ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 440

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
6 ta' Diċembru 2018


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

 

Il-537 sessjoni plenarja tal-KESE, 19.9.2018–20.9.2018

2018/C 440/01

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-intelliġenza artifiċjali: l-antiċipazzjoni tal-impatti tagħha fuq ix-xogħol biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

1

2018/C 440/02

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Fiduċja, privatezza u sigurtà għall-konsumaturi u l-impriżi fl-Internet tal-oġġetti (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

8

2018/C 440/03

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Indikaturi aktar adatti għall-evalwazzjoni tal-SDGs — il-kontribut tas-soċjetà ċivili (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

14

2018/C 440/04

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-kontribut taż-żoni rurali tal-Ewropa għas-Sena tal-Wirt Kulturali 2018 sabiex jiġu żgurati s-sostenibbiltà u l-koeżjoni rurali/urbana (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

22

2018/C 440/05

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-impatt tas-sussidjarjetà u r-regolamentazzjoni żejda fuq l-ekonomija u l-impjieg (Opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Awstrijaka)

28

2018/C 440/06

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Id-disparità diġitali bejn is-sessi (Opinjoni esploratorja mitluba mill-Parlament Ewropew)

37

2018/C 440/07

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Ir-rwol tal-bijoekonomija biex jintlaħqu l-għanijiet tal-klima u tal-enerġija tal-UE u l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tan-NU (opinjoni esploratorja)

45


 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

 

Il-537 sessjoni plenarja tal-KESE, 19.9.2018–20.9.2018

2018/C 440/08

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-intelliġenza artifiċjali għall-Ewropa(COM(2018) 237 final)

51

2018/C 440/09

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-iffaċilitar tat-trasformazzjoni diġitali tal-kura u tas-saħħa fis-Suq Uniku Diġitali, l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini u l-bini ta’ soċjetà aktar b’saħħitha[COM(2018) 233 final]

57

2018/C 440/10

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar a) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE[COM(2018) 184 final — 2018/0089 (COD)] u (b) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993, id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur[COM(2018) 185 final — 2018/0090 (COD)]

66

2018/C 440/11

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Aġenda Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni imġedda — l-opportunità tal-Ewropa li ssawwar il-ġejjieni tagħha(Il-kontribut tal-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa Informali tal-mexxejja tal-UE dwar l-innovazzjoni f’Sofia fis-16 ta’ Mejju 2018) (COM(2018) 306 final)

73

2018/C 440/12

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 596/2014 u (UE) 2017/1129 fejn tidħol il-promozzjoni tal-użu ta’ swieq tat-tkabbir tal-SMEs(COM(2018) 331 final — 2018/0165 (COD))

79

2018/C 440/13

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà(COM(2018) 336 final — 2018/0168 (COD))

85

2018/C 440/14

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/… u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009[COM(2018) 286 final — 2018/0145 COD]

90

2018/C 440/15

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkomplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni[COM(2018) 397 final — 2018/0220 (COD)]

95

2018/C 440/16

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 469/2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali(COM(2018) 317 final – 2018/0161 (COD))

100

2018/C 440/17

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew DWAR Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija[COM(2018) 289 final – 2018/0142 (COD)]

104

2018/C 440/18

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi. Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027[COM(2018) 321 final]Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027[COM(2018) 322 final/2 — 2018/0166 (APP)]Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta’ Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea[COM(2018) 325 final — 2018/0135 (CNS)]Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura għad-disponibbiltà tar-Riżorsi Proprji bbażati fuq Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva, fuq l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea u fuq l-Iskart tal-plastik mill-imballaġġ li mhux qed jiġi riċiklat, u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti[COM(2018) 326 final — 2018/0131 (NLE)]Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema tar-Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea[COM(2018) 327 final — 2018/0132 (APP)] u Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (tal-KEE, u l-Euratom) Nru 1553/89 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir mir-riżorsi nfushom li jidħol mit-taxxa fuq il-valur miżjud[COM(2018) 328 final — 2018/0133 (NLE)]

106

2018/C 440/19

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern[COM(2018) 374 final — 2018/0199 (COD)]

116

2018/C 440/20

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier(COM(2018) 373 final — 2018/0198 (COD))

124

2018/C 440/21

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol(COM(2018)131 final — 2018/0064 (COD))

128

2018/C 440/22

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom(COM(2018) 132 final)

135

2018/C 440/23

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Nadattaw il-Politika Komuni dwar il-Viża għal Sfidi Ġodda[COM(2018) 251 final] u Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)(COM(2018) 252 final — 2018/0061 (COD))

142

2018/C 440/24

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol[COM(2018) 171 final — 2018/0081 COD]

145

2018/C 440/25

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Kooperazzjoni Msaħħa kontra l-Mard li jista’ jiġi Evitat bit-Tilqim[COM(2018) 244 final – SWD(2018) 149 final]

150

2018/C 440/26

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE) 2016/399, ir-Regolament (UE) 2018/… (Ir-Regolament tal-Interoperabbiltà), u d-Deċiżjoni 2004/512/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI(COM(2018) 302 final)

154

2018/C 440/27

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 (dwar il-liġi ġenerali dwar l-ikel), id-Direttiva 2001/18/KE (dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ OĠM), ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (dwar ikel u għalf ĠM), ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 (dwar l-addittivi fl-għalf), ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 (dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni), ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 (dwar il-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel), ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 (dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel), ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti) u r-Regolament (UE) 2015/2283 (dwar ikel ġdid)(COM(2018) 179 final — 2018/0088 (COD))

158

2018/C 440/28

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel[COM(2018) 173 final]

165

2018/C 440/29

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Europew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008(COM(2018) 149 final — 2018/0074 (COD))

171

2018/C 440/30

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Europew u tal-Kunsill dwar pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 u r-Regolament (UE) 2017/2107(COM(2018) 229 final — 2018/0109 (COD))

174

2018/C 440/31

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online(COM(2018) 238 final — 2018/0112 (COD))

177

2018/C 440/32

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-indirizzar tad-diżinformazzjoni online: Approċċ Ewropew(COM(2018) 236 final)

183

2018/C 440/33

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014[COM(2018) 438 final — 2018/0228 (COD)]

191

2018/C 440/34

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021–2027 (il-‘programm Pericles IV)(COM(2018) 369 final — 2018/0194(CNS))

199


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-537 sessjoni plenarja tal-KESE, 19.9.2018–20.9.2018

6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/1


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-intelliġenza artifiċjali: l-antiċipazzjoni tal-impatti tagħha fuq ix-xogħol biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta”

(Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2018/C 440/01)

Relatur:

Franca SALIS-MADINIER

Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

15.2.2018

Bażi legali

Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Adottata fis-sezzjoni

4.9.2018

Adottata fil-plenarja

19.9.2018

Sessjoni plenarja Nru

537

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

183/1/2

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

L-intelliġenza artifiċjali (IA) u r-robotika se jwessgħu u jamplifikaw l-effetti tad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija fis-swieq tax-xogħol (1). Il-progress tekniku minn dejjem kellu influwenza fuq ix-xogħol u l-impjiegi u kien jeħtieġ forom ġodda ta’ appoġġ soċjali u soċjetali. Il-KESE jinsab konvint li l-iżvilupp teknoloġiku jista’ jikkontribwixxi għall-progress ekonomiku u soċjali. Iżda jqis li jkun żball jekk wieħed jinjora l-effetti globali fuq is-soċjetà. Fid-dinja tax-xogħol, li l-IA se twessa’ u tamplifika l-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtomatizzazzjoni tal-impjiegi (2). Għalhekk il-KESE jixtieq jikkontribwixxi għat-tħejjija tal-bidliet soċjali li se jakkumpanjaw l-iżvilupp tal-IA u tar-robotika bit-tisħiħ u t-tiġdid tal-mudell soċjali Ewropew.

1.2.

Il-KESE jixtieq jenfasizza l-potenzjal tal-IA u tal-applikazzjonijiet tagħha, b’mod partikolari fl-oqsma tal-kura tas-saħħa, tas-sigurtà tat-trasport u l-enerġija, tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u tal-antiċipazzjoni tat-theddid għaċ-ċibersigurtà. L-Unjoni Ewropea, il-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol importanti x’jaqdu biex jisfruttaw bis-sħiħ il-benefiċċji li l-IA tista’ tipprovdi, b’mod partikolari lill-persuni b’diżabbiltà, b’mobbiltà mnaqqsa, u lill-persuni mdaħħlin fl-età u lil dawk morda b’mod kroniku.

1.3.

Madankollu, l-UE ma għandhiex data dwar l-ekonomija diġitali u t-tibdil soċjali li jinbet minnha. Il-KESE jirrakkomanda li jittejbu l-għodod statistiċi u r-riċerka, b’mod partikolari dwar l-IA, l-użu tar-robots industrijali u tas-servizzi, dwar l-Internet tal-oġġetti, kif ukoll dwar il-mudelli ekonomiċi ġodda (l-ekonomija tal-pjattaform u l-forom ġodda ta’ impjieg u ta’ xogħol).

1.4.

Il-KESE jappella lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tippromwovi u tappoġġja t-twettiq ta’ studji mill-kumitati ta’ djalogu soċjali settorjali Ewropej dwar l-impatti settorjali tal-IA u tar-robotika u, b’mod aktar wiesa’, tad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija.

1.5.

Huwa rikonoxxut li l-IA u r-robotika se jieħdu post u jibdlu l-impjiegi, ineħħu wħud minnhom u joħolqu oħrajn. Fi kwalunkwe każ, l-UE għandha tiżgura l-aċċess tal-ħaddiema kollha, ta’ dawk impjegati u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom jew tal-ħaddiema indipendenti “fittizji”, għall-protezzjoni soċjali, skont il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

1.6.

Il-Kummissjoni pproponiet li jissaħħaħ il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni sabiex jibbenefikaw b’mod partikolari l-impjegati li jitilfu xogħolhom u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet minħabba d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija (3). Il-KESE huwa tal-fehma li dan ikun pass lejn l-istabbiliment ta’ fond Ewropew ġenwin ta’ tranżizzjoni li jgħin fil-ġestjoni soċjalment responsabbli tal-bidla diġitali.

1.7.

Il-KESE jirrakkomanda li l-prinċipji, l-impenji u l-obbligi rigward l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema u li jinsabu fit-testi eżistenti adottati mill-istituzzjonijiet Ewropej, kif ukoll mill-imsieħba soċjali, jiġu applikati u msaħħa (4), b’mod partikolari meta jiġu introdotti teknoloġiji ġodda, fosthom l-IA u r-robotika. Il-KESE jappella għal programm Ewropew inklużiv tal-IA mibni fuq dawn it-testi u fuq il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati kollha.

1.8.

Il-KESE jirrakkomanda li l-linji gwida etiċi dwar l-IA li l-Kummissjoni se tiżviluppa jistabbilixxu limitu ċar bejn l-interazzjoni tal-ħaddiema u l-magni intelliġenti, sabiex il-bniedem qatt ma jsir l-eżekutur tal-magna. Fl-ispirtu ta’ IA inklużiva, dawn il-linji gwida għandhom jistabbilixxu prinċipji tal-parteċipazzjoni, tar-responsabbiltà, tas-sjieda tal-proċessi ta’ produzzjoni sabiex, kif enfasizzat fi-Kostituzzjoni tal-ILO, ix-xogħol jipprovdi lil dawk li jagħmluh is-sodisfazzjoni li jagħmlu ħilithom kollha u jisfruttaw l-għarfien kollu tagħhom u jikkontribwixxu bl-aħjar mod għall-ġid komuni.

1.9.

Il-KESE jirrakkomanda wkoll li dawn il-linji gwida jinkludu prinċipji tat-trasparenza fl-użu tas-sistemi tal-IA għall-ingaġġ, il-valutazzjoni u l-kontroll maniġerjali tal-ħaddiema, kif ukoll prinċipji tas-saħħa u tas-sigurtà u tat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol. Fl-aħħar nett, huma għandhom jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data tal-ħaddiema, b’konformità mal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni.

1.10.

L-implimentazzjoni tal-linji gwida dwar l-etika fil-qasam tal-IA għandha tkun immonitorjata. Osservatorju Ewropew għall-etika fis-sistemi tal-IA jista’ jingħata dan ir-rwol ta’ monitoraġġ jew ta’ sorveljanza, inkluż fl-impriża.

1.11.

Il-KESE jirrakkomanda taħriġ fl-etika għall-inġiniera u d-disinjaturi ta’ magni intelliġenti sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ forom ġodda ta’ “taylorism diġitali”, fejn il-bniedem jesegwixxi l-istruzzjonijiet tal-magni. It-tixrid tal-prattiki tajbin u l-iskambju tal-esperjenzi f’dan il-qasam għandhom ikunu promossi.

1.12.

Il-KESE jitlob li jiġi ċċarati l-prinċipju tar-responsabbiltà legali. Fir-relazzjoni bejn il-bnedmin u l-magni, ir-riskji ġodda għas-saħħa u s-sigurtà għandhom ikunu s-suġġett ta’ approċċ aktar ambizzjuż fil-kuntest tad-Direttiva dwar ir-responsabbiltà tal-prodotti (5).

1.13.

Fid-dawl tar-riskju ta’ polarizzazzjoni soċjali fil-bidla diġitali, il-KESE jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE biex iniedu dibattitu dwar il-kwistjoni tal-finanzjament tal-baġits pubbliċi u tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, f’ekonomija fejn qed tikber id-densità robotika (6), għalkemm it-taxxa fuq ix-xogħol tibqa’ s-sors ewlieni ta’ dħul mit-taxxa fl-Ewropa. Dan id-dibattitu għandu jinkludi b’mod utli l-kwistjoni tar-ridistribuzzjoni tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni, biex jiġi applikat il-prinċipju tal-ekwità.

2.   Introduzzjoni

2.1.

L-IA għaddiet minn żviluppi bla preċedent minn meta feġġ dan il-kunċett fl-1956, u matul it-tieni nofs tas-seklu 20. Din qanqlet kemm tamiet kif ukoll diżappunti kbar. Iżda f’dawn l-aħħar snin rat żvilupp kbir ġdid li sar possibbli bis-saħħa tal-ġbir, l-organizzazzjoni u l-ħażna ta’ kwantità bla preċedent ta’ data (big data) fl-istorja tal-bniedem u taż-żieda esponenzjali tal-qawwa tal-kalkolu tal-kompjuters u tal-kapaċitajiet tal-algoritmi.

2.2.

Fl-2017, il-KESE fassal Opinjoni dwar l-IA (7), li fiha indirizza għadd ta’ kwistjonijiet. Kif kien enfasizzat f’din l-Opinjoni, m’hemmx definizzjoni preċiża tal-IA. Għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, aħna se nqisu l-IA bħala dixxiplina li tuża teknoloġiji diġitali biex toħloq sistemi kapaċi li jirreplikaw b’mod awtonomu l-funzjonijiet konjittivi tal-bniedem, u li tinkludi b’mod partikolari l-fehim tad-data, forma ta’ fehim u ta’ adattament (soluzzjoni ta’ problemi, raġunamenti u tagħlim awtomatiċi).

2.3.

Is-sistemi tal-IA illum huma kapaċi jsolvu problemi kumplessi, li xi drabi jisbqu l-intelliġenza tal-bniedem. L-applikazzjonijiet huma potenzjalment infiniti, kemm fis-setturi tal-banek, tal-assigurazzjoni, tat-trasport, tal-kura tas-saħħa, tal-edukazzjoni, tal-enerġija, tal-kummerċjalizzazzjoni, tad-difiża kif ukoll fis-setturi tal-industrija, tal-kostruzzjoni, tal-agrikoltura, tal-artiġjanat, eċċ. (8) L-IA mistennija ttejjeb l-effiċjenza tal-proċessi ta’ produzzjoni tal-beni u tas-servizzi, tistimula r-redditu tal-impriżi u tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku.

2.4.

Dan l-iżvilupp il-ġdid tal-IA jqajjem ukoll għadd ta’ mistoqsijiet rigward ir-rwol potenzjali tagħha fis-soċjetà, il-grad ta’ awtonomija tagħha u l-interazzjoni tagħha mal-bnedmin. Kif kien enfasizzat fl-Opinjoni tal-KESE dwar l-IA adottata fl-2017 (9), dawn il-mistoqsijiet jirrigwardaw l-aktar l-etika, is-sigurtà, it-trasparenza, il-ħajja privata u l-istandards tax-xogħol, l-edukazzjoni, l-aċċessibilità, il-leġislazzjoni u r-regolamentazzjoni, il-governanza u d-demokrazija.

2.5.

L-approċċi differenti għandhom jingħaqdu f’diskussjoni dwar l-IA biex dan id-dibattitu jinħareġ mill-ħofra ekonomika li xi drabi jaqa’ fiha. Qafas multidixxiplinari bħal dan ikun utli fl-analiżi tal-impatti tal-IA fuq id-dinja tax-xogħol, peress li dan huwa wieħed mill-postijiet ewlenin ta’ interazzjoni bejn il-bniedem u l-magni. Fi kwalunkwe żmien, ix-xogħol ġie affettwat minn din it-teknoloġija. Għalhekk l-effetti tal-IA fuq l-impjiegi u x-xogħol jeħtieġu attenzjoni partikolari fil-livell politiku peress li l-istituzzjonijiet għandhom ir-rwol partikolari li jagħmlu l-proċess ta’ bidla ekonomika soċjalment sostenibbli (10).

2.6.

L-għan ta’ din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja huwa li tenfasizza l-eżiti tal-IA fuq ix-xogħol, inkluż fuq in-natura tiegħu, fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u fuq l-organizzazzjoni tiegħu. Kif diġà enfasizza l-KESE (11), l-istatistika u r-riċerka għandhom jissaħħu biex ikunu jistgħu jsiru previżjonijiet preċiżi dwar l-evoluzzjoni tas-swieq tax-xogħol, u jiġu stabbiliti indikaturi ċari ta’ ċerti tendenzi, b’mod partikolari rigward il-kwalità tax-xogħol, il-polarizzazzjoni tal-impjiegi u l-introjtu, il-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-bidla diġitali. L-UE m’għandhiex data dwar l-hekk imsejħa ekonomija “kollaborattiva”, il-pjattaformi tax-xogħol fuq talba, il-mudelli ġodda ta’ sottokuntrattar online, kif ukoll dwar l-użu tar-robots industrijali u tas-servizzi personali, dwar l-Internet tal-oġġetti, dwar l-użu u t-tixrid tas-sistemi tal-IA.

3.   L-IA u l-bidliet fil-volum tal-impjiegi

3.1.

Il-kwistjoni tal-impatt li se jkollha l-introduzzjoni tal-IA u tar-robotika fuq il-volum tal-impjiegi fil-proċessi tal-produzzjoni hija kontroversjali. Ħafna studji ppruvaw iwieġbu din il-mistoqsija mingħajr ma waslu għal kunsens xjentifiku. Ir-riżultati differenti tagħhom (li jħaddnu firxa minn 9 % sa 54 % ta’ impjiegi mhedda (12)) irriflettu l-kumplessità tal-għażliet metodoloġiċi u l-impatti deċiżivi tagħhom fuq ir-riżultati tar-riċerka.

3.2.

It-tbassir huwa inċert peress li hemm ukoll fatturi oħrajn minbarra l-potenzjal tekniku tal-awtomatizzazzjoni, jiġifieri, bidliet politiċi, regolatorji, ekonomiċi, demografiċi, kif ukoll l-aċċettazzjoni soċjali. Mhux biżżejjed li t-teknoloġija tkun perfetta biex ikun żgurat l-użu u t-tixrid tagħha.

3.3.

Fl-aħħar nett, għadu impossibbli li wieħed ibassar bilanċ nett tal-impjiegi li jistgħu jiġu awtomatizzati f’kull settur mingħajr ma titqies il-bidla fis-snajja’ u fir-ritmu tal-ħolqien ta’ impjiegi ġodda. L-iżvilupp tas-sistemi tal-IA ser fil-fatt jitlob impjiegi ġodda fl-inġinerija, l-informatika u t-telekomunikazzjoni (inġiniera, persunal tekniku u operaturi), kif ukoll dawk marbutin mal-big data: uffiċjali tad-data (data officers), analisti tad-data, esploraturi tad-data (data miners), eċċ.

3.4.

Ir-rwol tal-istituzzjonijiet pubbliċi se jkun li jiżguraw is-sostenibbiltà soċjali ta’ din il-bidla diġitali, li tista’ taffettwa kemm il-kwantità kif ukoll il-kwalità tal-impjiegi (13). Wieħed mir-riskji enfasizzati mill-esperti huwa dak tal-polarizzazzjoni tal-impjiegi bejn, minn naħa, is-“superstars” li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa għall-ekonomija diġitali, u min-naħa l-oħra t-“telliefa” li l-kwalifiki, l-esperjenza u l-għarfien tagħhom se jispiċċaw bil-mod il-mod minħabba din il-bidla. Fil-Komunikazzjoni reċenti tagħha (14), il-Kummissjoni Ewropea tipproponi tweġiba għal din l-isfida li tiffoka essenzjalment fuq l-isforzi fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fit-titjib tal-ħiliet bażiċi fil-kitba, fil-qari u fis-somom, kif ukoll tal-ħiliet diġitali. Din it-tweġiba jistħoqqilha l-appoġġ tal-atturi ekonomiċi u soċjali, b’mod partikolari fil-kuntest tad-djalogu soċjali nazzjonali, Ewropew, interprofessjonali u settorjali (15).

3.5.

Madankollu l-KESE huwa tal-fehma li sforzi bħal dawn mhumiex biżżejjed biex isolvu l-kwistjonijiet kollha, speċjalment dik tal-inċertezza dwar l-iżviluppi fl-impjiegi. Tliet toroq komplementari jistħoqqilhom jiġu żviluppati: dik ta’ IA “inklużiva”, dik tal-antiċipazzjoni tal-bidliet, u fl-aħħar dik tar-ristrutturar soċjalment responsabbli u ssorveljat meta l-pjani soċjali jsiru inevitabbli.

4.   L-IA u l-awtomazzjoni inklużivi u intelliġenti

4.1.

Il-KESE jappoġġja l-prinċipju ta’ programm tal-IA u tal-awtomazzjoni inklużivi. Dan ifisser li meta fl-impriżi wieħed jintroduċi proċessi ġodda li jirrikjedu teknoloġiji ġodda, ikun utli li jiġu involuti l-ħaddiema fir-regoli ta’ funzjonament ta’ dawn il-proċessi. Kif jinnota d-WRR (16), l-introduzzjoni “inklużiva u intelliġenti” ta’ teknoloġiji ġodda, fejn il-ħaddiema jibqgħu fiċ-ċentru tal-proċessi u jipparteċipaw fit-titjib tagħhom, tista’ tgħin biex jitjiebu l-proċessi ta’ produzzjoni (17).

4.2.

Minħabba r-rwol li jaqdu l-algoritmi fil-qasam tal-kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ, ta’ xogħol u ta’ valutazzjoni professjonali, il-KESE jappoġġja l-prinċipju tat-trasparenza algoritmiku, li mhuwiex li jiġu żvelati l-kodiċijiet iżda li jsiru intelliġibbli l-parametri u l-kriterji tad-deċiżjonijiet li jittieħdu. Ir-rikors għall-bniedem għandu jkun dejjem possibbli.

4.3.

IA li tqiegħed lill-ħaddiem fiċ-ċentru tqis l-opinjonijiet tal-persuni li se jkunu meħtieġa jaħdmu fil-proċessi teknoloġiċi ġodda, tiddefinixxi b’mod ċar il-kompiti u r-responsabbiltajiet li se jitħallew f’idejn il-ħaddiema, iżżomm forom ta’ sjieda tax-xogħol mill-ħaddiema biex dawn ma jsirux sempliċi eżekuturi.

4.4.

Il-prinċipju tar-responsabbiltà legali għandu jkun iċċarat. Ir-robots industrijali jew tas-servizzi qegħdin jikkollaboraw dejjem aktar mal-bnedmin. L-IA tippermetti lir-robots li “joħorġu mill-gaġeġ tagħhom”, u jistgħu jseħħu xi inċidenti (18). Huwa għalhekk li r-responsabbiltajiet tas-sistemi awtonomi f’każ ta’ inċident għandhom ikunu stabbiliti b’mod ċar; u l-ħaddiema għandhom ikunu koperti għar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà li jkollhom. Il-Kummissjoni Ewropea tat bidu għal riflessjoni dwar dawn ir-riskji emerġenti fil-kuntest tad-Direttiva dwar ir-responsabbiltà tal-prodotti (19). Fir-rigward tas-sigurtà fil-post tax-xogħol, dian l-approċċ għandu jkun aktar ambizzjuż.

4.5.

Il-prinċipju tal-ekwità applikat għad-dinja tax-xogħol jikkonsisti f’li l-ħaddiem ma jiġix imċaħħad mix-xogħol tiegħu. Ċerti esperti enfasizzaw ir-riskju li l-IA tikkontribwixxi għal forma ta’ telf tal-ħiliet tal-ħaddiema. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li, abbażi ta’ dak previst fil-Kostituzzjoni tal-ILO, ix-xogħol jipprovdi lil dawk li jagħmluh is-sodisfazzjoni li jagħmlu ħilithom kollha u jisfruttaw l-għarfien kollu tagħhom u jikkontribwixxu bl-aħjar mod għall-ġid komuni. Mill-aspett maniġerjali, huwa wkoll mod kif tinżamm il-motivazzjoni għax-xogħol.

5.   Antiċipazzjoni tal-bidla

5.1.

Bosta studji nnutaw matul dawn l-aħħar snin li naqas id-djalogu soċjali Ewropew, u xi drabi dak nazzjonali, u dan minkejja x-xewqa ta “rkupru” li esprimew il-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew. Madankollu dan id-djalogu soċjali huwa waħda mill-għodod l-aktar adattati biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali tad-diġitalizzazzjoni. Huwa għalhekk li l-KESE jirrakkomanda bil-qawwa biex fl-impriżi u fil-livelli kollha rilevanti, dan id-djalogu jkun prattika kostanti biex inħejju għall-bidliet b’mod soċjalment aċċettabbli. Il-KESE jfakkar li d-djalogu soċjali huwa wieħed mill-aqwa garanti tal-paċi soċjali u tat-tnaqqis tal-inugwaljanzi. Lil hinn mid-dikjarazzjonijiet politiċi ta’ rilanċ, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom responsabbiltà kbira biex jinkoraġġixxu u jikkontribwixxu għal dan id-djalogu soċjali.

5.2.

B’mod partikolari, meta jiġu introdotti dawn it-teknoloġiji, dan id-djalogu għandu jippermetti li jkunu magħrufa l-prospetti ta’ bidla tal-proċessi ta’ produzzjoni fil-kumpaniji u fis-setturi u li jiġu evalwati l-ħtiġijiet ġodda mil-lat tal-kwalifiki u tat-taħriġ, iżda wkoll li ssir riflessjoni minn qabel dwar l-użu tal-IA biex jitjiebu l-proċessi organizzattivi u produttivi, jiżdiedu l-kwalifiki tal-ħaddiema u jiġu ottimizzati r-riżorsi ġġenerati mill-IA biex jiġu żviluppati prodotti u servizzi ġodda, jew biex titjieb il-kwalità tas-servizz lill-klijent.

5.3.

Ristrutturar soċjalment responsabbli

5.4.

F’każ fejn il-pjani soċjali jitqiesu inevitabbli, il-kwistjonijiet jirrigwardaw il-ġestjoni soċjali ta’ dan ir-ristrutturar. Bħalma enfasizzaw l-imsieħba soċjali fil-“Linji Gwida ta’ referenza għall-ġestjoni tal-bidla u tal-konsegwenzi soċjali tagħha” (20), diversi studji tal-każ jenfasizzaw l-importanza li jinstabu l-alternattivi kollha possibbli għat-tkeċċijiet, bħat-taħriġ, ir-rikonverżjoni, l-appoġġ għall-ħolqien tal-kumpaniji.

5.5.

F’każijiet ta’ ristrutturazzjoni, l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema, b’konformità mad-Direttivi Ewropej relatati (21), għandhom jiffavorixxu l-antiċipazzjoni tar-riskji, jiffaċilitaw l-aċċess tal-ħaddiema għat-taħriġ fi ħdan l-impriża, jagħmlu l-organizzazzjoni tax-xogħol aktar flessibbli filwaqt li tinżamm is-sigurtà, u jippromovu l-involviment tal-ħaddiema u fl-iżvolġiment u fil-futur tal-intrapriża.

5.6.

Fl-aħħar nett, kif tenfasizza ġustament il-Kummissjoni Ewropea, l-UE għandha tiżgura l-aċċess taċ-ċittadini kollha, inkluż tal-impjegati u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom jew tal-ħaddiema indipendenti “fittizji”, għall-protezzjoni soċjali, irrispettivament mit-tip u d-durata tar-relazzjoni tax-xogħol, b’konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (22).

6.   L-IA u l-bidla fil-kundizzjonijiet tax-xogħol

6.1.

Fil-25 ta’ April 2018, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet “approċċ Ewropew” biex tippromwovi politiki ta’ investiment fl-iżvilupp tal-IA u tistabbilixxi linji gwida ta’ etika. Hija tenfasizza l-potenzjal ta’ tibdil fis-soċjetajiet tagħna minħabba t-teknoloġiji tal-IA speċjalment fis-setturi tat-trasport, tal-kura tas-saħħa u tal-industrija tal-manifattura.

6.2.

Dan il-potenzjal ta’ tibdil huwa espress fil-proċess ta’ produzzjoni u għandu wkoll impatt fuq il-kontenut tax-xogħol. Dan l-impatt jista’ jkun wieħed pożittiv, b’mod partikolari fil-mod kif l-IA tista’ ttejjeb dawn il-proċessi u l-kwalità tax-xogħol. L-istess effetti pożittivi jistgħu jinħassu mill-organizzazzjonijiet tax-xogħol “flessibbli” fejn il-qsim tat-teħid tad-deċiżjonijiet huwa aktar importanti, bħall-awtonomija tat-timijiet, il-versatilità, l-organizzazzjoni orizzontali, il-prattiki innovattivi u parteċipattivi (23).

6.3.

Kif jenfasizzaw il-KESE (24) u l-Kummissjoni nfisha, l-IA tista’ tgħin lill-ħaddiema f’kompiti ripetittivi, diffiċli u saħansitra perikolużi, u ċerti applikazzjonijiet tal-IA jistgħu jtejbu l-benesseri tal-impjegati u jiffaċilitaw il-ħajja ta’ kuljum tagħhom.

6.4.

Iżda din il-viżjoni hija akkumpanjata minn mistoqsijiet ġodda, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-interazzjoni bejn l-IA u l-ħaddiem, u t-tibdil fil-kontenut tax-xogħol. Kemm se jkunu awtonomi l-magni intelliġenti fil-fabbriki, fil-kumpaniji u fl-uffiċċji u x’se jkunu l-forom ta’ komplementarjetà max-xogħol tal-bniedem? Il-KESE jenfasizza li, fid-dinja l-ġdida tax-xogħol, id-definizzjoni tar-relazzjoni tal-bniedem mal-magna hija essenzjali. Huwa fundamentali approċċ iffokat fuq il-kontroll tal-bniedem fuq il-magna (25).

6.5.

A priori, mhuwiex etikament aċċettabbli li bniedem ikun ikkmandat mill-IA jew li jitqies bħala eżekutur tal-magna li tiddettalu x’kompiti jrid jagħmel, il-mod kif jagħmilhom u l-iskadenzi li fihom irid ilesti dawn il-kompiti. Madankollu, dan il-limitu etiku xi drabi jidher li jinqabeż (26). Għalhekk jeħtieġ li dan il-limitu etiku jiġi stabbilit b’mod ċar fil-linji gwida tal-IA dwar l-etika.

6.6.

Prijorità tal-UE għandha tkun li tevita li jiġu riprodotti forom ġodda ta’ “Tayloriżmu diġitali” orkestrati mill-iżviluppaturi ta’ magni intelliġenti. Huwa għalhekk li, bħalma afferma dan l-aħħar il-KESE, ir-riċerkaturi, l-inġiniera, id-disinjaturi u l-intraprendituri Ewropej li jikkontribwixxu għall-iżvilupp u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ sistemi tal-IA, għandhom jaġixxu skont kriterji ta’ responsabbiltà etika u soċjali. L-integrazzjoni tal-etika u tax-xjenzi umani fl-iżvilupp tat-taħriġ ta’inġinier tista’ tkun tweġiba tajba fil-konfront ta’ dan l-obbligu (27).

6.7.

Kwistjoni oħra tirrigwarda s-sorveljanza u l-kontroll maniġerjali. Kulħadd jaqbel fuq il-ħtieġa ta’ sorveljanza raġunata tal-proċessi ta’ produzzjoni u allura tax-xogħol imwettaq. Illum, għodod teknoloġiċi ġodda jistgħu jippermettu potenzjalment li jiġu stabbiliti sistemi intelliġenti ta’ kontroll totali tal-ħaddiema u f’ħin reali, bir-riskju li din is-sorveljanza u dan il-kontroll isiru sproporzjonati.

6.8.

Il-kwistjoni ta’ kontroll raġonevoli u proporzjonat tal-eżekuzzjoni tax-xogħol u tal-indikaturi tal-prestazzjoni, tal-fiduċja bejn il-maniġer u l-impjegat, hija suġġett li wkoll għandu jkun fuq l-aġenda tad-djalogu soċjali nazzjonali, Ewropew, interprofessjonali u settorjali.

6.9.

Il-kwistjoni tal-preġudizzji tal-algoritmi u tad-data ta’ tagħlim u tal-effetti perversi possibbli ta’ diskriminazzjoni għadha kontroversjali. Għal xi wħud, l-algoritmi u softwer ta’ tbassir tar-reklutaġġ ieħor jistgħu jnaqqsu d-diskriminazzjonijiet waqt l-ingaġġ u jiffavorixxu reklutaġġ aktar “intelliġenti”. Għal oħrajn, is-softwer ta’ reklutaġġ jibqa’ dejjem f’riskju li jirrifletti, anki bla ma jrid, il-preġudizzji tal-programmaturi ta’ dawn l-ingaġġaturi awtomatiċi. Skont ċerti esperti, il-mudelli algoritmiċi huma biss opinjonijiet inkorporati fil-matematika (28). Huwa għalhekk li għandu jiġi żgurat kemm li dejjem jista’ jsir rikors għall-bniedem (b’rabta mal-prinċipju tat-trasparenza elaborat aktar ’il fuq: id-dritt li jintalbu l-kriterji ta’ deċiżjoni), kif ukoll li l-ġbir tad-data u l-ipproċessar tagħha jikkonformaw mal-prinċipji tal-proporzjonalità u tal-finalità. Fi kwalunkwe każ, id-data ma tistax tintuża għal finijiet oħrajn għajr dawk li nġabret għalihom (29).

6.10.

Il-possibbiltà li joffri r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data lill-Istati Membri biex jistabbilixxu regoli aktar speċifiċi, bil-liġi jew permezz ta’ ftehimiet kollettivi, biex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet f’dak li jikkonċerna l-ipproċessar tad-data personali tal-impjegati fil-kuntest tar-relazzjonijiet tax-xogħol, hija tabilħaqq lieva li l-Istati u l-imsieħba soċjali għandhom jisfruttaw (30).

6.11.

Hawnhekk wieħed għandu jinnota li r-riskji ma jirrigwardawx biss lill-impjegati. L-iżvilupp tas-sottokuntrattar online, tax-xogħol fuq il-pjattaforma, tal-forom differenti ta’ xogħol parteċipattiv huwa wkoll akkumpanjat minn sistemi ġodda ta’ ġestjoni awtomatizzata tal-prestazzjoni u tar-regolarità, li l-limiti etiċi tagħha xi drabi jidhru li jinqabżu (webcam tal-ħaddiem attivata mill-pjattaforma, ritratt mill-bogħod tal-iskrin, eċċ.).

6.12.

Ħafna drabi, l-algoritmi ta’ dawn il-pjattaformi, li fost l-oħrajn jistabbilixxu r-remunerazzjoni tal-ħaddiema indipendenti, ir-reputazzjoni diġitali tiegħu, il-possibbiltà ta’ aċċess tiegħu għall-kompiti, mhumiex ċari. Il-metodi ta’ kif jaħdmu ma jiġux spjegati lill-ħaddiema li ma għandhomx aċċess għall-kriterji ta’ funzjonament li jiġu applikati għalihom.

7.   Inħejju tranżizzjoni adatta

7.1.

Fuq perjodu medju ta’ żmien, ir-riskju ta’ polarizzazzjoni soċjali enfasizzat minn ħafna esperti jitlob riflessjoni serja dwar il-futur tal-mudelli soċjali tagħna, inkluż tal-finanzjament tagħhom. Il-KESE jitlob li l-Kummissjoni tniedi dibattitu dwar il-kwistjoni tat-taxxa u tal-finanzjament tal-baġits pubbliċi u tas-sistemi kollettivi ta’ protezzjoni soċjali, f’ekonomija fejn id-densità robotika qed tikber malajr (31), għalkemm it-taxxa fuq ix-xogħol tibqa’ s-sors ewlieni ta’ dħul mit-taxxa fl-Ewropa. Dan id-dibattitu għandu jinkludi l-kwistjoni tar-ridistribuzzjoni tad-dividendi tad-diġitalizzazzjoni.

7.2.

Il-Kummissjoni pproponiet li jissaħħaħ il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni sabiex jibbenefikaw b’mod partikolari l-impjegati li jitilfu xogħolhom u l-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet minħabba d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija (diġitalizzazzjoni, awtomatizzazzjoni) (32). Il-KESE huwa tal-fehma li dan ikun pass lejn l-istabbiliment ta’ fond Ewropew ta’ tranżizzjoni li jgħin fl-antiċipazzjoni u l-ġestjoni soċjalment responsabbli tal-bidla diġitali u r-ristrutturar li se tinvolvi.

7.3.

L-aspetti soċjali u, b’mod aktar wiesa’, soċjetali tal-IA qed ikunu dejjem aktar is-suġġett ta’ dibattiti nazzjonali. Id-diskussjonijiet reċenti fil-Parlament Brittaniku (33) u fis-Senat Franċiż żvelaw il-ħtieġa li jiġi promoss approċċ etiku għall-IA, li jkun ibbażat fuq ċertu numru ta’ prinċipji bħal-lealtà, it-trasparenza u l-ispjegabbiltà tas-sistemi algoritmiċi, l-etika u r-responsabbiltà tal-applikazzjonijiet tal-IA, is-sensibilizzazzjoni tar-riċerkaturi, tal-esperti u tal-ispeċjalisti dwar il-possibbiltà li r-riċerki tagħhom jintużaw ħażin. Fi Franza, ir-Rapport ta’ Villani jiddikjara li jrid “jagħti sens” lill-IA (34). Diversi esperti mill-universitajiet ta’ Yale, ta’ Stanford, ta’ Cambridge u ta’ Oxford iwissu kontra l-“vulnerabbiltajiet mhux solvuti” tal-IA u jisħqu fuq il-ħtieġa essenzjali li jiġu antiċipati, prevenuti u mitigati (35). Anke l-Fond ta’ Riċerka ta’ Québec (FRQ), bi sħab mal-Università ta’ Montréal, ilu għal dawn l-aħħar xhur jaħdem fuq proġett ta’ Osservatorju Dinji fuq l-impatti soċjetali tal-IA u tad-diġitalizzazzjoni (36).

7.4.

Dawn l-inizjattivi kollha juru l-ħtieġa li d-dibattitu dwar l-IA jinħareġ mil-limiti ekonomiċi u tekniċi tiegħu, u li jinfirxu d-deliberazzjonijiet pubbliċi dwar ir-rwol li s-soċjetà tixtieq li jkollha l-IA, inkluż fid-dinja tax-xogħol. Dawn id-deliberazzjonijiet jippermettu li ma ninqabdux fin-nassa tad-“dikotomija falza” bejn viżjoni kompletament inġenwa u ottimista tal-IA u tal-effetti tagħha, u viżjoni katastrofika (37). L-ewwel pass utli huwa li dawn id-dibattiti jinbdew fuq livell nazzjonali, iżda l-UE għandha rwol ukoll, b’mod partikolari billi tiddefinixxi linji gwida dwar l-etika, kif diġà bdiet tagħmel il-Kummissjoni.

7.5.

Il-kwistjoni tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida għandha tkun fdata lil Osservatorju ddedikat għall-etika tas-sistemi tal-IA. L-IA u l-applikazzjonijiet tagħha għandhom jitqiegħdu għas-servizz tal-benesseri u tal-emanċipazzjoni taċ-ċittadini u tal-ħaddiema, b’rispett għad-drittijiet fundamentali, u għandu jiġi evitat li jikkontribwixxu b’mod dirett jew indirett għal proċessi ta’ telf ta’ sjieda, telf ta’ kwalifiki u telf tal-awtonomija. Il-prinċipju “fil-kontroll tal-bniedem” fil-kuntesti kollha, fosthom f’dak tax-xogħol, għandu jiġi applikat b’mod konkret.

7.6.

Dan il-prinċipju għandu japplika wkoll għal setturi oħrajn ta’ attività, bħall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, li jipprovdu servizzi marbuta mill-qrib mal-ħajja, mas-saħħa, mas-sigurtà u mal-kwalità tal-ħajja tal-bnedmin. Regoli etiċi stretti biss se jkunu kapaċi jiżguraw li mhux biss il-ħaddiema iżda anki l-konsumaturi, il-pazjenti, il-klijenti u l-fornituri l-oħrajn tas-servizzi, ikunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ mill-applikazzjonijiet il-ġodda tal-IA.

Brussell, id-19 ta’ Settembru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Luca JAHIER


(1)  Acemoglu, D., Restrepo, P. (2018), “Artificial Intelligence, Automation and Work” (L-Intelliġenza Artifiċjali, l-Awtomatizzazzjoni u x-Xogħol), Dokument ta’ Ħidma NBER 24196, Jannar 2018. Ara wkoll: Il-Kunsill ta’ Gwida għall-Impjieg (2017), Awtomatizzazzjoni, diġitalizzazzjoni u impjieg. (Volum 1) (www.coe.gouv.fr).

(2)  Acemoglu, D., op.cit.; Kunsill ta’ Gwida għall-Impjieg (2017), op. cit.

(3)  COM(2018) 380 final.

(4)  Id-Direttiva 2002/14/KE; Memorandum ta’ Ftehim UNICE-KETU-CEEP dwar id-djalogu soċjali u t-teknoloġiji l-ġodda, 1985; Opinjoni konġunta tas-sħab soċjali dwar it-teknoloġiji l-ġodda, l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-adattabilità tas-suq tax-xogħol, 1991; Linji gwida ta’ referenza għall-ġestjoni tal-bidla u tal-konsegwenzi soċjali tagħha, 2003.

(5)  COM(2018) 246 final.

(6)  https://ifr.org/ifr-press-releases/news/robots-double-worldwide-by-2020.

(7)  ĠU C 288, 31.8.2017, p. 1.

(8)  Ara b’mod partikolari: https://www.techemergence.com.

(9)  ĠU C 288, 31.8.2017, p. 1.

(10)  Eurofound (2018), Automation, digitalisation and platforms: Implications for work and employment, (Awtomatizzazzjoni, diġitalizzazzjoni u pjattaformi: L-implikazzjonijiet għax-xogħol u għall-impjiegi) Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

(11)  ĠU C 13, 15.1.2016, p. 161.

(12)  Frey u Osborne, 2013; Bowles, 2014; Arntz, Gregory u Zierahn, 2016; Le Ru, 2016; McKinsey, 2016; OECD, 2017; ara wkoll l-Opinjoni Esploratorja CCMI/136 (ĠU C 13, 15.1.2016, p. 161).

(13)  http://www.oecd.org/fr/emploi/avenir-du-travail/.

(14)  COM(2018) 237 final.

(15)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 15.

(16)  Kunsill Xjentifiku Netherlandiż għall-Politika tal-Gvern.

(17)  https://english.wrr.nl/latest/news/2015/12/08/wrr-calls-for-inclusive-robot-agenda.

(18)  Ara l-ħidma dwar ir-“riskji emerġenti” tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (https://osha.europa.eu/fr/emerging-risks). Skont l-Aġenzija, l-approċċi u l-istandards tekniċi attwali biex jipproteġu l-impjegati kontra r-riskji tax-xogħol permezz ta’ robots kollaborattivi għandhom jiġu riveduti fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi.

(19)  COM(2018) 246 final.

(20)  Test konġunt UNICE, CEEP, UEAPME u KETU, 16.10.2003.

(21)  Id-Direttiva 2002/14/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea.

(22)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 54; ĠU C 173, 31.5.2017, p. 15; ĠU C 129, 11.4.2018, p. 7; ĠU C 434, 15.12.2017, p. 30.

(23)  ĠU C 434, 15.12.2017, p. 30.

(24)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 15.

(25)  ĠU C 288, 31.8.2017, p. 1; ĠU C 367, 10.10.2018, p. 15.

(26)  Diversi midja Ewropej irrapportaw dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol f’ċerti ċentri ta’ loġistika fejn il-ħaddiema huma kompletament sottomessi għal algoritmi li jindikawlhom il-kompiti li jridu jwettqu f’ħin speċifiku, u fejn il-prestazzjoni tagħhom titkejjel fil-ħin reali.

(27)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 15.

(28)  Cathy O’Neil, Harvard PhD u xjenzata tad-data, “Models are opinions embedded in mathematics” (Il-mudelli huma opinjonijiet inkorporati fil-matematika) (https://www.theguardian.com/books/2016/oct/27/cathy-oneil-weapons-of-math-destruction-algorithms-big-data).

(29)  Ara b’mod partikolari x-xogħlijiet tas-CNIL fi Franza (“Comment permettre à l’homme de garder la main? Les enjeux éthiques des algorithmes et de l’intelligence artificielle”) (Kif jistal-bniedem iżomm ir-riedni f’idejh? L-isfidi etiċi tal-algoritmi u tal-intelliġenza artifiċjali),

https://www.cnil.fr/sites/default/files/atoms/files/cnil_rapport_garder_la_main_web.pdf).

(30)  Ir-Regolament (UE) 2016/679, (Artikolu 88).

(31)  https://ifr.org/ifr-press-releases/news/robots-double-worldwide-by-2020.

(32)  COM(2018) 380 final.

(33)  https://www.parliament.uk/ai-committee.

(34)  http://www.enseignementsup-recherche.gouv.fr/cid128577/rapport-de-cedric-villani-donner-un-sens-a-l-intelligence-artificielle-ia.html.

(35)  https://www.eff.org/files/2018/02/20/malicious_ai_report_final.pdf.

(36)  http://nouvelles.umontreal.ca/article/2018/03/29/le-quebec-jette-les-bases-d-un-observatoire-mondial-sur-les-impacts-societaux-de-l-ia/.

(37)  Acemoglu, D., op.cit. Ara wkoll Eurofound 2018, Automation, digitalisation and platforms: Implications for work and employment (Awtomazzjoni, diġitalizzazzjoni u pjattaformi: l-Implikazzjonijiet għax-xogħol u għall-impjiegi), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, p. 23: “The risks comprise unwarranted optimism, undue pessimism and mistargeted insights” (“Ir-riskji jinkludu ottimiżmu mhux ġustifikat, pessimiżmu żejjed u fehmiet mhux immirati”).


6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/8


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Fiduċja, privatezza u sigurtà għall-konsumaturi u l-impriżi fl-Internet tal-oġġetti”

(opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2018/C 440/02)

Relatur:

Carlos TRIAS PINTÓ

Korelatur:

Dimitris DIMITRIADIS

Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

15.2.2018

Bażi legali

Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Adottata fis-sezzjoni

4.9.2018

Adottata fil-plenarja

19.9.2018

Sessjoni plenarja Nru

537

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

182/3/2

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

L-Internet tal-oġġetti (minn issa ’l quddiem IoT), minħabba l-interkonnettività tiegħu tal-persuni u l-oġġetti, jirrappreżenta firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet għaċ-ċittadni u l-impriżi, li jkollom jiġu akkumpanjati minn serje ta’ garanziji u kontrolli biex tiġi żgurata implimentazzjoni kif imiss.

1.2.

Peress li wieħed mill-pilastri tal-IoT huwa li d-deċiżjonijiet jittieħdu b’mod awtomatiku mingħajr l-intervent tal-bniedem, għandu jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet ma jdħajfux id-drittijiet tal-konsumaturi jew iwasslu għal riskji ta’ natura etika jew imorru kontra l-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

1.3.

Il-KESE jitlob lill-istituzzjonijet Ewropej u lill-Istati Membri biex:

1.3.1.

jiżguraw il-protezzjoni tas-sigurtà u tal-privatezza, permezz tal-ħolqien ta’ oqfsa regalotarji adegwati, li jipprevedu miżuri stretti ta’ segwitu u kontroll;

1.3.2.

jiddefinixxu bmod ċar ir-responsabbiltà tal-operaturi kollha fil-katina tal-provvista tal-prodotti u l-flussi tal-informazzjoni relatati, sabiex b’hekk jiġu evitati lakuni legali meta diversi produtturi u distributuri jkunu involuti fl-istess ħin;

1.3.3.

jistabbilixxu riżorsi adatti u mekkaniżmi effettivi ta’ koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri sabiex tiġi żgurata applikazzjoni koerenti u armonizzata kemm tal-leġislazzjoni soġġetta għal reviżjoni kif ukoll tar-regoli l-ġodda, u fl-istess ħin jiġi indirizzat l-ambjent internazzjonali;

1.3.4.

jissorveljaw l-iżvilupp ta’ teknoloġiji emerġenti assoċjati mal-IoT, li jiggarantixxu sigurtà għolja, trasparenza sħiħa u aċċessibilità ġusta;

1.3.5.

jippromovu l-inizjattivi Ewropej u internazzjonali ta’ standardizzazzjoni biex jiġu żgurati l-affidabbiltà, id-disponibbiltà, ir-reżiljenza u l-manutenzjoni tal-prodotti;

1.3.6.

jissorveljaw is-swieq u jippreservaw kundizzjonijiet ekwi fl-implimentazzjoni tal-IoT, billi tiġi evitata l-konċentrazzjoni ta’ poter ekonomiku transnazzjonali bl-atturi l-ġodda tat-teknoloġija;

1.3.7.

jintrabtu li jippromovu azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni u bini ta’ kapaċità fil-ħiliet diġitali, li jirriflettu r-riċerka bażika u l-innovazzjoni f’dan il-qasam;

1.3.8.

jiggarantixxu l-applikazzjoni sħiħa u l-użu effettiv tal-metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim kemm offlajn kif ukoll onlajn (ADR u ODR);

1.3.9.

iħeġġu l-eżistenza, l-implimentazzjoni u l-funzjonament effettiv ta’ sistema Ewropea ta’ azzjonijiet fi grupp li tagħmel possibbli t-tneħħija u l-kisba ta’ kumpens anke għal sitwazzjonijiet fejn l-użu tal-IoT jikkawża danni jew preġudizzji ta’ natura kollettiva, kif ser ikun il-każ taħt il-Patt Ġdid għall-Konsumaturi.

1.4.

Il-fiduċja tal-konsumaturi tinbet mill-konformità stretta mal-leġislazzjoni rilevanti u l-komunikazzjoni tal-aħjar prattiki tal-impriżi fil-qasam tal-privatezza u s-sigurtà, u huwa dmir tal-istituzzjonijiet li jorbtuhom mal-istrateġiji tar-responsabbiltà soċjali korporattiva u l-investimenti soċjalment responsabbli.

1.5.

L-impatt soċjali u ekonomiku tal-IoT ser jiżdied b’mod pożittiv fil-mod ta’ kif jintrabat b’mod adegwat mal-iżvilupp ta’ politiki soċjoambjentali fil-qafas tal-ekonomija kollaborattiva, l-ekonomija ċirkolari u l-ekonomija tal-funzjonalità.

2.   Sfond u kuntest

2.1.

Matul dawn l-aħħar ħmistax-il sena, l-invażjoni tal-Internet irriżultat f’tibdil f’kull qasam tal-ħajja ta’ kuljum, u influwenzat id-drawwiet differenti tal-konsumaturi. Huwa mistenni li fl-għaxar snin li ġejjin, ir-rivoluzzjoni tal-Internet tal-IoT se tilħaq is-setturi tal-enerġija, tal-agrikola u tat-trasport, kif ukoll l-aktar setturi tradizzjonali tal-ekonomija u s-soċjetà. Dan iwassal għat-tfassil ta’ politiki globali li jindirizzaw b’mod intelliġenti dan it-tfixkil teknoloġiku.

2.2.

Il-kunċett ta’ IoT żviluppa mill-Istitut tat-Teknoloġija ta’ Massachusetts (MIT), u prinċipalment jissejjes fuq dinja mimlija b’sistemi totalment konnessi ma’ xulxin b’mod li jistgħu jiġu awtomatizzati flimkien ma’ proċessi differenti interoperabbli. Min-naħa tagħha, l-Unjoni Ewropea qiegħda tħejji biex tindirizza l-konverġenza diġitali u l-isfidi l-ġodda tal-IoT mit-tnedija tal-pjan “i2010: A European Information Society for growth and employment” (1), sal-Pjan ta’ Azzjoni reċenti tal-IoT; ara d-dokument “Progress għall-Internet tal-oġġetti fl-Ewropa”, li fl-2016 ifforma parti mill-Komunikazzjoni “Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea. Ingawdu l-benefiċċji kolha ta’ Suq Uniku Diġitali” (2).

2.3.

Il-KESE ddikjara l-pożizzjoni tiegħu f’bosta okkażjonijiet dwar ir-raba’ rivoluzzjoni industrijali, li hija kkaratterizzata mill-konverġenza ta’ teknoloġiji diġitali, fiżiċi u bijoloġiċi, u jiġbed l-attenzjoni għall-Opinjoni tal-2017 (3) dwar is-suġġett. Essenzjalment, l-IoT huwa l-qasam ideali għall-aktar forom avvanzati tal-IA u fejn jiġu ttestjati l-prinċipji stabbiliti mill-KESE, b’mod partikolari l-prinċipju “fil-kontroll tal-bniedem”.

2.4.

Ta’ spiss, is-sistemi tal-IoT ikunu nieqsa mil-liġijiet ta’ awtentifikazzjoni meħtieġa biex tinżamm is-sigurtà tad-data tal-utent. Dan jagħti lok għal problemi, minħabba li s-sistemi, id-data u l-membri fil-katina tal-provvista jkunu esposti għal nuqqas ta’ sigurtà.

2.5.

It-teknoloġiji emerġenti bħall-katina ta’ blokok tat-tranżazzjonijiet jistgħu jsolvu problemi ta’ sigurtà u fiduċja: din tista’ tintuża biex tintraċċa l-kejl tad-data minn sensuri u evita mhux biss id-duplikazzjoni ma’ kwalunkwe data malizzjuża iżda wkoll iżżomm l-integrità u t-traċċabbiltà tal-modifikazzjonijiet; reġistru distribwit jista’ jippermetti l-identifikazzjoni tas-sistemi tal-IoT, l-awtentifikazzjoni u t-trasferiment ta’ data sigura, mingħajr żbalji; is-sensuri tal-IoT jistgħu jintużaw biex jiskambjaw data permezz ta’ katina ta’ blokok minflok ta’ parti terza; l-użu ta’ kuntratti intelliġenti jippermetti l-awtonomija tas-sistemi, kif ukoll l-identità individwali u l-integrità tad-data; l-ispejjeż tal-ħolqien u tal-funzjonamant jitnaqqsu billi ma jkunx hemm intermedjarji; fl-aħħar nett, is-sistemi tal-IoT tal-katina ta’ blokok jipprovdu reġistru ta’ sistemi konnessi, utli ħafna jekk jeħtieġ li jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi (4).

2.6.

Għall-kuntrarju, it-teknoloġiji tar-reġistru distribwit b’sors miftuħ qed jiġu żviluppati għall-iskambju ta’ informazzjoni u valur bejn l-apparati tal-IoT. Huma ma jippermettux estrazzjoni tad-data iżda jużaw arkitettura bbażata fuq il-kunċett matematiku magħruf bħala graff aċikliku orjentat (directed acyclic graph – DAG), li jevita l-kummissjonijiet u jiżgura li n-netwerk iżid il-kapaċità tiegħu pari passu maż-żieda fin-numru tal-utenti.

2.7.

Qed ngħixu avveniment li għandu potenzjal ekonomiku (5) u soċjali kbir, li jipprovdi opportunitajiet kbar iżda wkoll sfidi serji assoċjati ma’ riskji impliċiti, ta’ natura multidixxiplinari u trasversali li taffettwa bl-istess mod lill-impriżi u l-konsumaturi, l-amministrazzjonijiet u ċ-ċittadini. Għaldaqstant, it-trattament ta’ dan is-suġġett għandu jadotta approċċ komuni iżda wkoll wieħed li jirrikonoxxi n-natura unika ta’ sitwazzjonijiet speċifiċi. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed jiġi mfakkar li n-Nazzjonijiet Uniti jistmaw li sal-2020, ser ikun hemm mal-ħamsin biljun sistema interkonnessa, b’applikazzjonijiet għall-konsumaturi permezz tat-televiżjoni, ir-refriġeraturi, il-kameras tas-sigurtà, il-karozzi, eċċ.

2.8.

L-applikazzjonijiet tal-IoT diġà qed jipprovdu benefiċċji ekonomiċi u soċjali fl-isfond ta’ dinja globalizzata, u dan jissuponi, fost oħrajn, iktar servizzi sensittivi fugħall-kuntest soċjoekonomiku, ċikli ta’ rispons iktar qosra, tiswijiet mill-bogħod, appoġġ għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, allokazzjoni aħjar tar-riżorsi kontroll mill-bogħod tas-servizzi. Iżda, hemm fatturi relatati li huma sensittivi ħafna, pereżempju l-privatezza u s-sigurtà, l-asimmetrija tal-informazzjoni u t-trasparenza tat-tranżazzjonijiet, responsabbiltajiet kumplessi, blokok ta’ prodotti u sistemi, kif ukoll iż-żieda ta’ prodotti ibridi li jista’ jkollha effett mil-lat ta’ sjieda u tesponi lill-konsumaturi għall-applikazzjoni mill-bogħod tal-kuntratti, b’konsegwenza ta’ tnaqqis fil-garanziji.

2.9.

L-isfidi legali ewlenin li jiltaqgħu magħhom l-UE u l-Istati Membri huma spjegati mill-fatt li ħafna mill-karatteristiċi speċifiki tal-IoT (livelli għoljin ta’ kumplessità u interdipendenza għolja, l-element ta’ awtonomija, il-komponenti tal-ġenerazzjoni u/jew l-ipproċessar tad-data, u dimensjoni miftuħa) huma kondiviżi ma’ teknoloġiji diġitali emerġenti oħrajn bħall-katina ta’ blokok tat-tranżazzjonijiet (blockchain), l-istampar 3D u l-cloud computing. Il-KESE huwa tal-fehma li d-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea (6) dwar ir-responsabbiltà tat-teknoloġiji diġitali emerġenti jagħti spinta oħra fid-direzzjoni t-tajba.

2.10.

Fl-aħħar nett, l-immassimizzar tal-benefiċċji u l-imminimizzar tar-riskji assoċjati mal-IoT ifissru informazzjoni aċċessibbli, ċara, konċiża u preċiża, il-promozzjoni, b’mod partikolari, tal-inklużjoni u l-konnettività diġitali tal-iżjed konsumaturi vulnerabbli, permezz tad-disinn ta’ prodotti u servizzi li huma kompletament traċċabbli u li jinkorporaw standards integrati dwar il-fiduċja, il-privatezza u s-sigurtà.

3.   Il-fiduċja tal-konsumaturi u l-imprendituri fl-IoT

3.1.

L-IoT huwa ekosistema kkumplikata li tippermetti l-interkonnettività ta’ sistemi preċedenti ta’ diversi manifatturi, distributuri u żviluppaturi ta’ softwer, li jista’ joħloq diffikultajiet biex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà f’sitwazzjonijiet ta’ ksur tar-regolamenti, jew ta’ danni materjali jew ta’ danni oħra lil partijiet terzi jew lil sistemi kkawżati minn prodotti difettużi jew minn użu ħażin ta’ prodotti min-naħa ta’ partijiet terzi permezz tal-Internet. Teżisti wkoll il-possibbiltà li ħafna mill-operaturi li jipparteċipaw fil-katina ta’ valur globali tal-prodott ma jkollhomx għarfien u esperjenza suffiċjenti dwar temi ta’ sigurtà jew ta’ protezzjoni tad-data għas-sistemi onlajn.

3.2.

Għal dan hemm bżonn ta’ enfasi ġdida fuq ir-responsabbiltajiet bil-għan li kemm il-konsumaturi kif ukoll l-impriżi li jadottaw l-applikazzjonijiet tal-IoT ikunu protetti f’ambjent li fih il-prodotti b’konfigurazzjoni adegwata jistgħu jsiru difettużi u mhux siguri b’riżultat ta’ inċidenti ta’ sigurtà diġitali jew għax użati ħażin. Dan l-ambjent għandu jippermetti li jiġu antiċipati, evitati u mħarsa dawk id-deċiżjonijiet awtomatizzati li jistgħu jmorru kontra l-etika fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti fuq livell universali.

