ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 417

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
16 ta' Novembru 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 417/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2018/C 417/02

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-għaqdiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-22 ta’ Awwissu 2018 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat ma’ Il-kawża M.8788 — Apple/Shazam — Relatur: Spanja

2

2018/C 417/03

Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Apple/Shazam (M.8788)

3

2018/C 417/04

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Settembru 2018 li jiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mat-tħaddim tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Kawża M.8788 — Apple/Shazam) (notifikata skont id-dokument C(2018) 5534)  ( 1 )

4

 

Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej

2018/C 417/05

Deċiżjoni tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej tad-29 ta’ Awwissu 2018 li tneħħi l-Alliance of European National Movements mir-Reġistru

9

2018/C 417/06

Deċiżjoni tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej tat-13 ta’ Settembru 2018 dwar it-tneħħija tal-Alliance for Peace and Freedom mir-Reġistru

11

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 417/07

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (Pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011)  ( 1 )

13

2018/C 417/08

Notifika mir-Rumanija lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

26

2018/C 417/09

Notifika mir-Rumanija lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

27

2018/C 417/10

Notifika mir-Rumanija lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

28


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 417/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9153 — CDC/Meridiam/FICA-HPCI) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

29

2018/C 417/12

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9171 — Covanta Holding Corporation/Green Investment Group/Brockwell Energy/Earls Gate Energy Centre) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

31

2018/C 417/13

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9067 — Equinor Refining Norway/Danske Commodities) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

33


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta’ Novembru 2018

(2018/C 417/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1305

JPY

Yen Ġappuniż

128,16

DKK

Krona Daniża

7,4622

GBP

Lira Sterlina

0,88370

SEK

Krona Żvediża

10,2553

CHF

Frank Żvizzeru

1,1365

ISK

Krona Iżlandiża

140,40

NOK

Krona Norveġiża

9,6028

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,985

HUF

Forint Ungeriż

321,99

PLN

Zloty Pollakk

4,2933

RON

Leu Rumen

4,6650

TRY

Lira Turka

6,1047

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5564

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4949

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8558

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6601

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5570

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 277,99

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,1238

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8448

HRK

Kuna Kroata

7,4270

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 599,19

MYR

Ringgit Malażjan

4,7358

PHP

Peso Filippin

59,614

RUB

Rouble Russu

75,2446

THB

Baht Tajlandiż

37,278

BRL

Real Brażiljan

4,2772

MXN

Peso Messikan

23,0659

INR

Rupi Indjan

81,3700


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


16.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/2


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-għaqdiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-22 ta’ Awwissu 2018 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat ma’ Il-kawża M.8788 — Apple/Shazam

Relatur: Spanja

(2018/C 417/02)

Il-konċentrazzjoni

1.

Il-Kumitat Konsultattiv (8 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20.1.2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) (1).

Id-definizzjoni tas-swieq

2.

Il-Kumitat Konsultattiv (8 Stati Membri) jaqbel mal-konklużjonijiet li ntlaħqu mill-Kummissjoni fl-abbozz tad-Deċiżjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-prodotti u tas-swieq ġeografiċi rilevanti għal:

a.

Pjattaformi ta’ soluzzjonijiet ta’ softwer;

b.

Servizzi tad-distribuzzjoni tal-mużika diġitali;

c.

Soluzzjonijiet ta’ softwer ta’ rikonoxximent awtomatiku ta’ kontenut (“ACR”) inkluż ir-rikonoxximent tal-mużika għall-applikazzjonijiet;

d.

Il-liċenzjar tad-data tal-mużika;

e.

Ir-reklamar online.

Il-valutazzjoni kompetittiva

3.

Il-Kumitat Konsultattiv (8 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat tal-effetti mhux koordinati orizzontali fis-suq għal-liċenzjar tad-data tal-mużika u għas-subsegmenti potenzjali tagħha fuq livell dinji, fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) u fl-Awstrija, Franza, l-Italja, Spanja, l-Isvezja, l-Islanda u n-Norveġja.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv (8 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat tal-effetti mhux koordinati orizzontali fis-suq għar-reklamar online u s-subsegmenti potenzjali tiegħu fl-Awstrija, Franza, l-Italja, Spanja, l-Isvezja, l-Islanda u n-Norveġja.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv (8 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat tal-effetti mhux koordinati u mhux orizzontali fis-suq tal-applikazzjoni tal-istreaming tal-mużika diġitali fiż-ŻEE, fl-Awstrija, Franza, l-Italja, Spanja, l-Isvezja, l-Islanda u n-Norveġja.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv (8 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat tal-effetti mhux koordinati u mhux orizzontali fis-suq għas-soluzzjonijiet tas-softwer għall-ACR u s-subsegementi potenzjali tiegħu fil-livell dinji u fiż-ŻEE.

Il-kompatibbiltà mas-suq intern u l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea

7.

Il-Kumitat Konsultattiv (8 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata trid għalhekk tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) f’konformità mal-Artikolu 2(2) u 8 (1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.


16.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/3


Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Apple/Shazam

(M.8788)

(2018/C 417/03)

1.   

Fl-14 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifikazzjoni ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) (ir-Regolament dwar l-Għaqdiet) li permezz tagħha Apple Inc. (“il-Parti li Tinnotifika” jew “Apple”) takwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ Shazam Entertainment Ltd. (“Shazam”) (it-“Tranżazzjoni Proposta”) (3). Apple u Shazam huma kollettivament imsemmija minn hawn ’il quddiem bħala “il-Partijiet”.

2.   

Fit-23 ta’ April 2018, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, li jqajmu dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tat-Tranżazzjoni Proposta mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim ŻEE b’riżultat ta’ effetti mhux koordinati u mhux orizzontali fir-rigward ta’ apps ta’ streaming ta’ mużika diġitali, u soluzzjonijiet ta’ softwer ta’ rikonoxximent awtomatiku tal-kontent (“ACR”), inklużi apps tar-rikonoxximent tal-mużika. Fil-15 ta’ Mejju 2018, il-Parti Notifikanti ppreżentat it-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c).

3.   

Fil-15 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni estendiet it-tieni fażi tal-perjodu tal-investigazzjoni b’għaxart ijiem tax-xogħol fuq talba tal-Parti Notifikanti skont it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

4.   

Wara l-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni Proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’xi parti sostanzjali minnu. Id-deċiżjoni għalhekk tiddikjara t-Tranżazzjoni Proposta bħala kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

5.   

Jien ma rċevejt l-ebda talba jew ilment mingħand il-Partijiet dwar l-eżerċizzju tad-dritt tagħhom għas-smigħ. B’mod ġenerali, inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie rrispettat matul il-proċedimenti preżenti

Brussell, it-23 ta’ Awwissu 2018.

Joos STRAGIER


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(3)  It-Tranżazzjoni Proposta ġiet inizjalment innotifikata lill-awtorità tal-kompetizzjoni Awstrijaka fil-21 ta’ Diċembru 2017. Wara t-talba ta’ rinviju ta’ din tal-aħħar skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, b’mod konġunt mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ diversi Stati Membri oħra, fis-6 ta’ Frar 2018 il-Kummissjoni ddeċidiet li taċċetta t-talba ta’ rinviju u li teżamina t-Tranżazzjoni Proposta skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.


16.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/4


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-6 ta’ Settembru 2018

li jiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mat-tħaddim tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

(Kawża M.8788 — Apple/Shazam)

(notifikata skont id-dokument C(2018) 5534)

(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 417/04)

Fis-6 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’kawża ta’ fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) , u partikolarment l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa, billi l-kawża tista’ tkun fil-forma ta’ verżjoni provviżorja, hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-kawża fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, f’dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html.

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Fil-21 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba ta’ rinviju mill-awtorità Federali tal-kompetizzjoni tal-Awstrija skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) li jikkonċerna t-tranżazzjoni proposta li biha Apple Inc. (“Apple” jew “il-Parti li Tinnotifika”, tal-Istati Uniti) waħdeha takkwista l-kontroll ta’ Shazam Entertainment Ltd. (“Shazam”, tar-Renju Unit, u flimkien mal-Apple, “il-Partijiet”) (“it-Tranżazzjoni”) (3).

(2)

L-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni ta’ Franza, l-Islanda, l-Italja, in-Norveġja, Spanja u l-Iżvezja (flimkien mal-Awstrija, “l-Istati Riferenti”) sussegwentement ingħaqdu mat-talba li għamlet l-awtorità tal-kompetizzjoni Federali tal-Awstrija.

(3)

Fis-6 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni ħarġet deċiżjonijiet li permezz tagħhom hija aċċettat it-talbiet għal rinviju tal-Istati Riferenti u ddeċiediet li teżamina t-Tranżazzjoni skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (“l-Artikolu 22 Deċiżjonijiet”).

(4)

Fl-14 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż dwar it-Tranżazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(5)

Wara l-investigazzjoni tal-fażi I, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni kienet qajmet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern u fit-23 ta’ April 2018 adottat deċiżjoni biex jinbdew proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (id-“Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c)”).

(6)

Fil-15 ta’ Mejju 2018, il-Parti Notifikanti ppreżentat it-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c) (it-“Tweġiba għad-Deċiżjoni tal-Artikolu 6(1)(c)”). Fl-istess jum, it-tieni fażi tal-perjodu tal-investigazzjoni ġie estiż b’għaxart ijiem tax-xogħol fuq talba tal-Parti Notifikanti skont it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.   IL-PARTIJIET U T-TRANŻAZZJONI

(7)

Apple tiddisinja, timmanifattura u tbigħ fis-suq apparati tal-komunikazzjoni mobbli u tal-midja (bħal “iPhone”, “iPad”, “Apple TV”) u kompjuters personali (“Mac”). Hija tiżviluppa wkoll varjetà ta’ softwer li huwa installati fuq l-apparati u l-kompjuters mibjugħa minnha, inklużi sistemi operattivi (“Sistemi Operattivi”) għal apparati varji tagħha (pereż. kompjuters personali (“macOS”), apparat mobbli (“iOS”), arloġġi intelliġenti (“watchOS”) u smart TVs (“tvOS”)), soluzzjonijiet b’assistent virtwali (“SIRI”) u prodotti u servizzi oħra. B’mod partikolari, toffri servizz ta’ streaming tal-mużika u tal-filmati “Apple Music”.

