ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 436

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
3 ta' Diċembru 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 436/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 436/02

Kawża C-207/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Tarragona – Spanja) – Proċedura mibdija minn Ministerio Fiscal (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Komunikazzjonijiet elettroniċi — Ipproċessar ta’ data personali — Direttiva 2002/58/KE — Artikoli 1 u 3 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi — Protezzjoni — Artikoli 5 u 15(1) — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 7 u 8 — Data pproċessata fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali għad-data għal finijiet ta’ investigazzjoni — Livell ta’ gravità tal-ksur li jista’ jiġġustifika l-aċċess għad-data)

2

2018/C 436/03

Kawża C-571/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Nikolay Kantarev vs Balgarska Narodna Banka (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Skemi ta’ garanzija għal depożiti — Direttiva 94/19/KE — Artikolu 1(3)(i) — Artikolu 10(1) — Kunċett ta’ depożitu mhux disponibbli — Responsabbiltà ta’ Stat Membru għal danni kkawżati liċ-ċittadini minn ksur tad-dritt tal-Unjoni — Ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni — Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali — Artikolu 4(3) TUE — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)

3

2018/C 436/04

Kawża C-652/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Administrativen sad Sofia-grad – Il-Bulgarija) – Nigyar Rauf Kaza Ahmedbekova, Rauf Emin Ogla Ahmedbekov vs Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika komuni fil-qasam tal-ażil u tal-protezzjoni sussidjarja — Standards marbuta mal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti miċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew mill-persuni mingħajr Stat sabiex ikun jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali — Direttiva 2011/95/UE — Artikoli 3, 4, 10 u 23 — Applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali ppreżentati separatament minn membri ta’ familja waħda — Evalwazzjoni individwali — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ theddid li jaffettwa membru tal-familja fil-kuntest tal-evalwazzjoni individwali tal-applikazzjoni ta’ membru ieħor tal-familja — Standards iktar favorevoli li jistgħu jinżammu jew jiġu adottati mill-Istati Membri sabiex jestendu l-ażil jew il-protezzjoni sussidjarja għall-membri tal-familja tal-benefiċċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali — Evalwazzjoni tal-motivi tal-persekuzzjoni — Parteċipazzjoni ta’ ċittadin tal-Azerbajġan fil-preżentazzjoni ta’ rikors kontra pajjiżu quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Regoli proċedurali komuni — Direttiva 2013/32/UE — Artikolu 46 — Dritt għal rimedju effettiv — Eżami sħiħ u ex nunc — Motivi tal-persekuzzjoni jew elementi fattwali li ma ġewx żvelati quddiem l-awtorità responsabbli għad-determinazzjoni iżda invokati fil-kuntest tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni adottata minn din l-awtorità)

4

2018/C 436/05

Kawża C-668/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/40/KE — Emissjonijiet minn sistemi ta’ klimatizzazzjoni ta’ vetturi bil-mutur — Artikolu 5(4) u (5) — Direttiva 2007/46/KE — Approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur — Artikoli 12, 19, 30 u 46 — Vetturi mhux konformi mar-rekwiżiti tekniċi — Responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali)

6

2018/C 436/06

Kawża C-12/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – Tribunalul Botoşani, Ministerul Justiţiei vs Maria Dicu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Direttiva 2003/88/KE — Dritt għal-leave annwali mħallas — Direttiva 2010/18/UE — Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri [parentali] — Leave parentali mhux meqjus li huwa perijodu ta’ xogħol effettiv)

7

2018/C 436/07

Kawża C-56/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – Bahtiyar Fathi vs Predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Artikolu 3 — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ talba għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali mingħajr deċiżjoni espliċita dwar id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina — Direttiva 2011/95/UE — Artikoli 9 u 10 — Motivi ta’ persekuzzjoni abbażi tar-reliġjon — Prova — Leġiżlazzjoni Iranjana dwar l-apostasija — Direttiva 2013/32/UE — Artikolu 46(3) — Rikors effettiv)

7

2018/C 436/08

Kawża C-73/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Ottubru 2018 – Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Parlament Ewropew (Rikors għal annullament — Dritt istituzzjonali — Protokoll dwar il-Lokalità tas-Sede tal-Istituzzjonijiet u ta’ ċerti Organi, Korpi u Dipartimenti tal-Unjoni Ewropea — Il-Parlament Ewropew — Kunċett ta’ sessjoni tal-baġit li tinżamm fi Strasbourg (Franza) — Artikolu 314 TFUE — Eżerċizzju tas-setgħa baġitarja matul sessjoni parzjali plenarja addizzjonali fi Brussell (il-Belġju))

8

2018/C 436/09

Kawża C-105/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Komisia za zashtita na potrebitelite vs Evelina Kamenova (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 2005/29/KE — Artikolu 2(b) u (d) — Direttiva 2011/83/UE — Artikolu 2(2) — Kunċetti ta’ kummerċjant u ta’ “prattiki kummerċjali)

9

2018/C 436/10

Kawża C-191/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Bundeskammer für Arbeiter und Angestellte vs ING-DiBa Direktbank Austria Niederlassung der ING-DiBa AG (Direttiva 2007/64/KE — Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern — Kunċett ta’ kont ta’ ħlas — Inklużjoni eventwali ta’ kont ta’ tfaddil li jippermetti lill-utent tiegħu jagħmel trasferimenti u ġbid ta’ flus permezz ta’ kont kurrenti miftuħ f’ismu)

10

2018/C 436/11

Kawża C-242/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Legatoria Editoriale Giovanni Olivotto (LEGO) SpA vs Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero delle Politiche Agricole e Forestali (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli — Bijolikwidi użati għal installazzjoni termoelettrika — Direttiva 2009/28/KE — Artikolu 17 — Kriterji tas-sostenibbiltà tal-bijolikwidi — Artikolu 18 — Sistemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni tas-sostenibbiltà — Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/438/UE — Skemi volontarji ta’ ċertifikazzjoni tas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi approvati mill-Kummissjoni Ewropea — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu għall-operaturi intermedjarji li jippreżentaw ċertifikati ta’ sostenibbiltà — Artikolu 34 TFUE — Moviment liberu tal-merkanzija)

10

2018/C 436/12

Kawża C-337/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Sąd Okręgowy w Szczecinie – il-Polonja) – Feniks Sp. z o.o. vs Azteca Products & Services SL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali — Ġurisdizzjonijiet speċjali — Artikolu 7(1)(a) — Kunċett ta’ kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt — Actio pauliana)

11

2018/C 436/13

Kawża C-379/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Proċedura mressqa mis-Società Immobiliare Al Bosco Srl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Terminu previst fid-dritt tal-Istat Membru mitlub sabiex jiġi eżegwit digriet li jordna s-sekwestru kawtelatorju — Applikabbiltà ta’ dan it-terminu għal strument li jordna s-sekwestru kawtelatorju miksub fi Stat Membru ieħor u ddikjarat eżekuttiv fl-Istat Membru mitlub)

12

2018/C 436/14

Kawża C-384/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Dooel Uvoz-Izvoz Skopje Link Logistic N&N vs Budapest Rendőrfőkapitánya (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Trasport bit-triq — Dispożizzjonijiet fiskali — Direttiva 1999/62/KE — Ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi — Pedaġġ — Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi — Multa b’rata fissa — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Applikabbiltà diretta tad-Direttiva)

12

2018/C 436/15

Kawża C-416/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 49 u 63 kif ukoll t-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE — Impożizzjoni ta’ sensiela ta’ taxxi — Differenza fit-trattament skont l-Istat ta’ residenza tas-sottosussidjarja — Ħlas lura tat-taxxa minn ras il-għajn miġbura indebitament — Rekwiżiti dwar il-provi li juru tali rimbors — Limitazzjoni tad-dritt għall-rimbors — Diskriminazzjoni — Qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza — Obbligu ta’ rinviju preliminari)

13

2018/C 436/16

Kawża C-478/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Cluj – ir-Rumanija) – IQ vs JP (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikolu 15 — Trasferiment lil qorti f’pożizzjoni aħjar sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 19 — Lis pendens)

14

2018/C 436/17

Kawża C-599/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2392 — Senjalazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ ksur attwali jew potenzjali tar-regolament dwar l-abbuż tas-suq — Assenza ta’ komunikazzjoni jew nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

14

2018/C 436/18

Kawża C-45/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Claire Staelen vs L-Ombudsman Ewropew (Appell — Talba għal reviżjoni — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà)

15

2018/C 436/19

Kawża C-353/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiliul Național de Soluționare a Contestațiilor (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Mejju 2018 – SC Beny Alex SRL vs Organizația Utilizatorilor de Apă pentru Irigații (OUAI) Săveni

15

2018/C 436/20

Kawża C-507/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-2 ta’ Awwissu 2018 – NH vs Associazione Avvocatura per i diritti LGBTI – Rete Lenford

16

2018/C 436/21

Kawża C-513/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Palermo (l-Italja) fit-3 ta’ Awwissu 2018 – Autoservizi Giordano società cooperativa vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli – Ufficio di Palermo

16

2018/C 436/22

Kawża C-515/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna (l-Italja) fis-6 ta’ Awwissu 2018 – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato vs Regione autonoma della Sardegna

17

2018/C 436/23

Kawża C-519/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-7 ta’ Awwissu 2018 – TB vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

18

2018/C 436/24

Kawża C-521/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fis-6 ta’ Awwissu 2018 – Pegaso Srl Servizi Fiduciari et vs Poste Tutela SpA

19

2018/C 436/25

Kawża C-541/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Awwissu 2018 – AS vs Deutsches Patent- und Markenamt

20

2018/C 436/26

Kawża C-544/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (ir-Renju Unit) fl-20 ta’ Awwissu 2018 – HM Revenue & Customs vs HD

20

2018/C 436/27

Kawża C-548/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Saarländisches Oberlandesgericht (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Awwissu 2018 – BGL BNP Paribas SA vs TeamBank AG Nürnberg

20

2018/C 436/28

Kawża C-550/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

21

2018/C 436/29

Kawża C-552/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-29 ta’ Awwissu 2018 – Indaco Service Soc. coop. sociale, Coop. sociale il Melograno vs Ufficio Territoriale del Governo Taranto

22

2018/C 436/30

Kawża C-557/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2018 – Eurowings GmbH vs JJ u KI

22

2018/C 436/31

Kawża C-559/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Settembru 2018 – TDK-Lambda Germany GmbH vs Hauptzollamt Lörrach

23

2018/C 436/32

Kawża C-564/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-7 ta’ Settembru 2018 – LH vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

23

2018/C 436/33

Kawża C-565/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale per la Lombardia (l-Italja) fis-6 ta’ Settembru 2018 – Société Générale S.A. vs Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso

24

2018/C 436/34

Kawża C-569/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Settembru 2018 – Caseificio Cirigliana Srl et vs Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali et

24

2018/C 436/35

Kawża C-572/18 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2018 minn thyssenkrupp Electrical Steel GmbH, thyssenkrupp Electrical Steel Ugo mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-577/17, thyssenkrupp Electrical Steel GmbH, thyssenkrupp Electrical Steel Ugo vs Il-Kummissjoni Ewropea

25

2018/C 436/36

Kawża C-588/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fl-20 ta’ Settembru 2018 – Federación de Trabajadores Independientes de Comercio (FETICO), Federación Estatal de Servicios, Movilidad y Consumo de la Unión General de Trabajadores (FESMC-UGT), Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CC.OO.) vs Grupo de Empresas DIA S.A. u Twins Alimentación S.A.

26

2018/C 436/37

Kawża C-592/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Settembru 2018 – Darie B.V. vs Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu

27

2018/C 436/38

Kawża C-593/18 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 minn ABB Ltd, ABB AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-445/14, ABB Ltd, ABB AB vs Il-Kummissjoni Ewropea

27

2018/C 436/39

Kawża C-599/18 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 minn Silec Cable SAS, General Cable Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-438/14: Silec Cable, General Cable vs Il-Kummissjoni

28

2018/C 436/40

Kawża C-600/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-24 ta’ Settembru 2018 – UTEP 2006. SRL vs Vas Megyei Kormányhivatal Hatósági Főosztály, Hatósági, Építésügyi és Oktatási Osztály

29

2018/C 436/41

Kawża C-602/18 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 minn Star Television Productions Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-797/17 – Star Television Productions vs EUIPO – Marc Dorcel (STAR)

30

2018/C 436/42

Kawża C-616/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal d’instance d’Épinal (Franza) fl-1 ta’ Ottubru 2018 – Cofidis SA vs YU, ZT

30

2018/C 436/43

Kawża C-622/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-4 ta’ Ottubru 2018 – AR vs Cooper International Spirits LLC, Établissements Gabriel Boudier SA, St Dalfour SAS

30

2018/C 436/44

Kawża C-633/18 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2018 minn Apple Distribution International mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-27 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-101/17, Apple Distribution International vs Il-Kummissjoni Ewropea

31

2018/C 436/45

Kawża C-635/18: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

32

2018/C 436/46

Kawża C-650/18: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2018 – L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew

33

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 436/47

Kawża T-79/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2018 – Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Sistema ta’ għajnuna marbuta mal-akkwist issussidjat jew mat-tpoġġija għad-dispożizzjoni bla ħlas ta’ żoni naturali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern fi tmiem il-fażi preliminari ta’ eżami — Assenza ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali — Locus standi — Kunċett ta’ parti kkonċernata — Ammissibbiltà — Ksur ta’ drittijiet proċedurali — Diffikultajiet serji — Effett sostanzjali tal-pożizzjoni kompetittiva tal-impriżi f’kompetizzjoni)

34

2018/C 436/48

Kawża T-364/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – ArcelorMittal Tubular Products Ostrava et vs Il-Kummissjoni (Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw miċ-Ċina — Bdil tal-kodiċi addizzjonali TARIC minn kumpannija — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Inċidenza diretta — Inċidenza individwali — Ammissibbiltà — Effetti ta’ sentenza ta’ annullament — Regola tal-parallelliżmu tar-rekwiżiti formali)

35

2018/C 436/49

Kawża T-387/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – Terna vs Il-Kummissjoni (Għajnuna finanzjarja — Proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks tal-enerġija trans-Ewropej — Determinazzjoni tal-ammont finali tal-għajnuna finanzjarja — Rapport tal-awditjar li jidentifika irregolaritajiet — Spejjeż mhux eliġibbli — Obbligu ta’ motivazzjoni — Aspettattivi leġittimi — Proporzjonalità)

36

2018/C 436/50

Kawża T-567/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2018 – McCoy vs Il-Kumitat tar-Reġjuni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Marda kkaġunata mix-xogħol — Oriġini professjonali tal-marda — Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal — Kumitat tal-Invalidità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà — Danni morali)

36

2018/C 436/51

Kawża T-605/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – OY vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Artikolu 3b tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Impenji — Klassifikazzjoni fi grad — Teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali — Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 79(2) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg)

37

2018/C 436/52

Kawża T-640/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – GEA Group vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Stabilizzaturi termiċi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Multi — Limitu massimu ta’ 10 % — Grupp ta’ kumpanniji — Ugwaljanza fit-trattament)

37

2018/C 436/53

Kawża T-7/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2018 – John Mills vs EUIPO – Jerome Alexander Consulting (MINERAL MAGIC) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MINERAL MAGIC — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAGIC MINERALS BY JEROME ALEXANDER — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

38

2018/C 436/54

Kawża T-8/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Golden Balls vs EUIPO – Les Éditions P. Amaury (GOLDEN BALLS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GOLDEN BALLS — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea BALLON D’OR — Raġuni relattiva għal rifjut — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

39

2018/C 436/55

Kawża T-10/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – Proof IT vs EIGE (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Talba għal servizzi maqsuma f’żewġ lottijiet — Servizzi marbuta mas-sit internet — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Kriterji ta’ għoti — Trasparenza — Ugwaljanza fit-trattament — Żball manifest ta' evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

40

2018/C 436/56

Kawża T-26/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Jalkh vs Il-Parlament (Privileġġi u immunitajiet — Membru tal-Parlament Ewropew — Deċiżjoni li titneħħa l-immunità parlamentari — Rabta mal-funzjonijiet ta’ membru tal-Parlament — Ugwaljanza fit-trattament — Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi — Proċedura ta’ tneħħija tal-immunità — Drittijiet tad-difiża — Użu ħażin ta’ poter — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

40

2018/C 436/57

Kawża T-27/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Jalkh vs Il-Parlament (Privileġġi u immunitajiet — Membru tal-Parlament Ewropew — Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari — Rabta mal-funzjonijiet ta’ membru parlamentari — Ugwaljanza fit-trattament — Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi — Proċedura ta’ tneħħija tal-immunità — Drittijiet tad-difiża — Użu ħażin ta’ poter — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

41

2018/C 436/58

Kawża T-109/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – FCA US vs EUIPO – Busbridge (VIPER) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VIPER — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VIPER — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Prodotti li għalihom intużat it-trade mark preċedenti — Iimportanza tal-użu tat-trade mark preċedenti — Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament KE Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

41

2018/C 436/59

Kawża T-164/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2018 – Apple and Pear Australia u Star Fruits Diffusion vs EUIPO – Pink Lady America (WILD PINK) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WILD PINK — Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali PINK LADY — Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea Pink Lady — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001))

