ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 420

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
20 ta' Novembru 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 420/01

Rata tal-kambju tal-euro

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 420/02

Sejħa għal Proposti — EACEA/21/2018 — Il-Programm Erasmus+, Azzjoni Ewlenija 3 — Appoġġ għar-riforma politika — Inklużjoni soċjali u valuri komuni: il-kontribut fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ

2

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 420/03

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9124 — Dana/Oerlikon Drive Systems) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

2018/C 420/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9032 — E.ON/Helen/Virta) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7


 

Rettifika

2018/C 420/05

Rettifika għall-Avviż dwar il-miżuri ta’ antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina: tibdil fl-isem ta’ kumpaniji soġġetti għar-rata ta’ dazju antidumping għal kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ( ĠU C 414, 20.11.2014 )

8


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Novembru 2018

(2018/C 420/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1427

JPY

Yen Ġappuniż

128,89

DKK

Krona Daniża

7,4625

GBP

Lira Sterlina

0,89083

SEK

Krona Żvediża

10,2815

CHF

Frank Żvizzeru

1,1391

ISK

Krona Iżlandiża

140,80

NOK

Krona Norveġiża

9,6493

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,013

HUF

Forint Ungeriż

321,65

PLN

Zloty Pollakk

4,3293

RON

Leu Rumen

4,6666

TRY

Lira Turka

6,0735

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5660

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5055

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,9491

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6740

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5684

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 287,63

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,0122

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9349

HRK

Kuna Kroata

7,4253

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 672,00

MYR

Ringgit Malażjan

4,7848

PHP

Peso Filippin

60,020

RUB

Rouble Russu

75,2885

THB

Baht Tajlandiż

37,623

BRL

Real Brażiljan

4,2907

MXN

Peso Messikan

23,1660

INR

Rupi Indjan

81,8825


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/2


SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EACEA/21/2018

Il-Programm Erasmus+, Azzjoni Ewlenija 3 — Appoġġ għar-riforma politika

Inklużjoni soċjali u valuri komuni: il-kontribut fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ

(2018/C 420/02)

1.   OBJETTIVI

Din is-sejħa għal proposti se tappoġġa proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali fl-oqsma tal-edukazzjoni u tat-taħriġ.

Kull applikazzjoni għandha tindirizza objettiv ġenerali wieħed u wieħed mill-objettivi speċifiċi. Kemm l-objettivi ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi tas-sejħa huma eżawrjenti: proposti li ma jindirizzawhomx mhumiex se jitqiesu.

Objettivi ġenerali

Il-proposti għandhom jindirizzaw wieħed miż-żewġ objettivi ġenerali li ġejjin:

1.

Ixerrdu u/jew iżidu l-prattiki tajbin fir-rigward tal-edukazzjoni inklużiva u tal-promozzjoni ta’ valuri komuni, li b’mod partikolari jingħataw bidu f’livell lokali. Fil-kuntest ta’ din is-sejħa, iż-żieda tfisser ir-replikazzjoni ta’ prattika tajba fuq skala usa’/li tiġi ttrasferita għal kuntest differenti jew li tiġi implimentata f’livell ogħla/sistemiku;

jew

2.

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ metodi u prattiki innovattivi għat-trawwim tal-edukazzjoni inklużiva u l-promozzjoni ta’ valuri komuni.

L-objettivi speċifiċi

Il-proposti għandhom jindirizzaw wieħed mill-objettivi speċifiċi li ġejjin:

It-titjib tal-akkwist ta’ kompetenzi soċjali u ċiviċi, it-trawwim tal-għarfien, il-fehim u s-sjieda ta’ valuri u d-drittijiet fundamentali;

Il-promozzjoni tal-edukazzjoni u tat-taħriġ inklużivi u t-trawwim tal-edukazzjoni ta’ studenti żvantaġġati, inkluż permezz tal-appoġġ lill-persunal fl-edukazzjoni fl-indirizzar tad-diversità u t-tisħiħ tad-diversità fost il-persunal fl-edukazzjoni;

It-titjib tal-ħsieb kritiku u tal-litteriżmu fil-midja fost l-istudenti, il-ġenituri u l-persunal fl-edukazzjoni;

L-appoġġ tal-inklużjoni ta’ migranti li jkunu għadhom kif jaslu f’edukazzjoni ta’ kwalità tajba, inkuż billi jiġi vvalutat l-għarfien u jiġi vvalidat it-tagħlim ta’ qabel.

It-trawwim ta’ ħiliet u kompetenzi diġitali ta’ gruppi esklużi diġitalment (inklużi persuni akbar fl-età, il-migranti u żgħażagħ minn familji żvantaġġati) permezz ta’ sħubijiet bejn l-iskejjel, in-negozju u s-settur mhux formali, inklużi l-libreriji pubbliċi.