(8)

Shazam huwa żviluppatur u distributur ta’ applikazzjonijiet (“apps”) ta’ rikonoxximent tal-mużika għal smartphones, tablets u kompjuters personali (“PCs”).

(9)

Skont il-ftehim tax-xiri tal-ishma konkluż fl-10 ta’ Diċembru 2017, wara li t-tlestija tat-Tranżazzjoni, l-Apple ser ikollha l-kapital azzjonarju sħiħ ta’ Shazam u b’hekk takkwista l-kontroll esklussiv fuq Shazam. Għaldaqstant, it-Tranżazzjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

3.   IL-ĠURISDIZZJONI TAL-KUMMISSJONI

(10)

It-tranżazzjoni ma għandhiex dimensjoni tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, peress li l-fatturat tal-partijiet ma jilħaqx il-livelli tal-Artikolu 1(2) jew 1 (3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(11)

Fis-6 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni ħarġet id-Deċiżjonijiet tal-Artikolu 22 u kisbet il-ġurisdizzjoni biex tifli bir-reqqa l-effetti tat-Tranżazzjoni.

4.   IS-SWIEQ RILEVANTI

(12)

Għall-valutazzjoni tat-Tranżazzjoni huma rilevanti dawn l-attivitajiet kummerċjali tal-Partijiet: (1) Apple tiżviluppa Sistemi Operattivi għal apparati varji tagħha, li għalihom, partijiet terzi jistgħu jiżviluppaw soluzzjonijiet ta’ softwer u apps; (2) Shazam hija attiva fil-forniment ta’ soluzzjonijiet ta’ softwer ta’ rikonoxximent awtomatiku ta’ kontenut (“ACR”), inklużi apps ta’ rikonoxximent tal-mużika (4); (3) Apple hija attiva fil-forniment ta’ servizzi tad-distribuzzjoni tal-mużika diġitali; (4) iż-żewġ Partijiet huma attivi fil-liċenzjar tad-data tal-mużika; u (5) iż-żewġ Partijiet huma attivi fil-forniment ta’ servizzi ta’ reklamar online.

(13)

Is-swieq tal-prodotti u dawk ġeografiċi rilevanti huma definiti kif ġej:

4.1.   Il-pjattaformi tas-soluzzjonijiet ta’ softwer

(14)

L-Apple tiżviluppa OSs għal tipi differenti ta’ apparat. Għall-għan tal-valutazzjoni tat-Tranżazzjoni, dawk l-OSs huma rilevanti sal-punt li l-partijiet terzi jiżviluppaw soluzzjonijiet ta’ softwer u applikazzjonijiet, inkluż, fost l-oħrajn, żviluppaturi ta’ apps ta’ rikonoxximent bħal Shazam għal dawk l-OSs sabiex jilħqu lill-utenti finali tal-apparati tal-Apple. B’hekk, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tiddiskuti l-OSs bħala soluzzjonijiet ta’ softwer u/jew pjattaformi tal-apps.

(15)

Għall-fini tal-valutazzjoni tat-Tranżazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-swieq tal-prodott rilevanti huma: (i) soluzzjonijiet ta’ softwer u/jew pjattaformi tal-apps għall-PCs, (ii) soluzzjonijiet ta’ softwer u/jew pjattaformi tal-apps fl-apparati mobbli, (iii) soluzzjonijiet ta’ softwer u/jew pjattaformi tal-apps għal apparat intelliġenti li jintlibes (inklużi arloġġi intelliġenti), (iv) soluzzjonijiet ta’ softwer u/jew pjattaformi għal apps ta’ arloġġi intelliġenti u (v) soluzzjonijiet ta’ softwer u/jew pjattaformi għal apps għal TVs intelliġenti.

(16)

Is-swieq ġeografiċi għal soluzzjonijiet ta’ softwer u/jew pjattaformi tal-apps għal kull wieħed mill-kompjuters, apparat intelliġenti mobbli, apparat intelliġenti li jintlibes (inklużi arloġġi intelliġenti), arloġġi intelliġenti u TVs intelliġenti huma tal-inqas mifruxa maż-ZEE, jekk mhux mad-dinja kollha.

4.2.   Is-servizzi tad-distribuzzjoni tal-mużika diġitali

(17)

Il-mudelli prevalenti tas-servizzi tad-distribuzzjoni tal-mużika diġitali fil-livell tal-konsumatur huma l-istreaming ta’ mużika u d-downloading ta’ mużika (5). Servizzi ta’ streaming jistgħu jinkludu servizzi bażiċi sponserjati bir-reklami, disponibbli mingħajr ħlas, u servizzi primjum li jkunu bi ħlas. Is-servizzi huma disponibbli fuq pjattaformi differenti ta’ soluzzjonijiet ta’ softwer, għalkemm jintużaw l-aktar fuq tal-Android u l-iOS.

(18)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kwistjoni dwar jekk is-suq tal-prodott rilevanti għandux jinkludi kemm streaming kif ukoll downloading ta’ mużika tista’ titħalla miftuħa. Il-valutazzjoni kompetittiva hija magħmula fuq l-idjaq bażi, jiġifieri fis-suq tas-servizzi ta’ streaming ta’ mużika diġitali għal apparat tal-mowbajls intelliġenti, bl-esklużjoni ta’ servizzi ta’ video streaming (f’dan li ġej is-suq tal-“apps għall-istreaming ta’ mużika diġitali”).

(19)

L-ambitu ġeografiku preċiż tas-suq tal-apps għall-istreaming ta’ mużika diġitali, qed jitħalla miftuħ. Il-valutazzjoni kompetittiva ssir kemm fuq bażi nazzjonali kif ukoll madwar iż-ŻEE.

4.3.   Is-soluzzjonijiet ta’ softwer ACR, jinkludu apps ta’ rikonoxximent tal-mużika

(20)

Is-soluzzjonijiet ta’ softwer ACR huma bbażati fuq teknoloġija ta’ identifikazzjoni awdjo, li tuża l-mikrofonu tal-apparat biex tirrikonoxxi kontenut (awdjo jew vidjo). Is-soluzzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-mużika huma parti mill-kategorija usa’ ta’ soluzzjonijiet tas-softwer ACR u huma speċifikament użati sabiex jidentifikaw kontenut mużikali. Is-soluzzjonijiet ta’ softwer ACR, li jinkludu soluzzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-mużika, jistgħu jintużaw fuq apparat differenti.

(21)

L-investigazzjoni tas-suq ma tipprovdix riżultati konklużivi dwar jekk is-suq tal-prodott rilevanti huwiex limitat għal soluzzjonijiet ta’ softwer separati dedikati ta’ rikonoxximent tal-mużika skont it-tip ta’ apparat jew jekk dan għandux jiġi definit b’mod iktar wiesa’ li jkopri s-soluzzjonijiet ta’ softwer għat-tipi kollha ta’ apparati u t-tipi kollha ta’ soluzzjonijiet tas-softwer ACR.

(22)

Il-valutazzjoni kompetittiva ssir kemm fuq is-suq globali għal soluzzjonijiet ta’ softwer ACR kif ukoll fuq l-aktar bażi ristretta, li huwa s-suq għal soluzzjoni ta’ softwer awtonomi dedikati għar-rikonoxximent tal-mużika jew l-apps għal kull kategorija ta’ kompjuters, apparat intelliġenti mobbli, arloġġi intelliġenti u smart TVs.

(23)

L-ambitu ġeografiku tas-swieq huwa kkunsidrat li hu mifrux tal-inqas maż-ŻEE.

4.4.   Il-liċenzjar ta’ data tal-mużika

(24)

Shazam tippubblika u tilliċenzja ċarts ta’ data tal-mużika u tidentifika diski u artisti li qed juru momentum pożittiv qawwi fi ħdan l-app rikonoxximent tal-mużika Shazam f’ċertu territorju ġeografiku (“ċarts tal-iskoperti tal-mużika”). L-Apple toffri prodotti tad-data simili għal dawk offruti minn Shazam abbażi tax-xejriet tal-użu tal-klijenti tagħha (“ċarts tal-konsum tal-mużika”).

(25)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kwistjoni dwar jekk iċ-ċarts tal-iskoperti tal-mużika Shazam u ċ-ċarts tal-konsum tal-mużika ta’ Apple humiex parti mill-istess suq tal-prodott, tista tibqa’ miftuħa.

(26)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kwistjoni dwar jekk l-ambitu ġeografiku tas-suq għall-ħruġ ta’ liċenzji tad-data tal-mużika huwiex nazzjonali, mifrux maż-ŻEE jew madwar id-dinja tista’ titħalla miftuħa.

4.5.   Ir-reklamar online

(27)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kwistjoni dwar jekk ir-reklamar online li mmirat lejn id-dilettanti tal-mużika jikkostitwixxix suq distint tista’ titħalla miftuħa.

(28)

Il-Kummissjoni tqis li s-suq tar-reklamar online u s-subsegmenti possibbli tiegħu x’aktarx għandhom ambitu nazzjonali jew jimxi mal-fruntieri lingwistiċi fiż-ŻEE.

5.   IL-VALUTAZZJONI KOMPETITTIVA

5.1.   Il-valutazzjoni tal-effetti orizzontali

5.1.1.   Il-liċenzjar ta’ ċarts ta’ data tal-mużika

(29)

Kemm Apple kif ukoll Shazam huma attivi fil-liċenzjar ta’ data tal-mużika madwar id-dinja, kif ukoll fiż-ŻEE u fl-Istati tar-Rinviju.

(30)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li mhux probabbli li t-Tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva, peress li l-prodotti tal-Partijiet kienu fil-biċċa l-kbira komplementari għal xulxin, għadd ta’ kompetituri stabbiliti se jibqgħu attivi wara t-Tranżazzjoni u d-data tal-mużika tal-partijiet ma tidhirx li hija unika.