3.3.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon kemm ir-reviżjoni tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-1985 fil-qasam tar-responsabbiltà għad-danni kkawżati minn prodotti difettużi (7), flimkien mal-ħolqien reċenti ta’ grupp ta’ esperti ta’ diversi partijiet ikkonċernati dwar ir-responsabbiltà u t-teknoloġiji ġodda, biex jiġi żgurat bilanċ ġust bejn l-interessi tal-produtturi u tal-konsumaturi. Qafas ġdid ta’ responsabbiltà għandu jikkunsidra b’mod ċar it-traċċabbiltà tar-responsabbiltà u s-sigurtà kemm tul il-katina tal-valur tal-prodott kif ukoll matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, billi jinkorpora s-sostenibbiltà bħala fattur ġdid li jagħmel l-aġġornament, it-titjib, il-portabbiltà, il-kompatibbiltà, l-użu mill-ġdid, it-tiswija jew l-adattament mill-ġdid tal-prodotti rekwiżit.

3.4.

Fir-rigward tal-IoT, għandha tiġi kkunsidrata wkoll b’mod speċifiku d-determinazzjoni tar-responsabbiltà tal-professjonisti kollha fil-katina tal-provvista tal-prodott, sabiex b’hekk jiġu evitati lakuni legali meta diversi produtturi u distributuri jikkompetu bejniethom. Il-KESE jikkunsidra li huwa importanti li jiġu speċifikati b’mod ċar il-proċeduri li l-konsumaturi għandhom isegwu f’kull każ, u għandhom jiġu promossi l-mekkaniżmi ta’ soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR, skont l-akronimu Ingliż).

3.5.

Il-KESE jenfasizza l-importanza tal-informazzjoni prekuntrattwali, kklawżoli trasparenti tal-kuntratti u struzzjonijiet operattivi ċari għall-apparat; għandhom jiġu enfasizzati b’mod espliċitu r-riskji u s-salvagwardji assoċjati potenzjali.

3.6.

Għandhom jiġu żgurati l-interoperabbiltà u l-kompatibbiltà tal-apparat u s-softwer assoċjat, sabiex jiġu evitati l-problemi u jkum possibbli għall-konsumatur li jqabblu l-fornituri. Il-KESE jenfasizza li dan il-fattur huwa kruċjali wkoll biex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi bejn il-kumpaniji l-kbar u l-SMEs.

3.7.

Fl-aħħar nett, il-KESE huwa favur ir-rispett tan-newtralità tan-net u jħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ strett tal-imġiba tas-suq.

4.   Privatezza tal-konsumaturi fi ħdan l-IoT

4.1.

Il-ħila tal-konsumaturi li jikkontrollaw id-data personali tagħhom u l-preferenzi tal-privatezza tjiebet bis-saħħa tar-Regolament Ġenerali l-ġdid dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) (8). L-utent ta’ sistema għandu jkollu kontroll fuq kif tintuża d-data li jiġġenera u min jista’ jaċċessaha, filwaqt li jitqies li d-differenza fid-data, kif ukoll l-aggregazzjoni u r-rabta ma’ data oħra, jistgħu jkunu riskju gravi għall-privatezza fl-ekosistema tal-IoT.

4.2.

Għandu jitqies l-impatt li l-multipliċità ta’ prodotti, servizzi jew entitajiet jista’ jkollha fuq il-privatezza u l-protezzjoni tad-data meta din tiġi ttrasferita b’mod awtonomu skont l-interkonnettività tagħha. Bl-istess mod, f’dawk il-każijiet fejn l-informazzjoni tiġi pproċessata jew ifformulata mill-ġdid abbażi ta’ data inizjalment mhux perikoluża, wieħed jista’ jakkwista tagħrif preċiż dwar id-drawwiet, il-lokazzjoni, l-interessi u l-preferenzi tal-individwi, li jżid l-aċċessibbiltà u t-traċċabbiltà tal-profil tal-utent.

4.3.

Il-garanziji legali għandhom jiżguraw il-kapaċità sħiħa tal-utenti biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ privatezza u protezzjoni tad-data personali mingħjar l-ebda limitazzjoni, sabiex b’hekk jiġu evitati danni potenzjali bħall-prattiki diskriminatorji, il-kummerċjalizzazzjoni invażiva, it-telf tal-privatezza u l-ksur tas-sigurtà. Min-naħa tagħhom, il-konsumaturi għandhom ikolhhom informazzjoni dwar il-valur ekonomiku tad-data tagħhom u jirriservaw id-dritt li jaqsmuha.

4.4.

Kif previst fil-GDPR, l-impriżi u r-regolaturi jkollom jirrevedu kull tant żmien il-ġbir ta’ data personali u jevalwaw b’liema mod l-ipproċessar tad-data jkun proporzjonat u meħtieġ għat-twettiq tas-servizz. L-aspetti u l-impatti tal-privatezza għandhom jiġu evalwati tul il-proċess sħiħ ta’ ħolqien, disinn u żvilupp ta’ prodott konness u l-ekosistema onlajn li fih jopera (privatezza fid-disinn). Għaldaqstant, il-prinċipji tal-privatezza fid-disinn u l-privatezza b’mod awtomatiku għandhom ikunu implimentati b’mod konsistenti fl-IoT.

4.5.

Għalhekk, kull prodott konness għandu jiġi kkonfigurat skont mudell predeterminat abbażi tal-ogħla livell ta’ protezzjoni tal-privatezza (fid-disinn u b’mod awtomatiku), filwaqt li jiġi evitat il-monitoraġġ mhux mixtieq tal-imġiba tal-utenti u tal-attivitajiet tagħhom.

4.6.

Fi kwalunkwe każ, il-konsumaturi għandhom ikunu jafu b’mod affidabbli d-data li nġabret, min għandu aċċess għaliha u l-iskop tal-użu tagħha, filwaqt li r-relazzjoni tal-prodott jew is-servizz tinżamm attiva, kif ukoll il-politika ta’ privatezza applikabbli u għandhom ikunu jafu jekk l-algoritmi użati jaffettwawx il-kwalità tal-prezz jew l-aċċess għal xi servizz.

5.   Is-sigurtà tal-konsumaturi u tal-imprendituri fi ħdan l-IoT

5.1.

L-interkonnettività ta’ sistemi li tikkaratterizza l-ekosistema tal-IoT tista’ tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ prattiki teknoloġiċi illegali jew mhux mixtieqa, u b’hekk dawn isiru spazju propizju għall-vulnerabbiltà u l-propagazzjoni virali. Għalhekk għandha tiġi indirizzata s-sigurtà b’mod sħiħ, u għandhom jiġu koperti l-komponenti kollha tas-sistema.

5.2.

L-offerta ta’ prodotti u aġġornamenti marbuta maċ-ċibersigurtà għandhom ikunu ġġustifikati u jkopru mhux biss is-sistemi individwali, iżda jestendu wkoll għar-riskji tas-sigurtà li toħloq l-interkonnettività ma’ sistemi oħra tal-IoT, u l-istandards tal-kwalità ta’ din is-sigurtà m’għandhomx jonqsu minħabba l-għadd kbir ta’ dawn is-sistemi.

5.3.

F’dan ir-rigward, il-Proposta għal Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà (9) tinkludi qafas ta’ ċertifikazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, li ser jipprevedi ċ-ċertifikazzjoni volontarja tas-sigurtà u t-tikkettar għal tipi differenti ta’ prodotti, fosthom dawk li jinsabu fl-IoT. Filwaqt li l-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon din il-miżura, huwa jesprimi wkoll tħassib li mhijiex obbligatorja.

5.4.

Il-miżuri taċ-ċibersigurtà għandhom jinkludu r-riskji kontra kull tip ta’ vulnerabbiltà u b’mod partikolari, il-hacking, l-aċċess mingħajr awtorizzazzjoni jew l-użu ħażin kif ukoll f’dak li jirrigwarda l-mezzi ta’ ħlas u l-frodi finanzjarju. F’dan ir-rigward, il-KESE jappoġġja l-kompetenzi mogħtija lill-grupp ta’ esperti b’diversi partijiet ikkonċernati fuq ir-responsabbiltà u t-teknoloġiji l-ġodda.

5.5.

Għandha tiġi kkunsidrata wkoll is-sigurtà personali tal-konsumaturi fil-konfront ta’ riskji bħall-użu tal-prossimità, il-meded ta’ frekwenzi kondiviżi, l-esponiment għal kampijiet elettromanjetiċi jew interferenzi possibbli ma’ tagħmir vitali konness. Il-KESE jargumenta favur l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ monitoraġġ u rtirar preventiv fid-dawl ta’ riskji li jaffettwaw is-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi jew l-interessi personali u ekonomiċi tagħhom.

5.6.

L-impriżi għandhom jadottaw standards ta’ prattiki tajbin, bħas-sigurtà bid-disinn u b’mod awtomatiku, u jissottomettu rwieħom għal evalwazzjonijiet independenti esterni. F’każ ta’ inċidenti ta’ sigurtà jew ksur ta’ data, l-impriżi ser ikunu marbuta li jinnotifikaw dawn l-inċidenti, inkluża informazzjoni marbuta mar-responsabbiltà għad-danni u nuqqas ta’ konformità mar-regoli.

5.7.

L-impriżi għandhom jipprovdu informazzjoni sempliċi u aċċessibbli lill-konsumaturi li tippermettilhom jieħu deċiżjonijiet adatti u jadottaw prattiki siguri, billi jipprovdu aġġornamenti ta’ sigurtà li jirriżultaw essenzjali tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodott.

5.8.

Għandu jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ standards koerenti b’rabta man-netwerks tal-IoT. Għandhom jiġu żviluppati teknoloġiji avvanzati ta’ broadband u ta’ ġenerazzjoni ġdida li jtejbu l-infrastrutturi attwali.

6.   Proposti għal azzjoni fil-qafas tal-politika pubblika (10)

6.1.

L-awtoritajiet pubbliċi, huma u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom fit-territorji differenti tal-Unjoni Ewropea, għandhom jipparteċipaw b’mod attiv fit-tfassil ta’ politiki u pjani ta’ azzjoni dwar l-IoT bil-għan li jintlaħaq bilanċ bejn id-diversi partijiet ikkonċernati, billi jiġu antiċipati l-problemi u jittaffew b’mod prudenti l-effetti negattivi li jista’ jkun hemm. Il-KESE jipproponi:

6.1.1.

il-ħolqien ta’ ambjent ta’ test (sand box), jiġifieri, spazji fiżiċi, clusters, eċċ., għall-proġetti pilota u l-provi tal-kunċett. Dawn għandhom ikollhom l-għan li mhux biex jittestjaw it-teknoloġiji, iżda wkoll il-mudelli regolatorji (11);

6.1.2.

il-finanzjament ta’ infrastrutturi teknoloġiċi li jippermettu l-iżvilupp ta’ proġetti innovattivi tal-IoT taħt il-program il-ġdid Orizzont tal-Ewropa;

6.1.3.

il-ħatra ta’ istituzzjonijiet u aġenziji independenti bħala faċilitaturi u supervizuri tal-proġetti tal-IoT. Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-miżuri rilevanti stabbiliti fir-Regolament tal-2017 dwar iċ-ċibersigurtà u jistieden lill-Kummissjoni biex b’mod effettiv tippromovi proċessi ta’ standardizzazzjoni fl-industrija diġitali bl-użu ta’ riżorsi baġitarji adatti (12);

6.1.4.

il-promozzjoni ta’ pjattaformi u sħubijiet pubbliċi-privati ta’ kooperazzjoni, u b’hekk jiġu involuti l-komunità xjentifika, l-industrija u l-konsumaturi;

6.1.5.

it-tħeġġiġ ta’ investimenti fl-iżvilupp ta’ mudelli imprenditorjali lokali li jieħdu vantaġġ mill-benefiċċji tal-IoT u jiffaċilitaw l-indirizzar ta’ aspetti tant ikkumplikati bħall-protezzjoni u s-sjieda tad-data;

6.1.6.

it-twettiq ta’ bini tal-kapaċità fl-ambjent korporattiv mill-perspettiva tar-responsabbiltà konġunta. Għandu jiġi żgurat li s-sigurtà u l-privatezza fid-disinn u b’mod awtomatiku jiġu integrati fil-prodotti u s-servizzi tal-ICT, skont il-prinċipju tad-“dmir ta’ diliġenza” rakkomandat fir-Regolament il-ġdid dwar iċ-Ċibersigurtà. F’dan ir-rigward, il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-abbozzar ippjanat ta’ kodiċijiet ta’ kondotta biex jikkomplementaw ir-regolamentazzjoni;

6.1.7.

il-promozzjoni ta’ inizjattivi ta’ standardizzazzjoni Ewropej u internazzjonali biex jiġi żgurat li s-sistemi tal-IoT ikollhom il-karatteristiċi essenzjali, jiġifieri, l-affidabbiltà, is-sikurezza, id-disponibbiltà, ir-reżiljenza, il-mantenibbiltà u l-utilizzazzjoni. B’mod partikolari, l-istandardizzazzjoni hija essenzjali għall-kisba rapida ta’ proċessi ta’ manifattura industrijali diġitalizzati ħafna;

6.1.8.

l-iżgurar li l-utenti tal-IoT, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli jew dawk li jgħixu f’żoni b’popolazzjoni baxxa, ikollhom aċċess affordabbli u ta’ kwalità għolja;

6.1.9.

il-promozzjoni ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u programmi edukattivi biex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tal-IoT min-naħa tal-impriżi u tal-konsumaturi, sabiex b’hekk ikunu jistgħu jiġu akkwistati l-kapaċitajiet u l-ħiliet meħtieġa (13), filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-gruppi vulnerabbli u d-diversità;

6.1.10.

it-tnedija ta’ inizjattivi fil-qasam edukattiv għal prevenzjoni adegwata, fid-dawl tad-dħul bikri tat-tfal żgħar fl-ambjenti diġitali;

6.1.11.

it-tnedija ta’ analiżijiet dijanjostiċi u studji tal-impatt tal-IoT fuq oqsma bħalma huma mudelli ġodda ta’ produzzjoni u konsum sostenibbli;

6.1.12.

il-garanzija tal-applikazzjoni sħiħa u l-użu effettiv tal-metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim kemm offlajn kif ukoll onlajn (ADR u ODR);

6.1.13.

iħeġġu l-eżistenza, l-implimentazzjoni u l-funzjonament effettiv ta’ sistema Ewropea ta’ azzjonijiet fi grupp li tagħmel possibbli t-tneħħija u l-kisba ta’ kumpens anke għal sitwazzjonijiet fejn l-użu tal-IoT jikkawża danni jew preġudizzji ta’ natura kollettiva, kif ser ikun il-każ taħt il-Patt Ġdid għall-Konsumaturi.

6.2.

Barra minn hekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tevalwa r-regoli direttament jew indirettament relatati mal-IoT u, fejn meħtieġ, ittejjeb il-leġislazzjoni eżistenti. F’dan ir-rigward, il- Patt Ġdid għall-Konsumaturi għandu jiffoka wkoll fuq apparati interkonnessi, in-netwerks u s-sigurtà tagħhom, u d-data assoċjata ma’ tali apparat.

6.3.

Fl-aħħar nett, il-KESE jenfasizza l-importanza li jinħolqu mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn l-Istati Membri għall-applikazzjoni effiċjenti u uniformi tar-regolamenti previsti, kif ukoll għall-ftehimiet li l-Unjoni Ewropea għandha tistabbilixxi barra mit-territoju tagħha minħabba l-lokazzjoni tal-kwartieri ġenerali tal-impriżi u l-fornituri, b’enfasi speċjali fuq l-iskambju tal-aħjar prattiki. Il-politika internazzjonali dwar il-flussi transkonfinali tad-data għandha tkun ikkoordinata biex il-pajjiżi involuti jkunu jistgħu jistabbilixxu regoli ta’ protezzjoni tal-istess livell għoli fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, kemm sostantivi u kif ukoll proċedurali.

Brussell, id-19 ta’ Settembru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Luca JAHIER


(1)  COM(2005) 229 final.

(2)  COM(2016) 180 final.

(3)  L-intelliġenza artifiċjali: il-konsegwenzi tal-intelliġenza artifiċjali fuq is-suq uniku (diġitali), il-produzzjoni, il-konsum, l-impjiegi u s-soċjetà (ĠU C 288, 31.8.2017, p. 1).

(4)  Ara Khwaja Shaik, Why blockchain and IoT are best friends, https://www.ibm.com/us-en/?lnk=m; dwar l-innovazzjonijiet fis-settur finanzjarju Ewropew ara ĠU C 246, 28.7.2017, p. 8

(5)  Digital McKinsey tistma li, fl-2025, l-IoT ser kollu impatt ekonomiku potenzjali ta’ bejn USD 3,9 triljun u USD 11,1 triljun fis-sena.

(6)  SWD(2018) 137.

(7)  COM(2018) 246 final.

(8)  fis-seħħ sa mill-25 ta’ Mejju 2018.

(9)  Ara COM(2017) 477 final.

(10)  Ara l-Grupp tal-Bank Dinji, Internet of Things: The New Government-to-Business Platform (rapport dwar l-Internet tal-oġġetti, il-pjattaforma ġdida bejn il-gvernijiet u l-impriżi).

(11)  Ara https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/eu-and-eea-member-states-sign-cross-border-experiments-cooperative-connected-and-automated

(12)  ĠU C 197, 8.6.2018, p.17.

(13)  ĠU C 434, 15.12.2017, p. 36.


6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/14


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Indikaturi aktar adatti għall-evalwazzjoni tal-SDGs — il-kontribut tas-soċjetà ċivili”

(Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2018/C 440/03)

Relatur:

Brenda KING (UK-I)

Korelatur:

Thierry LIBAERT (FR-III)

Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

15.2.2018

Bażi legali

L-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

 

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent

Adottata fis-sezzjoni

5.9.2018

Adottata fil-plenarja

19.9.2018

Sessjoni plenarja Nru

537

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

194/2/3

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE ilu jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi Strateġija Ewropea komprensiva ta’ Żvilupp Sostenibbli b’għanijiet, miri u azzjonijiet konkreti sabiex jintlaħqu s-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) sa mill-adozzjoni tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli mill-istituzzjonijiet Ewropej fl-2015. Minkejja l-fatt li l-UE kellha rwol ewlieni fl-adozzjoni tal-Aġenda 2030 u li l-SDGs jirriflettu l-valuri ċentrali tal-UE, li huma l-promozzjoni ta’ armonija soċjali, politika, ekonomika u ambjentali akbar, il-Kummissjoni Ewropea falliet milli tiżviluppa strateġija komprensiva. Id-dokument ta’ Riflessjoni “Lejn Ewropa Sostenibbli sal-2030” li għandu jiġi ppubblikat sa tmiem l-2018 huwa opportunità sabiex tiġi enfasizzata l-importanza li tkun adottata strateġija Ewropea komprensiva.

1.2.

In-nuqqas attwali ta’ Strateġija Ewropea għal Żvilupp Sostenibbli huwa riskju għall-implimentazzjoni koerenti tal-Aġenda 2030 fl-UE u fil-livell nazzjonali. Diverġenzi fl-approċċ lejn l-indirizzar tal-SDGs jistgħu jseħħu, minħabba li diversi Stati Membri diġà qegħdin iħejju l-istrateġiji nazzjonali għal żvilupp sostenibbli filwaqt li m’hemm l-ebda qafas strateġiku Ewropew jew linji gwida ta’ implimentazzjoni komuni.

1.3.

Il-KESE jilqa’ l-ewwel Rapport annwali ta’ Monitoraġġ tal-2017 tal-SDGs (1), li huwa bbażat fuq sett ta’ 100 indikatur li jużaw kriterji ta’ data rigorużi. Madankollu, il-KESE identifika għadd ta’ nuqqasijiet dwar is-sett attwali ta’ indikaturi, li pubblikazzjonijiet futuri tar-Rapport ta’ Monitoraġġ tal-SDGs annwali għandhom jikkunsidraw.

1.4.

Il-KESE jappella għal indikaturi li jistgħu jipprovdu bażi għall-ippjanar u t-tfassil tal-politika. Is-sett attwali ta’ indikaturi jonqos milli jkejjel id-distanza mill-miri jew milli jipprovdi reviżjoni xierqa tal-progress. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti miri speċifiċi tal-politika tal-UE għall-SDGs u l-indikaturi jridu jkunu kapaċi jimmonitorjaw l-ilħuq tagħhom. Fin-nuqqas ta’ miri speċifiċi ta’ politika tal-UE, l-UE tista’ tivvaluta l-prestazzjoni nazzjonali meta mqabbla mal-aħjar prestazzjoni u ma’ dik medja.

1.5.

Il-KESE jidentifika wkoll ċerti limitazzjonijiet tekniċi li jeħtieġ jiġu indirizzati sabiex jiġi żgurat li jintużaw l-aħjar indikaturi. Pereżempju, l-użu tal-indikaturi trasversali għadu biżżejjed biex jipprovdi informazzjoni dwar is-sinerġiji u d-dilemmi fost il-miri. L-effetti kollaterali fuq l-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi msieħba u l-monitoraġġ ta’ koerenza politika bejn l-għanijiet importanti ta’ politika esterna u domestika wkoll għadhom mhux integrati għalkollox.

1.6.

L-Eurostat u l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika jeħtieġ li jiżguraw li qed japplikaw qafas koerenti ta’ indikaturi. Sistema komprensiva u integrata ta’ indikaturi għandha tiġi implimentata sabiex tiggarantixxi li l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ dwar l-implimentazzjoni tal-SDGs fil-livell Ewropew u dak nazzjonali jkun affidabbli.

1.7.

L-Eurostat u l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika għandhom riżorsi umani u finanzjarji limitati għall-ġbir ta’ data ġdida u għalhekk mhux dejjem possibbli li jiġu prodotti indikaturi ġodda u aktar immirati. Il-KESE jappella għall-iżgurar ta’ riżorsi adegwati sabiex tingħeleb din il-limitazzjoni rilevanti.

1.8.

Il-KESE jappella għal aktar involviment tas-soċjetà ċivili fid-definizzjoni tal-indikaturi u fil-valutazzjoni tal-progress tal-UE lejn l-għanijiet. In-natura trasversali tal-SDGs tirrikjedi l-kooperazzjoni integrata bejn diversi partijiet interessati.

1.9.

Il-KESE jirrakkomanda li s-sett ta’ indikaturi jkun ikkumplimentat minn rapport parallel kwalitattiv, żviluppat b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex jiżdied is-sens ta’ sjieda tal-partijiet interessati kollha tal-SDGs. L-informazzjoni kwalitattiva tista’ tenfasizza xejriet li altrimenti ma jkunux rilevati bil-metrika kwantitattiva biss. Il-KESE jipproponi li jassumi rwol ta’ tmexxija fil-koordinazzjoni tat-tħejjija tar-rapport kwalitattiv komplementari. Barra minn hekk, il-KESE jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea tikkoopera fl-organizzazzjoni ta’ Summit Ewropew tal-SDGs bħala eżerċizzju ta’ rendikont bl-involviment tal-partijiet interessati rilevanti kollha.

1.10.

Qafas strateġiku koerenti jirrikjedi wkoll li indikaturi oħrajn tal-UE (eż. l-indikaturi inklużi fit-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali jew l-indikaturi tal-Bijodiversità Ewropea) jeħtieġ li jkunu koerenti mal-qafas tal-Aġenda 2030. Strateġija komprensiva għandha tipprovdi din il-ħarsa ġenerali tal-interkonnessjoni bejn l-SDGs, il-politiki tal-UE u s-settijiet differenti ta’ indikaturi.

1.11.

Il-KESE jappella li s-sistema ta’ governanza attwali tal-UE tiġi adattata għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030. Strateġija komprensiva u sostenibbli għall-iżvilupp tal-UE li tkun allinjata b’mod sħiħ mal-Aġenda 2030 tiggarantixxi li l-SDGs jiġu integrati fil-politiki kollha tal-UE u jipprovdu l-qafas għall-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-UE u dik nazzjonali tal-SDGs. Pereżempju, il-makkinarju tas-Semestru Ewropew għandu jimmonitorja u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-SDGs. Barra minn hekk, il-formulazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politika tal-UE (pereżempju l-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar) għandhom jiġu adattati sabiex jinkorporaw b’mod sħiħ l-SDGs fiċ-ċiklu tal-politika. Għandu jkun applikat test tas-sostenibbiltà għall-leġislazzjoni u l-proposti ta’ politika kollha sabiex jiġi stmat l-impatt fuq l-SDGs u tittieħed deċiżjoni dwar l-adegwatezza tal-proposta.

1.12.

Il-KESE jirrakkomanda li fil-Kummissjoni, Viċi President b’tim iddedikat, baġit speċifiku u struttura li taħdem mad-dipartimenti tal-Kummissjoni u l-Kummissarji kollha, għandu jkun inkarigat mill-integrazzjoni tal-SDGs fil-politiki tal-UE. Barra minn hekk, il-President tal-Kummissjoni Ewropea għandu jippreżenta l-progress li jkun sar u jiddeskrivi l-azzjoni ulterjuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-SDGs fid-diskors annwali dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea.

1.13.

Fl-aħħar nett, il-KESE jappella għal ftehim dwar baġit tal-UE li jagħmel l-iżvilupp sostenibbli l-għan ċentrali. Il-KESE jfakkar li l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) finali għall-perjodu 2021-2027 se juri jekk l-UE hix se tkun kapaċi twettaq l-impenji tagħha tal-Aġenda 2030. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Mejju 2018 tmur fid-direzzjoni t-tajba, iżda fl-aħħar nett titlef l-opportunità li tagħmel l-Aġenda 2030 il-prijorità tal-aġenda Ewropea.

2.   Nuqqas ta’ strateġija tal-UE

2.1.

L-UE għandha timpenja ruħha ferm aktar fir-rigward tar-rwol ewlieni tagħha fl-iżgurar u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli. Fil-fatt, l-Aġenda 2030 tan-NU hija direttament f’konformità mal-għan fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li huwa l-promozzjoni ta’ aktar armonija soċjali, politika, ekonomika u ambjentali kemm fl-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja. Madankollu, minkejja li l-UE u l-Istati Membri tagħha ffirmaw l-Aġenda globali, l-Ewropa għadha lura. Sa issa l-UE u għadd ta’ Stati Membri naqsu milli jimplimentaw strateġija ta’ żvilupp sostenibbli biex jiżguraw li l-SDGs jintlaħqu.

2.2.

Filwaqt li jfakkar l-Artikolu 3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, referenza għal żvilupp sostenibbli tgħid: “Fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja, l-Unjoni għandha (…) tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tal-pjaneta (…)”. Filwaqt li hemm xi elementi ta’ sostenibbiltà li qed jikbru f’diversi politiki tal-UE bħall-politika industrijali, it-trasport u l-enerġija, għad fadal nuqqas ta’ ambizzjoni u nuqqas ta’ finanzjament. B’mod ġenerali, il-KESE jiddispjaċih għan-nuqqas evidenti ta’ strateġija, koerenza politika u integrazzjoni fil-koordinazzjoni tal-politika tal-UE b’mod ġenerali.

2.3.

Il-KESE huwa l-unika istituzzjoni fil-livell Ewropew li għamel l-iżvilupp sostenibbli bħala prijorità ewlenija. Il-Parlament Ewropew ma għandu l-ebda struttura biex jindirizza l-iżvilupp sostenibbli, għalkemm xi gruppi politiċi qed jinkludu l-Aġenda 2030 fil-prijoritajiet politiċi tagħhom għall-elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju 2019. Sadanittant, il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet il-Pjattaforma ta’ Diversi Partijiet Interessati għall-implimentazzjoni tal-SDGs, li huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, iżda mhux ċar jekk din il-pjattaforma hux ser tkompli wara din il-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-KESE fil-passat kien favur forum tas-soċjetà ċivili akbar u aktar ambizzjuż minn dak li finalment ġie maħluq (2).

2.4.

Fil-livell nazzjonali, il-grad tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-SDGs huwa differenti (3). Xi Stati Membri diġà adottaw strateġiji nazzjonali komprensivi għal żvilupp sostenibbli, u f’xi każijiet, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, kif ukoll il-partijiet interessati kkonċernati wkoll qed iwettqu inizjattivi tal-SDGs biex iqajmu kuxjenza. Hemm ir-riskju ta’ nuqqas ta’ koerenza bejn l-approċċi nazzjonali għaliex ma hemm l-ebda qafas Ewropew. Il-KESE jappella għall-integrazzjoni ta’ żvilupp sostenibbli fil-politiki nazzjonali u għas-soċjetà ċivili organizzata sabiex tkun involuta b’mod sħiħ fid-disinn u l-implimentazzjoni f’konformità ma’ strateġija komprensiva tal-UE.

3.   Il-passi li jmiss

3.1.

Fit-13 ta’ Settembru 2017, il-President Juncker ħabbar Dokument ta’ Riflessjoni “Lejn Ewropa Sostenibbli sal-2030, dwar is-segwitu tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU, inkluż il-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima”, li ser jiġi ppubblikat matul ix-xitwa tal-2018. Fil-fażi ta’ tħejjija, il-Kummissjoni qed tqis il-fehmiet tal-membri tal-Pjattaforma ta’ Bosta Partijiet Interessati dwar l-SDGs. Il-membri tal-Pjattaforma qed jipproponu suġġerimenti dwar kif tista’ tittejjeb il-governanza tal-UE fir-rigward tal-SDGs (eż. l-adozzjoni ta’ strateġija komprensiva), rakkomandazzjonijiet ta’ politika u kif għandu jevolvi sett ta’ għodod tal-UE sabiex jikkoordina l-politiki, il-monitoraġġ u r-responsabbiltà.

3.2.

L-implimentazzjoni tal-SDGs tinkludi għanijiet ekonomiċi, soċjali, politiċi u ambjentali li ser jirrikjedu bidliet fundamentali fis-soċjetajiet Ewropej u fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE.

3.3.

Dibattiti dwar il-futur tal-Ewropa qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019 huma kruċjali biex titqajjem kuxjenza dwar l-iżvilupp sostenibbli fost iċ-ċittadini. Il-partiti politiċi Ewropej għandhom jieħdu pożizzjoni u jindirizzaw l-iżvilupp sostenibbli fi ħdan il-manifesti tagħhom għall-elezzjonijiet.

3.4.

Barra minn hekk, il-KESE jqis li l-Kummissjoni Ewropea futura u l-Parlament Ewropew il-ġdid, li se jirriżultaw mill-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, għandhom iqiegħdu l-integrazzjoni aħjar tal-SDGs fil-politiki tal-UE bħala prijorità. Il-KESE jħeġġeġ lill-Parlament Ewropew biex isaħħaħ il-kapaċità tiegħu biex jimmonitorja u jissorvelja l-progress tal-SDGs u biex jerfa’ r-responsabbiltà għall-għanijiet. Fir-rigward tal-Kummissjoni, huwa rrakkomandat ukoll li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Viċi President inkarigat mill-iżvilupp sostenibbli u li jsir ristrutturar tal-portafolli tad-DĠs biex jiġi ċċarat min hu responsabbli għal kull wieħed mill-SDGs.

3.5.

Id-deċiżjoni finali dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-perjodu 2021-2027 se turi jekk l-UE hix se tkun kapaċi twettaq l-impenji tagħha tal-Aġenda 2030. Il-QFP huwa kruċjali biex tiġi żgurata l-integrazzjoni tal-SDGs. Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikata f’Mejju 2018 tmur fid-direzzjoni t-tajba, iżda titlef l-opportunità li tagħmel l-Aġenda 2030 il-prijorità tal-aġenda Ewropea. Lil hinn miż-żieda proposta limitata fil-mira tal-integrazzjoni tal-klima, il-QFP il-ġdid għandu jalloka riżorsi finanzjarji rilevanti għall-iżvilupp sostenibbli u jiżgura wkoll li l-ebda finanzjament ma jimmina l-implimentazzjoni tal-SDGs. Il-finanzjament jeħtieġ li jkun disponibbli għall-implimentaturi tal-SDGs, inklużi l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali, in-negozji u l-NGOs għal proġetti innovattivi u skalabbli.

3.6.

L-UE għaddejja minn kriżi politika u istituzzjonali kbira u qed tiffaċċja sfidi bħal inugwaljanzi soċjali li qed jikbru; problemi ambjentali; nuqqas ta’ fiduċja fil-gvern u l-UE (4). Sabiex tegħleb din is-sitwazzjoni, l-UE jeħtieġ li tiżviluppa narrattiva ġdida li tkun kapaċi tipprovdi soluzzjonijiet konkreti għall-isfidi li qed jiffaċċjaw is-soċjetajiet tagħna. Id-dibattiti li għaddejjin dwar il-ġejjieni tal-Ewropa għandhom jikkontribwixxu għal din in-narrattiva ġdida, filwaqt li jqisu l-Aġenda 2030 u s-6 Xenarju tal-Ewropa (5), sabiex l-UE ssir xprun għas-sostenibbiltà. Hemm il-ħtieġa ta’ tmexxija akbar mill-Kapijiet ta’ Stat Ewropej sabiex jagħmlu l-SDGs parti ċentrali tad-diskors politiku u l-viżjoni tagħhom għall-Ewropa.

3.7.

L-Aġenda 2030 hija bbażata fuq il-valuri fundamentali Ewropej tad-demokrazija u l-parteċipazzjoni, il-ġustizzja soċjali, is-solidarjetà u s-sostenibbiltà, ir-rispett għall-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, kemm fl-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja. In-narrattiva l-ġdida tal-iżvilupp sostenibbli għandha tipprovdi liċ-ċittadini bi tweġibiet dwar kif l-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili organizzata qed jippjanaw biex jindirizzaw l-aspirazzjoni tagħhom għall-benesseri ambjentali, soċjali u ekonomiku tagħhom.

4.   Il-kwistjoni tal-indikaturi

4.1.

Il-KESE jqis li l-approċċ meħud fir-rigward tal-indikaturi tal-SDGs tal-UE għandu jmur lil hinn mis-sempliċi evalwazzjoni billi jikkontribwixxi għall-formulazzjoni u t-tiswir tal-politika, u mhux ikun sempliċement għodda ta’ rappurtar biss. L-indikaturi għandhom jgħinu lil dawk li jfasslu l-politika tal-UE biex jiddefinixxu politiki futuri u biex jippjanaw kif jistgħu jintlaħqu aħjar l-objettivi tal-SDGs. L-indikaturi għandhom jgħinu wkoll lil dawk li jfasslu l-politika sabiex jidentifikaw devjazzjonijiet fil-progress lejn l-SDGs u jintroduċu bidliet politiċi meħtieġa fil-ħin sabiex l-għanijiet jintlaħqu sal-2030.

4.2.

Fil-fehma tal-KESE, ir-Rapport ta’ Monitoraġġ 2017 tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli f’kuntest tal-UE tal-Eurostat huwa bidu tajjeb iżda hemm lok għal titjib. Jeħtieġ li nkomplu nibnu fuqu billi ntejbu l-indikaturi. Il-metodu attwali li jevalwa l-progress (jiġifieri 1 % ta’ bidla pożittiva) fin-nuqqas ta’ miri kwantifikati tal-UE huwa potenzjalment qarrieqi, għaliex ma jipprovdi l-ebda informazzjoni dwar id-distanza sal-SDGs, b’differenza minn rapporti oħrajn. Pereżempju, filwaqt li l-Eurostat jikkonkludi li fl-Ewropa hemm progress sinifikanti dwar l-SDG12 (6), sorsi oħrajn, bħall-OECD, jaslu għal konklużjonijiet differenti (7). Ir-rapport ta’ monitoraġġ jeħtieġ li jagħmel aktar biex jiċċara n-natura integrata tal-aġenda, fejn l-isforzi jeħtieġ li jsaħħu kull għan u mhux jimminaw kwalunkwe wieħed minnhom. Filwaqt li huwa siewi, l-użu tal-indikaturi trasversali mhuwiex biżżejjed biex jipprovdi informazzjoni dwar is-sinerġiji u d-dilemmi fost il-għanijiet. Barra minn hekk, ir-rapport għandu jivvaluta l-effetti kollaterali fuq l-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi msieħba u jimmonitorja l-koerenza tal-politiki bejn objettivi ta’ politika esterna u domestika importanti. Fl-aħħar nett, l-indikaturi għandhom ikunu kapaċi jagħmlu paragun bejn il-pajjiżi Ewropej, jidentifikaw diverġenzi fl-implimentazzjoni tal-SM u jkunu aġġornati ta’ spiss sabiex ikunu bbażati fuq l-aqwa xjenza/għarfien/informazzjoni disponibbli.

4.3.

Sabiex wieħed ikollu sett koerenti ta’ indikaturi li jipprovdu stampa ċara tal-implimentazzjoni tal-SDGs fil-livell tal-UE, huwa kruċjali li tinħoloq sistema komprensiva ta’ indikaturi li jkopru l-livell Ewropew u dak nazzjonali. L-ewwel nett, l-indikaturi attwali użati għal oqsma differenti ta’ politika fil-livell tal-UE jeħtieġ li jkunu armonizzati, jew tal-inqas interkonnessi, mal-indikaturi tal-SDGs tal-UE. Pereżempju, settijiet rilevanti ta’ indikaturi bħal tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali jew l-indikaturi tal-Bijodiversità Ewropea jeħtieġ li jkollhom rabta mal-indikaturi tal-SDGs tal-UE u r-relazzjoni tagħhom jeħtieġ li tkun definita b’mod ċar. It-tieni nett, l-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli għandhom jużaw l-istess indikaturi jew tal-inqas indikaturi komparabbli mal-indikaturi tal-SDGs tal-UE. Jekk dan ma jkunx il-każ, se jkun hemm riskju serju ta’ inkonsistenza bejn l-approċċi differenti meħudin fost l-Istati Membri. It-tielet nett, l-UE jeħtieġ tiżgura proċess komprensiv għar-rapportar lill-Forum Politiku ta’ Livell Għoli tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun kapaċi tipprovdi stampa ċara tal-implimentazzjoni tal-SDGs fil-livell tal-UE u fl-Istati Membri kollha.

4.4.

Il-KESE jqis li ċerti limitazzjonijiet fir-rigward tal-proċess tad-definizzjoni tal-indikaturi jeħtieġ li jiġu indirizzati. L-Eurostat u l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika għandhom riżorsi umani u finanzjarji limitati għall-ġbir ta’ data ġdida u għalhekk mhux dejjem possibbli li jiġu prodotti indikaturi ġodda u aktar immirati. Skont ir-Rapport Annwali tal-2017 mill-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika lill-Parlament Ewropew, l-ispiża tas-sistema tal-istatistika tal-Ewropa tammonta għal 0,02 % tal-PDG, u wara tnaqqis ta’ riżorsi umani b’rabta mal-awsterità baġitarja, l-għadd tal-persunal għadu ma rritornax għal-livelli ta’ qabel il-kriżi ekonomika (8). Biex jittejjeb is-sett ta’ indikaturi, għandha tingħata prijorità akbar lill-iżvilupp tal-indikaturi sostenibbli, u għandu jkun allokat finanzjament adegwat għall-indikaturi tas-sostenibbiltà lill-uffiċċji tal-Eurostat u dawk nazzjonali tal-istatistika, f’konformità mal-miri li jikkonċernaw SDG17. Dan se jagħmilha possibbli biex jiżdiedu indikaturi ġodda li jistgħu jirrikjedu ġbir ta’ data addizzjonali.

4.5.

Fir-rigward tas-sett ta’ indikaturi attwali mill-Eurostat, il-KESE jidentifika għadd ta’ nuqqasijiet, li jeħtieġ li jiġu indirizzati, idealment bil-pubblikazzjoni tar-Rapport ta’ Monitoraġġ tal-2018 dwar il-progress lejn l-SDGs tal-Eurostat. l-oqsma ta’ titjib jinkludu:

Preżentazzjoni viżiva aktar objettiva tar-riżultati ġenerali biex tkun evitata impressjoni ħażina tal-Ewropa li fil-biċċa l-kbira tinsab fit-triq it-tajba fir-rigward tal-SDGs, li tikkontradixxi riċerka kwalitattiva jew tematika oħra kif ukoll perċezzjonijiet miċ-ċittadini;

Attenzjoni akbar għall-effetti kollaterali tal-mudell attwali ta’ żvilupp tal-Ewropa, pereżempju billi tkun żviluppata l-ħidma eżistenti tal-Eurostat fuq l-impronti, kif ukoll il-kontribut tal-Ewropa fl-appoġġ lill-pajjiżi msieħba biex jilħqu l-SDGs;

Approċċ aktar innovattiv għall-fehim tal-indiviżibilità tal-aġenda tal-SDG, lil hinn mill-indikaturi trasversali, li weħedhom ma jindikawx żbilanċi u kontradizzjonijiet bejn id-dimensjonijiet differenti ta’ sostenibbiltà u li ma għandhomx qafas xieraq biex jivvalutaw il-koerenza tal-politiki;

Aktar data dwar il-prestazzjoni tan-negozji, l-awtoritajiet lokali u l-NGOs;

Aktar informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-Istati Membri dwar l-SDGs, peress li l-medji ma jipprovdux l-istampa kompluta. L-għoti ta’ informazzjoni fil-livell nazzjonali huwa importanti wkoll ladarba l-Istati Membri għandhom kompetenza esklużiva fir-rigward ta’ għadd ta’ SDGs;

Indikaturi aħjar ta’ responsabbiltà għall-ilħuq tal-SDGs, f’konformità mal-SDG16 (9) u 17 (10), pereżempju rigward l-ispazju tas-soċjetà ċivili fl-Ewropa (11) u s-sħubijiet innovattivi;

Metodoloġija aktar robusta biex jitkejjel il-progress għall-SDGs fejn ma hemm l-ebda mira Ewropea, billi pereżempju l-prestazzjoni medja titqabbel ma’ dawk bl-aħjar prestazzjoni fost l-Istati Membri Ewropej jew miri indikaturi li ġejjin minn riċerka disponibbli jew impenji internazzjonali oħrajn.

4.6.

Filwaqt li serje fuq perjodu twil huma siewja, l-indikaturi għandhom jiġu riveduti u mtejba abbażi tal-identifikazzjoni ta’ sfidi ġodda u l-progress ta’ għarfien xjentifiku, inkluża data ġdida. Filwaqt li l-isforzi tal-Eurostat biex jinkludi indikaturi ġodda fl-2018 sejrin fid-direzzjoni t-tajba, ċarezza dwar il-proċess u l-iskedi ta’ żmien għall-inklużjoni ta’ indikaturi “sospiżi” hija kruċjali. Pereżempju, għandu jkun hemm pjan ta’ azzjoni u skeda ta’ żmien indikati għall-indikatur propost “il-firxa ta’ persuni mingħajr dar fl-UE”, irrakkomandat mill-FEANTSA (Federazzjoni Ewropea tal-Organizzazzjonijiet Nazzjonali li Jaħdmu mal-Persuni mingħajr Dar), li attwalment huwa elenkat bħala “sospiż”.

4.7.

Ir-rwol tas-soċjetà ċivili organizzata b’rabta mar-rapport annwali tal-Eurostat jeħtieġ li jissaħħaħ. L-Eurostat għandu jikkonsulta aktar mas-soċjetà ċivili dwar il-proċess tad-definizzjoni tal-indikaturi u dwar il-valutazzjoni tal-progress tal-indikaturi. Ġeneralment, is-soċjetà ċivili jeħtieġ li tiġi kkonsultata kmieni biżżejjed fil-proċess għal rakkomandazzjonijiet li għandhom jitqiesu u l-Eurostat jeħtieġ li jispjega għaliex ir-rakkomandazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tqiesu jew ma tqisux.

4.8.

X’inhu mmonitorjat u x’mhux immonitorjat, b’mod partikolarti, id-disinn u l-għażla tal-indikaturi, għandhom implikazzjonijiet politiċi sostanzjali (12). Għalhekk, il-proċess li bih l-Eurostat iħejji r-rapport annwali għandu jippermetti lis-soċjetà ċivili tikkontribwixxi b’interpretazzjoni kwalitattiva tal-indikaturi. Dan għandu jkun akkumpanjat minn stħarriġ frekwenti mill-Ewrobarometru, biex jivvaluta l-perċezzjonijiet taċ-ċittadini dwar il-progress li jkun qed isir.

4.9.

Il-KESE jirrealizza li s-soċjetà ċivili għandha kapaċità statistika limitata biex tipproponi indikaturi ġodda li jistgħu jissodisfaw il-kriterji statistiċi robusti tal-Eurostat. Madankollu, is-soċjetà ċivili hija kapaċi tiddefinixxi indikaturi utli li jużaw sorsi oħra lil hinn mid-data tal-Eurostat. Eżempju ta’ dan huma l-indikaturi li qed jiġu żviluppati min-Netwerk ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Minkejja dan, il-KESE jqis li hemm il-ħtieġa li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu appoġġjati b’miżuri ta’ bini ta’ kapaċità sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu aħjar għad-diskussjoni mal-Eurostat.

4.10.

Sabiex tiġi żgurata n-narrattiva ġdida b’saħħitha bbażata fuq żvilupp sostenibbli kif imsemmija hawn fuq, il-KESE jitlob titjib bil-mod li bih il-Kummissjoni Ewropea u l-Eurostat jikkomunikaw dwar il-progress tal-SDGs. Ir-rapport tal-Eurostat mhux kollu faċli biex jinqara u ma ġiex ikkomunikat b’mod wiesa’, u għalhekk jenħtieġ li jiġu esplorati modi ġodda biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwaru fost l-udjenzi u ċ-ċittadini mhux speċjalizzati. Prodotti oħrajn ta’ riċerka u komunikazzjoni għandhom ikunu esplorati bħala parti minn strateġija ambizzjuża ta’ sensibilizzazzjoni. Pereżempju, il-provvediment ta’ sezzjoni “monitoraġġ tas-soċjetà ċivili” fuq is-sit web tal-SDG tal-Eurostat jippermetti sjieda konġunta interattiva tal-monitoraġġ tal-għanijiet.

4.11.

Il-KESE jirrikonoxxi li r-rapport annwali tal-Eurostat ma jinkorporax, u lanqas jista’ jinkorpora, informazzjoni kwalitattiva. Sabiex ikun kopert dan in-nuqqas (kif ukoll biex jissaħħaħ l-involviment tas-soċjetà ċivili), il-KESE jipproponi li l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-SDGs għandu jkun komplementat b’rapport parallel, kwalitattiv, indipendenti u separat żviluppat b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili. Dan ir-rapport parallel għandu jiffoka: a) fuq il-forniment ta’ riflessjoni dwar u l-analiżi tar-rapport tal-Eurostat; b) biex jikkomplementa r-rapport tal-Eurostat b’informazzjoni kwalitattiva li ġejja mis-soċjetà ċivili organizzata; u c) fuq il-provvediment tal-interpretazzjoni tal-progress tas-soċjetà ċivili lejn l-implimetazzjoni tal-SDGs. Attwalment il-KESE qed iwettaq studju dwar l-involviment tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-SDG (mistenni li jiġi ffinalizzat sa Novembru 2018), li se jesplora speċifikament u jipproponi approċċ metodoloġiku għat-tħejjija ta’ dan ir-rapport kumplimentari għar-rapport annwali tal-Eurostat.

4.12.

Ir-responsabbiltà tinsab fil-qalba tal-aġenda tal-SDG. Strateġija tal-SDG ambizzjuża jeħtieġ li tkun ikkomplementata minn qafas ta’ responsabbiltà b’saħħtu fejn is-soċjetà ċivili organizzata għandha rwol ewlieni. Dan jirrikjedi li titqajjem sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini madwar l-Unjoni kif ukoll stħarriġ ta’ opinjoni u mekkaniżmi oħrajn ta’ feedback taċ-ċittadini. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni Ewropea (f’kollaborazzjoni mal-KESE) għandha torganizza Summit tal-SDGs biex twettaq avveniment ta’ rendikont annwali mal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, is-soċjetà ċivili, in-negozji u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, u biex tieħu l-impenn għal djalogu inklużiv u regolari mal-partijiet interessati. Finalment, għandu jiġi promoss l-iskambju ta’ prattiki tajba tal-involviment tas-soċjetà ċivili fil-valutazzjoni tal-SDGs. Il-KESE jista’ jkollu rwol ewlieni fl-appoġġ tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-iskambju ta’ dawn it-tipi ta’ esperjenzi, il-ħolqien ta’ sinerġiji, iż-żieda tal-għarfien u s-sensibilizzazzjoni, u l-promozzjoni tal-kollaborazzjoni.

5.   L-integrazzjoni tal-SDGs fil-governanza tal-UE

5.1.

Is-sistema ta’ governanza attwali tal-UE għandha tkun adattata sabiex tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030. Sabiex jinkiseb dan, l-istituzzjonijiet kollha tal-UE għandhom jieħdu passi sabiex jiżguraw ħidma koordinata fuq il-progress lejn l-SDGs.

5.2.

Minkejja t-tmexxija tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, jidher ċar li hemm livell baxx ta’ proċedura ta’ xiri sfurzat fost diversi dipartimenti tal-Kummissjoni, li jxekkel il-progress. L-istess jista’ jingħad dwar il-Parlament, li għandu jistabbilixxi proċess kredibbli fost il-kumitati biex jiddiskutu l-implimentazzjoni tal-SDG. Finalment, il-grupp ta’ ħidma dwar l-SDGs fi ħdan il-Kunsill Ewropew, li huwa milqugħ, jeħtieġ li jiżgura integrazzjoni adegwata tal-SDGs fil-materji kollha tal-Kunsill Ewropew, pereżempju l-futur tal-PAK, il-politika ta’ koeżjoni, il-politika tat-trasport (13), ir-relazzjonijiet esterni (14) u l-QFP li jmiss għall-2021–2027.

5.3.

Strateġija tal-UE komprensiva futura għal żvilupp sostenibbli għandu jkollha rwol kruċjali fl-integrtazzjoni tal-SDGs fil-politika kollha tal-UE u tipprovdi l-qafas għall-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-UE u dik nazzjonali tal-SDGs. Kif imsemmi, l-istrateġija għandha tistabbilixxi miri, il-mezzi biex tindirizzahom u sett koerenti ta’ indikaturi li għandu jintuża sabiex jiġi mmonitorjat il-progress. Il-KESE jaqbel mal-Kunsill dwar il-ħtieġa li jiġi żviluppat “qafas ta’ indikaturi ta’ referenza” (15).

5.4.

Kif imsemmi, dan il-qafas ta’ indikaturi ta’ referenza għandu jintegra l-indikaturi Ewropej relevanti kollha użati attwalment f’oqsma ta’ politika differenti u jiddefinixxi l-interkonnessjonijiet bejn l-indikaturi eżistenti u l-indikaturi tal-SDGs. Pereżempju, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura l-allinjament u l-koerenza b’mod sħiħ bejn it-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali u l-indikaturi tal-SDGs tal-UE. Attwalment, mit-12-il indikatur tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali, tmienja huma inklużi kompletament jew parzjalment fis-sett tal-SDG tal-UE.

5.5.

Il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-SDGs għandhom jiġu integrati fil-proċess tas-Semestru Ewropew, kif talab ripetutament il-KESE (pereżempju l-Opinjonijiet tal-KESE NAT/693 (16), NAT/700 (17), SC/047 (18), SC/050 (19)). Dan għandu jinkludi proċess ta’ skrutinju għall-adegwatezza tal-istrateġiji ta’ implimentazzjoni tal-SDGs fil-livell tal-Istati Membri. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirċievu linji gwida komuni u għandhom ikunu sorveljati sabiex l-isforzi kollha jimxu fl-istess direzzjoni. Barra minn hekk, l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri għandu jiġi promoss. Is-Semestru Ewropew għandu jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu b’mod sħiħ lil hinn mid-dimensjoni ekonomika tradizzjonali u jintegra kompletament d-dimensjonijiet soċjali u ambjentali, fuq l-istess livell ta’ importanza fil-kuntest ta’ strateġija ta’ żvilupp sostenibbli komprensiva futura. Konsegwentement, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għandhom ikunu konsistenti mal-SDGs kif ukoll l-analiżi mwettqa fir-rapporti tal-pajjiżi fi ħdan il-proċess tas-Semestru Ewropew.

5.6.

Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) maħluq reċentement għandu l-għan li jgħin lill-Istati Membri jimplimentaw riformi istituzzjonali, strutturali u amministrattivi. Huwa mistenni li l-SRSP se jaqdi rwol rilevanti fis-snin li ġejjin. Kif diġà ġie enfasizzat mill-KESE (20) u r-rapport ta’ Falkenberg (21), l-SRSP għandu jassumi li kwalunkwe riforma appoġġjata jeħtieġ li tkun koerenti mal-Aġenda 2030 u mal-SDGs.

5.7.

Sabiex jiġi żgurat li l-SDGs jiġu integrati fil-politiki kollha tal-UE, l-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar jeħtieġ li tiġi adattata kif xieraq sabiex jiġi żgurat approċċ komprensiv u olistiku għall-SDGs. Il-KESE jqis li l-prinċipji tal-SDG għandhom jissemmew b’mod espliċitu fil-linji gwida u s-sett ta’ għodod dwar Regolamentazzjoni Aħjar. Barra minn hekk, il-metodoloġiji ta’ Regolamentazzjoni Aħjar għandhom jiġu riveduti sabiex jiġi żgurat li jkunu kapaċi jivvalutaw objettivi fit-tul u jkejlu d-distanza lejn l-ilħuq tal-SDGs. Finalment, għandha tingħata aktar attenzjoni għall-koerenza tal-politiki bħala għodda għall-implimentazzjoni tal-SDGs, billi jintuża, pereżempju, il-qafas tal-OECD dwar Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp Sostenibbli (PCSD).

5.8.

Meta tipproponi inizjattivi leġislattivi jew ta’ politika, il-Kummissjoni Ewropea għandha tindika b’mod ċar liema SDG qed ikun immirat u twettaq test ta’ sostennibbiltà biex tivvaluta l-impatt mistenni fuq l-SDGs (bħala parti mill-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt, maħsub biex jivvaluta d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta’ proposti). Il-problemi ewlenin fl-implimentazzjoni tal-SDGs li l-politika proposta għandha l-għan li tindirizza għandhom jiġu identifikati. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu adattati l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-UE attwali sabiex jitkejjel il-progress lejn l-ilħuq tal-SDGs u biex jiġu rakkomandati modifiki tal-politika li għandhom impatt akbar fil-promozzjoni tal-SDGs.

5.9.

Il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) tal-Kummissjoni għandu jintegra wkoll il-perspettiva tal-iżvilupp sostenibbli. Il-ħidma tal-programm REFIT għandha tiżgura li kwalunkwe semplifikazzjoni u aġġornament proposti tal-liġi tal-UE jkunu koerenti u jikkontribwixxu għall-SDGs.

Brussell, id-19 ta’ Settembru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Luca JAHIER


(1)  “Sustainable development in the European Union: Monitoring report on progress towards the SDGs in an EU context” (L-iżvilupp sostenibbli fl-Unjoni Ewropea: Rapport ta’ monitoraġġ dwar il-progress lejn l-SDGs fil-kuntest tal-UE). edizzjoni 2017”.

(2)  Opinjoni tal-KESE dwar il-passi li jmiss għal futur Ewropew sostenibbli (ĠU C 345, 13.10.2017, p. 91).

Opinjoni tal-KESE dwar Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar l-Iżvilupp Sostenibbli Ewropew (ĠU C 303, 19.8.2016, p. 73).

(3)  Il-KESE jiżviluppa mmappjar tal-inizjattivi ta’ żvilupp sostenibbli fil-livell nazzjonali. Sommarju tal-pajjiż għal kull Stat Membru ser ikun disponibbli fuq is-sit web tal-KESE.

(4)  Opinjoni tal-KESE dwar it-tranżizzjoni lejn futur Ewropew iżjed sostenibbli, SC/047 (ĠU C 81, 2.3.2018, p. 44).

(5)  http://www.foeeurope.org/sites/default/files/other/2017/6th_scenario_future_of_europe.pdf

(6)  SDG12. Konsum u produzzjoni responsabbli.

(7)  Ara pereżempju l-OECD. 2017. Measuring Distance to the SDG Targets: an assessment of where OECD countries stand. (Il-Kejl tad-distanza sal-miri tal-SDGs: valutazzjoni tl-pożizzjoni tal-pajjiżi OECD).

(8)  Rapport Annwali ESGAB 2017, pp. 25-26.

(9)  SDG16. Paċi, Ġustizzja u Istituzzjonijiet b’Saħħithom.

(10)  SDG17. Sħubijiet għall-Għanijiet.

(11)  Nibnu fuq metodoloġiji eżistenti bħal CIVICUS monitor, https://civicus.org/index.php/what-we-do/innovate/civicus-monitor

(12)  Opinjoni tal-KESE dwar Il-passi li jmiss għal futur Ewropew sostenibbli, NAT/700 (ĠU C 345, 13.10.2017, 91).

(13)  Opinjoni tal-KESE dwar Ir-rwol tat-trasport biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli, u l-implikazzjonijiet konsegwenti għat-tfassil tal-politika tal-UE (ĠU C 367, 10.10.2018, p. 9).

(14)  Opinjoni tal-KESE dwar Sħubija AKP Mġedda, REX/485 (ĠU C 129, 11.4.2018, p. 76).

(15)  https://www.consilium.europa.eu/media/23989/st10370-en17.pdf

(16)  Opinjoni tal-KESE dwar Żvilupp sostenibbli: immappjar tal-politiki interni u esterni tal-UE, NAT/693 (ĠU C 487, 28.12.2016, p. 41).

(17)  Opinjoni tal-KESE dwar Il-passi li jmiss għal futur Ewropew sostenibbli, NAT/700 (ĠU C 345, 13.10.2017, p. 91).

(18)  Opinjoni tal-KESE dwar it-tranżizzjoni lejn futur Ewropew iżjed sostenibbli, SC/047 (ĠU C 81, 2.3.2018, p. 44).

(19)  Opinjoni tal-KESE dwar Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2018, SC/50 (ĠU C 227, 28.6.2018, p. 95).

(20)  Opinjoni tal-KESE dwar Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali, ECO/398, (ĠU C 177, 18.5.2016, p. 47).

(21)  “Sustainability Now!” Noti Strateġiċi taċ-ĊESP. Ħarġa nru 18 (2016) http://www.eesc.europa.eu/sites/default/files/files/summary_conference_on_tsd_chapters_in_eu_trade_agreements.pdf


6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/22


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-kontribut taż-żoni rurali tal-Ewropa għas-Sena tal-Wirt Kulturali 2018 sabiex jiġu żgurati s-sostenibbiltà u l-koeżjoni rurali/urbana”

(Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2018/C 440/04)

Relatur:

Tom JONES

Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

15.2.2018

Bażi legali

Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

 

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent

Adottata fis-sezzjoni

5.9.2018

Adottata fil-plenarja

19.9.2018

Sessjoni plenarja Nru

537

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

201/2/7

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

1.1.

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-għażla tal-2018 bħala s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali u jfaħħar l-isforzi kollha mill-promoturi u l-organizzaturi fil-livelli kollha biex iżidu l-viżibbiltà u jiċċelebraw il-wirt kulturali varjat u għani tal-Ewropa (1).

1.2.

Il-KESE jħeġġeġ lill-partijiet interessati u lill-parteċipanti kollha sabiex jadottaw l-aktar definizzjoni wiesgħa possibbli tal-kultura u jinkludu liċ-ċittadini kollha.

1.3.

Din is-sena m’għandhiex tkun biss ċelebrazzjoni tal-passat, iżda għandha tippromovi wkoll espressjonijiet li qed jevolvu, ġodda u stimulanti ta’ ispirazzjoni u ta’ ħiliet tal-bniedem li ta’ spiss jinbtu mit-tradizzjonijiet inkorporati fil-wirt kulturali rurali ta’ kull pajjiż.

1.4.

Perjodu ta’ tnax-il xahar huwa qasir, iżda wieħed jittama li dawn l-isforzi u l-investimenti addizzjonali se jinċentivaw liċ-ċittadini biex jiffukaw fuq l-opportunitajiet relatati mal-wirt kulturali fiż-żoni rurali. Dan għandu jippermettilhom jibnu patrimonju soċjali u ekonomiku msaħħaħ u estetiku li jipprovdi benessri għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri. Issa li wasalna f’nofs triq, aktar minn 3 500 proġett irċevew it-tikketta tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali, fejn il-perċentwal ta’ proġetti rurali jvarja minn reġjun għal ieħor.

1.5.

Il-KESE japprova t-talba tal-Alleanza Ewropea għall-Kultura u l-Arti, ta’ Jannar 2018, sabiex l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri jiżguraw “appoġġ sostanzjali fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ta’ wara l-2020”. Huwa jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll l-impenn għall-kultura propost mill-Kummissjoni Ewropea fl-abbozz ta’ baġit tagħha ta’ Mejju 2018 u l-impenji tagħha permezz tal-Aġenda Ġdida għall-Kultura (2).

