielet paragrafu (li jibda b’“Il-frott tal-kategorija ‘Extra’”) ta’ dan il-punt tal-Ispeċifikazzjoni ġie inkorporat fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku (li sar il-paragrafu 7), u r-raba’ paragrafu (li jibda b’“Il-‘Gönci kajszibarack’/‘Gönci kajszi’ hija frotta suxxettibbli għall-ħsara mekkanika”) ta’ dan il-punt tal-Ispeċifikazzjoni ġie wkoll imdaħħal fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku (l-ewwel paragrafu). Dawn ir-rekwiżiti ma ġewx enfasizzati separatament fis-sommarju, iżda kienu diġà inklużi fl-Ispeċifikazzjoni.

Il-punt 5.5 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Trasport)

It-tieni sentenza tat-tieni paragrafu, kif ġej:

“Id-definizzjoni tal-livelli ta’ maturità hija primarjament ibbażata fuq il-lewn iżda analiżijiet sensorjali, pereżempju tat-togħma u tal-ebusija tal-berquqa, jistgħu jkunu utli wkoll.”

hija emendata kif ġej:

“Id-definizzjoni tal-livelli ta’ maturità hija primarjament ibbażata fuq il-lewn iżda analiżijiet sensorjali u testijiet tal-laboratorju, pereżempju tat-togħma u tal-ebusija tal-berquqa, tal-kontenut ta’ materjal xott u ta’ aċidità, jistgħu jkunu utli wkoll.”

Din l-emenda tkopri l-adattament għall-prattiki attwali.

L-aħħar sentenza tal-paragrafu:

“Huwa permess u obbligatorju li fuq il-pelits li jkunu se jiġu ttrasportati jitqiegħed biss frott tal-istess varjetà, kwalità u daqs ta’ kontenitur, bil-marki tal-protezzjoni tal-oriġini.”

hija emendata kif ġej:

“Huwa permess u obbligatorju li fuq il-pelits li jkunu se jiġu ttrasportati jitqiegħdu biss varjetajiet bl-istess dehra esterna, kwalità u daqs ta’ kontenitur, biex tiġi garantita t-traċċabbiltà.”

L-emenda għandha l-għan li tiċċara l-kliem u tneħħi l-espressjoni mhux eżatta “marki tal-protezzjoni tal-oriġini”.

Il-punt 6 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Rabta tal-prodott maż-żona ġeografika)

It-tieni paragrafu, kif ġej:

“Il-grupp tal-varjetajiet (it-tip tal-varjetà) tal-berquq Ungeriż ‘magyar kajszi’) li x'aktarx bdew jevolvu madwar 300-350 sena ilu, kienu u għadhom jiġu prodotti kważi f'dan ir-reġjun biss. Il-varjetà l-aktar magħrufa tiegħu, il-“Gönci magyar kajszi”, rikonoxxuta bħala varjetà fiha nfisha mill-1960, saret il-varjetà dominanti taż-żona ta’ produzzjoni fis-seklu 20. Fl-aħħar deċennji, il-firxa tal-varjetà karatteristika tar-reġjun kienet issupplimentata l-ewwel nett b’varjetajiet ta’ berquq Ungeriżi aktar reċenti, li parti minnhom ġejjin mill-aqwa varjetajiet lokali Ungeriżi, u parti oħra minn varjetajiet Ungeriżi ġodda ibridi, b’25 varjant.”

huwa emendat kif ġej:

“Il-grupp tal-varjetajiet (it-tip tal-varjetà) tal-berquq Ungeriż (‘magyar kajszi’) li x'aktarx bdew jevolvu madwar 300-350 sena ilu, kienu u għadhom jiġu prodotti b’mod abbondanti f'dan ir-reġjun. Il-varjetà l-aktar magħrufa tiegħu, il-“Gönci magyar kajszi”, rikonoxxuta bħala varjetà fiha nfisha mill-1960, saret il-varjetà dominanti taż-żona ta’ produzzjoni fis-seklu 20. Fl-aħħar deċennji, il-firxa tal-varjetà karatteristika tar-reġjun ġiet supplimentata l-ewwel nett b’varjetajiet ta’ berquq Ungeriżi aktar reċenti u adattati għall-ambjent, li parti minnhom ġejjin mill-aqwa varjetajiet lokali Ungeriżi, u parti oħra minn varjetajiet Ungeriżi ġodda ibridi, b’madwar 40 varjant.”

Il-possibbiltà li l-kultivazzjoni tiġi żviluppata għal varjetajiet ġodda msemmija fil-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tiġġustifika din l-emenda.

Il-punt 7 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Struttura ta’ kontroll)

Saru xi emendi fl-isem tal-korp ta’ kontroll pubbliku, billi ssemma l-isem tal-korp superviżorju rilevanti skont ir-regolamenti attwalment fis-seħħ.

Il-punt 8 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Tikkettar)

It-tieni sentenza, kif ġej:

“Dawn l-indikazzjonijiet għandhom jidhru fuq kull kontenitur individwali; l-isem tal-post fejn lott speċifiku ġie effettivament prodott jista’ jiġi indikat ukoll.