5.1.2.   Ir-reklamar online

(31)

Kemm Apple kif ukoll Shazam huma attivi fil-forniment tas-servizzi ta’ reklamar online, iżda mingħajr ma joħolqu duplikazzjoni bejn l-attivitajiet tagħhom fil-livell nazzjonali, jew fi swieq definiti li jimxu mal-fruntieri lingwistiċi fi ħdan iż-ŻEE, fl-Istati tar-Rinviju.

(32)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li anke jekk l-Apple wara t-Tranżazzjoni kellha tuża wħud mill-assi tagħha (bħal, b’mod partikolari, id-data tal-utent) biex issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Shazam fis-suq/segment tar-reklamar online immirat lejn id-dilettanti tal-mużika, dan hu improbabbli li jwassal għal impediment sinifikanti tal-kompetizzjoni. Tabilħaqq, hemm għadd ta’ kumpaniji ewlenin li joffru s-servizzi ta’ reklamar online li jilħqu gruppi fil-mira ferm akbar minn Shazam, inklużi Google u Facebook, li jippermetti lil min jirreklama jimmira lejn udjenzi speċifiċi abbażi tal-interessi tagħhom u jippermettu wkoll l-immirar lejn id-dilettanti tal-mużika. Barra minn hekk, atturi oħrajn tal-istreaming tal-mużika diġitali jiġbru u għandhom bażijiet tad-data fuq id-dilettanti tal-mużika simili għal Apple Music u jistgħu potenzjalment jissieħbu ma’ fornituri ta’ servizzi ta’ reklamar, kemm-il darba din it-tip ta’ data tkun meħtieġa sabiex jikkompetu fis-segment tad-dilettanti tal-mużika.

5.2.   Il-valutazzjoni ta’ effetti mhux orizzontali

5.2.1.   Esklużjoni possibbli ta’ kompetituri fornituri ta’ apps ta’ streaming ta’ mużika diġitali

5.2.1.1.   Aċċess għal informazzjoni kummerċjalment sensittiva

(33)

Bħalissa Shazam tiġbor ċerta data dwar l-utenti ta’ apps ta’ partijiet terzi, u b’mod partikolari apps ta’ streaming ta’ mużika diġitali, installati fuq l-istess apparat mobbli intelliġenti fejn tkun installata l-app Shazam. Permezz ta’ din id-data, wara t-Tranżazzjoni, l-Apple tkun tista’ b’hekk tikseb lista tal-klijenti tar-rivali ta’ Apple Music fuq l-apparati li ma jużawx l-iOS, partikolarment li jużaw l-Android (6).

(34)

Il-Kummissjoni vvalutat jekk, permezz tal-akkwist ta’ kontroll fuq l-app Shazam u d-data deskritta hawn fuq, l-Apple tistax tikseb aċċess għal informazzjoni kummerċjalment sensittiva fuq il-kompetituri tagħha fis-swieq għal apps tal-istreaming ta’ mużika diġitali attivi li ma jużawx apparati iOS u jekk dan jistax iwassal għal xi effetti antikompetittivi mhux koordinati u mhux orizzontali skont il-paragrafu 78 tal-Linji Gwida dwar l-Għaqdiet Mhux Orizzontali (7).

(35)

Skont dik id-dispożizzjoni, entità magħquda tista’, b’integrazzjoni vertikali, tikseb aċċess għal informazzjoni kummerċjalment sensittiva rigward l-attivitajiet upstream u downstream tar-rivali. Dan jista’ wkoll iqiegħed lill-kompetituri fi żvantaġġ kompetittiv, u b’hekk jiskoraġihom milli jidħlu jew jespandu fis-suq.

(36)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-data li l-Apple jkollha aċċess għaliha tikkostitwixxix informazzjoni kummerċjalment sensittiva dwar ir-rival tal-Apple Music fis-suq tal-apps tal-istreaming ta’ mużika diġitali fiż-ŻEE u l-Istati tar-Rinviju fit-tifsira tal-paragrafu 78 tal-Linji Gwida dwar l-Għaqdiet Mhux Orizzontali.

(37)

Madankollu, il-Kummissjoni tqis li mhuwiex ċar jekk l-entità magħquda tkunx kapaċi tpoġġi lill-kompetituri fornituri tal-apps tal-istreaming ta’ mużika diġitali fi żvantaġġ kompetittiv billi tuża d-data miksuba permezz tat-Tranżazzjoni biex tkun tista’ teżegwixxi kampanji ta’ reklamar jew ta’ kummerċjalizzazzjoni aktar immirati. Filwaqt li l-entità magħquda jkollha l-kapaċità teknika li taċċess d-data ta’ Shazam, jidher li hemm xi limitazzjonijiet legali jew kuntrattwali (inklużi r-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data) għall-użu ta’ din id-data minn Apple wara t-Tranżazzjoni.

(38)

It-tieni, ukoll fuq il-bażi tad-dokumenti interni tal-Apple, il-Kummissjoni tikkunsidra li mhuwiex ċar jekk l-entità magħquda jkollhiex l-inċentivi li tuża informazzjoni kummerċjalment sensittiva biex tpoġġi lir-rival fi żvantaġġ kompetittiv. Barra minn hekk, b’risposta għal talba għal informazzjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, l-Apple ddikjarat il-pjanijiet tagħha li tibdel il-prattiki tal-ġbir tad-data ta’ Shazam sabiex dawn jiġu konformi mal-pożizzjonijiet fuq qudiem nett tal-industrija li tgawdi l-Apple dwar il-privatezza u biex taġġorna l-app Shazam għal OSs apparti l-OS tal-Apple sabiex ma tibgħatx lill-Apple data dwar l-utenti ta’ apps ta’ partijiet terzi, sakemm il-fornitur tas-servizz tal-istreaming tal-mużika ta’ dawk l-utenti ma jaqbilx li jippermetti li din l-informazzjoni tintbagħat lill-Apple.

(39)

It-tielet, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni x’aktarx ma jkollhiex impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni effettiva fis-swieq għal apps tal-istreaming ta’ mużika diġitali fiż-ŻEE, l-Awstrija, Franza, l-Islanda, l-Italja, in-Norveġja, Spanja u l-Isvezja minħabba aċċess għal informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Dan għaliex: (i) kull żviluppatur tal-apps jista’ jiġbor informazzjoni simili fuq l-Android; (ii) jeżistu diversi fornituri li jippermettu l-immirar lejn l-udjenzi “dilettanti tal-mużika”, li Apple tista’ tistrieħ fuqhom biex timmira lejn id-dilettanti tal-mużika anke qabel it-Tranżazzjoni u li wara t-Tranżazzjoni r-rivali tal-Apple Music jistgħu jistrieħu fuqhom ukoll; (iii) l-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat li s-swieq tal-istreaming tal-mużika diġitali fiż-ŻEE u fl-Istati tar-Rinviju qed jikbru b’mod konsiderevoli u li t-tkabbir jiġi prinċipalment permezz ta’ abbonament ta’ klijenti ġodda minflok minn rebħ ta’ klijenti tal-kompetituri.

5.2.1.2.   Effetti mhux koordinati oħra għad-detriment ta’ kompetituri fornituri ta’ apps ta’ streaming ta’ mużika diġitali

(40)

L-apps tar-rikonoxximent tal-mużika u l-apps tal-istreaming tal-mużika diġitali jistgħu jitqiesu komplementarji jew għall-inqas prodotti relatati mill-viċin fis-sens tal-paragrafu 91 tal-Linji Gwida dwar l-Għaqdiet Mhux Orizzontali.

(41)

Il-Kummissjoni qieset jekk l-entità magħquda tistax isaħħaħ il-pożizzjoni tas-suq tal-Apple Music fis-suq tal-apps tal-istreaming tal-mużika diġitali billi tieħu vantaġġ mill-pożizzjoni ta’ Shażam fis-suq fiż-ŻEE tal-apps tar-rikonoxximent tal-mużika. Dan jista’ jinkiseb billi jitħaddmu l-prattiċi ta’ esklużjoni u restrittivi li ġejjin: (i) rifjut jew degradazzjoni tal-aċċess għal mekkaniżmu ta’ riferiment ta’ Shazam bħala kanal tal-akkwist tal-klijenti jew bħala funzjonalità, li jsaħħaħ l-involviment tal-utent jew jarrikkixxi l-esperjenza tal-utent fuq l-apps ta’ streaming ta’ mużika diġitali; (ii) rifjut jew degradazzjoni ta’ aċċess għal Shazam bħala għodda tar-reklamar; (iii) l-integrazzjoni tal-funzjonalitajiet tar-rikonoxximent mużikali ta’ Shazam fi ħdan l-apps tal-Apple Music; jew (iv) restrizzjoni ta’ aċċess għad-data tal-utenti ta’ Shazam bħala input importanti biex jitjiebu l-funzjonalitajiet eżistenti, jew jiġu offruti funzjonalitajiet addizzjonali, fuq apps tal-istreaming ta’ mużika diġitali.

(42)

Il-Kummissjoni tqis li, anki jekk l-entità magħquda kellha l-kapaċità teknika u l-inċentivi biex tapplika l-prattiki msemmija, huwa improbabbli li tali aġir ikollu impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni effettiva, u konsegwentement li t-Tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva fis-swieq għal apps tal-istreaming ta’ mużika diġitali. Dan għaliex: (i) Is-sehem kbir tas-suq ta’ Shazam ma sarrafx fi grad sinifikanti ta’ saħħa fis-suq fit-tifsira tal-paragrafi 23 tal-Linji Gwida dwar l-Għaqdiet Mhux Orizzontali; (ii) Shazam mhuwiex kanal sinjifikanti tal-akkwist tal-klijenti (ir-riferimenti ta’ Shazam jirrappreżentaw biss persentaġġ negliġibbli ta’ utenti ġodda tas-servizzi tal-istreaming ta’ mużika diġitali fiż-ŻEE u fil-livell nazzjonali (skont l-Istat tar-Rinviju)); (iii) Il-mekkaniżmu ta’ riferiment ta’ Shazam ma jagħtix spinta lill-involviment tal-utent u lanqas ma jarrikkixxi l-esperjenza tal-utent dwar l-apps tal-istreaming ta’ mużika diġitali; (iv) Shazam mhijiex għodda sinjifikanti tar-reklamar użata biex timmira lejn id-dilettanti tal-mużika u bara minn hekk għodod iktar effettivi użati għall-akkwisti tal-klijenti se jibqgħu disponibbli għall-kompetituri; (v) It-teknoloġija tal-ACR ta’ Shazam mhijiex input sinjifikanti u l-fornituri alternattivi se jibqgħu disponibbli fis-suq; u (vi) Id-data ta’ Shazam mhijiex unika u l-kompetituri tal-Apple ikollhom l-opportunità ta’ aċċess għal bażijiet tad-data simili f’termini ta’ varjetà, veloċità, volum u valur.

