ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 398

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
5 ta' Novembru 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 398/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8957 — Silver Lake/ZPG) ( 1 )

1

2018/C 398/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8981 — IFF/Frutarom) ( 1 )

1

2018/C 398/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9006 — Deutsche Asphalt/Bunte/JV) ( 1 )

2

2018/C 398/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8977 — Lone Star/Imerys TC) ( 1 )

2

2018/C 398/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9116 — Morgan Stanley/VTG) ( 1 )

3

2018/C 398/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9089 — Hellman & Friedman/Concardis Payment Group) ( 1 )

3

2018/C 398/07

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9115 — BC Partners/VetPartners) ( 1 )

4

2018/C 398/08

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9119 — SEGRO/PSPIB/Warehouse) ( 1 )

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 398/09

Rata tal-kambju tal-euro

5

2018/C 398/10

Rata tal-kambju tal-euro

6

2018/C 398/11

Rata tal-kambju tal-euro

7

2018/C 398/12

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ottubru 2018 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Vinos de Madrid (DOP))

8

2018/C 398/13

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

17


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 398/14

Sejħa Għall-Proposti — EACEA/41/2018 — Programm Erasmus+, Azzjoni Ewlenija 3 — Appoġġ għar-Riforma ta’ Politika — Kooperazzjoni tas-Soċjetà Ċivili fil-qasam taż-Żgħażagħ

18


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8957 — Silver Lake/ZPG)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 398/01)

Fid-29 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8957. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8981 — IFF/Frutarom)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 398/02)

Fis-6 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8981. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9006 — Deutsche Asphalt/Bunte/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 398/03)

Fil-21 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9006. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8977 — Lone Star/Imerys TC)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 398/04)

Fl-4 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8977. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9116 — Morgan Stanley/VTG)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 398/05)

Fit-8 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9116. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9089 — Hellman & Friedman/Concardis Payment Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 398/06)

Fit-12 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9089. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9115 — BC Partners/VetPartners)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 398/07)

Fil-25 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9115. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9119 — SEGRO/PSPIB/Warehouse)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 398/08)

Fil-25 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9119. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-31 ta’ Ottubru 2018

(2018/C 398/09)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1318

JPY

Yen Ġappuniż

128,15

DKK

Krona Daniża

7,4614

GBP

Lira Sterlina

0,88873

SEK

Krona Żvediża

10,4015

CHF

Frank Żvizzeru

1,1399

ISK

Krona Iżlandiża

137,70

NOK

Krona Norveġiża

9,5528

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,922

HUF

Forint Ungeriż

325,10

PLN

Zloty Pollakk

4,3392

RON

Leu Rumen

4,6643

TRY

Lira Turka

6,2255

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5972

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4856

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8787

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7322

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5696

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 291,10

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,7942

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8935

HRK

Kuna Kroata

7,4325

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 206,19

MYR

Ringgit Malażjan

4,7360

PHP

Peso Filippin

60,471

RUB

Rouble Russu

74,4074

THB

Baht Tajlandiż

37,535

BRL

Real Brażiljan

4,1943

MXN

Peso Messikan

22,9029

INR

Rupi Indjan

83,7305


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-1 ta’ Novembru 2018

(2018/C 398/10)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1393

JPY

Yen Ġappuniż

128,52

DKK

Krona Daniża

7,4604

GBP

Lira Sterlina

0,88173

SEK

Krona Żvediża

10,3158

CHF

Frank Żvizzeru

1,1430

ISK

Krona Iżlandiża

137,90

NOK

Krona Norveġiża

9,5150

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,879

HUF

Forint Ungeriż

322,96

PLN

Zloty Pollakk

4,3269

RON

Leu Rumen

4,6640

TRY

Lira Turka

6,3245

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5857

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4904

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,9293

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7190

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5701

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 285,70

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,6021

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9046

HRK

Kuna Kroata

7,4360

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 192,30

MYR

Ringgit Malażjan

4,7674

PHP

Peso Filippin

60,642

RUB

Rouble Russu

74,8346

THB

Baht Tajlandiż

37,529

BRL

Real Brażiljan

4,2078

MXN

Peso Messikan

22,9917

INR

Rupi Indjan

83,6800


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-2 ta’ Novembru 2018

(2018/C 398/11)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1417

JPY

Yen Ġappuniż

128,89

DKK

Krona Daniża

7,4603

GBP

Lira Sterlina

0,87870

SEK

Krona Żvediża

10,3123

CHF

Frank Żvizzeru

1,1422

ISK

Krona Iżlandiża

138,10

NOK

Krona Norveġiża

9,5143

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,782

HUF

Forint Ungeriż

321,62

PLN

Zloty Pollakk

4,3202

RON

Leu Rumen

4,6612

TRY

Lira Turka

6,2539

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5840

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4956

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,9391

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7154

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5686

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 276,25

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,3720

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8712

HRK

Kuna Kroata

7,4393

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 031,88

MYR

Ringgit Malażjan

4,7483

PHP

Peso Filippin

60,693

RUB

Rouble Russu

75,3127

THB

Baht Tajlandiż

37,539

BRL

Real Brażiljan

4,2205

MXN

Peso Messikan

22,8399

INR

Rupi Indjan

82,7085


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/8


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Ottubru 2018

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Vinos de Madrid (DOP))

(2018/C 398/12)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Spanja bagħtet applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni “Vinos de Madrid” skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huma ssodisfati.

(3)

Biex ikunu jistgħu jitressqu dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni “Vinos de Madrid” jenħtieġ tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

L-applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni “Vinos de Madrid” (DOP), skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt li wieħed biex jopponi għall-emenda tal-Ispeċifikazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

“VINOS DE MADRID”

PDO-ES-A1525-AM02

Data tal-applikazzjoni: 25-2-2016

TALBA GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 — Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Emenda li testendi ż-żona ġeografika protetta, b’żieda ta’ subżona ġdida msejħa “El Molar”

Id-deskrizzjoni u r-raġunijiet għall-emenda huma dawn:

L-istudji u d-dokumenti disponibbli juru li l-limitu amministrattiv taż-żona ġeografika eżistenti attwali tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Vinos de Madrid” attwali mhix xierqa għalkollox għax ma tinkludix reġjun ieħor fejn qed jiġu magħmul l-inbid effettivament, fejn qed jinżammu l-prattiki tradizzjonali li jintużaw biex isiru l-inbejjed għaż-żewġ kategoriji ta’ nbid koperti minn din id-denominazzjoni ta’ oriġini (inbid u nbid frizzanti ta’ kwalità). Minħabba f’hekk, il-vitikulturi, il-produtturi tal-inbid u l-awtoritajiet tal-ħdax-il muniċipalità li jiffurmaw dik li hi magħrufa bħala “s-subżona ta’ El Molar” esprimew interess biex jingħaqdu mad-denominazzjoni ta’ oriġini “Vinos de Madrid”.

