ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 407

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
12 ta' Novembru 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 407/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8829 — Total Produce/Dole Food Company) ( 1 )

1

2018/C 407/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9048 — Delta Electronics/Delta Electronics Thailand) ( 1 )

1

2018/C 407/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9075 — Continental/CITC/JHTD/JV) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 407/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

2018/C 407/05

Avviż mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva — Il-kumulazzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Mauritius u r-Repubblika tal-Botswana, ir-Repubblika tal-Kamerun, ir-Repubblika tal-Guinea, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Renju tal-Lesoto, ir-Repubblika ta’ Madagascar, ir-Repubblika tal-Mozambique, ir-Repubblika tan-Namibja, ir-Repubblika tas-Seychelles, ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, ir-Renju tal-Eswatini, ir-Repubblika taż-Żimbabwe, u l-pajjiżi u territorji barranin tar-Renju tan-Netherlands

4

2018/C 407/06

Avviż mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 17 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (l-FSE) tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (l-SADC), dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinarji u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva — Notifika tal-lista ta’ materjali li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel u li ma jistgħux jiġu importati direttament fl-UE mingħajr dazju u mingħajr kwoti, li l-kumulazzjoni prevista skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-FSE bejn l-UE u l-SADC m’għandux japplika

5

2018/C 407/07

Avviż mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 14 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati EPA SADC, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett prodotti oriġinarji u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva — Kumulazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati AKP aderenti mal-FSE u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tal-UE, kif previst skont il-paragrafi 3 u 7 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-FSE UE-SADC

8


 

Rettifika

2018/C 407/08

Rettifika tad-Dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2018 ( ĠU C 108, 22.3.2018 )

9


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8829 — Total Produce/Dole Food Company)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 407/01)

Fit-30 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8829. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


12.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9048 — Delta Electronics/Delta Electronics Thailand)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 407/02)

Fl-24 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9048. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


12.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9075 — Continental/CITC/JHTD/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 407/03)

Fid-29 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9075. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta’ Novembru 2018

(2018/C 407/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1346

JPY

Yen Ġappuniż

129,26

DKK

Krona Daniża

7,4594

GBP

Lira Sterlina

0,87053

SEK

Krona Żvediża

10,2648

CHF

Frank Żvizzeru

1,1414

ISK

Krona Iżlandiża

138,50

NOK

Krona Norveġiża

9,5418

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,936

HUF

Forint Ungeriż

321,31

PLN

Zloty Pollakk

4,2880

RON

Leu Rumen

4,6570

TRY

Lira Turka

6,2261

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5663

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4969

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8843

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6815

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5627

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 278,77

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,1884

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8852

HRK

Kuna Kroata

7,4300

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 661,60

MYR

Ringgit Malażjan

4,7399

PHP

Peso Filippin

60,256

RUB

Rouble Russu

76,4283

THB

Baht Tajlandiż

37,453

BRL

Real Brażiljan

4,2540

MXN

Peso Messikan

23,0001

INR

Rupi Indjan

82,2640


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


12.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/4


Avviż mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

Il-kumulazzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Mauritius u r-Repubblika tal-Botswana, ir-Repubblika tal-Kamerun, ir-Repubblika tal-Guinea, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Renju tal-Lesoto, ir-Repubblika ta’ Madagascar, ir-Repubblika tal-Mozambique, ir-Repubblika tan-Namibja, ir-Repubblika tas-Seychelles, ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, ir-Renju tal-Eswatini, ir-Repubblika taż-Żimbabwe, u l-pajjiżi u territorji barranin tar-Renju tan-Netherlands

(2018/C 407/05)

L-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar (“l-ESA”) (1), (“il-FISE”), jipprevedi l-kumulazzjoni fl-Istati tal-ESA.

Dik il-kumulazzjoni tippermetti lill-esportaturi fi Stat tal-ESA biex fil-prodotti li jesportaw lejn l-Unjoni Ewropea jinkorporaw materjali li joriġinaw fi Stati oħra tal-ESA, fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“l-AKP”) jew f’Pajjiżi u Territorji Barranin (“Overseas Countries and Territories - OCTs”), jew xogħol jew ipproċessar imwettaq f’dawk il-pajjiżi jew territorji, bħallikieku kienu joriġinaw jew imwettqa f’dak l-Istat tal-ESA.

Biex dik il-kumulazzjoni titħaddem, Stat tal-ESA għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

jikkonkludi ftehim dwar kooperazzjoni amministrattiva mal-pajjiżi u t-territorji kkonċernati, li jiżgura l-implimentazzjoni korretta tal-Artikolu 4, u

jinnotifika lill-Unjoni, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, b’dettalji ta’ ftehimiet dwar kooperazzjoni amministrattiva bħal dan.