5.2.2.   L-esklużjoni possibbli ta’ fornituri li jikkompetu fil-qasam tas-soluzzjonijiet tas-softwer, inklużi l-apps tar-rikonoxximent tal-mużika

(43)

Is-soluzzjonijiet ta’ softwer tal-ACR u l-pjattaformi ta’ soluzzjonijiet ta’ softwer għall-PCs, TVs intelliġenti, apparati mobbli intelliġenti u apparat intelliġenti li jintlibes jistgħu jitqiesu bħala komplementari jew għall-inqas prodotti relatati mill-viċin fis-sens tal-paragrafu 91 tal-Linji Gwida dwar l-Għaqdiet Mhux Orizzontali.

(44)

Il-Kummissjoni qieset jekk l-entità magħquda tistax issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Shazam fis-suq għal soluzzjonijiet ta’ softwer tal-ACR, inkluż l-apps tar-rikonoxximent tal-mużika, bl-użu tal-pożizzjoni tal-Apple bħala pjattaforma ta’ soluzzjonijiet ta’ softwer.

(45)

Il-Kummissjoni tqis li, anki jekk l-entità magħquda kellha l-kapaċità teknika u l-inċentivi biex tagħmel użu mill-prattiki msemmija, huwa improbabbli li tali aġir ikollu impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni, u konsegwentement li t-Tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva fis-suq tas-soluzzjonijiet ta’ softwer tal-ACR. Dan għaliex: (i) dan it-tħassib ma jidhirx li huwa speċifiku għall-għaqda, peress li anke saħansitra qabel it-Tranżazzjoni Shazam u Apple kellhom sħubija kontinwa; (ii) il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu għall-investigazzjoni tas-suq ma jqisux li t-Tranżazzjoni se jkollha impatt fuq is-suq; (iii) bosta pjattaformi ta’ soluzzjonijiet ta’ softwer oħra, jibqgħu disponibbli wara t-Tranżazzjoni għal fornituri tas-soluzzjonijiet tas-softwer tal-ACR; (iv) L-integrazzjoni aktar profonda tal-Apple ma’ Shazam ma twaqqafx l-apps l-oħra tar-rikonoxximent tal-mużika milli jikkompetu u ma tagħtix spinta lill-użu ta’ Shazam.

6.   KONKLUŻJONI

(46)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu.

(47)

Konsegwentement, id-Deċiżjoni tiddikjara t-Tranżazzjoni kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikoli 2(2) u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  It-Tranżazzjoni kienet notifikata lill-awtorità tal-kompetizzjoni Federali tal-Awstrija fit-12 ta’ Diċembru 2017.

(3)  ĠU C 106, 21.3.2018, p. 16.

(4)  Shazam tiżviluppa soluzzjonijiet ta’ softwer ACR biex tattiva l-apps tagħha tar-rikonoxximent tal-mużika.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża M.6800 — PRRfM/STIM/GEMA/JV, premessa 113 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 85.

(6)  L-Apple diġà għandha informazzjoni dwar min huma l-klijenti tal-kompetituri fornituri tal-apps tal-istreaming ta’ mużika diġitali fuq l-iOS.

(7)  Il-Linji Gwida dwar il-valutazzjoni ta’ fużjonijiet mhux orizzontali skont ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (“Linji Gwida dwar l-Għaqdiet Mhux Orizzontali”) (ĠU C 265, 18.10.2008, p. 6).


Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej

16.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/9


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ GĦALL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ U L-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI EWROPEJ

tad-29 ta’ Awwissu 2018

li tneħħi l-Alliance of European National Movements mir-Reġistru

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2018/C 417/05)

AWTORITÀ GĦALL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ U L-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit 13 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (2).

(2)

Fl-20 ta’ Settembru 2017, l-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (“l-Awtorità”) irċeviet applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala partit politiku Ewropew skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 mill-Alliance of European National Movements (“l-AEMN”).

(3)

Fit-12 ta’ Jannar 2018, l-Awtorità adottat deċiżjoni li tirreġistra l-AEMN bħala partit politiku Ewropew (“id-deċiżjoni li tirreġistra”).

(4)

Fis-6 ta’ April 2018, id-deċiżjoni li tirreġistra ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-AEMN akkwistat il-personalità ġuridika Ewropea.

(5)

Fit-3 ta’ Mejju 2018, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/673 (3) li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/673 daħal fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri fl-4 ta’ Mejju 2018, u emenda, fost oħrajn, il-kundizzjonijiet li l-applikanti jeħtiġilhom jissodisfaw biex jiksbu r-reġistrazzjoni bħala partiti politiku Ewropew.

(6)

Skont l-Artikolu 40a(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, il-partiti politiċi Ewropej irreġistrati qabel l-4 ta’ Mejju 2018 kien jeħtiġilhom, sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Lulju 2018, jippreżentaw dokumenti li jippruvaw li kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (b) u (ba) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 kif emendat (“il-kundizzjonijiet emendati għar-reġistrazzjoni”).

(7)

Fl-4 ta’ Mejju 2018, l-Awtorità bagħtet lill-partiti politiċi Ewropej irreġistrati kollha ittra li għarrfithom dwar il-konklużjoni tal-proċess leġiżlattiv li wassal għall-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/673 (“l-ittra tal-4 ta’ Mejju 2018”), L-ittra tal-4 ta’ Mejju 2018 fissret l-implikazzjonijiet tal-qafas ġuridiku l-ġdid u fakkret lill-partiti politiċi Ewropej fl-obbligu tagħhom li jissottomettu dokumenti li jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet emendati għar-reġistrazzjoni sal-5 ta’ Lulju 2018.

(8)

L-AEMN ma ssottomettiet l-ebda dokument biex tagħti prova li kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet emendati għar-reġistrazzjoni sal-5 ta’ Lulju 2018.

(9)

Fit-3 ta’ Awwissu 2018, l-Awtorità bagħtet lill-AEMN valutazzjoni preliminari biex tagħtiha l-opportunità li tinstema’ skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 rigward il-kundizzjonijiet emendati għar-reġistrazzjoni u n-nuqqas min-naħa tagħha li tissottometti kwalunkwe dokument sal-5 ta’ Lulju 2018.

(10)

L-AEMN ma ssottomettiet l-ebda osservazzjoni b’risposta għall-valutazzjoni preliminari tal-Awtorità tat-3 ta’ Awwissu 2018.

(11)

Skont l-Artikolu 40a(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-Awtorità tqis li l-AEMN naqset milli tagħti prova li tissodisfa l-kundizzjonijiet emendati għar-reġistrazzjoni sal-5 ta’ Lulju 2018 u li l-AEMN għalhekk jeħtiġilha titneħħa mir-Reġistru.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Alliance of European National Movements b’dan hija mneħħija mir-Reġistru.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-

Alliance of European National Movements

11 rue de Wissembourg

67000 Strasbourg

Franza

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Awwissu 2018.

F’isem l-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

Id-Direttur

M. ADAM


(1)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.

(2)  COM/2017/0481 finali - 2017/0219 (COD).

(3)  ĠU L 114 I, 4.5.2018, p. 1.


16.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/11


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ GĦALL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ U L-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI EWROPEJ

tat-13 ta’ Settembru 2018

dwar it-tneħħija tal-Alliance for Peace and Freedom mir-Reġistru

(It-testi bl-Olandiż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)

(2018/C 417/06)

L-AWTORITÀ GĦALL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ U L-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), b’mod partikolari l-Artikolu 40a tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Settembru 2017, l-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (“l-Awtorità”) irċeviet applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala partit politiku Ewropew skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 mill-Alliance for Peace and Freedom (“APF”).

(2)

Fit-13 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (2).

(3)

Fid-9 ta’ Frar 2018, l-Awtorità adottat deċiżjoni li tirreġistra l-APF bħala partit politiku Ewropew (“id-deċiżjoni ta’ reġsitrazzjoni”). Id-deċiżjoni ta’ reġistrazzjoni ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-6 ta’ Ġunju 2018, u l-APF akkwistat il-personalità ġuridika Ewropa f’dik id-data.

(4)

Fit-3 ta’ Mejju 2018, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/673 (3) li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/673 daħal fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri fl-4 ta’ Mejju 2018, u emenda, fost ħwejjeġ oħra, il-kundizzjonijiet li l-applikanti jridu jissodisfaw biex jiksbu r-reġistrazzjoni bħala partit politiku Ewropew.

(5)

Skont l-Artikolu 40a(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, il-partit politiċi Ewropej irreġistrati qabel l-4 ta’ Mejju 2018 kien jeħtiġilhom jissottomettu dokumenti l jagħtu prova li kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b) u (ba) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 kif emendat (“il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni emendati”) sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Lulju 2018.

(6)

Fl-4 ta’ Mejju 2018, l-Awtorità bagħtet ittra lill-partiti politiċi Ewropej irreġistrati kollha li fiha għarrfithom bil-konklużjoni tal-proċess leġiżlattiv li wassal għall-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/673 (“l-ittra tal-4 ta’ Mejju 2018”). L-ittra tal-4 ta’ Mejju 2018 fissret l-implikazzjonijiet tal-qafas legali l-ġdid u fakkret lill-partiti politiċi Ewropej fl-obbligu tagħhom i jissottomettu dokumenti li jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni emendati sal-5 ta’ Lulju 2018.