Rakkomandazzjonijiet

1.6.

Il-wirt kulturali rurali bir-rikkezza u d-diversità kollha tiegħu għandu jiġi rrikonoxxut b’mod formali għall-valur intrinsiku artistiku tiegħu u għall-kontribut ekonomiku u soċjali tiegħu għall-benessri taċ-ċittadini kollha Ewropej (3).

1.7.

L-investiment minn finanzjaturi pubbliċi għandu jiġi “vverifikat mil-lat rurali” sabiex meta jiġu żviluppati flussi ġodda ta’ finanzjament, dawn jinkludu l-appoġġ għall-kontribut kontinwu tal-familji u l-impjegati involuti fil-biedja u għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jinvolvu ħallieqa individwali, kif ukoll gruppi folkloristiċi, gruppi ta’ azzjoni lokali, u rziezet għal finijiet terapewtiċi. Dan jeħtieġ li jqis bis-sħiħ il-miżuri meħtieġa sabiex tittejjeb l-infrastruttura tal-wirt rurali.

1.8.

Il-flussi ta’ finanzjament eżistenti tal-UE, inkluż il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għandhom iqisu dejjem aktar il-kultura bħala li għandha valur orizzontali u għandhom jappoġġjaw proġetti kulturali, inklużi dawk li jipproteġu, jippromovu u jtejbu l-pajsaġġi bijodiversi. Ir-restawr tal-biedja pastorali u ta’ dwejriet remoti fil-Pirenej, il-vinji f’Santorini, il-protezzjoni ta’ mergħat komuni Șeica Mare (ir-Rumanija) huma eżempji tajba, bħalma huwa l-proġett kulturali Leader f’Lesvos (il-Greċja) li jappoġġja l-integrazzjoni tal-migranti. L-iskemi agroambjentali għandhom jibqgħu jibnu ħabitats ta’ artijiet agrikoli u l-ambjent mibni għandu jilħaq standards ogħla ta’ disinn, billi jirrispetta t-tendenzi kulturali tradizzjonali filwaqt li jkun rilevanti għall-użu modern.

1.9.

L-imsaġar, il-foresti u l-passaġġi fuq l-ilma sostenibbli jistħoqqilhom miżuri ta’ appoġġ sabiex jiġu evitati d-degradazzjoni u t-tniġġis. Għandhom jiġu pprovduti r-riżorsi sabiex jinżammu strixxi protettivi ta’ siġar u arbuxelli introdotti f’żoni rurali fil-passat (eż. fil-Polonja bbażati fuq il-kunċett Chłapowski Dezydery) li jnaqqsu l-erożjoni tal-ħamrija u l-emissjonijiet tas-CO2 u jgħinu biex tiżdied il-produzzjoni u jarrikkixxu l-pajsaġġ.

1.10.

Il-kontribut ta’ ġranet miftuħa għall-pubbliku fl-irziezet, iż-żjarat tal-iskejjel fiż-żoni rurali, il-wirjiet, l-artiġjanat u fieri u festivals kulturali oħra jgħinu liċ-ċittadini urbani jifhmu aħjar u japprezzaw aktar iż-żoni rurali u jistħoqqilhom appoġġ ta’ finanzjament pubbliku bħalma jistħoqqilhom il-miżuri li jibnu rabtiet bejn iċ-ċittadini rurali u urbani permezz ta’ proġetti kulturali.

1.11.

Għandhom jitħeġġu miżuri li jintroduċu kultura u tradizzjonijiet rurali lill-ġenerazzjonijiet ġodda permezz ta’ idjomi innovattivi u moderni u għandu jitkejjel il-benefiċċju ekonomiku u soċjali, billi tiġi kondiviża u ċċelebrata l-prattika tajba. L-artisti u atturi kulturali oħra li jispiraw, xi kultant minn postijiet oħra, għandhom jiġu appoġġjati biex jgħinu lill-komunitajiet jilħqu l-potenzjal sħiħ tal-assi kulturali lokali.

1.12.

It-telf serju tal-ħiliet tas-snajja’ jeħtieġ li jiġi indirizzat permezz ta’ investiment akbar fit-taħriġ, sabiex isiru trasferimenti interġenerazzjonali li jibnu fuq l-għarfien tal-passat u jħeġġu l-innovazzjoni. L-iskejjel rurali għandhom jgħallmu l-potenzjal tal-assi rurali f’dak li jirrigwarda l-impjieg kif ukoll opportunitajiet esterni f’dak li jirrigwarda karriera. Hemm sfida speċifika, mhux biss għall-bdiewa żgħażagħ, iżda għaż-żgħażagħ rurali kollha biex ikunu intraprenditorjali fir-rwol ta’ kustodja tagħhom li jħaddnu l-wirt tagħhom.

1.13.

Il-wirt kulturali rurali għandu jiġi promoss b’mod sostenibbli għall-finijiet tat-turiżmu, fost affarijiet oħra, sabiex iċ-ċittadini urbani jistgħu jitgħallmu japprezzaw il-valuri kulturali taż-żoni rurali u jagħżlu dejjem aktar djar rurali u jaħdmu f’insedjamenti iżjed remoti.

1.14.

Il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti kulturali rurali, inkluż il-wirt gastronomiku, għandha tiġi promossa u l-istatus ta’ marka ġeografika għandu jiġi protett, filwaqt li tingħata l-assigurazzjoni tal-kwalità u t-traċċabbiltà liċ-ċittadini.

1.15.

Il-volontarjat, il-parteċipazzjoni tal-komunità u l-intrapriżi soċjali kif ukoll in-negozji rurali privati għandhom jitħeġġu jiżviluppaw u jikkondividu l-attivitajiet kulturali tagħhom, inkluża l-promozzjoni tad-diversità tal-lingwi u d-djaletti, għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha. Il-komunitajiet rurali intelliġenti għandhom iħaddnu l-valur u l-potenzjal tal-assi kulturali lokali tagħhom u jfittxu opportunitajiet biex jikkooperaw ma’ gruppi simili fi nħawi oħra biex jiġu promossi l-kollegamenti, inkluż it-titjib tal-benefiċċju ekonomiku ta’ aktar opportunitajiet ta’ turiżmu.

1.16.

Filwaqt li l-proġetti li jikkommemoraw is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 x’aktarx se jkomplu fil-futur, huwa importanti li jingħata rendikont ċar u titwettaq evalwazzjoni tal-investiment u l-eżitu kwantifikabbli, filwaqt li jitqiesu l-fatturi ekonomiċi, soċjali u kulturali. Fl-2017, ġew allokati madwar EUR 8 miljun għas-Sena wara n-negozjati tat-Trilogu bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ikun ġust li wieħed jistenna li proporzjon kwantifikabbli ta’ dan l-appoġġ kien disponibbli għaż-żoni rurali.

1.17.

Tinħtieġ aktar riċerka sabiex tiġi kkwantifikata u mkejla l-kwalità tal-benefiċċji tal-wirt u tal-attività kulturali kontinwa għall-benessri taċ-ċittadini u jiġu appoġġjati soluzzjonijiet għall-azzjoni futura. Id-difensuri stojċi tal-wirt jeħtieġu appoġġ biex jilqgħu migranti ġodda u tradizzjonijiet kulturali differenti.

1.18.

Tinħtieġ azzjoni urġenti fir-rigward tal-konnettività tat-trasport u l-infrastruttura diġitali li hija essenzjali għall-insedjament fiż-żoni rurali u għall-iżvilupp tat-turiżmu kulturali.

2.   Introduzzjoni

2.1.

Din l-Opinjoni tiffoka speċifikament fuq il-firxa wiesgħa ta’ assi u talent li għandhom iż-żoni rurali u ċ-ċittadini tagħhom, u se tikkontribwixxi għall-wirt kulturali tal-Ewropa u fuq kif din id-definizzjoni wiesgħa tal-kultura tikkontribwixxi għal ruralità aktar vijabbli u prosperuża. Aħna nappoġġjaw il-Karta Pan-Ewropea għall-wirt kulturali li tippromovi żvilupp spazjali sostenibbli (4) u r-referenza fid-Dikjarazzjoni ta’ Cork 2.0 tal-2016 li tgħid li l-ġestjoni tal-art taqdi rwol essenzjali fl-interazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-ambjent. Il-politiki jridu jinċentivizzaw l-għoti ta’ beni pubbliċi ambjentali, inkluża l-preservazzjoni tal-wirt naturali u kulturali tal-Ewropa.

2.2.

Din l-inizjattiva għandha tkun soġġetta għal “verifika rurali” u l-KESE jinsab imħasseb dwar il-fatt li għarfien suffiċjenti dwar is-Sena mhux se jilħaq il-gruppi ta’ komunitajiet żgħar f’villaġġi u bliet żgħar fil-ħin sabiex dawn iħejju u jiċċelebraw il-firxa wiesgħa ta’ assi kulturali madwarhom. Din is-Sena m’għandhiex tkun biss ċelebrazzjoni tal-passat, iżda għandha tippromovi wkoll espressjonijiet li qed jevolvu, ġodda u stimulanti ta’ ispirazzjoni u ta’ ħiliet tal-bniedem li ta’ spiss jinbtu mit-tradizzjonijiet inkorporati fil-wirt kulturali rurali ta’ kull pajjiż.

2.3.

L-elenkar ta’ attivitajiet kulturali eżistenti u t-tagħlim minn proġetti ta’ suċċess għandhom valur reali, iżda ċ-ċelebrazzjonijiet tal-2018 għandhom jinkludu wkoll avvenimenti kulturali ġodda u innovattivi li jibnu fuq il-passat u jittrasferixxu l-wirt kulturali lil ġenerazzjonijiet ġodda b’mod kontemporanju, filwaqt li jagħtu opportunitajiet ġodda liż-żoni rurali. Il-Programm Ewropa Kreattiva għandu żewġ proġetti rurali, “Roots and Roads” (l-Oriġini u l-Perkorsi) u “Food is Culture” (l-Ikel huwa Kultura) li, jekk jirnexxu, jistgħu jikkontribwixxu għat-tagħlim u l-iżvilupp.

2.4.

Filwaqt li huwa diffiċli li jiġu kkwantifikati l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali ta’ attività kulturali, (aktar minn 300 000 impjieg marbuta direttament mal-kultura Ewropea), l-OECD temmen li l-kultura għandha tintuża bħala indikatur tal-benessri u huwa importanti għall-organizzaturi tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 li jwettqu xi analiżijiet li jistgħu jiġġustifikaw investiment pubbliku futur. Għandu jingħata rendikont ċar ta’ kif is-sena rnexxielha tilħaq żoni rurali u remoti u kif kwalunkwe legat ta’ prattika tajba bħall-proġetti AlpFoodway (5) u Terract (6) jista’ jservi bħala bażi għal prijoritizzazzjoni futura fil-livell Ewropew u reġjonali.

3.   Kummenti ġenerali u speċifiċi

3.1.

Il-pajsaġġi rurali, il-mużajk ta’ strutturi ġeoloġiċi naturali u impronti umani tal-agrikoltura, il-forestrija, l-għadajjar, ix-xmajjar u l-insedjamenti mibnija jipprovdu, forsi, l-akbar wirt kulturali li jeżisti. Minn parks nazzjonali u s-siti ta’ Natura 2000 għal spazji ekoloġiċi urbani periferiċi, hemm sbuħija diversa li għandha tiġi apprezzata, sors ta’ ispirazzjoni għal ġenerazzjonijiet ta’ artisti, mużiċisti, awturi, żeffiena, u għalina lkoll, li ma naqgħux f’waħda minn dawn il-kategoriji. L-Aġenda Ġdida tal-Kummissjoni għall-Kultura hija pjuttost konċiża fir-rigward tal-perspettivi rurali. Madankollu, din tiddikjara li “ir-restawr u l-aġġornament tal-wirt kulturali u naturali jikkontribwixxu […] [għat]-tkabbir u għas-sostenibbiltà. Ġestjoni integrata ta’ assi kulturali u naturali tinkoraġġixxi lin-nies biex jiskopru u jimpenjaw ruħhom mat-tnejn”. Il-poplu Mayangna tan-Nikaragwa juża l-istess kelma għan-natura u l-kultura. Din hija ċittadinanza ekoloġika.

3.2.

Il-komunitajiet rurali saħansitra jżidu valur mal-pajsaġġi. Huma dawk il-persuni li jiġġestixxu l-biedja u l-imsaġar, l-impjegati u l-artiġjani – irġiel u nisa – li ffurmaw dawn il-pajsaġġi, ġenerazzjonijiet ta’ persuni tas-sengħa li utilizzaw bis-sħiħ l-art u l-ilma għall-ikel, għall-kenn u biex jiġġeneraw introjtu. L-idea, pereżempju, ta’ żoni ta’ veġetazzjoni u arbuxelli biex jippreżervaw il-ħamrija żviluppata fil-Polonja tad-19-il seklu, tat lill-panoramika reċenti il-karatteristiċi distintivi tagħha. Dawn fasslu l-konfini tal-għelieqi permezz ta’ ġebel u fergħat, u bnew matmuri tal-qamħ u ħwienet tax-xogħol. Dawn kabbru, tul ġenerazzjonijiet suċċessivi, razez lokali ta’ bhejjem adattati għall-art u l-klima u mmaniġġjaw il-veġetazzjoni. Huma żviluppaw tradizzjonijiet gastronomiċi u folkloristiċi li huma speċifiċi għal-lokalitajiet. Aħna writna wkoll wirt għani ta’ bini sabiħ – djar kbar, kastelli, knejjes, iżda wkoll dwejriet tar-raħħala, imtaħen u ħwienet rurali żgħar, bħal dawk restawrati bir-reqqa fil-Mużew St Fagan Folk Museum f’Wales. Ħafna drabi l-manutenzjoni ta’ arkitettura storika simili ssir permezz ta’ investiment privat, b’xi appoġġ pubbliku u karitatevoli essenzjali. Proġett innovattiv fit-Tramuntana ta’ Wales jutilizza l-enerġija rinnovabbli minn qiegħ il-baħar għ-tisħin u b’hekk għat-tnaqqis fl-ispejjeż f’Plas Newydd, dar ta’ interess pubbliku tan-National Trust (7). Iċ-ċelebrazzjoni tal-imgħoddi u l-preżent għandha tittex li tibbilanċja l-aspett idealistiku mar-realtà tal-ġlieda u l-isforzi tal-bniedem.

3.3.

Aħna napprezzaw l-isforzi kollha, inklużi dawk tal-Alleanza tal-Wirt Ewropew, sabiex dan il-wirt jinżamm b’mod sensittiv. Ir-restawr jinkludi l-ħtieġa għal awtoritajiet tal-ippjanar li jappoġġjaw il-wirt, biex b’hekk jiġu żgurati konverżjonijiet tal-bini li jsiru b’mod sensittiv. Il-proġett REVAB ikkofinanzjat mill-Programm Erasmus jipprovdi taħriġ biex itejjeb il-potenzjal għall-użu mill-ġdid ta’ bini agrikolu mhux meħtieġ, u b’hekk isalvah milli jinqered.

3.4.

In-nies rurali ħolqu l-kultura tagħhom stess, li tirrifletti x-xogħol, ir-rikreazzjoni u l-isfidi soċjali tagħhom, fil-forom kollha tal-attività tal-arti, tal-isport u tal-komunità ġenerali. Ħafna drabi ż-żoni rurali huma riżervi importanti għad-diversità ta’ lingwi u djaletti minoritarji. L-ismijiet tal-postijiet tal-villaġġi, l-irziezet u l-għelieqi għandhom tifsira sinifikanti li jistħoqqilhom jiġu mifhuma u rrispettati. Dawn ħolqu, u għadhom joħolqu, legat ta’ valur lis-soċjetà b’mod ġenerali.

3.5.

Madankollu, anke l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom jevolvu u xi kultant jisparixxu. Mhux il-pajsaġġi kollha jinżammu f’kundizzjoni perfetta. Xi wħud jaffaċċjaw sfruttament industrijali, gwerer u sakkeġġ, sal-ħerba li jħallu warajhom in-nixfa, l-għargħar u n-nirien, u saħansitra l-isfruttament eċċessiv ikkawżat minn attivitajiet marbutin ma’ turiżmu eċċessiv u kkonċentrat. Dawn ilkoll għandhom storja x’jirrakkontaw u lezzjonijiet x’jitgħallmu. Il-mitigazzjoni tal-impatt tat-tibdil fil-klima se tirrikjedi intervent pożittiv sabiex tinżamm id-diversità u għażla ta’ esperjenzi. Iż-żamma ta’ rabtiet mal-passat hija identifikata bħala “l-għoti ta’ beni pubbliċi” u l-pajsaġġi jsiru degradati jekk ma jkunx hemm bijodiversità sostenibbli, ippjanar sensittiv u aċċess ġestit. Anke l-manifest tal-kultura artistika jisfaxxa fix-xejn hekk kif il-popolazzjonijiet rurali jaqgħu taħt il-livelli sostenibbli.

3.6.

Il-Eurostat 2017 jinnota li aktar minn terz tal-Ewropej ma jiħdux sehem f’attivitajiet kulturali, u din hija r-raġuni għaliex l-iżvilupp ta’ turiżmu rurali u kulturali, marbut ma’ attivitajiet ta’ saħħa u rikreazzjoni huwa, u se jkun, rabta ewlenija bejn il-persuni urbani u dawk rurali. Il-belt ta’ Galway hija eżempju tajjeb ta’ sħubijiet kulturali rurali u urbani u l-inizjattiva Kapitali Ewropea tal-Kultura (pereżempju Plovidv, il-Bulgarija, u Matera, l-Italja, fl-2019) għandha dejjem turi karatteristiċi kulturali rurali kif ukoll tal-belt. F’Wales, il-Korp Statutorju tal-Wirt, CADW, għandu inizjattiva ta’ ġranet miftuħa għall-pubbliku, li tagħmel parti minn proġett ta’ 50 pajjiż li jgħin liċ-ċittadini jsegwu l-passi tal-bidla, biex jifhmu aħjar l-eżistenza tagħhom – “biex tippjana l-futur tiegħek jeħtieġ li tifhem il-passat tiegħek”.

3.7.

Fil-Greċja, hemm eżempju ieħor ta’ għarfien kondiviż, fl-Art Farm (8), żviluppat minn Sotiris Marinis. Fil-villaġġ ta’ Megali Mantineia, fil-Punent ta’ Mani, dan bena djar fis-siġar u ċentru ta’ taħriġ, filwaqt li jipprattika l-prinċipju li “esperjenza hawnhekk teduka dwar il-wirt rurali u kulturali”.

3.8.

It-turiżmu kulturali rurali huwa fornitur tar-riżorsi ekonomiċi u soċjali eżistenti u li qed jiżdied, kif ukoll il-bażi ta’ investiment konġunt. Ir-responsabbiltà għall-protezzjoni u l-appoġġ tal-wirt kulturali tal-Ewropa hija kompetenza nazzjonali, reġjonali u lokali u l-fatt li ċ-ċittadini jħossuhom kburin huwa essenzjali. L-istituzzjonijiet Ewropej jistgħu jippromovu sens ta’ valuri komuni Ewropej u jinċentivaw u jippromovu prattika tajba u esperjenzi kondiviżi (9). Riċetti kulinari, birer u nbejjed, kostumi u mużika tradizzjonali u reġjonali, kif murija fil-Ġimgħa Ekoloġika (10) ta’ Berlin, jattiraw eluf ta’ viżitaturi internazzjonali annwali u jgħinu jorbtu l-preżent mal-passat. Ir-rabta tal-ikel u tal-prodotti artiġjanali tal-produtturi rurali direttament mal-konsumaturi lokali permezz tas-swieq tal-bdiewa u l-bejgħ fuq l-Internet qed issir dejjem aktar popolari – pereżempju l-gruppi tal-ikel lokali REKO fil-Finlandja.

3.9.

Postijiet fejn wieħed jista’ joqgħod għal kwiet, jisma’ u jara l-għasafar u jesperjenza l-imsaġar – id-diversità tal-foresti kif ukoll l-ispeċijiet tal-pjanti għall-użu mediċinali – ilkoll jikkontribwixxu għal żieda fil-kurżità, l-esplorazzjoni u l-benessri taċ-ċittadini. It-twessigħ tal-firxa ta’ opportunitajiet u skoperta għandu jgħin sabiex tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva ta’ żjarat f’siti vulnerabbli. Dan jibni valur ekonomiku u ta’ impjieg miżjud, abbażi ta’ assi rurali ewlenin, f’żoni aktar remoti, valur li diġà huwa apprezzat minn villaġġi u komunitajiet intelliġenti. Fiż-żoni muntanjużi tal-Lombardia, il-proġett AttivAree iżid is-sens ta’ appartenenza tal-persuni billi jsaħħaħ il-wirt kulturali permezz tal-arti. Dan jaħdem ukoll biex jirrinnova l-lukandi u jippromovi d-disponibbiltà f’villaġġi remoti bħal Lavenone (11). L-aġenziji tal-ivvjaġġar għandhom jitħeġġu jaħdmu fi sħubija ma’ intraprendituri u intrapriżi soċjali ġeografikament remoti li jippromovu t-turiżmu kulturali sostenibbli.

3.10.

Il-fatt li l-informazzjoni kulturali tinxtered u tiġi rrappreżentata b’mezzi diġitali se jnaqqas, b’mod kreattiv, id-distakk li kien qed jiżdied bejn il-bliet u l-kampanja, bejn il-ġenerazzjonijiet iż-żgħar u dawk akbar fl-età. Jintlaqgħu proġetti bħal YourAlps (12) li jgħaqqdu mill-ġdid liż-żgħażagħ u l-wirt tal-manutanji. Hemm bosta eżempji emerġenti ta’ modi innovattivi kif jistgħu jiġu rrappreżentati t-tradizzjonijiet kulturali, bħall-proġett artistiku użat f’Aasted fid-Danimarka u l-villaġġ ta’ Pfyn fl-Iżvizzera. Dawn huma proġetti li jirriżultaw mill-inizjattivi lokali u mill-ħtiġijiet lokali identifikati, jużaw proċessi parteċipattivi, li dawn stess jagħmlu parti mit-tradizzjoni kulturali tal-Ewropa. Ir-riżorsi pubbliċi u privati għandhom ikunu disponibbli fil-livell Ewropew, tal-istat u reġjonali sabiex jiġi aċċellerat l-investiment f’inizjattivi simili.

3.11.

Għodod diġitali ġodda qed jintużaw ukoll dejjem aktar, pereżempju f’postijiet ta’ kunflitt fl-imgħoddi jew fil-preżent, biex joħolqu mill-ġdid siti storiċi importanti li nqerdu bil-gwerra jew minħabba li ġew abbandunati. It-teknoloġija tintuża sabiex il-lapidi tal-oqbra u l-manuskritti li bilkemm ikunu għadhom leġġibbli jkunu jistgħu jinqraw b’mod aktar preċiż (13). Aħna nilqgħu l-pjani tal-Kummissjoni għal “Strateġija Digital4Culture” u nistennew li din tqis kwalunkwe aspett rurali rilevanti. Il-Proġett MEMOLA, pereżempju, juża immaġnijiet 3D ta’ żoni antiki ta’ irrigazzjoni biex jeduka dwar proċessi ġodda ta’ irrigazzjoni.

3.12.

Tinħtieġ aktar riċerka sabiex wieħed jifhem kif l-attività kulturali hija importanti għall-persuni u liema benefiċċji tas-saħħa jirriżultaw għall-etajiet kollha, iżda l-iżjed għal dawk b’mard fiżiku jew mentali (14), filwaqt li l-Programmi Erasmus Plus eżistenti, bħal TEMA Masters, attwalment jiffinanzjaw opportunitajiet tajba ta’ riċerka. Il-konferenza tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali ta’ Orizzont 2020 ta’ livell għoli dwar “Innovation and Cultural Heritage” (l-Innovazzjoni u l-Wirt Kulturali) (15) talbet sabiex isiru aktar sforzi biex jiġi żviluppat xogħol ta’ riċerka għall-identifikazzjoni ta’ prijoritajiet u l-aħjar prattika fil-promozzjoni tal-attivitajiet kulturali.

3.13.

L-inizjattivi appoġġjati minn fondazzjonijiet tal-karità u filantropiċi kkontribwew b’mod sinfikanti għall-preservazzjoni ta’ siti naturali u attivitajiet ta’ appoġġ, spiss permezz ta’ intrapriżi soċjali, li jagħtu spinta lill-iżvilupp taż-żoni rurali b’mod sostenibbli. Il-Fondazzjoni Kulturali Finlandiża tappoġġja r-riċerka f’miżuri li jipprevjenu residwi agrikoli li jaffettwaw il-kwalità tal-ilma fil-Baħar Baltiku. Din taħdem mal-bdiewa peress li temmen li bijodiversità akbar tfisser pajsaġġ aktar rikk. Jintlaqgħu inizjattivi ta’ karità oħra, bħall-Cultural Heritage Trust tal-Iskejjel ta’ Wales li tippromovi kompetizzjonijiet kulturali bejn l-iskejjel billi tinvolvi liż-żgħażagħ biex jiddefinixxu u jagħtu l-għażla tagħhom ta’ attività kulturali (16). Eżempju partikolari, li jippermetti liż-żgħażagħ jesploraw il-wirt kulturali tagħhom, huwa l-iskola f’Piscu (17), ir-Rumanija, li hija kemm skola li tispeċjalizza fil-wirt kulturali kif ukoll organizzatur ta’ sessjonijiet ta’ ħidma u konferenzi. F’Marzu 2018, il-KESE nnifsu laqa’ studenti minn skejjel madwar l-Ewropa biex jiddiskutu l-prijoritajiet kulturali tagħhom skont il-motto “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!” (18). Dawn ikkonkludew li jixtiequ jgħixu f’Ewropa li tagħti valur u tipproteġi l-forom kollha tal-kultura u jixtiequ jevitaw l-elitiżmu u jippopolarizzaw il-kultura iżda wkoll li jkollhom l-opportunità li joħolqu l-kultura tagħhom stess. F’Giffoni, villaġġ fin-Nofsinhar tal-Italja, madwar 300 student ħejjew films u vidjos biex jippromovu r-reġjun tagħhom.

3.14.

L-investiment minn finanzjaturi pubbliċi għandu jiġi “vverifikat mil-lat rurali” sabiex meta jiġu żviluppati flussi ġodda ta’ finanzjament, dawn jinkludu l-appoġġ għall-kontribut kontinwu tal-familji u l-impjegati involuti fil-biedja u għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jinvolvu ħallieqa individwali, kif ukoll gruppi folkloristiċi, gruppi ta’ azzjoni lokali, u rziezet għal finijiet terapewtiċi. Dan jeħtieġ li jqis bis-sħiħ il-miżuri meħtieġa sabiex tittejjeb l-infrastruttura tal-wirt rurali.

3.15.

Hemm ambitu u domanda mit-turisti kulturali għal rabtiet tematiċi u ġeografiċi akbar. Jintlaqgħu proġetti konġunti ta’ branding u ta’ aċċess konġunt. Il-wirjiet agrikoli tal-villaġġi u l-bliet iż-żgħar u l-avvenimenti nazzjonali bħar-Royal Welsh f’Builth Wells (19), li jattira madwar 240 000 viżitatur, u l-festival litterarju Hay on Wye li huwa stmat li jġib GBP 21 miljun f’żona rurali żgħira, huma kontributuri ekonomiċi u soċjali sinifikanti. Ġranet miftuħa għall-pubbliku fl-irziezet, fieri, festivals kulturali bħal Llangollen International Eisteddfod, kunċerti, purċissjonijiet bil-mixi, bħal dik f’Veurne fil-Belġju, binarji tal-ferroviji dojoq li jaħdmu b’gauge tal-fwar, mixi fil-pajsaġġ Nordiku u kumpaniji ta’ żfin tradizzjonali, ilkoll jikkontribwixxu immens għaż-żamma u l-promozzjoni tal-wirt kulturali rurali. Il-kontribut tal-voluntiera f’dawn l-avvenimenti, tul bosta ġenerazzjonijiet huwa fih innifsu parti sinifikanti mil-legat kulturali tagħna. Hija appoġġjata l-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Volontarjat u l-organizzazzjonijiet nazzjonali u reġjonali tal-volontarjat marbuta mal-promozzjoni tal-volontarjat kulturali ta’ kwalità u dawn jitħeġġu jkomplu bl-isforzi siewja tagħhom, inkluż billi jipprovdu taħriġ dwar is-saħħa u s-sigurtà sabiex jiġu żgurati esperjenzi sikuri u pjaċevoli kemm għall-voluntiera kif ukoll għat-turisti.

3.16.

Madankollu, hemm nuqqas dejjem akbar ta’ artiġjani tas-sengħa biex jittrasferixxu l-għarfien u jħarrġu ġenerazzjoni ġdida b’modi li jipproteġu u jiżviluppaw dan il-wirt varjat. L-inizjattiva JEMA (20) li oriġinat fi Franza, tippromovi b’mod regolari x-xogħol tal-artiġjani u l-ħtieġa li jiġu mħarrġa ġenerazzjonijiet ġodda. L-indirizzar ta’ din il-ħtieġa huwa opportunità tajba għal rabta interġenerazzjonali permezz ta’, u għal, finijiet kulturali. Huma essenzjali aktar taħriġ prattiku u rikonoxximent tal-ħiliet miksuba fi ħdan il-programmi tal-UE u dawk nazzjonali/reġjonali eżistenti, li ma jiffukax biss fuq il-ħiliet artiġjanali u ambjentali eżistenti, iżda anke fuq il-mentoraġġ, l-iżvilupp ta’ tekniki ġodda u intraprenditorija kummerċjali kulturali. Jinħtieġ appoġġ għall-artisti u oħrajn li jaħdmu ma’ skejjel lokali rurali u urbani, sabiex b’mod inklużiv jiġu żviluppati ideat kulturali minn ġenerazzjoni għall-oħra u bejn gruppi etniċi.

3.17.

Il-wirt kulturali rurali jittratta wkoll id-demokrazija parteċipattiva. Hemm tradizzjoni Ewropea b’saħħitha ta’ solidarjetà komuni u tal-indirizzar tal-iżolament u l-iżvantaġġi permezz ta’ attivitajiet komunitarji, li ħafna minnhom huma bbażati fuq il-kultura. Il-bini ta’ tmexxija lokali sostenibbli u t-twettiq tal-prijoritajiet lokali permezz tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) u l-metodu Leader jarrikkixxu l-ħidma tal-gruppi ċivili u l-movimenti organizzati. L-attivitajiet soċjali u kulturali jgħinu biex jgħaqqdu flimkien il-persuni fiż-żoni ġeografiċi b’servizzi pubbliċi u privati skarsi. It-tradizzjoni ta’ intervent mis-settur volontarju, xi kultant bħala fornitur tal-aħħar istanza, issostni pajsaġġi sensittivi u vulnerabbli ta’ sopravivenza tal-bniedem. L-appoġġ pubbliku għal tali attivitajiet huwa vitali.

Brussell, id-19 ta’ Settembru 2018

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Luca JAHIER


(1)  Opinjoni tal-KESE dwar Aġenda ġdida għall-kultura (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  https://ec.europa.eu/culture/news/new-european-agenda-culture_en

(3)  Konferenza tal-KESE fl-20 u l-21 ta’ Ġunju 2016.

(4)  Ir-Riżoluzzjoni Nru 2 tal-Konferenza Ewropea tal-Ministri responsabbli għall-Ġestjoni tat-Territorju tal-Kunsill tal-Ewropa (CEMAT), dwar il-Karta Pan-Ewropea għall-wirt kulturali: Il-promozzjoni ta’ ppjanar spazjali sostenibbli – “The rural heritage as a factor of territorial cohesion” (Il-wirt kulturali bħala fattur ta’ koeżjoni territorjali), adottata fil-15-il sessjoni ta’ CEMAT, Moska, Federazzjoni Russa, 9 ta’ Lulju 2010.

(5)  http://www.alpine-space.eu/projects/alpfoodway/en/home

(6)  http://www.terract.eu/fr/

(7)  https://www.bangor.ac.uk/studentlife/studentnews/gift-s-marine-renewable-visit-to-plas-newydd-18421

(8)  https://www.facebook.com/agroktima.artfarm/

(9)  Opinjoni tal-KESE dwar Aġenda ġdida għall-kultura (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(10)  https://www.gruenewoche.de/

(11)  AttivAree project in the Lombardy region

(12)  http://www.alpine-space.eu/projects/youralps/en/home

(13)  Proġett ta’ Andrew Skerrett imressaq fis-seduta tal-grupp ta’ studju fl-24 ta’ Lulju 2018 f’Cardiff.

(14)  Innovate Trust – Riżultati pożittivi mill-proġett Field Days Horticulture.

(15)  https://ec.europa.eu/info/events/innovation-and-cultural-heritage-2018-mar-20_en

(16)  https://jamesprotheroe.wordpress.com/Darren Park Primary School, Ferndale.

(17)  http://piscu.ro/piscu-school/#

(18)  https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/civil-society-citizens-participation/your-europe-your-say

(19)  http://www.rwas.wales/royal-welsh-show/

(20)  Journées Européennes des Métiers d’Art https://www.journeesdesmetiersdart.fr/


6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/28


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-impatt tas-sussidjarjetà u r-regolamentazzjoni żejda fuq l-ekonomija u l-impjieg”

(Opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Awstrijaka)

(2018/C 440/05)

Relatur:

Dimitris DIMITRIADIS

Korelatur:

Wolfgang GREIF

Konsultazzjoni

Il-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill, 12.2.2018

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Adottata fis-sezzjoni

4.9.2018

Adottata fil-plenarja

19.9.2018

Sessjoni plenarja Nru

537

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

192/1/1

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jilqa’ t-talba tal-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal Opinjoni esploratorja dwar “L-impatt tas-sussidjarjetà u r-regolamentazzjoni żejda fuq l-ekonomija u l-impjieg”. Din iżżid il-valur u aktar aspetti għad-dibattitu li għaddej dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet sabiex tingħata ċertezza legali, regoli ċari u “l-piżijiet regolatorji fuq in-negozji, iċ-ċittadini u l-amministrazzjonijiet pubbliċi jinżammu għal minimu” (1). Il-livell eżistenti ta’ protezzjoni taċ-ċittadini, il-konsumaturi, il-ħaddiema, l-investituri u l-ambjent fl-Istati Membri m’għandux ikun iddubitat fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE.

1.2.

Il-KESE jtenni t-talba tiegħu li kwistjonijiet relatati mal-futur, inklużi d-dibattiti dwar kompetenzi u dwar il-livell tar-regolamenti, jridu jiġu indirizzati fil-livell nazzjonali u Ewropew bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili. Din hija espressjoni fundamentali tad-demokrazija parteċipattiva f’diversi livelli u għalhekk għandha tissaħħaħ fl-UE u l-Istati Membri.

1.3.

Il-KESE jenfasizza l-importanza kbira tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità sabiex ikun provdut tfassil komprensiv u tajjeb tal-liġijiet Ewropej. Huwa jenfasizza li l-UE għandha tiffoka fuq l-oqsma li fihom id-dritt tal-UE jġib valur miżjud sinifikanti. Il-Kummissjoni Ewropea (KE) għandha għalhekk tidentifika kwistjonijiet li jeħtieġu li jkunu indirizzati verament fil-livell tal-UE bl-aktar mod effiċjenti. Kull meta d-deċiżjonijiet jeħtieġu li jittieħed kont xieraq tal-karatteristiċi nazzjonali, reġjonali u lokali, l-awtoritajiet rispettivi għandu jkollhom marġni ta’ manuvra biex jispeċifikawhom, bl-involviment attiv tal-partijiet interessati rilevanti, inklużi l-imsieħba soċjali.

1.4.

Hemm diversi fehmiet fi ħdan il-KESE rigward it-terminu “regolamentazzjoni żejda” li jirriflettu d-differenzi tal-fehmiet tal-atturi differenti. Għalkemm ma teżistix definizzjoni ċara, “regolamentazzjoni żejda” ġeneralment tirreferi għal sitwazzjoni li fiha l-Istati Membri jintroduċu rekwiżiti ogħla mill-minimu stipulat fil-leġislazzjoni tal-UE (prinċipalment direttivi) matul it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali. Il-KE għandha tistabbilixxi gwida sabiex tgħin lill-Istati Membri jittrasponu b’mod korrett ir-rekwiżiti rispettivi ta’ att legali filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji ta’ proporzjonalità u sussidjarjetà, kif ukoll kundizzjonijiet kompetittivi ġusti.

1.5.

Il-KESE jinnota li – partikolarment fid-dawl tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u f’konformità mad-dritt tal-UE – huwa fil-kompetenza unika tal-Istati Membri li jintroduċu miżuri addizzjonali minbarra dawk previsti mir-rekwiżiti (minimi) tal-UE sabiex jirriflettu l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom isiru b’mod trasparenti, wara konsultazzjoni mas-sħab soċjali u mal-partijiet interessati, u għandhom ikunu konformi mal-leġislazzjoni tal-UE. F’dan ir-rigward, il-KESE ma jpoġġix fid-dubju s-sovranità, il-libertà u r-responsabbiltà tal-Istati Membri fl-istabbiliment ta’ liġijiet u prattiki nazzjonali.

1.6.

Il-KESE jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri biex isaħħu l-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-piżijiet amministrattivi mhux raġonevoli sabiex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli.

1.6.1.

Fil-qafas tal-preparazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-perjodu 2021 -2027, il-KESE jħeġġeġ lill-KE sabiex tieħu miżuri malajr ħalli tindirizza piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa li jfixklu bil-kbir l-investimenti tal-FSIE – għajnuna mill-istat, konformità tal-akkwist, prattiki tal-awditjar u dewmien fl-adozzjoni, jew saħansitra adozzjoni retroattiva, ta’ gwida dettaljata universali.

1.6.2.

Il-KESE jenfasizza li piż regolatorju u amministrattiv bla bżonn jirrappreżenta ostakli għall-massimizzar tal-benefiċċji u l-minimizzar tal-ispejjeż regolatorji għan-negozji, iċ-ċittadini u l-awtoritajiet pubbliċi. Huwa jtenni l-ħtieġa għal regolazzjoni ta’ kwalità aħjar, semplifikata u konsistenti li għandha tkun mifhuma u implimentata sew, bl-involviment ugwalment indispensabbli tal-erba’ livelli ta’ governanza – UE, nazzjonali, reġjonali u lokali.

1.6.3.

L-istess bħal fl-opinjonijiet preċedenti (2), il-KESE jirrakkomanda t-twettiq bir-reqqa ta’ test tal-SMEs fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-KE.

1.7.

Il-KESE jtenni li l-istandards minimi Ewropej, speċjalment fil-kuntest tal-politiki soċjali, ambjentali u tal-konsumatur tal-UE, jimmiraw għal approssimazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol madwar l-UE lejn konverġenza ’l fuq. Standards minimi fid-direttivi tal-UE ma għandhomx jinftiehmu bħala “livell massimu”, li qatt ma jiġu msaħħa matul it-traspożizzjoni tagħhom fis-sistemi legali nazzjonali. Fil-fehma tal-KESE, l-aċċettazzjoni popolari tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea, madankollu, m’għandhiex tkun ipperikolata minn kompetizzjoni regolatorja permezz ta’ tnaqqis fil-livelli tal-istandards. Id-deċiżjonijiet kollha għandhom jittieħdu b’mod trasparenti u fi djalogu miftuħ mal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

2.   Introduzzjoni

2.1.

Il-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-UE talbet Opinjoni esploratorja mill-KESE dwar “L-impatt tas-sussidjarjetà u r-regolamentazzjoni żejda fuq l-ekonomija u l-impjieg”.

2.2.

Il-KESE jinnota li t-talba tindirizza kemm il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif ukoll ir-regolamentazzjoni żejda u twessa’ d-dibattitu attwali dwar Regolamentazzjoni Aħjar, li l-KESE esprima l-fehmiet tiegħu dwarha f’diversi opinjonijiet adottati reċentement (3).

2.3.

Il-kwistjoni tas-sussidjarjetà reċentement kisbet rilevanza ġdida, mhux l-inqas bil-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa. It-Task Force dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità, stabbilita mill-President tal-Kummissjoni Juncker f’Novembru 2017, ippreżentat rapport b’rakkomandazzjonijiet biex tittejjeb l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà (4).

Il-KESE jqis li l-karattru tar-rapport huwa ristrett f’ċerti modi u jemmen li dan jirrifletti l-kompożizzjoni limitata tat-Task Force. Għalhekk, jissuġġerixxi bil-qawwa li fl-avvenimenti ta’ segwitu jiġu inklużi r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili b’mod attiv. Il-Kumitat iqis bħala urġenti li jiġu indirizzati l-proporzjonalità tal-azzjoni Ewropea u, aktar importanti minn hekk, l-oqsma li fihom l-UE għandha tintensifika, tnaqqas jew saħansitra tiffriża l-azzjoni tagħha f’konformità mal-interessi taċ-ċittadini, l-ekonomija u interessi soċjetali oħrajn.

2.4.

Għall-KESE, dawn il-kwistjonijiet relatati mal-ġejjieni għandhom jiġu indirizzati fil-livell nazzjonali u tal-UE bil-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili. Il-fatt li jingħataw l-istess ammont ta’ spazju daqs il-livell lokali u reġjonali fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-politiki nazzjonali u tal-UE jkun jikkontribwixxi b’mod dirett fil-prattika viżibbli tas-sussidjarjetà orizzontali.

2.5.

Il-KESE jilqa’ r-rikonoxximenti tal-Presidenza Awstrijaka tal-valur li jiġi inkluż l-għarfien espert wiesa’ tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-azzjoni politika fil-livell nazzjonali u tal-UE. Din hija espressjoni fundamentali tad-demokrazija parteċipattiva f’diversi livelli u għalhekk għandha tissaħħaħ fl-UE u l-Istati Membri.

2.6.

F’dan ir-rigward, il-KESE jappella lit-Task Force tqis kif xieraq l-opinjonijiet tiegħu dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, li huma wkoll il-bażi tal-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet f’din l-Opinjoni.

3.   Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

3.1.

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE huwa maħsub biex jiżgura li l-azzjoni tal-UE ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tat-Trattat u li l-UE taġixxi biss f’dawk l-oqsma li ma jaqgħux taħt il-kompetenza esklużiva tagħha jekk l-objettivi ta’ miżura leġislattiva jistgħu jintlaħqu b’mod aktar effettiv fil-livell tal-UE milli fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali.

3.2.

Il-KESE jenfasizza l-importanza kbira li dawn il-prinċipji f’komunità sovranazzjonali bħall-UE u jilqa’ espressament l-istrumenti stabbiliti mit-Trattat ta’ Lisbona biex tintlaħaq konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà – mir-reviżjoni tas-sussidjarjetà qabel l-adozzjoni ta’ att leġislattiv sal-ilmenti tas-sussidjarjetà mill-korpi leġislattivi nazzjonali.

3.3.

Il-KESE jenfasizza wkoll li l-oqsma kollha previsti mit-TFUE jeħtieġu Ewropa li tiffunzjona tajjeb u li l-prinċipju tas-sussidjarjetà ma għandux jintuża kontra l-azzjoni tal-UE, li għandha valur miżjud Ewropew ċar, biex tingħata preċedenza a priori lill-approċċi nazzjonali jew saħansitra biex l-UE tiġi rtirata minn oqsma ewlenin ta’ politika minn qabel. Għandhom ikunu adottati biss ir-regoli b’valur miżjud Ewropew. Il-KESE jemmen li l-isfidi li qed jiffaċċja bħalissa l-kontinent ma jitolbux li jkun hemm rinazzjonalizzazzjoni li twassal għal “anqas Ewropa”, iżda pjuttost miżuri aktar kuraġġużi biex tinkiseb Ewropa aħjar, li hi eqreb għaċ-ċittadini u tippromovi wkoll il-koeżjoni.

3.4.

Il-KESE jirrikonoxxi li r-rwol tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE huwa partikolarment kruċjali fil-każ tat-traspożizzjoni tad-direttivi, li huma vinkolanti fir-rigward tar-riżultat li għandu jinkiseb, iżda li jħallu f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali l-għażla tal-forom u metodi ta’ implimentazzjoni kif ukoll biex jiddeċiedu – f’konformità mad-dritt tal-UE – biex itejbu l-istandards jekk dan jitqies utli. Fl-istess ħin, it-traspożizzjoni m’għandhiex ixxekkel il-kundizzjonijiet kompetittivi ġusti bejn l-atturi kollha tas-Suq Intern, li huwa rekwiżit importanti għall-funzjonament korrett tiegħu.

3.5.

Filwaqt li l-Istati Membri huma responsabbli mit-traspożizzjoni tad-direttivi b’mod preċiż u fil-ħin, huwa r-rwol tal-Kummissjoni bħala Gwardjan tat-Trattati li tiżgura l-implimentazzjoni xierqa fil-livell nazzjonali. Ir-“responsabbiltà kondiviża” għandha tkun viżibbli b’mod ċar sa mill-bidu nett tal-proċess leġislattiv: implimentazzjoni tajba tiddependi fuq valutazzjoni tal-impatt ċara, trasparenti u komprensiva bħala l-bażi ta’ dritt ġdid tal-UE, lingwaġġ ċar u sempliċi tal-proposta u skadenzi realistiċi għall-implimentazzjoni.

3.6.

Il-KESE jwissi li, anke meta r-rekwiżiti msemmijin hawn fuq ikunu sodisfatti, madankollu, l-implimentazzjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tista’ tirriżulta insuffiċjenti u/jew ineffettiva. F’dan ir-rigward, itenni l-appell fuq il-KE sabiex issaħħaħ l-isforzi tagħha b’mod sistematiku f’konformità mal-kompetenzi tagħha sabiex issegwi l-każijiet b’aktar ħeffa u rigorożità fejn l-Istati Membri jittrasponu l-leġislazzjoni tal-UE b’mod żbaljat jew ifallu milli jagħmlu dan (5) wara li jkunu esplorati l-opzjonijiet kollha ta’ kooperazzjoni.

3.7.

Il-KESE jinnota li għadd ta’ impenji legali u politiċi tqiesu bħala tiġbid żejjed tal-kompetenza tal-istituzzjonijiet tal-UE u li jinterferixxu mad-dominji u l-għażliet tal-Istati Membri (pereżempju relazzjonijiet industrijali nazzjonali u inizjattivi tat-trejdjunjins; pensjonijiet, saħħa u sistemi ta’ sigurtà soċjali oħrajn jew regolamenti professjonali, pereżempju kriterji ta’ kwalifikazzjoni fis-settur tas-saħħa).

Għalhekk, il-KESE bl-istess mod joġġezzjona mhux biss għal dan it-tiġbid żejjed tal-kompetenzi mill-istituzzjonijiet tal-UE iżda wkoll għat-trasferiment ta’ oqsma regolatorji importanti tat-TFUE bħal, pereżempju, il-ħarsien tal-konsumatur, l-istandards tal-ħarsien tal-ambjent u l-politika soċjali Ewropea għal-livell nazzjonali taħt il-pretest tas-sussidjarjetà.

4.   Nevitaw il-piż regolatorju u amministrattiv bla bżonn – ir-“regolamentazzjoni żejda”

4.1.   Id-dibattitu dwar ir-“regolamentazzjoni żejda”

4.1.1.

Meta jkunu qed jittrasponu l-leġislazzjoni tal-UE, l-Istati Membri xi kultant jintroduċu miżuri aktar stretti jew avvanzati minn dawk stabbiliti mir-rekwiżiti fil-leġislazzjoni tal-UE (prinċipalment direttivi) jew ma jużawx l-opzjonijiet offruti mid-direttiva għal simplifikazzjoni possibbli. Dan il-fenomenu f’ħafna dokumenti jissejjaħ “regolamentazzjoni żejda”. Fl-ewwel każ jitqies bħala “regolamentazzjoni żejda attiva” u fit-tieni każ bħala “regolamentazzjoni żejda passiva”.

4.1.2.

Il-KESE għandu fehmiet diversi fir-rigward tar-“regolamentazzjoni żejda” li jirriflettu wkoll id-differenzi tal-fehmiet fost l-atturi varji. Għal xi partijiet interessati dan jitqies bħala eċċess ta’ liġijiet, linji gwida u proċeduri akkumulati fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, li joħloq piż amministrattiv bla bżonn u jinterferixxi mal-għanijiet tal-politika mistennija li jridu jinkisbu permezz tar-regolament traspost. Madankollu, partijiet interessati oħrajn huma tal-opinjoni li l-użu tat-terminu stigmatizzat “regolamentazzjoni żejda” jirriskja li jixħet dubju dwar xi standards adottati demokratikament minn Stati Membri avvanzati u introdotti fis-sistemi legali tagħhom, partikolarment fl-oqsma tax-xogħol, tal-konsumatur u tal-liġi ambjentali, kif ukoll fir-rigward ta’ professjonijiet liberi.

4.1.3.

Il-KESE jappella għal approċċ prammatiku u bbilanċjat u għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni ser jiffoka fuq terminoloġija newtrali u aktar preċiża – b’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar ir-Regolamentazzjoni Aħjar ta’ Mejju 2016.

4.2.   Id-definizzjoni ta’ “regolamentazzjoni żejda”

4.2.1.

Il-KESE jissuġġerixxi li r-“regolamentazzjoni żejda” tiġi definita b’mod aktar preċiż. Għal każijiet fejn Stati Membri jittrasponu l-kontenut tal-leġislazzjoni tal-UE b’mod aktar ambizzjuż (dwar is-sustanza jew proċeduralment) jew jirsistu biex ikunu konsistenti mal-leġislazzjoni nazzjonali, jistgħu jintużaw espressjonijiet bħal “dispożizzjonijiet aktar avvanzati”, “dispożizzjonijiet aktar stretti” jew “rekwiżiti ogħla”. L-espressjoni “regolamentazzjoni żejda” għandha tkun limitata għal każijiet ta’ żidiet mhux raġonevoli u mhux meħtieġa mal-leġislazzjoni tal-UE matul it-traspożizzjoni tagħha fil-liġi nazzjonali, li ma jistgħux jiġu ġġustifikati fid-dawl ta’ għan wieħed jew aktar tal-miżura proposta jew li joħolqu piż amministrattiv addizzjonali bla bżonn. Fi kwalunkwe każ, l-espressjoni “regolamentazzjoni żejda” hija ġenerali ħafna, it-traduzzjoni tagħha f’bosta lingwi nazzjonali hija qarrieqa u għandha tiġi sostitwita b’terminu ferm aktar konkret.

4.2.2.

Indipendentement mit-terminoloġija (u anke meta t-terminu “regolamentazzjoni żejda” jista’ jintuża), il-KESE jtenni li dan il-kunċett, b’mod partikolari, m’għandux jirreferi għal:

Restrizzjoni ta’ standards stabbiliti f’oqsma bħal-liġi soċjali, ambjentali, tal-konsumatur jew dwar ix-xogħol waqt it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE;

Miżuri nazzjonali li m’għandhom l-ebda rabta (objettiva jew temporali) mat-traspożizzjoni tal-liġi tal-UE;

Nissodaw id-dispożizzjonijiet ġenerali tad-dritt tal-UE matul it-traspożizzjoni tiegħu (pereżempju, l-istabbiliment ta’ sanzjonijiet legali konkreti f’każijiet ta’ ksur);

Applikazzjoni ta’ waħda mid-diversi għażliet espliċiti għat-traspożizzjoni tad-dritt tal-UE;

Dispożizzjonijiet nazzjonali avvanzati li jmorru lil hinn mill-istandards minimi bbażati fuq “klawsoli ta’ nuqqas ta’ rigressjoni” fid-dritt tal-UE;

Applikazzjoni tal-kontenut ta’ direttiva għal każijiet simili sabiex tkun żgurata l-koerenza u l-konsistenza tal-liġijiet nazzjonali.

4.2.3.

Il-KESE jtenni li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jippermetti lill-Istati Membri biex jintroduċu miżuri aktar stretti, jeżerċitaw id-dritt tagħhom biex jiżguraw l-ilħuq ta’ għanijiet differenti (eż. ekonomiċi, soċjali jew ambjentali) u biex juru l-impenn tagħhom fir-rigward ta’ livell għoli ta’ protezzjoni, għall-karattru speċifiku ta’ strumenti legali bħal “direttivi”, kif ukoll għal ċerti limiti ta’ kompetenzi. Il-KESE jenfasizza li dawn l-impenji aktar stretti għandhom jittieħdu biss wara dibattitu trasparenti u inklużiv mal-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati u fi spirtu ta’ fehim reċiproku u ta’ proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ibbilanċjat.

4.3.   “Regolamentazzjoni żejda” u Regolamentazzjoni Aħjar

4.3.1.

Fil-kuntest tal-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-KE tirrikonoxxi d-dritt tal-Istati Membri li jmorru lil hinn mill-istandards stipulati fil-leġislazzjoni tal-UE (“regolamentazzjoni żejda”), iżda hija mħassba dwar in-nuqqas ta’ trasparenza f’dan ir-rigward. Ir-Renju Unit, in-Netherlands, il-Belġju, il-Ġermanja u l-Awstrija stabbilixxew is-sistemi tagħhom sabiex jidentifikaw każijiet ta’ “regolamentazzjoni żejda”. Fir-Renju Unit u fin-Netherlands, ir-“regolamentazzjoni żejda” hija rregolata minn politiki uffiċjali ċentralizzati, bil-għan li jitrawwem it-tkabbir ekonomiku.

4.3.2.

Il-KESE mhu qiegħed bl-ebda mod jiddubita mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat eżistenti, b’mod partikolari l-kompetenzi tal-UE jew ta’ Stat Membru, iżda jtenni l-importanza li jkunu rispettati “il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, bħal-leġittimità demokratika, is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, u ċ-ċertezza legali”. Dan ifisser, inter alia, li jkunu rispettati r-responabbiltà, il-libertà u s-sovranità demokratika tal-Istati Membri sabiex ifasslu liġijiet u prattiki nazzjonali li jqisu b’mod xieraq ir-rwol tal-imsieħba soċjali f’dan ir-rigward. Il-KESE dejjem kien favur il-promozzjoni tas-sempliċità, iċ-ċarezza u l-konsistenza fl-abbozzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll trasparenza akbar fil-proċess leġislattiv.

4.3.3.

Il-KESE esfasizza ripetutament li “Ir-regolamentazzjoni Ewropea hija fattur ta’ integrazzjoni essenzjali li ma tikkostitwixxix piżijiet jew spejjeż li jridu jitnaqqsu. Jekk tkun proporzjonata kif xieraq, għall-kuntrarju hija garanzija ta’ protezzjoni, ta’ promozzjoni u ta’ sigurtà legali importanti għall-atturi u ċ-ċittadini Eworpej kollha” (6). Hu jtenni l-opinjoni tiegħu li l-leġislazzjoni hija essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattat u jinħoloq l-ambjent ġust għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv li jkun ta’ benefiċċju għall-pubbliku, in-negozji u ċ-ċittadini (7). F’konformità mal-Artikolu 3 tat-TFUE, il-leġislazzjoni tgħin ukoll fit-titjib tal-benesseri, fil-ħarsien tal-interess ġenerali u tad-drittijiet fundamentali, fil-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali u fl-iżgurar taċ-ċertezza u l-prevedibbiltà ġuridika. Hija għandha timpedixxi wkoll d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u d-dumping soċjali (8).

4.3.4.

Fl-andament tat-traspożizzjoni tad-direttivi, l-Istati Membri xi drabi jżidu elementi li ma għandhom l-ebda rabta ċara mal-leġislazzjoni kkonċernata tal-Unjoni Ewropea. Il-KESE jaħseb li dawn is-supplimenti għandhom isiru evidenti jew permezz tat-traspożizzjoni tal-liġi jew permezz ta’ dokumenti relatati magħhom. Il-leġittimità tal-Istati Membri biex jikkomplementaw l-atti tal-UE bħala r-riżultat ta’ armonizzazzjoni minima għandha, b’mod ġenerali, tiġi rikonoxxuta sakemm tkun trasparenti u tirrispetta l-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u l-proporzjonalità. Hemm ħafna eżempji ta’ traspożizzjonijiet mhux minimalistiċi ta’ direttivi fl-Istati Membri li jistgħu jidhru fir-regolamentazzjoni żejda.

4.3.5.

Fejn l-armonizzazzjoni hija minima, il-KESE jenfasizza li l-Istati Membri huma kapaċi jabbozzaw dispożizzjonijiet li jfittxu li jiksbu l-ħolqien tal-impjiegi, għajxien u kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar, protezzjoni soċjali adegwata, rata ta’ impjieg għolja u sostenibbli, kif ukoll il-ġlieda kontra l-esklużjoni (Artikolu 151 tat-TFUE), il-promozzjoni u l-iżvilupp tal-SMEs u standards għoljin ta’ saħħa u ta’ protezzjoni tal-konsumatur (Artikoli 168 u 169 tat-TFUE), kif ukoll il-protezzjoni fl-isfera ambjentali (Artikolu 191 tat-TFUE) – mingħajr, madankollu, ma jinħoloq piż regolatorju u amministrattiv bla bżonn.

4.4.

Il-KESE jemmen li l-miżuri li ġejjin ser jgħinu biex jiġi evitat piż regolatorju u amministrattiv bla bżonn:

Il-KE għandha twettaq valutazzjonijiet tal-impatt integrati matul il-leġislazzjoni Ewropea filwaqt li tqis kif xieraq il-piż bla bżonn u kwalunkwe impatt ieħor għal kwalunkwe test regolatorju sostanzjali;

Il-liġijiet tal-UE għandhom jiġu vvalutati fuq il-merti tagħhom stess, fuq bażi ta’ każ b’każ, sabiex tintlaħaq armonizzazzjoni mmirata li tippermetti, skont iċ-ċirkustanzi, forma ta’ armonizzazzjoni li hija avvanzata f’ċerti oqsma u inqas f’oħrajn. Huwa f’idejn il-KE li tipproponi, permezz ta’ valutazzjonijiet tal-impatt, l-aktar livell xieraq ta’ armonizzazzjoni, filwaqt li tqis il-ħtieġa għal livell għoli ta’ protezzjoni;

Meta jkunu qed jittrasponu l-leġislazzjoni tal-UE, l-Istati Membri fil-livell nazzjonali u reġjonali għandhom ikunu kompletament trasparenti dwar kwalunkwe rekwiżit supplimentari li jista’ jaffettwa b’mod negattiv is-Suq Uniku, il-kompetittività u t-tkabbir;

Il-fatt li Stat Membru wieħed jimponi regoli anqas stretti minn ieħor ma jfissirx awtomatikament li r-regoli ta’ dan tal-aħħar huma sproporzjonati u inkompatibbli mad-dritt tal-UE. Huwa f’idejn l-Istat Membru li jivvaluta fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jqis il-perspettivi tal-partijiet interessati kollha u l-kuntest regolatorju fl-intier tiegħu; Il-Valutazzjoni tal-Impatt tista’ tkun għodda importanti għal dak il-għan;

Kwalunkwe rekwiżiti addizzjonali matul it-traspożizzjoni tad-direttivi għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti li jiddikjaraw raġunijiet speċifiċi b’mod trasparenti għal dawn iż-żidiet.

4.5.

Sabiex tevita milli tpoġġi lill-impriżi u partijiet interessati oħrajn fi żvantaġġ kompetittiv fil-konfront tal-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħrajn, il-KE għandha tistabbilixxi gwida sabiex tgħin lill-Istati Membri jittrasponu b’mod korrett ir-rekwiżiti ta’ att legali, filwaqt li jkunu rispettati l-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà u kundizzjonijiet kompetittivi ġusti. F’dan ir-rigward, il-KESE jtenni t-talba tiegħu għall-ogħla involviment possibbli tal-imsieħba soċjali u interessi relevanti oħrajn fl-eżerċizzji ta’ traspożizzjoni kif ukoll l-involviment b’saħħtu tal-Istati Membri u tal-parlamenti nazzjonali u reġjonali fil-valutazzjonijiet ex post rispettivi (9).

4.6.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-KESE għal traspożizzjoni effiċjenti:

4.6.1.

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni lill-iskadenzi ta’ implimentazzjoni rilevanti sabiex jippermettu biżżejjed żmien għal konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati rilevanti kollha:

Meta jkunu qed jitħejjew il-pożizzjonijiet tal-qafas nazzjonali għan-negozjati inizjali fil-korpi ta’ ħidma tal-Istati Membri, għandha tingħata attenzjoni għall-iskadenza tat-traspożizzjoni;

Huma għandhom jivverifikaw jekk id-direttivi tal-UE jipprevedux għal żewġ skadenzi, waħda għall-produzzjoni ta’ leġislazzjoni nazzjonali ta’ implimentazzjoni u l-oħra li tikkonċerna d-data, li fiha l-leġislazzjoni għandha tieħu effett legali;

L-iskadenza tat-traspożizzjoni għandha tkun segwita u mmonitorjata tul il-proċess leġislattiv kollu;

Il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni tal-KE jipprovdu appoġġ u assistenza.

