ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 401

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
7 ta' Novembru 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 401/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8985 — Boeing/KLX) ( 1 )

1

2018/C 401/02

Bidu ta’ proċeduri (Każ M.8713 — Tata Steel/thyssenkrupp/JV) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 401/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656, u bir-Regolament (UE) 2017/2063, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) 2018/1653 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

2

2018/C 401/04

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 401/05

Rata tal-kambju tal-euro

4

2018/C 401/06

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

5

2018/C 401/07

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

6

2018/C 401/08

Skemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 401/09

Sejħa għal Proposti — EACEA 37/2018 taħt il-programm ERASMUS+ — KA3 — Appoġġ għar-Riforma tal-Politika — Netwerks u sħubijiet ta’ fornituri tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV)

9

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 401/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9160 — Centerbridge/Hospital Topco) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

12

2018/C 401/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9131 — Blackstone/Telereal Trillium/Real Estate JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

13


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 401/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8985 — Boeing/KLX)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 401/01)

Fl-1 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8985. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 401/1


Bidu ta’ proċeduri

(Każ M.8713 — Tata Steel/thyssenkrupp/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 401/02)

Fil-30 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+ 32 22964301) jew b’imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza Nru M.8713 — Tata Steel/thyssenkrupp/JV, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 401/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656, u bir-Regolament (UE) 2017/2063, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) 2018/1653 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

(2018/C 401/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656 (2), u fl-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1653 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li reġa’ eżamina l-lista ta’ persuni ddeżinjati, iddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom ikomplu jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 u fir-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni kkonċernati jinsabu fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà ta’ rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat/i Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 9 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel it-23 ta’ Awwissu 2019, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 u l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2017/2063.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60.

(2)  ĠU L 276, 7.11.2018, p. 10.

(3)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.

(4)  ĠU L 276, 7.11.2018, p. 1.


7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 401/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

(2018/C 401/04)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (2) kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1653 (3).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta’ pproċessar huwa RELEX.1.C li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/2063, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1653.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fil-lista kif stipulati f’dan ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra marbuta magħha.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu f’konformità mas-Sezzjoni 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (4).

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.

(3)  ĠU L 276, 7.11.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


Il-Kummissjoni Ewropea

7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 401/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Novembru 2018

(2018/C 401/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1428

JPY

Yen Ġappuniż

129,31

DKK

Krona Daniża

7,4593

GBP

Lira Sterlina

0,87313

SEK

Krona Żvediża

10,3470

CHF

Frank Żvizzeru

1,1460

ISK

Krona Iżlandiża

137,90

NOK

Krona Norveġiża

9,5448

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,833

HUF

Forint Ungeriż

322,06

PLN

Zloty Pollakk

4,3088

RON

Leu Rumen

4,6647

TRY

Lira Turka

6,1246

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5789

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4996

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,9510

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7105

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5693

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 280,90

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,2351

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9015

HRK

Kuna Kroata

7,4383

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 916,30

MYR

Ringgit Malażjan

4,7604

PHP

Peso Filippin

60,482

RUB

Rouble Russu

75,3169

THB

Baht Tajlandiż

37,644

BRL

Real Brażiljan

4,2833

MXN

Peso Messikan

22,7736

INR

Rupi Indjan

83,3785


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 401/5


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 401/06)

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-2 euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Belġju

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Belġju

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-ħamsin anniversarju tas-satellita ESRO 2B

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri s-satellita ESRO 2B, l-ewwel suċċess bis-satellita tal-Organizzazzjoni Ewropea ta’ Riċerka dwar l-Ispazju u mnedija f’Mejju 1968, qed iddur madwar il-pjaneta tagħna. L-ESRO 2B, li ngħata l-isem il-ġdid “IRIS” (International Radiation Investigation Satellite), ladarba fl-orbita, kienet ikkonċentrata fuq ir-raġġi X tax-xemx, ir-radjazzjoni kożmika u ċ-ċinturini ta’ radjazzjoni tad-Dinja.