Fit-Taqsima 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, jeħtieġ tiġi emendata ż-żona ġeografika fejn isiru l-inbejjed koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini “Vinos de Madrid”. Tiżdied ir-raba’ subżona, imsejħa “El Molar”, mat-tliet subżoni eżistenti (Arganda, Navalcarnero u San Martín de Valdeiglesias).

Is-subżona l-ġdida ta’ “El Molar” tikkonsisti fi 11-il muniċipalità: Colmenar Viejo, El Molar, El Vellón, Patones de Arriba, Pedrezuela, San Agustín de Guadalix, Talamanca del Jarama, Torrelaguna, Torremocha del Jarama, Valdetorres de Jarama u Venturada, li jaqsmu l-istess fatturi naturali u umani bħaż-żona attwalment demarkata għad-denominazzjoni tal-oriġini “Vinos de Madrid” u l-istess rabta bejn il-prodott u ż-żona ġeografika.

Dan ifisser li ż-żona ġeografika protetta issa se tkun tikkonsisti minn 70 muniċipalità minflok id-59 eżistenti li jiffurmaw it-tliet subżoni l-oħra.

Anki l-punt 6 tad-Dokument Uniku jeħtieġ jiġi emendat ħalli t-test tiegħu jkun identiku għat-test ta’ Taqsima 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

2.2.   Deskrizzjoni tal-inbejjed

Jiġi emendat il-paragrafu 2(a) Karatteristiċi Analitiċi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ħalli tiġi speċifikata l-qawwa alkoħolika reali minima meħtieġa li tiggarantixxi l-omoġeneità ta’ din is-subżona ġeografika ġdida ta’ “El Molar”, stabbilita għal 11 % għall-inbid abjad, 11,5 % għall-inbejjed rożè u għal 12 % għall-inbejjed ħomor. Għandu jiġi nnotat li dawn iċ-ċifri huma l-istess bħal dawk previsti għaż-żewġ subżoni attwali (Navalcarnero u San Martin de Valdeiglesias). Ma hemm l-ebda ċifra speċifika għall-bqija tal-parametri analitiċi f’din is-subżona ġdida; għandhom japplikaw dawk li ġew stabbiliti għad-DOP “Vinos de Madrid”.

Din ma taffettwax id-Dokument Uniku.

2.3.   Il-varjetà jew varjetajiet tal-għeneb tal-inbid

Il-punt 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott hi emendata biex tispeċifika l-varjetajiet ewlenin tad-dwieli fis-subżona l-ġdida ta’ “El Molar”: Malvar fil-każ tal-inbejjed bojod u Red Grenache fil-każ tal-inbejjed ħomor.

Fi kwalunkwe każ, l-istess varjetajiet ta’ dwieli awtorizzati bħalissa se jibqgħu fis-subżona l-ġdida u fit-tliet subżoni eżistenti; inbejjed bojod: Malvar, Albillo Real, Airén, Viura, Torrontés, Parellada, Moscatel de grano menudo (Muscat tal-ħabba żgħira) u Sauvignon Blanc; inbejjed ħomor: Tinto Fino (Tempranillo jew Cencibel), Red Grenache, Merlot, Cabernet Sauvignon, Syrah, Petit Verdot, Graciano u Grenache Tintorera).

Din ma taffettwax id-Dokument Uniku.

2.4.   Rabta maż-żona ġeografika

L-ewwel sinjali ta’ attività tal-produzzjoni tal-inbid fis-subżona “El Molar” imorru lura saħansitra sal-Medju Evu Bikri. L-eqdem “għerien tal-inbid” fir-reġjun b’oriġini Għarbija jmorru lura għas-sekli 9 u 10. L-ewwel referenza bil-miktub dwar l-eżistenza tal-vinji f’San Agustín de Guadalix tmur lura għas-seklu 13, u fil-muniċipalitajiet oħrajn għas-seklu 14. Din l-attività ssoktat sal-ġurnata tal-lum, b’erba’ industriji tal-produzzjoni, b’600 tal-vinja u b’iżjed minn 300 vitikultur attiv. Għalhekk, is-subżona l-ġdida ta’ “El Molar” hi inkluża fid-denominazzjoni ta’ oriġini “Vinos de Madrid” attwali u għandha l-istess kuntest storiku tagħha.

Jista’ jiġi kkonfermat ukoll li s-subżona “El Molar” taqsam l-istess uniformità u omoġeneità tagħha fejn jidħlu l-karatteristiċi pedoklimatiċi tagħha, il-varjetajiet, il-prattiki tal-produzzjoni u enoloġiċi u l-karatteristiċi tal-ħamrija marbuta maż-żona ġeografika attwali protetta bid-denominazzjoni tal-oriġini “Vinos de Madrid”.

L-aktar varjetajiet komuni fis-subżona ta’ ta’ “El Molar” huma Red Grenache u Malvar. Dawn ilhom jitkabbru f’din iż-żona sa minn żmien żemżem u jistgħu jinstabu anki fis-subżoni attwali oħrajn fejn xi varjetajiet oħra tad-dwieli huma komuni wkoll, u dan sa minn dejjem ta reputazzjoni mill-aqwa lill-inbejjed imkabbra hemmhekk.

It-Taqsima 7(a) “Dettalji dwar iż-żona ġeografika. Fatturi naturali” tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott hija estiża biex iżżid issemmi s-subżona l-ġdida ta’ “El Molar”.

Il-post tas-subżona ta’ “El Molar” bejn is-Sistema Ċentrali u x-Xmara Jarama.

Deskrizzjoni tal-ħamrija fis-subżona ta’ “El Molar”: Il-ħamrija fis-subżona ta’ “El Molar” żviluppat skont materjali ġeoloġiċi bħal granit, kwarz, lavanja, shale, gness, ġebel ramli, lom, ħamrija tal-ġir, franka u arkoż. F’din is-subżona, id-dwieli jinsabu fil-kampanja miftuħa u f’żoni alluvjali tax-Xmara Jarama, u l-ħamrija hi taħlita ta’ dik li hemm fit-tliet subżoni preeżistenti, jiġifieri għoljiet relattivament ċatti fuq l-art bejn ix-xmajjar (dan jgħodd għal kull waħda mill-erba’ subżoni). Il-firxa tal-pH hi wiesgħa ħafna, minn ħafna aċida għal ħafna alkalina.

Taħt “Altitudni u xita”: jiżdiedu l-muniċipalitajiet ta’ El Vellón u Colmenar Viejo maż-żoni ogħla marbuta mal-muntanji; San Martín u El Molar jissejħu s-subżoni bl-akbar ammont ta’ xita.

Fit-Taqsima 7(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li tirreferi għall-fatturi umani, “Malvar li huwa indiġenu għal Arganda u Navalcarnero” hija sostitwita bi “…Malvar li huwa indiġenu għal Arganda, Navalcarnero u El Molar”. Bl-istess mod, fil-parti li tispjega r-rilevanza tal-varjetà ta’ Grenache (“reġina”) f’Navalcarnero u San Martín, l-emenda testendi din ir-rilevanza għal “Navalcarnero, El Molar and San Martín”.