Pereżempju:

‘Gönci kajszibarack’

Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP)

Varjetà: Gönci magyar kajszi

Post ta’ produzzjoni: Abaújvár”

hija emendata kif ġej:

“Dawn l-indikazzjonijiet għandhom jidhru fuq kull kontenitur individwali.”

L-eżempju ta’ wara s-sentenza tneħħa.

Ir-referenza għall-muniċipalitajiet fejn jiġi prodott il-berquq tneħħiet. Il-kundizzjonijiet tal-kultivazzjoni tal-berquq “Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi” huma l-istess fir-reġjun kollu ta’ Gönc, u jipprovdu prodott li għandu l-istess dehra esterna u l-istess parametri intrinsiċi. L-inklużjoni tal-muniċipalitajiet fuq il-kontenituri ma tagħtix aktar informazzjoni lill-konsumatur.

Oħrajn: Sistema ta’ kontroll

L-Ispeċifikazzjoni inizjali ma kinitx tinkludi deskrizzjoni tas-sistema ta’ kontroll. Peress li l-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-prodott protett u l-protezzjoni tal-oriġini tal-prodott huma partikolarment importanti, ġiet stabbilita sistema ta’ kontroll ġdida.

“Rekwiżiti minimi ta’ kontroll tal-karatteristiċi essenzjali u tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott:

Karatteristika essenzjali

Rekwiżiti minimi

Metodi u frekwenza tal-kontrolli

Post tal-produzzjoni

Ikkultivat fiż-żona ta’ produzzjoni

Reviżjoni annwali tal-lista ta’ fornituri ta’ “Gönci kajszibarack” mill-korp Gyümölcsért Termelői Értékesítő

Kultivazzjoni

Rispett tal-kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni

Kontroll fuq il-post tal-anqas darba fis-sena; jekk jeżisti Reġistru tal-operat, jiġi ċċekkjat tal-inqas darba fis-sena

Il-protezzjoni tal-għelejjel

Rispett tat-teknoloġiji promossi minn Gyümölcsért Termelői Értékesítő

Kontroll tar-Reġistri tal-Bexx qabel it-tagħbija. Teħid ta’ kampjun permezz ta’ kampjun aleatorju għall-analiżi tar-residwi

Ħsad

L-iżgurar tat-traċċabbiltà

Reviżjoni annwali tal-lista ta’ fornituri ta’ “Gönci kajszibarack” mill-korp Gyümölcsért Termelői Értékesítő.

Kontroll annwali tad-dokumentazzjoni tal-wasla tal-merkanzija

Tħejjija tal-prodott

L-iżgurar tat-traċċabbiltà

Spezzjoni annwali taż-żamma ta’ Reġistru ta’ produzzjoni”

DOKUMENT UNIKU

“GÖNCI KAJSZIBARACK”/“GÖNCI KAJSZI”

Nru tal-UE: PGI-HU-0388-AM01 — 11.4.2017

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem/Ismijiet

“Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Ungerija

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6: Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi” tista’ tintuża għall-varjetajiet tal-ispeċijiet tal-Prunus armeniaca L. li ġejjin: Gönci magyar kajszi, Magyar kajszi C 235, Mandulakajszi, Bergeron, Ceglédi Piroska, Ceglédi bíborkajszi, Ceglédi arany, Ceglédi óriás u Pannónia. Barra minn hekk, il-varjetajiet kollha ta’ berquq imkabbrin fiż-żona ta’ produzzjoni, li l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tagħhom jikkonformaw mal-karatteristiċi li jiddeterminaw il-kwalità tal-varjetajiet ta’ berquq elenkati hawn fuq.

Il-kwalità unika tal-berquqa “Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi” magħrufa kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonalment, ġejja minn taħlita ta’ kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli, flimkien mat-tradizzjonijiet tal-arborikultura tal-frott, u l-osservazzjoni stretta tat-teknoloġiji tal-produzzjoni, tal-qtugħ, tal-ħżin u tat-trasport.

Il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi ewlenin:

L-IĠP “Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi” tista’ tintuża biss għall-varjetajiet tal-berquq li jaqblu mal-parametri li ġejjin, u f’dak li jirrigwarda l-varjetajiet individwali, dawk li għandhom il-karatteristiċi interni u esterni elenkati hawn taħt.