Il-marka taz-zekka ta’ Utrecht (il-bakketta ta’ Merkurju) tinsab fil-qiegħ flimkien mal-marka tal-mastru taz-zekka Belġjana, l-arma tal-muniċipalità ta’ Herzele, il-kodiċi tal-pajjiż BE u l-inizjali tad-disinjatur LL li jirreferu għad-disinjatur tal-munita, Luc Luycx.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 260 000 munita

Data tal-ħruġ : Ottubru 2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 401/6


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 401/07)

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Malta

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Malta

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Patrimonju Kulturali

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn inħoloq minn student tal-iskola u juri varjetà ta’ temi klassiċi tal-wirt Malti inkluż: referenza għat-tempji preistoriċi, li huma l-eqdem strutturi weqfin fid-dinja, koppla u kampnar ta’ knisja, li huma karatteristiċi tal-promontorju Malti ta’ belt u raħal u rappreżentazzjoni ta’ dgħajsa tradizzjonali Maltija bil-bandiera Maltija. L-isem tal-pajjiż ta’ ħruġ “Malta” huwa fin-naħa ta’ fuq fiċ-ċirku ta’ ġewwa tal-munita u s-sena “2018” fin-naħa ta’ isfel.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

320 000

Data tal-ħruġ : Novembru 2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 401/7


Skemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (1)

(2018/C 401/08)

Titlu tal-iskema

Mezzi ta’ eID skont l-iskema notifikata

Stat Membru notifikatur

Livell ta’ assigurazzjoni

Awtorità responsabbli għall-iskema

Data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE

eID Ġermaniża bbażata fuq Kontroll tal-Aċċess Estiż

Karta tal-Identità Nazzjonali

Permess ta’ Residenza Elettroniku

Il-Ġermanja

Għoli

Il-Ministeru Federali tal-Intern

Alt-Moabit 140

10557 Berlin

il-Ġermanja

DGI2@bmi.bund.de

+49 30186810

26.9.2017

SPID – Sistema Pubblika tal-Identità Diġitali

Mezz ta’ eID tal-iSPID mogħti minn:

Aruba PEC S.p.A.

Namirial S.p.A.

InfoCert S.p.A.

In.Te.S.A. S.p.A.

Poste Italiane S.p.A

Register.it S.p.A.

Sielte S.p.A.

Telecom Italia

Trust Technologies S.r.l.

L-Italja

Għoli

Sostanzjalment Baxx

L-AgID — Aġenzija għad-Diġitali

L-Italja

Viale Liszt, 21

00144 Roma

eidas-spid@agid.gov.it

+39 0685264407

10.9.2018

Sistema Nazzjonali ta’ Identifikazzjoni u Awtentikazzjoni

(NIAS)

Karta tal-Identità Personal (eOI)

Il-Kroazja

Għoli

Il-Ministeru tal-Amministrazzjoni Pubblika, ir-Repubblika tal-Kroazja

Maksimirska 63,

10000 Zagreb

e-gradjani@uprava.hr

7.11.2018

Skema Estonjana ta’ eID: Karta tal-identità

Skema Estonjana ta’ eID: Karta tal-RP

Skema Estonjana ta’ eID: Digi-ID

Skema Estonjana ta’ eID: Digi-ID residenza elettronika

Skema Estonjana ta’ eID: Mobiil-ID

Skema Estonjana ta’ eID: karta tal-identità diplomatika

Karta tal-identità

Karta tal-RP

Digi-ID

Digi-ID residenza elettronika

Mobiil-ID

Karta tal-identità diplomatika

L-Estonja

Għoli

Il-Bord tal-Pulizija u l-Gwardja tal-Fruntieri

Pärnu mnt 139,

15060 Tallinn

eid@politsei.ee

+372 6123000

7.11.2018

Documento Nacional de Identidad electrónico (DNIe)

Karta tal-identità Spanjola (DNIe)

Spanja

Għoli

Il-Ministeru tal-Intern -

Ir-Renju ta' Spanja

C/ Julián González

Segador, s/n

28043 MADRID

divisiondedocumentacion@policia.es

7.11.2018

Karta tal-identità nazzjonali tal-Lussemburgu (karta tal-eID)