42

2018/C 436/60

Kawża T-171/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – M & K vs EUIPO – Genfoot (KIMIKA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Aplikazzjoni għal trade mark tal — Unjoni Ewropea verbali KIMIKA — Trade mark verbali preċedenti tal — Unjoni Ewropea KAMIK — Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Użu ġenwin — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament Nru 2017/1001))

43

2018/C 436/61

Kawża T-367/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – Linak vs EUIPO – ChangZhou Kaidi Electrical (Forma ta’ kolonna użata għall-irfiegħ li topera bl-elettriku) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja rreġistrata li tirrappreżenta kolonna użata għall-irfiegħ li topera bl-elettriku — Trade mark Komunitarja preċedenti — Raġuni għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Utent avżat — Assenza ta’ impressjoni globali differenti — Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

44

2018/C 436/62

Kawża T-368/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta Ottubru 2018 – Linak vs EUIPO – ChangZhou Kaidi Electrical (Forma ta’ kolonna elevatriċi li taħdem bl-elettriku) (Disinni Komunitarji — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinni Komunitarji rreġistrati li jirrappreżentaw kolonna elevatriċi li taħdem bl-elettriku — Disinn Komunitarju preċedenti — Raġuni għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Utent attent — Assenza ta’ impressjoni globali differenti — Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

44

2018/C 436/63

Kawża T-444/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2018 – CompuGroup Medical vs EUIPO – Medion (life coins) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali life coins — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti LIFE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

45

2018/C 436/64

Kawża T-533/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – Next design+produktion vs EUIPO – Nanu-Nana Joachim Hoepp (nuuna) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva nuuna — Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti NANU u NANU-NANA — Raġuni relattiva għal rifjut — Evalwazzjoni tal-probabbiltà a’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Kumplimentarjetà tal-prodotti — Prinċipji ta’ awtonomija u ta’ indipendenza tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji ta’ legalità u ta’ amministrazzjoni tajba — Ċertezza legali)

46

2018/C 436/65

Kawża T-548/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – VF International vs EUIPO – Virmani (ANOKHI) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ Oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ANOKHI — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti kipling — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti li tirrappreżenta s-siluwett ta’ xadina — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b)tar-Regolament (UE) 2017/2001) — Ħsara lir-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001))

46

2018/C 436/66

Kawża T-581/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – Asics vs EUIPO – Van Lieshout Textielagenturen (Rappreżentazzjoni ta’ erba’ linji msallba) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta erba’ linji msallba — Obbligu ta’ motivazzjoni — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta elissi — Motivi relattivi għal rifjut — Artikolu 75 u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 94 u l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001] — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001) — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001))

47

2018/C 436/67

Kawża T-644/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – DNV GL vs EUIPO (Sustainablel) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Sustainablel — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2001]]

48

2018/C 436/68

Kawża T-672/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2018 – Mamas and Papas vs EUIPO – Wall-Budden (Cot bumper tat-tfal) (Disinn jew trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ invalidità — Disinn jew trade mark Komunitarja rreġistrata li tirrappreżenta cot bumper tat-tfal — Eżami ex officio mill – Bord tal – Appell tal – fatti li jikkostitwixxu l – iżvelar — Prinċipju ta’ kontinwità fonzjonali — Provi insuffiċjenti għall-istabbiliment tal-iżvelar)

48

2018/C 436/69

Kawża T-788/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Szabados vs EUIPO – Sociedad Española de Neumología y Cirugía Torácica (Separ) (MicroSepar) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MicroSepar — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea SeparSolidaria — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

49

2018/C 436/70

Kawża T-822/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Weber-Stephen Products vs EUIPO (iGrill) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea iGrill — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

50

2018/C 436/71

Kawża T-413/17 INTP: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2018 – Karl Storz vs EUIPO (3D) (Proċedura — Interpretazzjoni ta’ sentenza — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

50

2018/C 436/72

Kawża T-506/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Makhlouf vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s – Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid – dritt)

51

2018/C 436/73

Kawża T-33/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2018 – Pracsis u Conceptexpo Project vs Il-Kummissjoni u EACEA (“Rikors għal annullament u rikors għad-danni — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Rikors amministrattiv quddiem il-Kummissjoni — Att purament confermattiv — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

51

2018/C 436/74

Kawża T-549/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2018 – Hexal vs EMA

52

2018/C 436/75

Kawża T-564/18: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 – Bernis et vs BĊE

53

2018/C 436/76

Kawża T-567/18: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 – VE vs ESMA

54

2018/C 436/77

Kawża T-569/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – W. Kordes’ Söhne Rosenschulen vs EUIPO (Kordes’ Rose Monique)

54

2018/C 436/78

Kawża T-576/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – Crédit agricole vs BĊE

55

2018/C 436/79

Kawża T-577/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – Crédit agricole Corporate and Investment Bank vs BĊE

56

2018/C 436/80

Kawża T-578/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – CA Consumer Finance vs BĊE

56

2018/C 436/81

Kawża T-584/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2018 – Ukrselhosprom PCF u Versobank vs BĊE

57

2018/C 436/82

Kawża T-585/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2018 – Şanli vs Il-Kunsill

59

2018/C 436/83

Kawża T-595/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2018 – Berliner Stadtwerke vs EUIPO (berlinGas)

59

2018/C 436/84

Kawża T-602/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2018 – Ayuntamiento de Enguera vs Il-Kummissjoni

60

2018/C 436/85

Kawża T-603/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2018 – ZE vs Il-Parlament Ewropew

61

2018/C 436/86

Kawża T-607/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2018 – Essity Hygiene and Health vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ werqa)

62

2018/C 436/87

Kawża T-617/18: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2018 – ZH vs ECHA

63

2018/C 436/88

Kawża T-619/18: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2018 – TUIfly vs Il-Kummissjoni

63

2018/C 436/89

Kawża T-613/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2018 – alfavet Tierarzneimittel vs EUIPO – Millet Innovation (Epibac)

64

2018/C 436/90

Kawża T-871/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2018 – Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs INEA

64

2018/C 436/91

Kawża T-96/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2018 – Cabell vs EUIPO – Zorro Productions (ZORRO)

64


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 436/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 427, 26.11.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 408, 12.11.2018

ĠU C 399, 5.11.2018

ĠU C 392, 29.10.2018

ĠU C 381, 22.10.2018

ĠU C 373, 15.10.2018

ĠU C 364, 8.10.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Tarragona – Spanja) – Proċedura mibdija minn Ministerio Fiscal

(Kawża C-207/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Ipproċessar ta’ data personali - Direttiva 2002/58/KE - Artikoli 1 u 3 - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Protezzjoni - Artikoli 5 u 15(1) - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7 u 8 - Data pproċessata fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali għad-data għal finijiet ta’ investigazzjoni - Livell ta’ gravità tal-ksur li jista’ jiġġustifika l-aċċess għad-data))

(2018/C 436/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Tarragona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Ministerio Fiscal

Dispożittiv

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aċċess tal-awtoritajiet pubbliċi għad-data intiża għall-identifikazzjoni tal-proprjetarji tal-kards tas-SIM attivati permezz ta’ telefon ċellulari misruq, bħall-kunjomijiet, l-ismijiet u, jekk ikun il-każ, l-indirizzi ta’ dawn il-proprjetarji, jikkostitwixxi ndħil fid-drittijiet fundamentali ta’ dawn tal-aħħar, stabbiliti f’dawn l-artikoli tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li ma huwiex suffiċjentement serju sabiex dan l-aċċess jiġi llimitat, fil-qasam tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tal-iskoperta u tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Nikolay Kantarev vs Balgarska Narodna Banka

(Kawża C-571/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skemi ta’ garanzija għal depożiti - Direttiva 94/19/KE - Artikolu 1(3)(i) - Artikolu 10(1) - Kunċett ta’ “depożitu mhux disponibbli” - Responsabbiltà ta’ Stat Membru għal danni kkawżati liċ-ċittadini minn ksur tad-dritt tal-Unjoni - Ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni - Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali - Artikolu 4(3) TUE - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività))

(2018/C 436/03)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nikolay Kantarev

Konvenuta: Balgarska Narodna Banka

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 94/19 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti, kif emendata bid-Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu, minn naħa, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti tiddependi mill-insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu u mir-revoka tal-liċenzja bankarja ta’ din l-istituzzjoni u, min-naħa l-oħra, li ssir deroga mit-termini previsti, minn dawn id-dispożizzjonijiet, sabiex tiġi kkonstatata l-indisponibbiltà tad-depożiti u sabiex dawn id-depożiti jiġu rrimborsati, għar-raġuni li huwa neċessarju li l-istituzzjoni ta’ kreditu titqiegħed taħt sorveljanza speċjali.

2)

L-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19, kif emendata bid-Direttiva 2009/14, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-indisponibbiltà ta’ depożiti fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandha tiġi kkonstatata permezz ta’ att espliċitu tal-awtorità nazzjonali kompetenti u ma tistax tiġi dedotta minn atti oħra, bħad-deċiżjoni tal-Balgarska Narodna Banka (il-Bank Nazzjonali Bulgaru) li l-Korporativna Targovska Banka jitqiegħed taħt sorveljanza speċjali, u lanqas ma tista’ tiġi preżunta minn ċirkustanzi bħalma huma dawk tal-kawża prinċipali.

3)

L-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19, kif emendata bid-Direttiva 2009/14, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà ta’ depożitu bankarju, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma tistax tkun suġġetta għall-kundizzjoni li l-proprjetarju ta’ dan id-depożitu jkun l-ewwel għamel, lill-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata, talba għall-irtirar tal-fondi, li tkun baqgħet mingħajr suċċess.

4)

L-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19, kif emendata bid-Direttiva 2009/14, għandu effett dirett u jikkostitwixxi regola tad-dritt intiża sabiex tagħti drittijiet lill-individwi li jippermettu lid-depożitanti jressqu azzjoni għall-kumpens għad-dannu kkawżat mir-rimbors tardiv tad-depożiti. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, minn naħa, jekk in-nuqqas ta’ konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti fi żmien it-terminu ta’ ħamest ijiem previst f’din id-dispożizzjoni, minkejja l-fatt li l-kundizzjonijiet stipulati b’mod ċar f’din id-dispożizzjoni kienu ssodisfatti, jikkostitwixxix, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, ksur suffiċjentement serju, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, jekk hemmx rabta kawżali diretta bejn dan il-ksur u d-dannu subit minn depożitant, bħal Nikolay Kantarev.

5)

L-Artikolu 4(3) TUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-assenza ta’ proċedura speċifika fil-Bulgarija sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà ta’ dan l-Istat Membru fir-rigward ta’ danni li jirriżultaw minn ksur tad-dritt tal-Unjoni minn awtorità nazzjonali:

dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi żewġ rimedji differenti li jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ qrati differenti u huma suġġetti għal kundizzjonijiet differenti, sakemm il-qorti tar-rinviju tiddetermina jekk, fir-rigward tad-dritt nazzjonali, ir-responsabbiltà ta’ awtorità nazzjonali bħall-Bank Nazzjonali Bulgaru għandhiex tiġi stabbilita fuq il-bażi taż-Zakon za otgovornostta na darzhavata i obshtinite za vredi (il-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat u tal-Komuni għad-Danni Kkawżati) jew taż-Zakon za zadalzheniata i dogovorite (il-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti) u sakemm kull wieħed miż-żewġ rimedji jkun konformi mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività;

dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt tal-individwi li jiksbu kumpens għall-kundizzjoni supplimentari bbażata fuq in-natura intenzjonali tad-dannu kkawżat mill-awtorità nazzjonali inkwistjoni;

dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt tal-individwi li jiksbu kumpens għall-obbligu li l-individwu jipproduċi l-prova tal-eżistenza ta’ ħtija sa fejn, punt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, il-kunċett ta’ “ħtija” ma jmurx lil hinn mill-kunċett ta’ “ksur suffiċjentement serju”;

dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-ħlas ta’ taxxi sempliċi jew proporzjonali għall-valur tal-kawża sa fejn, punt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, il-ħlas ta’ taxxa sempliċi jew ta’ taxxa proporzjonali għall-valur tal-kawża ma jmurx kontra l-prinċipju ta’ effettività, fid-dawl tal-ammont u l-kobor tat-taxxa, tan-natura insuperabbli jew le tal-ostakolu li hija possibbilment tikkostitwixxi għall-aċċess għall-ġustizzja, tan-natura obbligatorja tagħha kif ukoll tal-possibbiltajiet ta’ eżenzjoni, u

dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt tal-individwi li jiksbu kumpens għall-annullament minn qabel tal-att amministrattiv li wassal għad-dannu, sakemm, punt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, dan ir-rekwiżit jista’ raġonevolment ikun rikjest mill-persuna leża.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Administrativen sad Sofia-grad – Il-Bulgarija) – Nigyar Rauf Kaza Ahmedbekova, Rauf Emin Ogla Ahmedbekov vs Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite

(Kawża C-652/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika komuni fil-qasam tal-ażil u tal-protezzjoni sussidjarja - Standards marbuta mal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti miċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew mill-persuni mingħajr Stat sabiex ikun jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2011/95/UE - Artikoli 3, 4, 10 u 23 - Applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali ppreżentati separatament minn membri ta’ familja waħda - Evalwazzjoni individwali - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ theddid li jaffettwa membru tal-familja fil-kuntest tal-evalwazzjoni individwali tal-applikazzjoni ta’ membru ieħor tal-familja - Standards iktar favorevoli li jistgħu jinżammu jew jiġu adottati mill-Istati Membri sabiex jestendu l-ażil jew il-protezzjoni sussidjarja għall-membri tal-familja tal-benefiċċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali - Evalwazzjoni tal-motivi tal-persekuzzjoni - Parteċipazzjoni ta’ ċittadin tal-Azerbajġan fil-preżentazzjoni ta’ rikors kontra pajjiżu quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem - Regoli proċedurali komuni - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 46 - Dritt għal rimedju effettiv - Eżami sħiħ u ex nunc - Motivi tal-persekuzzjoni jew elementi fattwali li ma ġewx żvelati quddiem l-awtorità responsabbli għad-determinazzjoni iżda invokati fil-kuntest tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni adottata minn din l-awtorità))

(2018/C 436/04)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nigyar Rauf Kaza Ahmedbekova, Rauf Emin Ogla Ahmedbekov

Konvenut: Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandha tiġi interpretata fis-sens li hemm lok, fil-kuntest tal-evalwazzjoni individwali ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, li jittieħed inkunsiderazzjoni theddid ta’ persekuzzjoni u ta’ danni serji li jkun suġġett għalih membru tal-familja tal-applikant, bil-għan li jiġi ddeterminat jekk dan tal-aħħar, minħabba r-rabta familjari tiegħu tal-imsemmija persuna mhedda, huwiex ukoll espost għal tali theddid.

2)

Id-Direttiva 2011/95 u d-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux li l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali mressqa separatament minn membri ta’ familja waħda jiġu ssuġġettati għal miżuri intiżi sabiex tiġi ġestita kull konnessjoni possibbli bejniethom, iżda jipprekludu li dawn l-applikazzjonijiet jiġu ssuġġettati għal evalwazzjoni komuni. Dawn jipprekludu wkoll li l-evalwazzjoni ta’ waħda mill-imsemmija applikazzjonijiet tiġi sospiża sal-għeluq tal-proċedura ta’ eżami marbuta ma’ applikazzjoni oħra minnhom.

3)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jippermetti lil Stat Membru li jipprovdi, f’każ ta’ għoti, skont is-sistema stabbilita minn din id-direttiva, ta’ protezzjoni internazzjonali lil membru ta’ familja, għall-estensjoni tal-benefiċċju ta’ din il-protezzjoni lil membri oħra ta’ din il-familja, dment li dawn ma jkunux jaqgħu taħt xi kawża ta’ esklużjoni prevista fl-Artikolu 12 tal-istess direttiva u li s-sitwazzjoni tagħhom tkun tippreżenta, minħabba l-bżonn ta’ żamma tal-unità familjari, rabta mal-loġika ta’ protezzjoni internazzjonali.

4)

Il-motiv ta’ inammissibbiltà stabbilit fl-Artikolu 33(2)(e) tad-Direttiva 2013/32 ma jkoprix sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha persuna adulta ressqet, għaliha u għall-wild minuri tagħha, applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li hija bbażata b’mod partikolari fuq l-eżistenza ta’ rabta familjari ma’ persuna oħra, li ressqet b’mod separat applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.

5)

Il-parteċipazzjoni tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali fil-preżentazzjoni ta’ rikors kontra l-pajjiż tal-oriġini tiegħu quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, bħala prinċipju, ma tistax titqies, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-motivi ta’ persekuzzjoni msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2011/95, bħala li tipprova l-appartenenza ta’ dan l-applikant għal “grupp soċjali partikolari” fis-sens tal-paragrafu 1(d) ta’ dan l-artikolu, iżda għandha titqies bħala raġuni ta’ persekuzzjoni abbażi ta’ “opinjoni politika” fis-sens tal-paragrafu 1(e) tal-imsemmi artikolu jekk ikunu jeżistu raġunijiet fondati sabiex jitwemmen li l-parteċipazzjoni fil-preżentazzjoni ta’ dan ir-rikors hija pperċepita mill-imsemmi pajjiż bħala att ta’ nuqqas ta’ qbil fuq livell politiku li fil-konfront tiegħu huwa jista’ jipprevedi li jeżerċita xi ritaljazzjonijiet.