Barra minn hekk, il-materjali u l-prodotti jridu jkunu kisbu status oriġinarju fil-pajjiżi involuti f’kumulazzjoni bl-applikazzjoni tal-istess regoli ta’ oriġini kif previst fil-Protokoll 1 tal-FISE bejn l-UE u l-ESA.

Il-Kummissjoni Ewropea tgħarraf li r-Repubblika ta’ Mauritius ssodisfat ir-rekwiżiti amministrattivi speċifikati hawn fuq u tista’ tapplika l-kumulazzjoni prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-FISA bejn l-UE u l-ESA, bil-kundizzjoni li jintlaħqu r-rekwiżiti indikati fil-paragrafu 6(b) tal-Artikolu 4, mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din il-komunikazzjoni ma’ dawn il-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin: ir-Repubblika tal-Botswana, ir-Repubblika tal-Kamerun, ir-Repubblika tal-Guinea, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Renju tal-Lesoto, ir-Repubblika ta’ Madagascar, ir-Repubblika tal-Mozambique, ir-Repubblika tan-Namibja, ir-Repubblika tas-Seychelles, ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, ir-Renju tal-Eswatini, ir-Repubblika taż-Żimbabwe, Aruba, Curaçao, Sint Marteen u l-parti tal-Karibew tan-Netherlands (Bonaire, Sint Eustasius u Saba).

Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 4.6(c) tal-Protokoll 1 tal-FISA bejn l-UE u l-ESA.


(1)  ĠU L 111, 24.4.2012, p. 1.


12.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/5


Avviż mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 17 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (l-FSE) tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (l-SADC), dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

Notifika tal-lista ta’ materjali li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel u li ma jistgħux jiġu importati direttament fl-UE mingħajr dazju u mingħajr kwoti, li l-kumulazzjoni prevista skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-FSE bejn l-UE u l-SADC m’għandux japplika

(2018/C 407/06)

Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-lista ta’ materjali li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel u li ma jistgħux jiġu importati direttament fl-UE mingħajr dazju u mingħajr kwoti, li l-kumulazzjoni prevista skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-FSE bejn l-UE u l-SADC m’għandux japplika.

L-UE nnotifikat il-lista lis-Segretarjat fl-Unjoni Doganali tan-Nofsinhar tal-Afrika u lill-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ tal-Mozambique.

Dan l-avviż huwa ppubblikat skont il-paragrafu 17 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-FSE bejn l-UE u l-SADC.

Nota ta’ informazzjoni: miżuri li jaffettwaw livelli ogħla tal-istruttura tal-kodiċi tan-nomenklatura (jiġifieri fil-livell ta’ 2 (1), 4 (2), 6 (3) jew 8 (4) ċifri), huma applikabbli wkoll għall-kodiċijiet kollha f’livelli aktar baxxi tal-istruttura tal-kodiċi. Pereżempju:

L-importazzjoni ta’ prodotti mill-Afrika t’Isfel lejn l-UE bis-Sistema Armonizzata (SA) Subintestatura 0325 54 (l-ewwel materjal fuq il-lista) huma suġġetti għad-dażju, u għalhekk, skont l-Artikolu 4.15(c) tal-Protokoll 1, ma jistgħux jintużaw għal skopijiet ta’ kumulazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 4.2 tal-Protokoll 1. Dan jaffettwa l-kodiċijiet kollha tan-Nomenklatura Magħquda u tat-Taric taħt din is-subintestatura SA, li huma: 0302 54 11; 0302 54 15; 030254191003025419200302541990, u 0302 54 90.