Il-karta tal-eID tal-Lussemburgu

Il-Lussemburgu

Għoli

Il-Ministeru tal-Affarijiet Interni

BP 10

L-2010 Luxembourg

minint@mi.etat.lu

secretariat@ctie.etat.lu

+352 24784600

7.11.2018


(1)  ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 401/9


SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EACEA 37/2018

taħt il-programm ERASMUS+

KA3 — Appoġġ għar-Riforma tal-Politika

Netwerks u sħubijiet ta’ fornituri tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV)

(2018/C 401/09)

1.   Objettiv

L-għan ta’ din is-sejħa huwa li tappoġġa proġetti għall-ħolqien ta’ netwerks u sħubijiet transnazzjonali u nazzjonali ta’ fornituri tal-ETV, f’ETV inizjali u kontinwu, bil-ħsieb li tappoġġa riflessjoni fuq il-politika fil-livell Ewropew, kif ukoll li tippromwovi s-sensibilizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki Ewropej dwar l-ETV fuq livelli nazzjonali u reġjonali.

L-objettiv ġenerali tas-sejħa huwa li tistieden s-sottomissjoni ta’ proposti għal sħubijiet minn isfel għal fuq li għandhom iħeġġu l-ħolqien ta’ netwerks u sħubijiet transnazzjonali u nazzjonali ta’ fornituri tal-ETV biex jaħdmu flimkien fuq livell nazzjonali u Ewropew.

Dawn il-proġetti għandhom itejbu l-kwalità u l-effiċjenza tal-ETV, itejbu l-impatt u r-relevanza tagħha għal studenti mhux tradizzjonali u impjegaturi, u jibnu kooperazzjoni transkonfinali għal ETV attraenti u ta’ kwalità.

Il-proposti ffinanzjati taħt din is-sejħa għandhom ukoll irawmu l-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-aġenda tal-politika dwar l-ETV fil-livell tal-UE u nazzjonali, għall-iskambju ta’ għarfien, feedback u esperjenza fl-implimentazzjoni tal-politika u fil-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar l-eċċellenza tal-ETV.

Il-proposti għandhom jiġu sottomessi taħt wieħed miż-żewġ Lottijiet li ġejjin:

—   Lott 1: Organizzazzjonijiet nazzjonali, reġjonali jew settorjali ta’ fornituri tal-ETV

Il-proġetti appoġġati taħt Lott 1 ser jistabbilixxu jew isaħħu netwerks u sħubijiet fost fornituri tal-ETV fuq livell nazzjonali, reġjonali jew settorjali. Dawn ser jinkisbu permezz ta’ proġetti transnazzjonali li għandhom l-għan li jibnu kapaċità u jikkondividu l-aħjar esperjenzi fost dawn l-organizzazzjonijiet ta’ fornituri tal-ETV, b’mod partikolari għal pajjiżi li jkollhom arranġamenti limitati ta’ rappreżentazzjoni fost il-fornituri tal-ETV.

—   Lott 2: Organizzazzjonijiet umbrella Ewropej ta’ fornituri tal-ETV

Il-proġetti appoġġati taħt Lott 2 ser irawmu kooperazzjoni fost organizzazzjonijiet umbrella Ewropej ta’ fornituri tal-ETV, filwaqt li jappoġġaw riflessjoni fuq il-politika fil-livell Ewropew kif ukoll il-kapaċità ta’ outreach lill-membri jew l-affiljati nazzjonali tagħhom. L-organizzazzjonijiet umbrella Ewropej ser ikollhom ukoll rwol ewlieni biex iqajmu sensibilizzazzjoni u jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ politiki Ewropej dwar l-ETV permezz tal-organizzazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u settorjali ta’ fornituri tal-ETV.