6)

L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, moqrija flimkien mar-riferiment għall-proċedura tar-rikors inkluża fl-Artikolu 40(1) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti adita b’rikors kontra deċiżjoni ta’ rifjut ta’ protezzjoni internazzjonali, bħala prinċipju, hija obbligata tevalwa, bħala “sottomissjonijiet ulterjuri” u wara li tkun talbet eżami ta’ dawn tal-aħħar mill-awtorità responsabbli għad-determinazzjoni, il-motivi tal-għoti tal-protezzjoni internazzjonali jew l-elementi fattwali li, filwaqt li huma marbuta ma’ avvenimenti jew ma’ theddid li allegatament ġraw qabel l-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni ta’ rifjut, jew anki qabel it-tressiq tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jiġu invokati għall-ewwel darba matul il-proċedura tar-rikors. Għall-kuntrarju din il-qorti ma hijiex hekk obbligata, jekk hija tikkonstata li dawn il-motivi jew dawn l-elementi ġew invokati f’fażi tardiva tal-proċedura tar-rikors jew ma humiex ippreżentati b’mod suffiċjentement konkret sabiex ikunu jistgħu jiġu debitament eżaminati, jew inkella, meta dawn ikunu elementi fattwali, jekk hija tikkonstata li dawn ma humiex sinifikattivi jew li huma insuffiċjentement distinti mill-elementi li l-awtorità responsabbli għad-determinazzjoni diġà setgħet tieħu inkunsiderazzjoni.


(1)  ĠU C 86, 20.03.2017


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-668/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/40/KE - Emissjonijiet minn sistemi ta’ klimatizzazzjoni ta’ vetturi bil-mutur - Artikolu 5(4) u (5) - Direttiva 2007/46/KE - Approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur - Artikoli 12, 19, 30 u 46 - Vetturi mhux konformi mar-rekwiżiti tekniċi - Responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali))

(2018/C 436/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes, D. Kukovec u C. Becker, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u D. Klebs, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha:

taħt id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar emissjonijiet minn sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja f’vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE, kif ukoll taħt l-Artikoli 12 u 30 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 371/2010 tas-16 ta’ April 2010, billi naqset milli tieħu, fit-terminu previst mill-opinjoni motivata, il-miżuri neċessarji sabiex tistabbilixxi mill-ġdid il-konformità mat-tipi approvati tagħhom tal-133 713-il vettura tat-tipi 246, 176 u 117, ikkummerċjalizati minn Daimler AG bejn l-1 ta’ Jannar u s-26 ta’ Ġunju 2013, meta dawn ma kinux mgħammra bir-refriġerant R1234yf iddikjarat għal dawn it-tipi approvati iżda b’refriġerant li l-potenzjal ta’ tisħin globali tiegħu kien ta’ iktar minn 150, bi ksur tal-livell massimu previst fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2006/40, u

taħt id-Direttiva 2006/40 kif ukoll taħt id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 46, 5 u 18 tad-Direttiva 2007/46, kif emendata bir-Regolament Nru 371/2010, billi naqset milli tieħu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 46 f’din id-direttiva tal-aħħar fit-terminu previst fl-opinjoni motivata, sabiex tiżgura li l-manifatturi josservaw l-Artikoli 5 u 18 tal-imsemmija direttiva, dwar il-konformità tal-produzzjoni u l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ konformità.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 70, 6.3.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – Tribunalul Botoşani, Ministerul Justiţiei vs Maria Dicu

(Kawża C-12/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Dritt għal-leave annwali mħallas - Direttiva 2010/18/UE - Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri [parentali] - Leave parentali mhux meqjus li huwa perijodu ta’ xogħol effettiv))

(2018/C 436/06)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tribunalul Botoşani, Ministerul Justiţiei

Konvenuta: Maria Dicu

Fil-preżenza ta’: Curtea de Apel Suceava, Consiliul Superior al Magistraturii

Dispożittiv

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-drittijiet għal-leave annwali mħallas iggarantit minn dan l-artikolu lil ħaddiem fir-rigward ta’ perijodu ta’ riferiment, ma tikkunsidrax it-tul ta’ leave parentali meħud minn dan il-ħaddiem matul l-imsemmi perijodu bħala perijodu ta’ xogħol effettiv.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – Bahtiyar Fathi vs Predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite

(Kawża C-56/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Fruntieri, ażil u immigrazzjoni - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Artikolu 3 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ talba għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali mingħajr deċiżjoni espliċita dwar id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina - Direttiva 2011/95/UE - Artikoli 9 u 10 - Motivi ta’ persekuzzjoni abbażi tar-reliġjon - Prova - Leġiżlazzjoni Iranjana dwar l-apostasija - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 46(3) - Rikors effettiv))

(2018/C 436/07)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bahtiyar Fathi

Konvenuti: Predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jwettqu l-eżami fil-mertu ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 2(d) ta’ dan ir-regolament, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni espliċita ta’ dawn l-awtoritajiet li tistabbilixxi, fuq il-bażi tal-kriterji previsti mill-imsemmi regolament, li r-responsabbiltà għal dan l-eżami kienet taqa’ fuq dan l-Istat Membru.

2)

L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, għandu, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat minn applikant għal protezzjoni internazzjonali kontra deċiżjoni li tikkunsidra bħala infondata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tiegħu, il-qorti ta’ Stat Membru li għandha l-ġurisdizzjoni ma hijiex marbuta li teżamina ex officio jekk il-kriterji u l-mekkaniżmi ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni msemmija, kif stabbiliti fir-Regolament Nru 604/2013, ġewx applikati b’mod korrett.

3)

L-Artikolu 10(1)(b) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandu jiġi interpretat fis-sens li applikant għal protezzjoni internazzjonali li jinvoka, insostenn tal-applikazzjoni tiegħu, riskju ta’ persekuzzjoni għal raġunijiet ibbażati fuq ir-reliġjon ma għandux, sabiex isostni l-allegazzjonijiet tiegħu dwar it-twemmin reliġjuż tiegħu, jippreżenta dikjarazzjonijiet jew jipproduċi dokumenti dwar l-elementi kollha tal-kunċett ta’ “reliġjon”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni. Madankollu, l-applikant għandu jsostni b’mod kredibbli l-allegazzjonijiet imsemmija, billi jippreżenta provi li jippermettu lill-awtorità kompetenti tivverifika l-veraċità tagħhom.

4)

L-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2011/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni, taħt piena ta’ eżekuzzjoni jew ta’ priġunerija, ta’ aġir li jmur kontra r-reliġjon tal-Istat tal-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali tista’ tikkostitwixxi “att ta’ persekuzzjoni”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, sakemm tali projbizzjoni tkun, fil-prattika, infurzata b’tali sanzjonijiet mill-awtoritajiet ta’ dan il-pajjiż, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 112, 10.04.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Ottubru 2018 – Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-73/17) (1)

((Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Protokoll dwar il-Lokalità tas-Sede tal-Istituzzjonijiet u ta’ ċerti Organi, Korpi u Dipartimenti tal-Unjoni Ewropea - Il-Parlament Ewropew - Kunċett ta’ “sessjoni tal-baġit” li tinżamm fi Strasbourg (Franza) - Artikolu 314 TFUE - Eżerċizzju tas-setgħa baġitarja matul sessjoni parzjali plenarja addizzjonali fi Brussell (il-Belġju)))

(2018/C 436/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Alabrune, D. Colas, B. Fodda u E. de Moustier, aġenti)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Crowe u U. Rösslein, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: D. Holderer u C. Schiltz, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Parlament Ewropew.

3)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Komisia za zashtita na potrebitelite vs Evelina Kamenova

(Kawża C-105/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2005/29/KE - Artikolu 2(b) u (d) - Direttiva 2011/83/UE - Artikolu 2(2) - Kunċetti ta’ “kummerċjant” u ta’ “prattiki kummerċjali))

(2018/C 436/09)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Komisia za zashtita na potrebitelite

Konvenuta: Evelina Kamenova

Fil-preżenza ta’: Okrazhna prokuratura – Varna

Dispożittiv

L-Artikolu 2(b) u(d) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) u l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna fiżika, li tippubblika fuq sit Internet, b’mod simultanju, għadd ta’ reklami li joffru għall-bejgħ oġġetti ġodda u użati, bħall-konvenuta fil-kawża prinċipali, tista’ tiġi kklassifikata bħala “kummerċjant”, u tali attività tista’ tikkostitwixxi “prattika kummerċjali”, biss jekk din il-persuna taġixxi għal skopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ inkwistjoni.


(1)  ĠU C 144, 08.05.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Bundeskammer für Arbeiter und Angestellte vs ING-DiBa Direktbank Austria Niederlassung der ING-DiBa AG

(Kawża C-191/17) (1)

((Direttiva 2007/64/KE - Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern - Kunċett ta’ “kont ta’ ħlas” - Inklużjoni eventwali ta’ kont ta’ tfaddil li jippermetti lill-utent tiegħu jagħmel trasferimenti u ġbid ta’ flus permezz ta’ kont kurrenti miftuħ f’ismu))

(2018/C 436/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundeskammer für Arbeiter und Angestellte

Konvenuti: ING-DiBa Direktbank Austria Niederlassung der ING-DiBa AG

Dispożittiv

L-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “kont ta’ ħlas” kont ta’ tfaddil li jippermetti l-użu ta’ ammonti ddepożitati a vista u li minnu operazzjonijiet ta’ ħlas u ta’ rtirar jistgħu jsiru biss permezz ta’ kont kurrenti.


(1)  ĠU C 239, 24.07.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Legatoria Editoriale Giovanni Olivotto (LEGO) SpA vs Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero delle Politiche Agricole e Forestali

(Kawża C-242/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli - Bijolikwidi użati għal installazzjoni termoelettrika - Direttiva 2009/28/KE - Artikolu 17 - Kriterji tas-sostenibbiltà tal-bijolikwidi - Artikolu 18 - Sistemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni tas-sostenibbiltà - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/438/UE - Skemi volontarji ta’ ċertifikazzjoni tas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi approvati mill-Kummissjoni Ewropea - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu għall-operaturi intermedjarji li jippreżentaw ċertifikati ta’ sostenibbiltà - Artikolu 34 TFUE - Moviment liberu tal-merkanzija))

(2018/C 436/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Legatoria Editoriale Giovanni Olivotto (LEGO) SpA

Konvenuti: Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero delle Politiche Agricole e Forestali

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 18(7) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, moqrija flimkien mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/438/UE tad-19 ta’ Lulju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema internazzjonali taċ-ċertifikazzjoni tal-karbonju u tas-sostenibbiltà msejħa “International Sustainability and Carbon Certification” biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà mogħtija fid-Direttiva 2009/28/KE u fid-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-operaturi ekonomiċi b’kundizzjonijiet speċifiċi, differenti u iktar importanti, għaċ-ċertifikazzjoni tas-sostenibbiltà tal-bijolikwidi, minn dawk previsti minn skema ta’ ċertifikazzjoni volontarja tas-sostenibbiltà, bħas-skema ISCC, rikonoxxuta mill-imsemmija deċiżjoni ta’ implimentazzjoni adottata mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 18(4) tal-imsemmija direttiva, sa fejn din is-sistema ġiet approvata biss għal bijokarburanti u fejn l-imsemmija kundizzjonijiet jirrigwardaw biss il-bijolikwidi.

2)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 34 TFUE u l-Artikolu 18(1) u (3) tad-Direttiva 2009/28, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi sistema nazzjonali tal-verifika tas-sostenibbiltà tal-bijolikwidi li tipprevedi li l-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-katina tal-provvista tal-prodott, anki fil-każ ta’ intermedjarji li ma jidħlux fiżikament fil-pussess tal-bijolikwidi, huma meħtieġa għal ċerti obbligi ta’ ċertifikazzjoni, ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni li jirriżultaw minn dik is-sistema.


(1)  ĠU C 283, 28.8.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Sąd Okręgowy w Szczecinie – il-Polonja) – Feniks Sp. z o.o. vs Azteca Products & Services SL

(Kawża C-337/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali - Ġurisdizzjonijiet speċjali - Artikolu 7(1)(a) - Kunċett ta’ “kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt” - Actio pauliana))

(2018/C 436/12)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Szczecinie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Feniks Sp. z o.o.

Konvenuta: Azteca Products & Services SL

Dispożittiv

F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, actio pauliana, li permezz tagħha l-proprjetarju ta’ dritt ta’ kreditu naxxenti minn kuntratt jitlob li jiġi ddikjarat ineffettiv fil-konfront tiegħu l-att legali, allegatament ta’ ħsara għad-drittijiet tiegħu, li permezz tiegħu d-debitur tiegħu ttrasferixxa beni lil terza persuna, taqa’ taħt ir-regola ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali prevista fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.


(1)  ĠU C 300, 11.09.2017


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Proċedura mressqa mis-Società Immobiliare Al Bosco Srl

(Kawża C-379/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Terminu previst fid-dritt tal-Istat Membru mitlub sabiex jiġi eżegwit digriet li jordna s-sekwestru kawtelatorju - Applikabbiltà ta’ dan it-terminu għal strument li jordna s-sekwestru kawtelatorju miksub fi Stat Membru ieħor u ddikjarat eżekuttiv fl-Istat Membru mitlub))

(2018/C 436/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Parti fil-kawża prinċipali

Società Immobiliare Al Bosco Srl

Dispożittiv

L-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-applikazzjoni ta’ terminu għall-eżekuzzjoni ta’ digriet li jordna s-sekwestru kawtelatorju, tiġi applikata fil-preżenza ta’ tali digriet adottat fi Stat Membru ieħor u li jista’ jiġi eżegwit fl-Istat Membru mitlub.


(1)  ĠU C 318, 25.9.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Dooel Uvoz-Izvoz Skopje Link Logistic N&N vs Budapest Rendőrfőkapitánya

(Kawża C-384/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Trasport bit-triq - Dispożizzjonijiet fiskali - Direttiva 1999/62/KE - Ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi - Pedaġġ - Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi - Multa b’rata fissa - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Applikabbiltà diretta tad-Direttiva))

(2018/C 436/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dooel Uvoz-Izvoz Skopje Link Logistic N&N

Konvenut: Budapest Rendőrfőkapitánya

Dispożittiv

Ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità, previst fl-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, kif emendata bid-Direttiva 2011/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011, ma jistax jitqies li għandu effett dirett.

Il-qorti nazzjonali għandha, bis-saħħa tal-obbligu tagħha li tieħu l-miżuri kollha ta’ natura ġenerali jew partikolari li jkunu adegwati sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, tinterpreta d-dritt nazzjonali b’mod konformi ma’ din tal-aħħar, jew, jekk tali interpretazzjoni konformi ma tkunx possibbli, għandha tastjeni milli tapplika kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali sa fejn l-applikazzjoni tagħha, fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, twassal għal riżultat kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 318, 25.9.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franiża

(Kawża C-416/17) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 49 u 63 kif ukoll t-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE - Impożizzjoni ta’ sensiela ta’ taxxi - Differenza fit-trattament skont l-Istat ta’ residenza tas-sottosussidjarja - Ħlas lura tat-taxxa minn ras il-għajn miġbura indebitament - Rekwiżiti dwar il-provi li juru tali rimbors - Limitazzjoni tad-dritt għall-rimbors - Diskriminazzjoni - Qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza - Obbligu ta’ rinviju preliminari))

(2018/C 436/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u W. Roels, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franiża (rappreżentanti: E. de Moustier, A. Alidière u D. Colas, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi rrifjuta li jieħu inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu ta’ rimbors tat-taxxa minn ras il-għajn imħallsa minn kumpannija omm residenti għat-tqassim ta’ dividendi mħallsa minn kumpannija mhux residenti permezz ta’ sussidjarja mhux residenti, it-taxxa fuq il-profitti li huma l-bażi ta’ dawn id-dividendi minn din is-sottosussidjarja mhux residenti, fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, minkejja li l-mekkaniżmu nazzjonali ta’ prevenzjoni tat-taxxa doppja ekonomika, fil-każ ta’ katina ta’ parteċipazzjoni purament interna, jinnewtralizza t-taxxa imposta fuq id-dividendi mqassma minn kumpannija f’kull livell ta’ din il-katina ta’ parteċipazzjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 49 u 63 TFUE.