4.6.2.

Konsultazzjonijiet:

Fil-livell tal-UE, l-assistenza tal-KE pprovduta matul il-proċess ta’ implimentazzjoni, bħar-rakkomandazzjonijiet u d-diskussjonijiet fil-gruppi tal-esperti tista’ tkun utli u tikkontribwixxi għal fehim komuni fost l-Istati Membri;

Il-Kummissjoni Ewropea għandha taġġusta l-metodoloġija eżistenti tat-traspożizzjoni (linji gwida) mhux biss biex tiżgura li t-traspożizzjoni tad-direttivi ma tkunx kunfliġġenti mad-dritt tal-UE iżda wkoll biex tkun salvagwardjata l-effettività tat-traspożizzjoni;

Il-provvediment mill-KE ta’ pjattaformi onlajn speċjalizzati (bħala l-interfaċċa ta’ notifika elettronika eżistenti) jew ta’ bażi tad-data elettronika għal partijiet konkreti tad-dritt tal-UE għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki jista’ jiġi żviluppat ulterjorment. Il-governanza f’diversi livelli għandha titrawwem u għandha tinkludi l-partijiet interessati rilevanti kollha.

4.6.3.

It-terminoloġija u l-atti delegati:

L-Istati Membri huma mħeġġa jivverifikaw it-test maqbul u preċiż matul il-proċess kollu tan-negozjati fil-Kunsill;

Termini u definizzjonijiet bażiċi għandhom ikunu ddefiniti b’mod ċar mill-aktar fis possibbli fi stadju bikri tan-negozjati;

It-tifsiriet differenti ta’ termini u definizzjonijiet fl-Istati Membri għandhom jiġu kkunsidrati mill-KE;

Definizzjonijiet f’parti speċifika tal-leġislazzjoni għandhom ikunu konsistenti ma’ dawk f’leġislazzjonijiet oħrajn tal-UE;

L-atti delegati għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, filwaqt li jipprovdu definizzjonijiet ċari u espliċiti fit-test leġislattiv bażiku;

L-atti delegati għandhom ikunu kkunsidrati biss għall-elementi mhux essenzjali tal-att leġislattiv u dawn il-partijiet biss jistgħu jiġu ssupplimentati jew emendati (10).

5.   Żoni sensittivi speċifiċi

5.1.   Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE)

5.1.1.

Il-politika ta’ koeżjoni Ewropea, jiġifieri l-Fondi Strutturali u l-Fond Soċjali Ewropew b’mod partikolari, huma implimentati f’ambjent amministrattiv, istituzzjonali u regolatorju kumpless u huma qasam speċifiku fejn it-traspożizzjoni bla bżonn u ta’ piż jista’ jkollha effett negattiv fuq il-politiki tal-UE. F’dan il-kuntest, ir-regoli nazzjonali u/jew reġjonali ta’ spiss “iżidu ma’” aktar milli jiżguraw biss li r-rekwiżiti minimi (Ewropej) qed ikunu indirizzati. Ħafna minn dawn ir-regoli jwasslu għal piż amministrattiv addizzjonali. Għandu jiġi nnutat li rekwiżiti addizzjonali ta’ spiss jistrieħu fuq is-suppożizzjoni li dawn ikunu importanti, utli, meħtieġa, u r-riżultat ta’ proċess demokratiku.

5.1.2.

Fil-qafas tat-tħejjija tal-QFP għall-perjodu 2021-2027, il-KESE jħeġġeġ lill-KE sabiex tieħu miżuri malajr biex tindirizza l-piż amministrattiv bla bżonn li jfixkel ħafna l-investimenti tal-FSIE – għajnuna mill-istat, il-konformità tal-akkwisti, prattiki tal-awditjar u dewmien fl-adozzjoni, jew saħanstira adozzjoni retroattiva, ta’ gwida dettaljata universali. It-tnaqqis, jew l-evitar, tal-piż amministrattiv bla bżonn huwa responsabbiltà konġunta tal-atturi kollha.

5.1.3.

Prattiki mhux xierqa jistgħu jiġġeneraw nuqqas ta’ fiduċja fis-sistema tal-implimentazzjoni tal-FSIE b’mod ġenerali. Dawn jinkludu approċċ avvers għar-riskju fil-livelli kollha, nuqqas ta’ konsistenza fl-interpretazzjoni ta’ tweġibiet minn Direttorati Ġenerali differenti tal-KE, lakuni persistenti fl-armonizzazzjoni tar-regoli tal-FSIE fil-livell nazzjonali, lokali u reġjonali, biża’ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, approċċi differenti bejn il-livell Ewropew (b’enfasi fuq it-trasparenza) u l-livell nazzjonali (b’enfasi fuq il valur għall-flus) fir-rigward tal-politika tal-akkwist pubbliku u d-differenzi fil-kulturi amministrattivi nazzjonali.

5.1.4.

Prattiki mhux xierqa jistgħu jaffettwaw ħażin ukoll il-benefiċjarji kif ukoll korpi tal-programmi u jżidu l-ispejjeż amministrattivi u l-piż tal-implimentazzjoni tal-FSIE, filwaqt li jagħmluh inqas attraenti. Minħabba n-nuqqas ta’ sistemi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim, l-SMEs jistgħu jkunu affettwati ħażin permezz ta’ pagamenti tard, piżijiet amministrattivi żejda, kontroll mhux xieraq, rifjut ta’ proġetti, esklużjoni minn azzjonijiet kollettivi, eċċ. Għal dawn ir-raġunijiet, il-KESE jappella għall-ħolqien ta’ sistemi speċjalizzati għas-soluzzjoni tat-tilwim.

5.1.5.

Rakkomandazzjonijiet għal azzjoni futura għall-perjodu 2021–2027:

5.1.5.1.

It-tnaqqis ta’ piżijiet amministrattivi fil-qasam tal-ġestjoni u l-kontroll:

Azzjoni rapida fil-livell tal-UE u dak nazzjonali biex ikunu identifikati u, jekk possibbli, eliminati prattiki, proċessi u proċeduri li ma għadhomx meħtieġa u biex ikunu suġġeriti soluzzjonijiet aktar effettivi bbażati fuq prattiki tajbin;

“Ġestjoni kondiviża” hija kawża sostanzjali għall-kumplessità tal-FSIE. L-“approċċ integrat”, fejn l-amministrazzjoni u l-kontroll tal-FSIE jitwettqu abbażi ta’ standards nazzjonali (“ġestjoni devoluta”), għandu jiġi applikat;

L-Istati Membri għandhom iwettqu awtorieżami tas-sistemi ta’ awditjar, ġestjoni u kontroll tagħhom bil-għan li jindividwaw u jeliminaw regoli eċċessivi u duplikati, filwaqt li fl-istess ħin jissalvagwardjaw l-użu korrett tal-fondi tal-UE;

Il-KE għandha tqis aħjar l-intensità tal-għajnuna u l-ispeċifiċitajiet tal-mudelli u mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni differenti (jiġifieri għotjiet, strumenti finanzjarji, spejjeż semplifikati, eċċ.) meta tiżviluppa regoli u proċeduri rilevanti.

5.1.5.2.

Il-KESE jappella għas-semplifikazzjoni u l-integrazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, inkluż bit-tneħħija tas-sorsi kollha ta’ inċertezza fl-applikazzjoni tagħhom. L-emendi possibbli għandhom jitqiesu, inkluż fir-rigward tar-regoli applikabbli fejn meħtieġ, sabiex il-proġetti simili tal-FSIE jiġu trattati bl-istess mod bħal dawk iffinanzjati mill-FEIS u programmi ġestiti direttament mill-KE, bħal Orizzont 2020. Fl-istess ħin, il-KESE jwissi li n-noti ta’ gwida u interpretazzjoni u d-dokumenti abbażi ta’ mistoqsijiet u tweġibiet għandhom ikunu limitati, sabiex ma jsirux saff ieħor ta’ leġislazzjoni de facto. Huwa jirrakkomanda li dawn ikunu sostitwiti b’disseminazzjoni mifruxa ta’ prattiki tajbin, u li tkun evitata l-applikazzjoni retroattiva. Jappella lill-KE sabiex tastjeni ruħha milli tħejji linji gwida li jkunu validi għall-Istati Membri kollha abbażi ta’ talba jew problemi fi Stat Membru wieħed jew f’għadd żgħir ta’ Stati Membri.

5.1.5.3.

Sabiex ikunu indirizzati l-approċċi differenti meta jiġu trattati r-regoli tal-akkwist, il-KESE jissuġġerixxi l-ħolqien ta’ task force ta’ grupp konġunt li tikkonsisti mid-Direttorati Ġenerali rilevanti u rappreżentanti tal-Fondi li jinterpretaw b’mod konsistenti r-regoli meta meħtieġ u jipprovdu parir konsistenti u approċċ uniformi ta’ korrezzjonijiet finanzjarji.

5.1.5.4.

Il-KESE huwa tal-fehma li s-sussidjarjetà għandha tiġi applikata aħjar fl-implimentazzjoni tal-FSIE, filwaqt li l-verifika tar-rispett tar-regoli nazzjonali titħalla f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali. Huwa jistieden lill-Istati Membri sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-opzjonijiet ta’ semplifikazzjoni provduti fil-perjodu ġdid ta’ programmazzjoni u biex joqogħdu lura mir-regolamentazzjoni żejda, li hawnhekk hija marbuta mal-istandards, il-linji gwida u l-proċeduri ta’ implimentazzjoni kollha li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala mhux meħtieġa fir-rigward tal-għanijiet ta’ politika stabbiliti mill-Awtoritajiet Maniġerjali, u biex jeliminaw il-piż amministrattiv bla bżonn.

5.2.   Lejn Regolamentazzjoni Aħjar

5.2.1.

Il-KESE jenfasizza li piż regolatorju u amministrattiv bla bżonn jirrappreżenta ostakli għan-negozji, iċ-ċittadini u l-awtoritajiet pubbliċi. Huwa jtenni l-ħtieġa għal regolazzjoni ta’ kwalità aħjar, semplifikata u konsistenti li għandha tkun mifhuma sew u implimentata b’mod trasparenti, bl-involviment ugwalment indispensabbli tal-erba’ livelli ta’ governanza – UE, nazzjonali, reġjonali u lokali.

5.2.2.

Ċerti Stati Membri għandhom Kumitati Nazzjonali u l-gvernijiet iridu jiġġustifikaw regolamentazzjoni iżjed stretta mil-livelli minimi previsti fil-leġislazzjoni tal-UE (ir-regolamentazzjoni żejda) ma’ dawn il-kumitati. Fi Stati Membri fejn dawn il-korpi ma jeżistux mhuwiex meħtieġ li jinħolqu korpi amministrattivi ġodda, iżda madankollu l-proċess tal-adozzjoni ta’ kwalunkwe rekwiżit ’il fuq mill-istandards tal-UE f’dawn il-pajjiżi għandu jkun trasparenti.

5.2.3.

L-istess bħal f’opinjonijiet preċedenti (11), il-KESE jirrakkomanda t-twettiq ta’ testijiet tal-SMEs fil-valutazzjonijiet tal-impatt dwar proposti għal atti leġislattivi Ewropej ġodda b’mod aktar effiċjenti. Huwa jappella lill-Istati Membri sabiex jieħdu vantaġġ ta’ għażliet biex jagħtu eżenzjonijiet lil mikrointrapriżi dwar ċerti regoli f’konformità mad-dritt tal-UE. Il-KESE jtenni l-fehma tiegħu li l-miri għat-tnaqqis tal-piżijiet regolatorji għandhom ikunu bbażati fuq evalwazzjoni kompleta li tinkludi djalogu bejn is-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati. Il-livell eżistenti ta’ protezzjoni taċ-ċittadini, il-konsumaturi, il-ħaddiema, l-investituri u l-ambjent fl-Istat Membru m’għandux ikun iddubitat fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE (12).

5.2.4.

Il-KESE jtenni l-parità u l-omoġeneità tal-għanijiet differenti tal-politiki tal-UE skont it-Trattat, filwaqt li jenfasizza b’mod partikolari ekonomija tas-suq li tkun soċjalment responsabbli b’kompetittività għolja, li timmira għal okkupazzjoni sħiħa għall-progress soċjali, u livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità tal-ambjent.

5.2.5.

Il-KESE jistieden lill-KE, kull meta jkun raġonevoli u ġġustifikat, sabiex tqis l-użu ta’ mudelli bbażati fuq inċentivi kif ukoll standards u linji gwida internazzjonali.

6.   L-impatt fuq l-istandards tal-impjieg, tal-konsumatur u tal-ambjent

6.1.

Fid-deċennji riċenti, ġew stabbiliti għadd ta’ standards minimi fl-UE kollha fir-rigward tal-ħarsien tal-konsumaturi, tal-ambjent u tal-ħaddiema li għandhom l-għan li jwettqu konverġenza ’l fuq tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fl-Unjoni, jiġifieri aktar konverġenza soċjali skont l-Artikolu 151 tat-TFUE.

6.2.

Il-leġislatur tal-UE deliberatament ħalla spazju għal standards minimi li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri b’konformità mal-prinċipji tat-trattat tal-UE, speċjalment filwaqt li jirrispettaw il-proporzjonalità. B’riżultat ta’ dan, id-direttivi jipprevedu li l-Istati Membri jistgħu jqisu l-istandards ogħla tagħhom fil-proċess tagħhom ta’ implimentazzjoni. Il-KESE jenfasizza li, kull meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jmorru għal standards ta’ protezzjoni aktar ambizzjużi, il-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Aħjar jistgħu jitqiesu, fost kunsiderazzjonijiet oħrajn.

6.3.

Dawn l-istandards nazzjonali huma r-riżultat ta’ proċessi ta’ negozjati demokratiċi li jinvolvu b’mod konsiderevoli l-imsieħba soċjali Ewropej u nazzjonali u huma ta’ benefiċċju għall-impjegati, il-konsumaturi u l-kumpaniji. F’konformità mal-għanijiet tat-Trattat tal-UE, l-istabbiliment ta’ standards minimi bħal dawn għandhom jiżguraw il-funzjonament aħjar tas-suq uniku u fl-istess waqt ma jaffettwax ħażin il-livelli ta’ protezzjoni ogħla fil-livell nazzjonali. Ħafna drabi, l-istandards minimi fil-liġi tal-UE jinkludu wkoll “klawsoli ta’ nuqqas ta’ rigressjoni” b’mod espliċitu li jgħidu li l-implimentazzjoni tad-Direttiva ma tistax tintuża bħala ġustifikazzjoni biex jitbaxxew standards nazzjonali ogħla eventwali għall-istandard Ewropew. Madankollu, dan ma jfissirx li l-istandards nazzjonali huma definittivi u ma jistgħu jinbidlu qatt.

6.4.

Matul it-traspożizzjoni nazzjonali tal-liġi tal-UE, il-valutazzjonijiet tal-impatt jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biex jikkontrollaw l-effetti soċjali, ekonomiċi u oħrajn.

6.5.

Fil-politika soċjali, l-istess bħal fil-ħarsien tal-konsumatur u tal-ambjent, il-leġislazzjoni tal-UE tiżgura li standards ogħla fl-Istati Membri ma għandhomx ikunu mminati u għandhom jiġu mħarsa, filwaqt li l-partijiet interessati kollha jkunu inklużi fil-valutazzjonijiet tal-impatt. F’dan ir-rigward, il-KESE esprima kemm-il darba l-fehma li l-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar għandha twassal għal drittijiet tal-UE ta’ kwalità għolja mingħajr ma timmina l-għanijiet ta’ politika ewlenin jew toħloq pressjoni ta’ deregolamentazzjoni fuq il-ħarsien soċjali u ambjentali kif ukoll fuq id-drittijiet fundamentali (13).

6.6.

Il-KESE jtenni li l-istandards minimi Ewropej, speċjalment fil-kuntest tal-politika soċjali tal-UE, jimmiraw għal approssimazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol madwar l-UE lejn konverġenza soċjali ’l fuq. Standards minimi fid-direttivi tal-UE ma għandhomx jinftiehmu bħala “livell massimu”, li m’għandux jinqabeż matul it-traspożizzjoni tagħhom fis-sistemi legali nazzjonali.

6.7.

Il-KESE jappoġġja l-proċess ta’ Regolamentazzjoni Aħjar u jirrikonoxxi l-valur miżjud tagħha. Fl-istess waqt, iwissi li dan bl-ebda mod ma għandu jintuża bħala skuża għal tnaqqis fil-grad tar-rekwiżiti, speċjalment f’oqsma bħalma huma l-liġi tax-xogħol, tal-konsumatur u dik ambjentali, il-promozzjoni tat-tkabbir tal-prosperità u l-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli. Il-KESE jwissi li dan se jħeġġeġ l-ewroxettiċiżmu dejjem jikber fost sezzjonijiet wiesgħa tal-popolazzjoni. Fil-fehma tal-KESE, l-aċċettazzjoni popolari tal-proċess ta’ unifikazzjoni Ewropea m’għandhiex tkun preġudikata minn kompetizzjoni regolatorja permezz ta’ tnaqqis tal-istandards.

Brussell, id-19 ta’ Settembru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Luca JAHIER


(1)  https://ec.europa.eu/info/law/law-making-process/planning-and-proposing-law/better-regulation-why-and-how_mt.

(2)  ĠU C 197, 8.6.2018, p. 1.

(3)  ĠU C 434, 15.12.2017, p. 11; ĠU C 13, 15.1.2016, p. 192; ĠU C 303, 19.8.2016, p. 45; ĠU C 487, 28.12.2016, p. 51; ĠU C 262, 25.7.2018, p. 22.

(4)  https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/report-task-force-subsidiarity-proportionality-doing-less-more-efficiently_1.pdf

(5)  ĠU C 18, 19.1.2017, p. 10,

(6)  Ara inter alia punt 1.2 tal-Opinjoni tal-KESE dwar ir-REFIT (ĠU C 303, 19.8.2016, p. 45).

(7)  COM(2012) 746 final, p. 2.

(8)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 45, pt 2.1.

(9)  ĠU C 262, 25.7.2018, p. 22 pt. 1.2.

(10)  CES248-2013 (Rapport ta’ Informazzjoni) (ĠU C 13, 15.1.2016, p. 145).

(11)  ĠU C 197, 8.6.2018, p. 1.

(12)  ĠU C 262, 25.7.2018, p. 22, pt. 4.7.1 u 4.8.3.

(13)  ĠU C 262, 25.7.2018, p. 22 (pt. 1.1 u 3.4.); ĠU C 303, 19.8.2016, p. 45 (pt. 2.1-2.2, 2.5); ĠU C 13, 15.1.2016, p. 192 (pt. 2.4).


6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/37


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Id-disparità diġitali bejn is-sessi”

(Opinjoni esploratorja mitluba mill-Parlament Ewropew)

(2018/C 440/06)

Relatur:

Giulia BARBUCCI

Opinjoni esploratorja mill-Parlament Ewropew

Ittra tad-19.4.2018

Bażi legali

L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza

Adottata fis-sezzjoni

19.7.2018

Adottata fil-plenarja

19.9.2018

Sessjoni plenarja Nru

537

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

176/2/6

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-kawżi tad-disparità diġitali bejn is-sessi huma diversi, u għalhekk l-azzjonijiet jeħtieġ jindirizzaw oqsma differenti: is-sistema edukattiva mit-tfulija sal-età adulta, is-suq tax-xogħol, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, is-servizzi pubbliċi u d-disparità diġitali b’mod ġenerali. Huwa rrakkomandat li jintuża approċċ multidixxiplinari li jgħaqqad flimkien aspetti differenti tal-innovazzjoni (teknoloġiċi, soċjali, kulturali, eċċ).

1.2.

Id-disparità diġitali bejn is-sessi mhijiex sempliċement kwistjoni teknoloġika: hija kwistjoni ekonomika, soċjali u kulturali, li għandha tiġi indirizzata b’politiki f’diversi livelli u olistiċi, sabiex l-inugwaljanza tas-sessi tiġi indirizzata mill-għeruq soċjali u kulturali tagħha.

1.3.

Huwa importanti li tittieħed azzjoni biex jiżdied in-numru ta’ nisa fl-oqsma tas-STEM (ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika), peress li dan jista’ jtejjeb ukoll il-kundizzjonijiet f’setturi oħra, kif ukoll fl-ekonomija u s-soċjetà kollha kemm hi. Fl-istess ħin huwa essenzjali li nirrikonoxxu l-importanza dejjem ikbar tal-edukazzjoni relatata mal-ICT, kif ukoll dik trasversali, intraprenditorjali u diġitali, u l-ħiliet personali (bħall-empatija, il-kreattività u s-soluzzjoni ta’ problemi kumplessi) fl-era diġitali fis-setturi kollha. L-edukazzjoni interdixxiplinari u s-settijiet ta’ ħiliet ffukati fuq il-bnedmin se jkunu essenzjali u s-sistemi tal-edukazzjoni jeħtieġ iqisu dawn l-aspetti.

1.4.

Huwa essenzjali li jiġu żgurati l-litteriżmu u l-edukazzjoni diġitali għal kulħadd, b’enfasi partikolari fuq il-bniet, biex b’hekk tiġi eliminata id-disparità diġitali bejn is-sessi mill-għeruq tagħha. Huwa ta’ importanza primarja biex jingħelbu l-isterjotipi li jkun hemm aktar nisa li jkunu mudelli eżemplari diġitali.

1.5.

Jeħtieġ li tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tan-nisa f’impjiegi tekniċi u ta’ livell għoli, billi jingħelbu l-ostakli edukattivi u professjonali u l-isterjotipi kif ukoll billi jiġi ggarantit tagħlim diġitali tul il-ħajja sabiex in-nisa ma jkunux esklużi mis-suq tax-xogħol.

1.6.

L-għalliema u dawk li jħarrġu għandhom jingħataw l-għodod it-tajba biex jużaw l-ICT fil-livelli kollha biex jgħallmu, u biex jippromovu d-demokrazija u sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ aktar inklużivi u personalizzati.

1.7.

Biex jiġi evitat iċ-ċirku vizzjuż tal-femminilizzazzjoni tal-faqar, jeħtieġ jiġu ggarantiti kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u aċċess għall-protezzjoni soċjali (1). Dan jgħodd speċjalment għall-“gig economy” (2). F’dan ir-rigward, id-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv għandhom rwol fundamentali.

1.8.

Il-preżenza tan-nisa fl-impjiegi tal-iżviluppaturi tal-ICT tista’ tgħin sabiex jingħeleb il-preġudizzju bbażat fuq is-sessi li jista’ jkun hemm fit-tfassil ta’ teknoloġija partikolari.

1.9.

L-intraprenditorija femminili trid tiġi appoġġjata billi jitneħħew l-ostakli għall-aċċess tan-nisa għall-impjieg indipendenti u jittejbu l-aċċess u l-kwalità tal-miżuri ta’ protezzjoni soċjali (3).

1.10.

Għandhom jiġu mmonitorjati x-xogħol intelliġenti (smart working) u t-telexogħol sabiex jiġi evitat ir-riskju li ma jkunx hemm distinzjoni ċara bejn il-limiti tal-indukrar, ix-xogħol u l-ħajja privata.

1.11.

Huwa importanti li tittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa b’diżabbiltà fis-suq tax-xogħol, filwaqt li tiġi implimentata l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà (UNCRPD) (4).

1.12.

Id-diġitalizzazzjoni tas-settur pubbliku tirrappreżenta opportunità kbira sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u biex tingħata għajnuna lin-nisa b’responsabbiltajiet tal-indukrar, kif ukoll biex jingħelbu l-ostakli relatati mal-burokrazija u l-aċċess għas-servizzi pubbliċi.

1.13.

Huwa importanti li jiġu indirizzati l-isterjotipi tas-sessi: din il-kwistjoni trid titqies f’kull politika u f’kull qasam, u għandha tiġi indirizzata mill-għeruq soċjali u kulturali l-aktar profondi tagħha.

1.14.

Wieħed mill-ostakli ewlenin li jiffaċċjaw in-nisa biex jipparteċipaw f’attivitajiet onlajn u f’netwerks soċjali huwa l-bullying ċibernetiku. Il-Konvenzjoni ta’ Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika trid tiġi ratifikata u applikata.

1.15.

Il-politiki kollha fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali jeħtieġ iqisu d-diskriminazzjoni kontra n-nisa fil-qasam diġitali, li għandha wkoll impatt negattiv fuq l-ekonomija u s-soċjetà inġenerali.

1.16.

Il-linji politiċi pubbliċi għandhom jitfasslu b’perspettiva tas-sessi (mainstreaming). L-ibbaġittjar skont is-sessi u l-kunsiderazzjoni tas-sessi jistgħu jkunu għodod siewja f’dan ir-rigward.

1.17.

Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea ssaħħaħ it-Task Force dwar “Women in Digital” u l-inizjattiva Digital4Her. Huwa importanti li jinħolqu u jiġu żviluppati netwerks Ewropej tan-nisa fil-qasam diġitali li jippromovu l-parteċipazzjoni tal-bniet u n-nisa fi studji u karrieri diġitali madwar l-UE.

1.18.

Il-Kummissjoni Ewropea jeħtieġ tirrakkomanda li l-pajjiżi tal-UE jistabbilixxu miri u indikaturi nazzjonali biex jimmonitorjaw is-sitwazzjoni (tabella ta’ valutazzjoni annwali). It-titjib jew deterjorament għandhom jitkejlu, anke permezz ta’ riċerka mwettqa mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE). Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż f’dan il-qasam jistgħu jsiru lill-Istati Membri fil-proċess tas-Semestru Ewropew.

1.19.

L-imsieħba soċjali fil-livelli adatti huma impenjati li jtejbu l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol sabiex jindirizzaw id-disparità diġitali bejn is-sessi, u għandhom rwol importanti x’jaqdu f’dan ir-rigward. B’mod partikolari, ir-rwol tan-negozjar kollettiv huwa kruċjali fit-tagħlim tul il-ħajja u fis-suq tax-xogħol, fl-indirizzar tar-rwoli tas-sessi, fil-promozzjoni tar-rwol tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet u f’diversi korpi, u biex jiġi appoġġjat il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u tiġi indirizzata d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa (5).

1.20.

Il-KESE jirrakkomanda li l-Parlament Ewropew jappoġġja dawn ir-rakkomandazzjonijiet għal-leġislatura li jmiss tal-PE, peress li dan is-suġġett huwa fundamentali għall-iżvilupp futur tal-Ewropa.

2.   Introduzzjoni

2.1.   L-inugwaljanza bejn is-sessi

2.1.1.

Fid-diskors tiegħu lill-Parlament Ewropew dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker sostna li m’għandux ikun hemm lok għal diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li poġġa l-qasam tal-ġustizzja u tad-drittijiet fundamentali fost wieħed mill-għaxar prijoritajiet politiċi tal-ħidma tal-Kummissjoni. L-ugwaljanza bejn is-sessi hija parti minn dan il-qasam, minkejja l-fatt li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali diġà taqdi rwol importanti f’dan il-qasam, billi tistipula li “l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel trid tiġi żgurata fl-oqsma kollha, inkluż fl-impjieg, fix-xogħol u fil-paga” (6). Mariya Gabriel, il-Kummissarju responsabbli mill-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali, reċentament spjegat l-azzjonijiet bħala parti mill-istrateġija tagħha biex tiffaċilita żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-settur diġitali. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat is-segwitu għad-dikjarazzjoni Digital4Her iffirmata mill-kumpaniji tal-IT, li tipprevedi kultura u ambjent inklużivi u b’bilanċ bejn is-sessi.

2.1.2.

In-nisa għadhom jiġu diskriminati fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà inġenerali. L-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi – li jkejjel l-inugwaljanza fl-oqsma tax-xogħol, il-ħin, il-flus, l-għarfien, il-poter, il-vjolenza u s-saħħa – juri li l-progress f’dawn l-oqsma miexi bil-mod: l-indiċi żdied minn 62 punt fl-2005 għal 65 punt fl-2012 u 66,2 punt fl-2017 (7). Il-kawżi ta’ din id-diskriminazzjoni huma diversi. Biex jingħelbu l-iżbilanċi li jirriżultaw minn din id-diskriminazzjoni, l-ewwel kapitolu tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jikkonċerna l-opportunitajiet indaqs u l-aċċess għas-suq tax-xogħol, b’rikonoxximent tal-fatt li l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs huma dawk l-oqsma li fihom id-diskriminazzjoni hija aktar komuni.

2.1.3.

Id-disparità diġitali bejn is-sessi hija forma ta’ inugwaljanza li tirriżulta mid-diskriminazzjoni li taffettwa lin-nisa, li x’aktarx tikkostitwixxi ostaklu li huwa diffiċli li jingħeleb għall-parteċipazzjoni tan-nisa fil-livell Ewropew u dak globali. Din tnaqqas it-tkabbir tal-ekonomija Ewropea tal-futur, ikkaratterizzata mid-diġitalizzazzjoni. Illum il-ġurnata, 68 % tal-irġiel u 62 % tan-nisa jużaw kompjuter u l-Internet b’mod regolari, 33 % tal-irġiel u 18 % tan-nisa jinstallaw softwer fuq l-apparat tagħhom, u 47 % tal-irġiel u 35 % tan-nisa jużaw is-servizzi bankarji onlajn (8). Barra minn hekk, minkejja li jirrappreżentaw aktar min-nofs il-gradwati totali, in-nisa jibqgħu sottorappreżentati fix-xjenza u fil-korsijiet tal-ICT: huma jirrappreżentaw madwar terz tal-impjegati totali fis-settur, b’perċentwali differenti skont l-impjieg speċifiku (8 % fis-softwer, 54 % f’pożizzjonijiet f’livell aktar baxx fost l-operaturi tal-IT). Din l-Opinjoni għandha l-għan li tipprovdi rakkomandazzjonijiet u proposti sabiex jingħelbu l-iżbilanċi fir-rigward is-sistema edukattiva u s-suq tax-xogħol.

2.1.4.

In-nisa jiltaqgħu ma’ aktar diffikultajiet onlajn minħabba l-bullying ċibernetiku: il-fastidju onlajn huwa mmirat ħafna iktar lejn il-bniet (skont data tal-EIGE, 51 % tan-nisa jaffaċċjaw fastidju onlajn vs. 42 % tal-irġiel) (9). Il-Konvenzjoni ta’ Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika trid tiġi ratifikata u applikata.

2.2.   Id-diġitalizzazzjoni u d-disparità diġitali

2.2.1.

Id-diġitalizzazzjoni mhijiex sempliċement proċess teknoloġiku, iżda wkoll wieħed ekonomiku, soċjali, soċjetali u kulturali.

2.2.2.

Skont studju tal-Kummissjoni Ewropea (10), id-diġitalizzazzjoni tista’ żżid EUR 415 biljun fis-sena mal-PDG tal-UE u b’aktar nisa f’impjiegi diġitali tista’ tingħata spinta ta’ EUR 16 biljun kull sena għall-PDG tal-UE. Fl-istess ħin, il-kumpaniji jaffaċċjaw diffikultajiet biex jimpjegaw speċjalisti fl-ICT, u b’hekk hemm lok għal aktar impjiegi u edukazzjoni aħjar fil-qasam diġitali.

2.2.3.

Id-disparità diġitali ma jinkludix biss aċċess limitat għal konnessjoni tal-Internet iżda anke n-nuqqas ta’ ħiliet bażiċi meħtieġa sabiex jintużaw l-għodod tal-ICT. Aspett wieħed tad-disparità diġitali huwa d-disparità diġitali bejn is-sessi. Skont data diżaggregata skont il-ġeneri għal 91 ekonomija li għandha l-Junjin tat-Telekomunikazzzjoni Internazzjonali, fl-2017 id-diffużjoni ġenerali tal-Internet kienet ta’ 44,9 % għan-nisa meta mqabbel ma’ 50,9 % għall-irġiel; skont data tal-Eurostat, fl-2017 71 % tan-nisa kellhom aċċess kuljum għall-Internet meta mqabbel ma’ 74 % tal-irġiel, u 49 % tan-nisa kellhom servizzi bankarji onlajn meta mqabbel ma’ 54 % tal-irġiel (11). Huwa importanti li l-kwistjoni tiġi pperċepita kemm min-naħa tas-suq tax-xogħol – id-diġitalizzazzjoni se tikkonċerna lill-ħaddiema kollha – kif ukoll mill-perspettiva tal-utent – kulħadd huwa utent tat-teknoloġija.

2.2.4.

Ta’ spiss id-disparità diġitali tirriżulta meta jkunu preżenti forom oħra ta’ diskriminazzjoni: meta persuna tkun parti minn minorità etnika, tgħix f’żona rurali, tkun immigrant, b’diżabbiltà, fqira, eċċ. It-teknoloġija tista’ tgħin biex jingħelbu dawn l-ostakli, sabiex id-dinja issir aktar inklużiva għal kulħadd, imma jekk dan il-proċess ma jkunx immexxi mill-atturi soċjali, tista’ taggravahom.

2.2.5.

Id-disparità diġitali bejn is-sessi hija kwistjoni ekonomika, soċjali, soċjetali u kulturali, jeħtieġ tiġi indirizzata b’politiki f’livelli differenti u olistiċi, peress li twassal għal żieda fl-inugwaljanza bejn is-sessi. Barra dan, l-inugwaljanza tas-sessi għandha titqies f’kull politika u f’kull qasam, u għandha tiġi indirizzata mill-għeruq soċjali u kulturali l-aktar profondi tagħha.

2.2.6.

L-impatt kwalitattiv tad-diġitalizzazzjoni fuq il-ħtiġijiet ta’ ħiliet huwa wkoll interessanti mill-perspettiva tas-sessi peress li n-nisa huma aktar rappreżentati f’xi impjiegi u sottorappreżentati f’oħrajn, inkluż fis-STEM (ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika). Hija meħtieġa azzjoni biex jiżdied in-numru ta’ nisa fl-oqsma tas-STEM.

2.2.7.

Madankollu, huwa essenzjali wkoll li tiġi rikonoxxuta l-importanza dejjem akbar tal-ħiliet personali fl-era diġitali fis-setturi kollha: il-karatteristika ewlenija tal-intelliġenza artifiċjali (IA) u l-Internet tal-Oġġetti (IoT) hija li l-magni qed isiru aktar sensittivi u aktar intelliġenti, bir-riżultat li l-forza tax-xogħol umana ssir indispensabbli biss jekk din tikkompeti abbażi ta’ ħiliet umani attwali bħall-kapaċità li wieħed jadatta għat-tibdil u li jikkoopera. L-empatija, il-kreattività u s-soluzzjoni ta’ problemi kumplessi fis-soċjetà tal-lum huma aktar spiss mgħallma u żviluppati fil-bniet milli fis-subien (12). Huwa rrakkomandat approċċ multidixxiplinari li jgħaqqad flimkien aspetti differenti tal-innovazzjoni (teknoloġiċi, soċjali, kulturali, eċċ.) f’attentat mhux biss li jiġu miġġielda r-riskji iżda anke li jinħatfu l-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni għan-nisa.

2.2.8.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-persuni b’diżabbiltà – u n-nisa b’mod partikolari – li s-sitwazzjoni tagħhom “mhijiex biss agħar minn dik tan-nisa mingħajr diżabbiltà” (13). Din hija r-raġuni għaliex huwa importanti li jingħata “aċċess ugwali għad-diversi komponenti tal-faċilitajiet tal-ICT u għaliex is-soċjetà tal-informazzjoni għandha tkun garantita għan-nisa u l-bniet b’diżabbiltà” (14).

3.   Id-disparità diġitali bejn is-sessi fis-sistema edukattiva

3.1.

Is-sistema edukattiva hija l-qasam politiku ewlieni li għandu jiġi indirizzat. Hemm tnaqqis fin-numru ta’ nisa li jsegwu l-edukazzjoni ogħla relatat mal-ICT meta mqabbel mal-2011 (15). It-titjib fil-litteriżmu u fil-ħiliet diġitali għan-nisa fil-livelli kollha huwa għaldaqstant essenzjali sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu sehem b’mod attiv fl-iżvilupp tas-soċjetà u jibbenefikaw mill-opportunitajiet li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni u jiġi evitat li dawn jitħallew lura. In-nisa b’diżabbiltà għandu jkollhom id-dritt għal edukazzjoni inklużiva u ta’ kwalità għolja. Għandhom jiġu indirizzati l-isterjotipi kulturali u lingwisitiċi, filwaqt li l-bniet għandhom jiġu pprovduti b’mudelli differenti, speċjalment fis-settur tal-midja. Barra minn hekk, l-għodod tal-ICT jistgħu jintużaw f’attivitajiet ta’ tagħlim u fil-klassi.

3.2.

Fl-edukazzjoni primarja, huwa essenzjali li jiġu żgurati l-litteriżmu u l-edukazzjoni diġitali għal kulħadd, sabiex tiġi żgurata l-kapaċità ta’ adattament tal-irġiel u n-nisa futuri għat-teknoloġiji li jevolvu b’mod rapidu. Skont il-Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti (PISA), li jkejjel il-progress edukazzjonali ta’ adoloxxenti ta’ 15-il sena fil-pajjiżi tal-OECD, hemm kważi erba’ darbiet aktar subien milli bniet li jaspiraw għal karriera fis-STEM (16). Skont studju tal-EIGE, madwar l-UE, minn 3 % sa 15 % tas-subien adoloxxenti jaspiraw li jaħdmu bħala professjonisti tal-ICT, iżda f’erba’ pajjiżi biss tal-UE kien hemm 1 % sa 3 % tal-bniet adoloxxenti li jaspiraw li jaħdmu bħala professjonisti tal-ICT. Barra minn hekk, anke jekk il-ħiliet diġitali taż-żgħażagħ fl-UE jkunu indaqs bejn is-subien u l-bniet, is-subien xorta waħda jħossuhom aktar kunfidenti fir-rigward tal-ħiliet diġitali tagħhom: għal darb’oħra din hija problema ta’ perċezzjoni żbaljata u sterjotipi tas-sessi (17). “Il-KESE jfakkar lill-Istati Membri dwar il-bżonn li jinvestu f’sistemi edukattivi mhux diskriminatorji u inklużivi” (18).

3.3.

Huwa importanti li jingħata taħriġ għal dawk li jħarrġu fl-użu tal-ICT bħala għodda għat-tagħlim. L-enfasi fuq il-bniet hija ta’ importanza primarja sabiex titneħħa d-disparità diġitali abbażi tal-ġeneru mill-għeruq tagħha u biex jiġu promossi sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ aktar inklużivi u personalizzati. L-għodod diġitali jistgħu jkunu siewja wkoll sabiex jitnaqqsu l-piżijiet burokratiċi fuq l-għalliema u dawk li jħarrġu (19).

3.4.

Fl-edukazzjoni sekondarja u terzjarja interdixxiplinari il-bniet għadhom jieħdu inqas korsijiet tas-STEM mis-subien: inqas minn 1 minn kull 5 gradwati tal-ICT huma nisa (20). L-edukazzjoni interdixxiplinari u l-ħiliet personali ċċentrati fuq il-bniedem se jkunu essenzjali wkoll.

3.5.

It-tagħlim doppju u l-ETV (Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali) għandhom jiġu msaħħa u jqisu l-aċċess tal-bniet għat-tagħlim tekniku u fuq il-post tax-xogħol (21).

4.   Id-disparità diġitali bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol

4.1.

Jeħtieġ li n-nisa jiġu mħeġġa jipparteċipaw f’impjiegi tekniċi u f’impjiegi ta’ livell għoli, filwaqt li jingħelbu l-ostakli fl-edukazzjoni u fil-professjonijiet u l-isterjotipi. Żieda fil-preżenza tan-nisa fl-ICT tista’ tkun ta’ benefiċċju għal dan is-settur kollu u għall-ekonomija u s-soċjetà fl-intier tagħhom.

4.2.

Sabiex tingħeleb id-disparità diġitali bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol, ir-rwol tal-imsieħba soċjali fil-livell tal-kumpaniji, nazzjonali u Ewropew huwa ta’ importanza ewlenija. Id-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv jistgħu jipproponu soluzzjonijiet aċċettabbli, billi jitqiesu l-ħtiġijiet kemm tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiema (22). Jekk in-nisa fl-oqsma STEM u f’impjiegi ta’ livell għoli jiżdiedu, huma jistgħu jikkontribwixxu wkoll biex titnaqqas id-differenza fil-pagi bejn is-sessi.

4.3.

It-tagħlim tul il-ħajja huwa essenzjali biex tiġi evitata l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol, u dan huwa saħansitra aktar importanti għan-nisa. L-imsieħba soċjali jaqdu rwol kruċjali f’dan ir-rigward.

4.4.

Il-polarizzazzjoni tas-suq tax-xogħol u “l-gig economy”: anke jekk il-magni jkunu jistgħu teknikament jissostitwixxu l-impjiegi b’livell baxx ta’ ħiliet (kemm manwali kif ukoll intellettwali, minħabba l-Internet tal-oġġetti, is-sensuri, it-teknoloġiji tal-IA), jekk dawn l-impjiegi jkunu prekarji u ma jiġi żgurat l-ebda dritt, jaf ikun aktar faċli għall-kumpaniji li jimpjegaw persuni bi spiża baxxa minflok ma jinvestu f’magni ġodda. Dan huwa diġà minnu fl-hekk imsejħa “gig economy”. F’dawn il-kuntesti, mhija żgurata l-ebda protezzjoni soċjali bħal fil-forom standard ta’ xogħol (23): minħabba n-natura informali ta’ dan it-tip ta’ impjieg, in-nisa jirriskjaw li jitbiegħdu minn impjiegi tradizzjonali b’benefiċċji soċjali favur xogħol “gig” li huwa aktar disponibbli faċilment u xi kultant jista’ jiġi ġestit b’mod aktar faċli f’termini tal-ħin tax-xogħol. Biex jiġi evitat iċ-ċirku vizzjuż tal-femminilizzazzjoni tal-faqar (24), iridu jiġu ggarantiti kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u l-partijiet interessati kollha jeħtieġ jippromovu mudell ta’ żvilupp ibbażat fuq l-istrateġija “high-road”. Hawnhekk, ir-rwol tal-imsieħba soċjali u tan-negozjar kollettiv huwa fundamentali (25).

4.5.

It-teknoloġija mhijiex newtrali: filwaqt li softwer jew algoritmu għandhom inaqqsu s-soġġettività li hija tipika għal proċess jew deċiżjoni tal-bniedem, jekk fiha jiddaħħal preġudizzju kulturali (bħal preġudizzju skont il-ġeneru), allura din dejjem ser tirriproduċi din it-tip ta’ diskriminazzjoni fuq bażi strutturali (aktar milli fuq bażi każwali). Din hija r-raġuni għalfejn il-persuni li jaħdmu fit-tfassil ta’ dawn is-sistemi għandhom ikunu kemm jista’ jkun diversi. Illum il-ġurnata, 17 % biss tat-8 miljun persuna li jaħdmu fl-ICT huma nisa (26); barra minn hekk, madwar l-UE, huma biss 20 % tan-nisa fl-età ta’ 30 sena u aktar u li għandhom lawrji relatati mal-ICT li jiddeċiedu li jibqgħu fl-industrija tat-teknoloġija (27). Iż-żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa f’dawn l-impjiegi – u b’hekk id-diversità – tista’ tgħin sabiex jingħeleb il-preġudizzju li jista’ jkun inkluż fit-tfassil ta’ teknoloġija partikolari.

4.6.

Inkissru s-“saqaf tal-ħġieġ” għal sistema ekonomika aktar diġitali: 32 % biss tal-mexxejja ekonomiċi huma nisa (28), għalkemm huwa ppruvat li n-negozji b’nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għandhom stili ta’ governanza aħjar, li normalment huma aktar “orizzontali” u jħeġġu d-diversità u l-ħsieb kreattiv u innovattiv. Għalhekk, jekk il-kumpaniji jiżviluppaw politiki dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi sabiex jippromwovu n-nisa fl-ogħla livelli tal-organizzazzjoni, il-kumpanija se tibbenefika f’termini ta’ innovazzjoni u kapaċità. Applikat fuq skala wiesgħa, min-naħa l-oħra dan se jkun ta’ benefiċċju għas-sistema ekonomika kollha.

4.7.

Fil-parti l-kbira tagħha, is-sistema ta’ produzzjoni Ewropea hija magħmula minn SMEs li jaffaċċjaw aktar diffikultajiet meta jinvestu f’teknoloġiji ġodda. Fl-istess ħin, it-teknoloġiji diġitali jiffaċilitaw il-mikrointraprenditorija: permezz tal-għodod diġitali (bħall-kummerċ elettroniku) ikun possibbli li l-SMEs jidħlu fi swieq globali, u f’termini ġenerali, li jitneħħew l-ostakli għal impjieg indipendenti. Skont it-tieni European Start-up Monitor, mill-intraprendituri li joħolqu negozji ġodda 14,8 % biss huma nisa (29). Din il-problema hija relatata ma’ netwerks kummerċjali aktar dgħajfa, l-isterjotipi u appoġġ finanzjarju mhux adatt. Id-diġitalizzazzjoni tista’ toħloq l-ambjent it-tajjeb għall-intraprenditorija femminili. L-edukazzjoni u s-servizzi ta’ appoġġ iridu jiġu ggarantiti sabiex in-nisa jkunu jistgħu jiftħu n-negozju tagħhom stess billi jużaw it-teknoloġiji diġitali disponibbli.

5.   Id-diġitalizzazzjoni u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

5.1.

Skont studju tal-EIGE, fl-impjiegi tal-ICT jeżistu ħinijiet tax-xogħol itwal minn f’setturi oħra (30). Għalhekk, l-ewwel kwistjoni li trid tiġi indirizzata hija li l-irġiel u n-nisa jaqsmu x-xogħol tal-kura: huwa importanti li tittieħed azzjoni favur kondiviżjoni aktar ġusta tax-xogħol ta’ kura skont is-sessi, anke permezz tal-adozzjoni ta’ proposta għal Direttiva dwar il-bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol għall-ġenituri u l-persuni li jagħtu servizzi ta’ kura (31).

5.2.

Ix-xogħol intelliġenti (smartworking) u t-telexogħol huma spiss ikkunsidrati bħala għodod għal bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata b’kont meħud tar-riskji kif ukoll tal-opportunitajiet. Jekk ix-xogħol intelliġenti jista’ jgħin lill-ħaddiema sabiex jimmaniġġjaw il-ħajja privata tagħhom (speċjalment billi jeliminaw il-“ħin mejjet” li wieħed iqatta’ meta jivvjaġġa lejn ix-xogħol u lura), huwa minnu wkoll li, jekk ma jiġix ġestit b’mod tajjeb, ix-xogħol intelliġenti jista’ jwassal biex tiddgħajjef id-distinzjoni bejn il-limiti tal-indukrar, ix-xogħol u l-ħin ta’ rikreazzjoni. Ix-xogħol intelliġenti għandu jiġi ġestit permezz ta’ ftehimiet kollettivi tal-kumpaniji speċifiċi sabiex ikun adattat għall-kuntest kulturali, għall-mezzi tal-produzzjoni u għall-organizzazzjoni tax-xogħol. Fiż-żmien aktar fit-tul, ix-xogħol intelliġenti jista’ wkoll ibiddel il-mod kif in-nies jgħixu fil-bliet (u ż-żoni rurali) u fl-ispazji soċjali.

5.3.

L-għodod diġitali jistgħu jirrappreżentaw ukoll opportunità għal dawk esklużi mis-suq tax-xogħol. Dawn l-għodod jistgħu wkoll jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. In-nisa b’diżabilità huma madankollu ħafna aktar esklużi mis-suq tax-xogħol (32). Għaldaqstant, huwa importanti ħafna li tiġi implimentata l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD) (33).

6.   Id-diġitalizzazzjoni tas-settur pubbliku

6.1.

Minħabba ż-żieda fl-istennija tal-għomor u rati ta’ twelid baxxi, il-popolazzjoni Ewropea qed tixjieħ u qed jiżdied il-piż ta’ xogħol ta’ kura għal nisa tal-età medja. Filwaqt li huwa essenzjali li tintlaħaq kondiviżjoni ugwali bejn is-sessi fir-rigward tax-xogħol ta’ kura, huwa importanti li jiġi rikonoxxut li d-diġitalizzazzjoni – u speċjalment ir-robotika – fis-settur pubbliku jirrappreżentaw opportunità kbira sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u biex in-nisa jiġu megħjuna fi kwalunkwe responsabbiltà tal-indukrar li dawn jista’ jkollhom.

6.2.

Ir-robotika tista’ sservi għall-awtomatizzazzjoni – u aktar importanti minn hekk – biex tiffaċilita l-kompiti l-aktar tqal li jinvolvi x-xogħol ta’ kura (bħaċ-ċaqliq ta’ persuna invalida), tgħin ir-riabilitazzjoni ta’ persuni bi ġrieħi, tipprevjeni il-mard, eċċ. Dawn it-teknoloġiji jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tas-soċjetà kollha, b’mod partikolari tan-nisa, kif ukoll il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol b’żewġ modi: jistgħu jħaffu x-xogħol fis-settur tas-servizzi ta’ kura personali, fejn in-nisa huma rrappreżentati aktar, u jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għan-nisa li jipprovdu kura b’xejn, iżda dejjem sakemm dawn it-teknoloġiji jkunu disponibbli u garantiti lil dawk kollha fi bżonn.

6.3.

It-teknoloġiji diġitali jista’ jkollhom ukoll impatt profond fuq il-proċeduri burokratiċi kollha marbuta mas-servizzi pubbliċi. Xi pajjiżi diġà qed japplikaw din it-tip ta’ teknoloġija fuq skala wiesgħa, qed joħolqu identità diġitali unika għall-proċeduri kollha relatati mas-settur pubbliku (taxxi, kura tas-saħħa, edukazzjoni, eċċ.). L-espansjoni ta’ dan il-proċess tista’ ttejjeb il-kwalità ta’ ħajja iżda huwa importanti wkoll li wieħed ikun konxju dwar (u jipprevjeni) ir-riskji relatati mal-kontroll tad-data (anke fil-każ ta’ awtorità pubblika), dwar il-privatezza, iċ-ċibersigurtà, it-trasparenza u l-etika (34).

6.4.

L-amministrazzjoni pubblika jeħtieġ tħejji ibbaġitjar skont il-ġeneru għas-servizzi u l-attivitajiet kollha, biex tippromwovi l-ugwaljanza u tikkunsidra l-impatt tal-politiki fuq in-nisa. Kull deċiżjoni dwar l-investiment jeħtieġ tittieħed mil-“lenti tal-ġeneru” fi tliet oqsma: l-ugwaljanza tas-sessi fuq il-post tax-xogħol, l-aċċess għall-kapital għan-nisa, u l-prodotti u s-servizzi li huma ta’ benefiċċju għan-nisa.

6.5.

Filwaqt li f’xi pajjiżi, id-diġitalizzazzjoni tas-settur pubbliku diġà hija avvanzata, f’xi oħrajn dan il-proċess għadu jibda u din tista’ tkun opportunità sabiex jiġu mħarrġa u impjegati aktar nisa fis-settur pubbliku, mil-lat ta’ bilanċ bejn is-sessi.

6.6.

Sabiex id-diġitalizzazzjoniti tiġi żviluppata, l-infrastruttura meħtieġa, bħall-broadband, il-5G eċċ., jeħtieġ ikunu disponibbli mingħajr ebda diskriminazzjoni ġeografika.

Brussell, id-19 ta’ Settembru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Luca JAHIER


(1)  SOC/581 – L-Opinjoni tal-KESE dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali (Ara l-paġna 135 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  The Social Protection of Workers in the Platform Economy, European Parliament, 7.12.2017.

(3)  ĠU C 173, 31.5.2017, p. 45.

(4)  L-Opinjoni tal-KESE dwar “Is-sitwazzjoni ta’ nisa b’diżabilità” (ĠU C 367, 10.10.2018, p. 20).

(5)  A “Toolkit for Gender Equality in Practice” minn European Social Partners ETUC, BusinessEurope, CEEP u UEAPME.

(6)  Kapitolu III, l-Artikolu 23.

(7)  EIGE, Gender Equality Index 2017 Report.

(8)  Ara r-Riżoluzzjoni tal-PE tas-17 t’ April 2018.

(9)  EIGE, Youth, digitalisation and gender equality: opportunities and risks of digital technologies for girls and boys, 2018 (qiegħda titħejja).

(10)  Vessela Karloukovska, DĠ-CNECT, Task Force dwar “In-nisa fl-era diġitali”, Kummissjoni Ewropea.

(11)  Data tal-Eurostat.

(12)  Martha Ochoa (UNi Global Union) “The path to genderless digitalisation”.

(13)  L-Opinjoni tal-KESE dwar “Is-sitwazzjoni ta’ nisa b’diżabilità” (ĠU C 367, 10.10.2018, p. 20), para 2.1.

(14)  Idem, para. 5.3.6.

(15)  “Women in the Digital Age”, European Commission, 2018 (Mhux disponibbli bil-Malti).

(16)  Dr Konstantina Davaki, awtriċi tal-istudju dwar “The underlying causes of the digital gender gap and possible solutions for enhanced digital inclusion of women and girls”.

(17)  Lina Salanauskaite, Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE).

(18)  L-Opinjoni tal-KESE dwar il-“Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni Ewropea 2017-2019 – L-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa” para. 4.4 (ĠU C 262, 25.7.2018, p. 101).

(19)  Ekaterina Efimenko, Kumitat Ewropew tat-Trejdjunjins għall-Edukazzjoni (ETUCE).

(20)  Vessela Karloukovska, DĠ-CNECT, Task Force dwar “In-Nisa fl-Era Diġitali”, Kummissjoni Ewropea.

(21)  ĠU C 13, 15.1.2016, p. 161; ĠU C 434, 15.12.2017, p. 36.

(22)  L-Opinjoni tal-KESE dwar “Il-kunċetti tal-UE fil-qasam tat-tħejjija tat-tranżizzjonijiet f’dinja ta’ xogħol diġitalizzat” (ĠU C 367, 10.10.2018, p. 15).

(23)  L-Opinjonijiet tal-KESE dwar “Lejn Direttiva qafas Ewropea dwar l-introjtu minimu” (li għandha tiġi adottata fis-Sessjoni Plenarja ta’ Diċembru) u dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali (Ara l-paġna 135 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(24)  Mary Collins, European Women’s Lobby (EWL) (ĠU C 129, 11.4.2018, p. 7).

(25)  Ara, pereżempju, il-ftehimiet tal-imsieħba soċjali Ewropej, kif ukoll il-proposta għal Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

(26)  Vessela Karloukovska, DĠ-CNECT, Task Force dwar “In-Nisa fl-Era Diġitali”, Kummissjoni Ewropea.

(27)  Mary Collins, European Women’s Lobby (EWL).

(28)  Vessela Karloukovska, DĠ-CNECT, Task Force dwar “In-Nisa fl-Era Diġitali”, Kummissjoni Ewropea.

(29)  “Women in the digital age”, studju għall-PE.

(30)  Lina Salanauskaite, Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE).

(31)  COM(2017) 253.

(32)  L-Opinjoni tal-KESE dwar “Is-sitwazzjoni ta’ nisa b’diżabilità” (ĠU C 367, 10.10.2018, p. 20), para. 5.4.1.

(33)  L-Opinjoni tal-KESE dwar “Is-sitwazzjoni ta’ nisa b’diżabilità” (ĠU C 367, 10.10.2018, p. 20), para. 1.2, Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità.

(34)  Digital Public Services (e-Government and e-Health).


6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/45


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-rwol tal-bijoekonomija biex jintlaħqu l-għanijiet tal-klima u tal-enerġija tal-UE u l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tan-NU”

(opinjoni esploratorja)

(2018/C 440/07)

Relatur:

Tellervo KYLÄ-HARAKKA-RUONALA

Korelatur:

Andreas THURNER

Konsultazzjoni

Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill, 12.2.2018

Bażi legali

Artikolu 302 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Opinjoni esploratorja

Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

13.3.2018

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent

Adottata fis-sezzjoni

5.9.2018

Adottata fil-plenarja

19.9.2018

Sessjoni plenarja Nru

537

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

180/1/4

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE huwa tal-fehma li l-bijoekonomija hija dwar il-ħolqien ta’ valur miżjud għas-soċjetà permezz tal-produzzjoni, il-konverżjoni u l-użu ta’ riżorsi bijoloġiċi naturali. It-tranżizzjoni għan-newtralità tal-karbonju u ċ-ċirkolarità se taġixxi dejjem aktar bħala xprun għall-bijoekonomija, peress li bijoekonomija ċirkolari għandha l-potenzjal li tiġġenera benefiċċji ekonomiċi, soċjali u klimatiċi b’mod simultanju.

1.2.

Il-KESE josserva li l-bijoekonomija tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima b’diversi modi: bis-sekwestru tas-CO2 mill-atmosfera fil-bijomassa, bil-ħżin tal-karbonju fil-bijoprodotti u billi l-prodotti bbażati fuq il-fossili jiġu ssostitwiti b’bijoprodotti.

1.3.

Barra minn hekk, il-Kumitat josserva li l-bijoekonomija tikkontribwixxi għall-miri tal-klima u l-enerġija tal-UE billi tissostitwixxi l-karburanti fossili bil-bijoenerġija fil-produzzjoni tal-elettriku, fit-tisħin u t-tkessiħ u fit-trasport. Hija tikkontribwixxi wkoll għall-effiċjenza fl-enerġija u għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

1.4.

Il-KESE huwa konvint li l-bijoekonomija taqdi rwol essenzjali fit-tilħiq tal-għanijiet ġenerali ekonomiċi, ambjentali u soċjali mitluba fl-Aġenda 2030 tan-NU (Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, jew SDGs). Ir-rwol tal-bijoekonomija huwa marbut mill-qrib mal-għanijiet li jappartjenu għall-industrija u għall-agrikoltura u għall-ħolqien tal-impjiegi f’dawn l-oqsma.

1.5.

Il-Kumitat jitlob għall-adattament tal-Istrateġija dwar il-Bijoekonomija tal-UE sabiex, b’konformità mas-sostenibbiltà ekonomika, ambjentali u soċjali, jiġu pprovduti l-aktar kundizzjonijiet favorevoli għall-bijoekonomija Ewropea biex jinħoloq vantaġġ kompetittiv għall-UE.

1.6.

Il-KESE jenfasizza li dawk li jfasslu l-politika għandhom jippromovu l-produzzjoni u l-mobilizzazzjoni sostenibbli tal-bijomassa fl-UE u jiżguraw qafas stabbli, affidabbli u koerenti għall-investimenti fil-bijoekonomija tul il-ktajjen ta’ valur. Barra minn hekk, dawk li jfasslu l-politika għandhom isaħħu d-domanda għall-bijoprodotti permezz tal-akkwist pubbliku, u jadottaw qafas koerenti b’mod li r-regoli tekniċi, u dawk tas-sigurtà u l-għajnuna mill-istat jiprovdu kundizzjonijiet ekwi għall-bijoprodotti.

1.7.

Fil-fehma tal-KESE, ir-riċerka u l-innovazzjoni huma fundamentali għall-iżvilupp ta’ bijoekonomija li tibqa’ valida għall-futur. Għaldaqstanst, għandhom jitkomplew l-isforzi tal-innovazzjoni li jiġu promossi mill-Istrateġija dwar il-Bijoekonomija, inkluża l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (BBI JU).

1.8.

Il-Kumitat jenfasizza r-rwol kruċjali tal-edukazzjoni, is-servizzi konsultattivi, it-trasferiment tal-għarfien u t-taħriġ biex jiġi żgurat li l-ħaddiema u l-intraprendituri jkollhom l-informazzjoni u l-ħiliet meħtieġa. In-nies għandhom ikunu infurmati tajjeb dwar il-bijoekonomija u jsiru konxji tar-responsabbilitajiet tagħhom, biex b’hekk ikunu jistgħu jsiru konsumaturi attivi u jieħdu deċiżjonijiet dwar il-konsum sostenibbli.

1.9.

Il-KESE jenfasizza li infrastruttura adatta hija prerekwiżit għall-bijoekonomija u titlob finanzjament adegwat. Sistemi tat-trasport effiċjenti huma meħtieġa biex jippermettu l-aċċess għall-materja prima u d-distribuzzjoni ta’ prodotti fis-swieq.

1.10.

Il-KESE jirrakkomanda li l-UE tagħmel kull sforz għal sistema globali tal-prezzijiet għall-emissjonijiet tal-karbonju, li jkun mod newtrali u effettiv ta’ kif tiġi promossa l-bijoekonomija u kif l-atturi kollha tas-suq jistgħu jinġiebu flimkien biex jiġi mmitigat it-tibdil fil-klima.

1.11.