Minħabba l-emenda fiż-żona ġeografika, in-numri msemmija huma korretti biex ir-referenzi preċedenti għal “tliet subżoni” jsiru “erba’ subżoni”.

It-Taqsima 7(c) “L-interazzjoni kawżali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott” ġiet ifformulata mill-ġdid biex tenfasizza b’mod aktar ċar il-karatteristiċi li essenzjalment jew esklussivament huma kkawżati mill-ambjent ġeografiku, għal kull waħda mill-kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini “Vinos de Madrid”: inbid u nbid frizzanti, li japplika għall-erba’ subżoni:

“Dawn il-karatteristiċi fiżiċi tal-ambjent ġeografiku, flimkien mal-kundizzjonijiet klimatiċi (pjanura b’għoli speċifiku u xmajjar, klima kontinentali, livell baxx ta’ xita, ħamrija awsteri b’rendiment medju ta’ madwar 3 000 kg għal kull ettaru), jipproduċu inbejjed bojod niexfa u żejtnin li jħallulek togħma morra, bi ħjiel ta’ frott abjad misjur u b’aċidità medja għal baxxa. Dawn jipproduċu wkoll inbejjed rożé u ħomor b’qawwa alkoħolika għolja u b’lewn intern, minħabba l-frott aħmar jew iswed misjur jew misjur iżżejjed.

L-inbejjed frizzanti (bojod u rożè) għandhom l-istess elementi distintivi taż-żona (fatturi karatteristiċi pedoklimatiċi), kif ukoll l-istess fatturi kulturali u umani (daqs, densità tat-tħawwil, varjetajiet, prattiki kulturali, aċidità totali minima ta’ 5 g/l), li jagħtuhom il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom mil-lat ta’ dehra, aroma — minħabba l-karfa — u togħma. Peress li jsiru bil-metodu tradizzjonali, dawn l-inbejjed frizzanti huma rotob u kremużi, jippreżentaw taħlita ta’ aromi u togħmiet tal-inbejjed magħmulin fiż-żona ġeografika. Kif jgħaddu mit-tieni proċess ta’ fermentazzjoni waqt l-ibbottiljar, il-pressa żejda u l-maturazzjoni tal-karfa tal-fermentazzjoni jagħtuhom bżieżaq fini u dejjiema, aroma mikrobijoloġika ta’ frott u togħma punġenti u friska.

Dawn il-karatteristiċi naturali tal-inħawi ġeografiċi, flimkien mal-ħidma bir-reqqa tal-vitikulturi tul is-sekli u l-armonija miksuba bil-kultivazzjoni tal-varjetajiet it-tajba fil-ħamrija t-tajba, jipproduċu nbejjed ta’ kwalità b’identità unika.”

Il-punt 8. Id-Deskrizzjoni tar-rabta(rabtiet) tad-Dokument Uniku hi emendata biex tagħti sommarju tat-test il-ġdid tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

2.5.   Possibbiltà li jiżdied ir-rendiment

Deskrizzjoni u raġunijiet:

Fir-rebbiegħa jitfassal rapport tal-fertilità (l-għadd ta’ twarrid), u qabel il-ħsad jinħareġ rapport tekniku motivat (li jivvaluta aspetti bħall-ammont ta’ xita fix-xitwa jew rebbiegħa mingħajr ġlata) biex jintwera li din il-varjazzjoni mhux se tħalli impatt ħażin fuq il-kwalità tal-prodott protett. Fi kwalunkwe każ, iż-żieda massima li tista’ tiġi awtorizzata ma għandhiex taqbeż il-25 % tal-limiti stipulati.

Emenda għall-Punt 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ir-Rekwiżiti Supplimentari, u t-Taqsima 2.5.1 tad-Dokument Uniku, biex tiddaħħal il-possibbiltà ta’ żieda fir-rendiment.

DOKUMENT UNIKU

1.   Denominazzjoni reġistrata

Vinos de Madrid

2.   Tip tal-indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ oriġini protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbejjed

Inbid — Inbejjed Bojod

Dehra: Isfar ċar lewn it-tiben xi kultant bi sfumaturi ħodor qawwijin għall-griż fl-inbejjed ġodda, li jsiru sofor dehbiena jew kulur id-deheb antik għall-inbejjed “Crianza” jew “Reserva”. L-inbejjed bojod li jiġu fermentati jew immaturati fi btieti tal-ballut jkollhom sfumaturi safranin lewn it-tiben li jsiru dehbiena meta jeqdiemu.

Aroma: Frisk u b’togħma predominanti ta’ frott, b’aromi ta’ frott biż-żerriegħa u bl-għadam, aromi tropikali u zokkor maħruq. L-inbejjed immaturati u/jew fermentati jew immaturati fi btieti tal-ballut ikollhom aromi pikkanti, balsamiċi, u/jew tal-injam, skont l-età tagħhom. “Sobremadres” jista’ jkollu aromi ta’ ħmira.

Togħma: Togħma friska, kemxejn aċiduża, u ħelwa għall-inbejjed semiħelwin u ħelwin. Żejtni u jħallilek togħma morra. Ċar u b’tul medju.

Qawwa alkoħolika reali minima: 10 % vol. fis-subżona ta’ Arganda.

Massimu ta’ diossidu tal-kubrit: 250, jekk > 5 g/l taz-zokkor

Limitu tal-volatilità: 16,7 meq/l għall-inbejjed eqdem minn sena.

Aċidità totali minima għal “Sobremadres”: 5 g/l

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% ta’ volum)

 

Qawwa minima alkoħolika reali (f’% ta’ volum)

11

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Il-kontenut massimu totali tad-diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

180

Il-valuri mhux mogħtija huma neċessarjament skont il-limiti legali, b’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Inbid — Inbejjed Rożè

Dehra: Roża bi ħjiel ta’ frawli, lampun jew salamun; l-inbejjed rożè jaf ikollhom xi daqsxejn oranġjo wara sentejn jew jekk ikunu mmaturaw.

Aroma: Friska u tal-frott b’aromi ta’ frott aħmar u/jew b’natura ta’ fjuri u/jew ta’ ħxejjex. Fl-inbejjed eqdem minn sentejn, jaf jingħaqdu aromi pikkanti skont l-età tagħhom.

Togħma: Friska, kemxejn aċiduża, u ħelwa għall-inbejjed semiħelwin u ħelwin. Żejtni b’tannini ċari u tul medju.

Qawwa alkoħolika reali minima: 11 % vol. fis-subżona ta’ Arganda.

Massimu ta’ diossidu tal-kubrit: 250, jekk > 5 g/l zokkor riduċenti

Massimu ta’ volatilità: 16,7 meq/l għall-inbejjed eqdem minn sena.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% ta’ volum)

 

Qawwa minima alkoħolika reali (f’% ta’ volum)

11,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Il-kontenut massimu totali tad-diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

180

Il-valuri mhux mogħtija huma neċessarjament skont il-limiti legali, b’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Inbid — Inbejjed Ħomor

Dehra: L-inbejjed ġodda jkollhom sfumaturi ħomor, vjola għal lewn iċ-ċiras, u meta jimmaturaw l-isfumaturi jvarjaw minn lewn ir-rubini għall-aħmar tal-ġebel.

