ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 361

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
5 ta' Ottubru 2018


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-129 sessjoni plenarja tal-KtR, 16.5.2018–17.5.2018

2018/C 361/01

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar l-implikazzjonijiet tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE

1

2018/C 361/02

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Foresti

5

2018/C 361/03

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) wara l-2020 — Ninvestu fil-komunitajiet kostali tal-Ewropa

9

2018/C 361/04

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Insaħħu l-innovazzjoni fir-reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli

15

2018/C 361/05

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura

19

2018/C 361/06

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Wirt Kulturali bħala riżorsa strateġika għal reġjuni aktar koeżivi u sostenibbli fl-UE

31


 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Il-129 sessjoni plenarja tal-KtR, 16.5.2018–17.5.2018

2018/C 361/07

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Reviżjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

37

2018/C 361/08

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

46

2018/C 361/09

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali

72


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-129 sessjoni plenarja tal-KtR, 16.5.2018–17.5.2018

5.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/1


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar l-implikazzjonijiet tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE

(2018/C 361/01)

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

Wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tan-negozjaturi tal-Unjoni Ewropea (UE) u l-Gvern tar-Renju Unit tat-8 ta’ Diċembru 2017 dwar il-progress matul l-ewwel fażi tan-negozjati skont l-Artikolu 50 tat-TUE dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, u l-abbozz tal-Ftehim tal-Irtirar tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ Frar 2018,

Wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) tat-23 ta’ Marzu 2018 dwar il-fehim ġenerali tal-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit,

Wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2018 dwar il-qafas tar-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit

1.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li, bl-approvazzjoni tat-termini tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, m’għandha teżisti l-ebda diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-UE li waslu fir-Renju Unit u ċ-ċittadini tar-Renju Unit li waslu fl-UE27 sa tmiem il-perjodu ta’ transizzjoni. Jilqa’ l-fatt li d-drittijiet taħt il-Ftehim tal-Irtirar ta’ ċittadini tar-Renju Unit li se jibqgħu fl-UE, u ta’ ċittadini tal-UE li se jibqgħu fir-Renju Unit, jiġu protetti matul il-ħajja kollha u jitlob li jkun żgurat li kwalunke tibdil fil-ġejjieni li jsir fil-politika fl-Istati Membri tal-UE jew fir-Renju Unit ma jpoġġix dawn id-drittijiet ikunu fil-periklu. Dan jinkludi d-dritt għall-kura tas-saħħa u r-rikonoxximent reċiproku ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

2.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-progress li sar f’termini ta’ kwistjonijiet li għandhom jiġu diskussi fil-qafas futur tar-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit, u jħeġġeġ lill-partijiet kollha fin-negozjati biex jiċċaraw l-elementi ewlenin dwar il-bażi għal kooperazzjoni (bħalma huma l-istruttura, il-governanza, l-ambitu u l-mekkaniżmi għal soluzzjoni tat-tilwim, l-infurzar u l-parteċipazzjoni) kemm jista’ jkun malajr, biex tingħata orjentazzjoni u ċertezza għall-awtoritajiet lokali u reġjonali.

3.

Jenfasizza l-importanza ta’ allinjament regolatorju bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq u għalhekk mal-UE, l-hekk imsejħa “backstop clause”. Ifakkar li trid tinstab soluzzjoni ottimab, sostenibbli u legalment operattiva għall-fruntiera bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Irlanda u jittama li jkun hemm aktar progress għas-Summit tal-Kunsill Ewropew f’Ġunju.

4.

Jinnota li l-ħruġ tar-Renju Unit se jkollu konsegwenzi inevitabbli u skont il-ftehim li jintlaħaq bejn l-UE u r-Renju Unit, ir-relazzjoni l-ġdida tista’ tagħmel l-iskambju ta’ prodotti u servizzi, kif ukoll il-moviment ta’ persuni u kapital, aktar diffiċli milli f’unjoni doganali u suq uniku li magħhom ir-Renju Unit bħalissa jappartjeni. Għalhekk jitlob għal prammatiżmu sabiex jiġu evitati konsegwenzi negattivi għal kull naħa filwaqt li tiġi rispettata l-integrità tal-unjoni doganali u tas-suq uniku.

5.

Jinnota madankollu li, għalkemm hemm firxa ta’ għażliet potenzjali f’termini tar-relazzjoni futura tar-Renju Unit mal-UE, m’hemmx biżżejjed enfasi dwar x’għandha tkun ir-relazzjoni futura fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Jenfasizza li ħafna kwistjonijiet importanti jeħtieġu azzjoni lokali u reġjonali u għalhekk hija meħtieġa l-kooperazzjoni kontinwa bl-iskambju tal-aħjar prattiki fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

6.