Il-KESE huwa konvint li l-involviment tas-soċjetà ċivili fl-inizjattivi marbuta mal-bijoekonomija u l-proċessi għat-teħid tad-deċiżjonijiet huwa tal-akbar importanza. Il-Kumitat jenfasizza li huwa vitali li jiġi żgurat li t-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju ssir b’mod ġust.

1.12.

Il-KESE jenfasizza li bijoekonomija sostenibbli tista’ tirnexxi biss billi jiġi adottat approċċ transsettorjali. Għalhekk, jinħtieġu koerenza u koordinazzjoni bejn il-politiki u l-għanijiet differenti tal-UE. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-miżuri fil-livell tal-Istati Membri jkunu koerenti.

2.   Kuntest

2.1.

Il-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill talbet lill-KESE jfassal Opinjoni esploratorja dwar ir-rwol tal-bijoekonomija fit-tilħiq tal-għanijiet tal-klima u tal-enerġija tal-UE u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU. Sadanittant, il-KESE bħalissa qed iħejji Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar l-opportunitajiet ġodda li nfetħu permezz tal-bijoekonomija sostenibbli u inklużivA għall-ekonomija Ewropea (CCMI/160).

2.2.

Fl-istesss waqt, il-Kummissjoni Ewropea qed taġġorna l-Istrateġija Ewropea tal-2012 dwar il-Bijoekonomija. Il-KESE qed jissorvelja dan il-proċess u jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ddefinixxiet il-bijoekonomija bħala l-produzzjoni ta’ riżorsi bijoloġiċi rinnovabbli u l-konverżjoni ta’ dawn ir-riżorsi u tal-flussi tal-iskart fi prodotti b’valur miżjud, bħall-ikel, l-għalf, il-bijoprodotti u l-bijoenerġija.

2.3.

B’mod ġenerali, il-bijoekonomija tinvolvi s-sostituzzjoni tal-karburanti fossili u materja prima derivata mill-fossili b’enerġija u materja prima b’bażi bijoloġika. Il-bijoekonomija tinvolvi attivitajiet ekonomiċi li jkunu bbażati fuq il-produzzjoni, l-estrazzjoni, il-konverżjoni u l-użu ta’ riżorsi naturali bijoloġiċi. Il-flussi tal-iskart, il-prodotti sekondarji u r-residwi jistgħu jkunu sors ewlieni ieħor għall-provvista tal-materja prima.

2.4.

L-agrikoltura u l-forestrija, flimkien mas-sajd, jaqdu rwol fundamentali fil-produzzjoni tal-bijomassa għal aktar użu. Varjetà wiesgħa ta’ industriji, bħall-industrija tal-foresti, tal-ikel, tal-kimika, tal-enerġija, tat-tessuti u tal-bini, jikkonvertu l-bijomassa, inkluża l-materja prima sekondarja, fi prodotti bażiċi tal-konsumaturi jew fi prodotti intermedji intiżi għal negozji oħra. Fil-biċċa l-kbira tagħha, il-bijoekonomija hija bbażata fuq ktajjen tal-valur estensivi, inklużi t-trasport, il-kummerċ u servizzi oħra relatati mal-attivitajiet imsemmija hawn fuq. Barra minn hekk, is-servizzi tal-ekosistema jagħmlu parti mill-bijoekonomija.

2.5.

L-UE timpenja ruħha biex tnaqqas l-emissjonijiet tagħha tal-gassijiet serra b’tal-anqas 40 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 (1), b’miri u regoli separati għas-setturi tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet u setturi oħra. Barra minn hekk, l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, jiġifieri s-settur LULUCF, ġew integrati fil-qafas tal-2030, bir-rekwiżit li dan is-settur ma jiġġenerax emissjonijiet netti iżda jikkontribwixxi għall-għan li fuq perjodu twil ta’ żmien jitjiebu l-bjar. Dan jirrifletti r-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) tal-Ftehim ta’ Pariġi, li jitlob bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi skont is-sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu (2).

2.6.

B’konformità mal-miri tal-enerġija tal-UE għas-sena 2030, l-effiċjenza fl-enerġija għandha tiżdied bi 32,5 % meta sjsir paragun mal-projezzjonijiet, u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita ġenerali tal-enerġija għandu jkun ta’ 32 %, fejn it-tnejn jiġu espressi bħala miri komuni tal-UE, minflok miri tal-Istati Membri (3).

2.7.

Is-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) tan-NU jkopru l-aspetti differenti tal-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali li qegħdin jiġu ffaċċjati fuq livell globali. Filwaqt li l-ebda wieħed mill-SDGs ma jiffoka speċifikament fuq il-bijoekonomija, din madankollu hija marbuta ma’ diversi għanijiet minn dawn.

3.   Il-kontribut tal-bijoekonomija għall-għanijiet tal-klima u tal-enerġija tal-UE

3.1.

It-tranżizzjoni għan-newtralità tal-karbonju hija sfida enormi u tirrikjedi tnaqqis konsiderevoli fl-emissjonijiet kif ukoll żieda fil-ħżin tal-karbonju. L-użu sostenibbli ta’ riżorsi naturali bijoloġiċi hawnhekk huwa element fundamentali.

3.2.

Il-bijoekonomija tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima permezz ta’ mekkaniżmi differenti: is-sekwestru tas-CO2 mill-atmosfera fil-bijomassa permezz tal-fotosinteżi; il-ħżin tal-karbonju fil-bijoprodotti u s-sostituzzjoni ta’ prodotti u materja prima bbażati fuq il-fossili f’bijoprodotti.

3.2.1.

L-assorbiment effettiv tas-CO2 jirrikjedi tkabbir sostenibbli tal-bijomassa. Il-ġestjoni attiva u sostenibbli tal-foresti u l-użu tal-injam huma elementi ewlenin biex jintlaħqu l-miri klimatiċi (kif diġà deskritt f’NAT/655 (4) dwar l-implikazzjonijiet tal-politika tal-klima u l-enerġija u NAT/696 (5) dwar il-kondiviżjoni tal-isforz u s-settur LULUCF). M3 wieħed ta’ injam jaqbad madwar 1 000 kg ta’ CO2. Peress li l-bijomassa li tkun qed tikber biss għandha l-kapaċità li tassorbi s-CO2, huwa kruċjali li ma jiġux stabbiliti limiti fuq l-użu tal-foresti, dment li r-rata tal-ħsad ma taqbiżx ir-rata tat-tkabbir mill-ġdid tal-foresti u jiġu segwiti prattiki sostenibbli tal-ġestjoni tal-foresti.

3.2.2.

Jeżistu diversi tipi ta’ bijoprodotti u qed jiġu żviluppati prodotti ġodda. Dawn il-prodotti jistgħu jaħżnu l-karbonju, li b’hekk iżommuh barra mill-atmosfera. Prodotti tal-injam dejjiema, bħal bini u għamara ta’ kwalità għolja, huma l-aktar mezz effettiv ta’ ħżin tal-karbonju. Sakemm il-bijoprodotti b’ħajja iqsar jiġu rriċiklati, dawn lanqas mhu se jirrilaxxaw il-kontenut tagħhom tal-karbonju. Barra minn hekk, fit-tmiem tal-ħajja tagħhom, il-bijoprodotti jistgħu jintużaw bħala bijoenerġija u għaldaqstant jissostitwixxu s-sorsi tal-enerġija fossili.

3.3.

Il-bijoenerġija tikkontribwixxi għall-għan tal-UE fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija. It-tisħin distrettwali fil-komunitajiet u fil-produzzjoni sostenibbli industrijali tas-Sħana u tal-Enerġija Kkombinati (CHP) huma eżempji tajbin ta’ dan. Peress li l-bini jikkonsma ammont sinifikanti ta’ enerġija, l-effiċjenza fl-enerġija tal-bini, flimkien mas-sors ta’ enerġija li jintuża, għandhom importanza kbira.

3.4.

It-trasport għandu rwol deċiżiv x’jaqdi fit-tilħiq tal-miri tal-klima. Kull tip ta’ miżuri li jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet b’effett serra huma għalhekk meħtieġa, minħabba l-ħtiġijiet u l-karatteristiċi differenti tal-mezzi tat-trasport differenti (kif deskritt f’diversi Opinjonijiet tal-KESE, pereżempju TEN/609 (6) dwar id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport).

3.4.1.

Jidher li l-elettrifikazzjoni tat-trasport hija xejra li qed dejjem tikber. Sabiex ikollu impatt pożittiv fuq il-klima, l-elettriku għandu jiġi prodott bl-użu ta’ sorsi tal-enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ gass serra, inklużi sorsi ta’ enerġija b’bażi bijoloġika sostenibbli.

3.4.2.

Il-karburanti fossili fit-trasport qed jiġu sostitwiti parzjalment minn bijokarburanti sostenibbli. Minkejja ż-żieda tal-elettrifikazzjoni tal-karozzi għall-passiġġieri, l-avjazzjoni u t-trasport marittimu kif ukoll it-trasport ta’ vetturi kbar fit-triq u l-makkinarju offroad fil-biċċa l-kbira tagħhom jiddependu mill-karburanti. F’dan ir-rigward, il-bijokarburanti avvanzati huma partikolarment promettenti.

3.5.

Minbarra l-benefiċċji klimatiċi, l-użu tal-bijoenerġija jikkontribwixxi għad-disponibbiltà tal-enerġija u għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Għalhekk, jekk tkun immaniġġjata sew, il-bijoenerġija see taqdi rwol sinifikanti fit-tilħiq tal-għanijiet bażiċi stabbiliti fil-politika Ewropea dwar l-enerġija.

4.   Kontribut tal-bijoekonomija għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs)

4.1.

L-SDGs jisfidawna nivvalutaw ir-rwol tal-bijoekonomija, mhux biss mill-perspettivi tal-klima u tal-enerġija, iżda mill-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali ġenerali, filwaqt li tiġi kunsidrata wkoll il-perspettiva globali fit-tul. Minħabba l-perspettiva wiesgħa tal-bijoekonomija, hemm rabtiet interni ma’ kważi kull wieħed mis-17-il SDG. Madankollu, il-bijoekonomija tikkontribwixxi b’mod speċjali għall-SDGs li ġejjin: 1, 2, 6, 7, 8, 9, 11, 12, 13, 14 u 15.

4.2.

Il-bijoekonomija għandha l-potenzjal li tiġġenera t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, mhux biss fiż-żoni urbani iżda anke fir-reġjuni rurali. Għalhekk, din taqdi rwol sinifikanti biex jintlaħaq l-SDG 1 (qerda tal-faqar).

4.3.

L-SDG 2 jitlob l-eradikazzjoni tal-ġuħ. Il-bijomassa hija riżorsa limitata u hemm interkonnessjonijiet bejn il-produzzjoni tal-ikel, tal-għalf u tal-fibra. Jinħtieġ approċċ responsabbli għall-bijoekonomija sostenibbli biex tkun possibbli produzzjoni suffiċjenti għal finijiet differenti – fejn id-disponibbiltà tal-ikel tkun prijorità – u biex jiġu żgurati ekosistemi sodi. Il-prinċipji tal-effiċjenza fir-riżorsi u ċ-ċirkolarità, kif ukoll it-trasferiment għal dieti bbażati iżjed fuq il-ħxejjex huma lkoll mezzi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

4.4.

Bijoekonomija sostenibbli tikkontribwixxi għall-SDG 6 (ilma nadif u sanità), pereżempju billi jinżammu ekosistemi sodi tal-foresti li huma prekundizzjoni għal ilma nadif.

4.5.

L-SDG 7 (enerġija affordabbli u nadifa) huwa fil-qalba tal-bijoekonomija. L-użu tal-flussi laterali u tal-flussi tal-skart jipprovdi enerġija nadifa u jnaqqas id-dipendenza mir-riżorsi tal-enerġija fossili.

4.6.

B’mod ġenerali, il-bijoekonomija taqdi rwol essenzjali fit-tilħiq tal-għanijiet ekonomiċi u soċjali. Hija taqdi rwol sinifikanti fit-tilħiq tal-SDG 8 (xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku). Barra minn hekk, il-bijoekonomija tal-UE tista’ tgħin tnaqqas b’mod sostanzjali d-dipendenza mill-importazzjoni ta; prodotti bażiċi fossili filwaqt li trawwem valur miżjud domestiku u tappoġġja ktajjen tal-valur lokali.

4.7.

L-SDG 9 jitlob żieda sinifikanti fis-sehem tal-industrija għall-impjieg u l-PDG, kif ukoll il-modifika retroattiva tal-industriji sabiex dawn isiru sostenibbli, flimkien ma’ aktar effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u adozzjoni akbar ta’ teknoloġiji u proċessi industrijali nodfa u ambjentalment sodi. Il-bijoekonomija hija marbuta mill-qrib ma’ dawn l-objettivi kollha, u l-użu sostenibbli tal-bijomassa tista’ ttejjeb it-tmexxija industrijali tal-UE. Din għandha wkoll potenzjal kbir li trawwem it-tkabbir tal-SMEs u tintegrahom fil-ktajjen tal-valur.

4.8.

Il-bijoekonomija tista’ taqdi rwol importanti fit-tilħiq tal-SDG 11 (bliet u komunitajiet sostenibbli). Il-kunċett ta’ bliet intelliġenti fil-livell klimatiku (7) u l-benesseri fiż-żoni urbani jmur id f’id mas-soluzzjonijiet provduti mill-bijoekonomija (pereżempju, kostruzzjoni bl-injam jew it-trasport b’emissjonijiet baxxi u t-tisħin distrettwali).

4.9.

Il-bijoekonomija tinsab f’pożizzjoni tajba sabiex tikkontribwixxi għall-SDG 12 (konsum u produzzjoni responsabbli). Permezz tal-ottimizzazzjoni tal-użu tal-materja prima u tal-produzzjoni ta’ prodotti dejjiema u riċiklabbli, il-bijoekonomija taqdi rwol notevoli fit-tranżizzjoni għall-ekonomija ċirkolari. Madankollu, is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi titqies bħala prekundizzjoni importanti sabiex jiġu permessi mudelli ta’ konsum informati u responsabbli u sabiex titrawwem produzzjoni sostenibbli.

4.10.

Il-bijoekonomija tista’ tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-mititgazzjoni tat-tibdil fil-klima, kif jiġi mitlub fl-SDG 13 (azzjoni klimatika) u kif ġie deskritt diġà fil-kapitolu 3. Minbarra l-azzjoni domestika, l-UE jista’ jkollha impatt globali notevoli billi tesporta l-bijoprodotti, is-soluzzjonijiet klimatiċi u l-għarfien espert.

4.11.

Finalment, il-bijoekonomija tagħmel impatt fuq l-SDG 14 (il-ħajja taħt l-ilma) u l-SDG 15 (il-ħajja fuq l-art). Għalhekk, l-użu responsabbli, effettiv u sostenibbli tar-riżorsi naturali għandhom ikunu fil-qalba tal-bijoekonomija.

5.   Prerekwiżiti għall-iżvilupp tal-bijoekonomija

5.1.

FIlwaqt li l-bijoekonomija tikkontribwixxi b’ħafna modi għat-tilħiq tal-għanijiet tal-klima u tal-enerġija u tal-SDGs, jeħtieġ li l-kundizzjonijiet ikunu favorevoli sabiex dan ikun jista’ jseħħ. Minn naħa waħda, l-SDGs jappoġġjaw u jtejbu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jgħinu lill-bijoekonomija tevolvi filwaqt li, min-naħa l-oħra, ċerti SDGs jimponu rekwiżiti li l-bijoekonomija għandha tissodisfa.

5.2.

Jeħtieġ li l-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijoekonomija tiġi adattata għas-swieq ġodda sabiex, b’konformità mas-sostenibbiltà ekonomika, ambjentali u soċjali, jiġu pprovduti l-aktar kundizzjonijiet favorevoli għall-bijoekonomija Ewropea, li qed tevolvi u tespandi b’mod rapidu.

5.3.

Fuq kollox, dawk li jfasslu l-politika għandhom jippromovu l-produzzjoni u l-mobilizzazzjoni sostenibbli tal-bijomassa fl-UE, u l-politika tal-UE għall-iżvilupp reġjonali għandha tipprovdi appoġġ biżżejjed biex jiġi żgurat l-iżvilupp tan-negozji rurali. Dawk li jfasslu l-politika għandhom jiżguraw ukoll ambjent stabbli, affidabbli u koerenti għal investimenti fil-bijoekonomija, tul il-ktajjen tal-valur.

5.4.

Dawk li jfasslu l-politika għandhom jadottaw qafas koerenti għal kwistjonijiet tekniċi, u dawk tar-regoli tas-sigurtà u l-għajnuna mill-istat biex jiġu pprovduti kundizzjonijiet ekwi għall-bijoprodotti. Is-settur pubbliku jaqdi wkoll rwol prinċipali fid-domanda għall-bijoprodotti permezz tal-akkwist pubbliku. Inizjattivi bħall-“Ġimgħa Ewropea għall-Bijoekonomija” jistgħu jgħinu jagħtu spinta lit-tixrid fis-suq u jinfluwenzaw it-tixrid ta’ proġetti differenti.

5.5.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma fundamentali għall-iżvilupp ta’ bijoekonomija li tibqa’ valida għall-futur, li tista’ tipprovdi vantaġġ kompetittiv għall-UE. Dan għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-potenzjal enormi li jiġi offrut minn tipi ġodda ta’ bijoprodotti, minn prodotti tal-ikel u tal-fibra tradizzjonali sa tipi ġodda ta’ materjali tal-bini u tal-imballaġġ, tessuti u bijokimiċi u bijoplastiks. L-istess jgħodd għall-potenzjal tat-tnissil tal-pjanti u ta’ sustanzi differenti bħala materja prima għall-bijoprodotti (eż. il-linjoċelluloża, ir-riġnu, il-lamtu, iz-zokkor, il-proteina).

5.6.

Għandhom jitkomplew l-isforzi tal-innovazzjoni promossi mill-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijoekonomija, inkluża l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’bażi Bijoloġika (8). Il-Bioeconomy Knowledge Centre (iċ-Ċentru tal-Għarfien dwar il-Bijoekonomija) (9) għandu jaqdi rwol importanti wkoll biex jippromovi l-użu tal-għarfien biex jgħin ikabbar il-bijoekonomija. Barra minn hekk, l-inizjattivi u l-programmi ta’ riċerka u żvilupp għandhom isiru aktar attraenti għan-negozji.

5.7.

Ir-rwol tal-edukazzjoni, tas-servizzi ta’ konsulenza, tat-trasferiment tal-għarfien u tat-taħriġ huwa kruċjali sabiex jiġi żgurat li l-ħaddiema u l-intraprendituri jkollhom l-informazzjoni u l-ħiliet meħtieġa, bir-riżultat li s-sostenibbiltà tan-negozju attwali tkun tista’ tiżdied u jkunu jistgħu jiġu sfruttati opportunitajiet ġodda fil-bijoekonomija.

5.8.

Fl-istess ħin, jeħtieġ li ċ-ċittadini jkunu infurmati tajjeb dwar il-bijoekonomija u jsiru aktar konxji tar-responsabbiltajiet tagħhom, biex b’hekk ikunu jistgħu jsiru konsumaturi attivi u jieħdu deċiżjonijiet dwar konsum sostenibbli, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-livelli differenti ta’ rieda tal-persuni ta’ kull età għall-adattament u t-tibdil. Għal dan il-għan, għandhom jiġu ogranizzati kampanji ta’ informazzjoni li jsaħħu l-fiduċja tal-konsumaturi fil-bijoekonomija u l-bijoprodotti.

5.9.

L-aċċess għall-materja prima huwa wieħed mill-prerekwiżiti bażiċi għall-bijoekonomija. Għaldaqstant, jinħtieġ ambjent tan-negozju adatt għall-agrikoltura u għall-forestrija biex jitrawmu d-disponibbiltà u l-mobilizzazzjoni tal-bijomassa. Il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, tal-art u tar-riżorsi tal-baħar, kif mitlub fl-SDGs 14 u 15, tikkontribwixxi b’mod essenzjali għas-sigurtà tal-provvista tal-materja prima. F’dan il-kuntest, għandu jiġi rikonoxxut u promoss il-qafas leġislattiv u mhux leġislattiv eżistenti għall-materja prima sostenibbli rinnovabbli fl-UE. L-użu dejjem jikber tal-kurrenti laterali u residwi bħala materja prima għal użijiet ġodda jgħin ukoll biex jiżgura d-disponibbiltà tal-bijomassa. Fil-każ ta’ strutturi żgħar, il-kooperattivi jew l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jaqdu rwol importanti.

5.10.

Infrastruttura fiżika adatta hija prerekwiżit ieħor għall-bijoekonomija u, għal dan il-għan, jinħtieġ finanzjament adegwat għall-infrastruttura tal-enerġija, tat-trasport u dik diġitali. Huma kruċjali sistemi tat-trasport effiċjenti biex jiġi permess l-aċċess għall-materja prima u d-distribuzzjoni tal-prodotti fis-swieq.

5.11.

Rigward is-swieq dinjija, il-bijoekonomija hija marbuta mill-qrib mal-SDG 17, li għandu l-għan li jsaħħaħ is-sħubija globali għall-iżvilupp sostenibbli. Dan l-għan jitlob il-promozzjoni ta’ sistema kummerċjali multilaterali universali, ibbażata fuq ir-regoli, miftuħa, mhux diskriminatorja u ekwa taħt id-WTO. Din hija importanti għall-kummerċ, kemm fil-prodotti agrikoli kif ukoll fil-prodotti industrijali tal-bijoekonomija. Sadanittant, għandha tissaħħaħ il-kooperazzjoni tul il-ktajjen ta’ valur reġjonali sabiex jitrawwem l-iżvilupp reġjonali.

5.12.

Sabiex jiġi stimulat l-iżvilupp tal-bijoekonomija b’mod newtrali, l-UE għandha tagħmel kull sforz għal sistema globali tal-prezzijiet għall-emissjonijiet tal-karbonju, li tlaqqa’ flimkien l-atturi kollha tas-suq u tistabbilixxi kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni.

5.13.

L-involviment tas-soċjetà ċivili fl-istrutturi tal-inizjattivi u tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-bijoekonomija huwa ta’ importanza fundamentali biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-atturi differenti fi ħdan is-soċjetà u biex tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-bijoekonomija sostenibbli.

5.14.

Filwaqt li t-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u ċirkolari hija sfida enormi u timplika bidliet strutturali profondi fir-rigward tal-impjiegi involuti, huwa importanti li jiġi żgurat li t-tranżizzjoni sseħħ b’mod ġust.

5.15.

Bijoekonomija sostenibbli tista’ tirnexxi biss jekk jiġi adottat approċċ transsettorjali. Għalhekk, jijnħtieġu koerenza u koordinazzjoni bejn il-politiki u l-għanijiet differenti tal-UE, speċjalment fir-rigward tal-klima, l-ambjent, l-ikel, l-agrikoltura, il-forestrija, l-industrija, l-enerġija, l-ekonomija ċirkolari u r-riċerka u l-innovazzjoni. Għal dan il-għan, għandu jiġi stabbilit grupp ta’ livell għoli li jħaddan fih diversi partijiet interessati dwar il-bijoekonomija sostenibbli u għandu jkun approvat mill-President tal-Kummissjoni.

5.16.

Il-progress fit-tilħiq tal-SDGs jitkejjel u jiġi mmonitorjat permezz ta’ 232 indikatur. Dawn l-indikaturi jinkludu indikaturi relatati mal-klima u mal-enerġija, iżda ma jeżisti l-ebda indikatur relatat mal-bijoekonomija. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-aktar indikaturi rilevanti sabiex tikseb stampa realistika u informattiva tal-iżvilupp tal-bijoekonomija tal-UE.

Brussell, id-19 ta’ Settembru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Luca JAHIER


(1)  Ara l-Qafas għall-Klima u l-Enerġija 2030 disponibbli hawnhekk: https://ec.europa.eu/clima/policies/strategies/2030_en

(2)  Ara l-Artikolu 4(1) tal-Ftehim ta’ Pariġi, disponibbli hawnhekk: https://unfccc.int/sites/default/files/paris_agreement_english_.pdf

(3)  Ara l-Istqarrija għall-Istampa tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2018, disponibbli hawnhekk: http://europa.eu/rapid/press-release_STATEMENT-18-3997_en.htm

(4)  Ara NAT/655 dwar L-implikazzjonijiet tal-politika tal-klima u l-enerġija għas-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija (ĠU C 291, 4.9.2015, p. 1).

(5)  Ara NAT/696 dwar Kondiviżjoni tal-isforz sal-2030 u l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) (ĠU C 75, 10.3.2017, p. 103).

(6)  Ara TEN/609 dwar Id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport (ĠU C 173, 31.5.2017, p. 55).

(7)  http://www.climatesmartcities.org/

(8)  https://www.bbi-europe.eu

(9)  https://biobs.jrc.ec.europa.eu


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

Il-537 sessjoni plenarja tal-KESE, 19.9.2018–20.9.2018

6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/51


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-intelliġenza artifiċjali għall-Ewropa”

(COM(2018) 237 final)

(2018/C 440/08)

Relatur:

Giuseppe GUERINI

Relatur:

Gonçalo LOBO XAVIER

Konsultazzjoni

Kummissjoni Ewropea, 12.7.2018

Bażi legali

L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Is-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Adottata fis-sezzjoni

4.9.2018

Adottata fil-plenarja

19.9.2018

Sessjoni plenarja Nru

537

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

199/1/2

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jemmen li l-intelliġenza artifiċjali (IA) u l-proċessi ta’ awtomatizzazzjoni għandhom potenzjal enormi biex itejbu s-soċjetà Ewropea f’termini ta’ innovazzjoni u trasformazzjoni pożittiva, iżda joħolqu wkoll sfidi, riskji u tħassib sinifikanti. Għaldaqstant, huwa essenzjali li l-istituzzjonijiet Ewropej jibdew jiżviluppaw u jirregolaw malajr u b’mod komprensiv l-IA f’mod sħiħ.

1.2.

Approċċ avvanzat għall-IA fl-Ewropa jeħtieġ li jkopri diversi oqsma, inklużi: i) l-investiment pubbliku u privat fir-riċerka u l-iżvilupp u fl-infrastrutturi diġitali avvanzati; ii) l-implimentazzjoni ta’ regoli leġislattivi ġodda jew l-adattament tar-regoli applikabbli eżistenti; iii) l-iżvilupp ta’ għarfien u sensibilizzazzjoni adatti fost iċ-ċittadini u l-konsumaturi; u iv) programmi ta’ taħriġ apposta għall-ħaddiema.

1.3.

B’mod partikolari, l-isfidi marbuta mal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw fil-kuntest ta’ teknoloġiji diġitali emerġenti għandhom jiġu identifikati u indirizzati b’mod sistematiku fil-livelli internazzjonali, tal-UE u tal-Istati Membri, u l-KESE jixtieq jikkollabora mill-qrib mal-istituzzjonijiet tal-UE fl-analiżi u fl-evalwazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE kollha dwar l-obbligazzjonijiet, is-sikurezza tal-prodotti u r-responsabbiltà ċivili li jistħoqqilhom bidliet adatti.

1.4.

Il-KESE jaqbel mal-għan tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li ssaħħaħ il-kapaċità industrijali u teknoloġika tal-UE favur id-diffużjoni tal-IA fis-suq intern. L-isforz meħtieġ biex jinżamm il-pass mal-atturi globali l-oħra tant huwa kbir li hemm bżonn kbir ta’ koordinazzjoni bejn l-istrumenti u l-finanzjament disponibbli kollha fil-livelli Ewropej u nazzjonali.

Fid-dawl ta’ dan, il-valuri u l-prinċipji tal-UE m’għandhomx ikunu ssagrifikati minħabba l-kompetittività globali.

1.5.

Fir-rigward tal-għan tal-Kummissjoni tat-twassil tal-IA lill-utenti potenzjali kollha, b’enfasi fuq intrapriżi żgħar u medji, il-KESE huwa tal-fehma li sabiex tiġi indirizzata l-isfida tal-kompetittività globali, jeħtieġ li l-IA tkun aċċessibbli għall-akbar ammont ta’ entitajiet possibbli. Għalhekk, huwa kruċjali li din issir disponibbli għall-forom differenti kollha ta’ intrapriżi attivi fis-suq uniku Ewropew, inklużi l-SMEs, il-bdiewa, l-intrapriżi soċjali, il-kooperattivi, in-negozji individwali u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi.

1.6.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien sabiex ifasslu linji gwida dwar l-etika tal-intelliġenza artifiċjali, u f’dan l-isforz għandhom jinvolvu lill-partijiet interessati pubbliċi u privati relevanti kollha. Dawn il-linji gwida jridu jkunu jinkludu l-prinċipji tat-trasparenza fl-użu tas-sistemi tal-IA għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema u għall-valutazzjoni jew kontroll tal-prestazzjoni tagħhom. Barra mill-prinċipji tal-etika, il-KESE jissuġġerixxi li jiġi żviluppat qafas legali ċar, armonizzat u obbligatorju fil-livell Ewropew għar-regolazzjoni tal-IA kif dovut u għall-aġġornar tar-regoli eżistenti affetwati mill-IA, b’attenzjoni partikolari għal dawk relatati mar-responsabbiltà tal-produttur u l-protezzjoni tal-konsumatur. Il-KESE jixtieq jikkollabora mill-qrib mal-istituzzjonijiet tal-UE fl-analiżi u fl-evalwazzjoni tal-leġislazzjoni rilevanti tal-UE, li fil-futur se tkun tirrikjedi bidliet minħabba l-iżvilupp fl-IA.

1.6.1.

Il-Kummissjoni Ewropea se jkollha wkoll twettaq evalwazzjoni bir-reqqa tal-effetti tal-IA fuq is-suq tax-xogħol. L-analiżi trid tqis kemm is-sostituzzjoni possibbli ta’ xi ħaddiema minn apparat elettroniku jew robots kif ukoll il-fatt li ċerti funzjonijiet, filwaqt li mhumiex awtomatizzati għalkollox, se jinbidlu b’mod radikali mit-teknoloġiji l-ġodda.

1.7.

Għal din ir-raġuni, il-KESE jirrakkomanda li x-xewqa murija li “ħadd ma għandu jitħalla l-art” m’għandhiex tibqa’ sempliċi proposta jew appell iżda jeħtieġ tissarraf bil-fatti.

1.8.

Huwa importanti li jiġi enfasizzat ir-rwol tal-programmi ta’ taħriġ edukattivi fil-protezzjoni tal-ħaddiema tal-Ewropa li joperaw f’ambjent li qiegħed jinbidel b’mod profond bil-wasla progressiva tal-IA. Iċ-ċittadini tal-Ewropa għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni adatta li tippermettilhom ikunu utenti responsabbli u informati fir-rigward tal-apparat u tal-applikazzjonijiet li jsiru disponibbli permezz tal-iżvilupp teknoloġiku rapidu.

1.9.

F’każijiet fejn miżuri ġodda jippermettu lill-amministrazzjonijiet pubbliċi jużaw it-teknoloġija biex jieħdu deċiżjonijiet organizzattivi u jagħmlu għażliet b’mod aktar rapidu, se jkun meħtieġ li tiġi indirizzata l-kwistjoni tar-responsabbiltà legali effettiva għal tali deċiżjonijiet fi ħdan qafas legali ċar li jiggarantixxi r-responsabbiltà sħiħa tal-amministrazzjoni fil-konfront taċ-ċittadini.

1.10.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-ekonomija soċjali biex tiżdied il-parteċipazzjoni attiva tan-nies fil-proċessi ekonomiċi u soċjali li, bis-saħħa tal-intelliġenza artifiċjali, se jsaħħu l-parteċipazzjoni fis-soċjetajiet tagħna. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-intrapriżi soċjali jista’ jkollhom rwol importanti biex irawmu l-fehim u l-aċċettazzjoni tat-teknoloġiji mill-individwi, b’mod partikolari permezz ta’ mekkaniżmi kollaborattivi li jippermettu l-involviment tan-nies fit-trasformazzjoni diġitali attwali.

1.11.

Ir-rivoluzzjoni teknoloġika attwali ma tistax u m’għandhiex titwettaq mingħajr l-inklużjoni sinifikanti u attiva tal-ħaddiema, il-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet soċjali, u l-iżviluppi teknoloġiċi għandhom ikunu orjentati b’tali mod li jiżguraw parteċipazzjoni akbar u aktar responsabbli minn ċittadini infurmati sew. Huwa għalhekk li l-KESE jirrakkomanda li, meta tkun qed tistabbilixxi l-Alleanza Ewropea għall-IA, il-Kummissjoni Ewropea tqis il-ħtieġa li tinħoloq pjattaforma inklużiva, multiprofessjonali u rappreżentattiva għall-partijiet interessati differenti li jirrappreżentaw liċ-ċittadini Ewropej, inklużi r-rappreżentanti tal-ħaddiema, li se jkollhom jinteraġixxu ma’ magni intelliġenti (1).

2.   Kummenti ġenerali

2.1.

L-apparat diġitali u l-magni ta’ tagħlim awtomatiku fuq skala kbira qegħdin ta’ kuljum isaħħu l-kapaċità tal-algoritmi biex jaħdmu b’ammonti enormi ta’ data, u din il-kapaċità aktarx se tkompli tikber fil-futur, bis-saħħa ta’ “netwerks newrali” (li jintużaw diġà, pereżempju, mill-ismartphones biex jagħrfu b’mod viżiv l-oġġetti, l-uċuħ u l-immaġnijiet).

2.2.

Dawn l-iżviluppi qed jittrasformaw il-metodu tradizzjonali ta’ “tagħlim” li kienu jużaw s’issa l-magni tal-IA, peress li m’għadhomx limitati għal tagħlim permezz tal-estrazzjoni ta’ regoli mid-data, iżda qed jiżviluppaw ukoll kapaċità ta’ tagħlim flessibbli u adattiv. Dan il-proċess se jżid il-kapaċità tal-IA biex titgħallem u taġixxi fid-dinja reali.

2.3.

Fid-dawl tat-tibdil teknoloġiku mgħaġġel ħafna li jinsab għaddej, issa huwa kruċjali li l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jaħdmu flimkien biex iwettqu analiżi bir-reqqa tal-isfidi emerġenti li jirriżultaw mill-iżvilupp rapidu tal-IA filwaqt li jinvolvu lill-partijiet interessati pubbliċi u privati rilevanti fil-proċess u mingħajr ma jipperikolaw l-opportunitajiet għall-progress u l-iżvilupp teknoloġiku.

2.4.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2018) 237 tfittex li ssaħħaħ il-kapaċità industrijali u teknoloġika tal-UE u li tħeġġeġ id-diffużjoni tal-IA fl-ekonomija Ewropea, kemm fis-settur privat kif ukoll fl-amministrazzjoni pubblika. Kif innutat qabel f’opinjoni fuq inizjattiva proprja (2), il-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni, li fil-fatt fil-Komunikazzjoni tagħha tinkorpora għadd kbir ta’ suġġerimenti preċedenti tal-Kumitat, iżda jħeġġeġ lill-Kummissjoni taġixxi fil-pront u b’mod deċiżiv.

2.5.

L-adozzjoni ta’ approċċ Ewropew effettiv għall-IA jinvolvi l-inkoraġġiment favur investiment sinifikanti fir-riċerka u fl-innovazzjoni inklużi l-infrastrutturi diġitali, li huma meħtieġa fit-tħejjija għall-bidliet soċjoekonomiċi prinċipali li l-avvanzi f’teknoloġiji ġodda se jġibu għas-soċjetà u s-swieq Ewropej fis-snin li ġejjin.

2.6.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien sabiex ifasslu ċerti linji gwida dwar l-etika tal-intelliġenza artifiċjali, filwaqt li jinvolvu lill-partijiet interessati pubbliċi u privati relevanti kollha.

2.7.

Fl-istess waqt, fil-livell Ewropew, jeħtieġ jiġi approvat qafas legali armonizzat li jkun konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u mal-prinċipji minquxa fit-Trattati tal-UE. Il-qafas regolatorju l-ġdid għandu jkun fih regoli preċiżi li jindirizzaw ir-riskji li jġib miegħu t-tagħlim awtomatiku, bħal nuqqas ta’ trasparenza tas-suq, nuqqas ta’ kompetizzjoni, diskriminazzjoni, prattiki kummerċjali inġusti, theddid għaċ-ċibersigurtà u għas-sikurezza tal-prodotti.

B’mod partikolari, is-salvagwardji regolatorji għandhom ikunu stretti f’sitwazzjonijiet fejn id-data li tixpruna s-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali tinkiseb b’mod awtomatiku meta jintużaw l-apparat elettroniku u l-kompjuters.

2.8.

Il-KESE jinnota li d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD (2018) 137 mehmuż mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni janalizza kif dovut l-implikazzjonijiet tal-IA għal-leġislazzjoni tal-UE u jidentifika l-isfidi tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw fil-kuntest ta’ teknoloġiji diġitali emerġenti.

2.9.

Barra minn hekk, se jkunu meħtieġa pjani ta’ azzjoni komprensivi sabiex i) iservu ta’ bażi għall-immodernizzar tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ permezz tat-trawwim tal-ħiliet il-ġodda meħtieġa mis-suq tax-xogħol tal-futur u ii) jiżguraw protezzjoni ta’ livell għoli għaċ-ċittadini u għall-ħaddiema mill-isfidi mistennija (3).

2.10.

Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproċedi malajr b’azzjoni ulterjuri sabiex tirregola u tħeġġeġ l-investiment: il-pass mgħaġġel attwali tal-bidla jirrikjedi ritmi ta’ adattament rapidi.

3.   Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea: appoġġ Ewropew u investiment fl-intelliġenza artifiċjali

3.1.

Fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tħabbar li se tappoġġja d-diffużjoni tal-IA kemm fir-riċerka bażika kif ukoll f’applikazzjonijiet industrijali. F’dan ir-rigward, il-KESE jenfasizza l-importanza li jiġu involuti t-tipi kollha ta’ atturi f’tali proċess, inklużi l-SMEs, il-kumpaniji ta’ servizzi, l-intrapriżi soċjali, il-bdiewa, il-kooperattivi, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi ta’ persuni aktar anzjani.

3.2.

Fir-rigward tal-għan tal-Kummissjoni tat-“twassil tal-IA lill-utenti potenzjali kollha, b’enfasi fuq intrapriżi żgħar u medji”, il-KESE huwa tal-fehma li sabiex tiġi indirizzata l-isfida tal-kompetittività globali, jeħtieġ li l-IA tkun aċċessibbli għall-akbar ammont ta’ entitajiet possibbli. Minbarra dak li diġà ppjanat il-Kummissjoni sabiex tiġi żviluppata “pjattaforma tal-IA on-demand”, huwa importanti wkoll li jiġu stabbiliti forom adatti ta’ involviment u konsultazzjoni tad-diversi partijiet interessati, inklużi SMEs, netwerks tal-ekonomija soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (dawn tal-aħħar għandhom rwol kruċjali x’jaqdu fl-involviment taċ-ċittadini Ewropej b’mod infurmat u attiv).

3.3.

Il-Kummissjoni ħabbret li se tappoġġja l-innovazzjoni bbażata fuq l-intelliġenza artifiċjali permezz ta’ proġett pilota stabbilit mill-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, li għandu baġit ta’ EUR 2,7 biljuni għall-2018-2020.

3.4.

Il-KESE jemmen li din l-inizjattiva tista’ tkun utli għall-iżvilupp tal-IA, iżda fl-istess waqt jenfasizza li l-finanzjament tar-riċerka għandu jgħaddi malajr mill-fażi tal-esperimentazzjoni għall-istadju strutturali. Huwa importanti wkoll li l-Kummissjoni tħeġġeġ lid-diversi ċentri ta’ riċerka li bħalissa jinsabu madwar l-Istati Membri sabiex jiżviluppaw netwerk kollaborattiv f’livell Ewropew li jkun iddedikat għall-intelliġenza artifiċjali.

3.5.

Il-KESE jinnota li l-Kummissjoni beħsiebha żżid l-investiment fl-IA taħt il-programm Orizzont 2020 għal madwar EUR 1,5 biljun sa tmiem l-2020. Jekk jiġi adottat malajr mis-sħubiji pubbliċi-privati attwali, dan l-approċċ ikun jista’ jiġġenera investiment ulterjuri ta’ EUR 2,5 biljuni fi żmien sentejn. L-istess approċċ jeħtieġ jiġi adottat ukoll fil-programm qafas Ewropew futur tal-Orizzont.

3.6.

Minn perspettiva differenti, huwa sinjal tajjeb li l-Kummissjoni Ewropea u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, li għandu jkollu rwol ċentrali ta’ tmexxija biex jappoġġja l-iżvilupp tal-IA fl-UE, nedew il-programm VentureEU, fond ta’ kapital ta’ riskju ta’ EUR 2,1 biljuni biex jagħti spinta lill-investiment f’ditti innovattivi madwar l-Ewropa.

3.7.

Madankollu, tant hu qawwi l-isforz meħtieġ biex jinżamm il-pass mal-atturi globali l-oħra li hemm bżonn kbir ta’ koordinazzjoni u sinerġija bejn l-istrumenti kollha u l-finanzjament disponibbli fil-livelli Ewropej u nazzjonali. Huwa ċar li l-kompetizzjoni maċ-Ċina u l-Istati Uniti fil-qasam tal-IA titlob li jitlaqqgħu flimkien il-forzi tal-partijiet interessati pubbliċi u privati kollha li joperaw fil-livell Ewropew sabiex jiġi żgurat li l-UE jkollha rwol ewlieni fuq skala globali.

3.8.

Sabiex jiġi sfruttat ir-rwol kompetittiv tal-UE fir-rigward tal-IA, se jkun importanti wkoll li jsiru biżżejjed investimenti f’softwer u ħardwer tal-IT adatti u f’infrastrutturi diġitali li jkunu jistgħu jiggarantixxu rwol kredibbli għall-UE f’dan ir-rigward.

3.9.

L-investiment fl-IA għandu jqis il-fatt li l-kumpaniji Ewropej huma partikolarment f’saħħithom fl-oqsma tal-awtomatizzazzjoni u r-robotika. Għalhekk, dawn is-setturi, li huma parti tal-AI b’mod ġenerali, jistgħu jkunu tassew importanti biex jiggarantixxu rwol dinji sinifikanti għall-UE fir-rigward tal-iżvilupp teknoloġiku li għaddej bħalissa u għalhekk jistħoqqilhom attenzjoni speċifika.

4.   L-intelliġenza artifiċjali u l-impatt tagħha fuq in-nies u l-ħaddiema

4.1.

M’hemmx dubju li l-iżvilupp tal-IA qed javvanza b’pass mgħaġġel ħafna. Huwa għalhekk li l-istituzzjonijiet Ewropej, meta jkunu qed jivvalutaw l-impatt ta’ kull miżura regolatorja fuq l-intelliġenza artifiċjali, jeħtieġ jadottaw approċċ multidixxiplinari li jikkunsidra mhux biss l-aspetti amministrattivi, legali u ekonomiċi, iżda anke dawk antropoloġiċi, psikoloġiċi, soċjoloġiċi u teknoloġiċi.

4.2.

Sabiex jiġu appoġġjati dawn l-innovazzjonijiet, iżda fuq kollox biex jiġu orjentati f’mod li jiżgura li fih il-bnedmin jibqgħu fiċ-ċentru tal-interess, huwa importanti li l-Unjoni Ewropea taġixxi biex tikseb livell għoli ta’ kompetittività teknoloġika mingħajr ma tinjora l-aspetti etiċi, soċjali u umani essenzjali.

4.3.

Għalhekk, il-KESE jemmen li huwa kruċjali li: i) il-privatezza individwali u l-ipproċessar responsabbli tad-data tal-individwi jiġu rregolati minn leġislazzjoni adatta, bħat-tnedija effettiva tal-GDPR (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) il-ġdid li, f’każ ta’ bżonn ikollu jiġi aġġornat kontinwament biex ilaħħaq mal-pass mgħaġġel ta’ żvilupp tal-IA; ii) partijiet importanti tal-leġislazzjoni tal-UE applikabbli jiġu evalwati u, jekk ikun meħtieġ, adattati għax-xenarji l-ġodda li ġġib magħha l-IA, u iii) jiġu żviluppati l-kompetenzi u l-ħiliet li n-nies, l-amministrazzjonijiet u l-kumpaniji tal-Ewropa għandhom bżonn biex jibbenefikaw b’mod effettiv mill-vantaġġi tal-intelliġenza artifiċjali.

4.4.

Fit-tnedija tal-analiżi għandu jitqies li l-IA hija bbażata fuq l-użu u l-ipproċessar ta’ ammonti kbar ta’ data, li jiffurmaw il-bażi ta’ kwalunkwe applikazzjoni msejsa fuq teknoloġiji ġodda. Fid-dawl ta’ dan, l-isfida ewlenija għar-regolatur Ewropew hija l-istabbiliment ta’ aċċess trasparenti u rregolat għall-użu tad-data tal-utent aħħari.

4.5.

Aktar ma l-kwalità tad-data pproċessata tkun aħjar, aktar jittejbu l-preċiżjoni u l-prestazzjoni tas-sistemi tal-IA. Madankollu, ma jridx jintesa li d-data li tikkonċerna lill-individwi trid tinkiseb b’mod legali kif ukoll tintuża f’modi li jkunu magħrufa għal dawk direttament ikkonċernati, sabiex jiġi żgurat li d-data personali tintuża għal għanijiet predeterminati u trasparenti li għalihom l-utent ikun ta l-kunsens adatt u infurmat tiegħu.

4.6.

Tajjeb jiġi nnotat li diversi partijiet importanti tal-leġislazzjoni Ewropea – pereżempju dawk li jirreferu għal reklamar onlajn, prattiki kummerċjali żleali, sikurezza tal-prodotti u responsabbiltà, drittijiet tal-konsumaturi, klawżoli kuntrattwali inġusti, bejgħ u garanziji, assigurazzjoni, u indikazzjoni tal-prezzijiet – jista’ jkollhom bżonn li jitbiddlu u jiġu adattati kif dovut għax-xenarji l-ġodda li jinħolqu minn użu aktar estensiv u rfinat tal-intelliġenza artifiċjali sabiex jiġu protetti l-konsumaturi finali.

4.7.

Il-kwistjoni deċiżiva ta’ sikurezza tal-prodotti u ta’ responsabbiltà ġiet ikkunsidrata kif dovut mill-Kummissjoni fid-dokument ta’ ħidma tagħha SWD (2018) 137 permezz tal-analiżi ta’ studji ta’ każijiet u permezz ta’ lista ta’ partijiet ta’ leġislazzjoni tal-UE li jistħoqqilhom aktar analiżi u valutazzjoni. Il-KESE jħeġġeġ bil-qawwi lill-Kummissjoni biex tkompli din il-ħidma u jinsab lest li jagħti l-kontribut tiegħu f’dan ir-rigward.

4.8.

Huwa importanti li jiġu enfasizzati r-rwol ta’ taħriġ kulturali, edukattiv u akkademiku, minn naħa waħda, u l-għoti ta’ informazzjoni adatta lill-pubbliku ġenerali, min-naħa l-oħra, sabiex jiġu mħarsa d-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej fir-rigward tal-progress tal-AI. B’mod partikolari, huwa importanti li jiġu żgurati t-trasparenza u l-korrettezza fil-ġestjoni tal-algoritmi tal-IA u tal-bażijiet tad-data li joperaw fihom.

4.9.

Għalhekk, huwa essenzjali li ċ-ċittadini tal-Ewropa jirċievu taħriġ adatt, kif ukoll informazzjoni sempliċi u li tinftiehem li jippermettulhom ikunu utenti responsabbli u infurmati ta’ apparat u applikazzjonijiet li jsiru disponibbli permezz tal-iżvilupp teknoloġiku rapidu li jinsab għaddej u li qed jinfirex dejjem aktar fil-livelli kollha.

4.10.

Għal dawn it-talbiet kollha, l-UE u l-Istati Membri jeħtieġ joffru soluzzjonijiet ċari u effettivi, jiġifieri billi jippromovu sistema ta’ edukazzjoni moderna u billi jestendu b’mod kostanti t-taħriġ tul il-ħajja fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà ċivili.

4.11.

Il-Kummissjoni Ewropea se jkollha twettaq evalwazzjoni bir-reqqa tal-effetti tal-IA fuq is-suq tax-xogħol. Dan huwa tħassib prinċipali għal ħafna ħaddiema Ewropej li jinsabu f’pożizzjoni avvanzata fil-karriera tagħhom, iżda li għadhom ’il bogħod mill-età tal-irtirar u li jħarsu lejn il-bidliet li qegħdin isiru b’nuqqas ta’ fiduċja u biża’. L-analiżi jeħtieġ tqis kemm is-sostituzzjoni possibbli ta’ xi ħaddiema permezz ta’ apparat elettroniku jew robots kif ukoll il-fatt li ċerti funzjonijiet, filwaqt li mhumiex awtomatizzati għalkollox, se jinbidlu b’mod radikali mit-teknoloġiji l-ġodda. Għalhekk, din l-analiżi u l-evalwazzjoni għandhom ikunu ffukati mhux biss fuq it-tibdil inevitabbli u mistenni fil-linji ta’ produzzjoni, iżda wkoll fuq proċess ta’ riflessjoni dwar il-proċessi organizzattivi u l-objettivi tan-negozju abbażi ta’ djalogu soċjali adatt mal-ħaddiema.

4.12.

F’ċerti sitwazzjonijiet, kif jiġri u kif ġara b’ħafna teknoloġiji oħra, huwa rakkomandabbli li l-IA tiġi ttestjata f’fażijiet u fi gradi ta’ adattament suċċessivi qabel tintuża b’mod sħiħ, sabiex dawk li jkunu involuti jkunu jistgħu jħossuhom komdi bit-teknoloġiji l-ġodda – inkluż permezz ta’ perkorsi ta’ taħriġ xierqa – u sabiex jitranġa kwalunkwe żball fl-adattament matul il-proċess (4).

4.13.

L-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda f’kumpaniji tirrikjedi djalogu soċjali bejn l-imsieħba differenti involuti. F’dan ir-rigward, l-organizzazzjonijiet u l-junjins tal-ħaddiema se jkun hemm bżonn li jkunu infurmati u kkonsultati kontinwament.

5.   L-intelliġenza artifiċjali, l-amministrazzjoni pubblika u s-soċjetà ċivili

5.1.

L-IA hija innovazzjoni teknoloġika u soċjali li għandha l-kapaċità li tittrasforma b’mod radikali lis-soċjetà kollha, u tbiddel lis-settur pubbliku għall-aħjar u ttejjeb ir-relazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-amministrazzjoni pubblika. L-opportunitajiet li ġġib l-intelliġenza artifiċjali jistgħu jżidu kemm l-effiċjenza amministrattiva kif ukoll is-sodisfazzjon taċ-ċittadini permezz ta’ servizzi li jingħataw mill-amministrazzjoni pubblika u bit-tħaddim effettiv ta’ dik l-amministrazzjoni.

5.2.

Biex dawn l-għanijiet jintlaħqu, huwa essenzjali li l-impjegati taċ-ċivil ikunu ppreparati wkoll biex jaffaċċjaw il-bidliet u l-isfidi li l-IA se ġġib fis-soċjetà Ewropea. L-impjegaturi u l-kapijiet tal-amministrazzjoni pubblika – flimkien mal-għalliema, dawk li jħarrġu u l-persunal tal-università msemmija hawn fuq – għandhom ikunu kapaċi jifhmu b’mod sħiħ il-fenomenu tal-IA u jiddeċiedu liema għodod ġodda jintroduċu fil-proċeduri amministrattivi.

5.3.

L-introduzzjoni tal-IA fis-setturi pubbliċi u privati tirrikjedi t-tfassil ta’ proċeduri li jrawmu l-fehim u l-aċċettazzjoni ta’ teknoloġiji mill-utent permezz ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni li jippermettu liċ-ċittadini jikkontribwixxu, jekk ikun possibbli permezz ta’ sistemi ta’ governanza parteċipatorja, għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji bbażati fuq l-IA.

5.4.

Sabiex jinkisbu riżultati sinifikanti f’dan ir-rigward, jaf tkun ħaġa utli li jiġu żviluppati modi ta’ kollaborazzjoni u sħubija dejjem aktar affidabbli bejn is-settur pubbliku u dak privat bl-għan li jisfruttaw l-opportunitajiet li jirriżultaw mill-applikazzjonijiet teknoloġiċi, mill-intelliġenza artifiċjali u mir-robotika.

5.5.

L-isfida għall-amministrazzjoni pubblika hija partikolarment diffiċli f’termini legali u ta’ leġittimità, peress li se jkollu jinstab il-bilanċ tajjeb bejn l-interessi pubbliċi (li jinvolvu l-eżerċizzju tas-setgħa pubblika) u dawk individwali (manifestazzjoni speċifika tal-libertà tal-individwu). Fuq din in-nota, pereżempju, l-użu tal-IA mill-amministrazzjonijiet pubbliċi se jirrikjedi r-rikonċiljazzjoni tal-prinċipju tat-trasparenza u l-pubblikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi mal-protezzjoni tad-data personali u mad-dritt tal-individwu għall-privatezza fi ħdan qafas regolatorju ċar u prevedibbli.

5.6.

F’każijiet fejn miżuri ġodda jippermettu lill-amministrazzjoni pubblika tuża t-teknoloġija biex tieħu deċiżjonijiet organizzattivi tagħmel għażliet aktar rapidi – bħall-għażla ta’ kuntrattur f’sejħa għal offerti, il-ġestjoni ta’ lista ta’ stennija għal servizzi partikolari jew ir-reklutaġġ ta’ impjegati ġodda għall-amministrazzjoni pubblika – se jkun meħtieġ li tiġi indirizzata l-kwistjoni tar-responsabbiltà legali effettiva għal dawk id-deċiżjonijiet fi ħdan qafas legali ċar li jiggarantixxi r-responsabbiltà sħiħa tal-amministrazzjoni lejn iċ-ċittadin.

5.7.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-intrapriżi soċjali jaqdu rwol importanti biex irawmu l-fehim u l-aċċettazzjoni tat-teknoloġiji mill-individwi, b’mod partikolari permezz ta’ mekkaniżmi kollaborattivi li jippermettu l-involviment fil-proċessi tat-trasformazzjoni. L-importanti hawnhekk hija l-possibbiltà li jinħolqu sistemi ta’ governanza parteċipatorja, pereżempju f’forma kooperattiva, għal dawn l-istrumenti, l-ewwel bil-pjattaformi diġitali li diġà qegħdin jintużaw sabiex jinbnew forom ġodda ta’ relazzjoni ekonomika fil-ġestjoni tax-xogħol.

5.8.

L-awtoritajiet amministrattivi responsabbli għall-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tas-suq għandu jkollhom l-għarfien espert u s-setgħat biex jipproteġu l-kompetizzjoni ġusta, id-drittijiet tal-konsumatur, kif ukoll is-sikurezza u d-drittijiet tal-impjegati. Il-korpi pubbliċi jew indipendenti għandhom ikunu responsabbli għall-awditjar algoritmiku. Fl-istess ħin, il-kumpaniji jeħtieġ jintroduċu mekkaniżmi effikaċi għall-awditjar tal-użu tad-data mill-IA.

Brussell, id-19 ta’ Settembru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Luca JAHIER


(1)  Ara l-Opinjoni adotta tal-KESE INT/845 – L-intelliġenza artifiċjali: l-antiċipazzjoni tal-impatti tagħha fuq ix-xogħol biex tiġi żgurata transizzjoni ġusta (Opinjoni fuq inizjattiva proprja), relatur: is-Sinjura Salis-Madinier (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  INT/806 tal-31 ta’ Mejju 2017 – L-intelliġenza artifiċjali – Il-konsegwenzi tal-intelliġenza artifiċjali fuq is-suq uniku (diġitali), il-produzzjoni, il-konsum, l-impjiegi u s-soċjetà (ĠU C 288, 31.8.2017, p. 1).

(3)  Il-KESE adotta l-Opinjoni SOC/578 – Ġestjoni tat-tranżizzjoni f’dinja tax-xogħol diġitalizzata (ĠU C 367, 10.10.2018, p. 15).

(4)  Ara l-Opinjoni adotta tal-KESE INT/845 – L-intelliġenza artifiċjali: l-antiċipazzjoni tal-impatti tagħha fuq ix-xogħol biex tiġi żgurata transizzjoni ġusta (Opinjoni fuq inizjattiva proprja), relatur: is-Sinjura Salis-Madinier (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/57


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-iffaċilitar tat-trasformazzjoni diġitali tal-kura u tas-saħħa fis-Suq Uniku Diġitali, l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini u l-bini ta’ soċjetà aktar b’saħħitha”

[COM(2018) 233 final]

(2018/C 440/09)

Relatur:

Diego DUTTO

Korelatur:

Thomas KATTNIG

Konsultazzjoni

Kummissjoni Ewropea, 18.6.2018

Bażi legali

L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni responsabbli

Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Adottata fis-sezzjoni

4.9.2018

Adottata fil-plenarja

19.9.2018

Sessjoni plenarja Nru

537

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

193/0/3

1.   Konklużjonijiet

1.1.

Matul il-bidliet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni diġitali, il-persuni jeħtieġ ikunu fil-qalba tal-kura.

1.2.

Il-proċessi ta’ diġitalizzazzjoni għandhom jgħinu lill-professjonisti fil-kura tas-saħħa jgħaddu aktar ħin mal-pazjenti. Għandu jiġi żgurat li l-professjonijiet tal-kura tas-saħħa jkollhom biżżejjed persunal bi kwalifiki u b’ħiliet diġitali adatti.

1.3.

It-tranżizzjoni diġitali qed tbiddel in-natura tax-xogħol fis-saħħa u l-kura. Kull min hu involut jeħtieġ iħares lejn din it-trasformazzjoni professjonalment u b’moħħ miftuħ biex jintlaħqu standards ta’ kwalità għolja.

1.4.

Id-djalogu soċjali fil-livell Ewropew fir-rigward tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa kif ukoll is-servizzi soċjali jeħtieġ jissaħħu. Hemm bżonn ta’ programmi ta’ taħriġ u edukazzjoni ulterjuri adatti, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kwalità tal-impjiegi jeħtieġ jittejbu u l-protezzjoni tad-data tal-persunal jeħtieġ tiġi msaħħa.

1.5.

Il-KESE huwa konxju li l-Istati Membri huma responsabbli għall-organizzazzjoni u l-provvediment tal-kura tas-saħħa u l-kura soċjali. Skont id-Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (id-Direttiva 2011/24/UE), irid jiġi stabbilit netwerk tal-kura tas-saħħa onlajn (in-netwerk tas-Saħħa-e) sabiex jippromovi l-interoperabbiltà tas-soluzzjonijiet tas-Saħħa-e.

1.6.

L-għodod diġitali għandhom jintużaw bħala effett ta’ lieva għall-iżvilupp ta’ forom ġodda ta’ organizzazzjoni fis-sistemi tas-saħħa u l-kura. Dawn jappoġġjaw il-potenzjal tal-individwi, il-komunitajiet lokali u l-ekonomija soċjali. Permezz ta’ investiment pubbliku adatt, il-valuri tas-solidarjetà u tal-universalità jridu jiġu affermati mill-ġdid bħala l-bażi ta’ dawn is-sistemi.

1.7.

Il-proċessi ta’ diġitalizzazzjoni ma għandhomx jiġu interpretati ħażin bħala pakkett ta’ tfaddil għall-baġits tal-kura tas-saħħa. Dawn ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis tal-persunal jew tnaqqis fis-servizzi. Il-kura trid titqies bħala servizz personali u, speċjalment bil-popolazzjonijiet li qed jixjieħu, hemm bżonn jiġu żviluppati kunċetti ġodda ta’ kura fit-tul.

1.8.

Il-KESE jaqbel mal-viżjoni deskritta fil-Komunikazzjoni, jiġifieri l-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-mard, l-għajnuna biex jiġu trattati l-ħtiġijiet mhux indirizzati tal-pazjenti, u l-iffaċilitar għaċ-ċittadini biex ikollhom aċċess ugwali għal kura ta’ kwalità għolja permezz tal-użu adatt tal-innovazzjonijiet diġitali u l-ekonomija soċjali.

1.9.

Il-litteriżmu dwar is-saħħa fil-kuntest soċjali u tas-saħħa jirrigwarda l-kapaċità ta’ persuna li tikseb, tifhem u tuża informazzjoni b’mod responsabbli sabiex tippromovi l-benesseri tagħha u tibqa’ f’saħħitha.

1.10.

Iċ-ċittadini għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw id-data dwar is-saħħa tagħhom. Huma jiddeċiedu jekk jikkondividux id-data tagħhom u meta. Huwa kruċjali li jiġi kkunsidrat ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data li jiggarantixxi liċ-ċittadini kontroll fuq l-użu tad-data personali tagħhom, speċjalment id-data dwar is-saħħa..

1.11.

Il-KESE jissuġġerixxi li “d-dritt għal ikkupjar (b’xejn)” jista’ jkun forma attiva ta’ protezzjoni. Dan jikkonċerna d-data kollha ġġenerata mill-utenti meta jinteraġixxu ma’ pjattaformi diġitali tas-saħħa u jippermetti liċ-ċittadini jerġgħu jużaw id-data tagħhom stess.