Gönci magyar kajszi

Forma

:

sferika

Daqs

:

medju, b'dijametru minimu ta’ 40 mm

Kulur tal-qoxra

:

oranġjo jgħajjat; aħmar jgħajjat fuq in-naħa li tara x-xemx

Kulur u konsistenza tal-polpa

:

isfar dehbi, b'fibri delikati, immerrqa u ratba meta tkun misjura

Togħma, aċidità

:

aċiduża, aromatika

Magyar kajszi c.235

Forma

:

sferika

Daqs

:

medju, b'dijametru minimu ta’ 40 mm

Kulur tal-qoxra

:

oranġjo jgħajjat

Kulur u konsistenza tal-polpa

:

isfar, fibruża, medjament iebsa

Togħma, aċidità

:

aċiduża, aromatika

Mandulakajszi

Forma

:

tawwalija, forma ta’ lewża, ċatta ħafna fuq naħa waħda

Daqs

:

kbir, b'dijametru minimu ta’ 50 mm

Kulur tal-qoxra

:

oranġjo ċar; aħmar jgħajjat fuq in-naħa li tara x-xemx

Kulur u konsistenza tal-polpa

:

oranġjo ċar, medjament iebsa, densa, immerrqa

Togħma, aċidità

:

aċiduża, aroma pikkanti

Bergeron

Forma

:

kemxejn tawwalija, sfera konika, forma ta’ bajda

Daqs

:

medju, b'dijametru minimu ta’ 40 mm

Kulur tal-qoxra

:

oranġjo; ħamrani jgħajjat fuq in-naħa li tara x-xemx

Kulur u konsistenza tal-polpa

:

oranġjo jleqq, fibruża, iebsa

Togħma, aċidità

:

aċidità ogħla mill-medja (1,4 %)

Pannónia

Forma

:

normali, jew sfera kemxejn ovojdi

Daqs

:

medju, b'dijametru minimu ta’ 40 mm

Kulur tal-qoxra

:

oranġjo ċar, jagħti fir-roża fuq in-naħa li tara x-xemx

Kulur u konsistenza tal-polpa

:

oranġjo ċar, fibruża, iebsa

Togħma, aċidità

:

aċiduża, aromatika

Ceglédi piroska

Forma

:

sferika

Daqs

:

medju, b'dijametru minimu ta’ 40 mm

Kulur tal-qoxra

:

oranġjo; aħmar jgħajjat fuq in-naħa li tara x-xemx

Kulur u konsistenza tal-polpa

:

oranġjo, iebsa

Togħma, aċidità

:

aċiduża

Ceglédi bíborkajszi

Forma

:

wiesgħa, konika, forma ta’ bajda; kemxejn iċċattjata mal-ġenb

Daqs

:

medju, b'dijametru minimu ta’ 40 mm

Kulur tal-qoxra

:

oranġjo skur; aħmar skur fuq in-naħa li tara x-xemx

Kulur u konsistenza tal-polpa

:

oranġjo skur; immerrqa

Togħma, aċidità

:

ħelwa, aromatika

Ceglédi arany

Forma

:

sferika

Daqs

:

kbir, b'dijametru minimu ta’ 50 mm

Kulur tal-qoxra

:

isfar dehbi; ħamrani jgħajjat fuq in-naħa li tara x-xemx

Kulur u konsistenza tal-polpa

:

oranġjo, iebsa, immerrqa

Togħma, aċidità

:

aċiduża

Ceglédi óriás

Forma

:

kemxejn tawwalija, forma ta’ bajda; kemxejn iċċattjata fuq naħa minnhom

Daqs

:

kbir, b'dijametru minimu ta’ 50 mm

Kulur tal-qoxra

:

oranġjo ċar; aħmar jgħajjat fuq in-naħa li tara x-xemx

Kulur u konsistenza tal-polpa

:

oranġjo moderatament immerrqa, ratba

Togħma, aċidità

:

ħelwa u aċiduża, aromatika

Id-daqs jiġi stabbilit billi jitkejjel l-akbar dijametru perpendikolari għall-assi lonġitudinali.

Il-kontenut taz-zokkor huwa stabbilit flimkien ma’ indikazzjoni tal-perċentwal ta’ maturità u s-sustanzi aromatiċi jiġu stabbiliti waqt l-eżami organolettiku, waqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet tal-aċidità għal kull varjetà (0,9–2,2 % vol.).

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-proċess kollu tal-produzzjoni jseħħ fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-“Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi” hija frotta suxxettibbli għall-ħsara mekkanika, għalhekk ma jiġix ippakkjat għat-trasport, peress li dan jaffettwa b'mod sinifikanti l-karatteristiċi organolettiċi, fiżiċi u kimiċi tiegħu, tant li saħansitra jista’ jkun imbagħad impossibbli li jiġi ppakkjat iktar tard. Konsegwentement, bi sforz biex tiġi garantita l-kwalità tal-prodott u — minħabba li dan mhuwiex prodott agrikolu proċessat — biex jiġu żgurati l-post tal-oriġini, it-traċċabbiltà u l-kontroll, l-ippakkjar għandu jsir fiż-żona ġeografika speċifikata.

L-unitajiet kollha tal-kontenituri tal-frott maħsub għall-konsum iċċertifikat li joriġina miż-żona ta’ produzzjoni indikata fiż-żona ġeografika jridu jkunu omoġenji, bi frott tal-istess oriġini u tal-istess varjetà, kwalità u daqs — ħlief għal-lottijiet ippakkjati/ikkonsenjati bl-ingrossa; l-iċken dijametru huwa ta’ 30 mm, filwaqt li għall-kwalità “Extra” huwa ta’ 35 mm.