Ifakkar li mir-referendum ’l hawn il-KtR ipprovda pjattaforma għal djalogu kontinwu mal-awtoritajiet lokali u reġjonali tar-Renju Unit, filwaqt li wettaq konsultazzjonijiet u valutazzjonijiet fil-fond tal-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit fil-livell sottonazzjonali; dawn jindikaw li l-effetti ekonomiċi u soċjali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE x’aktarx ser ikunu asimetriċi mhux biss fis-setturi differenti tal-ekonomija, iżda wkoll madwar ir-reġjuni u l-pajjiżi, b’xi reġjuni u Stati Membri iktar esposti minħabba n-natura u l-iskala tar-rabtiet kummerċjali tagħhom mar-Renju Unit;

7.

Jinnota li l-xogħol analitiku tal-KtR juri li l-maġġoranza tar-reġjuni, sa issa, ma rnexxielhomx jagħmlu valutazzjoni xierqa tal-impatt possibbli tal-ħruġ tar-Renju Unit, b’mod partikolari minħabba l-inċertezza rigward in-negozjati u r-relazzjoni futura. Jinnota li n-nuqqas ta’ data dwar l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit inevitabbilment se jillimita l-ambitu biex issir tħejjija effettiva u biex jittieħdu miżuri ta’ mitigazzjoni.

8.

Minħabba l-inċertezzi relatati mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u l-konsegwenzi konkreti tiegħu, il-livelli kollha ta’ governanza kemm fir-Renju Unit kif ukoll fl-UE27 għandhom ikomplu iħejju, għal kull riżultat possibbli, kif ġie enfasizzat mill-Kunsill Ewropew. Huwa partikolarment importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jħejju għal kull xenarju. Jenfasizza l-importanza li jinżamm livell għoli ta’ trasparenza waqt l-istadji kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, bħala prerekwiżit li jippermetti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jindirizzaw l-eżiti kollha possibbli.

9.

Jitlob sforz addizzjonali biex il-bidliet fir-relazzjonijiet futuri jiġu kkomunikati lis-soċjetà Jiġbed l-attenzjoni, b’mod partikolari, għall-fatt li s-sensibilizzazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni se jgħinu lin-negozji, b’mod partikolari ‘l-SMEs, biex iħejju aħjar biex jiffaċċjaw aġġustamenti ekonomiċi u strutturali, u jitlob lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiżviluppaw strateġiji speċifiċi adattati għall-ħtiġijiet tagħhom sabiex jiġi mitigat l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit, fejn ikun meħtieġ u ġustifikat.

10.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE kif ukoll lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jiżguraw li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ma jitħallewx jikkumbattu ma’ dawn l-isfidi weħidhom u li dawn l-isfidi jiġu mitigati kemm jista’ jkun permezz ta’ relazzjoni futura pożittiva. F’dan il-kuntest jinnota bi tħassib kbir il-proposti reċenti għall-QFP mill-Kummissjoni Ewropea u jtenni l-konvinzjoni tiegħu li politika ta’ koeżjoni b’saħħitha, inklużi programmi ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea rinforzati bħall-Interreg, hija essenzjali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE biex jindirizzaw il-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit; barra minn hekk, jenfasizza li politiki oħrajn tal-UE wkoll bħall-Politika Agrikola Komuni u l-Politika Komuni tas-Sajd għandhom jintużaw biex jitnaqqsu dawn l-impatti negattivi, li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament futur tagħhom. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tevalwa qabel id-29 ta’ Marzu 2019 il-ħtieġa possibbli għal fond ta’ stabbilizzazzjoni għar-reġjuni l-aktar milquta ħażin mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.

11.

Jinnota li jista’ jkun neċessarju wkoll li jkun hemm flessibbiltà suffiċjenti fir-regoli dwar l-għajnuna mill-istat sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jindirizzaw sitwazzjonijiet kritiċi speċifiċi;

12.

Ifakkar li filwaqt li r-Renju Unit bħala pajjiż terz ma jkunx jista’ jipparteċipa fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE – l-aħjar mod kif jiġi mitigat l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE huwa permezz ta’ ftehim ambizzjuż, bl-istabbiliment ta’ sħubija ġenwina bejn l-UE u r-Renju Unit, inkluż iżda mhux limitat għal relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi; jenfasizza li anke jekk tali ftehim jista’ jiġi finalizzat u konkluż biss meta r-Renju Unit ikun ħareġ mill-UE, l-isforzi għandhom isiru biex tiġi faċilitata l-konklużjoni f’waqtha tiegħu. Jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu previsti ftehimiet speċifiċi dwar il-politika barranija u ta’ difiża, li jżommu rabta bejn ir-Renju Unit u l-UE, flimkien mal-kondiviżjoni tal-intelliġenza.

13.

Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea biex tagħti prijorità lill-konnettività ta’ persuni u ta’ prodotti bejn ir-reġjuni fl-Unjoni Ewropea kif ukoll bejn l-UE u r-Renju Unit. Jenfasizza b’mod partikolari r-rwol kritiku tal-portijiet, l-ajruporti kif ukoll tan-netwerks tat-toroq u tal-ferrovija biex jiżguraw din il-konnettività u jixtieq li jkun hemm iffukar mill-ġdid ta’ politika u ta’ investiment f’dan ir-rigward.

14.

Ifakkar fil-ħtieġa tar-Renju Unit biex tinżamm il-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej kif ukoll ir-rikonoxximent tal-leġislazzjoni Ewropea dwar kwistjonijiet sanitarji, fitosanitarji u ambjentali sabiex jiġi evitat li jinħolqu kontrolli ġodda għal esportazzjonijiet li jxekkel il-konsenji lejn dak il-pajjiż.

15.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-ftehim proviżorju dwar perjodu ta’ tranżizzjoni stabbilit fir-Raba’ Parti tal-abbozz tal-Ftehim tal-Irtirar, li matulu l-liġi tal-Unjoni għandha tapplika għal u fir-Renju Unit, li jipprovdi aktar ċertezza legali u ż-żmien għan-negozjati dwar ir-relazzjoni futura bejn l-UE-27 u r-Renju Unit;

16.

Ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea tas-27 għandhom interess li r-Renju Unit ikun permess li jipparteċipa, bħala pajjiż terz, f’ċerti programmi tal-Unjoni, li għalihom jagħti kontribuzzjoni finanzjarja adatta, b’mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura, ir-riċerka, l-innovazzjoni, kif ukoll l-aġenziji rilevanti, u f’relazzjoni mill-qrib fir-rigward tas-sigurtà, il-ġestjoni tal-fruntieri u tal-migrazzjoni.

17.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-erba’ prinċipji sottostanti tal-abbozz tal-Ftehim tal-Irtirar, jiġifieri li jiġi żgurat li d-drittijiet taċ-ċittadini eżistenti jiġu salvagwardjati, li l-impenji finanzjarji tal-UE-28 se jiġu rispettati, li l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fuq il-gżira tal-Irlanda tinżamm, u li fruntiera fiżika bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Irlanda tiġi evitata.

18.

Iqis li huwa essenzjali li ftehim ta’ sħubija futur jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-moviment ta’ persuni naturali fuq il-bażi ta’ reċiproċità sħiħa u n-nondiskriminazzjoni fost l-Istati Membri, lil hinn minn kull perijodu ta’ transizzjoni. Sabiex tiġi żgurata mobilità fil-ġejjieni, il-ftehim għandu jiggarantixxi r-rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki professjonali, akkademiċi u vokazzjonali.

19.

Jenfasizza li huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li l-ebda fruntiera fiżika ma tiġi stabbilita fil-gżira tal-Irlanda u li l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira ma jkunx fil-perikolu; għaldaqstant jappella lir-Renju Unit u l-UE biex ikomplu jfittxu soluzzjonijiet li jippermettu li jitkompla l-moviment ta’ prodotti, persuni u servizzi bejn it-territorji tagħhom, mingħajr ma jiġu affettwati b’mod negattiv id-drittijiet u l-obbligi tal-Irlanda taħt il-liġi tal-UE, inkluż ir-rispett tal-moviment liberu ta’ ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom. Jenfasizza l-ħtieġa li jinżammu l-programmi EU PEACE u Interreg mar-Renju Unit, bħala sħab.

20.

Ifakkar it-tamiet espressi preċedentement li r-reġjun ta’ Andalucia u speċifikament l-eluf ta’ ħaddiema tas-seba’ muniċipalitajiet fid-distrett ta’ Campo de Gibraltar, li jaqsmu l-fruntiera lejn Ġibiltà ta’ kuljum biex jaħdmu, u ċittadini miż-żewġ naħat, ma joħorġux telliefa bħala riżultat tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, minħabba l-livell għoli ta’ interdipendenza ekonomika u soċjali f’din iż-żona.

21.

Ifakkar li r-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea għandhom żvantaġġi strutturali identifikati fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE. Id-dipendenza kbira fuq l-ekonomija tar-Renju Unit ta’ xi wħud minn dawn ir-reġjuni toħloq il-ħtieġa li jiġu adottati miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni tal-UE sabiex jiġi kkumpensat l-impatt negattiv possibbli fuq l-ekonomiji fraġli tagħhom..

22.

Jitlob lill-Partijiet biex jipprevedu b’mod espliċitu li l-entitajiet konġunti msemmija fl-abbozz tal-Ftehim tal-Irtirar jindirizzaw id-dimensjoni territorjali u jenfasizza li se jinvestiga struttura adatta, bħal Kumitat Konġunt li jkun simili għal korpi oħrajn li l-KtR għandu ma’ stati li mhumiex membri tal-UE, għall-kooperazzjoni tiegħu stess mal-awtoritajiet lokali u reġjonali tar-Renju Unit waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni u lil hinn minnu.