Aroma: Friska u tal-frott u/jew tal-ħxejjex fl-inbejjed ġodda, li jaf ikollhom ukoll aromi ta’ njam, u fl-inbejjed magħmulin u mmaturati fi btieti tal-ballut. L-inbejjed immaturati jaf ikollhom aromi ta’ frott imnixxef, pikkanti, ta’ ħxejjex aromatiċi, u empiromatika u/jew minerali. “Sobremadres” jista’ jkollu aromi ta’ ħmira.

Togħma: Tannika, fietla u dejjiema. Tal-frott fl-inbejjed ġodda, bi ħjiel ta’ ballat għall-inbejjed iffermentati u/jew immaturati fi btieti tal-ballut.

“Sobremadres” għandhom ċerta togħma żejtnija.

Qawwa alkoħolika reali minima: 11,5 % vol. fis-subżona ta’ Arganda.

Massimu ta’ diossidu tal-kubrit: 200, jekk > 5 g/l 200, jekk > 5 g/l zokkor riduċenti.

Limitu tal-volatilità: 16,7 meq/l għall-inbejjed eqdem minn sena.

Aċidità totali minima għal “Sobremadres”: 5 g/l

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% ta’ volum)

 

Qawwa minima alkoħolika reali (f’% ta’ volum)

12

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Il-kontenut massimu totali tad-diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

Il-valuri mhux mogħtija huma neċessarjament skont il-limiti legali, b’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

Dehra: tvarja minn isfar ċar lewn it-tibna għal daqsxejn dehbiena, skont l-età. Bi bżieżaq delikati u abbundanti, rilaxxati matul iż-żmien. Roża lewn il-frawli jew is-salamun, għall-inbejjed rożé frizzanti.

Aroma: Tal-frott u mikrobijoloġika

Togħma: Friska u qawwija u b’ċertu togħma żejtnija għall-inbejjed rożè; ħelwa għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor akbar minn 10 g.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa massima alkoħolika totali (f’% ta’ volum)

 

Qawwa minima alkoħolika reali (f’% ta’ volum)

 

Aċidità totali minima

5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10

Il-kontenut massimu totali tad-diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Il-valuri mhux mogħtija huma neċessarjament skont il-limiti legali, b’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

5.   Prattiki enoloġiċi

(a)   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Il-prattika tal-kultivazzjoni

Tekniki għall-ġestjoni tal-uċuħ tar-raba’ għall-inbejjed kollha:

Densità tat-tħawwil: Bejn 900 u 4 000 stokk għal kull ettaru.

Tkabbir u żbir: Sistemi tat-tkabbir tal-vinji bi struttura sferika jew espaldera b’massimu ta’ 16-il rimja produttiva għal kull stokk jew 36 000 għal kull ettaru.

Ir-rendiment massimu għal kull ettaru jista’ jinbidel mill-Bord Regolatorju f’ċerti staġuni, bid-diskrezzjoni tiegħu stess jew meta jintalab mill-vitikulturi interessati. Għal dan il-għan, għandu jinħareġ rapport mill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam, li jiġbor flimkien ir-rapporti tekniċi rilevanti biex juri li l-bidla mhux se tħalli impatt ħażin fuq il-kwalità tal-prodott protett. Fi kwalunkwe każ, din il-bidla ma tistax taqbeż il-25 % tal-limitu stipulat.

Prattika enoloġika speċifika

Ir-rendiment massimu hu ffissat għal 74 litru ta’ most tal-għeneb għal kull 100 kg tal-ħsad.

L-għeneb adattat għall-użu fil-produzzjoni tal-inbejjed bid-denominazzjoni tal-oriġini għandu jkollu kontenut taz-zokkor ekwivalenti għal 170 grad kull litru ta’ most, jew iżjed.

L-inbejjed bojod u ħomor li minħabba l-metodu tal-produzzjoni speċjali tagħhom ikun fihom il-gass tal-karbonju ta’ oriġini endoġena, ikkawżat mill-fermentazzjoni tal-mosti tal-għeneb fuq il-“madres” (għeneb bla zokk mgħaffeġ) jistgħu jiġu tikkettati bħala “Sobremadres”.

L-inbid frizzanti għandu jkun magħmul minn inbid abjad u rosé.

Fil-produzzjoni jistgħu jintużaw biss il-varjetajiet tal-għeneb awtorizzati. Il-produzzjoni għandha ssir bil-metodu tradizzjonali.

Restrizzjoni rilevanti għall-vinifikazzjoni

Għall-estrazzjoni tal-most mill-għeneb frisk li jkun qed jiġi pproċessat għall-ewwel darba, jew jekk l-inbid magħmul mill-karfa ffermentata waqt il-produzzjoni tal-inbid aħmar, fil-proċessi użati biex jinkisbu prodotti xierqa għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Vinos de Madrid”, is-sistemi mekkaniċi jistgħu jintużaw biss meta dawn ma jagħmlux ħsara lill-komponenti solidi tal-għanqud; l-użu ta’ magni ċentrifugi b’veloċità kbira hu pprojbit.

Ma tistax tintuża prassi li tinvolvi t-tisħin minn qabel tal-għeneb jew it-tisħin tal-most jew tal-inbejjed meta jkun hemm il-karfa, ħalli tiġi sfurzata l-estrazzjoni tal-materjal koloranti.

(b)   Rendimenti massimi

Il-varjetajiet ta’ Malvar, Airén, Viura, Parellada u Torrontés

8 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Il-varjetajiet ta’ Malvar, Airén, Viura, Parellada u Torrontés

56 ettolitru għal kull ettaru

Varjetajiet oħra

7 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Varjetajiet oħra

49 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni għall-inbejjed koperti mid-denominazzjoni tal-oriġini “Vinos de Madrid” tikkonsisti minn artijiet li jinsabu f’ dawn il-muniċipalitajiet tal-Komunità ta’ Madrid, li jinkludu s-subżoni ta’ Arganda, Navalcarnero, San Martin de Valdeiglesias u El Molar:

Is-subżona ta’ Arganda

Ambite, Aranjuez, Arganda del Rey, Belmonte de Tajo, Brea del Tajo, Campo Real, Carabaña, Colmenar de Oreja, Chinchón, l-inħawi ta’ “El Encín” (Alcalá de Henares), Estremera, Fuentidueña de Tajo, Getafe, Loeches, Mejorada del Campo, Morata de Tajuña, Nuevo Baztán, Olmeda de las Fuentes, Orusco, Perales de Tajuña, Pezuela de las Torres, Pozuelo del Rey, Tielmes, Titulcia, Torres de la Alameda, Valdaracete, Valdelaguna, Valdilecha, Villaconejos, Villamanrique de Tajo, Villar del Olmo u Villarejo de Salvanés.