Il-proġetti huma mħeġġa sabiex jinvolvu mudelli eżemplari fl-attivitajiet tagħhom, fejn xieraq.

2.   ELIĠIBBILTÀ

2.1.   Applikanti eliġibbli

L-applikanti eliġibbli huma organizzazzjonijiet pubbliċi u privati attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ jew setturi u organizzazzjonijiet soċjoekonomiċi oħrajn li jwettqu attivitajiet transsettorjali (pereżempju organizzazzjonijiet kulturali, is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet tal-isport, iċ-ċentri ta’ rikonoxximent, il-kmamar tal-kummerċ, l-organizzazzjonijiet tan-negozju, eċċ.).

Huma eliġibbli biss entitajiet ġuridiċi fil-pajjiżi tal-programm li ġejjin:

it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (1);

il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja;

il-pajjiżi kandidati tal-UE: l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija u s-Serbja (2).

Ir-rekwiżit minimu tal-kompożizzjoni tas-sħubija għal din is-sejħa huwa ta’ erba’ organizzazzjonijiet eliġibbli minn erba’ pajjiżi tal-programm differenti.

Jekk ikun hemm netwerks involuti fil-proġett, il-konsorzju jrid jinkludi tal-inqas żewġ organizzazzjonijiet li ma jkunux membri tan-netwerk(s) u l-konsorzju jeħtieġ li jirrappreżenta tal-inqas erba’ pajjiżi eliġibbli.

2.2.   Attivitajiet eliġibbli u t-tul tal-proġett

L-attivitajiet li jsiru fil-pajjiżi tal-Programm biss (ara t-Taqsima 2.1) ser ikunu kkunsidrati eliġibbli għall-finanzjament. Kull spiża relatata ma’ attivitajiet li jsiru barra minn dawn il-pajjiżi jew minn organizzazzjonijiet li ma jkunux irreġistrati fil-pajjiżi tal-Programm mhijiex eliġibbli. B’mod eċċezzjonali u fuq bażi ta’ każ b’każ, l-attivitajiet li jinvolvu pajjiżi oħrajn li ma jkunux pajjiżi tal-Programm jistgħu jingħataw finanzjament iżda jrid ikollhom l-awtorizzazzjoni speċifika u minn qabel mill-Aġenzija Eżekuttiva.

L-attivitajiet iridu jibdew jew fl-1 ta’ Novembru, fl-1 ta’ Diċembru 2019 jew fil-15 ta’ Jannar 2020.

It-tul tal-proġett għandu jkun ta ‘24 jew 36 xahar

3.   IR-RIŻULTATI MISTENNIJA

Il-proġetti għandhom iwasslu għal riżultati bħal:

aktar sensibilizzazzjoni, għarfien u fehim ta’ prattiki tajbin fl-istituzzjonijiet u l-komunitajiet edukattivi rilevanti;

użu aħjar ta’ approċċi mill-aktar innovattivi fil-politika jew fil-prattika;

aktar sensibilizazzjoni, motivazzjoni u kompetenza tal-mexxejja fil-qasam tal-edukazzjoni u l-edukaturi fir-rigward ta’ approċċi lejn l-edukazzjoni inklużiva u l-promozzjoni tal-valuri komuni;

involviment attiv tal-familji u l-komunitajiet lokali fl-appoġġ ta’ approċċi lejn l-edukazzjoni inklużiva u l-promozzjoni ta’ valuri komuni;

għodda mifruxa b’mod usa’ u effettiva sabiex tappoġġa lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u lil min jipprovdi t-tagħlim fl-implimentazzjoni ta’ approċċi lejn l-edukazzjoni inklużiva u fil-promozzjoni tal-valuri komuni.

4.   BAĠIT DISPONIBBLI:

Il-baġit totali disponibbli għall-kofinanzjament tal-proġetti taħt is-sejħa preżenti huwa ta’ EUR 10 000 000.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-UE ma tistax taqbeż 80 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-proġett.

L-għotja massima għal kull proġett se tkun ta’ EUR 500 000.

L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

5.   KRITERJI TAL-GĦOTI

L-applikanti eliġibbli ser jiġu vvalutati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

1.

Ir-rilevanza tal-proġett (30 %)

2.

Il-kwalità tat-tfassil tal-proġett u l-implimentazzjoni (20 %)

3.

Il-kwalità tas-sħubija u l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni (20 %)

4.

L-impatt, it-tixrid u s-sostenibbiltà (30 %)

6.   PROĊEDURA TA’ SOTTOMISSJONI U SKADENZA

L-iskadenza għas-sottomissjoni hija: is-26 ta’ Frar 2019 – 12:00 (nofsinhar ħin ta’ Brussell).