2)

Peress li l-Kunsill tal-Istat (Franza) naqas milli jadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-proċedura stabbilita fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm lok li tiġi rrifjutata li tittieħed inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu tar-rimbors tat-taxxa minn ras il-għajn imħallsa minn kumpannija residenti bħala t-tqassim tad-dividendi mħallsa minn kumpannija mhux residenti permezz ta’ sussidjarja mhux residenti, it-taxxa imposta minn din it-tieni kumpannija fuq il-profitti li huma l-bażi ta’ dawn id-dividendi, minkejja li l-interpretazzjoni li hija tat tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fis-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 2012, Rhodia (FR:CESSR:2012:317074.20121210) u tal-10 ta’ Diċembru 2012, Accor (FR:CESSR:2012:317075.20121210), ma kinitx daqstant imponenti li ma tħallix spazju għal ebda dubju raġonevoli, ir-raba’ lment għandu jintlaqa’.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 293, 04.09.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Cluj – ir-Rumanija) – IQ vs JP

(Kawża C-478/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 15 - Trasferiment lil qorti f’pożizzjoni aħjar sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 19 - Lis pendens))

(2018/C 436/16)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IQ

Konvenut: JP

Dispożittiv

L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma huwiex applikabbli f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha żewġ qrati aditi għandhom ġurisdizzjoni fuq il-mertu skont, rispettivament, l-Artikoli 12 u 8 ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-599/17) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2392 - Senjalazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ ksur attwali jew potenzjali tar-regolament dwar l-abbuż tas-suq - Assenza ta’ komunikazzjoni jew nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst))

(2018/C 436/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Rius u T. Scharf, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Jiménez García, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi naqset milli tadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2392 tas-17 ta’ Settembru 2015 dwar ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam ma’ rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti ta’ ksur attwali jew potenzjali ta’ dan ir-Regolament, u billi naqset li tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea it-test tal-miżuri li ttieħdu sabiex tiġi żgurata t-transpożiżżjoni ta’ din id-direttiva ta’ implimentazzjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-istess direttiva ta’ implimentazzjoni, b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artiklu 13 ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 5, 8.1.2018.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Claire Staelen vs L-Ombudsman Ewropew

(Kawża C-45/18 P) (1)

((Appell - Talba għal reviżjoni - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà))

(2018/C 436/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Claire Staelen (rappreżentant: V. Olona, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Ombudsman Ewropew (rappreżentanti: L. Papadias u A. Antoniadis, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Claire Staelen hija ikkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 104, 19.3.2018.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiliul Național de Soluționare a Contestațiilor (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Mejju 2018 – SC Beny Alex SRL vs Organizația Utilizatorilor de Apă pentru Irigații (OUAI) Săveni

(Kawża C-353/18)

(2018/C 436/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Consiliul Național de Soluționare a Contestațiilor

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Beny Alex SRL

Konvenuta: Organizația Utilizatorilor de Apă pentru Irigații (OUAI) Săveni

Permezz ta’ digriet tas-17 ta’ Ottubru 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddikjarat it-talba għal deċiżjoni preliminari manifestament inammissibbli.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-2 ta’ Awwissu 2018 – NH vs Associazione Avvocatura per i diritti LGBTI – Rete Lenford

(Kawża C-507/18)

(2018/C 436/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NH

Konvenuta: Associazione Avvocatura per i diritti LGBTI – Rete Lenford

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/78/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li assoċjazzjoni komposta minn avukati speċjalisti fid-difiża legali ta’ kategorija ta’ persuni li għandha orjentazzjoni sesswali differenti u li għandha bħala għan, skont l-Istatuti tagħha, li tippromwovi l-kultura u r-rispett tad-drittijiet ta’ din il-kategorija, għandha awtomatikament interess kollettiv u tikkostitwixxi assoċjazzjoni b’tendenza jew b’konvinzjoni mingħajr skop ta’ lukru, li għandha locus standi, inkluż għall-kumpens, meta jseħħu fatti meqjusa diskriminatorji kontra dik il-kategorija ta’ persuni?

2)

L-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2000/78/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema ta’ ġlieda kontra d-diskriminazzjoni li tipprevedi din id-direttiva tkopri l-espressjoni ta’ opinjoni li tmur kontra l-kategorija ta’ persuni omosesswali magħmula waqt intervista fil-kuntest ta’ xandira ta’ divertiment bir-radju, li fiha l-persuna interrogata ddikjarat li qatt ma kienet ser tirrekluta lanqas ma kienet ser tħaddem dawn il-persuni fl-uffiċċju tagħha, anki jekk ebda proċedura ta’ reklutaġġ ma kienet għaddejja u lanqas ma kienet ipprogrammata minn din il-persuna?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Palermo (l-Italja) fit-3 ta’ Awwissu 2018 – Autoservizi Giordano società cooperativa vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli – Ufficio di Palermo

(Kawża C-513/18)

(2018/C 436/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Palermo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autoservizi Giordano società cooperativa

Konvenuta: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli – Ufficio di Palermo

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/96/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impriżi u l-persuni pubbliċi jew privati kollha li joperaw fis-settur tat-trasport tal-persuni bix-xarabank, inkluż il-kiri ta’ xarabank b’xufier, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu u din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-direttiva, sa fejn ma tinkludix ukoll l-operaturi li joperaw kiri ta’ xarabank b’xufier fost il-persuni li jużaw id-diżil għal użu kummerċjali?

2)

Is-setgħa diskrezzjonali li għandhom l-Istati, li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/96/KE (“Stati Membri għandhom jagħmlu differenza bejn użu kummerċjali u dak li mhuwiex tan-nafta [diżil] użat bħala propellant, jekk kemm-il darba il-livelli minimi tal-Komunità ikunu osservati u r-rata għall-nafta kummerċjali użata bħala propellant ma tkunx inqas mill-livell ta’ tassazzjoni nazzjonali b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2003”) jimplika li d-dispożizzjoni li tinkludi fid-diżil għal użu kummerċjali dak maħsub għat-“trasport okkażjonali ta’ persuni” ma hijiex immedjatament effikaċi u inkundizzjonata?

3)

L-Artikolu 7 tad-direttiva ċċitata iktar 'il fuq huwa, mill-perspettiva tal-kontenut tiegħu, suffiċjentement preċiż, minn naħa, u inkundizzjonat, min-naħa l-oħra, sabiex ikun jista’ jiġi invokat direttament minn individwu kontra l-awtoritajiet tal-Istat Membru?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna (l-Italja) fis-6 ta’ Awwissu 2018 – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato vs Regione autonoma della Sardegna

(Kawża C-515/18)

(2018/C 436/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

Konvenuta: Regione autonoma della Sardegna

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (1) tat-23 ta’ Ottubru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga, lill-awtorità kompetenti li tkun sejra twettaq l-aġġudikazzjoni diretta tal-kuntratt, li tieħu l-passi neċessarji sabiex tippubblika jew tikkomunika lill-operaturi kollha potenzjalment interessati fil-ġestjoni tas-servizz l-informazzjoni neċessarja sabiex jippreżentaw offerta serja u raġjonevoli?

2)

L-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tat-23 ta’ Ottubru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità kompetenti, qabel ma tipproċedi bl-aġġudikazzjoni diretta tal-kuntratt, għandha tivvaluta b’mod komparattiv l-offerti kollha ta’ ġestjoni tas-servizz eventwalment riċevuti wara l-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ informazzjoni minn qabel previst fl-imsemmi Artikolu 7(4)?


(1)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU 2007, L 315, p. 1).


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-7 ta’ Awwissu 2018 – TB vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

(Kawża C-519/18)

(2018/C 436/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TB

Konvenuta: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86 tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru, meta jawtorizza, abbażi ta’ dan l-artikolu, id-dħul ta’ membru tal-familja barra ċ-ċirku ddefinit fl-Artikolu 4 jista’ jkapplika biss il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 10(2) (“dipendenti fuq ir-refuġjat”) fir-rigward ta’ dan il-membru tal-familja?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, il-kwalità ta’ persuna “dipendenti” (“dependency”) prevista fl-Artikolu 4(2)(a) tad-direttiva timplika sitwazzjoni fattwali li fiha għandhom iseħħu, b’mod konġunt, it-tipi differenti ta’ dipendenza, jew l-eżistenza fiha innifisha ta’ kwalunkwe tip ta’ dipendenza, skont iċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni, hija suffiċjenti sabiex ikun hemm il-klassifikazzjoni ta’ persuna dipendenti? F’dan ir-rigward, il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 10(2) (“dipendenti fuq ir-refuġjat”) hija kompatibbli mal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, billi teskludi kwalunkwe evalwazzjoni individwali, hija bbażata fuq punt wieħed ta’ fatt (il-karatteristika marbuta mad-dipendenza, “inkapaċità li jipprovdi għall-ħtiġijiet tiegħu stess minħabba l-istat ta’ saħħtu”) bħala l-unika waħda li tista’ tissodisfa din il-kundizzjoni?

3)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda ma tkunx fl-affermattiv, u li, għaldaqstant, Stat Membru jista’ japplika kundizzjonijiet oħra apparti dik stabbilita fl-Artikolu 10(2) (li jkun “dipendenti fuq ir-refuġjat”), dan jimplika li l-Istat Membru jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jimponi kwalunkwe kundizzjoni, inklużi l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(2) u (3), relatati mal-grupp ta’ membri oħra tal-familja, jew inkella jista’ japplika biss il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva? F’dan il-każ, liema sitwazzjoni fattwali jimplika l-kunċett ta’ “objectively unable to provide for their own needs on account of their state of health” previst fl-Artikolu 4(3)? Għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li l-membru tal-familja ma jistax [jipprovdi] “għall-ħtiġijiet [tiegħu] stess” jew fis-sens li huwa “inkapaċi” jieħu ħsieb “tiegħu nnifsu”, jew jekk ikun il-każ f’sens ieħor?


(1)  Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224)


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fis-6 ta’ Awwissu 2018 – Pegaso Srl Servizi Fiduciari et vs Poste Tutela SpA

(Kawża C-521/18)

(2018/C 436/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pegaso Srl Servizi Fiduciari, Sistemi di Sicurezza Srl, YW

Konvenuta: Poste Tutela SpA

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-karatteristiċi indikati iktar ’il fuq, il-kumpannija Poste Italiane s.p.a., għandha tiġi kklassifikata bħala “korp irregolat mil-liġi pubblika” fis-sens tal-Artikolu 3(1)(d) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 50 tal-2016 u tad-direttivi rilevanti tal-Unjoni (id-Direttivi 2014/23/UE (1), 2014/24/UE (2) u 2014/25/UE (3))?

2)

Din il-klassifikazzjoni għandha testendi għall-kumpannija, miżmuma 100 %, Poste Tutela s.p.a., li barra minn hekk qiegħda fi proċess ta’ amalgamazzjoni mal-ewwel kumpannija li diġà ġiet deċiża, fid-dawl tal-premessa 46 tad-Direttiva 2014/23/UE dwar il-persuni ġuridiċi kkontrollati (ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2017, Kawża C-567/15: obbligu ta’ sejħa għal offerti għall-kumpanniji kkontrollati mill-amministrazzjoni pubblika; sentenza Nru 6211 mogħtija fl-24 ta’ Novembru 2011 mir-Raba’ Awla tal-Consiglio di Stato)?

3)

Dawn il-kumpanniji għandhom l-obbligu jorganizzaw proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi biss għall-għoti tal-kuntratti fir-rigward tal-attività li huma jeżerċitaw fis-setturi speċjali, abbażi tad-Direttiva 2014/25/UE, inkwantu entitajiet kontraenti, li fir-rigward tagħhom in-natura ta’ korp irregolat mil-liġi pubblika għandha titqies bħala li fiha nfisha taqa’ taħt ir-regoli tal-Parti II tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi, filwaqt li dawn huma kompletament awtonomi u suġġetti esklużivament għar-regoli tad-dritt privat fir-rigward tal-attivitajiet kuntrattwali li ma jaqgħux taħt dawn is-setturi, fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti fil-premessa 21 u fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/23/UE?

4)

Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kuntratti li jitqiesu li ma jaqgħux taħt il-qasam speċifiku għas-setturi speċjali, meta dawn jissodisfaw il-kundizzjonjiet relatati mal-korpi rregolati mil-liġi pubblika, l-istess kumpanniji jibqgħu suġġetti għad-Direttiva Ġenerali 2014/24/UE (u għaldaqstant għar-regoli dwar il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku), anki meta dawn jeżerċitaw attitivajiet ta’ natura essenzjalment imprenditorjali f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni, peress li dawn evolvew minn wara l-kostituzzjoni oriġinali tagħhom?

5)

F’uffiċċji li fihom jitwettqu attivitajiet inerenti għas-servizz universali flimkien ma’ attivitajiet mhux relatati ma’ dan tal-aħħar, jista’ jiġi eskluż li l-kuntratti inerenti għall-manutenzjoni ordinarja u extraordinarja, għat-tindif, għall-arredament kif ukoll għas-servizz ta’ purtinerija u ta’ sorveljanza ta’ dawn l-uffiċċji jaqgħu taħt il-kunċett ta’ strumentalità għall-finijiet tas-servizz li huwa speċifikament fl-interess pubbliku?

6)

Fl-aħħar nett, jekk kellu jitqies li huwa possibbli li jiġi aċċettat l-argument ta’ Poste Italiane s.p.a., il-fatt li tiġi organizzata proċedura ta’ sejħa għal offerti fl-assenza ta’ obbligu legali u għaldaqstant mingħajr ma l-proċedura tkun suġġetta għall-garanziji kollha ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament irregolati mill-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi, debitament ippubblikata mingħajr avviżi oħra f’dan ir-rigward fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana u fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jikser il-prinċipju stabbilit ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi tal-offerenti fis-sejħa għal offerti?


(1)  Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU 2014, L 94, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2018, L 82, p. 17 u fil-ĠU 2015, L 114, p. 24).

(2)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68).

(3)  Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU 2014, L 94, p. 243).


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Awwissu 2018 – AS vs Deutsches Patent- und Markenamt

(Kawża C-541/18)

(2018/C 436/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AS

Konvenut: Deutsches Patent- und Markenamt

Domanda preliminari

Sinjal ikollu karattru distintiv meta jkun hemm possibbiltajiet sinjifikattivi fil-prattika u plawżibbli li dan jintuża sabiex jindika l-oriġini kummerċjali tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati, anki jekk dan ma jkunx l-iktar użu probabbli tas-sinjal (1)?


(1)  Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (ĠU 2008, L 299, p. 25).


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (ir-Renju Unit) fl-20 ta’ Awwissu 2018 – HM Revenue & Customs vs HD

(Kawża C-544/18)

(2018/C 436/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: HM Revenue & Customs

Konvenuta: HD

Domanda preliminari

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li tali persuna, li tieqaf taħdem għal rasha minħabba l-limitazzjonijiet fiżiċi fl-istadji avvanzati tat-tqala u fiż-żmien ta’ wara t-twelid, iżżomm l-istatus ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu, fis-sens ta’ dan l-artikolu, bil-kundizzjoni li terġa’ tibda twettaq attività ekonomika jew tfittex impjieg f’terminu raġonevoli wara t-twelid tal-wild tagħha?


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Saarländisches Oberlandesgericht (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Awwissu 2018 – BGL BNP Paribas SA vs TeamBank AG Nürnberg

(Kawża C-548/18)

(2018/C 436/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Saarländisches Oberlandesgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: BGL BNP Paribas SA

Parti oħra fil-proċedura: TeamBank AG Nürnberg

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (1) huwa applikabbli għall-infurzabbiltà fil-konfront ta’ terzi fil-każ ta’ ċessjonijiet multipli?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, liema liġi tirregola l-infurzabbiltà fil-konfront ta’ terzi?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, din id-dispożizzjoni tapplika mutatis mutandis?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, liema liġi tirregola l-infurzabbiltà fil-konfront ta’ terzi?


(1)  ĠU 2008, L 177, p. 6 u rettifika fil-ĠU 2009, L 309, p. 87.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/21


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-550/18)

(2018/C 436/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, T. Scharf, G. von Rintelen, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, f’dak li jikkonċerna d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU 2015, L 141, p. 73), l-Irlanda naqset milli, sa mhux iktar tard mis-26 ta’ Ġunju 2017, tadotta d-dispożizzjonijiet kollha li jittrasponu din id-Direttiva jew, fi kwalunkwe każ, naqset milli tinnotifika lill-Kummissjoni b’tali miżuri, u dan b’tali mod li l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 67(1) ta’ din id-direttiva;

timponi pagamenti ta’ penalità fuq l-Irlanda skont l-Artikolu 260(3) TFUE li jammontaw għas-somma ta’ EUR 17 190,60 għal kull jum, b’effett mid-data tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u dan għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu tagħha li tinnotifika miżuri li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/849;

timponi l-ħlas ta’ somma f’daqqa fuq l-Irlanda skont l-Artikolu 260(3) TFUE li tikkorrispondi għal somma ta’ kuljum ta’ EUR 4 701,20 immultiplikata bin-numru ta’ jiem li fihom jibqa’ għaddej il-ksur, bis-somma f’daqqa minima tkun ta’ EUR 1 685 000; u

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 67(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sas-26 ta’ Ġunju 2017, u għandhom immedjatament jikkomunikaw it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni. B’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li din id-direttiva għadha ma ġietx trasposta, il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-29 ta’ Awwissu 2018 – Indaco Service Soc. coop. sociale, Coop. sociale il Melograno vs Ufficio Territoriale del Governo Taranto

(Kawża C-552/18)

(2018/C 436/29)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Indaco Service Soc. coop. sociale, Coop. sociale il Melograno

Konvenut: Ufficio Territoriale del Governo Taranto

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, u preċiżament l-Artikolu 57(4) tad-Direttiva 2014/24/UE (1) dwar l-akkwist pubbliku, flimkien mal-premessa 101 tal-istess direttiva u l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik ineżami f’dan il-każ, li tiddefinixxi l-“kondotta professjonali ħażina serja” bħala kawża ta’ esklużjoni obbligatorja ta’ operatur ekonomiku u tistabbilixxi li, fil-każ fejn il-kondotta professjonali ħażina tkun ikkawżat ix-xoljiment antiċipat ta’ kuntratt, l-operatur jista’ jiġi eskluż biss jekk ix-xoljiment ma jiġix ikkontestat jew jekk jiġi kkonfermat bħala riżultat ta’ proċedura ġudizzjarja?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65 u rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68).