F’kull pakkett ta’ prodotti mhux konformi mar-rekwiżiti tal-kategorija indikata, huma permessi differenzi fil-kwalità u fid-daqs.

Il-kategoriji tal-kwalità huma dawn li ġejjin:

Il-Kategorija “Extra”: 2,5 % tan-numru jew tal-piż tal-berquq li ma jissodisfax il-karatteristiċi tal-kategorija, imma li jilħaq dawk tal-Kategorija I jew, eċċezzjonalment, li jidħol fit-tolleranzi għal dik il-kategorija.

Kategorija I: 5 % tan-numru jew tal-piż tal-berquq li ma jissodisfax il-karatteristiċi tal-kategorija, imma li jilħaq dawk tal-Kategorija II jew, eċċezzjonalment, li jidħol fit-tolleranzi għal din il-kategorija.

Il-frott irid ikun sħiħ, b’saħħtu, irid ikun inqata’ bil-galbu, ikun kiber u sar biżżejjed, nadif u prattikament bla ebda difett viżibbli; ma jrid ikollu ebda taħsir jew deterjorazzjoni oħra li jagħmluh mhux adatt għall-konsum, u barra minn hekk ma jridx ikun imdewwed, attakkat, jew miksi b’xi umdità anormali, u jrid ikun mingħajr riħa u/jew togħma stramba.

Wara l-għażla u l-ippakkjar finali, il-kannestri tal-frott jinħażnu f'imħażen imkessħa f'temperatura ta’ bejn 1 u 6 °C għal massimu ta’ 30 jum, skont l-ammont ta’ frott li jkun ġie kkonsenjat –.

Il-frott tal-Kategorija “Extra” jista’ jinbiegħ biss f’unitajiet ta’ kontenituri żgħar, f’saff wieħed jew aktar, separat minn ma’ xulxin u f’ringieli, filwaqt li l-prodotti kklassifikati fil-Kategorija I jistgħu jinbiegħu wkoll bl-ingrossa. Il-ħtiġijiet tax-xerrej jiddefinixxu l-preżentazzjoni tal-prodott: il-piż tal-unità tal-kontenitur ivarja bejn 0,3 kg u 10 kg.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih tirreferi d-denominazzjoni reġistrata

Minbarra d-dettalji pprovduti fil-liġi, it-tikkettar għandu jinkludi dan li ġej:

l-isem: “Gönci kajszibarack” jew “Gönci kajszi”

il-kliem “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” jew (IĠP) u s-simbolu korrispondenti tal-UE.

Dawn l-indikazzjonijiet għandhom jidhru fuq kull kontenitur individwali.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

L-indikazzjoni ġeografika tista’ tintuża biss għall-berquq li joriġina mil-lokalitajiet elenkati hawn taħt (imkabbra f'dawn il-lokalitajiet) li jappartienu għall-provinċja ta’ Borsod-Abaúj-Zemplén:

is-subreġjun ta’ Abaúj-Hegyközi: Abaújszántó, Abaújvár, Arka, Boldogkőváralja, Gönc, Göncruszka, Hejce, Hernádcéce, Hidasnémeti, Korlát, Tornyosnémeti, Vizsoly, Zsujta;

is-subreġjun ta’ Encs: Abaújkér, Alsógagy, Baktakék, Beret, Detek, Encs, Fancsal, Forró, Fulókércs, Garadna, Ináncs;

is-subreġjun ta’ Szerencs: Bekecs, Golop, Legyesbénye, Megyaszó, Monok, Rátka, Szerencs, Tállya;

is-subreġjun ta’ Szikszó: Alsóvadász, Felsővadász, Hernádkércs, Homrogd, Léh, Nagykinizs, Selyeb, Szentistvánbaksa, Szikszó.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-“Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi” huwa prodott karatteristiku tar-reġjun tal-frott fit-Tramuntana nett tal-Ungerija, li jikber mal-ġnub tal-għoljiet, fuq ir-raba’ mtarraġ u l-pjanuri tar-reġjun ta’ Hegyalja matul ix-xmara Hernád, ta’ Szerencs u ta’ Cserehát li jinsabu f'altitudini ta’ bejn 150 u 300 m ’l fuq mil-livell tal-baħar.

Il-grupp tal-varjetajiet (it-tip tal-varjetà) tal-berquq Ungeriż (“magyar kajszi”) li x'aktarx bdew jevolvu madwar 300-350 sena ilu, kienu u għadhom jiġu prodotti b’mod abbondanti f'dan ir-reġjun. Il-varjetà l-aktar magħrufa tiegħu, il-“Gönci magyar kajszi”, rikonoxxuta bħala varjetà fiha nfisha mill-1960, saret il-varjetà dominanti taż-żona ta’ produzzjoni fis-seklu 20. Fl-aħħar deċennji, il-firxa tal-varjetà karatteristika tar-reġjun kienet issupplimentata l-ewwel nett b’varjetajiet ta’ berquq Ungeriżi aktar reċenti u akklimatiċi, li parti minnhom ġejjin mill-aqwa varjetajiet lokali Ungeriżi, u parti oħra minn varjetajiet Ungeriżi ġodda ibridi, b’madwar 40 varjant.