1.12.

Id-data oriġinali tal-utenti hija ta’ valur siewi għal algoritmi u pjattaformi; din għandha titqies bħala prodott oriġinali ġġenerat mill-utenti u għandha tkun protetta skont il-liġijiet tal-proprjetà intelletwali.

1.13.

Id-“dritt għall-ikkupjar (b’xejn)” jgħin ukoll fil-ħidma ta’ protezzjoni u promozzjoni tal-kompetizzjoni, li issa qed taffaċċja sfidi kbar mis-sistemi li l-pjattaformi diġitali qegħdin jużaw bħalissa sabiex jesproprjaw id-data u l-istejjer personali.

1.14.

Il-KESE jappoġġja (1) l-proċess ta’ erba’ pilastri għal ħidma konġunta transkonfinali dwar it-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u tal-kura tas-saħħa, inklużi valutazzjonijiet kliniċi konġunti, konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti, l-identifikazzjoni ta’ teknoloġiji emerġenti tas-saħħa u kooperazzjoni volontarja fost l-Istati Membri.

1.15.

Il-KESE jissuġġerixxi li tittieħed azzjoni adatta biex jiġu mistħarrġa oqfsa ġodda etiċi, legali u soċjali li jqisu r-riskji assoċjati mal-estrazzjoni tad-data.

1.16.

Il-KESE jissuġġerixxi li jiġu promossi r-riċerka u l-innovazzjoni dwar l-integrazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali sabiex iġeddu l-proċessi tal-kura tas-saħħa, eż. l-intelliġenza artifiċjali, l-Internet tal-oġġetti u l-interoperabbiltà. Il-KESE jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu biex il-pubbliku jkollu aċċess transfruntier sigur għal data affidabbli dwar is-saħħa, sabiex isiru avvanzi fir-riċerka u l-prevenzjoni tal-mard.

1.17.

Il-KESE japprova wkoll l-appoġġ tal-UE lill-impriżi żgħar u medji u ‘l-intrapriżi soċjali li qegħdin jiżviluppaw soluzzjonijiet diġitali għall-kura ċċentrata fuq il-persuna u għar-rispons tal-pazjenti.

1.18.

Il-KESE jappoġġja “l-ibbilanċjar mill-ġdid” tal-asimmetrija soċjoekonomika f’ekonomiji mmexxija mid-data permezz ta’ promozzjoni tal-iżvilupp ta’ pjattaformi siguri u permezz ta’ appoġġ lil organizzazzjonijiet kooperattivi mingħajr skop ta’ qligħ biex jaħżnu, jimmaniġġjaw u jikkondividu kopji diġitali tad-data personali kollha.

2.   Kuntest u kummenti ġenerali

2.1.

Fil-25 ta’ April 2018 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-Komunikazzjoni tagħha dwar it-trasformazzjoni diġitali tal-kura u tas-saħħa fis-Suq Uniku Diġitali (2), li tirrigwarda r-riformi u s-soluzzjonijiet innovattivi meħtieġa biex is-sistemi tal-kura u tas-saħħa jkunu aktar reżiljenti, aċċessibbli u effettivi biex tiġi pprovduta kura ta’ kwalità liċ-ċittadini Ewropej u biex tinħoloq soċjetà aktar b’saħħitha. Meta jkunu mfassla kif suppost u implimentati b’mod kosteffettiv, is-soluzzjonijiet diġitali tal-kura u tas-saħħa jistgħu jtejbu l-benesseri ta’ miljuni ta’ ċittadini u jtejbu radikalment l-effikaċja li biha jitwasslu s-servizzi tal-kura u tas-saħħa lill-pazjenti. Id-diġitalizzazzjoni tista’ tappoġġja l-kontinwità tal-kura bejn il-fruntieri (id-Direttiva 2011/24/UE), fattur importanti għal dawk li jgħaddu xi żmien barra minn pajjiżhom għan-negozju jew għad-divertiment. Id-diġitalizzazzjoni tista’ tgħin ukoll fil-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, inkluża s-saħħa okkupazzjonali fuq il-post tax-xogħol. Tista’ tappoġġja r-riforma tas-sistemi tas-saħħa u t-tranżizzjoni tagħhom lejn mudelli ġodda ta’ kura, ibbażati fuq il-ħtiġijiet tan-nies, u tippermetti bidla minn sistemi ċċentrati fl-isptar għal faċilitajiet ta’ benesseri integrati u bbażati aktar fil-komunità. Matul dawn il-bidliet, irid jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu fiċ-ċentru tal-kura. Il-proċessi ta’ diġitalizzazzjoni għandhom jgħinu lill-professjonisti fil-kura medika jgħaddu aktar ħin mal-pazjent. Għalhekk, għandu jiġi żgurat li l-professjonijiet tal-kura tas-saħħa jkollhom biżżejjed persunal bi kwalifiki u b’ħiliet diġitali adatti.

2.2.

It-tranżizzjoni lejn il-kura u s-saħħa diġitali qed tibdel in-natura tax-xogħol f’dawn l-oqsma. Dan jista’ jinkiseb biss bi standard ta’ kwalità għolja jekk kull min ikun involut jiffaċċja t-trasformazzjoni b’mod professjonali u b’moħħ miftuħ. Id-djalogu soċjali fis-settur tas-saħħa u s-servizzi soċjali fil-livell Ewropew għandu għalhekk ikompli jissaħħaħ, u għalhekk iridu jiġu żviluppati programmi ta’ taħriġ u ta’ żvilupp ulterjuri adatti, u għandhom jittejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol, b’mod partikolari l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-protezzjoni tad-data tal-persunal u l-kwalità tal-impjiegi.

2.3.

Il-Kummissjoni Ewropea tirrimarka li s-sistemi tal-kura u tas-servizzi soċjali tal-Ewropa qed jiffaċċjaw sfidi kbar, bħat-tixjiħ, il-multimorbożità, it-tilqim, nuqqas ta’ professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa minħabba kundizzjonijiet diffiċli ta’ xogħol, u l-problema dejjem tikber ta’ mard li ma jitteħidx u li jista’ jiġi evitat u li huwa kkawżat minn fatturi ta’ riskju bħat-tabakk, l-alkoħol u l-obeżità u mard ieħor, fosthom mard newrodeġenerattiv u mard rari. Theddida addizzjonali u li qed tiżdied ġejja mill-mard infettiv minħabba reżistenza akbar għall-antibijotiċi u patoġeni ġodda jew li qegħdin jerġgħu jitfaċċaw. L-ispejjeż pubbliċi relatati mas-saħħa u l-kura fit-tul qed jiżdiedu fl-Istati Membri tal-UE u din ix-xejra hija mistennija li tkompli. Huwa partikolarment importanti li l-ispejjeż assoċjati għandhom jintużaw biex itejbu l-kwalità tax-xogħol għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa, filwaqt li tiġi evitata l-promozzjoni ta’ paga baxxa u kundizzjonijiet tax-xogħol onerużi. Bil-popolazzjonijiet li qed jixjieħu, għandhom jiġu żviluppati kunċetti ġodda ta’ kura fit-tul.

2.4.

Anki fejn teżisti, id-data dwar is-saħħa spiss tiddependi fuq teknoloġiji li ma jaħdmux bejniethom, u b’hekk ifixklu l-użu wiesa’ tagħha.

2.5.

Minħabba dan, is-sistemi tas-saħħa huma nieqsa minn informazzjoni essenzjali biex jottimizzaw is-servizzi tagħhom, u l-fornituri tas-servizzi jsibuha diffiċli li joħolqu ekonomiji ta’ skala sabiex joffru soluzzjonijiet diġitali effiċjenti ta’ kura u ta’ saħħa u sabiex jappoġġjaw l-użu transkonfinali tas-servizzi tas-saħħa. Ir-riżultati kwantifikati bbażati fuq id-data dwar is-saħħa għandhom jiġġeneraw għarfien personalizzat dwar is-saħħa u jkunu aċċessibbli għall-prattikanti ġenerali u għall-ispeċjalisti mediċi u x-xjenzati sabiex ikunu jistgħu jaġixxu fuqhom, biex jagħmlu raggruppamenti u mudellar ta’ tbassir u biex jużaw l-aħjar prattiki.

2.6.

Kif juru l-konklużjonijiet tar-rapport dwar L-Istat tas-Saħħa fl-UE, l-użu ta’ data tas-saħħa ffukata fuq il-pazjent għadu mhuwiex żviluppat biżżejjed fl-UE.

2.7.

L-organizzazzjoni u l-provvediment ta’ kura tas-saħħa u kura soċjali huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri. F’xi Stati Membri, b’mod partikolari dawk b’sistemi federali, l-awtoritajiet reġjonali huma responsabbli għall-iffinanzjar u l-provvediment tal-kura tas-saħħa.

2.8.

Taħt id-Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (id-Direttiva 2011/24/UE), ġie stabbilit netwerk tal-kura tas-saħħa onlajn (in-netwerk tas-Saħħa-e) sabiex jippromovi l-interoperabbiltà tas-soluzzjonijiet tas-Saħħa-e.

2.9.

Ġew żviluppati wkoll strutturi ta’ kooperazzjoni, bħas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu, il-programm konġunt biex tiġi appoġġjata ħajja attiva u awtonoma (il-Programm dwar il-Ħajja Attiva u Mgħejuna), u s-sħubiji pubbliċi-privati bħall-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi u l-Inizjattiva “Il-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea”. L-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti reġjonali u nazzjonali wkoll għandhom rwol ċentrali fl-iżvilupp ta’ ekosistemi reġjonali aktar b’saħħithom fil-qasam tal-kura tas-saħħa. Mill-2004 ’l hawn, żewġ Pjanijiet ta’ Azzjoni ta’ Saħħa-e pprovdew qafas ta’ politika għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni, u l-Grupp ta’ Partijiet Ikkonċernati tas-Saħħa-e qeda rwol importanti.

2.10.

B’referenza wkoll għall-pożizzjonijiet tiegħu stabbiliti f’opinjonijiet preċedenti (3), il-KESE jqis li l-azzjoni proposta tal-Kummissjoni fi tliet oqsma għandha tkun appoġġjata. Dawn huma: l-aċċess transfruntier sigur – u l-kondiviżjoni – tad-data dwar is-saħħa għall-pubbliku; data affidabbli biex isiru avvanzi fir-riċerka, fil-prevenzjoni tal-mard u fil-kura u s-saħħa personalizzati, u għodod diġitali għall-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini u għall-kura ċċentrata fuq il-persuni. Kif intqal aktar ’il fuq, għandu jkun żgurat li l-proċessi ta’ diġitalizzazzjoni ma jiġux interpretati ħażin bħala pakkett ta’ ffrankar għall-baġits tal-kura tas-saħħa u ma jwasslux għal tnaqqis fil-persunal jew tnaqqis ta’ servizzi. Nuqqas ta’ persunal iwassal għal kura fqira u riskju akbar ta’ morbożità. Għandu jitfakkar li t-trasformazzjoni diġitali hija fenomenu bidimensjonali li jinkludi direzzjoni u proċess. F’termini ta’ direzzjoni, niffukaw fuq il-fatturi esterni għall-organizzazzjonijiet, waqt li dejjem inħarsu lejn “dak” li qed tindirizza t-trasformazzjoni. F’termini ta’ proċess, l-enfasi hija fuq il-ħsieb fl-organizzazzjonijiet, b’attenzjoni partikolari dwar “kif” qed issir it-trasformazzjoni diġitali. Għaldaqstant dan l-approċċ għandu assolutament jitqies fl-analiżi tas-suġġett tal-opinjoni sabiex jiġi żgurat approċċ orjentat lejn il-pazjent.

2.11.

Proprju għal din ir-raġuni, il-KESE jinnota, kif għamel fl-Opinjoni preċedenti tiegħu (4), li biex jisfruttaw it-trasformazzjoni diġitali, in-netwerks tal-UE u l-miżuri ta’ appoġġ ippjanati għandhom jużaw għodod diġitali sabiex id-drittijiet fundamentali tagħna f’dak li jirrigwarda l-kura u s-saħħa jiġu implimentati u jissaħħu, mhux jiddgħajfu. L-għodod diġitali għandhom jappoġġjaw l-iżvilupp tal-potenzjal individwali u tal-komunitajiet lokali u tal-ekonomija soċjali; għandhom ikunu lieva b’saħħitha fil-promozzjoni tad-drittijiet u fl-iżvilupp ta’ forom ġodda ta’ organizzazzjoni u governanza għall-kura u s-saħħa; u għandhom jgħinu fl-affermazzjoni mill-ġdid tal-valuri tas-solidarjetà u tal-universalità li huma l-bażi tas-sistema tal-kura tas-saħħa tagħna. Dan għandu jiġi żgurat permezz ta’ investiment pubbliku adatt, kif stipulat f’Opinjoni preċedenti (5).

2.12.

B’konformità mal-opinjonijiet preċedenti, il-KESE jqis li l-aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa, li huwa wieħed mill-għanijiet essenzjali tal-politiki tas-saħħa, jista’ jibbenefika mill-appoġġ tad-diġitalizzazzjoni ladarba jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet:

kopertura territorjali ugwali li tqis żoni li ma tantx jiġu servuti mill-operaturi diġitali (aċċess, broadband);

tnaqqis fid-distakk diġitali fir-rigward tal-użu miċ-ċittadini, mill-professjonisti tas-saħħa, u mill-partijiet involuti fl-iskemi ta’ assigurazzjoni tas-saħħa;

interoperabbiltà bejn id-diversi komponenti tal-arkitettura diġitali (il-bażijiet tad-data, l-apparat mediku) li tiffaċilita l-kontinwità tal-kura f’kull struttura u bejn dawn l-istrutturi;

protezzjoni tad-data tas-saħħa li f’ebda każ ma tista’ tintuża għad-detriment tal-pazjenti;

distribuzzjoni elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott approvata mill-awtoritajiet li jagħtu l-liċenzji għall-mediċini biex jittejjeb l-aċċess (kif intqal f’Opinjoni preċedenti tal-KESE (6)).

2.13.

L-espansjoni rapida tat-telemediċina, tal-oġġetti konnessi u tan-nanoteknoloġiji, tal-bijoteknoloġiji, tal-informatika u tax-xjenzi konjittivi (NBIC) m’għandha qatt twassal biex l-individwi jitqiesu bħala sempliċement iġsma konnessi, li jistgħu jiġu analizzati, ikkontrollati u ssorveljati mill-bogħod minn programm informatiku omnipotenti. L-iżvilupp tekniku tas-saħħa fil-fatt iħeġġeġ l-oppost, jiġifieri iqiegħed mill-ġdid ir-relazzjonijiet interpersonali u r-rabtiet soċjali fiċ-ċentru tal-prattika u tal-kura medika.

3.   L-impatti tat-trasformazzjoni diġitali

3.1.   L-impatt tat-trasformazzjoni diġitali fuq is-saħħa u l-kura

3.1.1.

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tispjega kif l-UE tista’ tgħin biex jinkisbu l-għanijiet tal-konklużjonijiet tal-Kunsill, b’mod partikolari bl-iżvilupp tal-kooperazzjoni u tal-infrastruttura meħtieġa fl-UE u b’hekk tgħin lill-Istati Membri jirrispettaw l-impenn politiku tagħhom f’dawn l-oqsma. L-azzjonijiet proposti wkoll jappoġġjaw l-impenn tal-Kummissjoni li tikseb il-mira ta’ żvilupp sostenibbli tan-NU li jiġu żgurati ħajjiet b’saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f’kull età u li timplimenta l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

3.1.2.

Il-KESE jaqbel mal-viżjoni deskritta fil-Komunikazzjoni, jiġifieri l-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-mard, l-għajnuna biex jiġu trattati l-ħtiġijiet mhux indirizzati tal-pazjenti, u l-iffaċilitar biex iċ-ċittadini jkollhom aċċess ugwali għal kura ta’ kwalità għolja permezz tal-użu adatt tal-innovazzjonijiet diġitali u l-intrapriżi soċjali.

3.1.3.

Il-KESE jemmen li huwa essenzjali li tiżdied is-sostenibbiltà tas-sistemi Ewropej tal-kura u tas-saħħa, li tgħin fl-immassimizzar tal-potenzjal tas-suq uniku diġitali permezz ta’ użu akbar ta’ prodotti u servizzi diġitali fl-oqsma tal-kura u tas-saħħa. Għan ieħor tal-azzjonijiet proposti għandu jkun l-istimolu tat-tkabbir u l-promozzjoni tal-industrija Ewropea f’dan il-qasam, kif ukoll tan-negozji, kemm dawk bi skop ta’ qligħ kif ukoll dawk mingħajr skop ta’ qligħ, li jfasslu u jiġġestixxu s-servizzi tal-kura u tas-saħħa.

3.1.4.

It-trasformazzjoni diġitali tiffaċilita b’mod partikolari l-aċċess għad-data u l-użu tagħha li jistgħu jgħinu biex jonqsu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa waqt li l-popolazzjoni tkompli tikber u l-istennija tal-għomor tkompli tiżdied, billi jappoġġjaw l-ottimizzazzjoni tal-azzjoni governattiva fil-livell nazzjonali u Ewropew.

3.1.5.

Id-diġitalizzazzjoni tas-saħħa se tikkontribwixxi mhux biss biex jitnaqqas il-ħin mgħoddi fl-isptar, b’impatt pożittiv dirett fuq il-kura tas-saħħa fl-isptarijiet, iżda wkoll se tgħin l-irkupru tal-pazjenti nnifishom. Fil-kuntest ta’ rikonoxximent internazzjonali, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, f’kooperazzjoni mal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), ipproponiet is-Sett ta’ Għodod għall-Istrateġija Nazzjonali tas-Saħħa elettronika, li essenzjalment jipprovdi metodu biex isiru aġġornamenti u titjib fl-istrateġiji nazzjonali tas-Saħħa elettronika, fil-pjani ta’ azzjoni u fl-oqfsa ta’ monitoraġġ.

3.2.   L-impatt tat-trasformazzjoni diġitali fuq in-nies

3.2.1.

It-trasformazzjoni diġitali tagħti liċ-ċittadini l-opportunità ta’ aċċess wiesa’ għal għarfien, għal infrastruttura u għal servizzi li jkunu personalizzati, innovattivi u aktar effiċjenti dwar il-kura tas-saħħa, u l-opportunità li jikkontribwixxu wkoll – bħala fornituri tas-servizzi, produtturi tal-informazzjoni u produtturi tad-data – sabiex tittejjeb is-saħħa ta’ oħrajn.

3.2.2.

Jista’ wkoll jitqies li ċ-ċittadini għandhom id-dritt għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa tagħhom u jiddeċiedu jekk u meta jaqsmu din id-data. Il-KESE jemmen ukoll li huwa kruċjali li jitqies ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, li daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju 2018 u se jiżgura liċ-ċittadini kontroll fuq l-użu tad-data personali tagħhom, inkluża d-data dwar is-saħħa. Barra minn hekk, għandha titqies id-dikjarazzjoni li saret mill-Assoċjazzjoni Medika Dinjija (WMA) dwar kunsiderazzjonijiet etiċi rigward il-bażijiet tad-data tas-saħħa u l-bijobanek fid-Dikjarazzjoni tagħha ta’ Tajpej, adottata mit-53 Assemblea Ġenerali tad-WMA, f’Washington DC, l-Istati Uniti, f’Ottubru 2002, u riveduta mis-67 Assemblea Ġenerali tad-WMA, f’Taipei, it-Tajwan, f’Ottubru 2016.

3.2.3.

F’dan ir-rigward huwa essenzjali li wieħed jindirizza r-riskju ta’ disparità dejjem akbar fil-livelli ta’ litteriżmu diġitali tan-nies. Il-litteriżmu dwar is-saħħa fil-kuntest soċjali u tas-saħħa jirrigwarda l-kapaċità ta’ persuna li tikseb, tifhem u tuża informazzjoni b’mod responsabbli biex tippromovi l-benesseri tagħha u tibqa’ f’saħħitha. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġi żgurat livell ta’ ħiliet u familjarità mal-għodod il-ġodda li jippermettu lin-nies itejbu l-benesseri tagħhom stess u tal-komunità permezz ta’ miżuri li jtejbu l-istil ta’ ħajja u l-kundizzjonijiet tal-għajxien.

3.2.4.

Peress li l-utenti huma fiċ-ċentru tat-tfassil u tas-servizz, id-data li jiġġeneraw għandha titqies ukoll kruċjali, b’regolamenti xierqa stipulati rigward is-sjieda tad-data u d-dritt tal-utent innifsu u ta’ partijiet oħrajn li jużawha. Il-mistoqsijiet li għandhom isiru huma “min hu sid id-data?”, “min għandu d-dritt jużaha?”“taħt liema kundizzjonijiet jistgħu partijiet oħrajn li jipprovdu xi servizz jużaw id-data?”, “l-utent jista’ juża d-data liberament?”, eċċ. F’dan ir-rigward, għandha ssir distinzjoni ċara bejn it-tipi ta’ data: data mhux ipproċessata, minn naħa, u data ġġenerata minn servizzi ta’ algoritmi u ta’ intelliġenza artifiċjali, min-naħa l-oħra. Jekk parti oħra tiġġenera data aggregata ġdida permezz ta’ algoritmi proprjetarji, kif għandha tiġi ġestita s-sjieda tal-informazzjoni? Kif huma mfassla l-mudelli ta’ negozju biex tiġi ġestita l-preżenza ta’ diversi partijiet ikkonċernati, li kull waħda minnhom tipprovdi parti fundamentali tas-servizz? Għandha ssir distinzjoni wkoll bejn il-mudelli ta’ negozju bbażati fuq is-servizzi biss (aktar tradizzjonali, eż. appoġġ għall-attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum), u dawk ibbażati fuq data ċċentrata fuq il-pazjent bil-possibbiltà li jiġu żviluppati servizzi ġodda f’termini ta’ saħħa telematika (eż. servizzi ta’ prevenzjoni, ta’ appoġġ għat-trattamenti u ta’ adattament).

3.2.5.

Id-data awtentika – jiġifieri, oriġinali – ta’ kull utent hija l-uniku valur utli għall-algoritmi/is-servizzi/il-pjattaformi, li jfisser li tista’/għandha titqies bħala prodott oriġinali ġġenerat mill-utenti (u minnhom u mill-karatteristiċi bijoloġiċi, konjittivi, kulturali u ta’ mġiba tagħhom biss) u bħala tali hija “kontribut oriġinali” li għandu jiġi protett skont regoli simili, għalkemm ibbażati ad hoc fuq il-proprjetà intellettwali. Suġġeriment wieħed jista’ jkun forma attiva ta’ protezzjoni permezz ta’ “dritt għall-ikkupjar (b’xejn)” tad-data kollha ġġenerata mill-utenti meta jinteraġixxu mal-pjattaformi diġitali tas-saħħa, biex ikunu jistgħu jerġgħu jużawha – jekk ikun meqjus xieraq – billi jaggregawha mill-ġdid permezz ta’ servizzi/algoritmi oħrajn. Id-“dritt għall-ikkupjar (b’xejn)” jgħin ukoll bi problema oħra li tinvolvi l-protezzjoni u l-promozzjoni tal-kompetizzjoni, li issa qed tkun ittestjata ferm mis-sistemi li l-pjattaformi diġitali qegħdin jużaw bħalissa – fuq il-bażi ta’ kuntratti jew mod ieħor – sabiex jesproprjaw id-data u l-istejjer personali.

3.2.6.

L-UE nnifisha indirizzat il-kwistjoni msemmija fil-punt 3.2.5 f’diversi okkażjonijiet u f’ċerti każijiet għażlet id-dritt li tagħmel id-data disponibbli (ikkupjar) (ara l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija: “jekk il-klijenti aħħarin jagħmlu talba, id-data mill-arloġġi dwar l-elettriku li jitfgħu (l-input) u li jieħdu (l-off-take) tkun disponibbli għalihom jew għal parti terza li tkun qed taġixxi f’isem il-klijent aħħari f’format li jista’ jiftiehem faċilment li jistgħu jużaw sabiex iqabblu l-ftehimiet b’mod identiku”).

3.2.7.

Il-KESE jissuġġerixxi li tinħoloq infrastruttura tal-IT konnessa biex il-pazjenti b’mard rari jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati malajr u jkunu jistgħu jagħmlu d-data medika u dwar is-saħħa tagħhom disponibbli għal riċerka globali mingħajr skop ta’ qligħ. L-Unjoni Ewropea qed tippromovi l-ħolqien ta’ sistema ta’ rekords elettroniċi tas-saħħa billi tappoġġja l-iskambju ta’ informazzjoni u standardizzazzjoni u l-iżvilupp ta’ netwerks għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-fornituri tal-kura tas-saħħa sabiex jikkoordinaw azzjonijiet f’każ ta’ riskju għas-saħħa pubblika.

3.2.8.

Dan jippermetti lin-nies/liċ-ċittadini/lill-pazjenti/lill-utenti jiksbu lura l-kontroll sħiħ tal-identità diġitali tagħhom. Dan jippermettilhom jipparteċipaw fil-kisba ta’ għarfien miksub mid-data aggregata dwar is-saħħa għal mediċina personalizzata u għall-prevenzjoni, u wkoll biex igawdu minn benefiċċji ekonomiċi konsiderevoli miksuba minn dik id-data aggregata.

3.3.   L-impatt tat-trasformazzjoni diġitali fuq is-sistemi soċjali u tas-saħħa

3.3.1.

Il-KESE jappoġġja (kif jissemma fl-Opinjoni tal-KESE (7)) l-proċess fuq erba’ pilastri għall-ħidma konġunta transkonfinali dwar it-trasformazzjoni diġitali fil-kura u fis-saħħa.

3.3.1.1.

Il-proposta tistabbilixxi grupp ta’ koordinazzjoni, magħmul minn rappreżentanti mill-korpi ta’ Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) tal-Istati Membri, u tiddeskrivi erba’ pilastri għal kooperazzjoni futura. Il-ħidma konġunta titmexxa mill-Istati Membri permezz tal-grupp ta’ koordinazzjoni u tinkludi:

valutazzjonijiet kliniċi konġunti;

konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti;

identifikazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa emerġenti;

kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri.

3.3.1.1.1.

Il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti jikkonċernaw l-aktar teknoloġiji innovattivi li jinkludu: i) mediċini li jkunu għaddejjin mill-proċedura ċentrali ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, u ii) ċerti kategoriji ta’ apparat mediku u apparat mediku dijanjostiku in vitro li jagħmilha possibbli li jiġu trattati bżonnijiet mediċi mhux indirizzati, b’impatt potenzjali fuq il-pazjenti, is-saħħa pubblika jew is-sistemi tal-kura tas-saħħa, u b’dimensjoni transfruntiera sinifikanti. Dawn il-valutazzjonijiet jiġu abbozzati u definiti mill-korpi tal-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa tal-Istati Membri, il-kumpaniji farmaċewtiċi jew dawk li jimmanifatturaw (“jiżviluppaw”) l-apparat mediku, il-pazjenti, l-esperti kliniċi u partijiet interessati oħra. Ladarba jiġi vverifikat mill-Kummissjoni, ir-rapport jiġi ppubblikat u mbagħad jintuża mill-Istati Membri.

3.3.1.1.2.

Il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti, magħrufa wkoll bħala “djalogi bikrija”, jippermettu lil żviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jitlob il-parir tal-korpi tal-HTA dwar id-data u l-evidenza li aktarx tkun meħtieġa bħala parti minn valutazzjoni klinika konġunta futura. L-iżviluppaturi jkollhom il-possibbiltà li jitolbu konsultazzjoni xjentifika konġunta lill-grupp ta’ koordinazzjoni. Ladarba jiġu approvati mill-grupp ta’ koordinazzjoni, ir-rapporti dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta jiġu indirizzati lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa, iżda ma jiġux ippubblikati.

3.3.1.1.3.

“L-iskenjar tal-orizzont”, jew l-identifikazzjoni ta’ teknoloġiji tas-saħħa emerġenti (teknoloġiji tas-saħħa li għadhom ma ġewx adottati fis-sistema tal-kura tas-saħħa), jgħin biex jiġi żgurat li t-teknoloġiji tas-saħħa li huma mistennija li jkollhom impatt kbir fuq il-pazjenti, is-saħħa pubblika jew is-sistemi tal-kura tas-saħħa jiġu identifikati fi stadju bikri fl-iżvilupp tagħhom u inklużi fix-xogħol konġunt.

3.3.1.1.4.

L-Istati Membri jkollhom il-possibilità li jkomplu l-kooperazzjoni volontarja fil-livell tal-UE f’oqsma mhux koperti minn kooperazzjoni obbligatorja. Fost affarijiet oħrajn, dan jippermetti l-possibbiltà li jsiru HTAs fuq teknoloġiji tas-saħħa oħrajn li mhumiex prodotti mediċinali jew apparat mediku (bħal proċeduri kirurġiċi), kif ukoll il-valutazzjoni ta’ aspetti mhux kliniċi (pereżempju, l-impatt tal-apparat mediku fuq l-organizzazzjoni tal-kura).

3.3.2.

L-użu ta’ soluzzjonijiet tal-kura tas-saħħa ġodda megħjun mit-trasformazzjoni diġitali jqajjem għadd ta’ kwistjonijiet multidixxiplinari importanti, fosthom kwistjonijiet etiċi, legali u soċjali. Għalkemm diġà jeżisti qafas legali għall-protezzjoni tad-data u għas-sigurtà tal-pazjenti, hemm bżonn li jiġu indirizzati kwistjonijiet oħra, bħall-aċċess għall-broadband, ir-riskji assoċjati mal-estrazzjoni tad-data u t-teħid awtomatiku tad-deċiżjonijiet, l-iżgurar ta’ standards u leġislazzjonijiet xierqa għal kwalità adegwata ta’ servizzi tas-Saħħa-e jew tas-Saħħa-m, u aċċessibbiltà u kwalità tas-servizzi. Bl-istess mod, fil-livell tas-servizzi, għalkemm hemm regoli fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali li jirregolaw l-akkwist pubbliku, il-kompetizzjoni u s-suq intern, għandhom jiġu diskussi u adottati approċċi ġodda li jikkunsidraw it-trasformazzjoni diġitali.

3.3.3.

It-trasformazzjoni diġitali se tinvolvi riorganizzazzjoni tas-sistema tal-kura tas-saħħa, b’modi u standards ġodda biex jingħataw servizzi (eż. bl-użu ta’ robots flimkien mal-persuni li joffru l-kura). Barra minn hekk, il-persuni li jaħdmu fis-servizz tal-kura jeħtieġ isegwu programmi ta’ taħriġ adatti u speċifiċi (eż. inklużi dwar il-kuntest soċjali, mediku u tekniku), u jeħtieġ jitħejjew għal profili tax-xogħol ġodda u trasformazzjonijiet fl-ambjent tax-xogħol. Dan ser iwassal għad-definizzjoni ta’ mudelli ta’ servizz ġodda, politiki ta’ appoġġ, ċertifikazzjonijiet u standards adattati għall-introduzzjoni ta’ servizzi u teknoloġiji diġitali f’kuntesti reali u swieq tal-kura. Id-disinn u l-iżvilupp tagħhom għandu jsegwi l-prinċipji tad-disinn iċċentrat fuq l-utent, tal-inġinerija bbażata fuq il-faċilità tal-użu, tad-disinn universali, eċċ. filwaqt li l-utenti u l-ħtiġijiet tagħhom ikunu fil-qalba tal-proċess u jiġu evitati d-disparità diġitali u l-esklużjoni tal-persuni mis-servizzi.

3.3.4.

Il-KESE japprova l-isforzi tal-Kummissjoni biex tappoġġja l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-format ta’ skambju tar-rekords elettroniċi dwar is-saħħa Ewropej u li tiżviluppa miżuri ta’ identifikazzjoni u awtentikazzjoni komuni, kif stabbilit fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2011/24/UE.

3.4.   L-impatt tat-trasformazzjoni diġitali fuq is-suq diġitali

3.4.1.

L-isfida hija dik ta’ “l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-asimmetrija soċjoekonomika f’ekonomija xprunata mid-data” (8) permezz ta’:

dritt legali għal kopja diġitali tad-data personali kollha (medika u mhux medika); il-portabbiltà tad-data (l-Artikolu 20, Direttiva tal-UE dwar il-Protezzjoni tad-Data);

pjattaforma sigura fejn in-nies jistgħu jaħżnu, jiġġestixxu u jikkondividu b’mod attiv data fuq il-kundizzjonijiet tagħhom stess;

struttura organizzattiva kooperattiva ta’ pjattaformi tad-data personali mhux bi skop ta’ qligħ sabiex ikunu proprjetà taċ-ċittadini;

dħul finanzjarju minn użu sekondarju ta’ data kkontrollat miċ-ċittadini investit fi proġetti u servizzi li jkunu ta’ benefiċċju għall-membri u għas-soċjetà inġenerali.

3.4.2.

Il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti jiffaċilitaw aċċess aktar mgħaġġel, jevitaw id-duplikazzjoni fil-livell nazzjonali u jipprovdu konsistenza, ċarezza u prevedibbiltà akbar għal kull min ikun involut fil-proċess. L-industrija tal-apparat mediku b’mod ġenerali hija aktar xettika dwar il-proposta. Il-kooperazzjoni obbligatorja fil-valutazzjonijiet kliniċi tal-HTA tista’ tnaqqas l-aċċess għas-suq għall-apparat minflok tissemplifikah.

3.4.3.

Peress li qed jiżdied id-dħul ta’ apparat mobbli, is-soluzzjonijiet tas-Saħħa-e jew tas-Saħħa-m se joffru servizzi ġodda bi proċessi ottimizzati. Il-proċessi se jinkludu l-iffaċilitar tal-mobilità għall-professjonisti tal-kura u tas-saħħa.

3.4.4.

It-trasformazzjoni diġitali se tippromovi l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju aġli ġodda, trawwem il-parteċipazzjoni fin-negozju minn diversi partijiet ikkonċernati u toħloq benefiċċji mill-kwantifikazzjoni tal-esperjenzi tal-utenti. Is-suċċess tagħha jiddependi fuq li tkun iċċentrata fuq il-klijent (jew fuq l-utent), sabiex tiżgura li l-perspettiva tal-utent tkun ikkunsidrata mill-bidu nett tal-proċess tad-disinn (ħsieb tad-disinn).

3.4.5.

It-trasformazzjoni diġitali se tippermetti l-użu mifrux ta’ data tas-saħħa u data soċjali, filwaqt li trawwem l-integrazzjoni tas-sistemi u tal-apparat flimkien mas-servizzi tat-tagħlim awtomatiku u mal-ħtieġa tal-interoperabbiltà u l-kapaċità ta’ interazzjoni (M2M) li jeħtieġ iqisu l-varjetà ta’ ħtiġijiet u preferenzi tal-utenti, l-iżvilupp ta’ sistemi “validi għall-futur”, il-possibbiltà ta’ integrazzjoni ma’ infrastruttura eżistenti u ma’ fornituri ta’ servizzi lokali, u kwalunkwe teknoloġiji u servizzi li joħolqu tfixkil jew li mhumiex ippjanati fir-rigward ta’ rekwiżiti ġodda ta’ standardizzazzjoni.

3.4.6.

Teknoloġiji abilitanti essenzjali ġodda, bħall-5G, se joħolqu opportunitajiet għal prodotti u servizzi tal-broadband mobbli msaħħa, u b’hekk jappoġġjaw l-użu ta’ miljuni ta’ konnessjonijiet għall-apparat tal-Internet tal-Oġġetti (IoT) fuq skala massiva. Bil-proliferazzjoni tal-5G u tal-IoT, l-istrateġiji tat-trasformazzjoni diġitali huma kruċjali għal ħafna partijiet ikkonċernati li jaġixxu fil-qasam tal-kura tas-saħħa, b’mod partikolari peress li mġiba u ħtiġijiet ġodda tal-konsumaturi se jeħtieġu offerti diġitalizzati ġodda.

3.4.7.

Il-KESE jappoġġja servizzi relatati ma’: l-informazzjoni dwar is-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard, l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ telekonsulenza, il-preskrizzjonijiet onlajn, ir-riferimenti, u r-rimborż ta’ spejjeż mediċi. Il-pjattaformi eżistenti bħal Alfred, Big White Wall, Medicine Patient Portal, Empower eċċ. jistgħu jitqiesu li jiffaċilitaw it-trasformazzjoni diġitali fis-suq uniku diġitali. Huwa interessanti li, fid-29 ta’ Mejju 2018, tħabbar li l-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa kien se jappoġġja lix-xjenza tal-UE fl-ogħla pożizzjoni billi joħloq ambjent fdat fejn tiġi ospitata u pproċessata data ta’ riċerka. Il-Cloud għandu jkun federazzjoni pan-Ewropea wiesgħa ta’ infrastrutturi eżistenti u emerġenti eċċellenti li tirrispetta l-mekkaniżmi ta’ governanza u finanzjament tal-partijiet komponenti tagħha; is-sħubija f’din il-federazzjoni tkun volontarja; u l-istruttura ta’ governanza tinkludi l-ministeri tal-Istati Membri, il-partijiet ikkonċernati u x-xjenzati.

3.5.   L-impatt tat-trasformazzjoni diġitali fuq il-fornituri tas-servizz

3.5.1.

F’dan il-kuntest, il-KESE jaqbel dwar dawn l-għanijiet li ġejjin:

enfasi fuq dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa;

enfasi fuq il-pazjenti meta jidħlu fis-sistema tal-kura tas-saħħa;

trasferiment ta’ data effiċjenti fil-kura primarja (Saħħa-e, Dossier Elettroniku tal-Pazjent/EPD);

pazjenti jagħtu l-kunsens tagħhom biex id-data dwarhom tintuża għar-riċerka; inċentivi biex tingħata data addizzjonali (Saħħa-m);

tnaqqis tad-diffikultajiet biex il-pazjenti jiġu involuti fir-riċerka.

3.5.2.

Studji teknoloġiċi, soċjali u ekonomiċi reċenti jenfasizzaw li l-intelliġenza artifiċjali, l-Internet tal-Oġġetti u r-robotika se jagħmluha possibbli li jiġu ddisinjati u żviluppati approċċi ġodda fl-oqsma tal-mediċina personalizzata u ta’ preċiżjoni, tal-fraġilità konjittiva u tar-robotika kooperattiva. L-adozzjoni tagħhom fil-kura tas-saħħa se tfisser l-adattament u l-iżvilupp tal-proċessi kollha relatati mad-disinn, il-provvediment u l-evalwazzjoni tas-servizzi. F’dan il-kuntest, it-trasformazzjoni diġitali tirrappreżenta fattur fundamentali iżda wkoll abilitanti (jew “aċċeleratur”) fl-integrazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi fil-qasam tal-kura tas-saħħa.

3.5.3.

It-trasformazzjoni diġitali għandha l-potenzjal li tagħmel disponibbli ammont kbir ta’ data li tippermetti l-investigazzjoni u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ servizzi ġodda u ambizzjużi bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali. Dan jista’ jkun il-bażi għall-ħolqien ta’ qafas biex jiġi kkwantifikat mard kroniku b’mod oġġettiv u jiġu identifikati opportunitajiet ta’ dijanjożi bikrija u monitoraġġ tat-terapiji. Barra minn hekk, l-avvanzi reċenti fl-intelliġenza artifiċjali se jieħdu vantaġġ mid-disponibilità tad-data sabiex jiġu żviluppati sistemi li jistgħu jitgħallmu u mbagħad jadattaw għall-modi li bihom jevolvi l-mard.

3.5.4.

L-użu mifrux ta’ data, u l-kapaċità tal-partijiet interessati biex jużawhom u jittrasformawhom skont il-ħtiġijiet tal-utenti, joħloq xenarji ġodda għall-kondiviżjoni tad-data, l-għarfien u l-għarfien espert, kif diġà appoġġjat permezz tan-Netwerks ta’ Referenza Ewropej, li jipprovdu struttura ta’ governanza għall-kondiviżjoni tal-għarfien u għall-koordinazzjoni tal-kura madwar l-UE fil-qasam tal-mard rari. Jekk post speċifiku (żona jew pajjiż) ma jkollux għarfien espert f’marda speċifika, in-netwerk jista’ jgħin lit-tobba jiksbu informazzjoni minn ċentri ta’ għarfien espert oħrajn f’postijiet oħrajn. Bl-istess mod, l-isptarijiet madwar l-Ewropa kollha jistgħu jużaw is-sistemi ta’ konnessjoni diġitali sabiex jaqsmu l-għarfien u jipprovdu appoġġ lil xulxin.

3.5.5.

Konsegwenza waħda ovvja tal-punti preċedenti hija li ċ-ċibersigurtà hija prijorità ewlenija. Kif indikat f’rapport tal-ENISA (Ir-Rapport dwar ix-Xenarju tat-Theddid tal-ENISA 2017: l-ogħla 15-il-Theddida u Tendenza Ċibernetika, Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni), il-kumplessità tal-attakki u s-sofistikazzjoni ta’ azzjonijiet malizzjużi fiċ-ċiberspazju qed ikomplu jiżdiedu. Fix-xenarju tal-kura tas-saħħa, fejn bosta sistemi pervażivi huma konnessi u assi sinifikanti jinsabu f’riskju, pereżempju l-ħajja tal-pazjenti, informazzjoni personali sensittiva, riżorsi finanzjarji, eċċ., is-sigurtà tal-informazzjoni hija kwistjoni ewlenija. Fil-kuntest tat-trasformazzjoni diġitali, jenħtieġu metodi ġodda u gwida għall-immudellar tal-oqfsa ta’ valutazzjoni taċ-ċibersigurtà, ta’ kontromiżuri organizzattivi u tal-konformità tal-interoperabbiltà bbażati fuq iċ-ċibersigurtà.

3.5.6.

Il-KESE japprova wkoll l-appoġġ tal-UE lill-impriżi żgħar u medji li qegħdin jiżviluppaw soluzzjonijiet diġitali għall-kura ċċentrata fuq il-persuna u r-rispons tal-pazjenti. Il-kooperazzjoni naturalment se tinvolvi lill-awtoritajiet pubbliċi u partijiet ikkonċernati oħrajn impenjati biex jippromovu prinċipji kondiviżi jew rikonoxxuti reċiprokament għall-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali għall-adozzjoni fis-sistemi tas-saħħa (pereżempju, Saħħa-m u għajxien indipendenti).

3.5.7.

Il-KESE jemmen ukoll li l-inizjattivi preċedenti biex jinħarġu kards tal-kura tas-saħħa mill-Istati Membri Ewropej jridu jkomplu taħt il-priżma tat-trasformazzjoni diġitali tal-kura u tas-saħħa fis-suq diġitali. Minħabba n-natura sensittiva tad-data medika li tista’ tinħażen f’kards tas-Saħħa-e bħal dawn, huma jridu joffru protezzjoni soda tal-privatezza.

Brussell, id-19 ta’ Settembru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Luca JAHIER


(1)  ĠU C 283, 10.8.2018, p. 28.

(2)  COM(2018) 233 final.

(3)  ĠU C 434, 15.12.2017, p. 1; ĠU C 13, 15.1.2016, p. 14, u ĠU C 458, 19.12.2014, p. 54.

(4)  ĠU C 434, 15.12.2017, p. 1.

(5)  ĠU C 173, 31.5.2017, p. 33

(6)  ĠU C 13, 15.1.2016, p. 14.

(7)  ĠU C 283, 10.8.2018, p. 28.

(8)  Forum Ekonomiku Dinji – Ir-Rapport dwar it-Teknoloġija tal-Informatika Globali 2014.


6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/66


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar a) “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE”

[COM(2018) 184 final — 2018/0089 (COD)]

u (b) “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993, id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur”

[COM(2018) 185 final — 2018/0090 (COD)]

(2018/C 440/10)

Relatur:

Jarosław MULEWICZ

Korelatur:

Antonio LONGO

Konsultazzjoni

(a)

Parlament Ewropew, 2.5.2018

(a)

Kunsill, 22.5.2018

(b)

Parlament Ewropew, 2.5.2018

(b)

Kunsill, 22.5.2018

Bażi legali

Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Adottata fis-sezzjoni

4.9.2018

Adottata fil-plenarja

20.9.2018

Sessjoni plenarja Nru

537

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

155/1/5

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-objettiv li jiġu aġġornati regoli eżistenti sabiex jitqiesu drawwiet ġodda ta’ konsum u jiġu adattati għall-evoluzzjoni tas-suq uniku diġitali. Madankollu, kif irrakkomandat mill-Opinjoni tal-KESE dwar il-fraġilità tal-konsumaturi fil-kuntest tal-prattiki kummerċjali fis-suq intern (1), it-tħassib relatat man-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ regoli eżistenti għad irid jiġi indirizzat.

1.2.

Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li tiġi mmodernizzata u ssemplifikata l-politika tal-konsumatur tal-UE u jqis li l-pakkett leġislattiv il-ġdid jista’ jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-distakk maħluq mit-tkabbir esponenzjali tal-kummerċ elettroniku, filwaqt li jdgħajjef il-fiduċja tal-konsumaturi u joħloq distorsjonijiet fis-suq uniku.

1.3.

B’mod globali, il-Kumitat jikkunsidra li l-armonizzazzjoni tal-liġi tal-protezzjoni tal-konsumaturi m’għandhiex tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur fl-Istati Membri, filwaqt li tiġi bbilanċjata maċ-ċertezza legali tan-negozjanti. Il-KESE jirrikonoxxi l-konklużjonijiet ta’ REFIT li r-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur huma adatti għall-użu tagħhom iżda jinnota, ukoll, li numru dejjem jiżdied ta’ konsumaturi huma soġġetti għal kummerċjalizzazzjoni aggressiva u prattiki kummerċjali qarrieqa.

1.4.

Il-KESE jappoġġja l-proposta li d-drittijiet tal-konsumaturi jiġu estiżi għas-servizzi kollha diġitali “apparentement b’xejn” li għalihom l-utenti jagħtu data personali u mhux personali. Huwa jappoġġja wkoll trasparenza u responsabbiltà akbar għall-pjattaformi onlajn.

1.5.

Fir-rigward tar-reviżjoni tad-Direttiva 2011/83/UE dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur, ħarġu żewġ tipi differenti ta’ tħassib fi ħdan il-Kumitat. In-negozjanti huma favur l-aġġornament, is-semplifikazzjoni u l-adattament tal-informazzjoni prekuntrattwali, filwaqt li l-konsumaturi jikunsidraw li dawn ibaxxu l-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

1.6.

Il-KESE jqis li d-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut diġitali, is-servizzi diġitali u l-bejgħ onlajn għandhom jiġu allinjati mal-leġislazzjoni dwar is-Suq Uniku Diġitali.

1.7.

Il-KESE jqis id-dritt ta’ rtirar bħala għodda effiċjenti għall-protezzjoni tal-konsumatur li m’għandhiex tiddgħajjef. Il-membri tal-Kumitat għandhom fehmiet differenti dwar il-proposta tal-Kummissjoni. In-negozjanti – b’mod partikolari, l-SMEs – jeħtieġu ċertezza legali addizzjonali dwar beni ttestjati indebitament u rimborż bikri. Il-konsumaturi jirrifjutaw l-emenda u jitolbu li jiġi appoġġjat l-istatus quo. Il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra din id-dispożizzjoni importanti sabiex tipprovdi kompromess bejn l-interessi opposti.

1.8.

Il-KESE jqis li l-miżuri għall-protezzjoni tal-konsumaturi kontra “prodotti ta’ kwalità doppja” huma ġġustifikati u jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni għall-iżgurar ta’ trasparenza akbar.

1.9.

Il-Kumitat jappoġġja l-użu tal-mekkaniżmi għas-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim u għas-Soluzzjoni Online għat-Tilwim bħall-medjazzjoni jew l-arbitraġġ li għandhom jiġu promossi fil-livell Ewropew u nazzjonali.

1.10.

Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar tar-regoli eżistenti tal-protezzjoni tal-konsumatur mill-Istati Membri; biex tappoġġja l-armonizzazzjoni tar-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur; biex tippromovi l-kooperazzjoni transkonfinali tal-awtoritajiet nazzjonali permezz tas-sistema ta’ kooperazzjoni għall-protezzjoni tal-konsumatur (CPC) u biex tniedi kampanja ta’ komunikazzjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju mal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur.

1.11.

Il-KESE jistieden lill-Istati Membri biex jippromulgaw regoli aktar stretti għall-infurzar tal-leġislazzjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, jindirizzaw ksur nazzjonali u transkonfinali u jippreservaw il-livell eżistenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

1.12.

Il-KESE jappoġġja l-proposta għal kriterji speċifiċi għall-istabbiliment ta’ multi bħala strument effettiv tal-protezzjoni tal-konsumaturi. Huwa importanti li jkun hemm penali verament dissważivi għall-kumpaniji li jiksru r-regoli, li jammontaw għal perċentwal konsiderevoli tal-fatturat annwali tagħhom u filwaqt li jitqies il-ksur madwar l-UE kollha.

1.13.

Il-KESE jirrikonoxxi l-Proposta għal Direttiva dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE. Madankollu, il-KESE jiddispjaċih li r-rakkomandazzjonijiet tal-Opinjoni tal-KESE dwar Qafas Ewropew għal rimedju kollettiv (2) ma tqisux fl-abbozzar tal-proposta leġislattiva.

1.14.

Għandu jingħata aċċess faċli u malajr għall-ġustizzja liċ-ċittadini kollha tal-UE. Il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jiksbu kumpens f’każ li jġarrbu preġudizzju bħala konsegwenza tal-ksur ta’ kuntratt. Għalhekk, il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon sistema ta’ rimedju mfassla apposta għal preġudizzju kollettiv. Din għandha tkun pragmatika, kosteffettiva, tipprovdi s-salvagwardji rilevanti u tqis is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali eżistenti.

1.15.

Il-KESE jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex jiġu identifikati l-entitajiet ikkwalifikati li jistgħu jitolbu rimedju kollettiv, b’konformità mal-prinċipu tas-sussidjarjetà u l-leġislazzjoni nazzjonali.

1.16.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw il-ħolqien ta’ fondi għat-tilwim għal entitajiet ikkwalifikati. F’każijiet fejn il-preġudizzju jkun ta’ ammont żgħir u meta jkun impossibbli li jiġu intraċċati l-persuni kollha li jkunu ġarrbu preġudizzju, il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li jiġu allokati ammonti bħal dawn għal skopijiet pubbliċi; madankollu, il-Kumitat jitlob ċarezza dwar in-natura tagħhom (eż. assistenza, informazzjoni u programmi edukattivi favur il-konsumatur, fondi għat-tilwim).

1.17.

Finalment, salvagwardja importanti li għandha tiġi inkluża fid-Direttiva hija l-possibbiltà li wieħed jipparteċipa jew jirrifjuta li jipparteċipa f’azzjoni kollettiva. F’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Opinjoni tal-KESE dwar Qafas Ewropew għal rimedju kollettiv (3), il-konsumaturi għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu jekk jixtiqux jipparteċipaw jew le f’azzjoni kollettiva.

2.   Informazzjoni ta’ sfond u introduzzjoni

2.1.

Fil-11 ta’ April 2018, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet pakkett leġislattiv dwar Patt Ġdid għall-Konsumaturi. Dan il-pakkett jinkludi Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 93/13/KEE (4), id-Direttiva 98/6/KE (5), id-Direttiva 2005/29/KE (6) u d-Direttiva 2011/83/UE (7) fir-rigward ta’ infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u Proposta għal Direttiva dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE.

Id-Direttiva Omnibus

2.2.

Il-proposta tal-Kummissjoni COM(2018) 185 dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandha l-għan li tikkompleta l-mekkaniżmi eżistenti għall-protezzjoni tal-konsumatur, il-ksur transkonfinali u l-kummerċ elettroniku, kif ukoll li tnaqqas il-piż fuq in-negozjanti. Il-proposta ssegwi l-konklużjonijiet tal-kontroll tal-idoneità fil-qafas tal-programm REFIT dwar id-drittijiet tal-konsumatur tal-UE u l-liġi tal-kummerċjalizzazzjoni (8) u l-valutazzjoni dwar id-Direttiva 2011/83/UE dwar id-drittijiet tal-konsumatur.

2.3.

B’mod partikolari, il-Proposta għal Direttiva Omnibus tinkludi:

2.3.1.

L-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi b’mod ikkoordinat kemm għal ksur nazzjonali kif ukoll transkonfinali;

2.3.2.

Trasparenza mtejba fis-Suq Uniku Diġitali b’obbligi tat-trasparenza għall-pjattaformi onlajn;

2.3.3.

L-espansjoni tal-protezzjoni tal-konsumatur fl-isfera tas-servizzi diġitali, speċjalment dawk fejn il-konsumaturi ma jħallsux iżda jipprovdu data personali u mhux personali li għandha valur ekonomiku u għalhekk ma tistax titqies “b’xejn”;

2.3.4.

It-tnaqqis tal-piż għan-negozji, li jippermetti li l-professjonisti jużaw mezzi ġodda ta’ komunikazzjoni onlajn, bħal formoli tal-web jew chat bħala alternattiva għall-posta elettronika;

2.3.5.

Ir-reviżjoni ta’ ċerti aspetti relatati mad-dritt ta’ rtirar. B’mod partikolari, in-negozjant jista’ jirrimborża l-konsumatur biss wara li jkun spezzjona l-beni u jkun ivverifika li l-konsumatur ma “użax” il-beni pjuttost milli jkun limitat biex jittestjahom;

2.3.6.

Il-possibbiltà għall-Istati Membri li jillimitaw prattiki aggressivi u qarrieqa mhux mitluba fil-kuntest tal-bejgħ fid-dar u l-bejgħ fl-eskursjonijiet;

2.3.7.

L-inklużjoni espliċita ta’ prodotti ta’ “kwalità doppja” u l-azzjonijiet kummerċjali kollha marbuta magħha, inklużi prattiki kummerċjali qarrieqa, li huma partikolarment mifruxa fis-settur agroalimentari.

Id-Direttiva dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi

2.4.

Il-proposta tal-Kummissjoni COM(2018) 184 dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi għandha tħejji l-pedament għal mekkaniżmu Ewropew ta’ rimedju kollettiv kontra ksur mifrux tal-liġi tal-protezzjoni tal-konsumatur. Din l-għodda, li diġà hija disponibbli f’ċerti Stati Membri tal-UE, għandha tiġi estiża għall-Istati kollha. Madankollu, il-prinċipju tas-sussidjarjetà għandu japplika billi jippermetti lill-Istati Membri jiddefinixxu din is-sistema fil-livell nazzjonali filwaqt li jinżammu dawk eżistenti.

2.5.

L-entitajiet ikkwalifikati fil-livell nazzjonali biss għandhom ikunu jistgħu jaġixxu f’isem il-konsumaturi u għandhom jikkonformaw ma’ xi wħud mir-rekwiżiti minimi introdotti mill-Kummisjoni Ewropea.

2.6.

Il-mekkaniżmu ta’ kumpens huwa marbut ma’ deċiżjoni ta’ inibizzjoni. L-entitajiet ikkwalifikati għandhom ikunu jistgħu jibdew każ ta’ rimedju kollettiv biss wara li qorti jew awtorità amministrattiva tkun aċċertat ksur tad-drittijiet tal-konsumatur. Id-direttiva tapplika għal ksur li jseħħ fil-livell nazzjonali u tal-UE, billi tippermetti rimedju kollettiv transkonfinali għall-konsumaturi.

2.7.

Mil-lat tal-kumpens għal preġudizzju li jġarrbu l-konsumaturi, il-proposta tagħmel distinzjoni bejn ammonti żgħar fejn il-kumpens jiġi dirett lejn kawża pubblika u ammonti sostanzjali fejn il-konsumaturi milquta jiġu kkumpensati direttament.

3.   Kummenti ġenerali dwar id-Direttiva Omnibus

3.1.

Il-KESE jirrikonoxxi l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-infurzar aħjar u l-immodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-objettiv li jiġu aġġornati regoli eżistenti sabiex jitqiesu drawwiet ġodda ta’ konsum u jiġu adattati għall-evoluzzjoni tas-suq uniku diġitali. Madankollu, kif irrakkomandat mill-Opinjoni tal-KESE dwar il-fraġilità tal-konsumaturi fil-kuntest tal-prattiki kummerċjali fis-suq intern (9), għad irid jiġi indirizzat it-tħassib relatat man-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ regoli eżistenti.

3.2.

Il-KESE jixtieq jirreferi għar-Rapport ta’ Informazzjoni dwar il-Liġi tal-Konsumatur u tal-Kummerċjalizzazzjoni (10) li javvulata kif l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE jaraw l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni u r-Rapport ta’ Informazzjoni tal-KESE dwar id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (11) li jivvaluta l-implimentazzjoni tad-Direttiva. Dawn ir-rapport ta’ informazzjoni ssejjsu fuq tliet għodod differenti ta’ ġbir tad-data: kwestjonarju, seduta tal-esperti u 9 missjonijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni f’Riga, Ruma, Varsavja, Madrid, Pariġi, Ateni, Vilnius, Lisbona u Brussell.

3.3.

Il-KESE josserva li l-proposta tal-Kummissjoni tqis ir-rapporti ta’ informazzjoni, issejjaħ għal aktar sensibilizzazzjoni, taħriġ u sforzi ta’ koordinazzjoni fir-rigward tal-politika tal-konsumatur u r-regolazzjoni tal-pjattaforma onlajn u l-ekonomija diġitali. Madankollu, it-tħassib tal-KESE dwar l-armonizzazzjoni tal-politika tal-konsumatur; il-frammentazzjoni tal-infurzar nazzjonali; il-ħtieġa li jiġu ffinanzjati l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, li jitħeġġeġ it-tagħlim tul il-ħajja u li jiġu appoġġjati l-SME; is-semplifikazzjoni tal-informazzjoni legali għall-konsumaturi u l-promozzjoni ta’ skemi għal soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, l-awtoregolamentazzjoni u l-kodiċijiet ta’ kondotta ma jiġux indirizzati kif imiss fil-proposta.

3.4.

Il-KESE jirrikonoxxi l-fatt li l-konsumaturi jistgħu jsibu ruħhom f’sitwazzjonijiet fejn dawn jiġu mqarrqa jew jiġu sfurzati b’mod aggressiv biex jikkonkludu kuntratti. Ġew identifikati kwistjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ ċentri telefoniċi li jbigħu kuntratti tal-enerġija, tat-telekomunikazzjonijiet jew tal-ilma li qed iqarrqu lill-konsumaturi. Bl-istess mod, ġie identifikat bejgħ bi pressjoni simili matul l-eskursjonijiet organizzati biex jinbiegħu prodotti lil ċerti kategoriji ta’ konsumaturi vulnerabbli. F’dawn is-sitwazzjonijiet, il-konsumaturi għandhom ikunu intitolati li jirtiraw mill-kuntratt tal-bejgħ u/jew jiġu kkumpensati għall-preġudizzju li jkunu ġarrbu.

3.5.

Kif irrakkomandat mill-Opinjoni tal-KESE dwar il-fraġilità tal-konsumaturi fil-kuntest tal-prattiki kummerċjali fis-suq intern, għandhom jiġu offruti lill-konsumaturi rimedji individwali adatti bħal rimborż, sostituzzjoni jew terminazzjoni tal-kuntratt tal-bejgħ. Ir-rimedji għandhom jiġu adattati wkoll għas-sitwazzjoni ta’ kull konsumatur, li jippermettulhom jagħżlu soluzzjonijiet imfassla apposta.

3.6.

Il-KESE jemmen ukoll li m’għandhiex titnaqqas l-armonizzazzjoni miksuba mil-leġislazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Il-fatt li mmorru pass lura ma joħloqx kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni; dan mhuwiex ta’ benefiċċju għall-konsumaturi jew għan-negozjanti.

3.7.

Il-KESE jissottolinja li tattiċi tal-bejgħ aggressivi u qarrieqa diġà huma pprojbiti mill-armonizzazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2005/29/KE dwar Prattiki Kummerċjali Żleali. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura infurzar aktar strett tar-regoli eżistenti mill-Istati Membri.

3.8.

Fi ħdan il-Kumitat, insibu fehmiet differenti dwar il-proposta tal-Kummissjoni li jiġu limitati ċerti metodi ta’ distribuzzjoni. In-negozjanti jemmnu li dawn il-miżuri m’għandhomx jiġu limitati għall-bejgħ fid-dar, li jistigmatizza settur ekonomiku sħiħ, iżda għandhom jimmiraw il-prattiki aggressivi kollha; il-konsumaturi jappoġġjaw il-possibbiltà li l-Istati Membri jillimitaw ċerti metodi ta’ bejgħ għal kategoriji mmirati ta’ beni (bħall-mediċini, l-armi, il-farmaċewtiċi) għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà.

3.9.