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2018 – Eurowings GmbH vs JJ u KI

(Kawża C-557/18)

(2018/C 436/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eurowings GmbH

Konvenuti: JJ, KI

Domanda preliminari

Id-distanza totali tat-titjira li għandha tintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tad-dritt għal kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) tapplika wkoll meta mal-wasla tal-passiġġier fid-destinazzjoni finali jkun hemm dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar bħala riżultat biss ta’ dewmien/kanċellazzjoni tat-titjira ta’ konnessjoni, iżda t-titjira feeder kienet fil-ħin, fejn iż-żewġ titjiriet kienu operati minn operaturi tal-ajru differenti u l-konferma tar-riżervazzjoni nħarġet minn operatur tat-tours li organizza flimkien it-titjiriet għall-klijent tiegħu.


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Settembru 2018 – TDK-Lambda Germany GmbH vs Hauptzollamt Lörrach

(Kawża C-559/18)

(2018/C 436/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TDK-Lambda Germany GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Lörrach

Domanda preliminari

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), kif emendat permezz tar-Regolament (UE) Nru 1218/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li konvertituri statiċi bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ ma għandhomx jiġu kklassifikati fis-subintestatura 8504 4030 ħlief meta jintużaw prinċipalment ma’ apparati ta’ telekomunikazzjoni jew magni awtomatiċi ta’ pproċessar ta’ data u l-unitajiet tagħhom jew huwa biżżejjed sabiex tiġi ssodisfatta l-karatteristika “tat-tip użat” li l-konvertituri statiċi jkunu jistgħu, fid-dawl tal-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, jintużaw, minbarra f’oqsma oħra ta’ użu, ukoll ma’ apparati ta’ telekomunikazzjoni jew magni awtomatiċi ta’ pproċessar ta’ data u l-unitajiet tagħhom?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

(2)  ĠU 2012, L 351, p. 36.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-7 ta’ Settembru 2018 – LH vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

(Kawża C-564/18)

(2018/C 436/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LH

Konvenut: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet dwar applikazzjonijiet inammissibbli tal-Artikolu 33 tad-Direttiva 2013/32/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (iktar 'il quddiem “id-Direttiva dwar proċeduri”) jistgħu jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li skontha applikazzjoni hija inammissibbli fil-kuntest tal-proċedura ta’ ażil meta l-applikant ikun wasal f’dak l-Istat Membru, l-Ungerija, minn pajjiż fejn ma kienx espost għal persekuzzjoni jew għal riskju ta’ dannu serju, jew fejn huwa ggarantit livell adegwat ta’ protezzjoni?

2)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 31 tad-Direttiva dwar proċeduri – meta jitqiesu wkoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem –għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru hija konformi ma’ dawn id-dispożizzjonijiet meta tipprevedi terminu obbligatorju ta’ tmient’ijiem għall-proċedura ġudizzjarja amministrattiva fir-rigward tal-applikazzjonijiet iddikjarati inammissibbli fil-proċeduri ta’ ażil?


(1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 60).


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale per la Lombardia (l-Italja) fis-6 ta’ Settembru 2018 – Société Générale S.A. vs Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso

(Kawża C-565/18)

(2018/C 436/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Générale S.A.

Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso

Domanda preliminari

L-Artikoli 18, 56 u 63 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, indipendentement mill-Istat ta’ residenza tal-operaturi finanzjarji u tal-intermedjarju, fil-konfront tal-partijiet fit-tranżazzjoni, li tkun ekwivalenti għal ammont fiss li jitla’ skont il-livell ta’ valur tat-tranżazzjonijiet u li jkun varjabbli fir-rigward tat-tip ta’ strument oġġett tat-tranżazzjoni u tal-valur tal-kuntratt, u li tkun dovuta peress li t-tranżazzjonijiet taxxabbli jkollhom bħala oġġett in-negozjazzjoni ta’ kuntratt idderivat ibbażat fuq titolu maħruġ minn kumpannija residenti fl-Istat li jiġbor din it-taxxa?


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Settembru 2018 – Caseificio Cirigliana Srl et vs Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali et

(Kawża C-569/18)

(2018/C 436/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti fl-ewwel istanza u appellanti attwali: Caseificio Cirigliana Srl, Mail Srl, Sorì Italia Srl

Konvenuti fl-ewwel istanza u appellati attwali: Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero della Salute

Domanda preliminari

L-Artikoli 3, 26, 32, 40 u 41 TFUE u l-Artikoli 1, 3, 4, 5 u 7 tar-Regolament Nru 1151/2012/UE (1) dwar l-irregolar tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti, li jimponu fuq l-Istati Membri li jiggarantixxu kemm il-kompetizzjoni libera tal-prodotti ġewwa l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-protezzjoni tal-iskemi tal-kwalità sabiex jiġu sostnuti ż-żoni agrikoli żvantaġġati, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, skont id-d-dritt nazzjonali (l-Artikolu 4 tad-Digriet Liġi Nru 91 tal-24 ta’ Ġunju 2014, kif emendat bil-Liġi Nru 116 tal-11 ta’ Awwissu 2014) tiġi stabbilita restrizzjoni fl-attività ta’ produzjoni tal-mozzarella ta’ bufala Campana DOP li għandha ssir fi stabbilimenti esklużivament iddestinati għal din il-produzzjoni, u li fihom huma pprojbiti ż-żamma u l-ħażna ta’ ħalib li ġej minn irziezet li ma jaqgħux taħt is-sistema ta’ kontroll tad-DOP mozzarella di bufala Campana?


(1)  Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU 2012, L 343, p. 1, rettifika fil-ĠU 2013, L 55, p. 27; rettifika fil-ĠU 2015 L 191, p. 10).


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/25


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2018 minn thyssenkrupp Electrical Steel GmbH, thyssenkrupp Electrical Steel Ugo mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-577/17, thyssenkrupp Electrical Steel GmbH, thyssenkrupp Electrical Steel Ugo vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-572/18 P)

(2018/C 436/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: thyssenkrupp Electrical Steel GmbH, thyssenkrupp Electrical Steel Ugo (rappreżentanti: M. Günes, L. C. Heinisch, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-577/17 – thyssenkrupp Electrical Steel GmbH and thyssenkrupp Electrical Steel Ugo vs Il-Kummissjoni;

tiddeċiedi li r-rikors għal annullament huwa ammissibbli;

tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għal proċeduri oħra dwar il-mertu tal-kawża;

tordna lill-Kummissjoni li tbati l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jikkontestaw id-digriet appellat minħabba l-fatt li huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ liġi. L-appellanti jressqu ħames argumenti dwar l-iżbalji ta’ liġi:

L-ewwel aggravju, huwa bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeċidiet li l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1) u r-regolamenti delegati u implimentattivi relatati ma jagħtux lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta deċiżjonijiet li jorbtu lill-awtoritajiet doganali nazzjonali fl-eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi.

It-tieni aggravju, huwa bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta qieset li r-rwol tal-Kummissjoni waqt l-eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi huwa purament ta’ natura proċedurali.

It-tielet aggravju, huwa bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ttrattat is-sentenza tal-11 ta’ Mejju 2006 fil-kawża Friesland Coberco Dairy Foods (C-11/05) bħala preċedent legali vinkolanti għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 259(5) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (RI) (2).

Ir-raba’ aggravju, huwa bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta naqset milli tikkunsidra l-arranġament amministrattiv ta’ Settembru 2016 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 211(6) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u tal-Artikolu 259 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (RI) bħala evidenza tan-natura vinkolanti tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kundizzjonijiet ekonomiċi.

Il-ħames aggravju, huwa bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ma kkunsidratx li l-appellanti kienu direttament u individwalment ikkonċernati mill-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar il-kundizzjonijiet ekonomiċi.


(1)  Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1)

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447, tal-24 ta’ Novembru 2015, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2015, L 343, p. 558).


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fl-20 ta’ Settembru 2018 – Federación de Trabajadores Independientes de Comercio (FETICO), Federación Estatal de Servicios, Movilidad y Consumo de la Unión General de Trabajadores (FESMC-UGT), Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CC.OO.) vs Grupo de Empresas DIA S.A. u Twins Alimentación S.A.

(Kawża C-588/18)

(2018/C 436/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federación de Trabajadores Independientes de Comercio (FETICO), Federación Estatal de Servicios, Movilidad y Consumo de la Unión General de Trabajadores (FESMC-UGT), Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CC.OO.)

Konvenuti: Grupo de Empresas DIA S.A. u Twins Alimentación S.A.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-koinċidenza tal-mistrieħ fil-ġimgħa mat-teħid tal-leave imħallas sabiex jintlaħqu għanijiet li huma distinti mill-mistrieħ?

2)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-koinċidenza tal-leave annwali mat-teħid tal-leave imħallas sabiex jintlaħqu għanijiet li huma distinti mill-mistrieħ, mir-rilassament u mir-rikreazzjoni.


(1)  GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Settembru 2018 – Darie B.V. vs Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu

(Kawża C-592/18)

(2018/C 436/37)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Darie B.V.

Konvenut: Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “prodotti bijoċidali” li jinsab fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 528/2012 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi wkoll għal prodotti kkostitwiti minn wieħed jew iktar speċi ta’ batterji, enzimi jew komponenti oħra, fid-dawl tal-fatt li dawn, minħabba l-mod ta’ azzjoni speċifika tagħhom, ma għandhomx effett dirett fuq l-organiżmu dannuż li għalih huma maħsuba iżda fuq il-ħolqien jew iż-żamma ta’ habitat possibbli għal dan l-organiżmu dannuż u, skont il-każ, liema rekwiżiti għandhom għalhekk jiġu imposti fuq tali effett?

2)

Fir-rigward tar-risposta għall-ewwel domanda, huwa rilevanti jekk iċ-ċirkustanzi li fihom tali prodott jiġi applikat ma għandhomx preżenza ta’ organiżmi dannużi, u jekk dan huwa l-każ, liema kriterji għandhom jintużaw sabiex jiġi evalwat li dan huwa l-każ?

3)

Fir-rigward tar-risposta għall-ewwel domanda, huwa rilevanti f’liema terminu jseħħ dan l-effett?


(1)  Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU 2012, L 167, p. 1, rettifika fil-ĠU 2017, L 280, p. 57).


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/27


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 minn ABB Ltd, ABB AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-445/14, ABB Ltd, ABB AB vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-593/18 P)

(2018/C 436/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ABB Ltd, ABB AB (rappreżentanti: I. Vandenborre, advocaat, S. Dionnet, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewreopa

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza jew tadotta kull miżura oħra meqjusa neċessarja, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-Kummissjoni kienet issodisfat l-oneru ta’ prova tagħha meta stabbilixxiet ksur minn naħa tal-appellanti li kien jinkludi l-kejbils tal-elettriku kollha ta’ taħt l-art u l-aċċessorji b’vultaġġ ta’ bejn 110 kV u 220 kV. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tivverifika jekk id-Deċiżjoni (1) kinitx identifikat il-ksur bi “preċiżjoni suffiċjenti” u skont kif meħtieġ mil-liġi. Il-Qorti Ġenerali naqset ukoll milli tapplika korrettament ir-rekwiżiti sabiex tiddetermina konsapevolezza suffiċjenti sabiex tikkonkludi li l-appellanti pparteċipaw fil-ksur.

It-tieni aggravju. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tapplika l-prinċipju ta’ trattament ugwali u ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza meta kkonfermat d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-perijodu ta’ ksur għall-appellanti kien beda fl-1 ta’ April 2000.

It-tielet aggravju. Il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tagħha tal-motiv tal-appellanti relatat man-nuqqas ta’ trattament ugwali, u b’mod żbaljat ikkonkludiet li l-appellanti kienu aċċettaw din id-distinzjoni matul il-proċeduri amministrattivi, u rendiet tali aċċettazzjoni bħala kunsiderazzjoni determinanti fl-evalwazzjoni tagħha.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.39610 — Kejbils tal-Elettriku) (notifikat bid-dokument C(2014) 2139 finali) (ĠU 2014, C 319, p. 10).


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/28


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 minn Silec Cable SAS, General Cable Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-438/14: Silec Cable, General Cable vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-599/18 P)

(2018/C 436/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Silec Cable SAS, General Cable Corp. (rappreżentanti: I. Sinan, Barrister, C. Renner, Rechtsanwältin)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (1) sa fejn dan jikkonċerna lil Silec Cable u lil General Cable;

sussidjarjament, temenda l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni u tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq Silec Cable u fuq General Cable fid-dawl tal-argumenti mressqa insostenn ta’ dan l-appell;

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tapplika korrettament ir-regoli relatati mal-provi u żnaturat il-provi prodotti quddiemha fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-appellanti Silec fil-ksur allegat.

Il-Qorti Ġenerali użat b’mod żbaljat il-kriterju tad-disassoċjazzjoni pubblika sabiex taqleb l-oneru tal-prova sabiex jiġi stabbilit l-allegat ksur tal-appellanti Silec. L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi meta bbażat esklużivament ruħha fuq il-perċezzjoni suġġettiva ta’ parteċipanti oħra fil-ksur allegat sabiex tipprova l-parteċipazzjoni tal-appellanti Silec. L-appellanti jqisu wkoll li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi prodotti quddiemha, u kisret ukoll l-obbligu tas-sigriet professjonali (Artikolu 339 TFUE), meta kkonstatat li l-appellanti Silec kienet ipparteċipat fil-ksur allegat.

Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta rrifjutat li tikkwalifika l-involviment ta’ Silec fl-allegat ksur bħala dak ta’ “attur marġinali”.

L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali illegalment ħadet inkunsiderazzjoni l-aġir ta’ Safran/Sagem/Sagem Communications meta evalwat l-involviment individwali tal-appellanti Silec sabiex tevalwa l-ammont tal-multa. L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali stess barra minn hekk tipprovdi motivazzjoni manifestament kontradittorja f’dan ir-rigward. L-appellanti jsostnu wkoll li l-Qorti Ġenerali tipparaguna s-sitwazzjonijiet fattwali żbaljati meta tikkonkludi li l-Kummissjoni ma tiddiskriminax kontra l-appellanti Silec meta tirrifjuta li tikkwalifikaha bħala attur marġinali.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.39610 — Kejbils tal-Elettriku) (notifikat bid-dokument C(2014) 2139 finali) (ĠU 2014, C 319, p. 10).


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-24 ta’ Settembru 2018 – UTEP 2006. SRL vs Vas Megyei Kormányhivatal Hatósági Főosztály, Hatósági, Építésügyi és Oktatási Osztály

(Kawża C-600/18)

(2018/C 436/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UTEP 2006. SRL

Konvenuti Vas Megyei Kormányhivatal Hatósági Főosztály, Hatósági, Építésügyi és Oktatási Osztály

Domanda preliminari

L-Artikolu 92 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tal-Artikolu 12A tal-“a kis- és középvállalkozásokról, fejlődésük támogatásáról szóló 2004. évi XXXIV. Törvény” (il-Liġi XXXIV tal-2014, dwar l-Impriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju u s-Sussidji għall-Iżvilupp Tagħhom – iktar 'l quddiem “il-Liġi KKV”) u l-prattika amministrattiva segwita f’dan ir-rigward, li skonthom din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għal impriżi (entitajiet legali) ta’ Stati Membri oħra li ma humiex irreġistrati fl-Ungerija iżda li jissodisfaw il-kunċett ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju fis-sens tal-imsemmija liġi?


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/30


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 minn Star Television Productions Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-797/17 – Star Television Productions vs EUIPO – Marc Dorcel (STAR)

(Kawża C-602/18 P)

(2018/C 436/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Star Television Productions Ltd (rappreżentant: D. Farnsworth, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Marc Dorcel

Permezz ta’ digriet tat-18 ta’ Ottubru 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) iddeċidiet li l-appell jiġi miċħud.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal d’instance d’Épinal (Franza) fl-1 ta’ Ottubru 2018 – Cofidis SA vs YU, ZT

(Kawża C-616/18)

(2018/C 436/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’instance d’Épinal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cofidis SA

Konvenuti: YU, ZT

Domanda preliminari

Il-protezzjoni li d-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1) tiżgura lill-konsumaturi tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li, f’azzjoni mressqa minn professjonist kontra konsumatur u bbażata fuq kuntratt ta’ kreditu konkluż bejniethom, tipprojbixxi lill-qorti nazzjonali milli, fit-tmiem ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin li jibda jiddekorri sa mill-konklużjoni tal-kuntratt, tidentifika u tissanzjona, ex officio jew bħala riżultat ta’ eċċezzjoni mqajma mill-konsumatur, nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-obbligu li tiġi vverifikata s-solvenza tal-konsumatur previsti fl-Artikolu 8 tad-direttiva, dawk li jirrigwardaw l-informazzjoni li għandha tidher b’mod ċar u konċiż fil-kuntratti ta’ kreditu previsti fl-Artikoli 10 et seq tad-direttiva, u, b’mod iktar ġenerali, id-dispożizzjonijiet kollha li jipproteġu l-konsumaturi previsti mill-imsemmija direttiva?