L-ispeċifiċitajiet tal-kultivazzjoni u b’mod partikolari dawk tal-frott prodott fir-reġjun ta’ Gönc jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

l-istess varjetà ta’ berquq, meta tiġi mkabbra hawn, timmatura madwar sitta sa għaxart ijiem iktar tard milli fir-reġjun ta’ Kecskemét. Dan jippermetti l-estensjoni tal-perjodu ta’ konsum domestiku u tal-perjodu tal-ipproċessar;

il-klima moderata iktar friska u li ssajjar il-frott aktar tard ukoll għandha effett tajjeb fuq il-kwalità tal-konsum tal-berquq: l-aċidità rinfreskanti u l-aromi jiddekomponu bil-mod waqt il-maturazzjoni u “ma jmorrux”. “Il-kwalità tal-berquq tal-inħawi ta’ Gönc hija eċċezzjonali. Hawnhekk, isir aktar tard […] u jdum jimmatura aktar minħabba l-espożizzjoni differenti tal-għoljiet.” (Brózik, Jenser et al., 1970);

mir-reġjuni kollha tal-Ungerija li huma adattati għat-tkabbir tas-siġar tal-berquq, dan huwa l-iktar wieħed b’kesħa uniformi matul ix-xitwa, u fejn ir-rebbiegħa tasal l-iktar tard matul is-sena; għalhekk, dan huwa l-post bl-inqas riskju tat-theddida ewlenija għall-produzzjoni tal-berquq: sintendi, il-possibbiltà ta’ ħsara taż-żahar li jkun fetaħ wara li jkun hemm xi jiem ta’ temp sħun bikri, flimkien mal-possibbiltà ta’ ħsara fuq iż-żahar, il-fjuri u l-frott li jkun għadu fil-fażi tal-bidu tal-iżvilupp, ikkawżata mill-ġlata tar-rebbiegħa.

L-isem “kajszi Baraczk” [“berquqa”] deher l-ewwel darba fl-1667 fil-ktieb ta’ János Lippay (Posoni kert 3. kötet [Il-Ġnien ta’ Bratislava, Volum 3], “Gyümölcsös kert” [Masġar], Vjenna 1667), iżda kien biss fis-snin ta’ wara l-1880, wara li faqqgħet epidemija qerrieda tal-filossera, li l-produzzjoni tal-frott fiż-żoni tal-għoljiet u tal-muntanji ħadet spinta deċiżiva ’l quddiem. F'ħafna postijiet fir-reġjun ta’ Gönc, is-siġar tal-frott ħadu post id-dwieli meqruda u minn dakinhar ’l hawn, l-għoljiet baqgħu jintużaw għal dan l-iskop.

Fit-tieni nofs tas-seklu 19, ġew stabbiliti għadd ta’ organizzazzjonijiet soċjali sabiex imexxu l-produzzjoni tal-frott. Il-kooperazzjoni tagħhom kellha rwol importanti ħafna fir-rebħ tal-midalja tad-deheb mill-frott tad-Dipartiment ta’ Zemplén, waqt il-Fiera Dinjija ta’ Pariġi fl-1867. Skont għadd ta’ deskrizzjonijiet u statistiki nazzjonali, ir-reġjun ta’ Gönc kien famuż l-iktar għaċ-ċirasa fis-snin ħamsin tas-seklu dsatax. Fl-1871, János Korponay semma għall-ewwel darba li l-inħawi ta’ Gönc kienu magħrufin għall-berquq, li f'dak iż-żmien kien jitkabbar fi “kwantitajiet ġmielhom”. Madankollu, il-vera produzzjoni tal-berquq bdiet biss fis-snin bejn l-1880 u l-1890.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

http://elelmiszerlanc.kormany.hu/download/5/f6/c1000/17.pdf


Il-Qorti tal-Awdituri

20.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/37


Rapport Speċjali Nru 33/2018

Il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fl-UE: theddida dejjem akbar li tirrikjedi azzjoni addizzjonali

(2018/C 459/12)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 33/2018 “Il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fl-UE: theddida dejjem akbar li tirrikjedi azzjoni addizzjonali” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


20.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/37


Rapport Speċjali Nru 35/2018

Trasparenza fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE mill-NGOs: jeħtieġ li jsiru aktar sforzi

(2018/C 459/13)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 35/2018 “Trasparenza fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE mill-NGOs: jeħtieġ li jsiru aktar sforzi” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

20.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/38


Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għal-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2018/C 459/14)

Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (kodifikazzjoni).

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IS – SLOVAKKJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 37, 14.2.2009

It-Taqsima 1(1) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 499/2011 tal-Ministeru tal-Intern Slovakk dwar li jkun determinat l-ammont ta’ riżorsi finanzjarji meħtieġa biex ikopru l-ispejjeż assoċjati mas-soġġorn ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fir-Repubblika Slovakka tistabbilixxi l-ammont għal EUR 56 għal kull persuna għal kull ġurnata.