F’dan ir-rigward, il-kooperazzjoni bejn l-Aworitajiet tal-Protezzjoni tal-Konsumaturi tal-Istati Membri fil-qafas tar-regolament CPC hija essenzjali sabiex jiġu indirizzati b’mod effiċjenti l-prattiki ħżiena, mingħajr ma jiġu ppenalizzati l-operaturi legali. L-informazzjoni dwar in-negozjanti għadha tkun aċċessibbli għall-konsumaturi, u għandhom jiġu promossi kampanji ta’ sensibilizzazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE.

3.10.

Fir-rigward tar-reviżjoni tad-Direttiva 2011/83/UE dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur, ħarġu żewġ tipi ta’ pożizzjonijiet u preokkupazzjonijiet differenti fi ħdan il-Kumitat. In-negozjanti huma favur l-aġġornament, is-semplifikazzjoni u l-adattament tal-informazzjoni prekuntrattwali, filwaqt li l-konsumaturi jikunsidraw li dawn ibaxxu l-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Il-Kumitat huwa favur approċċ ibbilanċjat bejn il-protezzjoni tal-konsumatur u ċ-ċertezza legali tan-negozjanti. Il-KESE jqis li d-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut diġitali, is-servizzi diġitali u l-bejgħ onlajn għandhom jiġu allinjati mal-leġislazzjoni dwar is-Suq Uniku Diġitali.

3.11.

Fir-rigward tal-pjattaformi onlajn, it-trasparenza dwar l-identifikazzjoni u r-responsabbiltà tagħhom għandhom jieħdu preċedenza. Il-KESE jemmen li huwa essenzjali li l-konsumatur jikseb l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-kontroparti tiegħu fil-mument meta jiffirma kuntratt. Barra minn hekk, it-trasparenza tal-pjattaformi onlajn hija fattur essenzjali għall-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji (B2B) (12).

3.12.

Barra minn hekk, il-KESE jappoġġja wkoll il-proposta li d-drittijiet tal-konsumatur jiġu estiżi għas-servizzi kollha diġitali “b’xejn” li għalihom l-utenti jagħtu data personali jew mhux personali. Peress li data bħal din għandha valur kummerċjali, ikun inġust għall-konsumaturi li tiġi kkunsidrata “b’xejn” u ma tiġix ipprovduta l-protezzjoni rilevanti. Is-sett ta’ miżuri propost mill-Kummissjoni Ewropea jagħmilha possibbli li, tal-inqas parzjalment, tiġi bbilanċjata mill-ġdid ir-relazzjoni bejn l-atturi globali ewlenin tal-pjattaformi onlajn u l-utenti individwali.

3.13.

Il-KESE huwa favur l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi moderni ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn in-negozjanti u l-konsumaturi (jiġifieri, chatbots, formoli onlajn). Il-Kumitat jikkunsidra li dawn il-mekkaniżmi għandhom jissemplifikaw id-djalogu bejn il-partijiet dment li jiġu inklużi salvagwardji adegwati għall-konsumaturi, bħall-possibbilità li jiġi intraċċat l-iskambju tal-informazzjoni, li tinkiseb informazzjoni addizzjonali u li jitressqu lmenti. B’mod partikolari, dejjem għandu jkun possibbli li jintużaw forom tradizzjonali ta’ kuntatt (pereżempju, ċentri telefoniċi).

3.14.

Il-KESE jappoġġja l-kunċett tad-dritt ta’ rtirar u jirrikonoxxi r-rwol tiegħu bħala għodda effiċjenti għall-protezzjoni tal-konsumaturi li m’għandhiex tiddgħajjef. Il-proposta tal-Kummissjoni tirriskja li tillimita d-drittijiet tal-konsumatur mingħajr ma tipprovdi evidenza adegwata dwar l-abbuż sistematiku u mifrux ta’ drittijiet bħal dawn. Min-naħa l-oħra, in-negozjanti u, b’mod partikolari, l-SMEs jeħtieġu ċertezza legali addizzjonali dwar beni ttestjati indebitament u rimborż bikri. Il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra dan il-punt importanti mill-ġdid sabiex jintlaħaq kompromess ibbilanċjat.

3.15.

Il-KESE jilqa’ l-kjarifiki dwar il-prodotti bi kwalità doppja peress li jidher li ċerti prodotti, b’mod partikolari tal-ikel, ġew immarkati b’mod identiku anke jekk il-kompożizzjoni tagħhom kienet differenti, bir-riskju li l-konsumaturi jiġu mqarrqa. Id-deskrizzjoni u t-tikkettar qarrieqa tal-prodotti għandhom jiġu pprojbiti sabiex tiġi żgurata t-trasparenza.

3.16.

Il-KESE jappoġġja l-proposta għal kriterji speċifiċi għall-istabbiliment ta’ multi bħala strument effettiv tal-protezzjoni tal-konsumaturi. Kif ġie indikat mill-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Konsumaturi, huwa importanti li jkun hemm penali dissważivi li jammontaw għal perċentwal konsiderevoli tal-fatturat annwali tal-kumpaniji li jiksru r-regoli u li titqies id-dimensjoni tal-ksur madwar l-UE kollha. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibbiltà li l-proposta tiġi allinjata mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.

3.17.

Il-KESE jappoġġja wkoll l-użu tal-mekkaniżmi għas-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim u għas-Soluzzjoni Online għat-Tilwim (13) bħall-medjazzjoni jew l-arbitraġġ, li għandhom jiġu promossi fil-livell nazzjonali. Is-soluzzjonijiet barra mill-qorti jistgħu jkunu għażla qabel azzjonijiet quddiem il-qrati u għandhom jiġu appoġġjati jekk ikunu rilevanti. Il-qrati għandhom jibqgħu għażla tal-aħħar istanza. Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għandha tkompli tappoġġja dawn l-għażliet sabiex jiġu solvuti l-kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur.

3.18.

B’mod globali, il-KESE jqis li s-sostenibbiltà u l-kwalità għandhom ikunu fil-qalba tal-katina tal-provvista, sabiex il-protezzjoni tal-konsumatur tiġi żgurata matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-produzzjoni.

4.   Kummenti speċifiċi dwar l-azzjonijiet kollettivi fl-UE

4.1.

Il-KESE jirrikonoxxi l-Proposta għal Direttiva dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (14). Madankollu, il-Kumitat jiddispjaċih li ma tqieset l-ebda waħda mir-rakkomandazzjonijiet tal-għadd ta’ Opinjonijiet tal-KESE dwar Qafas Ewropew għal rimedju kollettiv (15) fl-abbozzar tal-proposta leġislattiva.

4.2.

L-evalwazzjoni tal-Kontroll tal-Idoneità REFIT wriet li r-riskju tal-ksur tal-liġi tal-UE li jaffettwa l-interessi kollettivi tal-konsumaturi qiegħed jiżdied minħabba l-globalizzazzjoni ekonomika u d-diġitalizzazzjoni. Barra minn hekk, għadd ta’ Stati Membri ma jipprevedux mekkaniżmi effettivi ta’ rimedju kollettiv kumpensatorji mfassla għal sitwazzjonijiet ta’ preġudizzju estensiv u ma implimentawx is-salvagwardji pprovduti mir-Rakkomandazzjoni 2013 tal-Kummissjoni Ewropea dwar rimedju kollettiv (16).

4.3.

Għandu jingħata aċċess faċli u malajr għall-ġustizzja liċ-ċittadini kollha tal-UE. Il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jiksbu kumpens f’każ ta’ preġudizzju li jġarrbu bħala konsegwenza ta’ ksur ta’ kuntratt. Madankollu, l-istess japplika għan-negozjanti, li m’għandhomx ikunu l-mira ta’ tilwim mhux dovut. Azzjonijiet kollettivi huma strument ġudizzjarju, id-dritt proċedurali, dritt fundamentali li tippermetti lill-interessi omoġeni diffużi, kollettivi u individwali protetti b’mod ġudizzjarju taħt l-Artikolu 81 TFUE li għandha tkun newtrali u mhux limitat għall-konsumaturi (l-ambjent, id-drittijiet tal-ħaddiema, l-SMEs, l-enerġija, l-ekonomija kollaborattiva, l-ekonomija ċirkolari, il-pjattaformi, kollha tad-drittijiet diġitali, eċċ.).

4.4.

Għalhekk, il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon sistema ta’ rimedju mfassla apposta għal preġudizzju kollettiv. Din għandha tkun pragmatika, kosteffettiva, tipprovdi s-salvagwardji rilevanti u tqis is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali eżistenti (pereżempju, in-Norveġja jew id-Danimarka). Id-Direttiva tal-UE għandha tiddefinixxi l-linji ta’ gwida prinċipali għal azzjoni armonizzata fi grupp fil-livell tal-UE, u tgħid b’mod ċar x’għandu jkun regolat minn strument legali tal-UE u x’għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri, skont is-sussidjarjetà; għandha tiżgura wkoll li l-iskema tikkontribwixxi għal applikazzjoni aktar effiċjenti, rapida, affordabbli u ġusta tal-ġustizzja; tiżgura kumpens effettiv u totali għad-danni u tipprovdi s-sostenibbiltà ta’ dan il-mekkaniżmu mil-lat ta’ finanzjament adatt. Il-proposta attwali tal-Kummissjoni ma tissodisfax dawn l-objettivi.

4.5.

Il-KESE jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex jiġu identifikati l-entitajiet ikkwalifikati li jistgħu jitolbu rimedju kollettiv, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Għandu jiġi kkjarifikat ukoll li l-post ta’ stabbiliment tal-entità kkwalifikata għandu jkun il-post tal-ġurisdizzjoni u għandu jiddetermina l-liġi applikabbli. Barra minn hekk, il-KESE huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha telabora iżjed dwar ir-rwol tal-imħallef biex jiddeċiedi dwar il-konsistenza tal-pretensjoni; l-oneru tal-prova u l-produzzjoni ta’ provi; ir-reġim tad-“deċiżjoni” – “inter partes” jew “erga omnes” u r-reġim tal-appelli.

4.6.

L-ispejjeż legali kollha tal-azzjonijiet kollettivi għandhom jiġu appoġġjati skont is-sistemi nazzjonali ta’ għajnuna ġudizzjarja.

4.7.

L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jew tas-soċjetà ċivili għandhom ikunu jistgħu jirċievu finanzjament u konsulenza legali biex jitolbu rimedju. Għandu jkun hemm fondi speċifiċi li jgħinu lill-entitajiet ikkwalifikati jħallsu lill-professjonisti legali. L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw il-ħolqien ta’ fondi għat-tilwim għal entitajiet ikkwalifikati.

4.8.

Mil-lat ta’ kumpens, il-leġislazzjoni proposta ma tindirizzax bis-sħiħ il-ħtieġa li jiġi pprovdut kumpens attwali lill-konsumaturi għall-preġudizzju li jkunu ġarrbu. Il-proposta għandha tirreferi b’mod ċar għall-kumpens tal-ammont totali li jkunu tilfu l-konsumaturi, irrispettivament mill-preġudizzju mġarrab.

4.9.

Il-KESE jinsab imħasseb dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-intraprendituri, inkluża s-salvagwardja tas-sigrieti tal-kumpanija. Mingħajr ma tiddgħajjef il-protezzjoni tal-konsumaturi li jkunu ġarrbu l-preġudizzju, il-KESE jilqa’ l-introduzzjoni tal-mekkaniżmi li jikkonfermaw il-garanzija tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni mogħtija, mhux biss fl-istadju tal-proċedimenti, iżda anke fid-deċiżjonijiet finali.

4.10.

Bl-istess mod, in-negozjanti jilqgħu b’sodisfazzjon il-possibbiltà li kwalunkwe każ jiġi solvut fi żmien qasir, inkluż permezz tal-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim alternattivi msemmija hawn fuq.

4.11.

Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex fil-proposta għal rimedju kollettiv tinkorpora rakkomandazzjoni għall-Istati Membri ħalli jużaw innovazzjonijiet teknoloġiċi kif diġà sar mill-entitatijiet ODR u ADR li huma l-aktar avvanzati, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-ġbir tal-parteċipant għal azzjoni kollettiva. Din il-miżura għandha tippermetti iffrankar sinifikanti tal-ispejjeż għall-organizzaturi tal-azzjoni kollettiva u għall-organizzazzjonijiet tal-konsumatur li jiddeċiedu li jissieħbu. Il-Kummissjoni għandha wkoll tħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki b’enfasi speċifika fuq il-ġbir tad-data li tikkonċerna l-każijiet kollha li huma s-suġġett ta’ azzjoni kollettiva.

4.12.

F’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Opinjoni tal-KESE dwar Qafas Ewropew għal rimedju kollettiv (17), il-Kumitat jemmen li l-konsumaturi għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu jekk jixtiqux jipparteċipaw jew le f’azzjoni kollettiva. B’mod partikolari, il-KESE jemmen li parteċipazzjoni tkun adatta għal każijiet li jinvolvu numru limitat ta’ vittmi li jkunu ġarrbu preġudizzju sinifikanti, filwaqt li n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni jkun aktar adatt għal każijiet li jinvolvu numru kbir ta’ vittmi li jkunu ġarrbu preġudizzju limitat.

Brussell, l-20 ta’ Settembru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Luca JAHIER


(1)  ĠU C 12, 15.1.2015, p. 1.

(2)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 68.

(3)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 68.

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).

(5)  Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27).

(6)  Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(7)  Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(8)  SWD(2017) 208 final u SWD(2017) 209 final, ippubblikati fit-23.5.2017 (mhux disponibbli bil-Malti).

(9)  ĠU C 12, 15.1.2015, p. 1.

(10)  Rapport ta’ Informazzjoni tal-KESE imressaq quddiem is-sessjoni plenarja tal-14.12.2016 (INT/796).

(11)  Rapport ta’ Informazzjoni tal-KESE imressaq quddiem is-sessjoni plenarja tal-14.12.2016 (INT/795).

(12)  Opinjoni tal-KESE: TEN/662 – Korrettezza u trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (Ara paġna 177 tal-Ġurnal Uffiċjali).

(13)  Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).

(14)  Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).

(15)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 68.

(16)  Ir-Rakkomandazzjoni 2013/396/UE tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2013 dwar prinċipji komuni għal mekkaniżmi ta’ rimedju kollettiv ta’ inġunzjoni u kumpensatorji fl-Istati Membri (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 60).

(17)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 68.


6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/73


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Aġenda Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni imġedda — l-opportunità tal-Ewropa li ssawwar il-ġejjieni tagħha”

(Il-kontribut tal-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa Informali tal-mexxejja tal-UE dwar l-innovazzjoni f’Sofia fis-16 ta’ Mejju 2018)

(COM(2018) 306 final)

(2018/C 440/11)

Relatur:

Ulrich SAMM

Korelatur:

Stefano PALMIERI

Konsultazzjoni

Kummissjoni Ewropea, 18.6.2018

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

 

 

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Adottata fis-sezzjoni

4.9.2018

Adottata fil-plenarja

19.9.2018

Sessjoni plenarja Nru

537

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

196/1/2

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jilqa’ l-fatt li anki fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, il-Kummissjoni għamlitha ċara li r-riċerka u l-innovazzjoni għandhom ikomplu jkunu prijorità essenzjali tal-UE.

1.2.

Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-innovazzjoni għandha ġġorr piż akbar u jfakkar is-sejħa tiegħu li l-politika futura ta’ finanzjament jeħtieġ li tkun ibbilanċjata tajjeb għall-katina kollha tar-riċerka u tal-innovazzjoni, mir-riċerka fundamentali sa dik xprunata mill-prodott. L-innovazzjoni hija ċentrali għat-tkabbir ekonomiku u l-istrumenti l-ġodda b’mod partikolari se jkunu ta’ benefiċċju għall-SMEs. Il-KESE jtenni l-importanza tal-investiment pubbliku fir-riċerka u l-iżvilupp bħala mutur ewlieni għall-produzzjoni u s-sostenn ta’ effetti sekondarji fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri.

1.3.

Il-KESE jilqa’ wkoll l-għan li r-regoli tal-għajnuna mill-Istat jiġu ssemplifikati aktar sabiex jiffaċilitaw il-kombinazzjoni ta’ fondi differenti, li tista’ tkun strumentali sabiex jingħelbu d-differenzi kbar bejn l-Istati Membri u r-reġjuni f’termini tan-numru ta’ proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni ta’ suċċess.

1.4.

Orizzont Ewropa jeħtieġ jinvesti f’oqsma fejn hemm valur miżjud Ewropew partikolari. Proġetti ta’ riċerka kollaborattiva għandhom jingħataw prijorità, peress li dawn jissodisfaw dan ir-rekwiżit b’mod li kważi l-ebda programm ieħor ma jagħmel hekk.

1.5.

Il-KESE huwa konvint li bosta sfidi soċjetali ewlenin jistgħu jissolvew biss fil-livell Ewropew u jeħtieġu l-isforzi konġunti ta’ diversi atturi, billi jmorru lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ proġetti ta’ riċerka kollaborattiva individwali. Din hija r-raġuni għaliex l-idea tal-missjonijiet hija appoġġjata.

1.6.

L-appoġġ għall-mobilità tar-riċerkaturi permezz tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA) huwa fattur ewlieni ieħor għat-tisħiħ ulterjuri taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li l-politiki tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimmiraw li jistabbilixxu kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti u adegwati għall-professjonisti biex jevitaw il-fenomenu ta’ eżodu ta’ mħuħ li huwa kontroproduttiv għall-ksib tal-koerenza fl-UE.

1.7.

Il-KESE jemmen li jeħtieġ li jiżdied il-volum ta’ investiment tal-UE biex jgħin lill-ħaddiema Ewropej sabiex iżommu ruħhom aġġornati dwar l-iżviluppi u jiksbu kwalifiki għal professjonijiet diġitali.

1.8.

Il-KESE jemmen li inizjattivi li jgħinu lill-SMEs biex jikkapitalizzaw fuq l-eżitu tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll jisfruttawh, għandhom jiġu appoġġjati b’mod aktar effettiv.

2.   Introduzzjoni

2.1.

Fil-laqgħa informali tal-Mexxejja tal-UE dwar l-innovazzjoni f’Sofija fis-16 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni Ewropea stiednet lil dawk preżenti biex jiddiskutu u jagħtu gwida strateġika b’mod ġenerali fid-dawl tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss u l-prijoritajiet li għandhom jingħataw, b’mod partikolari, lir-Riċerka u lill-Innovazzjoni. Għal dan il-għan, il-KE pproponiet prijoritajiet u inizjattivi ġodda fil-Komunikazzjoni tagħha (1).

2.2.

Din il-proposta sservi wkoll bħala l-ewwel pass lejn id-definizzjoni tal-Programm Qafas li jmiss (FP9 jew Orizzont Ewropa) li għandu l-għan li jkompli u li jtejjeb il-programm Orizzont 2020 (2) li kellu suċċess.

2.3.

Bl-istess mod, huma proposti attivitajiet sabiex jappoġġjaw l-innovazzjoni u jagħtu spinta lit-tmexxija industrijali b’segwitu għall-Istrateġija għall-Politika Industrijali tal-UE (3) mġedda.

3.   Kontenut essenzjali tal-proposta

3.1.

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija maħsuba biex tiżgura li r-riċerka u l-innovazzjoni jkomplu jkunu waħda mill-politiki essenzjali u l-prijoritajiet ta’ finanzjament tal-UEfil-futur, fost strumenti baġitarji differenti. Tingħata aktar enfasi lill-innovazzjoni sabiex l-Ewropa tkun minn ta’ quddiem nett fl-innovazzjoni tal-ħolqien tas-suq.

3.2.

Il-Kummissjoni tipproponi li jiżdiedu l-investimenti fir-riċerka u fl-innovazzjoni billi jiġu allokati madwar EUR 100 biljun għall-programm futur Orizzont Ewropa u l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom(4)

3.3.

Bl-istess mod, il-Kummissjoni pproponiet li jiġu mmobilizzati madwar EUR 11-il biljun għal strumenti bbażati fuq is-suq, inklużi strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji fi spazju ddedikat taħt il-Fond InvestEU, li mbagħad jimmobilizza EUR 200 biljun ta’ investiment privat sabiex jiġu appoġġjati r-riċerka u l-innovazzjoni.

3.4.

L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu l-passi meħtieġa sabiex iżidu n-nefqa tagħhom fir-riċerka u fl-innovazzjoni sabiex jilħqu t-3 % tal-mira tal-PDG.

3.5.

Tnedija tal-ewwel sett ta’ missjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni fil-livell tal-UE b’għanijiet deċiżivi, ambizzjużi u b’valur miżjud Ewropew b’saħħtu. Il-missjonijiet se jħeġġu investiment u parteċipazzjoni f’bosta setturi fil-ktajjen tal-valur, oqsma ta’ politika (eż. l-enerġija u l-klima, it-trasport, il-manifattura avvanzata, is-saħħa u n-nutrizzjoni, id-diġitali), u dixxiplini xjentifiċi (inklużi xjenzi soċjali u umanistiċi).

3.6.

Huwa propost li, kull meta jiġu rriveduti l-politika u l-leġislazzjoni tal-UE u l-oqfsa regolatorji nazzjonali, għandu jiġi applikat il-prinċipju ta’ innovazzjoni, sabiex jiġi żgurat li l-impatt fuq l-innovazzjoni jiġi vvalutat b’mod sħiħ.

3.7.

Se jiġi stabbilit Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) sabiex jidentifika u jespandi l-innovazzjoni rivoluzzjonarja u ta’ taqlib, billi jiffoka fuq innovazzjonijiet b’pass mgħaġġel u ta’ riskju għoli li għandhom potenzjal qawwi li joħolqu swieq totalment ġodda.

3.8.

Miżuri sabiex jiżdied l-investiment privat fir-riċerka u fl-innovazzjoni u inizjattivi ta’ espansjoni:

l-implimentazzjoni ta’ Programm Pan-Ewropew għal Fondi ta’ Fondi tal-Kapital ta’ Riskju (VentureEU);

it-traspożizzjoni tad-Direttiva (5) dwar il-prevenzjoni ta’ oqfsa ta’ ristrutturar, it-tieni opportunitajiet kif ukoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn.

3.9.

Aktar semplifikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat sabiex tiġi ffaċilitata l-kombinazzjoni ta’ fondi differenti mingħajr xkiel u l-użu aħjar ta’ standards ta’ valutazzjoni komuni għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni.

3.10.

Il-Kummissjoni tirrakkomanda sistema fiskali (6) li tappoġġja l-innovazzjoni billi tippermetti li l-ispejjeż tal-investiment fir-riċerka u fl-innovazzjoni jkunu jistgħu jitnaqqsu mit-taxxa, b’indennizzi addizzjonali għal kumpaniji li m’ilhomx li fetħu.

3.11.

L-introduzzjoni ta’ tikketta ta’ Xjenza Miftuħa għall-universitajiet u l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka pubblika sabiex jingħataw is-setgħa biex ikunu aktar intraprenditorjali u interdixxiplinarji.

4.   Kummenti ġenerali

4.1.

Il-KESE jilqa’ l-fatt li anki fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, il-Kummissjoni għamlitha ċara li r-riċerka u l-innovazzjoni għandhom ikomplu jkunu prijorità essenzjali tal-UE. Programm b’saħħtu u ta’ suċċess li jgħaqqad l-eċċellenza, l-infrastrutturi tar-riċerka konġunta, il-kollaborazzjoni bejn il-fruntieri kif ukoll is-sinerġiji bejn l-akkademja, l-industrija, l-SMEs u l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka huwa strument ta’ politika ewlieni sabiex jinkiseb tkabbir ekonomiku Ewropew sostenibbli u kompetittività u sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li taffaċċja s-soċjetà Ewropea.

4.2.

Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-innovazzjoni għandha ġġorr piż akbar u jfakkar is-sejħa tiegħu li l-politika futura ta’ finanzjament jeħtieġ li tkun ibbilanċjata tajjeb għall-katina kollha tar-riċerka u tal-innovazzjoni, minn riċerka fundamentali sa dik xprunata mill-prodott (7). L-innovazzjoni hija ċentrali għat-tkabbir ekonomiku u b’mod partikolari, l-istrumenti l-ġodda se jkunu ta’ benefiċċju għall-SMEs. Il-KESE jtenni l-importanza tal-investiment pubbliku fir-riċerka u l-iżvilupp bħala mutur ewlieni għall-produzzjoni u s-sostenn ta’ effetti sekondarji fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri.

4.3.

Fir-rigward tal-aspettattivi għoljin li huma relatati mal-impatt ta’ Orizzont Ewropa u r-rwol tiegħu fl-iżgurar tal-kompetittività Ewropea, il-KESE jirrakkomanda finanzjament ta’ EUR 120 biljun, kif ġie propost ukoll mill-Parlament Ewropew. L-istituzzjonijiet Ewropej għandhom juru li dawn fehmu l-importanza kbira ħafna tar-riċerka u tal-innovazzjoni għall-kompetittività futura tal-UE

4.4.

Il-KESE jemmen li jeħtieġ li jiżdied il-volum ta’ investiment tal-UE biex jgħin lill-ħaddiema Ewropej sabiex iżommu ruħhom aġġornati dwar l-iżviluppi u jiksbu kwalifiki għal professjonijiet diġitali. Barra minn hekk, il-KESE jemmen li inizjattivi li jgħinu lill-SMEs biex jikkapitalizzaw fuq l-eżitu tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll jisfruttawh, għandhom jiġu appoġġjati b’mod aktar effettiv.

5.   Kummenti speċifiċi

5.1.   Ir-riċerka tul il-katina tal-valur kollha

5.1.1.

Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għandhom jintużaw biex idaħħlu lir-reġjuni fl-ekonomija tal-innovazzjoni. Għandhom jinħolqu sinerġiji mal-Programm Orizzont Ewropa, il-Fond InvestEU, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Programm Erasmus+, il-Programm Diġitali Ewropew, il-Politika Agrikola Komuni u programmi oħra.

5.1.2.

L-UE hija l-aktar żona miftuħa tar-riċerka u tal-innovazzjoni fid-dinja. Mhux biss tilqa’ organizzazzjonijiet tar-riċerka minn madwar id-dinja kollha fil-proġetti tagħha, iżda din tikkollabora wkoll b’mod estensiv ma’ msieħba internazzjonali fuq programmi konġunti. Orizzont Ewropa jeħtieġ li jinvesti f’dawk l-oqsma fejn hemm valur miżjud Ewropew speċjali. Proġetti ta’ riċerka kollaborattiva (8) għandhom jingħataw prijorità, peress li dawn jissodisfaw dan ir-rekwiżit b’mod li kważi l-ebda programm ieħor ma jagħmel hekk: sabiex isir aktar progress fuq l-isfidi soċjetali li ma jistgħux jissolvew fil-livell nazzjonali, dawn il-proġetti jlaqqgħu flimkien lill-aħjar xjenzjati, kif ukoll l-aktar partijiet interessati innovattivi mill-qasam tal-SMEs u l-Industrija fl-Ewropa. Billi jikkombinaw il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom fid-dixxiplini kollha, il-proġetti ta’ riċerka kollaborattiva jirriżultaw f’benefiċċji ta’ valur għaċ-ċittadini Ewropej.

5.1.3.

Il-KESE huwa konvint li bosta sfidi soċjetali ewlenin jistgħu jissolvew biss fil-livell Ewropew u jeħtieġu l-isforzi konġunti ta’ diversi atturi, billi jmorru lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ proġetti ta’ riċerka kollaborattiva individwali. Din hija r-raġuni għaliex l-idea tal-missjonijiet hija appoġġjata. Il-KESE jirrikonoxxi li għanijiet ambizzjużi komuni għandhom il-potenzjal li jispiraw u joħolqu momentum, jiġifieri r-rieda li tittieħed azzjoni, fost bosta komunitajiet, inkluż il-pubbliku. Il-missjonijiet għandhom joffru perspettiva ta’ finanzjament fit-tul matul il-perjodu ta’ finanzjament sħiħ tal-Orizzont Ewropa. Huwa essenzjali li, l-ewwel u qabel kollox, il-missjonijiet jiġu kkunċettwalizzati bħala missjonijiet ta’ riċerka ta’ skala kbira anki jekk dawn jintegraw bosta partijiet ikkonċernati fis-sottoproġetti tagħhom. Sabiex jinkisbu l-għanijiet ambizzjużi tal-missjonijiet, dawn jeħtieġ li jkopru l-katina kollha tal-innovazzjoni u jinkludu attivitajiet ta’ riċerka dwar il-Livelli kollha ta’ Tħejjija Teknoloġika. Il-KESE jħeġġeġ biex ma tingħatax stampa esaġerata u mhux reali tal-kunċett sempliċi tal-missjonijiet, iżda li dawn jingħataw il-finanzjament adegwat meħtieġ għall-għanijiet tagħhom. Dawn l-għanijiet għandhom ikunu kemm li jistgħu jintlaħqu kif ukoll tanġibbli.

5.1.4.

Wieħed mill-punti pożittivi tal-programmi qafas ta’ riċerka Ewropej huwa l-impenn tanġibbli tagħhom madwar l-UE kollha li jrawmu Żona ta’ Riċerka Ewropea li tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha. Sinerġiji aktar b’saħħithom bejn il-programm qafas li jmiss u l-fondi strutturali jistgħu jappoġġjaw dan l-aċċess miftuħ. It-tnaqqis tad-distakk bejn ir-reġjuni b’mod aktar effettiv huwa wieħed mill-isfidi politiki ewlenin għas-snin li ġejjin, u sħubiji effettivi bejn istituzzjonijiet tar-riċerka jistgħu jkunu fattur ewlieni.

5.1.5.

Strument importanti f’dan il-kuntest huma l-inizjattivi ewlenin tal-FET. Dawn huma kkaratterizzati minn fokus qawwi fuq l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi. Dan huwa punt pożittiv uniku. L-Ewropa jeħtieġ li tippermetti lilha nnifisha proġetti ta’ skala kbira u fit-tul li jistgħu jifilħu livell ta’ inċertezza u li jkunu innovattivi daqskemm jidhru li jħarsu ’l quddiem. Għalhekk, għandha ssir distinzjoni ċara bejn inizjattivi ewlenin tal-FET u l-missjonijiet. Huwa essenzjali li l-inizjattivi ewlenin tal-FET futuri jibdew kif ippjanat u jitkomplew sabiex jirċievu finanzjament ta’ prijorità.

5.1.6.

Li l-infrastruttura tar-riċerka tkun aċċessibbli madwar l-UE kollha u lil hinn minnha hija waħda mill-istejjer ta’ suċċess tal-programmi qafas. Bla dubju, infrastruttura ta’ riċerka mill-aqwa tiġbed l-aħjar xjenzjati u spiss huwa biss l-aċċess għal infrastruttura tar-riċerka li jagħmel ir-riżultati rivoluzzjonarji possibbli. Għalhekk, l-infrastruttura tar-riċerka teħtieġ b’mod urġenti finanzjament akbar fil-livell Ewropew, mhux it-tnaqqis fis-sehem tal-baġit li l-Kummissjoni Ewropea pprevediet fil-proposta tagħha. L-iżgurar tal-aċċess tal-utenti mill-pajjiżi tal-UE13 jkun tħassib ta’ prijorità.

5.1.7.

L-appoġġ tal-mobilità tar-riċerkaturi permezz tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA) huwa fattur ewlieni ieħor sabiex tkompli tissaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka u jinħoloq impatt li ma jistax jinkiseb fil-livell nazzjonali. Il-KESE jilqa’ kwalunkwe inizjattiva mfassla sabiex tappoġġja l-mobbiltà ta’ riċerkaturi li jaħdmu f’SMEs. Madankollu, il-KESE huwa preokkupat dwar il-fenomenu ta’ eżodu ta’ mħuħ li jista’ anke jikber permezz ta’ finanzjament għall-mobilità u b’hekk jitlob għal politiki nazzjonali u tal-UE biex jiffokaw fuq l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati u attraenti għall-professjonisti biex tiġi evitata din it-tendenza, li hija kontroproduttiva għall-ksib tal-koerenza fl-UE.

5.1.8.

Għandu jiġi nnutat li l-partijiet ikkonċernati akkademiċi minn isitituzzjonijiet iffinanzjati mill-pubbliku f’bosta Stati Membri ma jitħallewx jieħdu self. Għalhekk Orizzont Ewropa għandu primarjament jibqa’ ffukat fuq il-kofinanzjament, mhux is-self.

5.1.9.

Il-KESE jissieħeb fit-talba lill-Istati Membri sabiex jieħdu l-passi meħtieġa biex iżidu n-nefqa tagħhom fir-riċerka u fl-innovazzjoni sabiex jilħqu t-3 % tal-mira tal-PDG.

5.2.   Riċerka u Innovazzjoni għal swieq ġodda u koeżjoni fl-Ewropa

5.2.1.

Kif enfasizzat fis-7 rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, seoċjali u territorjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-UE għadhom ikkonċentrati ħafna f’numru limitat ta’ reġjuni. Fi Stati Membri tal-Majjistral, konnessjonijiet interreġjonali tajbin, forza tax-xogħol b’ħiliet għolja u ambjent tan-negozju attraenti għamluha possibbli li wieħed jikkapitalizza fuq “ir-riċerka u l-innovazzjoni” bħala xprunaturi tanġibbli għall-appoġġ tal-kompetittività ekonomika u l-koeżjoni soċjali. Fi Stati Membri tan-Nofsinhar u tal-Lvant, il-prestazzjoni tal-innovazzjoni hija aktar batuta u reġjuni viċin iċ-ċentri tal-innovazzjoni – prinċipalment il-bliet kapitali – ma jibbenefikawx mill-viċinanza tagħhom. Dan jitlob li jkun hemm politiki li jgħaqqdu lill-kumpaniji, liċ-ċentri tar-riċerka u lil servizzi ta’ negozju speċjalizzati madwar ir-reġjuni. Il-KESE jemmen li aktar semplifikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat sabiex tiġi ffaċilitata l-kombinazzjoni ta’ fondi differenti mingħajr xkiel tista’ tkun ċentrali għal dan l-objettiv.

5.2.2.

Il-programmi tar-“riċerka u l-innovazzjoni” ta’ wara l-2020 għandhom iqisu d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u territorjali li jikkaratterizzaw ir-reġjuni tal-UE, billi jevitaw l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ “wieħed tajjeb għal kulħadd”. Dan l-approċċ jista’ jiġi appoġġjat mill-implimentazzjoni ta’ strateġiji bbażati fuq innovazzjoni “miftuħa”. Fir-rigward tad-dimensjoni territorjali tal-politiki dwar ir-“Riċerka u l-Innovazzjoni”, huwa importanti li jinbnew programmi u prijoritajiet ġodda, billi jitqiesu l-aspetti ekonomiċi u soċjali li jikkaratterizzaw it-territorji fejn se tiġi implimentata l-azzjoni.

5.2.3.

Il-programmi u l-politki tar-“riċerka u l-innovazzjoni” ta’ wara l-2020 għandhom ikunu konsistenti mal-miri tal-“Ekonomija għall-Ġid Komuni – ECG”, mudell ekonomiku sostenibbli mmirat lejn il-koeżjoni soċjali. L-ECG huwa proċess ta’ “innovazzjoni soċjali” u intraprenditorija pożittiva utli għall-promozzjoni u l-appoġġ ta’ ideat ġodda li simultanjament isolvu l-ħtiġijiet soċjali, joħolqu relazzjonijiet soċjali ġodda u jsaħħu l-ħolqien ta’ valur ekonomiku.

5.2.4.

Minkejja l-impenji wiesgħa li saru bħala parti mill-implimentazzjoni tal-programmi 2014-2020, l-aċċess tal-SMEs għal opportunitajiet ta’ tkabbir ibbażati fuq l-innovazzjoni kellu impatt żgħir f’termini ta’ kompetittività u ħolqien tal-impjiegi. Il-qafas ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f’xi reġjuni għadu kumpless wisq, u dan jiskoraġġixxi lill-mikrointrapriżi u lill-intrapriżi ta’ daqs żgħir milli jipparteċipaw b’mod partikolari fi proġetti tal-UE. Il-KESE, għalhekk, jilqa’ l-iżvilupp ta’ Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) li għandu jaċċellera l-kummerċjalizzazzjoni u l-espansjoni tal-innovazzjonijiet minn negozji ġodda li joħorġu minn proġetti ta’ Orizzont Ewropa. L-EIC jista’ jsir mekkaniżmu li jaħdem b’iżjed ħeffa għall-ikkompletar tal-aħħar passi sabiex jingħalaq id-distakk tal-innovazzjoni.

5.2.5.

Sabiex l-opportunitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni jittrasformaw f’fatturi għal kompetittività u żvilupp ekonomiku, huwa essenzjali li tiġi appoġġjata l-kooperazzjoni bejn l-SMEs u l-istituzzjonijiet RŻI, negozji ġodda intraprenditorji bbażati fuq it-trasferiment ta’ riċerka u innovazzjoni, u attivitajiet ta’ kkowċjar u ġbir ta’ fondi. Il-KESE jqis li huwa importanti li jiġu appoġġjati t-trasferiment u l-kapitalizzazzjoni tal-mudell ta’ “l-ispiral kwintuplu” biex tingħata spinta lis-sħubijiet pubbliċi u privati.

5.2.6.

L-SMEs jistgħu jkunu l-mexxejja f’termini ta’ “innovazzjonijiet soċjali miftuħa”, li fihom l-għarfien ġenerali tal-bniedem għan-netwerking u l-kapaċitajiet għall-ħolqien konġunt, it-tfassil konġunt u l-innovazzjoni konġunta jkunu fundamentali għall-kisba sħiħa tal-innovazzjoni soċjali fl-Ewropa kollha. Hija meħtieġa l-promozzjoni ta’ politiki ta’ innovazzjoni xierqa għall-SMEs, kif diġà qed isir mill-inizjattiva EUREKA. Dan il-kompitu jista’ jiġi speċifikament iffaċċjat mill-istituzzjonijiet li jistgħu jappoġġjaw lill-SMEs direttament biex jinvolvu rwieħhom fi żvilupp u innovazzjoni tan-negozju, bħall-Kmamar tal-Kummerċ.

5.2.7.

Sabiex jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-kapaċitajiet konsiderevoli tar-reġjuni u tal-Istati Membri fil-qasam tal-appoġġ lejn l-SMEs, dan madankollu jħeġġeġ li jkun hemm fokus fuq il-valur miżjud Ewropew. Dan jista’ jsir fl-appoġġ tal-kollaborazzjoni ta’ aktar minn żewġ atturi tal-innovazzjoni fl-Ewropa jew fl-għoti ta’ kapital lill-innovaturi b’kunċetti li jkunu wisq riskjużi biex jiġu appoġġjati fil-livell nazzjonali. Barra minn hekk, is-semplifikazzjoni tal-istrumenti msemmija hawn fuq għandha twassal għal aktar effiċjenza tax-xenarju tal-finanzjament. Għalhekk huwa mistenni li l-EIC jkun jeħtieġ inqas sehem tal-baġit tal-Orizzont Ewropa mill-istrumenti finanzjarji ta’ Orizzont 2020, mhux iż-żieda konsiderevoli prevista fil-proposta tal-KE. Fil-programmi tar-“riċerka u l-innovazzjoni” ta’ wara l-2020 għandu jingħata aktar appoġġ lill-aspetti kwalitattivi tal-miri.

5.2.8.

L-“intelliġenza” ta’ sistema soċjoekonomika ma tistax titkejjel biss fuq il-bażi ta’ indikaturi kwantitattivi bħal nefqa fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni; għandu jsir ukoll użu minn indikaturi kwalitattivi bħat-tip ta’ innovazzjonijiet miġjuba, vantaġġi għas-soċjetà ċivili u n-numru ta’ impjiegi ġodda maħluqa. Il-KESE, għalhekk, jilqa’ dan.

5.2.9.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li taħt il-QFP il-ġdid, il-Kummissjoni inkludiet l-aċċessibilità bħala “kondizzjoni abilitanti”. Il-finanzjament tar-R&I kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jissodisfaw kompletament il-kriterji ta’ aċċessibbiltà b’mod li r-riżultati jibbenefikaw il-gruppi soċjali kollha, inklużi persuni b’diżabilità, li jirrappreżentaw 15 % tal-popolazzjoni tal-UE.

Brussell, id-19 ta’ Settembru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Luca JAHIER


(1)  COM(2018) 306 final.

(2)  Ara ĠU C 34, 2.2.2017, p. 66“Evalwazzjoni ta’ Orizzont 2020” (Rapport ta’ Informazzjoni).

(3)  ĠU C 197, 8.6.2018, p. 10.

(4)  L-allokazzjoni baġitarja proposta ta’ EUR 100 biljun għall-2021-2027 tinkludi EUR 97,6 biljun taħt Orizzont Ewropa (li minnhom EUR 3,5 biljun se jiġu allokati taħt il-Fond InvestEU) u EUR 2,4 biljun għall-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom.

(5)  COM(2016) 723 final.

(6)  Antiċipata taħt il-Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK).

(7)  ĠU C 34, 2.2.2017, p. 66

(8)  Riċerka kollaborattiva b’minimu ta’ tliet imsieħba minn Stati Membri differenti tagħmilha possibbli li jingħaqdu l-isforzi biex jġu indirizzati sfidi li ma jistgħux jiġu indirizzati minn pajjiż wieħed waħdu u toħloq sinerġiji fil-qasam tar-riċerka fi ħdan l-UE, u b’hekk jinħoloq valur miżjud sinifikanti tal-UE, bħal dawk imfassla u implimentati minn EUREKA.


6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/79


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 596/2014 u (UE) 2017/1129 fejn tidħol il-promozzjoni tal-użu ta’ swieq tat-tkabbir tal-SMEs”

(COM(2018) 331 final — 2018/0165 (COD))

(2018/C 440/12)

Relatur:

Mihai IVAŞCU

Konsultazzjoni

Parlament Ewropew, 11.6.2018

Kunsill, 21.6.2018

Bażi legali

Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Adottata fis-sezzjoni

4.9.2018

Adottata fil-plenarja

19.9.2018

Sessjoni plenarja Nru

537

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

196/1/1

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li s-swieq kapitali jsiru alternattiva kredibbli għall-finanzjament u jemmen li għandu jintlaħaq bilanċ bejn it-tliet objettivi ewlenin tal-proposta: jitkabbru s-swieq tal-SMEs, jittaffew il-piżijiet u jiżdied il-livell tal-likwidità. Il-Kummissjoni Ewropea (KE) m’għandhiex tirregolamenta żżejjed, iżda żżomm livell ta’ ostakli li jiskoraġġixxi lill-kumpaniji li ma jkunux ippreparati.

1.2.

Il-KESE jesprimi t-twemmin tiegħu li l-proposta attwali, għalkemm hija pass fid-direzzjoni t-tajba, mhijiex biżżejjed biex tindirizza l-ostakli eżistenti fis-Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs. Filwaqt li fil-fatt hemm ħtieġa għal approċċ olistiku, kull pass individwali għandu jġorr il-piż tiegħu stess.

1.3.

Meta mqabbla mal-kumpaniji fl-Istati Uniti, għadd ħafna akbar ta’ kumpaniji fl-UE għadhom ifittxu l-krediti bankarji bħala għażla ta’ finanzjament, xi drabi anki billi jaċċettaw spejjeż addizzjonali sinifikanti. Hemm il-ħtieġa għal aktar edukazzjoni finanzjarja, peress li s-swieq pubbliċi tal-UE kellhom diffikultà biex jattiraw emittenti ġodda u l-għadd ta’ IPOs ma żdiedx b’mod sinifikanti.

1.4.

Il-KESE jżomm mal-opinjonijiet preċedenti tiegħu li l-livell baxx ta’ komunikazzjoni (1) u approċċi burokratiċi (2) huma ostakli sinifikanti u għandu jsir sforz ħafna akbar biex dawn l-ostakli jingħelbu. Il-komunikazzjoni minn Brussell għandha dejjem timmira lejn il-parti t’isfel tal-katina – l-SMEs infushom –, billi tinvolvi l-assoċjazzjonijiet tal-SMEs, is-sħab soċjali, il-kmamar tal-kummerċ, u l-bqija.

1.5.

Il-proposta biex jinżammu biss l-elenki permanenti ta’ persuni b’informazzjoni privileġġjata għall-SMEs u l-estensjoni ta’ jumejn proposta għall-iskadenza tal-iżvelar ta’ tranżazzjonijiet tal-amministraturi huma milqugħa tajjeb ħafna. Fir-rigward ta’ dawn, il-KESE jista’ jissuġġerixxi biss li l-KE tkompli tesplora metodi biex jitneħħa l-piż minn fuq l-SMEs u jitqiegħed fuq partijiet ikkonċernati oħrajn bħal, pereżempju, l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti (NCAs).

1.6.

Il-prospett imtaffi fil-fatt huwa tnaqqis sinifikanti fil-piż, iżda l-KESE jikkunsidra li għandhom jiġu eżaminati aktar possibbiltajiet kif il-prospett ta’ trasferiment jiġi semplifikat b’mod gradwali għal dawk il-kumpaniji li jkunu wrew il-maturità tagħhom billi jkunu ġew elenkati fis-Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs għal għadd sinifikanti ta’ snin.

1.7.

Il-KESE huwa favur il-bidliet proposti għar-reġim tat-titjib tas-suq u jwissi kontra talbiet ta’ spjegazzjoni dettaljati u/jew preskrittivi żżejjed mill-NCAs.

1.8.

Il-KESE jagħti l-parir li l-KE tikkunsidra l-possibbiltà li tattira investituri istituzzjonali, bħal fondi providenti privati, biex jinvestu fuq dawn is-Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs, billi tipprovdi inċentivi, speċjalment fir-rigward tat-trattament tat-taxxa. L-Istati Membri għandhom jesploraw il-possibbiltajiet għal aktar skemi attraenti ta’ appoġġ għall-investiment fil-livell nazzjonali.

1.9.

Il-kuntratti ta’ likwidità jintlaqgħu bl-aħjar mod, speċjalment għas-swieq sottożviluppati. Il-KESE jemmen li d-29 reġim dwar il-kuntratti ta’ likwidità mħejji mill-Kummissjoni Ewropea se joħloq għażla addizzjonali għall-emittenti, flimkien mal-leġislazzjoni nazzjonali.

1.10.

Il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni li hija meħtieġa valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa u regolari. Dawn il-valutazzjonijiet, li jsiru kull sena, jistgħu jipprovdu informazzjoni siewja għal bidliet futuri għall-qafas regolatorju.

2.   Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea

2.1.

Din il-proposta għal Regolament tagħmel parti mill-aġenda tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali u tiffoka fuq bidliet speċifiċi għall-funzjonament tas-Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs, li bdew jiġu rregolati minn Jannar 2018. L-UE għamlet progress konsiderevoli biex iżżid is-sorsi ta’ finanzjament hekk kif id-ditti jespandu b’mod gradwali, u biex tagħmel il-finanzjament abbażi tas-suq disponibbli b’mod aktar mifrux madwar l-UE. Diġà hemm fis-seħħ regoli ġodda sabiex tingħata spinta lill-investiment tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju tal-UE (EuVECA) f’negozji ġodda u kumpaniji ta’ daqs medju. Flimkien mal-Fond Ewropew tal-Investiment, il-Kummissjoni nediet ukoll programm pan-Ewropew għal Fondi ta’ Fondi tal-Kapital ta’ Riskju (VentureEU).

2.2.

L-għan ewlieni tal-proposta huwa li tagħmilha aktar faċli biex l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jiġu elenkati u jużaw is-swieq kapitali sabiex jiffinanzjaw it-tkabbir tagħhom. Il-proposta tinkludi l-irfinar tal-qafas inizjali li jirrappreżenta pass ’il quddiem lejn regolamentazzjoni aħjar u aktar effettiva.

2.3.

Il-proposta se tapplika għall-kumpaniji kollha li huma elenkati fis-Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs, irrispettivament minn jekk ikunux SMEs jew le. L-ewwel nett, dan jiżgura li l-kumpaniji li qed jikbru malajr ma jiġux penalizzati għall-prestazzjoni ekonomika pożittiva tagħhom; u t-tieni nett, li dawn is-swieq se jkunu jistgħu jattiraw kumpaniji kbar ukoll. Bl-introduzzjoni ta’ dawn ir-regoli l-ġodda, il-Kummissjoni tistenna li se jirreġistraw aktar Faċilitajiet Multilaterali tan-Negozjar (MTFs) bħala Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs (sa issa, huma biss 3 minn 40 li għamlu dan).

2.4.

Il-proposta tinkludi tnaqqis li:

inaqqas il-piż għall-SMEs fir-rigward tal-obbligi tar-reġistrazzjoni u tad-divulgazzjoni filwaqt li jippreserva l-integrità tas-suq u fluss komprensiv ta’ informazzjoni lill-investituri;

joħloq regoli komuni għal kuntratti ta’ likwidità fis-Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs, li jippermettu żieda fil-likwidità tal-ishma;

jippermetti lill-utenti jipproduċu prospett imtaffi meta jkunu qed jippruvaw jimxu lejn suq irregolat (kategorija ġdida ta’ prospett ta’ trasferiment se tippermetti lill-utenti li jkun ilhom elenkati għal mill-anqas tliet snin jiċċaqilqu aktar faċilment sabiex jaċċessaw il-boroż ewlenin, biex b’hekk jimmiraw lejn likwidità aħjar u lejn għadd akbar ta’ investituri).

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

L-SMEs jirrappreżentaw 99,8 % tal-intrapriżi kollha mhux finanzjarji fl-UE, fejn jiġġeneraw madwar 58 % tal-valur miżjud totali u jimpjegaw aktar minn 90 miljun persuna. Madankollu, kull sena jfallu madwar 200 000 SME, li jaffettwaw aktar minn 1,7 miljun ħaddiem (3).

3.2.

Skont l-Istħarriġ dwar l-Investiment tal-BEI tal-2016/2017, l-SMEs normalment jiddependu fuq fondi interni għall-investiment (aktar minn 60 %) (4). Il-bqija huma magħmula l-aktar minn strumenti bankarji. Il-finanzjament ibbażat fuq is-suq mhux qed jilħaq il-potenzjal tiegħu. Il-KESE jemmen li huwa kruċjali li dan jiżdied għal kumpaniji innovattivi, jew għal dawk bi profil tar-riskju/redditu għoli.

Tabella 1

Sors ta’ investiment finanzjarju fl-aħħar sena finanzjarja, UE28  (5)

(%)

 

Mikro

Żgħar

Medji

Kbar

Fondi interni jew qligħ imfaddal

71

64

59

57

Finanzjament estern

28

35

38

38

Krediti bankarji

60

60

57

54

Finanzjament bankarju ieħor

11

8

10

11

Lokazzjoni

18

23

24

23

Fatturament

2

3

3

4

Self mingħand familja/ħbieb

4

2

1

1

Għotjiet

4

3

4

3

Bonds

0

0

1

4

Ekwità

0

0

0

1

Oħrajn

1

1

1

1

Finanzjament intragrupp

0

1

3

5

Nota: Il-kumpaniji kollha li investew fl-aħħar sena finanzjarja (minbarra risposti ma nafx/rifjutati).

3.3.

Il-KESE jixtieq jinnota r-riluttanza tal-SMEs biex ifittxu finanzjament minn swieq kapitali u r-rieda tagħhom li jġarrbu spejjeż miżjuda ta’ finanzjament permezz tal-kreditu bankarju. Din il-karatteristika kulturali hija waħda mill-fatturi differenzjali prinċipali mis-swieq kapitali l-aktar ta’ suċċess tal-Istati Uniti u d-dipendenza aktar baxxa tal-kumpaniji Amerikani fuq krediti bankarji. Edukazzjoni finanzjarja ulterjuri hija ta’ importanza kbira.

3.4.

F’opinjonijiet oħra, il-KESE diġà esprima t-twemmin tiegħu li “approċċ burokratiku u l-kumplessità tar-regoli amministrattivi għadhom prevalenti fil-politiki tal-SMEs tal-UE u l-mekkaniżmi ta’ appoġġ attwali, minkejja l-isforzi kontinwi fil-livell tal-UE biex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv” (6).

3.5.

Il-KESE diġà esprima l-appoġġ tiegħu għal proposti oħra li għandhom l-għan li jnaqqsu l-piż amministrattiv tat-tfassil ta’ prospetti għall-emittenti kollha, b’mod partikolari għall-SMEs, emittenti frekwenti ta’ titoli u ħruġ sekondarju (7). Barra minn dan, il-KESE spjega li “Filwaqt li s-self mill-bank huwa realtà, jinħtieġ ukoll aċċess għall-ekwità bħala għodda finanzjarja iżda dan mhuwiex żviluppat biżżejjed fl-Ewropa minħabba reġimi tat-taxxa punittivi, nuqqas ta’ kultura ta’ ekwità, litteriżmu finanzjarju dgħajjef u skemi ta’ insolvenza frammentati” (8).

3.6.

Il-KESE huwa favur l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li jitnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq l-SMEs, li jippermettilhom ikollhom aċċess aktar faċli għas-swieq kapitali u jiddiversifikaw is-sorsi ta’ finanzjament tagħhom. Il-KESE jappoġġja wkoll l-objettiv iddikjarat ta’ din il-proposta li tiżdied il-likwidità tal-ishma maħruġa mill-emittenti tas-Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs.

3.7.

Għalkemm il-vantaġġi li l-SMEs ikunu elenkati fis-swieq iddedikati huma ovvji, u għalkemm dan itejjeb u jiddiversifika l-opportunitajiet ta’ finanzjament tagħhom, is-swieq pubbliċi tal-UE fil-verità kellhom diffikultà biex jattiraw emittenti ġodda, u l-għadd ta’ offerti pubbliċi inizjali mhux qed jiżdied b’mod sinifikanti. Huma biss 3 000 minn aktar minn 20 miljun SME eżistenti li huma elenkati u hemm biss nofs l-ammont ta’ IPOs meta kkumparat ma’ dak ta’ qabel il-kriżi finanzjarja. Likwidità insuffiċjenti f’dawn is-swieq issarraf fi spejjeż ogħla għall-emittenti biex iżidu l-kapital u d-detenturi tal-kapital joqogħdu lura milli jinvestu, u dan ifisser li l-intermedjarji tas-suq huma inqas inklinati li jappoġġjaw il-kumpaniji elenkati żgħar.

3.8.

Il-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma huwa fundamentali għall-kumpaniji innovattivi li joħolqu valur u tkabbir, u speċjalment għall-kumpaniji li għandhom profil tar-riskju/redditu għoli. Il-finanzjament ta’ ekwitajiet inizjali u dawk fi istadju bikri jista’ jagħti spinta lill-ħolqien u lill-iżvilupp ta’ ditti, filwaqt li strumenti oħrajn ta’ ekwità, bħal pjattaformi speċjalizzati għall-elenkar pubbliku tal-SMEs, jistgħu jipprovdu riżorsi finanzjarji għal SMEs orjentati lejn it-tkabbir u għal dawk innovattivi. Barra minn hekk, il-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma jista’ jkun aktar xieraq mill-finanzjament b’dejn għall-SMEs li jkunu nieqsa minn kollateral, li jkollhom flussi ta’ flus negattivi jew irregolari, jew jeħtieġu maturitajiet itwal biex l-investimenti tagħhom jagħtu l-frott (9).

3.9.

Is-swieq tal-UE għadhom frammentati u ma jidhirx li jistgħu jappoġġjaw għadd kbir ta’ IPOs. Jidher li l-Ewropa għandha pożizzjoni b’saħħitha biex tkabbar ditti innovattivi b’teknoloġija avvanzata, iżda meta dawn il-kumpaniji jkunu jeħtieġu investimenti kapitali robusti, normalment ifallu. Il-kumpaniji li qed jikbru malajr, sikwit ukoll joħorġu mis-suq tal-UE favur l-Istati Uniti, fejn ifittxu skemi ta’ opzjoni ta’ stokks aktar aċċessibbli.

3.10.

Il-kumpaniji elenkati huma anqas dipendenti fuq il-finanzjament bankarju, jistgħu jaċċessaw bażi ta’ investiment akbar, u jkollhom profil pubbliku ogħla. Minkejja dan, irid isir aktar xogħol biex jiġi żviluppat qafas regolatorju aktar konduttiv biex jiġi appoġġjat l-aċċess għall-finanzjament pubbliku għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, speċjalment bil-promozzjoni tat-tikketta tas-Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs. Għandu jintlaħaq ukoll il-bilanċ ġust bejn il-protezzjoni tal-investituri u l-integrità tas-suq permezz ta’ regolamentazzjoni xierqa.

3.11.

L-SMEs b’sorsi differenti ta’ finanzjament huma aktar robusti u kompetittivi, jibbenefikaw minn tnaqqis fl-ispejjez u minn perspettivi ta’ żvilupp aħjar. Dan jippermetti suq tax-xogħol aktar b’saħħtu u opportunitajiet aħjar għaċ-ċittadini li qed ifittxu impjieg, irrispettivament mil-livell ta’ taħriġ tagħhom.

3.12.

Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra tnaqqis ulterjuri għar-regoli u r-rekwiżiti tas-Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs, sabiex tiddistingwihom aħjar minn swieq irregolati u tagħmilhom aktar attraenti bħala swieq fil-livell tad-dħul.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1.

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi li għaddejjin biex is-swieq kapitali jsiru alternattiva kredibbli għall-finanzjament, bħala parti mill-aġenda tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Madankollu, għad hemm xi dubji dwar jekk l-isforzi attwali humiex biżżejjed biex jitnaqqsu l-ostakli konsiderevoli li attwalment jeżistu fis-suq. L-SMEs ma jidhirx li qed ibiddlu l-imġiba tal-finanzjament tagħhom; għalhekk, jeħtieġ li jsir aktar. Il-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet li dan huwa biss pass wieħed ’il quddiem u mhux soluzzjoni sħiħa għall-isfidi kollha tas-swieq kapitali.

Tabella 2

It-tipi ta’ finanzjament li l-SMEs jixtiequ jaraw aktar fit-taħlita finanzjarja matul it-tliet snin li ġejjin, UE28 (10)

Image

4.2.

Filwaqt li għadu jrid jiġi stabbilit jekk fil-fatt dawn humiex se jnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità, itaffu l-piżijiet u jippromovu l-likwidità fis-suq – peress li dawn l-objettivi huma pjuttost ambizzjużi –, il-KESE jemmen li l-miżuri proposti huma pass fid-direzzjoni t-tajba.

4.3.

Il-KESE jemmen li l-għadd żgħir ta’ SMEs li jiksbu aċċess għal finanzjament ibbażat fuq is-suq huwa minħabba n-nuqqas ta’ komunikazzjoni fil-livell baxx. Il-messaġġi u l-għodod fil-livell tal-UE mhumiex qed jilħqu l-parti t’isfel tal-katina – jiġifieri l-SMEs fil-mira. Dan minħabba diversi raġunijiet, l-aktar importanti minħabba l-insuffiċjenza ta’ interazzjoni u komunikazzjoni proattiva minn Brussell għall-Istati Membri u għall-assoċjazzjonijiet tal-SMEs, is-sħab soċjali jew il-kmamar tal-kummerċ. Il-KESE wissa dwar dan f’opinjoni preċedenti (11), iżda s’issa ftit li xejn ra titjib.

4.4.

Min-naħa l-oħra, l-għadd żgħir ta’ investituri istituzzjonali fis-swieq tal-ishma u tal-bonds tal-SMEs jista’ jiġi spjegat min-nuqqas ta’ inċentivi previsti għal dawn l-investituri, speċjalment dawk li jirrigwardaw it-trattamenti tat-taxxa. Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni sabiex tanalizza din il-possibilità.

4.5.

Il-KESE jilqa’ l-estensjoni ta’ jumejn proposta għall-iskadenza biex it-tranżazzjonijiet tal-maniġers isiru pubbliċi. Din hija għodda importanti biex jiġu ppreservati t-trasparenza u s-simetrija tas-swieq iż-żgħar, iżda l-iskadenza ta’ tlett ijiem kienet restrizzjoni kritika għall-SMEs. Il-KESE jemmen li l-emenda proposta se twassal għal proċedura aktar razzjonalizzata f’perjodi aktar diffiċli jew b’aktar xogħol għall-kumpaniji. Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha tesplora modi biex tneħħi l-piż amministrattiv minn fuq il-kumpaniji u tmexxih fuq atturi oħrajn, bħall-NCAs.

4.6.

Il-KESE diġà esprima l-appoġġ sħiħ tiegħu għas-semplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tar-rekwiżiti għall-prospett ippubblikat meta jiġu offruti titoli fis-swieq irregolati, li jagħmluhom aktar kosteffiċjenti u aktar utli għall-investituri f’termini tal-informazzjoni li jkun fihom (12). Kwalunkwe proposta ġdida li taħdem lejn dan il-għan tintlaqa’ b’idejn miftuħa. Meta jitqies l-ammont kbir ta’ informazzjoni li l-kumpaniji fis-Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs huma meħtieġa jiddivulgaw skont ir-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq u d-Direttiva 2014/65/UE, il-KESE jikkunsidra li prospett ta’ trasferiment aktar sempliċi huwa biżżejjed għall-kumpaniji li qed jimxu lejn suq irregolat.