2.   Sħubijiet eliġibbli

—   Lott 1: Organizzazzjonijiet nazzjonali, reġjonali jew settorjali ta’ fornituri tal-ETV

Is-sħubija ser tinkludi mill-inqas żewġ netwerks jew assoċjazzjonijiet nazzjonali, reġjonali jew settorjali ta’ fornituri tal-ETV, minn mill-inqas żewġ pajjiżi differenti tal-Programm Erasmus+ (fejn mill-inqas wieħed minnhom għandu jkun Stat Membru tal-Unjoni Ewropea). Wieħed mis-sħab ta’ hawn fuq ser ikun l-organizzazzjoni ta’ koordinazzjoni, li tapplika għall-għotja ta’ Erasmus+ f’isem is-sħubija.

F’każ ta’ netwerk/assoċjazzjoni li għadha mhix legalment stabbilita, l-applikazzjoni tista’ tiġi sottomessa minn fornitur tal-ETV li jirrappreżentaha.

Il-kompożizzjoni ulterjuri tas-sħubija għandha tirrifletti l-attivitajiet speċifiċi tas-sejħa.

—   Lott 2: Organizzazzjonijiet umbrella Ewropej ta’ fornituri tal-ETV

Is-sħubija ser tinkludi mill-inqas żewġ organizzazzjonijiet umbrella Ewropej ta’ fornituri tal-ETV, fejn kull waħda minnhom ikollha membri jew affiljati f’mill-inqas ħames pajjiżi tal-Programm Erasmus+ (fejn mill-inqas wieħed minnhom għandu jkun Stat Membru tal-Unjoni Ewropea). Waħda mill-organizzazzjonijiet umbrella Ewropej ser tkun l-organizzazzjoni ta’ koordinazzjoni, li tapplika għall-għotja ta’ Erasmus+ f’isem is-sħubija.

Il-kompożizzjoni ulterjuri tas-sħubija għandha tirrifletti l-attivitajiet speċifiċi tas-sejħa.

Il-pajjiżi tal-Programm Erasmus+ huma dawn li ġejjin:

—   It-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit (1);

—   Pajjiżi tal-Programm li mhumiex fl-UE: l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, is-Serbja (2), it-Turkija.

3.   Attivitajiet

L-attivitajiet għandhom jibdew bejn l-1 ta’ Settembru 2019 u l-1 ta’ Novembru 2019.

It-tul tal-proġetti huwa ta’ 24 xahar.

L-għan prinċipali tal-attivitajiet huwa li tappoġġa l-istabbiliment u/jew ir-rinfurzar ta’ netwerks u sħubijiet tal-fornituri tal-ETV, li għandhom l-għan li jibnu l-kapaċità fil-livell bażiku għall-implimentazzjoni effettiva ta’ programmi, inizjattivi u prijoritajiet Ewropej fil-qasam tal-ETV, inklużi dawk maqbula fil-kuntest tal-proċess ta’ Kopenħagen.

Għaż-żewġ lottijiet, il-benefiċjarji għandhom jimpenjaw ruħhom fl-attività li ġejja:

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost il-fornituri tal-ETV permezz tal-impenn tagħhom fit-tagħlim reċiproku, fil-konsulenza bejn il-pari, u fil-bini tal-kapaċità, li għandhom l-għan li jgħollu u jagħmlu d-dispożizzjoni tal-ETV attraenti u ta’ kwalità. In-netwerks u s-sħubijiet għandhom ukoll jippromwovu u jrawmu l-użu effettiv ta’ strumenti ta’ finanzjament tal-UE, kif ukoll jappoġġaw l-implimentazzjoni u d-disseminazzjoni ta’ għodod u inizjattivi relevanti tal-UE fil-qasam tal-ETV, kull meta jkun possibbli fil-lingwa/lingwi nazzjonali. Il-proġetti għandhom ukoll ikollhom l-għan li jinvolvu u li jilħqu lill-fornituri tal-ETV li għadhom ma jikkontribwixxux jew ma jibbenefikawx minn kooperazzjoni Ewropea.

Barra minn hekk, il-benefiċjarji għandhom jimpenjaw ruħhom f’mill-inqas tlieta mill-attivitajiet li ġejjin:

1.