L-ammont ta’ EUR 56 huwa magħmul kif ġej:

 

EUR 30 għall-akkomodazzjoni;

 

EUR 4 għall-kolazzjon;

 

EUR 7,50 għall-ikla ta’ nofsinhar;

 

EUR 7,50 għall-ikla ta’ filgħaxija;

 

EUR 7 għall-infiq.

Jekk l-ispejjeż għas-soġġorn ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fir-Repubblika Slovakka jkunu parzjalment koperti, din iċ-ċirkostanza tingħata kas waqt il-kontroll fil-fruntiera.

Is-somma ta’ EUR 56 għal kull persuna kull ġurnata tista’ tista’ tiġi sostitwita b’invit iċċertifikat kif hemm iniżżel fit-Taqsima 19 tal-Att Nru 404/2011 dwar ir-residenza ta’ ċittadini barranin u li jemenda atti oħra, kif emendat, jew bi ftehim ta’ akkoljenza skont it-Taqsima 26b tal-Att Nru 172/2005 dwar l-organizzazzjoni ta’ għajnuna tal-istat għar-riċerka u l-iżvilupp, kif emendat.

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19.

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22.

 

ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18.

 

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38.

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19.

 

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8.

 

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7.

 

ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5.

 

ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6.

 

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8.

 

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16.

 

ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13.

 

ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44.

 

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8.

 

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 3.

 

ĠU C 56, 26.2.2013, p. 13.

 

ĠU C 98, 5.4.2013, p. 3.

 

ĠU C 269, 18.9.2013, p. 2.

 

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 1.

 

ĠU C 152, 20.5.2014, p. 25.

 

ĠU C 224, 15.7.2014, p. 31.

 

ĠU C 434, 4.12.2014, p. 3.

 

ĠU C 447, 13.12.2014, p. 32.

 

ĠU C 38, 4.2.2015, p. 20.

 

ĠU C 96, 11.3.2016, p. 7.

 

ĠU C 146, 26.4.2016, p. 12.

 

ĠU C 248, 8.7.2016, p. 12.

 

ĠU C 111, 8.4.2017, p. 11.

 

ĠU C 21, 20.1.2018, p. 3.

 

ĠU C 93, 12.3.2018, p. 4.

 

ĠU C 153, 2.5.2018, p. 8.

 

ĠU C 186, 31.5.2018, p. 10.

 

ĠU C 264, 26.7.2018, p. 6.

 

ĠU C 366, 10.10.2018, p. 12.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.


20.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/40


Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2018/C 459/15)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (kodifikazzjoni).

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IL-ĠERMANJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 32, 1.2.2017

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

Portijiet fuq il-Baħar tat-Tramuntana

(1)

Baltrum

(2)

Bensersiel

(3)

Borkum

(4)

Brake

(5)

Bremen

(6)

Bremerhaven

(7)

Brunsbüttel

(8)

Büsum

(9)

Bützflether Sand

(10)

Buxtehude

(11)

Carolinensiel (Harlesiel)

(12)

Cuxhaven

(13)

Eckwarderhörne

(14)

Elsfleth

(15)

Emden

(16)

Fedderwardersiel

(17)

Glückstadt

(18)

Greetsiel

(19)

Großensiel

(20)

Hamburg

(21)

Hamburg-Neuenfelde

(22)

Helgoland

(23)

Herbrum

(24)

Hooksiel

(25)

Horumersiel

(26)

Husum

(27)

Juist

(28)

Langeoog

(29)

Leer

(30)

Lemwerder

(31)

List/Sylt

(32)

Neuharlingersiel

(33)

Norddeich

(34)

Nordenham

(35)

Norderney

(36)

Otterndorf

(37)

Papenburg

(38)

Spiekeroog

(39)

Stade

(40)

Stadersand

(41)

Varel

(42)

Wangerooge

(43)

Wedel

(44)

Weener

(45)

Westeraccumersiel

(46)

Wewelsfleth

(47)

Wilhelmshaven

Portijiet Baltiċi

(1)

Eckernförde (Hafenanlage der Bundesmarine)

(2)

Flensburg Hafen

(3)

Greifswald – Ladebow Hafen

(4)

Jägersberg (Hafenanlagen der Bundesmarine)

(5)

Kiel

(6)

Kiel (Hafenanlagen der Bundesmarine)

(7)

Kiel Holtenau

(8)

Lubmin

(9)

Lübeck

(10)

Lübeck Travemünde

(11)

Mukran

(12)

Neustadt

ODERHAFF

(1)

Ueckermünde

Ajruporti, ajrudromi, mitjar

FL-ISTAT FEDERALI TA’ SCHLESWIG HOLSTEIN

(1)

Helgoland Düne

(2)

Hohn

(3)

Kiel Holtenau

(4)

Lübeck Blankensee

(5)

Schleswig/Jagel

(6)

Westerland/Sylt

FL-ISTAT FEDERALI TA’ MECKLENBURG – POMERANIA TAL-PUNENT

(1)

Neubrandenburg Trollenhagen

(2)