(7)

Fit-22 ta’ Ġunju 2018, l-Awtorità rċeviet sottomissjoni minn Kotleba - L’udová Strana Naše Slovensko (“LSNS”) li stqarret, fost ħwejjeġ oħra, li LSNS huwa partit membru tal-APF u li huwa rrappreżentat fil-kunsill nazzjonali tar-Repubblika Slovakka.

(8)

Fit-2 ta’ Lulju 2018, l-Awtorità rċeviet sottomissjoni min-Nationaldemokratische Partei Deutschlands (“NPD”) li stqarret, fost ħwejjeġ oħra, li l-NPD huwa partit membru tal-APF u li huwa rrappreżentat fil-Parlament Ewropew.

(9)

L-Awtorità ma rċeviet l-ebda dokumentazzjoni oħra, la mill-APF u lanqas minn partiti politiċi nazzjonali f’isem l-APF, għall-fini li jagħtu prova li l-APF kien jissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni emendati sal-5 ta’ Lulju 2018.

(10)

Fl-10 ta’ Awwissu 2018, l-Awtorità bagħtet lill-APF valutazzjoni preliminari biex tagħtih l-opportunità li jinstema’ bi qbil mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 rigward il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni emendati u n-nuqqas min-naħa tiegħu li jressaq dokumenti suffiċjenti sal-5 ta’ Lulju 2018.

(11)

L-APF ma ssottometta l-ebda osservazzjoni b’risposta għall-valutazzjoni preliminari tal-Awtorità tal-10 ta’ Awwissu 2018.

(12)

L-Awtorità hija tal-fehma li l-APF naqas milli jagħti prova, fi ħdan l-iskadenza stabbilita mil-leġiżlatur Ewropew, li kien jissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni emendati. Dan peress li l-APF issottometta dokumentazzjoni insuffiċjenti sal-5 ta’ Lulju 2018, jiġifieri dokumenti li joriġinaw mil-LSNS (is-Slovakkja) u mill-NPD(il-Ġermanja) biss. Dawn iż-żewġ sottomissjonijiet mhumiex suffiċjenti biex jagħtu prova li l-APF jissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni emendati f’tal-anqas kwart tal-Istati Membri.

(13)

L-Awtorità tqis ukoll li analiżi tal-merti tas-sottomissjonijiet tal-LSNS u tal-NPD mhijiex meħtieġa, anke li kieku dawk is-sottomissjonijiet kienu fil-prinċipju idonei biex jagħtu prova li l-APF jissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni emendati f’żewġ Stati Membri, għaliex dak ma jibdilx il-fatt li l-APF issottometta dokumentazzjoni insuffiċjenti sal-5 ta’ Lulju 2018.

(14)

Skont l-Artikolu 40(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-Awtorità tqis li l-APF naqas mill-jagħti prova li jissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni emendati sal-5 ta’ Lulju 2018, u li l-APF għaldaqstant jeħtieġlu jitneħħa mir-Reġistru.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Alliance for Peace and Freedom huwa b’dan imneħħi mir-Reġistru.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

Alliance for Peace and Freedom

Sentier de Montigny 16

6060 Gilly

Il-Belġju

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2018.

F’isem l-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

Id-Direttur

M. ADAM


(1)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.

(2)  COM/2017/0481 final - 2017/0219 (COD).

(3)  ĠU L 114 I, 4.5.2018, p. 1.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

16.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/13


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE

(Pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 417/07)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 jipprevalu fuq kwalunkwe dispożizzjoni kunfliġġenti fid-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni

Referenza u titlu tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni

Referenza u titlu tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni li ġie sostitwit

Kummenti

010001-00-0301

Precast concrete composite wall with point connectors

 

 

010003-00-0301

Precast balcony elements magħmulin minn ultra-high performance fibre reinforced concrete (UHPFRC)

 

 

010013-00-0301

Panel ħafif magħmul minn mortar ta’ siment u EPS granulat rinforzat minn glass fibre mesh u steel railing intern

 

 

010028-00-0103

Foundation kit mhux fond u li jista’ jerġa’ jintuża għal strutturi ħfief

 

 

020001-01-0405

Assemblaġġi ċappetta multi-assi moħbija

020001-00-0405

 

020002-00-0404

Sistema ta’ ħġieġ għall-galleriji (u terrazzini) mingħajr frames vertikali

 

 

020011-00-0405

Bokkaporti tal-bjut, art, ħitan u soqfa li jipprovdu aċċess jew għall-użu bħala bieb ta‘ emerġenza/bi jew mingħajr reżistenza għan-nar

 

 

020029-00-1102

Internal pedestrian fire resisting u/jew smoke control single jew double leaf doorsets magħmulin mill-azzar

 

 

030019-00-0402

Liquid applied roof waterproofing fuq il-bażi ta’ polysiloxane

 

 

030065-00-0402

Composite roof waterproofing kit

 

 

030092-00-0605

Mineral non-flexible sealing slurry fuq il-bażi ta’ siment

 

 

030155-00-0402

Bitumen-polyurethane resin b’komponent wieħed għal flashing application

 

 

030218-00-0402

Membrane għall-użu bħala roof underlay

 

 

040005-00-1201

Prodotti tal-insulazzjoni termali u/jew akustiċi mmanifatturati fil-fabbrika, magħmulin minn fibri veġetali jew tal-annimali

 

 

040007-00-1201

Prodott ta‘ insulazzjoni termali għal bini b’komponent riflettiv ta‘ sħana radjanti

 

 

040010-00-1201

Prodott ta’ insulazzjoni magħmul minn expanded perlite (EPB)

 

 

040011-00-1201

Vacuum insulation panels (VIP) b’saffi ta’ protezzjoni applikati mill-fabbrika

 

 

040012-00-1201

Thermal insulation board magħmula minn materjal minerali

 

 

040016-00-0404

Glass fibre mesh għar-rinforz ta’ renderings fuq bażi ta’ siment

 

 

040037-00-1201

Low lambda composite boards magħmulin minn mineral wool fibres u aerogel additives

 

 

040048-01-0502

Tapit tar-rubber fibre biex jintuża għal impact sound insulation

040048-00-0502

 

040049-00-0502

Polyurethane (PU) foam mat biex jintuża għal impact sound insulation

 

 

040057-00-1201

Board ta’ insulazzjoni termali magħmula minn microporous silica

 

 

040065-00-1201

Insulazzjoni termali u/jew boards li jassorbu l-ħsejjes ibbażati fuq expanded polystyrene u siment

 

 

040089-00-0404

External Thermal Insulation Composite Systems b’renderings għall-użu fuq bini b’qafas tal-injam

 

 

040090-00-1201

Factory-made boards u prodotti ffurmati minn moulding ta’ expanded polylactic acid (epla) għal insulazzjoni termali u/jew akustika.

 

 

040138-01-1201

Prodotti ffurmati in-situ tat-tip loose fill thermal u/jew insulazzjoni akustika magħmulin minn fibri tal-ħxejjex

040138-00-1201

 

040287-00-0404

Kits għal external thermal insulation composite system (ETICS) b’panels bħala prodott ta’ insulazzjoni termali u discontinuous claddings bħala exterior skin

 

 

040288-00-1201

Insulazzjonijiet termali u akustiċi magħmulin fil-fabbrika, magħmulin minn fibri tal-polyester

 

 

040313-00-1201

In-situ formed loose fill thermal u/jew prodott ta‘ insulazzjoni akustika magħmul minn granulated expanded cork

 

 

040369-00-1201

Insulazzjoni magħmula minn loose-fill jew compound granulated expanded cork

 

 

040394-00-1201

Cellular glass loose fill magħmul fil-fabbrika

 

 

040456-00-1201

Materjal tal-insulazzjoni in-situ formed loose fill termali u/jew akustiku magħmul minn fibri tal-annimali

 

 

040461-00-1201

Prodott ta’ insulazzjoni termali magħmul minn loose fill expanded perlite

 

 

040635-00-1201

Insulazzjoni kontra s-sħana u/jew ħsejjes, ibbażata fuq materjal bound expanded polystyrene bulk

 

 

040643-00-1201

Insulazzjoni Termali tas-Silica Aerogel Rinforzata mill-Fibres

 

 

040650-00-1201

Extruded polystyrene foam boards bħala saff li jiflaħ għat-tagħbijiet u/jew insulazzjoni termali barra l-waterproofing

 

 

040773-00-1201

Expanded polystyrene foam boards bħala saff li jiflaħ it-tagħbija u insulazzjoni termali fuq barra tal-waterproofing

 

 

040777-00-1201

Cellular glass boards bħala saff li jiflaħ it-tagħbija u insulazzjoni termali fuq barra tal-waterproofing

 

 

050001-00-0301

Load bearing thermal insulation elements li jiffurmaw thermal break bejn il-galleriji u s-sulari interni

 

 

050004-00-0301

Bearing sferika u ċilindrika b’materjal sliding speċjali magħmul minn UHMWPE (ultra high molecular weight polyethylene)

 

 

050009-00-0301

Bearing sferiku u ċilindriku b’materjal speċjali li jiżżerżaq magħmul minn fluoropolymer

 

 

050013-00-0301

Bearing sferiku u ċilindriku b’materjal speċjali li jisslajdja magħmul minn PTFE mimli b’lubrikant solidu u fibri ta’ rinforz

 

 

060001-00-0802

Chimney kit bi flue liner tat-tafal/ċeramika bi klassifikazzjoni T400 (minimu) N1 W3 GXX

 

 

060003-00-0802

Chimney kit bi flue liner tat-tafal/ċeramika u b’ħajt estern speċifiku bi klassifikazzjoni T400 (minimu) N1 W3 GXX

 

 

060008-00-0802

Kit għaċ-ċumnija bi flue liner tat-tafal/ċeramika bi klassifikazzjoni ta’ T400 (minimu) N1/P1 W3 Gxx u b’ħitan esterni differenti u bidla possibbli tal-ħajt estern

 

 

070001-01-0504

Gypsum plasterboards għal applikazzjonijiet li jifilħu l-piż

070001-00-0504

 

070002-00-0505

Glass fibre joint tape għal gypsum plasterboards

 

 