Is-subżona ta’ Navalcarnero

El Alamo, Aldea del Fresno, Arroyomolinos, Batres, Brunete, Fuenlabrada, Griñón, Humanes de Madrid, Moraleja de Enmedio, Móstoles, Navalcarnero, Parla, Serranillos del Valle, Sevilla la Nueva, Valdemorillo, Villamanta, Villamantilla, Villanueva de la Cañada u Villaviciosa de Odón.

Is-subżona ta’ San Martin de Valdeiglesias

Cadalso de los Vidrios, Cenicientos, Colmenar del Arroyo, Chapinería, Navas del Rey, Pelayos de la Presa, Rozas de Puerto Real, San Martín de Valdeiglesias u Villa del Prado.

Is-subżona ta’ El Molar

Colmenar Viejo, El Molar, El Vellón, Patones de Arriba, Pedrezuela, San Agustín de Guadalix, Talamanca del Jarama, Torrelaguna, Torremocha del Jarama, Valdetrorres del Jarama u Venturada.

7.   L-għeneb tal-inbid ewlieni

 

RED GRENACHE – LLADONER

 

ALBILLO REAL

 

MALVAR

 

TEMPRANILLO – CENCIBEL TEMPRANILLO – TINTO FINO

8.   Deskrizzjoni tar-rabtiet

Inbid u nbid frizzanti ta’ kwalità

Id-DOP “Vinos de Madrid” hi demarkata mit-Tramuntana u mill-Punent bis-Sistema Ċentrali Spanjola, assi vertikali li jifred Madrid minn Kastilja u Leon. In-naħa tal-Lvant hi mdawra minn Alcarria, pjanura ta’ ċertu livell, bi ftit jew l-ebda fertilità, u klima ħarxa, li tipprovdi konfini naturali mal-pjanura ta’ Castilla-La Mancha. Ix-xmara Tajo timmarka konfini naturali fin-Nofsinhar. Id-deżinjazzjoni hi maqsuma b’sitt passaġġi fuq l-ilma li jimmarkaw iż-żoni ta’ akklimatizzazzjoni għad-dwieli: is-subżona ta’ San Martín de Valdeiglesias bejn is-Sistema Ċentrali u x-Xmara Alberche; is-subżona ta’ Navalcarnero bejn ix-Xmara Alberche u x-Xmara Guadarrama; is-subżona ta’ El Molar bejn is-Sistema Ċentrali u x-Xmara Jarama, u subżona ta’ Arganda bejn ix-Xmara Guadarrama u t-Tajo.

Fis-subżona ta’ Arganda, it-tipi ta’ ħamrija prevalenti għandhom kontenut għoli ta’ ġir u hemm inħawi li għandhom lom bil-ġibs (pH alkalina); Fis-subżona ta’ Navalcarnero, għandha oriġini silikuża, fuq meded b’pH aċidika; il-ħamrija fis-subżona ta’ San Martín de Valdeiglesias għandha oriġini granitika fil-biċċa l-kbira tagħha, fuq l-għoljiet u x-xaqlibiet b’pH aċidika; il-ħamrija fis-subżona ta’ El Molar żviluppat abbażi ta’ materjali ġeoloġiċi diversi ħafna, ikkaratterizzata minn taħlita ta’ ħamrija li hemm fit-tliet subżoni l-oħra.

Id-dwieli jikbru f’altitudni ta’ bejn 480 u 1 000 metru. Iż-żona għandha klima Mediterranja kontinentali, b’ammont medju ta’ xita annwali ta’ 658 mm u b’temperaturi li jvarjaw bejn 40 °C u -17 °C. Is-sigħat tax-xemx ivarjaw bejn l-2 300 u l-2 800 siegħa.

Dawn il-kundizzjonijiet pedoklimatiċi influwenzaw il-fatturi umani fejn jidħol it-trattament speċifiku tad-dwieli, li tradizzjonalment tkabbru f’sistemi bi struttura sferika mingħajr irrigazzjoni, b’densità tat-tħawwil baxxa u b’għadd limitat ta’ trattamenti tal-protezzjoni tal-pjanti. Il-fatturi naturali kienu wkoll deċiżivi fejn jidħlu l-varjetajiet li kienu tħawlu: il-Malvar indiġena f’Arganda, Navalcarnero u El Molar u l-Albillo Real tradizzjonali f’San Martín de Valdeiglesias. Fir-rigward tal-varjetajiet imkabbra għall-inbid aħmar, Tinto Fino f’Arganda u Red Grenache f’Navalcarnero, f’San Martín de Valdeiglesias u f’El Molar jitqiesu bħala dawk ewlenin għad-diversi subżoni, minħabba l-fatt li dawn ilhom jitkabbru b’mod tradizzjonali minn żminijiet antiki u minħabba l-impatt deċisiv tagħhom fuq l-aroma u t-togħma tal-inbejjed prodotti.

F’termini ta’ varjetajiet lokali, Malvar hija indiġena għal Arganda, Navalcarnero u El Molar, u Albillo Real hija tradizzjonali f’San Martín de Valdeiglesias. Fir-rigward tal-varjetajiet imkabbra għall-inbid aħmar, Tinto Fino hi lokali għal Arganda u Red Grenache għal Navalcarnero, San Martín de Valdeiglesias u El Molar.

Sa fejn huma kkonċernati l-prattiki tal-produzzjoni tradizzjonali tal-inbid, il-fokus huma l-inbejjed “Sobremadre”, li jiġu bbottiljati mingħajr tisfija wara li l-most jitħalla f’kuntatt mal-hekk imsejħa “madres” (għeneb bla zokk mgħaffeġ).

L-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet ta’ Albillo Real u Malvar huma kumplessi fejn tidħol l-aroma tagħhom, b’elementi prevalenti ta’ frott abjad, tuffieħ u lanġas. Fejn tidħol it-togħma, dawn jixbhu l-frott misjur. L-inbejjed ħomor u rożè minn Grenache u Tempranillo jkollhom aromi ta’ tut aħmar u togħma ta’ frott misjur.

Dawn il-fatturi klimatiċi, tal-ħamrija, varjetali u umani kollha jitħalltu flimkien biex l-inbejjed magħmula f’din id-denominazzjoni ta’ oriġini jkollhom ċerti karatteristiċi uniċi: normalment rendimenti baxxi (produzzjoni medja għal kull ettaru ta’ madwar 3 000 kg ta’ għeneb), inbid b’qawwa alkoħolika medja għolja (14° għall-inbejjed ħomor u 12,5° għall-inbejjed bojod), aċidità medja baxxa, lewn intens għall-inbejjed ħomor, aromi ta’ frott matur jew matur ħafna, ħafna drabi bħall-ġamm, għall-inbejjed bojod normalment bi ħjiel ta’ lanġas u tuffieħ, u għall-inbejjed rożé u ħomor bi ħjiel ta’ frott aħmar u iswed. Togħma minerali bi ħjiel aromatiku ta’ xagħri u maturità tal-frott, kemm fit-togħma u fl-aroma.