Jikkontribwixxu għall-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali, billi jorganizzaw avvenimenti u attivitajiet innovattivi u kkoordinati fuq livell ta’ pajjiż, li għandhom l-għan li jagħmlu l-ETV aktar attraenti, filwaqt li jilħqu udjenza wiesgħa, inklużi l-ġenituri, l-istudenti mhux tradizzjonali, l-għalliema, il-kumpaniji, u b’mod partikolari l-SMEs.

2.

Jappoġġaw l-iżvilupp ta’ strateġija ta’ internazzjonalizzazzjoni fuq livell ta’ fornituri, billi jrawmu l-mobbiltà tal-mexxejja, tal-persunal u tal-istudenti mhux tradizzjonali tal-ETV, kif ukoll l-istabbiliment ta’ sħubijiet ta’ kooperazzjoni.

3.

Iżidu l-kwalità fl-ETV permezz ta’ rabta ċirkolari ta’ feedback biex jadattaw id-dispożizzjoni tal-ETV, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni dwar ir-rintraċċar ta’ gradwati u r-Rakkomandazzjoni dwar il-Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (EQAVET). Fejn ikun relevanti, jiżviluppaw sistemi ta’ rintraċċar ta’ gradwati billi inter alia jikkombinaw l-istatistika nazzjonali jew reġjonali ma’ data miġbura mill-fornituri tal-ETV jew jagħmlu użu minn data ta’ sistemi ta’ rintraċċar ta’ gradwati għat-titjib tad-dispożizzjoni tal-ETV.

4.

Jappoġġaw lill-mikrokumpaniji u l-SMEs fl-iżvilupp tal-kapital uman, permezz ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid tal-impjegati. Dan jista’ jinkludi l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-ħiliet u/jew il-valutazzjoni tal-ħiliet tagħhom, u/jew il-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet u/jew l-offerta ta’ taħriġ apposta għalihom, u fejn relevanti jiġu kkunsidrati l-konklużjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma ET2020 2016-2018 dwar it-Tagħlim tal-Adulti.

5.

Irawmu t-tagħlim innovattiv ta’ kompetenzi ewlenin fl-ETV (pereżempju, jippermettu l-flessibbiltà u l-adattament biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet individwali ta’ tagħlim) billi jadattaw t-tfassil u l-valutazzjoni tal-programm.

6.

Jippromwovu għodod u opportunitajiet għall-iżvilupp professjonali ta’ għalliema, ħarrieġa, mentors u/jew mexxejja tal-ETV biex jiġu mgħammra aħjar għal sfidi futuri (eż. diġitalizzazzjoni), f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma ET2020 2016-2018 dwar l-ETV.

4.   Kriterji tal-għoti

L-applikazzjonijiet eliġibbli ser jiġu vvalutati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

1.

Ir-relevanza tal-proġett (Massimu 30 punt — Limitu: minimu 16-il punt);

2.

Il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett (Massimu 20 punt — Limitu: minimu 11-il punt);

3.

Il-kwalità tal-konsorzju tal-proġett u tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni (Massimu 30 punt — Limitu: minimu 16-il punt);

4.

L-impatt u d-disseminazzjoni (Massimu 20 punt - Limitu: minimu 11-il punt).

Biex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, l-applikazzjonijiet għandhom iġibu mill-inqas 60 punt (minn 100 punt bħala total), fejn jiġi kkunsidrat ukoll il-limitu minimu meħtieġ għal kull wieħed mill-erba’ kriterji tal-għoti.

5.   Baġit

Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-proġetti huwa stmat għal massimu ta’ EUR 6 miljun b’distribuzzjoni indikattiva ta’ EUR 4 miljun għal-Lott 1 u EUR 2 miljun għal-Lott 2. Ir-rata massima ta’ kofinanzjament tal-UE ser tkun 80 %.

L-ammont ta’ kull għotja ser ikun bejn EUR 300 000 u EUR 500 000 għal-Lott 1 u bejn EUR 600 000 u EUR 800 000 għal-Lott 2.