Rostock Laage

FL-ISTAT FEDERALI TA’ HAMBURG

(1)

Hamburg

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BREMEN

(1)

Bremen

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA T’ISFEL

(1)

Borkum

(2)

Braunschweig Waggum

(3)

Bückeburg Achum

(4)

Celle

(5)

Damme/Dümmer See

(6)

Diepholz

(7)

Emden

(8)

Fassberg

(9)

Ganderkesee

(10)

Hannover

(11)

Jever

(12)

Leer Nüttermoor

(13)

Norderney

(14)

Nordholz

(15)

Nordhorn-Lingen

(16)

Osnabrück Atterheide

(17)

Wangerooge

(18)

Wilhelmshaven Mariensiel

(19)

Wittmundhafen

(20)

Wunstorf

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BRANDENBURG

(1)

Berlin-Schönefeld

(2)

Schönhagen

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BERLIN

(1)

Berlin-Tegel

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA-ANHALT

(1)

Cochstedt

(2)

Magdeburg

FL-ISTAT FEDERALI TAR-RHINE TAT-TRAMUNTANA-WESTPHALIA

(1)

Aachen Merzbrück

(2)

Arnsberg

(3)

Bielefeld Windelsbleiche

(4)

Bonn Hardthöhe

(5)

Dortmund Wickede

(6)

Düsseldorf

(7)

Essen Mülheim

(8)

Bonn Hangelar

(9)

Köln/Bonn

(10)

Marl/Loemühle

(11)

Mönchengladbach

(12)

Münster Osnabrück

(13)

Nörvenich

(14)

Paderborn Lippstadt

(15)

Porta Westfalica

(16)

Rheine Bentlage

(17)

Siegerland

(18)

Stadtlohn Wenningfeld

(19)

Weeze-Lahrbruch

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA

(1)

Dresden

(2)

Leipzig Halle

(3)

Rothenburg/Oberlausitz

FL-ISTAT FEDERALI TA’ THURINGIA

(1)

Altenburg-Nobitz

(2)

Erfurt-Weimar

FL-ISTAT FEDERALI TA’ RHINELAND PALATINATE

(1)

Büchel

(2)

Föhren

(3)

Hahn

(4)

Koblenz Winningen

(5)

Mainz-Finthen

(6)

Pirmasens Zweibrücken

(7)

Ramstein (Bażi tal-Ajru tal-Istati Uniti)

(8)

Speyer

(9)

Spangdahlem (Bażi tal-Ajru tal-Istati Uniti)

(10)

Zweibrücken

FL-ISTAT FEDERALI TA’ SAARLAND

(1)

Saarbrücken Ensheim

(2)

Saarlouis/Düren

FL-ISTAT FEDERALI TA’ HESSE

(1)

Egelsbach

(2)

Allendorf/Eder

(3)

Frankfurt/Main

(4)

Fritzlar

(5)

Kassel Calden

(6)

Reichelsheim

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BADEN WÜRTTEMBERG

(1)

Aalen Heidenheim Elchingen

(2)

L-Ajruport ta’ Baden Karlsruhe Baden-Baden

(3)

Donaueschingen Villingen

(4)

Freiburg/Brg.

(5)

Friedrichshafen Löwental

(6)

Heubach (Krs. Schwäb.Gmünd)

(7)

Lahr

(8)

Laupheim

(9)

Leutkirch Unterzeil

(10)

Mannheim City

(11)

Mengen

(12)

Niederstetten

(13)

Schwäbisch Hall

(14)

Stuttgart

FL-ISTAT FEDERALI TAL-BAVARJA

(1)

Aschaffenburg

(2)

Augsburg Mühlhausen

(3)

Bayreuth Bindlacher Berg

(4)

Coburg Brandebsteinsebene

(5)

Giebelstadt

(6)

Hassfurth Mainwiesen

(7)

Hof Plauen

(8)

Ingolstadt

(9)

Landsberg/Lech

(10)

Landshut Ellermühle

(11)

Lechfeld

(12)

Memmingerberg

(13)

München “Franz Joseph Strauß”

(14)

Neuburg

(15)

Nürnberg

(16)

Oberpfaffenhofen

(17)

Roth

(18)

Straubing Wallmühle

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1.

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16.

 

ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9.

 

ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10.

 

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13.

 

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10.

 

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10.

 

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20.

 

ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7.

 

ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28.

 

ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22.

 

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17.

 

ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13.

 

ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17.

 

ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34.

 

ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22.

 

ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12.

 

ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8.

 

ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17.

 

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14.

 

ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30.

 

ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18.

 

ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12.

 

ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3.

 

ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7.

 

ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11.

 

ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22.

 

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9.

 

ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9.

 

ĠU C 242, 23.8.2013, p. 2.

 

ĠU C 275, 24.9.2013, p. 7.

 

ĠU C 314, 29.10.2013, p. 5.

 

ĠU C 324, 9.11.2013, p. 6.

 

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 4.

 

ĠU C 167, 4.6.2014, p. 9.

 

ĠU C 244, 26.7.2014, p. 22.