080001-00-0403

Geocomposite għal sistemi tad-drenaġġ

 

 

080002-00-0102

Ġeogrilja eżagonali li ma ssaħħaħx għall-istabbilizzazzjoni ta’ saffi granulużi maħlula billi tingħaqad mal-aggregat

 

 

090001-00-0404

Wool boards minerali kkompressati prefabbrikati b’finish organiku u inorganiku u b’sistema speċifikata ta‘ rbit

 

 

090017-00-0404

Point supported vertical glazing

 

 

090019-00-0404

Kits għal ventilated external wall claddings ta’ lightweight boards fuq subframe b’rendering applikat in situ bi jew mingħajr insulazzjoni termali

 

 

090020-00-0404

Kits għal external wall claddings magħmulin minn ġebel agglomerat

 

 

090034-00-0404

Kit kompost minn subframe u fixings biex jitwaħħlu cladding elements u external wall elements ukoll

 

 

090035-00-0404

Unit tal-ħġieġ insulat b‘sealant strutturali punctually anchored

 

 

090058-00-0404

Ventilated external wall cladding kit li jinkludi metallic honeycomb panel u l-fixings assoċjati miegħu

 

 

090062-00-0404

Kits għal claddings tal-ħajt esterni mwaħħlin b’mod mekkaniku

ETAG 034

 

090101-00-0404

Cruciform glazing support biex jintuża f’curtain walls

 

 

120001-01-0106

Retro-reflective sheetings mikropriżmatiċi

120001-00-0106

 

120003-00-0106

Sistemi tas-saqaf u tal-ħajt b’fastenings moħbijin

 

 

120011-00-0107

Flexible plug expansion joints għal road bridges bi flexible filling ibbażat fuq synthetic polymer bħala binder

 

 

130002-00-0304

Slab element ta’ njam solidu – element ta’ dowel jointed timber boards biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130005-00-0304

Slab element magħmul minn injam solidu biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130010-01-0304

Injam laminat inkullat magħmul minn injam iebes – veneer lumber laminat strutturali magħmul mill-fagu

130010-00-0304

 

130011-00-0304

Prefabricated wood slab element magħmul minn mechanically jointed square-sawn timber members biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130012-00-0304

Injam strutturali kklassifikat skont ir-reżisistenza – Zkuk bit-truf inkwadrati biċ-ċanfrin – Qastan

 

 

130013-00-0304

Slab element ta’ injam solidu – element ta’ timber boards magħquda permezz ta’ dovetail connections biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130019-00-0603

Dowel-type fasteners b’kisja tar-resin

 

 

130022-00-0304

Travu monolitiku jew laminat u wall logs tal-injam

 

 

130033-00-0603

Imsiemer u viti biex jintużaw f’nailing plates fi strutturi tal-injam

 

 

130087-00-0204

Sistema ta‘ kostruzzjoni modulari

 

 

130089-00-0304

Injam solidu inkullat finger jointed strutturat imxarrab u/jew kiesaħ

 

 

130090-00-0303

Wood-concrete composite slab b’dowel-type fasteners

 

 

130118-00-0603

Viti għall-użu f’kostruzzjonijiet tal-injam

 

 

130166-00-0304

Strength graded structural timber – steam-cured solid timber b’rectangular cross section li tista’ tkun finger jointed jew le – softwood

 

 

130167-00-0304

Injam strutturali kklassifikat skont ir-reżisistenza – Zkuk bit-truf inkwadrati biċ-ċanfrin – Injam artab

 

 

130191-00-0304

Prefabricated wood slab element magħmul minn jointed cross laminated log elements biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130196-00-0304

Boards ta’ injam solidu għal użu strutturali ċatt bi profili b’tarf sovvrapost (overlapping edge profiles)

 

 

130197-00-0304

Injam laminat inkullat magħmul minn steam-cured solid timber bi cross section rettangolari – Injam artab

 

 

130324-00-0603

Inserts għall-użu f’kostruzzjonijiet tal-injam

 

 

140015-00-0304

Ħitan, bjut u soqfa magħmulin minn OSB-panels li jkunu inkullati ma’ xulxin fuq il-wiċċ tagħhom

 

 

150001-00-0301

Siment fuq bażi ta’ Calcium Sulphoaluminate

 

 

150002-00-0301

Calcium aluminate based refractory cement

 

 

150003-00-0301

Siment ta’ saħħa kbira

 

 

150004-00-0301

Siment li jagħqad malajr, reżistenti għas-sulfat, ibbażat fuq sulfate calcium sulphoaluminate

 

 

150007-00-0301

Siment ta’ Portland-pozzolana għall-użu f’kundizzjonijiet tropikali

 

 

150008-00-0301

Siment li jagħqad malajr

 

 

150009-00-0301

Blast Furnace Cement CEM III/A b’assessment ta’ sulfate resistance (SR) u mhux obbligatorju b’kontenut baxx effettiv tal-alkali (LA) u/jew sħana baxxa tal-idratazzjoni (LH)

 

 

160003-00-0301

Double headed studs għaż-żieda ta’ reżistenza tal-punching shear ta’ slabs ċatti jew footings u slabs tal-art

 

 

160004-00-0301

Kittijiet tal-post tensioning għall-prestressing tal-istrutturi

ETAG 013

 

160012-00-0301

Vireg tal-azzar headed reinforcement

 

 

160027-00-0301

Special filling products għal post-tensioning kits

ETAG 013

 

170008-00-0604

Rinforz tal-bed joints għal użu strutturali

 

 

180003-00-0704

Gully tops u manhole tops magħmulin minn polyamide (PA) għal żoni esterni veikulari u pedonali

 

 

180008-00-0704

Floor drain - bil shutter mekkaniku interkambjabbli

 

 

180018-00-0704

Couplings flessibbli għal gravity u pressure sewerage u drainage pipes

 

 

180022-00-0704

Prefabricated plastic fitting magħmul minn plastics ta’ skart riċiklat u maħsub għad-drainage tal-art u civil engineering

 

 

190002-00-0502

Dry floating flooring kit ibbażat fuq prefabricated interlocked units magħmulin minn madum taċ-ċeramika u twapet tal-lastku

 

 

190005-00-0402

Terrace decking kit

 

 

200001-00-0602

Prefabricated steel u stainless steel wire ropes b’end connectors

 

 

200002-00-0602

Sistema ta‘ tension rods

 

 

200005-00-0103

Piles tal-azzar strutturali b’sezzjonijiet vojta u splices riġidi

 

 

200012-00-0401

Spacer kits għal built-up metal roof u wall cladding

 

 

200014-01-0103

Pile joints u rock shoes għal concrete piles

200014-00-0103

 

200017-00-0302

Prodotti hot rolled u komponenti strutturali magħmulin minn steel grades Q235B, Q235D, Q345B u Q345D

 

 

200019-00-0102

Gabion boxes u mtieraħ magħmulin minn hexagonal woven mesh

 

 

200020-00-0102

Weldmesh gabion boxes u mattresses

 

 

200022-00-0302

Termo-mekkanikament imrembel azzar prodotti twal magħmula ta ‘qamħ multa azzar strutturali jistgħu jiġu ssaldjati ta’ gradi tal-azzar speċjali

 

 

200026-00-0102

Sistemi xibka tal-wajer azzar għall timla rinfurzat

 

 

200032-00-0602

Prefabricated tension rod systems b’end connectors speċjali

 

 

200033-00-0602

Nailed Shear Connector

 

 

200035-00-0302

Sistemi tas-saqaf u tal-ħajt b’fastenings moħbijin

 

 

200036-00-0103

Kit għal micropiles – Kit b’hollow bars għal self-drilling micropiles – Hollow bars għal seamless steel tubes

 

 

200039-00-0102

Hexagonal woven mesh gabion boxes u mtieraħ b’kisja taż-żingu

 

 

200043-01-0103

Pile pipes magħmulin minn ductile iron

200043-00-0103

 

200050-01-0102

Gabion boxes, imtieraħ u sack gabions magħmulin minn hexagonal regular twisted mesh bi pre-coated zinc u/jew zinc+organic coating

200050-00-0102

 

200059-00-0302

Komponenti tal-azzar għal sistemi ta’ pallet racking

 

 

200086-00-0602

Prodotti wire ring connection

 

 

200089-00-0302

In-Situ concrete slab joint former permanenti

 

 

210004-00-0805

Element modulari għal servizzi tal-bini

 

 

210012-00-0504

Elementi tal-ġibs għal finishes ta’ ħitan interni

 

 

210020-00-0402

Folja tal-metall komposta magħmula fil-fabbrika li ssostni lilha nfisha bl-insulazzjoni tal-fowm tal-PUR/PIR għal tisqif, kisi minn barra u kisi intern

 

 

210024-00-0504

Cement-bonded board

 

 

220006-00-0402

Roofing slates magħmulin minn polypropylene, franka u fillers

 

 

220007-00-0402

Fully supported copper alloy sheet and strip għas-soqfa, external cladding u internal lining

 

 

220008-00-0402

Eaves profiles għal terrazzini u galleriji

 

 

220010-00-0402

Folji ċatti tal-plastic għal fully supported discontinuous roofing u cladding estern

 

 

220013-01-0401

Self-supporting ridgelight

220013-00-0401

 

220018-00-0401

Decentralized energy efficient low-pressure ventilations unit b’alternating flow u heat recovery

 

 

220021-00-0402

Tubular daylighting devices (TDD)

 

 

220022-00-0401

Polycarbonate snow stopper għall-bejt

 

 

220025-00-0401

Glazing orizzontali Strutturali Cantilevered (kanopew strutturali tal-ħġieġ/saqaf)

 

 

220069-00-0402

Roofing sheets tal-plastik, ċatti u profiled (b’disinn) magħmulin minn materjal riċiklat għal fully supported discontinuous roofing

 

 

230004-00-0106

Wire ring mesh panels

 

 

230005-00-0106

Wire rope net panels

 

 

230008-00-0106

Double twisted steel wire mesh irrinfurzat jew le bil-ħbula

 

 

230011-00-0106

Prodotti għall-immarkar tat-toroq

 

 