L-Aġenzija tirriserva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

6.   Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2019, f’12:00 nofsinhar (ħin ta’ Brussell).

Għandhom jiġu sottomessi online permezz tal-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali korretta (eForm) (Formola elettronika);

Għandhom jiġu sottomessi f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE;

Mal-applikazzjonijiet għandhom jiġu mehmuża deskrizzjoni dettaljata tal-proġett, dikjarazzjoni tal-unur u baġit stmat ibbilanċjat, ippreżentati fuq il-formoli uffiċjali.

In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti jwassal għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni.

7.   Dettalji sħaħ

Il-Linji gwida tal-Applikanti flimkien mal-formola elettronika ta’ applikazzjoni huma disponibbli fl-indirizz tal-Internet li ġej:

https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding/ka3-networks-and-partnerships-of-VET-providers_en

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-termini kollha tal-Linji gwida.


(1)  Għall-applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok kun af li jrid ikun hemm konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà tul id-durata sħiħa tal-għotja. Fil-każ li r-Renju Unit joħroġ mill-UE matul il-perjodu tal-għotja finanzjarja mingħajr ma jiġi konkluż ftehim mal-UE li jiżgura b’mod partikolari li l-applikanti Brittaniċi jkomplu jkunu eliġibbli, int ma tirċevix aktar finanzjament mill-UE (filwaqt li tkompli tipparteċipa, fejn hu possibbli) jew tkun mitlub tieqaf mill-proġett abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-għotja finanzjarja dwar it-terminazzjoni.

(2)  Ir-rikonoxximent tas-Serbja bħala Pajjiż tal-Programm Erasmus+ hu soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

i)

Id-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit 2019 wara l-adozzjoni tal-baġit 2019 għas-Serbja;

ii)

Emenda għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u s-Serbja dwar il-parteċipazzjoni tas-Serbja f’Erasmus+: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 401/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9160 — Centerbridge/Hospital Topco)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 401/10)

1.   

Fid-29 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Centerbridge Partners, L.P. (“Centerbridge”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

Hospital Topco Limited (“Hospital Topco”, ir-Renju Unit).

Centrebridge takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Hospital Topco kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Centerbridge: ditta tal-ġestjoni tal-investimenti ffokata fuq ekwità privata u opportunitajiet ta’ investimenti li jinsabu f’diffikultà,

—   Hospital Topco: il-kumpanija prinċipali tal-grupp tal-kura tas-saħħa li jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu bil-marka tad-ditta BMI Healthcare, u l-kumpaniji azzjonarji b’interess fil-proprjetà.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9160 — Centerbridge/Hospital Topco

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 401/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9131 — Blackstone/Telereal Trillium/Real Estate JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 401/11)

1.   

Fis-26 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

The Blackstone Group L.P. (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerika);

Tele-Finance Holdings Limited (“Telereal Trillium”, ir-Renju Unit); kif ukoll

in-negozju tal-proprjetà immobbli kummerċjali ta’Network Rail Infrastructure Limited (il-joint venture, “JV tal-Proprjetà Immobbli”, ir-Renju Unit).

Blackstone u Telereal Trillium jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV tal-Proprjetà Immobbli. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ kuntratt

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Blackstone: ġestjoni ta’ assi dinjija, bil-kwartieri ġenerali fl-Istati Uniti tal-Amerika b’uffiċċji fl-Ewropa u l-Asja, li joperaw bħala ditta ta’ ġestjoni tal-investiment;

—   Telereal Trillium: kumpanija tal-ġestjoni tal-proprjetà li topera fi sħubiji, investiment, żvilupp tal-proprjetà u art strateġika;

—   il-JV tal-Proprjetà Immobbli: in-negozju tal-proprjetà immobbli kummerċjali ta’ Network Rail Infrastructure Limited, li hija korp tas-settur pubbliku li tiġġestixxi l-infrastruttura ferrovjarja tar-Renju Unit fl-Ingilterra, Wales u l-Iskozja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9131 — Blackstone/Telereal Trillium/Real Estate JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.