0302540000

1604143600

1905321100

2007995067

2204229310

0302895000

1604143800

1905321900

2008509200

2204229320

0303661200

1604144100

1905329100

2008509811

2204229330

0303661300

1604144600

1905329900

2008509813

2204229431

0303661900

1604144800

2007999732

2008509815

2204229411

0303669000

1604160000

2007999733

2008509819

2204229421

0304310000

1604204000

2007999735

2008509891

2204229461

0304320000

1604205010

2007999737

2008509893

2204229471

0304330000

1604205019

2007999738

2008509899

2204229481

0304390000

1604205030

2007999739

2008706100

2204229510

0304491000

1604205040

2007999740

2008706900

2204229520

0304610000

1604205050

2007999741

2008707100

2204229530

0304620000

1604205090

2007999742

2008707900

2204229611

0304630000

1604207000

2007999744

2008709200

2204229621

0304690000

1701131000

2007999746

2008709800

2204229631

0304741100

1701131000

2007999748

2008975900

2204229661

0304799000

1701141000

2007999752

2008977200

2204229671

0304839000

1701141000

2007999757

2008977400

2204229681

0304889000

1701991000

2007999762

2008977800

2204229710

0304891000

1702305000

2008305500

2008979800

2204229720

0304899000

1702500000

2008307500

2008998500

2204229730

0307520000

1702901000

2008405100

2008999100

2204229811

0402100000

1704101000

2008405900

2009119900

2204229821

0403105100

1704109000

2008407100

2009710000

2204229831

0403105300

1704901000

2008407900

2009791100

2204229861

0403105900

1704903000

2008409000

2009791900

2204229871

0403109100

1704905100

2008506100

2009793000

2204229881

0403109300

1704905500

2008506900

2009799100

2204299310

0403109900

1704906100

2008507100

2009799800

2204299320

0403907100

1704906500

2008507900

2009904900

2204299330

0403907300

1704907100

1905400000

2009907100

2204299421

0403907900

1704907500

1905901000

2101110000

2204299431

0403909100

1704908100

1905902000

2101129200

2204299471

0403909300

1704909900

1905903000

2101129800

2204299481

0403909900

1806101500

1905904500

2101209800

2204299510

0405100000

1806102000

1905905500

2101301100

2204299520

0405201000

1806103000

1905907000

2101301900

2204299530

0405203000

1806109000

1905908000

2101309100

2204299621

0702000000

1806201000

2001903000

2101309900

2204299631

0707000500

1806203000

2001904000

2102103900

2204299671

0707000510

1806205000

2004901000

2102109000

2204299681

0707000520

1806207000

2005201000

2102201100

2204299710

0707000590

1806208000

2005600000

2103200000

2204299720

0707000599

1806209500

2007101000

2105001000

2204299730

0709910000

1806310000

2007911000

2105009100

2204299821

0709931000

1806320000

2007913000

2105009900

2204299831

0710400000

1806900000

2007991000

2106902000

2204299871

0711903000

1901100000

2007993916

2106909800

2204299881

0805102200

1901200000

2007993917

2202999100

2204309200

0805102400

1901901100

2007993918

2202999500

2204309400

0805102800

1901901900

2007993919

2202999900

2204309600

0805211000

1901909900

2007993922

2204219319

2204309800

0805219000

1902110000

2007993924

2204219329

2205101000

0805220011

1902191000

2007993926

2204219331

2205109000

0805220019

1902199000

2007993927

2204219419

2205901000

0805220020

1902209100

2007993929

2204219429

2207000000

0805220090

1902209900

2007993930

2204219431

2208909100

0805290000

1902301000

2007993932

2204219461

2208909900

0805501000

1902309000

2007993934

2204219471

2209001100

0806101090

1902401000

2007993939

2204219481

2209001900

0809100000

1902409000

2007993940

2204219511

2209009100

0809210000

1903000000

2007993943

2204219521

2209009900

0809290000

1904101000

2007993944

2204219531

2905430000

0809290000

1904103000

2007993946

2204219611

2905441100

0809301000

1904109000

2007993947

2204219621

2905449100

0809309000

1904201000

2007993954

2204219631

3302102900

0809400500

1904209100

2007993956

2204219661

3809101000

0811109000

1904209500

2007995041

2204219671

3809103000

1108200000

1904209900

2007995042

2204219681

3809105000

1302201000

1904300000

2007995043

2204219711

3809109000

1302209000

1904901000

2007995045

2204219721

3824601100

1517101000

1904908000

2007995047

2204219731

3824601900

1517901000

1905100000

2007995049

2204219811

3824609100

1604131900

1905201000

2007995051

2204219821

3824609900

1604142100

1905203000

2007995052

2204219831

7603000000

1604142600

1905209000

2007995053

2204219861

 

1604142800

1905310000

2007995062

2204219871

 

1604143100

1905320500

2007995064

2204219881

 


(1)  Il-Kapitolu SA

(2)  L-Intestatura SA

(3)  Is-Subintestatura SA

(4)  Il-Kodiċi NM


12.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/8


Avviż mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 14 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati EPA SADC, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett “prodotti oriġinarji” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

Kumulazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati AKP aderenti mal-FSE u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tal-UE, kif previst skont il-paragrafi 3 u 7 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-FSE UE-SADC

(2018/C 407/07)

Il-paragrafi 3 u 7 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (“l-FSE”) bejn l-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u l-Istati tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (“is-SADC”) aderenti mal-FSE (1), jipprevedi kumulazzjoni fl-Unjoni.