L-inbejjed frizzanti ta’ kwalità jsiru minn inbejjed bojod u rożè, minn varjetajiet ta’ Malvar, Albillo Real, Torrontés, Viura, Parellada, Red Grenache u Tinto Fino biss; jaqsmu l-istess elementi distintivi taż-żona (fatturi karatteristiċi pedoklimatiċi), kif ukoll l-istess fatturi kulturali u umani (id-daqs, id-densità tat-tħawwil, il-varjetajiet, il-prattiki kulturali, l-aċidità totali minima ta’ 5 g/l), li jagħtuhom il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom mil-lat ta’ dehra, aroma – minħabba l-karfa – u togħma (ratba u kremuża). Minħabba l-proċess tradizzjonali li matulu jsiru dawn l-inbejjed frizzanti naturali, inkluż stadju li matulu ssir il-maturazzjoni fil-fliexken u t-tieni fermentazzjoni, dawn l-inbejjed ikollhom bżieżaq fini li jdumu, aroma mikrobijoloġika tal-frott, u togħma punġenti u friska.

9.   Kundizzjonijiet oħra essenzjali

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni oħra:

Dispożizzjonijiet oħra dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-inbejjed għall-konsum jeħtieġ ikollhom siġill ta’ garanzija, u tikketti jew tikketti ta’ kontroll enumerati maħruġa mill-Bord Regolatorju. Dawn għandhom jitwaħħlu fil-fabbrika tal-inbid stess skont l-istandards stabbiliti minn dak il-korp, b’mod li dan ma jkunx jippermetti t-tieni użu u l-użu sussegwenti.

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni oħra:

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini “Vinos de Madrid” jistgħu jiġu bbottiljati u trasportati biss mill-kumpaniji tal-ibbottiljar li huma rreġistrati u awtorizzati mill-Bord Regolatorju u li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni tagħhom ħalli jiġu ppriżervati l-karatteristiċi fiżikokimiċi u/jew organolettiċi speċifiċi tal-prodott, u b’hekk jitħarsu l-kwalità u r-reputazzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini, abbażi tal-ħila u s-sengħa tradizzjonali (b’għarfien profond tal-karatteristiċi speċifiċi miksuba matul ħafna snin) tal-operaturi fiż-żona protetta.

L-għan hu li jkunu żgurati l-oriġini u l-kwalità tal-inbejjed b’mod partikolari, filwaqt li jkun evitat li l-inbid ikun soġġett għal kundizzjonijiet ambjentali mhux xierqa li jistgħu jaffettwaw il-karatteristiċi sensorjali tiegħu (fenomeni redox, varjazzjonijiet fit-temperatura, u l-bqija) u b’hekk jinbidlu l-aspetti li jiddefinixxu din id-DOP.

Qabel ma jitbagħtu, l-inbejjed protetti kollha li jiġu kkummerċjalizzati għall-konsum għandhom jiġu bbottiljati. L-inbejjed protetti bid-DOP jistgħu jiġu ċċirkolati u trasportati biss mill-fabbriki tal-inbid ġo fliexken li ma jnaqqsux il-kwalità jew il-prestiġju tagħhom. Fid-dawl tal-fatt li l-ibbottiljar tal-inbejjed hu wieħed mill-punti kruċjali għas-salvagwardja tal-karatteristiċi miksuba tul il-proċess tal-manifattura u, meta applikabbli, tul il-proċess tal-maturazzjoni, dan għandhom jagħmluh biss is-sidien tal-fabbriki tal-inbid fil-faċilitajiet tal-ibbottiljar tagħhom li jkunu jinsabu fiż-żona demarkata protetta.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.madrid.org/cs/Satellite?blobcol=urldata&blobheader=application%2Fpdf&blobheadername1=Content-Disposition&blobheadervalue1=filename%3DPliego+de+condiciones+DO+vinos+de+Madrid.+Modificacion+subzona+El+Molar.+v180215.pdf&blobkey=id&blobtable=MungoBlobs&blobwhere=1352947741300&ssbinary=true


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/17


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 398/13)

Image

Wiċċ nazzjonali għall-munita l-ġdida kommemorattiva ta’ EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Andorra

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Andorra

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Sebgħin sena mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn tal-munita jirrappreżenta seba’ turġien (li jirrappreżentaw is-seba’ parroċċi jew diviżjonijiet amministrattivi ta’ Andorra) f’forma ta’ muntanji li jwasslu għall-wied, fejn hemm l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “ANDORRA” u s-sena tal-ħruġ “2018”. Dawn it-turġien huma, fl-istess ħin, il-fergħat ta’ siġra li tissimbolizza l-umanità, li Andorra hija parti integrali minnha. Mat-30 werqa joħorġu mill-fergħat ta’ din is-siġra, li jirrappreżentaw it-30 artikolu tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem. L-iskrizzjoni bil-Katalan “70 ANYS DE LA DECLARACIÓ UNIVERSAL DELS DRETS HUMANS” (70 sena mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem) tiċċirkonda d-disinn, tagħti aktar importanza lil dan l-avveniment kommemorattiv.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

75 000

Data tal-ħruġ : Settembru / Ottubru 2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/18


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI — EACEA/41/2018

Programm Erasmus+, Azzjoni Ewlenija 3 — Appoġġ għar-Riforma ta’ Politika

Kooperazzjoni tas-Soċjetà Ċivili fil-qasam taż-Żgħażagħ (1)

(2018/C 398/14)

Introduzzjoni

Il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ hija essenzjali sabiex jinħoloq sens wiesa’ ta’ sjieda fir-rigward tal-istrateġiji u l-politiki dwar it-tagħlim, u sabiex jitqiesu l-ideat u t-tħassib tal-partijiet ikkonċernati f’kull livell.

Hi vitali sabiex jinkiseb l-involviment attiv tal-partijiet, għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm Erasmus+ u fi programmi Ewropej oħra u għat-tixrid ta’ politika, tar-riżultati tal-programmi u ta’ prattika tajba permezz tan-netwerks estensivi tagħhom ta’ sħubija.

1.   Għanijiet u objettivi

L-objettiv ta’ din is-Sejħa huwa li jingħata appoġġ strutturali, imsejjaħ għotja operattiva, lil organizzazzjonijiet mhux governattivi Ewropej (ENGOs) u lil netwerks fl-UE kollha attivi fil-qasam taż-żgħażagħ u li jsegwu l-għanijiet ġenerali li ġejjin:

Titqajjem sensibilizzazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati dwar l-Istrateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ (2) għall-perjodu 2019-2027, ibbażat fuq proposta tal-Kummissjoni (3) li mistennija tiġi adottata sa tmiem is-sena.

Tiżviluppa, tippromwovi u tappoġġja azzjonijiet biex toħloq impenn, tgħaqqad u tagħti s-setgħa liż-żgħażagħ fl-ispirtu tal-Istrateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ

Iżżid l-għarfien u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-azzjonijiet tal-UE għaż-żgħażagħ, inklużi dawk li ġew stabbiliti dan l-aħħar bħall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u DiscoverEU.