4.7.

Barra minn hekk, il-KESE jappoġġja s-semplifikazzjoni gradwali tal-prospett għat-trasferiment lejn is-suq irregolat għall-kumpaniji li jkunu ilhom elenkati għal għadd ta’ snin raġonevoli f’Suq tat-Tkabbir tal-SMEs.

4.8.

Il-KESE jilqa’ l-proposta li jinżammu biss elenki permanenti ta’ persuni b’informazzjoni privileġġjata għall-kumpaniji elenkati fis-Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs, peress li l-għadd ta’ impjegati li għandhom aċċess għal informazzjoni fuq persuni b’informazzjoni privileġġjata huwa limitat u fil-parti l-kbira l-istess. Dan jirrappreżenta tnaqqis sinifikanti fil-piż.

4.9.

Il-KESE jappoġġja l-modifiki għar-reġim ta’ sondaġġ tas-suq, peress li l-emendi proposti se jiffaċilitaw il-ħruġ ta’ bonds korporattivi minn emittenti tas-Suq tat-Tkabbir tal-SMEs. Fir-rigward tal-ġustifikazzjonijiet li għandhom jingħataw mill-emittenti tas-Suq tat-Tkabbir tal-SMEs meta d-divulgazzjoni pubblika ta’ informazzjoni privileġġjata tkun ittardjata, il-KESE jemmen li l-ispjegazzjonijiet mitluba mill-NCAs fuq bażi ad hoc, wara n-notifika mill-emittent, m’għandhomx ikunu dettaljati wisq jew preskrittivi żżejjed.

4.10.

Ir-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq huwa sors ta’ spejjeż amministrattivi u legali, li emittenti mhux tal-UE jistgħu jqisuh bħala ostaklu għall-elenkar fis-swieq tal-UE. Il-KESE jirrakkomanda li għandhom isiru emendi ulterjuri biex ir-rekwiżiti jitfasslu apposta għas-Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs.

4.11.

Filwaqt li l-kuntratti ta’ likwidità huma milqugħa, speċjalment għal swieq mhux żviluppati, proposta fil-livell Ewropew toħloq kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni li permezz tagħhom jistgħu jitfasslu l-kundizzjonijiet lokali. Il-KESE jemmen li d-29 reġim dwar il-kuntratti ta’ likwidità, li l-KE qed taħdem fuqu attwalment, ser joħloq il-possibbiltà għall-emittenti tas-suq biex jistabbilixxu kuntratt ta’ likwidità jew fuq bażi ta’ leġislazzjoni nazzjonali, fejn din teżisti, jew fuq il-bażi ta’ regolament mal-Ewropa kollha.

4.12.

Il-proposta tal-KE hija pass definittiv ’il quddiem. Madankollu, il-KESE jissuġġerixxi li għandu jkun hemm valutazzjonijiet tal-impatt regolari b’aċċess wiesa’ għal data mhux kunfidenzjali u analiżijiet ibbażati fuq indikaturi kwantitattivi.

Brussell, id-19 ta’ Settembru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Luca JAHIER


(1)  ĠU C 345, 13.10.2017, p. 15.

(2)  ĠU C 345, 13.10.2017, p. 15.

(3)  Marcin Szczepanski, “Helping European SMEs to grow: Start-up and scale-up initiatives for business ventures in the EU” (Ngħinu lill-SMEs jikbru: Inizjattivi għan-negozji l-ġodda u li qed jespandu għall-proġetti kummerċjali fl-UE) (Mhux disponibbli bil-Malti).

(4)  “EIBIS 2016/2017: Surveying Corporate Investment Activities, Needs and Financing in the EU” (EIBIS 2016/2017: Stħarriġ dwar l-Attivitajiet, il-Ħtiġijiet u l-Finanzjament ta' Investimenti Korporattivi fl-UE), Bank Ewropew tal-Investiment, 2017 (Mhux disponibbli bil-Malti)

(5)  Apostolos Thomadakis, “Developing EU Capital Markets for SMEs: Mission impossible?” (L-Iżvilupp tas-Swieq Kapitali tal-UE għall-SMEs: Missjoni impossibbli?), Kummentarju tal-ECMI Nru. 46, 4 ta' Settembru 2017. (Mhux disponibbli bil-Malti)

(6)  ĠU C 345, 13.10.2017, p. 15.

(7)  ĠU C 177, 18.5.2016, p. 9.

(8)  ĠU C 288, 31.8.2017, p. 20.

(9)  Iota Kaousar Nassr u Gert Wehinger, “Opportunities and limitations of public equity markets for SMEs” (Opportunitajiet u limitazzjonijiet tas-swieq tal-ekwità pubbliċi għall-SMEs), OECD Journal: Financial Market Trends (il-Ġurnal tal-OECD: Xejriet fis-Suq Finanzjarju) 2015/1, 49-84. (Mhux disponibbli bil-Malti)

(10)  Apostolos Thomadakis, “Developing EU Capital Markets for SMEs: Mission impossible?” (L-Iżvilupp tas-Swieq Kapitali tal-UE għall-SMEs: Missjoni impossibbli?), Kummentarju tal-ECMI Nru. 46, 4 ta' Settembru 2017. (Mhux disponibbli bil-Malti)

(11)  ĠU C 345, 13.10.2017, p. 15.

(12)  ĠU C 177, 18.5.2016, p. 9.


6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/85


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà”

(COM(2018) 336 final — 2018/0168 (COD))

(2018/C 440/13)

Relatur:

Christophe LEFÈVRE

Konsultazzjoni

Il-Kunsill, 6.6.2018

Il-Parlament Ewropew, 11.6.2018

Bażi legali

L-Artikolu 114(1) tat-TFUE

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Adottata fis-sezzjoni

4.9.2018

Adottata fil-plenarja

19.9.2018

Nru. tas-sessjoni plenarja

537

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

191/0/6

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ bi pjaċir il-proposti tal-Kummissjoni permezz tal-emenda tad-Direttiva dwar “l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà”. Iżda l-Kumitat jinnota b’dispjaċir li l-Kummissjoni ma ħatfitx l-okkażjoni biex tantiċipa l-iżviluppi relatati mal-vetturi awtonomi, minkejja l-osservazzjonijiet magħmula fl-istudju tal-impatt (1) li jakkumpanja lill-proposta.

1.2.

Rigward it-titjib tal-protezzjoni tal-vittmi tal-inċidenti tat-traffiku f’każ ta’ insolvenza tal-assiguratur, il-Kumitat iqis li l-proposta li tirriżulta mill-kumpens tal-vittmi mill-korp tal-Istat Membru tal-post tar-residenza tal-vittma hija rilevanti. Madankollu, il-Kummissjoni teskludi l-użu tal-korp jekk il-vittma tkun ikkuntattjat direttament lill-assiguratur jew fetħet xi proċedura legali. Għalhekk, il-Kumitat jirrakkomanda li din l-esklużjoni ma tapplikax jekk, sadanittant, ikun hemm inadempjenza ekonomika (falliment, likwidazzjoni) min-naħa tal-assiguratur jew jekk il-vittma tawtorizza lill-korp jiġi surrogat bil-benefiċċju tal-azzjonijiet legali, sabiex tirċievi kumpens aktar malajr. Il-Kumitat jirrakkomanda li l-livelli ta’ kumpens (allokazzjonijiet għad-dannu) mogħtija jkunu l-aktar favorevoli għall-vittma, fost dawk tal-pajjiż fejn ikun seħħ l-inċident u dawk tal-pajjiż ta’ residenza.

1.3.

Rigward it-titjib tar-rikonoxximent tad-dikjarazzjonijiet ta’ pretensjonijiet, il-Kumitat jirrakkomanda li jiġi speċifikat l-isem tas-sewwieq involut u l-grad ta’ responsabbiltà tiegħu fl-okkorrenza tal-inċident (totali, parzjali, jew xejn). Il-Kumitat għandu dubji dwar il-kontenut tad-dikjarazzjonijiet fil-kuntest ta’ leġislazzjoni nazzjonali li tkopri vettura irrispettivament mis-sewwieq, meta mqabbel mal-liġi li tipprevedi assigurazzjoni għal vettura b’sewwieq iddikjarat u pprezzat skont il-profil individwali tar-riskju u tar-rata ta’ inċidenti, jew inkella d-detentur tal-liċenzja, tkun xi tkun il-vettura użata. Il-Kumitat jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li tinħareġ dokumentazzjoni ta’ appoġġ sikura dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assigurazzjoni u r-rapporti tal-inċidenti, u biex tawtorizza l-użu ta’ bażi tad-data interkonnessa li tkun tista’ tiġi kkonsultata mill-pulizija biex jivverifikaw il-validità tagħhom.

1.4.

Rigward il-kontrolli fuq l-assigurazzjoni biex jitrażżan is-sewqan mingħajr assigurazzjoni, il-Kumitat jilqa’ bi pjaċir il-proposta li jintużaw it-teknoloġiji ta’ rikonoxximent tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni sabiex il-vetturi jiġu kkontrollati f’sistema nazzjonali mingħajr ma jkollhom jitwaqqfu. F’każ ta’ nuqqas ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, il-Kumitat jirrakkomanda li l-vettura tiġi immobilizzata sakemm jintwera ċertifikat validu tal-assigurazzjoni.

1.5.

Rigward l-armonizzazzjoni tal-ammonti minimi ta’ kopertura, il-Kumitat jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi data finali għat-tlestija tal-livelli limiti minimi ta’ kumpens.

1.6.

F’dak li jirrigwarda l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-kjarifika dwar il-kunċett ta’ mezz tat-trasport fuq art pubblika jew privata, wieqaf jew miexi, minbarra vetturi identifikati għal użu esklużivament agrikolu. Madankollu, ikun jeħtieġ li jiġi żgurat li l-vetturi agrikoli li jinstaqu fit-toroq pubbliċi jkunu soġġetti għad-Direttiva.

1.7.

Fl-aħħar nett, rigward il-koerenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-politika, il-Kumitat jinnota wkoll li l-proposti tal-Kummissjoni huma konformi mal-moviment liberu tal-persuni u tal-oġġetti, kif ukoll mal-prinċipji tas-suq intern li jiżguraw il-libertà tal-forniment tas-servizzi u l-libertà tal-istabbiliment tal-assiguraturi.

2.   Kuntest u introduzzjoni

2.1.

Il-Kummissjoni tipproponi emenda għad-Direttiva dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, li temenda d-Direttiva 2009/103 KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

2.2.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li ttejjeb il-protezzjoni tal-vittmi ta’ inċidenti li jinvolvu vetturi bil-mutur li bħalissa mhix adatta, li tnaqqas id-differenzi fit-trattament fl-UE għad-detenturi tal-poloz fir-rigward tal-bonus/malus, li tintegra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mogħtija wara l-implimentazzjoni tal-ewwel Direttiva tal-UE dwar l-assigurazzjoni tal-vetturi adottata fl-1972.

2.3.

Id-Direttiva hija strument legali essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq uniku fil-qasam tal-libertà tal-moviment, fuq il-bażi ta’ primjum uniku, mingħajr il-ħtieġa ta’ assigurazzjoni oħra biex tivvjaġġa fi Stat Membru ieħor; hija għandha wkoll l-għan li tiżgura livell għoli ta’ konverġenza f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-vittmi tal-inċidenti tat-traffiku.

2.4.

Il-leġislazzjoni hija mibnija fuq is-Sistema Internazzjonali tal-Karta l-Ħadra, li mhix ftehim tal-UE u li tinvolvi 48 pajjiż. L-elementi prinċipali tad-Direttiva 2009/103/KE huma:

l-obbligu fuq vetturi bil-mutur li jkollhom kuntratt ta’ assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili għall-vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ persuni terzi, valida fil-partijiet kollha tal-UE fuq il-bażi ta’ primjum uniku;

ammonti minimi obbligatorji ta’ kopertura li dawn it-tip ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni jridu jipprovdu (Stati Membri jistgħu jimponu kopertura ogħla fil-livell nazzjonali);

il-projbizzjoni fuq Stati Membri li jwettqu kontrolli sistematiċi fuq l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur li normalment ikunu bbażati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor;

l-obbligu fuq Stati Membri li joħolqu fondi ta’ garanzija għall-kumpens tal-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi mhux assigurati jew mhux identifikati;

il-protezzjoni għall-vittmi tal-inċidenti ta’ vetturi bil-mutur fi Stat Membru għajr l-Istat Membru tar-residenza tagħhom (“vittmi fuq żjara”);

id-dritt għal detenturi tal-poloz sabiex jiksbu dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet preċedenti tagħhom għall-aħħar ħames snin mill-assiguratur tagħhom.

2.5.

Fil-kuntest tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2016 u tal-Pjan ta’ Azzjoni għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Marzu 2017, fl-2017 saret valutazzjoni (3) tad-Direttiva 2009/103/KE u fl-istess sena ngħataw żewġ sentenzi tal-QtĠ-UE. Dawn l-elementi wasslu lill-Kummissjoni biex tieħu pożizzjoni.

2.5.1.   It-titjib tal-protezzjoni tal-vittmi tal-inċidenti tat-traffiku f’każ ta’ insolvenza tal-assiguratur

2.5.1.1.

Il-Kummissjoni tipproponi l-awtorizzazzjoni ta’ korp f’kull Stat Membru sabiex jikkumpensa lill-persuni li ġarrbu l-ħsara, abitwalment residenti fit-territorju tagħhom, mill-inqas fil-limiti tal-obbligu tal-assigurazzjoni, għad-danni personali jew ħsara fuq il-proprjetà, ikkawżati minn vettura assigurata, fin-nuqqas ta’ tweġiba motivata fi żmien tliet xhur għall-punti invokati f’talba għall-kumpens, jew f’każ li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun falliet jew tinsab f’likwidazzjoni. Sakemm il-vittma ma tkunx diġà għamlet talba diretta lill-assiguratur jew ħadet azzjoni legali li tkun għadha pendenti.

2.5.1.2.

Il-Kummissjoni tipprevedi li dan il-korp ikun jista’ jiġi rrimborżat mill-korp tal-pajjiż responsabbli.

2.5.2.   Titjib tar-rikonoxximent tad-dikjarazzjonijiet tal-pretensjonijiet preċedenti, speċjalment f’kuntest transfruntier.

2.5.2.1.

Id-Direttiva timponi l-ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet preċedenti tal-kuntratt tal-assigurazzjoni tal-vettura li tkopri l-aħħar ħames snin. L-assiguraturi mhumiex obbligati jikkunsidraw tali dikjarazzjoni meta jikkalkolaw il-primjum.

2.5.2.2.

Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-kontenut u l-format ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet jiġu standardizzati, liema dikjarazzjonijiet għandhom jispeċifikaw l-elementi li jippermettu l-aġġustament tat-tariffi skont il-pretensjonijiet u li tiġi żgurata d-dikjarazzjoni.

2.5.3.   Kontrolli fuq l-assigurazzjoni biex jitrażżan is-sewqan mingħajr assigurazzjoni

2.5.3.1.

Il-Kummissjoni tirrakkomanda l-użu tat-teknoloġiji tar-rikonoxximent tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni biex jiġu kkontrollati l-vetturi mingħajr ma jitwaqqfu, f’sistema ġenerali ta’ kontroll nazzjonali, proċedura li ma tfixkilx il-moviment liberu tal-persuni u l-vetturi.

2.5.3.2.

Il-Kummissjoni tispeċifika li tali verifika ta’ assigurazzjoni ta’ vetturi li jidħlu fit-territorju nazzjonali tirrikjedi l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri.

2.5.4.   Armonizzazzjoni tal-ammonti minimi ta’ kopertura

2.5.4.1.

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-livelli minimi ta’ kumpens huma differenti bejn pajjiż u ieħor, minħabba li ma aġġustawx dawn il-livelli waqt il-perjodu tranżitorju. Il-Kummissjoni tirrakkomanda l-armonizzazzjoni ta’ dawn l-ammonti minimi ta’ kopertura, filwaqt li kull Stat Membru jkun jista’ jimponi livelli limiti massimi ogħla.

2.5.5.   Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva

2.5.5.1.

Filwaqt li tintegra tliet sentenzi tal-QtĠ-UE (4), il-Kummissjoni tispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu ta’ assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili għall-vetturi bil-mutur, u teskludi l-inċidenti li fihom il-vettura tkun għal użu esklużivament agrikolu: “kwalunkwe użu ta’ vettura konsistenti mal-funzjoni normali tagħha bħala mezz ta’ trasport, irrispettivament mit-terren li fih tintuża l-vettura bil-mutur u jekk hijiex wieqfa jew miexja”.

2.6.   Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

2.6.1.

Il-Kummissjoni tinnota li l-proposti tagħha huma konformi mal-moviment liberu tal-persuni u tal-oġġetti, mal-prinċipji tas-suq intern li jiżguraw il-libertà tal-forniment tas-servizzi u l-libertà tal-istabbiliment tal-assiguraturi.

3.   Kummenti

3.1.

Il-KESE jilqa’ bi pjaċir il-proposti tal-Kummissjoni permezz tal-emenda tad-Direttiva dwar “l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà”. Din hija r-riżultat tar-rispons mill-esperjenza previst fil-qafas leġislattiv, iżda wkoll riżultat tal-analiżi tal-impatt u tal-konsultazzjonijiet pubbliċi jew l-integrazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

3.2.   It-titjib tal-protezzjoni tal-vittmi tal-inċidenti tat-traffiku f’każ ta’ insolvenza tal-assiguratur

3.2.1.

Il-Kumitat iqis li l-proposta ta’ kumpens lill-vittmi mill-korp tal-Istat Membru hija rilevanti, biex tagħmel tajjeb għan-nuqqas tal-assiguraturi, jew fin-nuqqas ta’ risposta motivata fi żmien raġonevoli, u jilqa’ b’sodisfazzjoni il-fatt li l-korp tal-pajjiż ta’ residenza tal-vittma jista’ jagħmel appell finanzjarju lill-korp tal-pajjiż terz tal-persuna assigurata responsabbli.

3.2.2.

Iżda billi din teskludi li l-korp ta’ ġestjoni jikkumpensa lill-vittma jekk din tkun indirizzat direttament lill-assiguratur, jew jekk tkun għaddejja proċedura ġudizzjarja, il-Kumitat jirrakkomanda li din l-esklużjoni ma tapplikax fil-każijiet li ġejjin:

jekk sadanittant l-assiguratur ifalli jew jidħol f’likwidazzjoni,

fil-każ tal-irtirar tal-approvazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji,

jekk il-vittma tawtorizza lill-korp jiġi surrogat bil-benefiċċju tal-azzjonijiet legali, sabiex tirċievi kumpens aktar malajr.

Il-Kumitat jirrakkomanda li l-livelli ta’ kumpens (allokazzjonijiet għad-dannu) mogħtija jkunu l-aktar favorevoli għall-vittma, fost dawk tal-pajjiż fejn ikun seħħ l-inċident u dawk tal-pajjiż ta’ residenza.

3.3.   Titjib tar-rikonoxximent tad-dikjarazzjonijiet tal-pretensjonijiet preċedenti, speċjalment f’kuntest transfruntier.

3.3.1.

Il-Kumitat jilqa’ bi pjaċir il-ħruġ sistematiku ta’ dikjarazzjoni ta’ informazzjoni standardizzata, li turi jekk kienx hemm jew le pretensjonijiet fl-aħħar ħames snin.

3.3.2.

Il-Kumitat jirrakkomanda wkoll li jiġi speċifikat l-isem tas-sewwieq involut u l-grad ta’ responsabbiltà tiegħu fl-okkorrenza tal-inċident (totali, parzjali, jew xejn).

3.3.3.

Il-Kumitat għandu dubji dwar il-kontenut tad-dikjarazzjonijiet fil-kuntest ta’ leġislazzjoni nazzjonali li tkopri vettura irrispettivament mis-sewwieq, meta mqabbel mal-liġi li tipprevedi assigurazzjoni għal vettura b’sewwieq iddikjarat u pprezzat skont il-profil individwali tar-riskju u tar-rata ta’ inċidenti, jew inkella d-detentur tal-liċenzja, tkun xi tkun il-vettura użata.

3.3.4.

Il-Kumitat madankollu għandu dubji dwar is-sitwazzjoni tal-vetturi bil-mutur mingħajr sewwieq, jew possibbilment dwar il-kunċett ta’ “sewwieq” responsabbli meta l-vettura bil-mutur tkun misjuqa mill-bogħod.

3.3.5.

Il-Kumitat jinnota li l-Kummissjoni ma għandhiex il-ħsieb li tilleġisla dwar il-frodi tad-dokumenti marbuta mad-dikjarazzjonijiet tal-pretensjonijiet jew maċ-ċertifikati tal-assigurazzjoni.

3.3.6.

Il-Kumitat jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li tinħareġ dokumentazzjoni ta’ appoġġ sikura dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assigurazzjoni u r-rapporti tal-inċidenti, u biex tawtorizza l-użu ta’ bażi tad-data interkonnessa li tkun tista’ tiġi kkonsultata mill-pulizija biex jivverifikaw il-validità tagħhom.

3.3.7.

Il-Kumitat jinnota li l-Kummissjoni ma ssemmix kif se jiġi ffinanzjat l-istabbiliment ta’ dawn is-sistemi ta’ interkonnessjoni transfruntiera.

3.4.   Kontrolli fuq l-assigurazzjoni biex jitrażżan is-sewqan mingħajr assigurazzjoni.

3.4.1.

Il-Kumitat jilqa’ bi pjaċir il-proposta li jintużaw it-teknoloġiji tar-rikonoxximent tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni biex jiġu kkontrollati l-vetturi mingħajr ma jitwaqqfu, dment li l-kontrolli li jsiru jkunu jagħmlu parti minn sistema nazzjonali ġenerali ta’ kontrolli, ma jkunux diskriminatorji u ma jimponux li titwaqqaf il-vettura.

3.4.2.

Iżda l-Kummissjoni ma tgħid xejn dwar x’jiġri mill-vetturi li mhumiex koperti minn kuntratt ta’ assigurazzjoni u li jiġu individwati b’dan il-mod. Il-Kumitat jirrakkomanda li l-vettura tiġi immobilizzata sakemm jintwera ċertifikat tal-assigurazzjoni b’data ta’ skadenza tal-validità ta’ mill-inqas xahar.

3.4.3.

Il-Kummissjoni tispeċifika li dan il-kontroll fuq l-assigurazzjoni tal-vetturi malli jidħlu fit-territorju nazzjonali jirrikjedi l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri, u li għandhom jiġu garantiti d-drittijiet, il-libertajiet u l-interessi leġittimi tal-persuni kkonċernati minn din id-data skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR).

3.4.4.

Madankollu l-Kummissjoni ma tgħid xejn dwar l-operatur maniġerjali, kif ukoll dwar il-finanzjament tal-ispejjeż tal-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ bażi tad-data interkonnessa tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni validi jew invalidi.

3.5.   Armonizzazzjoni tal-ammonti minimi ta’ kopertura

3.5.1.

Il-Kumitat jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni dwar il-livelli limiti minimi differenti u li fuq kollox mhumiex konformi, peress li huma taħt il-limiti stabbiliti mid-Direttiva fi kważi nofs l-Istati Membri tal-UE.

3.5.2.

Lil hinn minn sempliċi rakkomandazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-limiti (5), il-Kumitat jirrakkomanda lill-Kummissjoni tistabbilixxi data finali għall-implimentazzjoni li tista’ tkun l-aħħar tal-2019 biex jitlestew il-livelli limiti minimi tal-kumpens, meta l-iskadenza tkun diġà nqabżet.

3.5.3.

Il-Kumitat jirrakkomanda li l-livelli ta’ kumpens (allokazzjonijiet għad-dannu) mogħtija jkunu l-aktar favorevoli għall-vittma, fost dawk tal-pajjiż fejn ikun seħħ l-inċident u dawk tal-pajjiż ta’ residenza.

3.6.   Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva

3.6.1.

Il-Kumitat jilqa’ bi pjaċir il-kjarifika dwar il-kunċett ta’ mezz tat-trasport fuq art pubblika jew privata, wieqaf jew miexi, minbarra l-użu esklużivament agrikolu. Madankollu, ikun jeħtieġ li jiġi żgurat li l-vetturi agrikoli li jinstaqu fit-toroq pubbliċi jkunu soġġetti għad-Direttiva.

3.7.   Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

3.7.1.

Il-Kumitat jinnota wkoll li l-proposti tal-Kummissjoni huma konformi mal-moviment liberu tal-persuni u tal-oġġetti, mal-prinċipji tas-suq intern li jiżguraw il-libertà tal-forniment tas-servizzi u l-libertà tal-istabbiliment tal-assiguraturi.

Brussell, id-19 ta’ Settembru 2018

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Luca JAHIER


(1)  https://ec.europa.eu/transparency/regdoc/rep/10102/2018/EN/SWD-2018-247-F1-EN-MAIN-PART-1.PDF.

(2)  ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11.

(3)  https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/initiatives/ares-2017-3714481_mt

(4)  Is-sentenzi Vnuk (2014 C-162/13), Rodrigues de Andrade (2017 C-514/16) u Torreiro (2017 C-334/16).

(5)  Id-Direttiva 84/5/KEE, emendata bid-Direttiva 2005/14/KE.


6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/90


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/… u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009”

[COM(2018) 286 final — 2018/0145 COD]

(2018/C 440/14)

Relatur:

Raymond HENCKS

Konsultazzjoni

Parlament Ewropew, 28.5.2018

Kunsill, 4.6.2018

Bażi legali

L-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Adottata fis-sezzjoni

4.9.2018

Adottata fil-plenarja

19.9.2018

Sessjoni plenarja Nru

537

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

193/1/2

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Matul l-aħħar deċennji, is-sikurezza fit-toroq fl-Unjoni Ewropea tjiebet b'mod sinifikanti bis-saħħa tat-tisħiħ tal-kodiċi tat-triq, tar-rekwiżiti li jirregolaw l-imġiba tas-sewwieqa u tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u t-taħriġ ta' sewwieqa professjonali, it-titjib fl-infrastrutturi tat-toroq u t-twettiq ta' servizzi ta' emerġenza, u rekwiżiti leġislattivi tal-UE aktar stretti rigward is-sikurezza tal-vetturi, li l-industrija tal-karozzi dejjem wieġbet għalihom b'soluzzjonijiet tekniċi innovattivi.

1.2

Madankollu, l-għadd ta' persuni li jinqatlu fit-toroq tal-UE għadu konsiderevolment ogħla mill-objettiv li l-UE stabbiliet fil-White Paper dwar it-Trasport tal-2011, jiġifieri li toqrob lejn l-objettiv ta' “mwiet żero” sal-2050, u li tnaqqas bin-nofs l-għadd ta' inċidenti fatali fit-toroq sal-2020.

1.3

Bosta inċidenti fit-toroq huma esklużivament kaġun ta' żball uman, ħafna drabi relatat ma' veloċità eċċessiva, l-aljenazzjoni jew sewqan taħt l-effett tal-alkoħol. Għalhekk jeħtieġ li ċ-ċittadini tal-UE jiġu mħeġġa aktar jew saħansitra mġiegħla biex jieħdu r-responsabbiltà primarja tas-sikurezza tagħhom stess u dik tal-utenti l-oħra tat-toroq fl-Unjoni billi jadottaw imġiba adatta.

1.4

Għaldaqstant għandu jiġi adottat approċċ integrat għas-sikurezza fit-toroq, li jkopri l-imġiba tas-sewwieqa, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-kompetenzi tas-sewwieqa professjonali, kif ukoll l-infrastrutturi. Is-sistemi ta' sikurezza fil-vetturi, li kapaċi jevitaw jew jikkoreġu l-iżbalji umani huma daqstant ieħor fattur kritiku tas-sikurezza.

1.5

Il-KESE jilqa' bi pjaċir il-fatt li l-Kummissjoni biħsiebha tagħmel firxa ġdida ta' miżuri ta' sikurezza avvanzati obbligatorji għall-vetturi kollha fil-forma ta' tagħmir standard għall-vetturi tat-triq, inklużi sistemi ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers, aġġustament intelliġenti tal-veloċità, sorveljanza fuq l-għeja u l-attenzjoni tas-sewwieq, detezzjoni tal-aljenazzjoni, detezzjoni ta' sewqan b'lura, sinjal ta' waqfa ta' emerġenza u bbrejkjar ta' emerġenza.

1.6

Il-KESE jaqbel ukoll li l-vetturi tqal tal-merkanzija u x-xarabanks għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' detezzjoni u twissija dwar il-preżenza ta' utenti tat-triq vulnerabbli fil-viċinanzi immedjati tan-naħat ta' quddiem u tal-lemin tal-vettura, li jitfasslu u jinbnew b'mod li jtejbu l-viżibbiltà ta' utenti tat-triq vulnerabbli mis-sedil tas-sewwieq u mgħammra b'sistema ta' twissija ta' devjazzjoni mill-karreġġata. Jilqa' bi pjaċir ukoll l-obbligu addizzjonali li jitfasslu u jinbnew xarabanks li jkunu aċċessibbli wkoll għal persuni b'inqas mobbiltà, inklużi dawk li jużaw is-siġġu tar-roti.

1.7

Min-naħa l-oħra, wieħed jistaqsi għaliex il-Kummissjoni ma timponix alkometru li jaffettwa l-istartjar tal-vettura u tipprevedi li sempliċement tiffaċilita l-installazzjoni ta' tali alkometru. Il-KESE jemmen li t-test bl-alkometru għandu jkun obbligatorju u mhux biss għażla.

1.8

Barra minn hekk, il-KESE jirrakkomanda li jiġi previst reġistratur tal-avvenimenti (inċidenti) wkoll għat-trakkijiet, għall-vetturi tqal tal-merkanzija u għax-xarabanks, peress li anke jekk it-takografi diġà jagħtu xi data dwar is-sewqan, dawn ma jaħżnux id-data kruċjali ta' matul u ta' wara l-inċident.

1.9

Fl-aħħar nett, il-KESE jinnota b'dispjaċir li s-sistemi ta' sikurezza aktar stretti minn dawk li timponi l-leġislazzjoni Ewropea, li l-manifatturi jinstallaw fuq bażi volontarja, spiss ikunu limitati għall-mudelli tal-aqwa kwalità, b'detriment għal mudelli orħos li jkunu nieqsa minn miżuri ta' sikurezza avvanzati mhux obbligatorji. Dan ifisser li mhux iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom aċċess għal karozzi b'livell ta' sikurezza ekwivalenti. Sabiex dan jiġi indirizzat, il-KESE jirrakkomanda li, fir-rigward tar-Regolament inkwistjoni, il-Kummissjoni Ewropea timponi l-adattament tal-istandards Ewropej għall-evoluzzjoni teknoloġika malajr kemm jista' jkun.

1.10

Dan japplika wkoll għall-vetturi tqal tal-merkanzija u għax-xarabanks, b'mod partikolari fir-rigward tas-sistema ta' detezzjoni u twissija dwar il-preżenza ta' utenti tat-triq fil-viċinanzi immedjati tan-naħat ta' quddiem u tal-lemin tal-vettura, li l-installazzjoni tagħha hija prevista mill-proposta għal regolament, u li iżda issa għandha wkoll issir obbligatorja fl-iqsar żmien possibbli.

2.   Introduzzjoni

2.1

Matul l-aħħar deċennji, is-sikurezza fit-toroq tjiebet b'mod sinifikanti, l-aktar minħabba sistemi ta' sikurezza avvanzati fil-vetturi, it-titjib fl-infrastrutturi tat-toroq, it-tisħiħ tal-kodiċi tat-triq, il-kampanji ta' sensibilizzazzjoni għas-sewwieqa, u l-ħeffa u l-kompetenza tas-servizzi ta' emerġenza.

2.2

Madankollu, bejn l-Istati Membri differenti għad hemm differenzi sostanzjali, u dan minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea li, permezz tal-programmi u l-linji gwida differenti tagħha, tfittex li tarmonizza r-regoli tas-sikurezza mal-Unjoni Ewropea kollha.

2.3

Pereżempju:

is-sinjali tat-toroq u l-età minima tas-sewqan mhumiex l-istess kullimkien;

l-użu ta' telefon ċellulari waqt is-sewqan b'sett 'hands free' huwa permess f'xi pajjiżi;

il-livell permissibbli ta' alkoħol fid-demm ivarja, skont l-Istati Membri, bejn tolleranza żero u ċertu approċċ permissiv;

il-livelli limiti tal-veloċità huma differenti;

it-tagħmir tas-sikurezza meħtieġ għaċ-ċiklisti (elmi) u għas-sewwieqa (ġakketta tas-sikurezza fluworexxenti, trijangolu ta' twissija ta' periklu, kitt tal-ewwel għajnuna, apparat tat-tifi tan-nar) mhumiex l-istess kullimkien.

2.4

Fl-2017, l-għadd ta' persuni li nqatlu fit-toroq tal-UE kien 25 300, jiġifieri tnaqqis ta' 2 % f'sena (1), iżda li madankollu xorta baqa' fil-biċċa l-kbira insuffiċjenti biex jitnaqqas b’mod sinifikanti l-għadd ta' mwiet fit-toroq (2), sabiex noqorbu lejn l-objettiv ta' “mwiet żero” fit-trasport bit-triq sal-2050.

2.5

Is-sena li għaddiet madwar 135 000 persuna weġġgħu serjament (3), ħafna minnhom persuni bil-mixi, ċiklisti u sewwieqa tal-muturi, li jitqiesu bħala utenti partikolarment vulnerabbli mill-Kummissjoni.

2.6

Skont il-Kummissjoni Ewropea, l-ispiża soċjoekonomika tal-inċidenti fit-toroq hija stmata għal EUR 120 biljun fis-sena (trattamenti mediċi, inkapaċità għax-xogħol, eċċ.).

3.   Il-proposta tal-Kummissjoni

3.1

Din l-inizjattiva hija parti mit-tielet pakkett ta' mobbiltà dwar “L-Ewropa Attiva”, li għandha l-għan li tagħmel il-mobbiltà Ewropea aktar sikura u aktar aċċessibbli, l-industrija Ewropea aktar kompetittiva u l-impjiegi Ewropej aktar sikuri, u twassal għal adattament aħjar għall-imperattiv tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, b'mod partikolari billi ssaħħaħ ir-rekwiżiti dwar l-apparat tas-sikurezza fil-vetturi tat-triq.

3.2

Peress li d-dispożizzjonijiet attwali li jirrigwardaw il-proċedura tal-approvazzjoni tal-UE tat-tip ta' vettura fil-qafas tal-protezzjoni tal-persuni bil-mixi u tas-sikurezza tal-idroġenu huma, fil-biċċa l-kbira, antikwati minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi, ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009 (protezzjoni tal-persuni bil-mixi), (KE) Nru 79/2009 (vetturi bil-mutur li jaħdmu bl-idroġenu) u (KE) Nru 661/2009 (rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur,) huma mħassra u sostitwiti bid-dispożizzjonijiet ekwivalenti tar-Regolamenti tan-NU u l-emendi tagħhom, li l-Unjoni vvotat favurihom jew inkella applikat, f'konformità mad-Deċiżjoni 97/836/KE.

3.3

B'mod ġenerali, il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament għas-Sikurezza Ġenerali tal-Vetturi (RSĠ) jinżamm, iżda fil-livell tal-karatteristiċi tas-sikurezza attwalment applikabbli għal vetturi b'eżenzjonijiet korrispondenti, il-kamp ta' applikazzjoni qed jiġi estiż biex ikopri l-kategoriji kollha ta' vetturi u biex jabolixxi l-eżenzjonijiet attwali relatati ma' vetturi utilitarji sportivi (SUVs) u ma' vannijiet.

3.4

L-abbozz tar-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi ġenerali applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati, u jipprovdi lista ta' oqsma ta' sikurezza, li għalihom hemm żviluppati regoli dettaljati (jew għandhom jiġu żviluppati) ulterjorment fil-leġislazzjoni sekondarja. Ir-Regolamenti kollha tan-NU dwar is-sikurezza fit-toroq applikabbli fuq bażi obbligatorja fl-UE huma inklużi f'anness għall-abbozz tar-Regolament inkwistjoni.

3.5

Din il-proposta tipprevedi wkoll li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tiddefinixxi regoli u rekwiżiti tekniċi dettaljati permezz ta' atti delegati.

3.6

Il-kamp ta' applikazzjoni attwali tal-obbligu li l-karozzi tal-passiġġieri jiġu mgħammra b'sistema ta' monitoraġġ fuq il-pressjoni tat-tajers ġie estiż għall-kategoriji kollha tal-vetturi.

3.7

Serje ta' apparati ta' sikurezza avvanzati, bħall-aġġustament intelliġenti tal-veloċità, is-sistemi ta' sorveljanza fuq l-għeja u l-attenzjoni tas-sewwieq jew id-detezzjoni tal-aljenazzjoni, id-detezzjoni ta' sewqan b'lura, is-sinjal ta' waqfa ta' emerġenza, l-iffaċilitar tal-installazzjoni tal-alkometru li jaffettwa l-istartjar tal-vettura, u s-sistema avvanzata tal-ibbrejkjar ta' urġenza saru obbligatorji għall-vetturi kollha.

3.8

Il-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief ukoll għandhom ikunu mgħammra b'dawn li ġejjin:

reġistratur tad-data tal-avveniment (tal-inċident),

sistema ta' żamma ta' direzzjoni fil-karreġġata, u

protezzjoni frontali mfassla u mibnija biex tipprovdi lill-utenti vulnerabbli tat-triq żona estiża ta' protezzjoni kontra l-impatt ma' rashom.

It-trakkijiet u l-vetturi tqal tal-merkanzija (kategoriji N2 u N3) u x-xarabanks (kategoriji M2 u M3) għandhom ikunu mgħammra b'dawn li ġejjin:

sistema ta' detezzjoni u twissija dwar il-preżenza ta' utenti tat-triq vulnerabbli li jkunu fil-viċinanzi immedjati tan-naħat ta' quddiem u tal-lemin tal-vettura, li jitfasslu u jinbnew b'mod li jtejbu l-viżibbiltà ta' utenti tat-triq vulnerabbli mis-sedil tas-sewwieq, u

sistema ta' twissija ta' devjazzjoni mill-karreġġata.

Barra minn hekk, ix-xarabanks għandhom ikunu mfassla u mibnija b'mod li jkunu aċċessibbli għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, inklużi dawk li jużaw is-siġġu tar-roti.

Il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifikati fl-Anness V ta' dan ir-Regolament.

Rigward il-vetturi awtomatizzati, regoli u rekwiżiti tekniċi dettaljati ta' sikurezza għandhom jiġu żviluppati ulterjorment biex iservu bħala bażi għall-iskjerament tal-vetturi awtomatizzati.

4.   Kummenti ġenerali

4.1

Il-KESE jfaħħar lill-Kummissjoni talli għamlet obbligatorji firxa ġdida ta' miżuri ta' sikurezza avvanzati bħala tagħmir standard għall-vetturi tat-triq. Madankollu, jixtieq ifakkar li flimkien mar-reviżjonijiet tal-istandards minimi obbligatorji għall-karozzi ġodda mibjugħa fis-suq Ewropew, jeħtieġ li ċ-ċittadini tal-UE jiġu mħeġġin aktar u saħansitra mġiegħlin jassumu r-responsabbiltà primarja tas-sikurezza tagħhom stess u dik tal-utenti l-oħra tat-toroq fl-UE permezz ta' mġiba adatta.

4.2

Hemm ir-riskju li, għalkemm il-miżuri l-ġodda rigward l-apparat ta' sikurezza fil-vetturi huma siewja u meħtieġa, dawn se jkollhom biss effett limitat fuq it-tnaqqis imsemmi ta’ inċidenti serji fit-toroq, fin-nuqqas ta’ miżuri oħra komplementari dwar l-imġiba tal-utenti, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kompetenzi tax-xufiera professjonali, u l-infrastrutturi tat-toroq. Il-persistenza ta' għadd kbir ta' inċidenti fit-toroq, li tirriżulta f'għadd kbir ta' mwiet u korrimenti serji tirrikjedi aġġustament dinamiku addizzjonali fil-politika dwar is-sikurezza fit-toroq li, minbarra li ssaħħaħ ir-rekwiżiti dwar l-apparat ta' sikurezza fil-vetturi tat-triq u tinkludi miżuri preventivi, tkun tinkludi wkoll miżuri ta’ prevenzjoni u miżuri dissważivi kontra dawk kollha li ma jsegwux ir-regoli u li jipperikolaw il-ħajja tagħhom u dik ta' ħaddieħor.

4.3

Il-KESE jemmen li anke jekk it-teknoloġiji interattivi tas-sewwieqa u s-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS) għandhom jiġu promossi, m'għandniex nistennew li l-mobbiltà tal-ġejjieni, speċjalment is-sistemi ta' trasport intelliġenti u s-sistemi tas-sewqan totalment awtomatizzat, se jirnexxielha, f'medda qasira u medja ta' żmien, tindirizza l-isfidi li għandna bħalissa.

4.4

Skont il-Kummissjoni, il-qafas rivedut se jkun adattat aħjar biex tittejjeb il-protezzjoni ta' utenti vulnerabbli tat-triq. L-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament jiddefinixxi l-utent vulnerabbli bħala “utent tat-triq fuq vettura motorizzata b'żewġ roti jew utent tat-triq mhux motorizzat, bħal ċiklist jew persuna bil-mixi”. Il-KESE jqis li din id-definizzjoni mhux bilfors tkopri lill-kategoriji kollha f'“riskju għoli”, inklużi fost oħrajn persuni intrinsikament fraġli minħabba l-età (tfal, anzjani) jew b'xi diżabbiltà.

4.5

Huwa rikonoxxut li r-riskji għall-utenti tat-triq huma prinċipalment ikkaġunati mill-imġiba tas-sewwieqa (veloċità eċċessiva, abbuż minn alkoħol jew drogi, l-użu ta' tagħmir elettroniku portabbli waqt is-sewqan tal-vettura, mumenti ta' distrazzjoni, il-kondizzjoni fiżika tas-sewwieqa, ħin ta' sewqan twil wisq, nuqqas ta' konformità mal-perjodi ta' mistrieħ) u minn infrastrutturi mhux adatti (nuqqas ta' spazji riżervati għall-persuni bil-mixi, nuqqas ta' dawl adattat għas-sitwazzjoni).

4.6

Għaldaqstant, il-KESE jaqbel li biex tipprevjeni xi wħud minn dawn il-perikli, il-Kummissjoni għandha timponi l-installazzjoni sistematika fil-karozzi ġodda ta':

sistema ta' kontroll adattiva u ta’ aġġustament intelliġenti tal-veloċità li, minbarra l-aspett tas-sikurezza, tinkoraġġixxi sewqan li jiffavorixxi l-iffrankar fl-użu tal-karburant u b’hekk li jnaqqas it-tniġġis,

sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers,

sistemi avvanzati ta' sorveljanza fuq l-għeja tas-sewwieq u d-detezzjoni tal-aljenazzjoni.

4.7

Min-naħa l-oħra, wieħed jistaqsi għaliex il-Kummissjoni ma timponix alkometru li jaffettwa l-istartjar tal-vettura u tipprevedi li sempliċement tiffaċilita l-installazzjoni ta' tali alkometru. Skont studju minn “Verband der TÜV e.V” (4), 11 % tal-inċidenti fl-2016 ġew ikkaġunati minn sewwieqa li nstab li kienu xurbana. Meta jitqies li l-għadd ta' każi ta' sewqan fi stat xurban mhux irreġistrati huwa fi proporzjon ta' 1 f'600, l-għadd ta' inċidenti kkaġunati mill-abbuż tal-alkoħol huwa stmat għal aktar minn 25 %. Il-KESE jemmen li t-test tal-alkometru m'għandux ikun limitat għal dawk reċidivi b'liċenzja sospiża permezz ta' sentenza tal-qorti minħabba sewqan fi stat xurban jew taħt l-influwenza tad-drogi, iżda għandu jkun obbligatorju b'mod ġenerali.

4.8

Il-KESE jirrakkomanda li jiġi previst reġistratur tal-avvenimenti (inċidenti) wkoll għat-trakkijiet u għax-xarabanks, peress li anke jekk it-takografi ta' dawn il-vetturi diġà jipprovdu xi data dwar is-sewqan, dawn ma jaħżnux id-data kruċjali ta' matul u ta' wara l-inċident.

4.9

Skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, fl-anness għall-proposta tar-Regolament inkwistjoni, f'perjodu ta' sittax-il sena, huwa mistenni li l-introduzzjoni ta' apparati ta' sikurezza ġodda fuq rakkomandazzjoni se tnaqqas l-għadd ta' mwiet u korrimenti serji b'24 794 u 140 740 rispettivament. Il-KESE jistaqsi jekk hemmx ir-riskju li dawn l-estimi, b’numri preċiżi, jitqiesu bħala ftit li xejn kredibbli, u li jagħmlu ħsara lill-valur miżjud ġenerali tal-istudju tal-impatt.

4.10

Fl-aħħar nett, il-KESE jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-manifatturi qed jiżviluppaw, fuq bażi volontarja, vetturi b'livelli ta' sikurezza ogħla minn dawk li timponi l-leġislazzjoni Ewropea. Sfortunatament, dan it-titjib spiss ikun limitat għall-mudelli tal-ogħla kwalità li jinxtraw fis-swieq ewlenin tal-Istati Membri, b'detriment għal mudelli orħos li jkunu nieqsa minn miżuri ta' sikurezza avvanzati mhux obbligatorji. Dan ifisser li mhux iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom aċċess għal karozzi b'livell ta' sikurezza ekwivalenti. Sabiex dan jiġi indirizzat, il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea timponi l-adattament tal-istandards Ewropej għall-evoluzzjoni teknoloġika malajr kemm jista' jkun.

Dan japplika wkoll għall-vetturi tqal tal-merkanzija u għax-xarabanks, b'mod partikolari fir-rigward tas-sistema ta' detezzjoni u twissija dwar il-preżenza ta' utenti tat-triq fil-viċinanzi immedjati tan-naħat ta' quddiem u tal-lemin tal-vettura (blind spot), li l-installazzjoni tagħha għandha wkoll issir obbligatorja fl-iqsar żmien possibbli.

Brussell, id-19 ta’ Settembru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Luca JAHIER


(1)  Stqarrija għall-Istampa mill-Kummissjoni fl-10 ta' April 2018 IP/18/2761.

(2)  Stqarrija għall-Istampa mill-Kummissjoni fl-10 ta' April 2018 IP/18/2761.

(3)  Stqarrija għall-Istampa mill-Kummissjoni fl-10 ta' April 2018 IP/18/2761.

(4)  https://etsc.eu/wp-content/uploads/5_VdTÜV_DeVol_Brussels.PPT_17.06.18.pdf.


6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/95


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkomplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni”

[COM(2018) 397 final — 2018/0220 (COD)]

(2018/C 440/15)

Relatur:

Séamus BOLAND

Konsultazzjoni

Parlament Ewropew, 2.7.2018

Kunsill, 3.7.2018

Bażi legali

Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Adottata fis-sezzjoni

4.9.2018

Adottata fil-plenarja

19.9.2018

Sessjoni plenarja Nru

537

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

198/0/7

1.   Konklużjonijiet

1.1.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkomplimenta l-leġislazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

1.2.

Il-KESE jemmen li l-proposta tiffoka fuq il-passi prattiċi meħtieġa biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi reali għall-industrija tal-manifattura u d-distribuzzjoni tal-vetturi u għall-konsumaturi bħala riżultat ta’ bidliet legali inevitabbli fi kwistjonijiet marbutin maċ-ċertifikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip mill-awtoritajiet tar-Renju Unit abbażi tal-liġijiet tal-UE.

1.3.

F’dan il-kuntest, il-KESE jemmen li din il-proposta għandha sservi ta’ mudell għal bosta ftehimiet simili oħra meħtieġa bħala konsegwenza tal-Brexit.

1.4.

Il-KESE jirrakkomanda li l-ftehim li jintlaħaq dwar din il-proposta jirrikonoxxi li hemm bżonn ta’ żmien raġonevoli qabel ma tiġi infurzata l-implimentazzjoni sħiħa tas-sistema l-ġdida. B’mod ġenerali, l-iskadenza tad-29 ta’ Marzu għat-tmiem tas-sħubija hija restrittiva wisq u għandha tiġi estiża abbażi ta’ qbil bejn ir-Renju Unit u l-UE.

1.5.

Il-KESE jaċċetta li wara t-tmiem tas-sħubija tar-Renju Unit l-aġenziji tar-Renju Unit tal-approvazzjoni tat-tip ma jistgħux jibqgħu jiċċertifikaw vetturi skont il-leġislazzjoni tal-UE u li l-manifatturi bbażati fir-Renju Unit ser ikollhom ifittxu l-approvazzjoni minn kwalunkwe waħda mis-27 aġenzija bbażati fl-UE. Filwaqt li josserva li l-Gvern tar-Renju Unit jemmen li l-aġenzija tiegħu għandha tiġi rikonoxxut mil-lat internazzjonali bħala aġenzija tal-approvazzjoni tat-tip, il-KESE jirrakkomanda li għandha tiġi ċċarata kwalunkwe konfużjoni dwar dan il-punt.

1.6.

Il-KESE jinnota li din il-proposta se tiġi implimentata fi ħdan parametri kif stabbilit fil-ftehim globali nnegozjat dwar tmiem is-sħubija. Għalhekk jirrakkomanda li din il-proposta ma tiġix dilwita bi kwalunkwe mod.

1.7.

Il-KESE jinnota li, fi ħdan l-Unjoni, jista’ jkun hemm tibdil u emendi għad-direttivi abbażi ta’ teknoloġija ġdida, informazzjoni ġdida u l-bqija. Għalhekk, jirrakkomanda li jkun hemm il-flessibbiltà meħtieġa fi ħdan il-ftehimiet sabiex ikunu jistgħu jseħħu negozjati adatti.

1.8.

Il-KESE jirrakkomanda li l-ftehimiet globali kollha dwar il-kummerċ, kif ukoll tmiem is-sħubija, iqisu s-suq kbir li jeżisti fl-UE u fir-Renju Unit u li l-ftehimiet kollha għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda tfixkil negattiv ta’ dan is-suq.

1.9.

Il-KESE jirrakkomanda bil-qawwa li s-sistemi ta’ informazzjoni, it-taħriġ u l-pariri meħtieġa jkollhom il-mezzi suffiċjenti u jkunu disponibbli b’mod trasparenti disponibbli għas-sezzjonijiet kollha tal-industrija inklużi l-partijiet interessati tal-konsumaturi u dawk ambjentali.

1.10.

Il-KESE jaċċetta li, filwaqt li “d-drittijiet fundamentali” mhumiex affettwati minn din il-proposta, id-drittijiet tal-konsumatur dejjem se jkunu preokkupazzjoni u għalhekk jirrakkomanda li dan jiġi rikonoxxut matul l-implimentazzjoni.

2.   Kummenti ġenerali

2.1.

Fit-23 ta’ Ġunju 2016, wara referendum dwar is-sħubija fl-UE, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq iddeċidew li joħorġu mill-Unjoni Ewropea. Din id-deċiżjoni tinkludi l-Ġibiltà.

2.2.

Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit għarraf lill-UE bl-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni, abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Ladarba ġie attivat dan l-artikolu, ġie stabbilit proċess ta’ negozjati dwar tmiem is-sħubija, bil-għan li jkun hemm ġestjoni b’suċċess tal-arranġamenti legali kumplessi l-ġodda.

2.3.

Ladarba jkun hemm qbil dwar dan, huwa previst li mill-30 ta’ Marzu 2019 ’l quddiem, ir-Renju Unit mhux se jibqa’ membru tal-UE u se jsir pajjiż terz, sakemm il-ftehim ma jipproponix data ġdida.

2.4.

Huwa mifhum li l-ħruġ mis-sħubija se joħloq il-ħtieġa li jissolvew bosta kwistjonijiet prattiċi fir-rigward tar-regolazzjoni tal-beni u s-servizzi fil-livell tal-UE. B’mod partikolari, l-aġenziji tal-approvazzjoni tat-tip ibbażati fir-Renju Unit mhux se jibqa’ jkollhom rwol bħala regolatur tal-UE mid-data tat-tmiem tas-sħubija ’l quddiem. Dan imbagħad ikollu konsegwenzi fuq ir-regolazzjoni eżistenti u futura tal-beni, inklużi dawk li diġà ġew approvati.

2.5.

Madankollu, għandu jiġi osservat li l-pożizzjoni preċiża tar-Renju Unit fir-rigward tal-aġenzija tal-approvazzjoni tat-tip fir-Renju Unit ser tkun is-suġġett tal-ftehim globali nnegozjat li għadu għaddej.

2.6.

Fost il-ħafna implikazzjonijiet, insibu t-tfixkil tal-ktajjen tal-provvista tal-prodotti differenti, li huma sintonizzati sew biex iwasslu l-beni b’mod kosteffiċjenti u fil-ħin fl-Istati Membri kollha, inkluża l-Gran Brittanja.

2.7.

Il-proposta hija wkoll konxja ferm tal-ħtieġa li jinżammu l-istandards kollha tal-kwalità kif ukoll li jiġi żgurat li ma jiġux dilwiti l-istandards ambjentali u dawk relatati mal-konsumatur.

2.8.

Din il-proposta tista’ faċilment isservi bħala mudell għal ftehimiet oħra simili u f’dan il-kuntest huwa essenzjali li jkollha l-appoġġ tal-partijiet interessati kollha u tal-pubbliku usa’.

2.9.

Din il-proposta tgħid li ma hemmx konsegwenzi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Madankollu, il-KESE josserva li l-bidliet fl-istrutturi tar-regolazzjoni strutturi li jaffettwaw il-beni dejjem se jkollhom implikazzjonijiet għall-konsumaturi.

2.10.

Din l-Opinjoni ser tiffoka fuq is-sitwazzjoni li tikkonċerna s-sistema tal-approvazzjoni tat-tip kif applikata għall-magni bil-mutur, il-vetturi involuti fit-trasport tal-merkanzija, kif ukoll il-magni li jintużaw f’makkinarju fiss.

3.   Kontenut essenzjali tal-proposta tal-Kummissjoni

3.1.

Il-proposta tal-Kummissjoni tfittex li tittratta l-qafas leġislattiv tal-UE li jirregola s-sistema tal-approvazzjoni tat-tip kif tapplika għal għadd ta’ prodotti, li mhux ser jibqa’ japplika għar-Renju Unit ma’ tmiem is-sħubija fl-Unjoni.

3.2.

B’mod speċifiku, u soġġetta għall-arranġamenti tranżitorji li jistgħu jsiru fil-ftehim dwar tmiem is-sħubija, il-proposta tal-Kummissjoni tgħid li l-leġislazzjoni li ġejja ser tiġi affettwata:

Id-Direttiva 2007/46/KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet (li trid tinbidel b’Regolament li se jkun applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2020);

Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 dwar l-approvazzjoni tat-tip tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli;

Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija; u

Ir-Regolament (UE) 2016/1628 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ magni għall-użu f’makkinarju mobbli mhux tat-triq.

3.3.

Il-proposta tagħmilha ċara wkoll li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip eżistenti fir-Renju Unit mhux ser tkun tista’ tkompli bħala tali skont il-leġislazzjoni tal-UE. Għalhekk, sabiex titkompla l-konformità mal-leġislazzjoni tal-UE u biex jinżamm l-aċċess għas-swieq Ewropej, il-manifatturi li kisbu l-approvazzjonijiet fir-Renju Unit ser jeħtieġu approvazzjonijiet ġodda minn kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fl-UE 27. Dan jinkludi prodotti diġà fil-produzzjoni.

3.4.

Filwaqt li hemm implikazzjonijiet konsiderevoli għar-rwol futur tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip fir-Renju Unit, hemm preokkupazzjonijiet serji dwar il-futur tal-manifattura tal-vetturi fir-Renju Unit u, min-naħa l-oħra, fi ħdan l-UE. Dawn il-preokkupazzjonijiet jirrigwardaw prinċipalment l-inċertezza legali tal-approvazzjonijiet tat-tip fir-Renju Unit u d-dilwizzjoni ta’ wieħed mill-prinċipji ewlenin tar-regolazzjoni, li huwa ż-żamma tal-konsistenza regolatorja madwar l-Unjoni Ewropea kollha.

3.5.

Il-proposta għandha l-għan li tindirizza dawn il-kwistjonijiet billi tagħmel modifika temporanja tar-regoli eżistenti, sabiex il-manifatturi milquta jkunu jistgħu japplikaw għal kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tal-UE-27 għall-approvazzjoni bl-inqas inkonvenjent possibbli. Il-punti ewlenin tagħha huma li:

B’mod espliċitu tippermetti lill-manifatturi kkonċernati japplikaw għand awtorità tal-approvazzjoni tat-tip mill-UE-27 għal approvazzjonijiet ġodda għal tipi eżistenti;

Tippermetti li t-testijiet li fuqhom huma bbażati l-approvazzjonijiet tat-tip tar-Renju Unit ma jkollhomx għalfejn jiġu ripetuti minħabba li s-servizz tekniku ma kienx inħatar u ma kienx ġie nnotifikat minn qabel mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE-27;

Tipprevedi li dawn l-approvazzjonijiet jistgħu jingħataw jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati ġodda, u mhux ir-rekwiżiti għal tipi ġodda;

Tipproponi li tgħin biex jiġu identifikati l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ġodda għal dawk il-prodotti li jkunu diġà fis-suq qabel il-ħruġ, biex jiġi evitat li l-ebda awtorità ma tkun inkarigata li twettaq kontrolli ta’ konformità waqt is-servizz jew toħroġ sejħa lura ta’ prodott mis-suq possibbli fil-futur.

3.6.

Il-proposta tal-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ħtieġa li l-konsumaturi jiġu protetti fir-rigward tas-sikurezza tal-vetturi u ż-żamma tal-istandards ambjentali.

3.7.

Il-proposta tagħmilha ċar li l-ħidma tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ma tispiċċax mal-produzzjoni jew mat-tqegħid fis-suq ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, iżda testendi għal diversi snin wara t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-prodotti.

4.   Kummenti

4.1.

Il-manifatturi tal-karozzi jeħtieġu ċertifikati ġodda għal mudelli ġodda, li jiġu rilaxxati bejn wieħed u ieħor kull seba’ snin, iżda wkoll għal alterazzjonijiet sostanzjali ta’ disinn jew magna li jistgħu jseħħu aktar ta’ spiss. Dan jenfasizza b’mod ċar l-urġenza li jiġi żgurat li, wara l-Brexit, ikun hemm riallinjament bla xkiel tal-mekkaniżmi regolatorji meħtieġa għall-produzzjoni tagħhom.

4.2.

Madwar 56 % tal-esportazzjonijiet tal-vetturi tar-Renju Unit imorru lejn l-Ewropa; madwar 7 % biss tal-esportazzjonijiet Ewropej tal-vetturi jmorru lejn ir-Renju Unit. Madankollu, id-data għall-kejl tal-funzjonijiet tas-suq kif applikati għall-provvista tal-ispare parts tissuġġerixxi sensiela aktar kumpless ta’ arranġamenti li jeħtieġu reġim regolatorju bla xkiel.

4.3.

Il-KESE jinnota li minkejja l-pubblikazzjoni ta’ din il-proposta, l-effett tagħha ma jistax jiġi vvalutat minħabba l-inċertezza kbira tan-negozjati attwali bejn l-UE u r-Renju Unit.

4.4.

Il-KESE jemmen li l-proposta hija aktar adattata biex jirnexxu n-negozjati għal ftehim bejn il-Gran Brittanja u l-UE li permezz tiegħu jkun hemm ftehim suffiċjenti biex jiġu implimentati miżuri li jippermettu li l-kummerċ iseħħ f’ċerta forma fi ħdan unjoni doganali u/jew suq uniku.

4.5.

Il-KESE jaqbel mal-istqarrija ppubblikata mill-House of Commons (il-ħames rapport tas-sessjoni 2017-2019, bl-isem “The impact of Brexit on the automotive sector” – L-impatt tal-Brexit fuq is-settur tal-karozzi) li tgħid li huwa diffiċli wieħed jara kif jagħmel sens mil-lat ekonomiku li l-manifatturi multinazzjonali tal-volumi – il-biċċa l-kbira tas-settur tal-karozzi tar-Renju Unit –jibbażaw il-produzzjoni fir-Renju Unit f’każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim jew f’każ ta’ tariffi tad-WTO. Għalhekk, f’każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim, ikun jeħtieġ li l-proposta tiġi riveduta b’mod li jiġi żgurat li tkun robusta biżżejjed biex titħejja għal tali sitwazzjoni.

4.6.

Għad ma hemmx qbil s’issa bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni eżatta f’dak li jikkonċerna r-rwol futur tal-korp tal-approvazzjoni tat-tip. Il-KESE jemmen li s-soluzzjoni ta’ din il-kwistjoni hija essenzjali jekk irridu li r-reġim regolatorju l-ġdid jagħmel suċċess.

5.   Sfidi

5.1.