L-applikanti huma mitlubin jaqraw sew l-informazzjoni kollha dwar is-sejħa għal proposti EACEA/21/2018 u l-proċedura ta’ sottomissjoni u li jużaw id-dokumenti li jifformaw parti mill-pakkett ta’ applikazzjoni li jista’ jinstab fuq:

https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding_en (Referenza tas-sejħa EACEA/21/2018)

L-applikazzjoni u l-annessi obbligatorji tagħha għandhom jiġu sottomessi online permezz ta’ formola elettronika apposta.

7.   L-INFORMAZZJONI DWAR IS-SEJĦA

L-informazzjoni kollha dwar is-Sejħa EACEA/21/2018 hija disponibbli mis-sit web li ġej:

https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding_en (Referenza tas-sejħa EACEA/21/2018)

Kuntatt tal-email: EACEA-Policy-Support@ec.europa.eu


(1)  Għal applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok kun af li għandu jkun hemm konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà għad-durata kollha tal-proġett. Jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE matul il-perjodu tal-proġett mingħajr ma jikkonkludi ftehim mal-UE li jiżgura b’mod partikolari li l-applikanti Brittaniċi jibqgħu eliġibbli, inti ser tieqaf tirċievi finanzjament mill-UE (filwaqt li tkompli, sa fejn ikun possibbli, tipparteċipa) jew tintalab tħalli l-proġett fuq il-bażi tal-Artikolu II.16.3.1 (a) tal-ftehim ta’ għotja.

(2)  L-adattamenti tal-baġit iddeterminati minn jekk is-Serbja ssirx Pajjiż tal-Programm tal-Programm Erasmus+ għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2019 soġġett għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-(emenda għall-)Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tas-Serbja f’“Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport mill-1 ta’ Jannar 2019.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9124 — Dana/Oerlikon Drive Systems)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 420/03)

1.   

Fid-9 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Dana Incorporated (“Dana”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

GrazianoFairfield AG, Pfaffikon (“GrazianoFairfield AG”, l-Isvizzera), ikkontrollata minn OC Oerlikon Corporation AG, Pfaffikon (“Oerlikon”, l-Isvizzera),

Dana takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ GrazianoFairfield AG kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Dana hija fornitur dinji ta’ partijiet għal sistemi ta’ tranżmissjoni, prodotti ta’ issiġillar u ġestjoni tas-sħana destinti għal manifatturi ta’ vetturi ħfief, kummerċjali u ta’ barra l-highway kif ukoll ta’ gearboxes, prodotti idrawliċi u driveshafts għal tagħmir stazzjonarju industrijali,

GrazianoFairfield AG hija fornitur ta’ soluzzjonijiet għall-gearboxes, is-sewqan u l-bdil tal-gear għal vetturi mobbli u tagħmir industrijali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9124 — Dana/Oerlikon Drive Systems

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


20.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9032 — E.ON/Helen/Virta)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 420/04)

1.   

Fit-13 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

E.ON SE, permezz tas-sussidjarja tagħha E.ON Drive Infrastructure GmbH (“E.ON”, il-Ġermanja),

Helen Oy (“Helen”, il-Finlandja),

Liikennevirta Oy (“Virta”, il-Finlandja).

E.ON u Helen jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Virta kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   E.ON: iffokata fuq tliet oqsma prinċipali tan-negozju: (i) il-ġenerazzjoni tal-elettriċità minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, (ii) networks tad-distribuzzjoni tal-enerġija u (iii) soluzzjonijiet għall-konsumatur (inklużi l-provvista bl-imnut tal-elettriċità u l-gass). Barra minn hekk, E.ON toffri s-servizzi tal-mobbiltà elettronika, inkluż it-tħaddim ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi f’diversi pajjiżi tal-UE.

—   Helen: l-attività kummerċjali tagħha tikkonsisti primarjament fil-produzzjoni tal-elettriċità, tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, kif ukoll id-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-enerġija. Barra minn hekk, Helen toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi għall-produzzjoni tal-enerġija fuq skala żgħira u l-użu tal-enerġija tal-klijenti stess. Mill-2012, Helen toffri wkoll punti tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi fil-Finlandja.

—   Virta: tipprovdi firxa ta’ servizzi relatati mal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi. Hija topera prinċipalment fil-Finlandja u għandha wkoll attivitajiet fir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvezja, l-Isvizzera u r-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9032 — E.ON/Helen/Virta

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Rettifika

20.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/8


Rettifika għall-Avviż dwar il-miżuri ta’ antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina: tibdil fl-isem ta’ kumpaniji soġġetti għar-rata ta’ dazju antidumping għal kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU C 414, 20.11.2014 )

(2018/C 420/05)

Fil-paġna 9, fit-tieni kolonna tat-tielet ringiela tat-tabella,

minflok:

“Guangdong Jinqiuangyi Ceramics Co., Ltd.”,

aqra:

“Guangdong Jinqiangyi Ceramics Co., Ltd.”.