 

ĠU C 332, 24.9.2014, p. 12.

 

ĠU C 420, 22.11.2014, p. 9.

 

ĠU C 72, 28.2.2015, p. 17.

 

ĠU C 126, 18.4.2015, p. 10.

 

ĠU C 229, 14.7.2015, p. 5.

 

ĠU C 341, 16.10.2015, p. 19.

 

ĠU C 84, 4.3.2016, p. 2.

 

ĠU C 236, 30.6.2016, p. 6.

 

ĠU C 278, 30.7.2016, p. 47.

 

ĠU C 331, 9.9.2016, p. 2.

 

ĠU C 401, 29.10.2016, p. 4.

 

ĠU C 484, 24.12.2016, p. 30.

 

ĠU C 32, 1.2.2017, p. 4.

 

ĠU C 74, 10.3.2017, p. 9.

 

ĠU C 120, 13.4.2017, p. 17.

 

ĠU C 152, 16.5.2017, p. 5.

 

ĠU C 411, 2.12.2017, p. 10.

 

ĠU C 31, 27.1.2018, p. 12.

 

ĠU C 261, 25.7.2018, p. 6.

 

ĠU C 264, 26.7.2018, p. 8.

 

ĠU C 368, 11.10.2018, p. 4.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

20.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/47


SENTENZA TAL-QORTI

tas-17 ta’ Settembru 2018

fil-Kawża E-10/17

Nye Kystlink AS v Color Group AS u Color Line AS

(L-Artikolu 53 ŻEE — L-Artikolu 54 ŻEE — Il-prinċipju ta’ ekwivalenza — Il-prinċipju ta’ effettività — Ir-regoli nazzjonali dwar it-terminu ta’ preskrizzjoni għal talbiet għad-danni)

(2018/C 459/16)

Fil-Kawża E-10/17, Nye Kystlink AS v Color Group AS u Color Line AS – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti tal-Appell ta’ Borgarting (Borgarting lagmannsrett) rigward l-interpretazzjoni tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività fil-kuntest tar-regoli nazzjonali dwar it-terminu ta’ preskrizzjoni għal talbiet għad-danni f’kawżi fejn ġew imposti multi skont l-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President u Mħallef Relatur, Per Christiansen u Bernd Hammermann, Imħallfin, qatgħu s-sentenza fis-17 ta’ Settembru 2018, u l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

1.

Il-prinċipju ta’ ekwivalenza jirrikjedi li regola nazzjonali tal-preskrizzjoni li tispeċifika terminu ta’ preskrizzjoni separat ta’ sena biex tinfetaħ kawża għad-danni li joriġinaw minn reat kriminali li ġie stabbilit minn kundanna kriminali finali trid tiġi applikata b’mod korrispondenti għal kawża għad-danni għall-ksur tal-Artikoli 53 u 54 ŻEE li ġiet stabbilita minn deċiżjoni finali tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA li timponi multa, sakemm dawk il-kawżi jkollhom fini, raġuni għall-kawża u karatteristiki essenzjali simili.

2.

Il-prinċipju ta’ effettività ma jirrestrinġix id-dritt tal-Istati taż-ŻEE li japplikaw terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin biex tinfetaħ kawża għad-danni għall-ksur tal-Artikoli 53 u 54 ŻEE, meta dan it-terminu ta’ preskrizzjoni jkun ikkombinat ma’ dmir ta’ investigazzjoni min-naħa tal-parti offiża li tista’ twassal biex it-terminu ta’ preskrizzjoni jiskadi qabel mal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tkun waslet għal deċiżjoni f’kawża li tikkonċerna ksur tal-Artikoli 53 u 54 ŻEE abbażi ta’ denunzja mill-parti offiża, sakemm l-applikazzjoni ta’ dak il-perjodu ta’ preskrizzjoni ma jagħmilhiex impossibbli jew eċċessivament diffiċli biex tinfetaħ kawża għad-danni għal ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni taż-ŻEE. Dik il-valutazzjoni trid tqis il-karatteristiki speċjali tal-kawżi ta’ kompetizzjoni.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 459/48


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9094 — Amcor/Bemis)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 459/17)

1.   

Fit-12 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Amcor Limited (“Amcor”, l-Awstralja),

Bemis Company Inc. (“Bemis”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

Amcor tidħol f’amalgamazzjoni sħiħa ma’ Bemis fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Novembru 2018, iżda in-notifika ġiet sussegwentement irtirat fit-12 ta’ Diċembru 2018.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Amcor: il-provvista ta’ firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet ta’ imballaġġ; prodotti riġidi u flessibbli għall-imballaġġ tal-ikel, ix-xorb, prodotti mediċi, farmaċewtiċi, prodotti tal-kura personali u prodotti oħra għall-konsumatur mad-dinja kollha,

—   Bemis: provvista ta’ plastik tal-imballaġġ flessibbli u riġidu għall-ikel, prodotti tal-konsumatur, prodotti mediċi u għal setturi oħra madwar id-dinja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9094 — Amcor/Bemis

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).