230012-01-0105

Additivi għall-produzzjoni tal-asfalt – granuli tal-bitumen magħmulin minn bituminous roofing felt riċiklat

230012-00-0105

 

230025-00-0106

Sistemi flessibbli ta’ facing għall-istabbilizzazzjoni ta’ art inklinata u protezzjoni tal-blat

 

 

260001-00-0303

Sezzjonijiet strutturali magħmulin minn fibre reinforced polymers (FRP/Glassfiber Composites)

 

 

260002-00-0301

Fibri tal-ħġieġ reżistenti għall-alkali li fihom zirconium dioxide għall-użu fil-concrete

 

 

260006-00-0301

Polymeric concrete addition

 

 

260007-00-0301

Tip I addition għal materjali tal-konkos, mortar u screed – Soluzzjoni akwea

 

 

260009-00-0301

Bottom ash minn inċineraturi ta’ skart solidu muniċipali bħala żieda ta’ tip II għall-produzzjoni tal-konkos, mortar u grout

 

 

260035-00-0301

Calcined pozzolana naturali bħala żieda ta’ tip II għall-konkos

 

 

280001-00-0704

Preassembled line unit għad-drenaġġ jew infiltrazzjoni

 

 

280015-00-0701

Sistema ta’ pajpijiet għad-distribuzzjoni ta’ ilma kiesaħ jew sħun fil-bini

290001-00-0701

 

320001-00-0605

Joint sealing tape fuq il-bażi ta’ polyurethan foam flessibbli kkompressata minn qabel, għal issiġillar madwar it-twieqi u fili fil-faċċati tal-bini

 

 

320002-02-0605

Coated metal water stop sheet għal kostruzzjoni u crack joints ikkontrollati ġo waterproof concrete

320002-00-0605

320002-01-0605

 

320008-01-0605

Swellable joint sealing tape fuq il-bażi ta’ materjali differenti għal construction joints f’konkos li ma jgħaddix ilma minnu

320008-00-0605

 

330001-00-0602

Expanding Bolting Assemblies Strutturali għal Blind Fastening

 

 

330008-02-0601

Anchor channels

330008-00-0601

330008-01-0601

 

330011-00-0601

Viti aġġustabbli tal-concrete

 

 

330012-00-0601

Cast-in anchor bi threaded socket interna

 

 

330014-00-0601

Fastener ta’ espansjoni mekkanika għall-użu f’autoclaved aerated concrete

 

 

330030-00-0601

Fastener ta’ claddings ta’ ħitan esterni

 

 

330046-01-0602

Viti għall-Irbit għal Komponenti u Sheeting tal-Metall

330046-00-0602

 

330047-01-0602

Viti għall-Irbit għal Sandwich Panels

330047-00-0602

 

330075-01-0601

Elevator lifting device

330075-00-0601

 

330076-00-0604

Metal Injection anchors għall-użu fil-bini

ETAG 029

 

330079-00-0602

Floor Fixing Assemblies għall-użu f’Checker Plate jew Open Bar Grating

 

 

330080-00-0602

High Slip Resistance Clamp (HSR) Assembly

 

 

330083-02-0601

Power-actuated fastener għal użu multiplu fil-konkos għal applikazzjonijiet mhux strutturali

330083-00-0601

330083-01-0601

 

330084-00-0601

Steel-plate b’cast-in anchors

 

 

330087-00-0601

Sistemi għal post-installed rebar connections with mortar

 

 

330153-00-0602

Cartridge fired pin għall-konnessjonijiet ta’ thin gauge steel members u sheeting

 

 

330155-00-0602

Self-adjustable clamp assembly

 

 

330196-01-0604

Plastic anchors magħmulin minn materjal verġni jew mhux verġni għat-twaħħil ta’ sistemi komposti ta’ insulazzjoni termali esterni bir-rendering

330196-00-0604

ETAG 014

 

330232-00-0601

Fasteners mekkaniċi għall-użu fil-konkos

ETAG 001-1

ETAG 001-2

ETAG 001-3

ETAG 001-4

 

330340-00-0606

Ankra strutturali magħmula fil-fabbrika biex jeħel magħha tagħmir ta’ protezzjoni kontra l-waqgħat, maħsuba biex tibqa’ mwaħħla b’mod permanenti u sħiħ ma’ multi-layered roof waterproofing system

 

 

330389-00-0601

Point connector magħmul minn glass fibre reinforced polymer għal sandwich walls

 

 

330499-00-0601

Bonded fasteners għall-użu fil-konkos

ETAG 001-5

 

330667-00-0602

Hot-rolled mounting channel

 

 

330747-00-0601

Fasteners għall-użu fil-konkos għal użu multiplu għal applikazzjonijiet mhux strutturali

ETAG 001-6

 

330924-00-0601

Cast-in anchor bolts ta’ ribbed reinforcing steel

 

 

330965-00-0601

Powder-actuated fastener għat-twaħħil ta’ ETICS fil-konkos

 

 

331072-00-0601

Tagħmir ta’ ankraġġ għat-twaħħil ma’ strutturi tal-konkos ta’ sistemi ta’ protezzjoni kontra l-waqgħat

 

 

331852-00-0102

Spiral cable anchor

 

 

340002-00-0204

Panels ta’ wires tal-azzar b’insulazzjoni termali inkorporata għal struttura sħiħa

 

 

340006-00-0506

Kits tat’turġien prefabbrikati

ETAG 008

 

340020-00-0106

Kits flessibbli biex iżommu debris flows u shallow landslides/open hill debris flows

 

 

340025-00-0403

Substructure kit għal bini msaħħan

 

 

340037-00-0204

Light weight steel/wood load bearing roof elements

 

 

340059-00-0106

Kit ta’ protezzjoni kontra ġebel li jkun qed jaqa’

ETAG 027

 

340210-00-0104

SRP (Steel Reinforced Polymer) kit magħmul minn micro-wires tal-azzar, fiberglass mesh u epoxy adhesive

 

 

350003-00-1109

Kit għal service ducts reżistenti għan-nar li jikkonsistu minn pre-fabricated connection pieces (magħmulin minn mechanically pre-coated steel sheet) u aċċessorji

 

 

350005-00-1104

Prodotti intumixxenti għal skopijiet ta’ fire sealing u fire stopping

 

 

350022-01-1107

Kit għal closure system għal sistemi ta’ conveyor

350022-00-1107

 

350134-00-1104

Fire proof water trap b’siġill intumixxenti kontra n-nar (kombinata ma’ stainless steel floor gully penetration)

 

 

350140-00-1106

Renderings u rendering kits għal fire resisting applications

ETAG 018-1

ETAG 018-3

 

350141-00-1106

Siġilli għal ġonot lineari u spazji

ETAG 026-1

ETAG 026-3

 

350142-00-1106

Prodotti ta’ boards, slabs u mats u kits protettivi kontra n-nar

ETAG 018-1

ETAG 018-4

 

350402-00-1106

Kisjiet reattivi għal protezzjoni kontra n-nar ta’ elementi tal-azzar

ETAG 018-1

ETAG 018-2

 

350454-00-1104

Siġilli kontra l- penetrazzjoni

ETAG 026-1

ETAG 026-2

 

360001-00-0803

Sistema ta’ ventilazzjoni magħmula minn suf minerali miksija b’film fuq barra u fuq ġewwa

 

 

360005-00-0604

Cavity Tray

 

 

Nota:

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EAD) huma adottati mill-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjoni Teknika (EOTA) bl-Ingliż. Il-Kummissjoni Ewropea mhijiex responsabbli għall-korrettezza tat-titli li ġew ipprovduti mill-EOTA għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li d-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni huma disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.

L-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjoni Teknika (http://www.eota.eu) għandha żżomm disponibbli d-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni b’mezzi elettroniċi b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 8 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 305/2011.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha ta’ qabel ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.


16.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/26


Notifika mir-Rumanija lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

(2018/C 417/08)

Skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1) ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea bil-konklużjoni tal-ftehimiet li ġejjin:

Ftehimiet dwar il-kontroll konġunt previst mill-Artikolu 18 — L-ebda emenda fir-rigward tas-sitwazzjoni preċedenti.

Ftehimiet konklużi skont l-Anness VI pct. 1.1.1 biex jiġu żgurati verifiki effettivi fuq il-persuni, filwaqt li jiġi żgurat il-fluss tat-traffiku fit-triq sikur u mingħajr skossi, inkluż il-passaġġ u l-imblukkar tat-traffiku — Mhux applikabbli.

Il-ftehimiet bilaterali ma’ pajjiżi terzi għall-istabbiliment ta’ punti komuni ta’ qsim tal-fruntiera, skont l-Anness VI pct. 1.1.4.1 — Mhux applikabbli.

Il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali biex jitwettqu verifiki fuq il-passiġġieri tal-ferrovija u fuq il-persunal tas-servizz tal-ferrovija, skont l-Anness VI pct. 1.2.1 — Mhux applikabbli.

Ftehimiet bilaterali ma’ pajjiżi terzi konklużi fuq il-bażi tal-Anness VII, pct. 7 dwar id-dħul u l-ħruġ tal-membri tas-servizzi tas-sigurtà, il-pulizija, l-iskwadri tat-tifi tan-nar li jaġixxu f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza kif ukoll il-gwardji tal-fruntiera li jaqsmu l-fruntiera meta jkunu qed jeżerċitaw il-kompiti professjonali tagħhom: Il-Ftehim tal-21 ta’ Frar 2014 bejn il-Gvern tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova dwar l-assistenza reċiproka fl-interventi transkonfinali f’emerġenzi mediċi.