Dik il-kumulazzjoni tippermetti lill-esporaturi fl-Unjoni biex fil-prodotti li jesportaw lejn l-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE, jinkorporaw materjali oriġinarji minn Stati oħra Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“AKP”) aderenti mal-FSE jew mill-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (“il-PTEE”), jew tħaddim jew ipproċessar imwettaq f’dawk il-pajjiżi jew it-territorji, daqslikieku kienu oriġinarji mill-Unjoni jew imwettqa fiha.

Sabiex tiġi operata dik il-kumulazzjoni, l-Unjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

tikkonkludi arranġament jew ftehim dwar il-kooperazzjoni amministrattiva mal-pajjiżi u t-territorji kkonċernati, li jiżgura l-implimentazzjoni korretta tal-Artikolu 4; kif ukoll

tinnotifika l-Istati tal-SADC aderenti mal-FSE, permezz tas-Segretarjat tal-Unjoni Doganali tal-Afrika tan-Nofsinhar u l-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ tal-Mozambique, bid-dettalji ta’ dawn il-ftehimiet dwar il-kooperazzjoni amministrattiva.

L-Unjoni kkonkludiet arranġament jew ftehimiet dwar il-kooperazzjoni amministrattiva mal-Istati AKP aderenti mal-FSE u l-PTEE li ġejjin:

—   Il-Karibew: Antigua u Barbuda; il-Commonwealth tal-Bahamas; il-Barbados; il-Belize; il-Commonwealth ta’ Dominica; ir-Repubblika Dominicana; il-Grenada; ir-Repubblika Kooperattiva tal-Guyana; il-Ġamajka; Saint Kitts u Nevis; Saint Lucia; Saint Vincent u l-Grenadini; ir-Repubblika tas-Suriname u r-Repubblika ta’ Trinidad u Tobago;

—   Ir-Reġjun tal-Afrika Ċentrali: ir-Repubblika tal-Kamerun;

—   Ir-Reġjun tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar: ir-Repubblika ta’ Madagascar; ir-Repubblika ta’ Mauritius; ir-Repubblika tas-Seychelles u r-Repubblika taż-Żimbabwe;

—   Ir-Reġjun tal-Paċifiku: l-Istat Indipendenti ta’ Papua New Guinea u r-Repubblika ta’ Fiġi;

—   Ir-Reġjun tal-Afrika tal-Punent: ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju;

—   Il-PTEE: Greenland; New Caledonia u d-Dipendenzi tagħha; il-Polineżja Franċiża; it-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartika; il-Gżejjer Wallis u Futuna; Saint Barthélemy; Saint Pierre u Miquelon; Aruba; Bonaire, Curaçao; Saba, Sint-Eustasius; Sint Marteen; Anguilla; Bermuda; il-Gżejjer Cayman; il-Gżejjer Falkland; il-Georgia tan-Nofsinhar u l-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar; Montserrat; Pitcairn; Saint Helena u d-Dipendenzi tagħha; it-Territorju Brittaniku tal-Antartika; it-Territorju Brittaniku tal-Oċean Indjan; il-Gżejjer Turks u Caicos u l-Gżejjer Verġni Brittaniċi.

Il-Kummissjoni Ewropea tinforma li b’segwitu ta’ dawn in-notifiki, l-Unjoni tissodisfa r-rekwiżiti speċifikati hawn fuq u mill-1 ta’ Ottobru 2018 se tibda tapplika l-kumulazzjoni mal-Istati AKP aderenti mal-FSE u l-PTEE elenkati hawn fuq, prevista skont il-pargarafi 3 u 7 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-FSE UE-SADC.

L-avviż preżenti hija ppubblikata skont il-paragrafu 14 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll tal-FSE UE-SADC.


(1)  ĠU L 250, 16.9.2016, p. 1924


Rettifika

12.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/9


Rettifika tad-Dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2018

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 108 tat-22 ta’ Marzu 2018 )

(2018/C 407/08)

F’paġna 109, il-Kapitolu 1 1, fil-kolonna “Approprjazzjonijiet 2018”,

minflok:

“3 923 000”,

aqra:

“3 239 000”;

F’paġna 109, ir-ringiela “Titolu 1 — Total”, fil-kolonna “Approprjazzjonijiet 2018”,

minflok:

“4 607 000”,

aqra:

“3 923 000”;

F’paġna 110, ir-ringiela “GRAN TOTAL”, fil-kolonna “Approprjazzjonijiet 2018”,

minflok:

“9 900 720”,

aqra:

“9 216 720”.