Jiżdiedu l-impenn u l-kooperazzjoni tal-partijiet ikkonċernati ma’ awtoritajiet pubbliċi għall-implimentazzjoni ta’ politiki f'oqsma rilevanti għaż-żgħażagħ.

Tingħata spinta lill-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fil- dwar iż-żgħażagħ.

Tingħata spinta għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati fit-tixrid ta’ azzjonijiet ta’ politika u tal-programm inklużi riżultati u prattiki tajbin fost il-membri tagħhom u lil hinn.

Dawn l-għanijiet għandhom ikunu inkorporati b’mod ċar fil-pjanijiet ta’ ħidma, fl-attivitajiet u fir-riżultati tal-organizzazzjonijiet applikanti.

Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet attivi fil-qasam taż-żgħażagħ, li se jkunu appoġġati skont din is-Sejħa, huma mistennija li jwettqu attivitajiet bil-għan li:

Jippromwovu parteċipazzjoni iktar b’saħħitha taż-żgħażagħ kollha fil-ħajja demokratika u ċivika fl-Ewropa; jikkontribwixxu għad-dibattitu dwar/l-iżvilupp ta’ kwistjonijiet relatati mal-politika li jaffettwaw liż-żgħażagħ u lil organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ f’livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali jew lokali; isemmgħu iktar leħen iż-żgħażagħ fis-soċjetà; iħeġġu l-votazzjoni fl-elezzjonijiet parlamentari Ewropej; irawwmu t-tisħiħ taż-żgħażagħ fis-soċjetà, u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet;

Iħeġġu l-aċċess ġust u ugwali għall-opportunitajiet fost iż-żgħażagħ; jiffaċilitaw it-tranżizzjoni miż-żgħożija għall-età ta’ adult, b’mod partikolari l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ; iżidu l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ kollha u l-parteċipazzjoni tagħhom f’attivitajiet ta’ solidarjetà;

Irawwmu l-iżvilupp ta’ kompetenzi u ta’ ħiliet permezz ta’ tagħlim mhux formali, ta’ organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ; jippromwovu l-litteriżmu diġitali, it-tagħlim interkulturali, il-ħsieb kritiku, ir-rispett tad-diversità, u l-valuri ta’ solidarjetà, ta’ opportunitajiet indaqs u tad-drittijiet tal-bniedem fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa.

Jippromwovu l-inklużjoni taż-żgħażagħ b’anqas opportunitajiet fis-soċjetà.

Jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni, li kienet adottata f’Pariġi fis-17 ta’ Marzu 2015, pereżempju billi jintegraw il-promozzjoni tal-edukazzjoni ċivika, id-djalogu interkulturali u ċ-ċittadinanza demokratika fil-programmi ta’ ħidma tagħhom.

Jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni dwar l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi adottat fis-7 ta’ Ġunju 2016 permezz tat-tnedija u l-promozzjoni ta’ azzjonijiet u proġetti li jindirizzaw is-soċjetà ospitanti ta’ żgħażagħ bi sfond ta’ migrazzjoni, inkluż ir-refuġjati li jkunu għadhom jaslu.

L-attivitajiet kollha msemmija hawn fuq għandhom jikkontribwixxu sabiex is-sensibilizzazzjoni fost iż-żgħażagħ titwessa’ biex tiżgura diversità ta’ ilħna, tilħaq liż-żgħażagħ kemm fi ħdan organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ kif ukoll lil hinn minnhom u żgħażagħ b’inqas opportunitatjiet, u b’hekk jintużaw mezzi differenti.

2.   Eliġibbiltà

2.1.   Applikanti eliġibbli

Din is-Sejħa hija miftuħa għal żewġ kategoriji ta’ korpi: Organizzazzjonijiet mhux governattivi Ewropej (ENGO) u netwerks fl-UE kollha(netwerk informali).

Fil-kuntest tal-kooperazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-qasam taż-żgħażagħ, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Kategorija 1 : Organizzazzjoni mhux governattiva Ewropea (ENGO) trid:

Topera permezz ta’ struttura rikonoxxuta b’mod formali, magħmula minn a) korp/segretarjat Ewropew (l-applikant) stabbilit legalment għal mill-anqas sena f’Pajjiż Eliġibbli fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni u b) organizzazzjonijiet/fergħat nazzjonali f’mill-anqas tnax-il Pajjiż Eliġibbli li jkollhom rabta statutorja mal-korp/segretarjat Ewropew;

Tkun attiva fil-qasam taż-żgħażagħ u tmexxi attivitajiet li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-oqsma ta’ azzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ;

Tinvolvi żgħażagħ fit-tmexxija u l-governanza tal-organizzazzjoni.

Kategorija 2 : Netwerk fl-UE kollha (netwerk informali) għandu:

Ikun magħmul minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u legalment awtonomi, attivi fil-qasam taż-żgħażagħ u li jmexxu attivitajiet li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-oqsma ta’ azzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ;

Jopera permezz ta’ struttura ta’ governanza informali, magħmula minn a) organizzazzjoni stabbilita legalment għal mill-anqas sena fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni f’Pajjiż Eliġibbli b’funzjonijiet ta’ koordinazzjoni ta’ u ta’ appoġġ għan-netwerk f’livell Ewropew (l-applikant); u b) organizzazzjonijiet oħrajn stabbiliti f’mill-anqas tnax-il Pajjiż Eliġibbli;

Jinvolvi żgħażagħ fit-tmexxija u l-governanza tan-netwerk.

2.2.   Pajjiżi eliġibbli

Huma eliġibbli applikazzjonijiet minn entitajiet legali stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

L-Istati Membri tal-UE: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit;

Għall-applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok kun af li jrid ikun hemm konformità mal-kriterji ta' eliġibilità tul id-durata sħiħa tal-għotja. Fil-każ li r-Renju Unit joħroġ mill-UE matul il-perjodu tal-għotja finanzjarja mingħajr ma jiġi konkluż ftehim mal-UE li jiżgura b’mod partikolari li l-applikanti Brittaniċi jkomplu jkunu eliġibbli, int ma tirċevix aktar finanzjament mill-UE (filwaqt li tkompli tipparteċipa, fejn hu possibbli) jew tkun mitlub tieqaf mill-proġett abbażi tal-artikulu II.16.2.1 (a) tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-ftehim tal-għotja.

Il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li jiffurmaw parti miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE): l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja;

Pajjiżi kandidati li għalihom tkun ġiet stabbilita strateġija ta’ qabel l-adeżjoni, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-ftehimiet qafas li jkunu ntlaħqu ma’ dawk il-pajjiżi bil-ħsieb tal-parteċipazzjoni tagħhom fi Programmi tal-UE: L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja (4) u t-Turkija.

3.   Attivitajiet

Il-korpi applikanti jridu jippreżentaw pjan ta’ ħidma konsistenti li jintegra attivitajiet mingħajr skop ta’ qligħ, immexxijin miż-żgħażagħ, li jkunu adatti biex ikunu segwiti l-objettivi tas-Sejħa.