(1)  ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-4 ta’ Ottubru 2018 – AR vs Cooper International Spirits LLC, Établissements Gabriel Boudier SA, St Dalfour SAS

(Kawża C-622/18)

(2018/C 436/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AR

Konvenuti: Cooper International Spirits LLC, Établissements Gabriel Boudier SA, St Dalfour SAS

Domanda preliminari

L-Artikoli 5(1)(b), 10 u 12 tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-proprjetarju, li qatt ma utilizza t-trade mark tiegħu u d-drittijiet fuqha tiegħu kienu ġew irrevokati fl-iskadenza tal-perijodu ta’ ħames snin wara l-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tagħha, jista’ jikseb kumpens għal dannu għal kontrafazzjoni, billi jinvoka preġudizzju miġjub lill-funzjoni essenzjali tat-trade mark tiegħu, ikkawżat minħabba l-użu minn terzi, qabel id-data ta’ effett tar-revoka, ta’ sinjal li jixbah din it-trade mark sabiex jindika prodotti jew servizzi identiċi jew li jixbhu dawk li għalihom din it-trade mark ġiet irreġistrata?


(1)  ĠU L 299, p. 25.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/31


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2018 minn Apple Distribution International mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-27 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-101/17, Apple Distribution International vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-633/18 P)

(2018/C 436/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Apple Distribution International (rappreżentanti: S. Schwiddessen, H. Lutz, Rechtsanwälte, N. Niejahr, Rechtsanwältin, A. Patsa, Advocate)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet ikkontestat fl-intier tiegħu;

tiddikjara li Apple hija direttament u individwalment ikkonċernata mid-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni fuq il-mertu; u

tikkundanna lill-Kummissjoni kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispejjeż ta’ Apple marbuta mal-proċeduri odjerni u mal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Apple issostni li d-digriet ikkontestat huwa vvizzjat mis-segwenti żbalji ta’ liġi:

Fl-ewwel lok, il Il-Qorti Ġenerali żnaturat u naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni provi rilevanti meta evalwat jekk il-pożizzjoni kompetittiva ta’ Apple fis-suq tal-provvista ta’ servizzi ta’ divertiment tal-home video fil-Ġermanja hijiex milquta b’mod sinifikattiv mid-deċiżjoni kkontestata (1).

Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali ma applikatx b’mod korrett l-eżami legali neċessarju għall-evalwazzjoni ta’ dwar jekk persuna hijiex ikkonċernata meta ddeċidiet li Apple ma tifformax parti minn grupp risrett ta’ impriżi li kienu identifikabbli fil-mument li fih ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata minħabba kriterji speċifiċi għall-membri ta’ dan il-grupp.

Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali tikser l-Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha u l-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja billi ma tipprovdi l-ebda motivazzjoni għall-konklużjoni tagħha li: i) il-prova prodotta minn Apple għall-evalwazzjoni tal-impatt li l-għajnuna jista’ jkollha fuq il-pożizzjoni kompetittiva fis-suq tal-provvista ta’ servizzi ta’ divertiment tal-home video fil-Ġermanja ma hijiex suffiċjenti; u ii) l-eżistenza ta’ interess individwali għandha tiġi stabbilita b’riferiment għall-mument li fih il-miżura kkontestata tkun ikkonċepita, adottata u implementata fil-livell nazzjonali.

Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ Apple billi bbażat ruħha fuq osservazzjonijiet tal-Kummissjoni li ġew ippreżentati b’risposta għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali, li dwarhom Apple ma kellhiex il-possibilità li tikkummenta.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2042 tal-1 ta’ Settembru 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.38418 — 2014/C (ex 2014/N) li l-Ġermanja qed tippjana li timplimenta għall-finanzjament tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-films (ĠU 2016, L 314, p. 63).


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/32


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-635/18)

(2018/C 436/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u A. C. Becker, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 13(1) flimkien mal-Anness XI tad-Direttiva 2008/50/EG (1) billi, mill-2010, sistematikament u kontinwament eċċediet il-valur limitu annwali għad-dijossidu tan-nitroġenu (NO2) f’26 żona għal valutazzjoni u ġestjoni tal-kwalità tal-arja (DEZBXX0001A l-agglomerazzjoni ta’ Berlin, DEZCXX0007A l-agglomerazzjoni ta’ Stuttgart, DEZCXX0043S id-distrett ta’ Tübingen, DEZCXX0063S id-distrett ta’ Stuttgart, DEZCXX0004A l-agglomerazzjoni ta’ Freiburg, DEZCXX0041S id-distrett ta’ Karlsruhe [agglomerazzjoni mhux inkluża], DEZCXX0006A l-agglomerazzjoni ta’ Mannheim/Heidelberg, DEZDXX0001A l-agglomerazzjoni ta’ München, DEZDXX0003A l-agglomerazzjoni ta’ Nürnberg/Fürth/Erlangen, DEZFXX0005S Żona III Mittelhessen u Nordhessen, DEZFXX0001A Agglomerazzjoni I [Rhein-Main], DEZFXX0002A Agglomerazzjoni II [Kassel], DEZGLX0001A l-agglomerazzjoni ta’ Hamburg, DEZJXX0015A Grevenbroich [iż-żona tal-minjieri tal-linjite tar-Rhein], DEZJXX0004A Köln, DEZJXX0009A Düsseldorf, DEZJXX0006A Essen, DEZJXX0017A Duisburg, Oberhausen, Mülheim, DEZJXX0005A Hagen, DEZJXX0008A Dortmund, DEZJXX0002A Wuppertal, DEZJXX0011A Aachen, DEZJXX0016S iż-żoni urbani u iż-żoni rurali fin-Nordrhein-Westfalen, DEZKXX0006S Mainz, DEZKXX0007S Worms/Frankenthal/Ludwigshafen, DEZKXX0004S Koblenz/Neuwied) u l-valur ta’ limitu għal kull siegħa għan-NO2 fi tnejn minn dawn iż-żoni (DEZCXX0007A l-agglomerazzjoni ta’ Stuttgart, DEZFXX0001A Agglomerazzjoni I [Rhein-Main]);

tikkonstata li, mill-11 ta’ Ġunju 2010, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont it-tieni u it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(1) flimkien mat-Taqsima A tal-Anness XV tal-istess direttiva, u b’mod partikolari l-obbligu li jitnaqqas kemm jista’ jkun il-perijodu ta’ nuqqas ta’ konformità fis-26 żona kkonċernati;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Mill-2010, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja sistematikament u kontinwament eċċediet il-valur ta’ limitu għal kull sena u kull siegħa għan-NO2 skont l-Anness XI f’26 jew 2 minn dawn iż-żoni. Dan jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 13(1) flimkien mal-Anness XI tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa.

Bi ksur tat-tieni u tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(1) flimkien mal-Anness XV tad-Direttiva, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset, mill-11 ta’ Ġunju 2010, milli tinkludi fil-pjanijiet tal-kwalità tal-arja għas-26 żona kkonċernati miżuri li jkunu kapaċi jnaqqsu kemm jista’ jkun il-perijodu ta’ nuqqas ta’ konformità. In-nuqqas ta’ adegwatezza tal-miżuri jirriżulta, inter alia, mit-tul, mill-evoluzzjoni u mill-portata tal-eċċess tal-valur ta’ limitu kif ukoll mir-reviżjoni tal-pjanijiet tal-kwalità tal-arja mfassla għaż-żoni kkonċernati.


(1)  ĠU 2008, L 152, p. 1.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/33


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2018 – L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-650/18)

(2018/C 436/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér, G. Tornyai u Zs. Wagner, aġenti)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jikkonstata, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni,

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Gvern Ungeriż jinvoka erba’ motivi insostenn tar-rikors tiegħu.

1.

Il-Gvern Ungeriż iqis li, fil-vot tar-riżoluzzjoni kkontestata, il-Parlament Ewropew kiser serjament id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 354 TFUE u r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu. Mill-voti mitfugħa mill-Membri tal-Parlament Ewropew fil-votazzjoni, ingħaddu biss il-voti favur u kontra, u ġew esklużi l-astensjonijiet, li jmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 354 TFUE u tal-Artikolu 178(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew. Kieku ngħaddu l-astensjonijiet, ir-riżultat tal-votazzjoni kien ikun differenti (l-ewwel motiv).

2.

Fit-tieni lok, il-President tal-Parlament Ewropew ma talabx l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament Ewropew (AFCO) fir-rigward tal-interpretazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura, anki jekk, qabel il-votazzjoni, tqajmu dubji fondati dwar il-mod kif għandhom jingħaddu l-voti. Konsegwentement, kiser il-prinċipju ta’ ċertezza legali, peress li kemm qabel u wara l-votazzjoni, kienet teżisti jew kien fadal inċertezza dwar l-interpretazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura (it-tieni motiv).

3.

Fit-tielet lok, il-Gvern Ungeriż isostni li, fil-votazzjoni tar-riżoluzzjoni kkontestata, inkisru d-drittijiet demokratiċi tal-Membri tal-Parlament Ewropew u l-prinċipji fundamentali ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-Membri tal-Parlament Ewwropew u ta’ demokrazija diretta. Il-Membri ma setgħux jeżerċitaw id-drittijiet neċessarji tagħhom sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom ta’ rappreżentanza tal-poplu skont il-prinċipju tad-demokrazija, li jinkludi wkoll il-possibbiltà ta’ astensjoni (it-tielet motiv).

4.

Fir-raba’ lok, il-Gvern Ungeriż iqis li r-riżoluzzjoni kkontestata tikser il-prinċipju fundamentali ta’ kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu 4(3) TUE u l-prinċipji ġuridiċi tal-Unjoni bħall-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u l-prinċipju ta’ ċertezza legali, minħabba li l-imsemmija riżoluzzjoni fiha dikjarazzjonijiet li jirreferu għal proċeduri ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li diġà ġew konklużi jew li għadhom pendenti (ir-raba’ motiv).


Il-Qorti Ġenerali

3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2018 – Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/16) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Sistema ta’ għajnuna marbuta mal-akkwist issussidjat jew mat-tpoġġija għad-dispożizzjoni bla ħlas ta’ żoni naturali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern fi tmiem il-fażi preliminari ta’ eżami - Assenza ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali - Locus standi - Kunċett ta’ parti kkonċernata - Ammissibbiltà - Ksur ta’ drittijiet proċedurali - Diffikultajiet serji - Effett sostanzjali tal-pożizzjoni kompetittiva tal-impriżi f’kompetizzjoni”))

(2018/C 436/47)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters (Hoenderloo, il-Pajjiżi l-Baxxi) u l-21 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness I għas-sentenza (rappreżentanti: H. Viaene, D. Gillet u T. Ruys, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u S. Noë, aġenti)

Partijiet intervenjenti, insostenn tal-konvenuta: Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland (‘s-Graveland, il-Pajjiżi l-Baxxi), u t-12-il-intervenjenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II għas-sentenza (rappreżentanti: P. Kuypers u M. de Wit, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5929 finali, tat-2 ta’ Settembru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27301 (2015/NN) – Pajjiżi l-Baxxi, marbuta mal-akkwist issussidjat jew mat-tpoġġija għad-dispożizzjoni bla ħlas ta’ żoni naturali, li ġie ippubblikata sinteżi tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, C 9, p. 1).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5929 finali, tat-2 ta’ Settembru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27301 (2015/NN) – Pajjiżi l-Baxxi, marbuta mal-akkwist issussidjat jew mat-tpoġġija għad-dispożizzjoni bla ħlas ta’ żoni naturali, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters u mir-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness I.

3)

Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland u l-intervenjenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 118, 4.4.2016.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – ArcelorMittal Tubular Products Ostrava et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-364/16) (1)

((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw miċ-Ċina - Bdil tal-kodiċi addizzjonali TARIC minn kumpannija - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Inċidenza diretta - Inċidenza individwali - Ammissibbiltà - Effetti ta’ sentenza ta’ annullament - Regola tal-parallelliżmu tar-rekwiżiti formali”))

(2018/C 436/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s. (Ostrava-Kunčice, ir-Repubblika Ċeka), u t-12-il rikorrent l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, u B. Byrne, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Demeneix u J.-F. Brakeland, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annulament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ġunju 2016 li tneħħi lil Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd mil-lista tal-impriżi li jaqgħu taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC A 950 u tinkludiha taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC C 129, għall-kodiċi kollha tan-nomenklatura magħquda msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2272 tas-7 ta’ Diċembru 2015 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU 2015 L 322, p. 21).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta’ Ġunju 2016 li tirtira lil Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd mil-lista ta’ kumpanniji inklużi taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC A 950 u li tinkludiha taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC C 129, għall-kodiċi tan-nomenklatura magħquda kollha msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2272 tas-7 ta’ Diċembru 2015 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s. u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness.


(1)  ĠU C 305, 22.8.2016


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – Terna vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-387/16) (1)

((“Għajnuna finanzjarja - Proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks tal-enerġija trans-Ewropej - Determinazzjoni tal-ammont finali tal-għajnuna finanzjarja - Rapport tal-awditjar li jidentifika irregolaritajiet - Spejjeż mhux eliġibbli - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità”))

(2018/C 436/49)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Terna – Rete elettrica nazionale SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Police, L. Di Via, F. Degni, F. Covone u D. Carria, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, L. Di Paolo, A. Tokár u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittri tas-6 ta’ Lulju 2015, tat-23 ta’ Mejju u tal-14 ta’ Ġunju 2016 tal-Kummissjoni dwar ċerti spejjeż sostnuti fil-kuntest ta’ żewġ proġetti fil-qasam tan-netwerks tal-enerġija trans-Ewropej (Proġetti 209-E255/09-ENER/09/TEN-E-S 12.564583 u 2007-E221/07/2007-TREN/07TEN-E-S 07.91403) wara l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja mill-Kummissjoni lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Terna – Rete elettrica nazionale SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 326, 5.9.2016.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2018 – McCoy vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża T-567/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Marda kkaġunata mix-xogħol - Oriġini professjonali tal-marda - Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Kumitat tal-Invalidità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà - Danni morali”))

(2018/C 436/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Robert McCoy (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni (rappreżentanti: J. C. Cañoto Argüelles u S. Bachotet, aġenti, assistiti minn de B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-2 ta’ Diċembru 2014 li kkonfermat il-konklużjonijiet tal-Kumitat tal-Invalidità tas-7 ta’ Mejju 2014 li permezz tagħhom dan ċaħad it-talba tar-rikorrent li jirrikonoxxi li l-marda li jsofri minnha kienet ikkaġunata mix-xogħol u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu morali ta’ EUR 25 000 li r-rikorrent allegatament ġarrab.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bureau tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-2 ta’ Diċembru 2014 li tirrifjuta li tirrikonoxxi li l-marda li minnha tirriżulta l-invalidità ta’ Robert McCoy fis-sens tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal kienet ikkaġunata mix-xogħol hija annullata.

2)

Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa kkundannat li jħallas lil R. McCoy is-somma ta’ EUR 5 000.

3)

Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 7, 11.1.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-139/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – OY vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-605/16)

((“Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Artikolu 3b tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Impenji - Klassifikazzjoni fi grad - Teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 79(2) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg”))

(2018/C 436/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: OY (rappreżentanti: N. Flandin u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, C. Berardis-Kayser u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2015 li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għall-eżami mill-ġdid tal-klassifikazzjoni fi grad tiegħu fil-grupp tal-funzjoni IV, Grad 15, Skala 1, u, min-naħa l-oħra, sa fejn neċessarju, l-annullament tad-deċiżjoni tal-AHCC tad-29 ta’ Marzu 2016 li tiċħad l-ilment mill-persuna kkonċernata.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

OY huwa kkundannat għall-ispejjeż.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – GEA Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-640/16) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Stabilizzaturi termiċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Multi - Limitu massimu ta’ 10 % - Grupp ta’ kumpanniji - Ugwaljanza fit-trattament”))

(2018/C 436/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. du Mont u C. Wagner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, A. Biolan u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3920 finali, tad-29 ta’ Ġunju 2016, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċediment għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi termiċi).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3920 finali, tad-29 ta’ Ġunju 2016, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċediment għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi termiċi) hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 392, 24.10.2016


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2018 – John Mills vs EUIPO – Jerome Alexander Consulting (MINERAL MAGIC)

(Kawża T-7/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MINERAL MAGIC - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAGIC MINERALS BY JEROME ALEXANDER - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2018/C 436/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: John Mills Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Jerome Alexander Consulting Corp. (Surfside, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Bamford u C. Rani, solicitors)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 2087/2015-1), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jerome Alexander Consulting u John Mills.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 2087/2015-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll nofs dawk esposti minn John Mills Ltd.

3)

Jerome Alexander Consulting Corp. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs dawk esposti minn John Mills.