(1)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


16.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/27


Notifika mir-Rumanija lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

(2018/C 417/09)

Skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1), ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-eċċezzjonijiet għar-regoli dwar il-qsim tal-fruntieri esterni msemmijin fl-Artikolu 5(2)(a):

L-Artikolu 8 paragrafu 2^1 tal-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 105/2001 dwar ir-reġim tal-fruntiera tal-istat Rumeni, b’emendi reċenti, moqri flimkien mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 445/2002 li tapprova n-normi metodoloġiċi ta’ GEO nru 105/2001, jistabbilixxu, bħala eċċezzjoni mir-regola ta’ qsim tal-fruntieri minn persuni, mezzi ta’ trasport, prodotti jew merkanzija oħra permezz tal-punti ta’ qsim tal-fruntieri miftuħa għat-traffiku internazzjonali jew permezz ta’ punti tat-traffiku lokali tal-fruntiera, li jista’ jsir ukoll permezz ta’ postijiet oħra, biss fis-sitwazzjonijiet deskritti mill-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jew minn dokumenti bilaterali konklużi mir-Rumanija ma’ pajjiżi oħra.

L-Artikolu 9, il-paragrafu 4 tal-istess att legali jipprovdi għal dan li ġej: “Il-ftuħ okkażjonali ta’ punti ta’ qsim tal-fruntieri bil-ħsieb li jsiru festi jew attivitajiet reliġjużi, kif ukoll il-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom huma approvati minn spettur ġenerali tal-Pulizija tal-Fruntieri”;

L-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni bejn ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Ungerija dwar il-kontroll tat-traffiku tat-triq u tal-ferrovija, konkluż fis-27 ta’ April 2004, jipprovdi għal dan li ġej:

“(1)

F’sitwazzjonijiet iġġustifikati minn interessi ekonomiċi u soċjali, l-awtoritajiet kompetenti biex jikkontrollaw it-traffiku tal-fruntieri ta’ stati kontraenti jistgħu japprovaw okkażjonalment il-ftuħ tal-fruntieri tal-istat bil-ħsieb li jippermettu għall-qsim tal-fruntieri minn persuni u merkanzija barra l-punti ta’ qsim tal-fruntieri permanenti.

(2)

It-talba għall-qsim tal-fruntieri statali barra l-punti ta’ qsim tal-fruntieri għandha tiġi ppreżentata tal-anqas 30 (tletin) jum qabel id-data ppjanata.


(1)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


16.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/28


Notifika mir-Rumanija lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

(2018/C 417/10)

Emenda fl-informazzjoni pprovduta mir-Rumanija fil-ĠU C 18, 24.1.2008

L-Artikolu 23(c) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) — Possibbiltà għal Stat Membru li jipprovdi, permezz ta’ liġi għal obbligu li wieħed ikun fil-pussess jew iġorr miegħu karti u dokumenti

Skont l-Artikolu 108 tal-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 194/2002 dwar ir-reġim tal-Barranin fir-Rumanija, bl-aktar emendi reċenti, il-permess ta’ residenza maħruġ lill-persuna barranija huwa l-prova ta’ identità, ta’ residenza jew ta’ domiċilju fit-territorju tar-Rumanija u tad-dritt ta’ residenza fir-Rumanija, kif ukoll it-tul ta’ żmien u l-għan li għalih ikun ingħata d-dritt.

Id-detentur tal-permess ta’ residenza għandu l-obbligu li jżommu fuqu permanentement, biex ma jitilqux mill-kustodja tiegħu/tagħha u li jippreżentah lill-awtoritajiet kompetenti kull meta jintalab.

Skont l-Artikolu 16^3 paragrafu 2 tal-istess att legali, id-detentur tal-permess ta’ traffiku fil-fruntiera lokali għandu l-obbligu li jżommu fuqu permanentement, biex ma jitilqux mill-kustodja tiegħu/tagħha u li jippreżentah lill-awtoritajiet kompetenti kull meta jintalab.

L-Artikolu 23(d) — Possibbiltà għal Stat Membru li bil-liġi jipprevedi obbligu fuq ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrapportaw il-preżenza tagħhom fit-territorju tiegħu

Skont l-Artikolu 12 tal-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 194/2002 dwar ir-reġim tal-Barranin fir-Rumanija, bl-aktar emendi reċenti, il-barrani li jidħol fit-territorju Rumen legalment, kif ukoll il-persuna li tospita lilu/lilha, hija obbligata li tinnotifika dwar dan lill-unità tal-pulizija kompetenti territorjali fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tad-dħul jew tal-ospitar.

Jekk l-akkomodazzjoni hija pprovduta minn lukandi jew faċilitajiet turistiċi oħrajn, il-barrani jgħaddi mill-formalitajiet tar-reġistrazzjoni (check-in) fl-uffiċċju tal-amministrazzjoni, u dan tal-aħħar jenħtieġ li jikkomunika, fi żmien 24 siegħa, id-data meħtieġa għall-unità territorjali tal-pulizija kompetenti.

L-Artikolu 5(3) — Penali għall-qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri esterni f’postijiet li mhumiex punti ta’ qsim tal-fruntiera jew f’ħinijiet li ma jkunux il-ħinijiet tal-ftuħ stabbiliti

L-Artikolu 262 tal-Liġi Nru 286/2009 dwar il-Kodiċi Kriminali jipprovdi li d-dħul jew il-ħruġ mill-pajjiż bil-qsim illegali tal-fruntiera tal-Istat tar-Rumanija jenħtieġ li jiġi kkastigat b’piena ta’ priġunerija minn sitt xhur sa tliet snin jew multa.

Jekk dan l-att ikun twettaq sabiex tiġi evitata responsabbiltà kriminali jew li wieħed iservi sentenza jew miżura ta’ kustodja edukattiva, jew imwettaq minn ċittadin barrani ddikjarat persona non grata jew li ġie b’xi mod irrifjutat dħul jew soġġorn fil-pajjiż, il-piena jenħtieġ li tikkonsisti fi priġunerija ta’ minn sena sa ħames snin.

It-tentattiv jenħtieġ li jkun punibbli wkoll. L-att imwettaq minn vittma tat-traffikar tal-bnedmin jew minn tfal ma jenħtiġx li jiġi kkastigat.


(1)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/29


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9153 — CDC/Meridiam/FICA-HPCI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 417/11)

1.   

Fit-8 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Caisse des dépôts et consignations (“CDC”, Franza),

Meridiam Transition (“Meridiam”, Franza), ikkontrollata minn Meridiam SAS,

FICA-HPCI (Franza), ikkontrollata minn Meridiam.

CDC u Meridiam jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ FICA-HPCI.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CDC hija istituzzjoni pubblika Franċiża bi status ġuridiku speċjali, attiva fil-ġestjoni ta’ fondi privati li għalihom l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jixtiequ jipprovdu protezzjoni speċjali u fil-finanzjament ta’ proġetti ta’ investiment b’interess pubbliku (trasport, ambjent, tranżmissjoni tal-elettriċità, eċċ.),

Meridiam hija kumpanija inkorporata Franċiża, prinċipalment attiva f’investimenti tal-infrastruttura, speċjalment fis-setturi tat-trasport, is-servizzi pubbliċi u l-ġenerazzjoni tal-enerġija.

FICA-HPCI hija kumpanija azzjonarja li bħalissa għandha ishma f’żewġ kumpaniji ta’ proġetti, FICAP u COGECAP. FICAP se tkun attiva fil-produzzjoni ta’ pallets tal-injam u COGECAP se tkun attiva fil-ġenerazzjoni tal-elettriċità u s-sħana.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9153 — CDC/Meridiam/FICA-HPCI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


16.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/31


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9171 — Covanta Holding Corporation/Green Investment Group/Brockwell Energy/Earls Gate Energy Centre)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 417/12)

1.   

Fid-9 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Covanta Holding Corporation (“Covanta”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

Green Investment Group Limited (“Green Investment Group”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għall-grupp Macquarie Group Limited (“Macquarie”, l-Awstralja),

Brockwell Energy Limited (“Brockwell”, ir-Renju Unit), ikkontrollata b’mod konġunt minn Davidson Kempner Capital Management, L.P. (l-Istati Uniti tal-Amerika) u Pioneer Point Partners LLP (ir-Renju Unit),

Earls Gate Energy Centre Limited (“il-JV ta’ Earls Gate”, l-Iskozja, ir-Renju Unit).

Covanta u Green Investment Group, permezz ta’ veikolu ta’ investiment ikkontrollat b’mod konġunt, u Brockwell jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-joint venture (JV) ta’ Earls Gate.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Covanta: negozju dinji ta’ soluzzjonijiet sostenibbli tal-iskart u l-enerġija,

—   fGreen Investment Group: investiment prinċipali fl-infrastruttura ekoloġika, it-twettiq ta’ proġetti u ġestjoni ta’ assi tal-portafoll, u servizzi relatati,

—   Brockwell: l-iżvilupp, is-sjieda u t-tħaddim ta’ interessi fir-rigward ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli,

—   il-JV ta’ Earls Gate: il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ impjant tal-enerġija rinnovabbli f’Grangemouth, l-Iskozja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9171 — Covanta Holding Corporation/Green Investment Group/Brockwell Energy/Earls Gate Energy Centre

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


16.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/33


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9067 — Equinor Refining Norway/Danske Commodities)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 417/13)

1.   

Fil-31 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Equinor Refining Norway AS (“Equinor Refining”, in-Norveġja), fl-aħħar nett ikkontrollata minn Equinor ASA (in-Norveġja),

Danske Commodities A/S (“Danske Commodities”, id-Danimarka).

Equinor Refining takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Danske Commodities kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Equinor Refining hija parti mill-Equinor Group li huwa bbażat fin-Norveġja, li n-negozju tiegħu jikkonsisti prinċipalment fit-tiftix, il-produzzjoni, it-trasport, ir-raffinar u l-kummerċjalizzazzjoni mad-dinja kollha taż-żejt u ta’ prodotti miż-żejt, tal-gass u ta’ forom oħra ta’ enerġija, inkluża l-enerġija rinnovabbli,

Danske Commodities hija kumpanija tal-kummerċ indipendenti Daniża li tispeċjalizza fil-kummerċ fiżiku u finanzjarju tal-elettriċità u l-gass. Danske Commodities hija attiva wkoll fl-oriġinazzjoni u tipprovdi bilanċjar, ottimizzazzjoni, hedging, ċertifikati u provvista ta’ riżerva għall-ġeneraturi tal-enerġija, kumpaniji industrijali, fornituri tal-enerġija, u operaturi tan-network.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9067 — Equinor Refining Norway/Danske Commodities

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.