B’mod partikolari:

Programmi ta’ tagħlim u attivitajiet mhux formali u informali mmirati lejn iż-żgħażagħ u ħaddiema żgħażagħ;

Attivitajiet għall-iżvilupp kwalitattiv tax-xogħol għaż-żgħażagħ;

Attivitajiet għall-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ għodod ta’ għarfien u trasparenza fil-qasam taż-żgħażagħ;

Seminars, laqgħat, sessjonijiet ta’ ħidma, konsultazzjonijiet, dibattiti minn żgħażagħ dwar politiki għaż-żgħażagħ u/jew kwistjonijiet Ewropej;

Konsultazzjonijiet taż-żgħażagħ li, bil-ħsieb li jiżviluppaw l-għodod, il-metodoloġiji u l-formati tal-konsultazzjoni fid-dawl tad-Djalogu Ewropew maż-Żgħażagħ futur (5)

Attivitajiet għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika;

Attivitajiet għall-promozzjoni tat-tagħlim u l-ftehim interkulturali fl-Ewropa;

Attivitajiet u għodod tal-midja u tal-komunikazzjoni dwar iż-żgħażagħ u kwistjonijiet Ewropej.

Bħala prinċipju transversali, il-korpi applikanti għandhom isegwu strateġiji biex jinteraġixxu ma’ żgħażagħ f’livelli lokali minn sfondi differenti bil-għan li jiżguraw li jkun qed jintlaħaq numru dejjem jikber ta’ żgħażagħ f’livelli lokali.

La l-Aġenziji Nazzjonali ta’ Erasmus+ u lanqas organizzazzjonijiet li għandhom ħafna Aġenziji Nazzjonali ta’ Erasmus+ bħala membri (2/3 jew aktar) ma huma eliġibbli għal din is-Sejħa.

4.   Baġit disponibbli

Din is-Sejħa għall-proposti toffri l-opportunità ta’ applikazzjoni għal Għotjiet Operattivi Annwali (6).

L-Għotjiet Operattivi Annwali jiffukaw fuq kooperazzjoni ta’ terminu qasir fuq livell Ewropew. L-applikazzjonijiet iridu jinkludu programm ta’ ħidma dettaljat ta’ 12-il xahar (programm ta’ ħidma annwali) għall-2019 flimkien mal-informazzjoni meħtieġa sabiex tiġi kkalkulata l-għotja.

5.   Kriterji tal-għoti

Il-kwalità tal-applikazzjonijiet eliġibbli se tiġi eżaminata abbażi tal-kriterji li ġejjin (7):

Rilevanza (massimu 30 punt);

Kwalità tat-tifsila u tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma (massimu 20 punt);

Profil, għadd u diversità tal-isfond tal-parteċipanti u pajjiżi involuti fl-attivitajiet (massimu 30 punt);

Impatt, disseminazzjoni u sostenibbiltà (massimu 20 punt).

6.   Sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom isiru billi tintuża formola ta’ applikazzjoni online għal għotja (Formola elettronika).

Il-formola elettronika hija disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fl-indirizz li ġej fuq l-Internet: http://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding_en u għandha timtela kif dovut f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE.

Il-Formola elettronika mimlija għandha tiġi sottomessa online sas-6 ta’ Diċembru 2018, 12.00 (nofsinhar, ħin ta’ Brussell) u tinkludi l-annessi rilevanti (8):

L-annessi obbligatorji addizzjonali (9) jridu jintbagħtu b’email lill-Aġenzija sal-istess skadenza.

7.   Informazzjoni addizzjonali

L-applikazzjonijiet iridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li hemm fil-Linji gwida għall-Applikanti – Sejħa għall-proposti EACEA/41/2018, disponibbli fuq l-Internet fl-indirizz li ġej: https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding_en


(1)  Ara l-Programm ta’ Ħidma Annwali Erasmus+ kif adottat fil-ĠU C(2018) 6572 11/10/2018, WPI 3.77

(2)  https://ec.europa.eu/youth/policy/youth-strategy_en

(3)  Commission Communication “Engaging, Connecting and Empowering young people: a new EU Youth Strategy”, 22.5.2018, COM(2018) 269

(4)  L-adattamenti baġitarji ddeterminati mill-fatt li s-Serbja ssir Pajjiż tal-Programm tal-Programm Erasmus+ għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2019 u għandhom ikunu soġġetti għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-(emenda għall-)Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tas-Serbja f’“Erasmus +”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport mill-1 ta’ Jannar 2019

(5)  Li l-Kummissjoni pprevediet fil-qafas tal-proposta tagħha għall-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019-2027, imressqa fil-Komunikazzjoni “L-Impenn, il-Konnessjoni u l-Għoti tas-Setgħa liż-żgħażagħ: Strateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ”, 22.5.2018, COM(2018) 269. Id-Djalogu Ewropew maż-Żgħażagħ futur “se jħaddan forom ġodda u alternattivi ta' parteċipazzjoni, inklużi kampanji online, konsultazzjonijiet permezz ta' pjattaformi diġitali konnessi mal-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ. Id-djalogu se jkun ikkoordinat fil-livell tal-UE, immexxi minn żgħażagħ fil-livelli kollha u appoġġat minn Gruppi ta' Ħidma Nazzjonali b'arranġamenti mtejba ta' monitoraġġ. Għandu jkun trasparenti u viżibbli f'termini ta' impatt. Biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jiffurmaw l-opinjoni tagħhom ibbażata fuq fatti u argumenti, l-aċċess għal informazzjoni ta’ kwalità huwa essenzjali”

(6)  Il-baġit totali allokat fis-sena 2019 għall-Kooperazzjoni tas-Soċjetà Ċivili fil-qasam taż-Żgħażagħ huwa ta’ EUR 4 000 000 u huwa maqsum kif ġej: EUR 3 500 000 - riservati għall-benefiċjarji li ffirmaw il-Ftehimiet Qafas ta’ Sħubija dwar Kooperazzjoni tas-Soċjetà Ċivili fil-qasam taż-Żgħażagħ fl-2018 u għalhekk mhumiex disponibbli għal din is-sejħa; EUR 500 000 - disponibbli għall-applikanti li jissottomettu proposti għal għotja operattiva annwali taħt din is-Sejħa.

(7)  Ara l-Programm ta’ Ħidma Annwali Erasmus+ kif adottat fil-ĠU C(2018) 6572 11/10/2018, WPI 3.77

(8)  Kwalunkwe dokument amministrattiv ieħor mitlub fil-Linji gwida għall-Applikanti għandu jintbagħat b’posta elettonika lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura sat-06/12/2018 (nofsinhar, ħin ta’ Brussell) fl-indirizz tal-email li ġej: EACEA-YOUTH@ec.europa.eu.

(9)  Għal aktar dettalji dwar l-annessi li għandhom jiġu sottomessi, jekk jogħġbok ara s-Sezzjoni 14 tal-Linji gwida għall-Applikanti.