(1)  ĠU C 63, 27.02.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Golden Balls vs EUIPO – Les Éditions P. Amaury (GOLDEN BALLS)

(Kawża T-8/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GOLDEN BALLS - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea BALLON D’OR - Raġuni relattiva għal rifjut - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 436/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Golden Balls Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, M. Hawkins, solicitor, u T. Dolde, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Botis, sussegwentement S. Pétrequin u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Les Éditions P. Amaury (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan, P. Péters u M. Laborde, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-30 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1962/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Intra-Presse u Inez Samarawira.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1962/2015-1) hija annullata sa fejn hija laqgħet l-oppożizzjoni għal dak li jirrigwarda l-“islot machines, intiżi li jintużaw flimkien ma’ screen, apparati u strumenti xjentifiċi, nawtiċi, għal skopijiet ta’ sondaġġi, fotografiċi, ċinematografiċi, ottiċi, li jiżnu, li jkejlu, li jissenjalaw, li jivverifikaw (superviżjoni), tas-salvataġġ u tat-tagħlim; apparati biex tirrekordja, għat-trasmissjoni u riproduzzjoni ta’ ħsejjes u stampi; magni tal-bejgħ awtomatiċi u mekkaniżmi għal apparati mħaddma bil-muniti; cash registers, kalkulaturi, tagħmir għall-ipproċessar tal-informazzjoni u kompjuters; apparati u strumenti fotografiċi, ċinematografiċi u ottiċi, diski vojta, tagħmir għall-ipproċessar tad-data u kompjuters, ħardwer tal-kompjuter, mattijiet għall-maws, aċċessorji tat-telefons ċellulari, nuċċalijiet tax-xemx” inklużi fil-klassi 9, id-“dekorazzjonijiet għas-siġar tal-Milied” inklużi fil-klassi 28 u l-“produzzjonijiet teatrali bħal wirjiet u drammi, produzzjonijiet ta’ kummiedji mużikali, organizzazzjoni ta’ avvenimenti mużikali/kunċerti” inklużi fil-klassi 41.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 63, 27.2.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – Proof IT vs EIGE

(Kawża T-10/17) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Talba għal servizzi maqsuma f’żewġ lottijiet - Servizzi marbuta mas-sit internet - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Kriterji ta’ għoti - Trasparenza - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2018/C 436/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Proof IT SIA (Riga, il-Latvja) (rappreżentanti: J. Jerņeva u D. Pāvila, avukati)

Konvenut: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (rappreżentanti: J. Stuyck, V. Ost u M. Vanderstraeten, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EIGE li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-lott Nru 1 dwar is-sejħa għal offerti EIGE/2016/OPER/03, intitolata “Ftehim qafas dwar is-servizzi online”, u li tagħti l-kuntratt qafas lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba t-telf ta’ opportunità jew it-telf tal-kuntratt innifsu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Proof IT SIA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 13.3.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Jalkh vs Il-Parlament

(Kawża T-26/17) (1)

((“Privileġġi u immunitajiet - Membru tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni li titneħħa l-immunità parlamentari - Rabta mal-funzjonijiet ta’ membru tal-Parlament - Ugwaljanza fit-trattament - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Proċedura ta’ tneħħija tal-immunità - Drittijiet tad-difiża - Użu ħażin ta’ poter - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2018/C 436/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-François Jalkh (Gretz-Armainvilliers, Franza) (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Le Moigne, sussegwentement M. Ceccaldi u fl-aħħar nett F. Wagner, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Dean u S. Alonso de León, sussegwentement S. Alonso de León, N. Görlitz u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament P8_TA(2016)0430 tat-22 ta’ Novembru 2016 li titneħħa l-immunità parlamentari tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean-François Jalkh għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Parlament Ewropew, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 70, 6.3.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Jalkh vs Il-Parlament

(Kawża T-27/17) (1)

((“Privileġġi u immunitajiet - Membru tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari - Rabta mal-funzjonijiet ta’ membru parlamentari - Ugwaljanza fit-trattament - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Proċedura ta’ tneħħija tal-immunità - Drittijiet tad-difiża - Użu ħażin ta’ poter - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2018/C 436/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-François Jalkh (Gretz-Armainvilliers, Franza) (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Le Moigne, sussegwentement M. Ceccaldi u finalment minn F. Wagner, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Dean u S. Alonso de León, sussegwentement S. Alonso de León, N. Görlitz u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni P8_TA(2016)0429 tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2016, li tneħħi l-immunità parlamentari tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean-François Jalkh għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 70, 6.3.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – FCA US vs EUIPO – Busbridge (VIPER)

(Kawża T-109/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VIPER - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VIPER - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Prodotti li għalihom intużat it-trade mark preċedenti - Iimportanza tal-użu tat-trade mark preċedenti - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament KE Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2018/C 436/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FCA US LLC (City of Auburn Hills, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Morcom, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Robert Dennis Busbridge (Hookwood, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 554/2016-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn M. Busbridge u FCA US.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FCA US LLS hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 121, 18.4.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2018 – Apple and Pear Australia u Star Fruits Diffusion vs EUIPO – Pink Lady America (WILD PINK)

(Kawża T-164/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WILD PINK - Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali PINK LADY - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea Pink Lady - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001)”))

(2018/C 436/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apple and Pear Australia Ltd (Victoria, l-Awstralja) u Star Fruits Diffusion (Le Pontet, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan, P. Péters u H. Abraham, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pink Lady America LLC (Yakima, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment R. Manno u S. Travaglio, sussegwentement R. Manno, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Jannar 2017 (Każ R 87/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Apple and Pear Australia u Star Fruits Diffusion, minn naħa, u Pink Lady America min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Jannar 2017 (Każ R 87/2015-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Apple and Pear Australia u minn Star Fruits Diffusion, inkluż nofs l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minnhom għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

3)

Pink Lady America LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Apple and Pear Australia u minn Star Fruits Diffusion, inkluż nofs l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minnhom għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 144, 8.5.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – M & K vs EUIPO – Genfoot (KIMIKA)

(Kawża T-171/17) (1)

((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Aplikazzjoni għal trade mark tal - Unjoni Ewropea verbali KIMIKA - Trade mark verbali preċedenti tal - Unjoni Ewropea KAMIK - Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Użu ġenwin - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament Nru 2017/1001)))

(2018/C 436/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: M & K Srl (Prato, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Caricato, sussegwentement minn M. Cartella u B. Cartella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Genfoot, Inc. (Montréal, Québec, il-Kanada) (rappreżentanti: E. Saarmann u P. Baronikians, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-12 ta’ Jannar 2017 (Każ R 1206/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Genfoot u M & K.

Dispożittiv

1)

ir-rikors huwa miċħud.

2)

M & K Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 144, 8.5.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – Linak vs EUIPO – ChangZhou Kaidi Electrical (Forma ta’ kolonna użata għall-irfiegħ li topera bl-elettriku)

(Kawża T-367/17) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja rreġistrata li tirrappreżenta kolonna użata għall-irfiegħ li topera bl-elettriku - Trade mark Komunitarja preċedenti - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Utent avżat - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”))

(2018/C 436/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Linak A/S (Nordborg, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Sakalaite-Orlovskiene u A. Folliard-Monguiral, sussegwentement G. Sakalaite-Orlovskiene u J. Ivanauskas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ChangZhou Kaidi Electrical Co. Ltd (Changzhou, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1411/2015-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Linak u ChangZhou Kaidi Electrical.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Linak A/S hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta Ottubru 2018 – Linak vs EUIPO – ChangZhou Kaidi Electrical (Forma ta’ kolonna elevatriċi li taħdem bl-elettriku)

(Kawża T-368/17) (1)

((“Disinni Komunitarji - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinni Komunitarji rreġistrati li jirrappreżentaw kolonna elevatriċi li taħdem bl-elettriku - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Utent attent - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”))

(2018/C 436/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Linak A/S (Nordborg, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann,)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Sakalaite-Orlovskiene u A. Folliard-Monguiral, sussegwentement minn G. Sakalaite-Orlovskiene u J. Ivanauskas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ChangZhou Kaidi Electrical Co. Ltd (Changzhou, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1412/2015-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Linak u ChangZhou Kaidi Electrical.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Linak A/S hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2018 – CompuGroup Medical vs EUIPO – Medion (life coins)

(Kawża T-444/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali life coins - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti LIFE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 436/63)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CompuGroup Medical AG (Koblenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Dix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Medion AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Hagemeier, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2017 (Każ R 1569/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Medion u CompuGroup Medical.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CompuGroup Medical hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u ta’ Medion AG.


(1)  ĠU C 283, 28.8.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – Next design+produktion vs EUIPO – Nanu-Nana Joachim Hoepp (nuuna)

(Kawża T-533/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva nuuna - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti NANU u NANU-NANA - Raġuni relattiva għal rifjut - Evalwazzjoni tal-probabbiltà a’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Kumplimentarjetà tal-prodotti - Prinċipji ta’ awtonomija u ta’ indipendenza tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea - Prinċipji ta’ legalità u ta’ amministrazzjoni tajba - Ċertezza legali”))

(2018/C 436/64)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Next design+produktion GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Hirsch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Hanne u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Boddien, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1448/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp u Next design+produktion.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Next design+produktion GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 330, 2.10.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – VF International vs EUIPO – Virmani (ANOKHI)

(Kawża T-548/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ Oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ANOKHI - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti kipling - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti li tirrappreżenta s-siluwett ta’ xadina - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b)tar-Regolament (UE) 2017/2001) - Ħsara lir-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001)”))

(2018/C 436/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: VF International Sagl (Stabio, l-Isvizzera) (rappreżentant: T. van Innis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: P. Sipos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Ken Virmani (München, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2017 (Każ R 2307/2015-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn VF International u K. Virmani.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Mejju 2017 (Każ R 2307/2015-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn VF International Sagl.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – Asics vs EUIPO – Van Lieshout Textielagenturen (Rappreżentazzjoni ta’ erba’ linji msallba)

(Kawża T-581/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta erba’ linji msallba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta elissi - Motivi relattivi għal rifjut - Artikolu 75 u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 94 u l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001] - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001) - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001)”))

(2018/C 436/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Asics Corporation (Kobe, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. Polo Carreño u M. H. Granado Carpenter, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Van Lieshout Textielagenturen BV (Haaren, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Claassen u B. Woltering, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 2129/2016–4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Asics Corporation u Van Lieshout Textielagenturen.

Dispożittiv

1)

ir-rikors huwa miċħud.

2)

Asics Corporation hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 374, 6.11.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – DNV GL vs EUIPO (Sustainablel)

(Kawża T-644/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Sustainablel - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2001]”])

(2018/C 436/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DNV GL AS (Høvik, in-Norveġja) (rappreżentanti: J. Albers u N. Köster, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2017 (Każ R 2/2017-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Sustainablel bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

DNV GL AS hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 374, 6.11.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2018 – Mamas and Papas vs EUIPO – Wall-Budden (Cot bumper tat-tfal)

(Kawża T-672/17) (1)

((“Disinn jew trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ invalidità - Disinn jew trade mark Komunitarja rreġistrata li tirrappreżenta cot bumper tat-tfal - Eżami ex officio mill – Bord tal – Appell tal – fatti li jikkostitwixxu l – iżvelar - Prinċipju ta’ kontinwità fonzjonali - Provi insuffiċjenti għall-istabbiliment tal-iżvelar”))

(2018/C 436/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mamas and Papas Ltd (Huddersfield, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Reid, barrister, u B. Whitehead, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Ruzek, D. Walicka u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Jane Wall-Budden (Byfleet, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Lulju 2017 (Każ R 208/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mamas and Papas u Jane Wall-Budden.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mamas and Papas Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 402, 27.11.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Szabados vs EUIPO – Sociedad Española de Neumología y Cirugía Torácica (Separ) (MicroSepar)

(Kawża T-788/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MicroSepar - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea SeparSolidaria - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 436/69)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Andreas Szabados (Grünwald, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Wobst, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Sociedad Española de Neumología y Cirugía Torácica (Separ) (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2017 (Każ R 2420/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Andreas Szabados u Sociedad Española de Neumología y Cirugía Torácica.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Andreas Szabados huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 29.1.2018.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Weber-Stephen Products vs EUIPO (iGrill)

(Kawża T-822/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea iGrill - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 436/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Weber-Stephen Products LLC (Palatine, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u A. Jauch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Settembru 2017 (Każ R 579/2017-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali iGrill bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Weber-Stephen Products LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 19. 2.2018.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2018 – Karl Storz vs EUIPO (3D)

(Kawża T-413/17 INTP) (1)

((“Proċedura - Interpretazzjoni ta’ sentenza - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 436/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Karl Storz GmbH & Co. KG (Tuttlingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Gruber u N. Siebertz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Suġġett

Talba għall-interpretazzjoni tas-sentenza tad-19 ta’ Ġunju 2018, Karl Storz vs EUIPO (3D) (T-413/17, mhux ippubblikata, EU:T:2018:356).

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal interpretazzjoni.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 277, 21.8.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-506/17) (1)

((“Rikors għal annullament - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s – Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid – dritt”))

(2018/C 436/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Rami Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), kif ukoll tal-atti ta’ implimentazzjoni sussegwenti tagħha, inkwantu dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rami Makhlouf huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 347,16.10.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2018 – Pracsis u Conceptexpo Project vs Il-Kummissjoni u EACEA

(Kawża T-33/18) (1)

((“Rikors għal annullament u rikors għad-danni - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Rikors amministrattiv quddiem il-Kummissjoni - Att purament confermattiv - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà))

(2018/C 436/73)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Pracsis SPRL (Brussell, il-Belġju) u Conceptexpo Project (Wavre, il-Belġju) (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, A Katsimerou u I. Rubene, aġenti), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (rappreżentanti: inizjalment H. Monet u A. Kisylyczko, sussegwentement H. Monet u N. Durand, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u li hija intiża għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2017 ta’ ċaħda tar-rikors amministrattiv dirett kontra d-deċiżjonijiet tal-EACEA tas-17 ta’ Lulju u tal-11 ta’ Awwissu 2017 u, “sa fejn hemm bżonn”, għall-annullament tal-imsemmija deċiżjonijiet tal-EACEA, kif ukoll tad-“deċiżjoni” tagħha li tiffirma l-kuntratt mal-offerenti kklassifikat fl-ewwel post, sa fejn dawn id-deċiżjonijiet jikklassifikaw l-offerta tal-konsorzju tar-rikorrenti fit-tieni post skont il-mekkaniżmu ta’ kaskata fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti EACEA/2017/01, li tikkonċerna servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ avvenimenti u ta’ azzjonijijiet promozzjonali fil-qasam awdjoviżiv, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li tikseb kumpens għad-danni li r-rikorrenti kienu allegatament ġarrbu minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Pracsis SPRL u Conceptexpo Project huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA).


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/52


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2018 – Hexal vs EMA

(Kawża T-549/18)

(2018/C 436/74)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hexal AG (Holzkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Martens, N. Carbonnelle, avukati u S. Faircliffe, Solicitor)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli u fondata l-eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma mir-rikorrenti kontra l-konklużjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) li t-Teriflunomide ta’ Sanofi għandu l-istatus ta’ sustanza attiva ġdida, kif imsemmi fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Awwissu 2013 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ “AUBAGIO® – Teriflunomide”;

tannulla d-deċiżjoni tal-EMA tal-5 ta’ Lulju 2018 li ma tivvalidax l-applikazzjoni ta’ Hexal għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ verżjoni ġenerika tal-prodott mediċinali Aubagio®;

tikkundanna lill-EMA għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata tirrifjuta li tivvalida l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ Hexal għat-Teriflunomide Hexal, peress li Aubagio®, prodott mediċinali li kien preċedentement awtorizzat għadu jibbenefika minn protezzjoni regolatorja tad-data, skont id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Awwissu 2013, li kontriha r-rikorrenti tqajjem eċċezzjoni ta’ illegalità skont l-Artikolu 277 TFUE. Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tqajjem żewġ motivi:

1.

Taħt l-ewwel motiv kontra d-deċiżjoni kkontestata tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, Hexal issostni li, peress li l-eċċezzjoni ta’ illegalità hija fondata, il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma hijiex legalment ammissibbli peress li l-EMA wettqet żball ta’ fatt u ta’ liġi u naqset milli twettaq l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni u milli tagħmel evalwazzjoni bir-reqqa u ddettaljata, kif pevist fl-Artikolu 296 TFEU;

2.

Taħt it-tieni motiv, il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata hija wkoll ikkontestata peress li l-istatus ta’ “sustanza attiva ġdida” kellu jiġi eżaminat mill-ġdid wara l-applikazzjoni ta’ Hextal għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ġenerika, li ma kienx il-każ. Għaldaqstant, l-EMA allegatament naqset milli twettaq l-obbligi tagħha kif xieraq, b’mod partikolari, l-obbligu li twettaq evalwazzjoni bir-reqqa u ddettaljata u l-obbligu ta’ motivazzjoni, skont l-Artikolu 296 TFUE, ċirkustanza li min-naħa tagħha tirrendi d-deċiżjoni kkontestata illegali.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/53


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 – Bernis et vs BĊE

(Kawża T-564/18)

(2018/C 436/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ernests Bernis (Jurmala, il-Latvja), Oļegs Fiļs (Jurmala), OF Holding SIA (Riga, il-Latvja) u Cassandra Holding Company SIA (Jurmala) (rappreżentati: O. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ECB-SSM-2018-LVABL-2 WOANCA-2018-0007 tal-11 ta’ Lulju 2018 li tirtira l-liċenzja bankarja ta’ ABLV Bank, AS;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE żbaljatament assuma li r-rekwiżiti għall-irtirar tal-liċenzja kienu ssodisfatti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE naqas milli jiħu inkunsiderazzjoni n-natura diskrezzjonali tad-deċiżjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE wettaq abbuż ta’ poter.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-BĊE ma kinitx immotivata b’mod xieraq.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ nemo auiditur.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/54


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 – VE vs ESMA

(Kawża T-567/18)

(2018/C 436/76)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: VE (rappreżentanti: N. Flandin u L. Levi, lawyers)

Konvenut: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-ESMA tal-11 ta’ Ġunju 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent li jikkontesta d-deċiżjoni tal-ESMA tal-14 ta’ Novembru 2017 li ttemm l-impjieg tar-rikorrent mal-ESMA;

konġuntament u sa fejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-ESMA tal-14 ta’ Novembru 2017;

tordna l-kumpens għad-danni morali subiti mir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li ma kien hemm l-ebda notifika lir-rikorrent tad-deċiżjoni li ttemm il-kuntratt ta’ impjieg tiegħu, kif iddefinit minn dan il-kuntratt.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-dritt ta’ smigħ.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, skont l-Artikolu Article 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi l-obbligu tal-amministrazzjoni li tagħti raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq raġuni legali żbaljata għad-deċiżjoni li ċaħdet it-talbiet tar-rikorrent kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ terminazzjoni, peress li t-tnejn li huma huma bbażati fuq ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2016 li huwa manifestament ivvizzjat b’żbalji ta’ evalwazzjoni.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-priċnipju ta’ proporzjonalità.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura impost fuq il-konvenut, fir-rigward tal-problemi tas-saħħa tar-rikorrent u l-kundizzjonijiet ġenerali tax-xogħol tiegħu.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/54


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – W. Kordes’ Söhne Rosenschulen vs EUIPO (Kordes’ Rose Monique)

(Kawża T-569/18)

(2018/C 436/77)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: W. Kordes’ Söhne Rosenschulen GmbH & Co KG (Klein Offenseth-Sparrieshoop, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Würtenberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Kordes’ Rose Monique – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 856 743

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża R 1929/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(m) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/55


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – Crédit agricole vs BĊE

(Kawża T-576/18)

(2018/C 436/78)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Crédit agricole SA (Montrouge, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, abbażi tal-Artikoli 256 u 263 TFUE, id-deċiżjoni ECB-SSM-2018-FRCAG-75 adottata mill-BĊE fis-16 ta’ Lulju 2018;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq eċċess ta’ poter li bih hija vvizzjata d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), tas-16 ta’ Lulju 2018, li timponi fuq ir-rikorrenti sanzjoni amministrattiva għal ksur kontinwu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji previsti fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 68, fil-ĠU 2013, L 321, p. 6, u fil-ĠU 2017, L 20, p. 2) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”). F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni l-argumenti li ġejjin:

prinċipalment, hija tinvoka li l-BĊE wettaq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li ma jimponix fuq l-istabbilimenti l-ksib tal-awtorizzazzjoni minn qabel tal-BĊE sabiex jikklassifikaw ishma ordinarji fil-fondi proprji ta’ grad 1.

sussidjarjament, jekk il-Qorti Ġenerali kellha tqis li l-klassifikazzjoni ta’ ishma ordinarji fil-fondi proprji ta’ grad 1 mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-BĊE tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rikorrenti ssostni li ma wettqet ebda ksur intenzjonali jew ksur li jirriżulta minn negliġenza fl-applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni u li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali.

b’mod mill-iktar sussidjarju, jekk il-Qorti Ġenerali kellha tqis li jista’ jiġi kkonstatat ksur u li tista’ tiġi imposta sanzjoni kontra r-rikorrenti, din tal-aħħar issostni li fid-dawl tal-assenza ta’ gravità tal-ksur allegatament imwettaq u fid-dawl tal-kooperazzjoni tar-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata tkun tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet proċedurali fundamentali tar-rikorrenti li twettaq mill-BĊE inwkantu huwa bbaża d-deċiżjoni kkontestata fuq ilmenti li fir-rigward tagħhom ir-rikorrenti ma kinitx tinsab f’pożizzjoni li tippreżenta l-oġġezzjonijiet tagħha.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/56


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – Crédit agricole Corporate and Investment Bank vs BĊE

(Kawża T-577/18)

(2018/C 436/79)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Crédit agricole Corporate and Investment Bank (Montrouge, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, abbażi tal-Artikoli 256 u 263 TFUE, id-Deċiżjoni ECB-SSM-2018-FRCAG-76 adottata mill-BĊE fis-16 ta’ Lulju 2018;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-576/18, Crédit agricole vs BĊE.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/56


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – CA Consumer Finance vs BĊE

(Kawża T-578/18)

(2018/C 436/80)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CA Consumer Finance (Massy, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, abbażi tal-Artikoli 256 u 263 TFUE, id-deċiżjoni ECB-SSM-2018-FRCAG-77 adottata mill-BĊE fis-16 ta’ Lulju 2018;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-576/18, Crédit agricole vs BĊE.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/57


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2018 – Ukrselhosprom PCF u Versobank vs BĊE

(Kawża T-584/18)

(2018/C 436/81)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ukrselhosprom PCF LLC (Solone, l-Ukraina) u Versobank AS (Talinn, l-Estonja) (rappreżentanti: O. Behrends, L. Feddern u M. Kirchner, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ECB/SSM/2018–EE-2 WHD-2017-0012 tas-17 ta’ Lulju 2018 li tirtira l-liċenzja bankarja ta’ Versobank AS;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni ECB-SSM-2018-EE-3 tal-14 ta’ Awwissu 2018 dwar l-ispejjeż relatati mal-eżami mill-ġdid amministrattiv intern;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erbgħa u għoxrin motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-BĊE sabiex jieħu deċiżjoni dwar il-likwidazzjoni ta’ Versobank AS.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE ma evalwax huwa stess il-kwistjonijiet sottostanti relatati mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus/mal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE ma investigax u ma evalwax bir-reqqa u b’imparzjalità l-elementi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE bbaża ruħu b’mod żbaljat fuq allegata sottomissjoni ta’ informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-attivitajiet ta’ Verosbank fil-Latvja.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq in-nuqqas mill-BĊE li jieħu inkunsiderazzjoni r-rwol pożittiv tat-tim ta’ ġestjoni kompetenti ħafna u ta’ reputazzjoni

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq in-nuqqas mill-BĊE li jiddefinixxi r-rekwiżiti regolamentari rilevanti li Versobank allegatament naqset milli tissodisfa.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li parti sostanzjali tal-attivitajiet ma kinitx tinvolvi riskju sinjifikattiv fil-qasam tal-ġlieda konta l-ħasil tal-flus.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq in-nuqqas li tingħata importanza suffiċjenti lit-tnaqqis kunsiderevoli ta’ klijenti fil-kategoriji ta’ riskju għola.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE assuma b’mod żbaljat li kull azzjoni supplimentari ta’ korrezzjoni ma tkunx realistika.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq kunsiderazzjonijiet żbaljati fir-rigward ta’ eventwali bord ta’ ġestjoni ġdid.

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq kunsiderazzjonijiet żbaljati fir-rigward ta’ eventwali sospensjoni tad-drittijiet tal-vot.

12.

It-tnax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE bbaża ruħu b’mod żbaljat fuq ksur allegat ta’ istruzzjoni.

13.

It-tlettax-il motiv ibbażat fuq kunsiderazzjonijiet żbaljati fir-rigward tal-possibbiltà ta’ istruzzjoni supplimentari.

14.

L-erbatax-il motiv ibbażat fuq rifjut illeġittimu tal-possibbiltà ta’ awtolikwidazzjoni.

15.

Il-ħmistax-il motiv ibbażat fuq rifjut illeġittimu tal-possibbiltà ta’ bejgħ.

16.

Is-sittax-il motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u fuq diskriminazzjoni.

17.

Is-sbatax-il motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

18.

It-tmintax-il motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

19.

Id-dsatax-il motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 19 u tal-Premessa 75 tar-Regolament Nru 1024/2013 (1) u fuq użu ħażin ta’ poter.

20.

L-għoxrin motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ Versobank u tal-azzjonisti li jinstemgħu minħabba terminu eċċessivament qasir sabiex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet.

21.

Il-wieħed u għoxrin motiv ibbażat fuq ksur ieħor tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ ta’ Versobank.

22.

It-tnejn u għoxrin motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni

23.

It-tlieta u għoxrin motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ Versobank li jkollha aċċess għall-fajl.

24.

Ir-raba’ u għoxrin motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tal-azzjonisti fir-rigward tal-eżami mill-ġdid imwettaq mill-Bord Amministrattiv ta’ Eżami mill-Ġdid skont l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1024/2013.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013 L 287, p. 63).


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/59


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2018 – Şanli vs Il-Kunsill

(Kawża T-585/18)

(2018/C 436/82)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Dalokay Şanli (Rotterdam, l-Olanda) (rappreżentant: D. Gürses, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Lulju 2018;

tneħħi isem ir-rikorrent mil-lista prevista fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001, u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u tat-Trattati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li, fil-kuntest tal-proċedura, ma ġiet prodotta ebda prova li minnha jirriżulta li r-rikorrent wettaq attivitajiet terroristiċi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent ma setax jiddefendi ruħu b’mod xieraq fil-proċedura li tat lok għad-deċiżjoni kkontestata.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni ma hijiex suffiċjentement motivata.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni ġiet adottata bi ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ sussidjarjetà.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li r-Regolament (UE) Nru 2580/2001 ma huwiex applikabbli, peress li l-PKK ma huwiex organizzazzjoni terroristika.

7.

Is-seba motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni adottata tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/59


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2018 – Berliner Stadtwerke vs EUIPO (berlinGas)

(Kawża T-595/18)

(2018/C 436/83)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Berliner Stadtwerke GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u N. Willich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “berlinGas” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 252 661

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 2180/2016-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/60


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2018 – Ayuntamiento de Enguera vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-602/18)

(2018/C 436/84)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ayuntamiento de Enguera (Enguera, Spanja) (rappreżentanti: J. Palau Navarro, J. Ortiz Ballester u V. Soriano i Piqueras, abogados)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni adottata fis-26 ta’ Lulju 2018 mill-kap tal-unità “ENV.D.4 – Life programme”, tad-Direttorat “D – Kapital Naturali”, tad-Direttorat Ġenerali tal-Ambjent tal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-Każ “LIFE 10 ENV/ES/000458 – ECOGLAUCA ÉRGON – Confirmation of recovery order”.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE, peress li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex immotivata.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-ineżattezza tal-motivazzjoni, anki jekk jiġi preżunt li teżisti motivazzjoni impliċita.

3.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba previst fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn:

inkiser id-dritt ta’ kull persuna li tinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ miżura individwali li tkun taffettwaha b’mod sfavorevoli. Fil-fatt, fil-kawża odjerna, l-inkartamenti tar-rikorrent ma ġewx ikkunsidrati u dan tal-aħħar ma ġiex intimat sabiex jippreżenta osservazzjonijiet qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni definittiva;

it-talbiet min-naħa tar-rikorent għal aċċess għall-fajl fl-intier tiegħu ġew injorati;

filwaqt li r-rikorrent dejjem indirizza lill-konvenuta bl-Ispanjol, il-Kummissjoni adottat il-korrispondenza u d-deċiżjonijiet kollha tagħha bl-Ingliż.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat pubbliċi sa fejn id-deċiżjoni kkontestata la tapplika r-regoli u lanqas il-kriterji xjentifiċi adegwati, iżda tinkludi biss l-evalwazzjoni suġġettiva tagħha billi tnaqqas jew tannulla kull parteċipazzjoni ekonomika tal-Unjoni fi proġett approvat mingħajr ebda ġustifikazzjoni.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, sa fejn il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni tagħha b’kontradizzjoni mal-atti preċedenti tagħha, li fihom hija kienet tikkonferma b’mod sħiħ il-qbil tagħha mal-attivitajiet eżegwiti mir-rikorrent, b’tali mod li dan tal-aħħar ġie issuġġettat, f’daqqa waħda u b’mod li ma jinftiehemx, għal deċiżjoni li huwa ma setgħax jipprevedi fid-dawl tal-aġir preċedenti tal-Kummissjoni.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/61


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2018 – ZE vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża T-603/18)

(2018/C 436/85)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: ZE (rappreżentant: P. Giatagantzidis, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Settembru 2018 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew li tordna s-sospensjoni tal-funzjonijiet tiegħu sal-31 ta’ Ottubru 2018, kif ukoll ta’ kwalunkwe att relatat,

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ tiegħu qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fil-konfront tiegħu;

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata billi nstagħdet informazzjoni;

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità mis-Segretarju Ġenerali, peress li huwa ordna kemm il-ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva fil-konfront tar-rikorrent kif ukoll adotta d-deċiżjoni kkontestata;

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur manifest tad-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata tiegħu minħabba l-projbizzjoni imposta fuqu milli jkollu aċċess għall-post tax-xogħol tiegħu kif ukoll għall-fajls personali tiegħu;

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza u tas-sigriet proċedurali matul il-proċedura segwita, fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet magħmula lill-istampa minn uffiċjali għoljin tal-Parlament Ewropew.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/62


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2018 – Essity Hygiene and Health vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ werqa)

(Kawża T-607/18)

(2018/C 436/86)

Lingwa tal-kawża: l-Isdeviż

Partijiet

Rikorrenti: Essity Hygiene and Health AB (Gothenburg, l-Isvezja) (rappreżentant: U. Wennermark, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ta’ rappreżentazzjoni ta’ werqa – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 709 305

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 21962017-1

Talbiet

B’mod prinċipali, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

1.

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fit-totalità tagħha, u

(a)

tikkonferma li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha karattru distintiv suffiċjenti bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti kollha miċħuda li jaqgħu taħt il-Klassijiet 3 u 16

(b)

tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward tal-prodotti miċħuda mill-Bord tal-Appell li jaqgħu taħt il-Klassi 21

(c)

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Bord tal-Appell għal eżami fir-rigward taċ-“ċraret għat-tindif”;

2.

tikkundanna lill-EUIPO jikkumpensa lir-rikorrenti għall-ispejjeż subiti fil-kuntest ta’ din il-proċedura, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem l-EUIPO.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

1.

tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward tal-prodotti miċħuda mill-Bord tal-Appell li jaqgħu taħt il-Klassi 21

2.

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Bord tal-Apell fir-rigward taċ-“ċraret għat-tindif”

3.

tikkundanna lill-EUIPO jikkumpensa lir-rikorrenti għall-ispejjeż subiti quddiem il-Qorti Ġenerali.

B’mod iktar sussidjarju, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

1.

tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward tal-prodotti miċħuda mill-Bord tal-Appell li jaqgħu taħt il-Klassi 21

2.

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Bord tal-Apell fir-rigward taċ-“ċraret għat-tindif”

3.

tikkundanna lill-EUIPO jikkumpensa lir-rikorrenti għal parti mill-ispejjeż li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xieraq.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/63


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2018 – ZH vs ECHA

(Kawża T-617/18)

(2018/C 436/87)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZH (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2016 tar-rikorrent;

tannula wkoll, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni tal-ECHA tat-2 ta’ Lulju 2018 innotifikata lir-rikorrent fit-3 ta’ Lulju 2018, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2016;

tordna li r-rikorrent jingħata kumpens għad-danni morali sostnuti mir-rikorrent;

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2.2 tad-Deċiżjoni tal-ECHA tat-18 ta’ Ġunju 2015 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implementazzjoni tal-Artikolu 15(2) tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea u li timplementa l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli proċedurali għat-twettiq tar-rapport ta’ evalwazzjoni kif stabbiliti permezz ta’ deċiżjoni tal-ECHA u b’mod partikolari mill-Artikolu 7, kif ukoll ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli b’analoġija għall-aġenti temporanji abbażi tal-Artikolu 15 tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni manifesti mill-evalwatur, fir-rigward tal-kritika negattiva fuq l-applikant.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu li jingħataw raġunijiet.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/63


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2018 – TUIfly vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-619/18)

(2018/C 436/88)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TUIfly GmbH (Langenhagen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Giesberts u M. Gayger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni C(2018) 5432 finali meħuda mill-konvenuta fit-3 ta’ Awwissu 2018 li tikkonċerna t-talba konfermattiva għal aċċess għall-fajl imressqa mir-rikorrenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 – GESTDEM 2018/2506 u tordna lill-konvenuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għall-fajl ta’ proċedura fil-kawża dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.24221 (2011/C) (ex 2011/NN) implimentata mill-Awstrija għall-ajruport ta’ Klagenfurt, għal Ryanair u linji tal-ajru oħrajn li jużaw l-ajruport (ĠU 2018, L 107, p. 1);

tgħaqqad din il-kawża għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali mal-Kawża T-447/18 imressqa mir-rikorrenti kontra l-konvenuta u pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq motiv uniku, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, u d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, sa fejn il-Kummissjoni ma awtorizzatx lir-rikorrenti li taċċedi għall-fajl ta’ investigazzjoni u ma għamlithiex fil-pożizzjoni li b’mod utli tiżgura d-difiża tagħha.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/64


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2018 – alfavet Tierarzneimittel vs EUIPO – Millet Innovation (Epibac)

(Kawża T-613/13) (1)

(2018/C 436/89)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 39, 8.2.2014.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/64


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2018 – Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs INEA

(Kawża T-871/16) (1)

(2018/C 436/90)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/64


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2018 – Cabell vs EUIPO – Zorro Productions (ZORRO)

(Kawża T-96/18) (1)

(2018/C 436/91)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018.