23.

Lil hinn mill-2020, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti adatti sabiex jiġi żgurat aċċess faċli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali tar-Renju Unit biex jikkooperaw mal-kontropartijiet tal-UE permezz tal-parteċipazzjoni fi programmi ta’ kooperazzjoni tal-UE b’mod simili bħal ma jagħmlu attwalment pajjiżi bħan-Norveġja jew l-Iżlanda, kif ukoll permezz ta’ strateġiji makroreġjonali u fi ħdan oqfsa tar-REKT.

24.

Ifakkar, f’dan il-kuntest, li anke jekk il-KtR m’għandux rwol formali fin-negozjati, uħud mill-membri tiegħu u l-awtoritajiet li huma jirrappreżentaw ser ikollhom il-possibilità li jadottaw pożizzjonijiet formali skont ir-rwol rispettivi tagħhom fl-oqfsa legali nazzjonali differenti tagħhom; bħala konsegwenza, jitlob li n-negozjati futuri dwar il-ftehim futur ta’ sħubija jsiru b’mod trasparenti u inklużiv sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jressqu fehmiethom u jirreaġixxu b’mod adatt u f’waqtu u jantiċipaw kwalunkwe riperkussjonijiet, partikolarment ekonomiċi, u għalhekk jissalvagwardjaw it-territorji tagħhom. Itenni l-fehma tiegħu li l-KtR qiegħed fl-aħjar pożizzjoni biex ifassal u jimplimenta mekkaniżmi istituzzjonali biex jiġu promossi konsultazzjoni u interazzjoni regolari wara l-ħruġ mal-gvern lokali u mal-parlamenti u l-assemblej devoluti fir-Renju Unit u jaqbel li jibdew isiru preparazzjonijiet interni sabiex tiġi evitata lakuna fir-relazzjonijiet minħabba l-ħruġ.

25.

Jenfasizza li l-proċess tan-negozjati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u r-relazzjonijiet futuri mar-Renju Unit juri l-ispejjeż u r-riskji tan-“non-Ewropa” u l-valur miżjud tal-Unjoni Ewropea bħala komunità b’futur u valuri bbażati fuq is-solidarjetà reali u l-kisbiet konkreti għall-benessri taċ-ċittadini tagħha u dan jibda mil-libertà tal-moviment. Iqis, barra minn hekk, li l-kuntest tan-negozjati joffri l-opportunità sabiex titnieda mill-ġdid l-integrazzjoni Ewropea bħala proċess miftuħ, li għandu l-għan li tinbena Unjoni Ewropea aktar ġusta u aktar inklużiva, ibbażata fuq valuri komuni u l-promozzjoni ta’ governanza f’diversi livelli bejn l-Unjoni Ewropea u l-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali.

26.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lin-negozjatur ewlieni tal-Kummissjoni Ewropea, lill-koordinaturi tal-Brexit għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew; lill-Gvern tar-Renju Unit, lill-assemblej u ‘l-gvernijiet tal-amministrazzjonijiet u l-gvernijiet devoluti tar-Renju Unit, u lill-Presidenza Bulgara tal-Kunsill tal-UE.

Brussell, is-17 ta’ Mejju 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


5.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/5


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Foresti

(2018/C 361/02)

Relatur:

is-Sur MARTIKAINEN (FI/ALDE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Lapinlahti

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

I.   INTRODUZZJONI

Sfond għall-Istrateġija tal-UE għall-Foresti

1.

Fl-Unjoni Ewropea, il-kompetenza għall-politika dwar il-foresti hija f’idejn l-Istati Membri.

2.

Madankollu, f’diversi oqsma li jaffettwaw il-foresti u l-użu tagħhom, l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza esklużiva jew kompetenza kondiviża mal-Istati Membri. Dawn l-oqsma jinkludu, b’mod partikolari, il-politika kummerċjali u l-politika agrikola komuni, il-politika dwar l-iżvilupp, il-politika dwar il-klima, l-ambjent, l-enerġija, il-bijoekonomija u l-ekonomija ċirkolari.

3.

Dan wassal għall-ħtieġa li tiġi żgurata koordinazzjoni fil-livell tal-UE tal-politiki tal-UE li għandhom impatt fuq kwistjonijiet relatati mal-forestrija u għall-ħtieġa li jiġi vvalutat l-impatt tal-impenji globali tal-UE dwar l-użu sostenibbli tal-foresti. L-Istrateġija għall-Foresti għandha tikkunsidra l-għanijiet komuni tal-Istati Membri u d-differenzi bejniethom. Meta l-UE tinnegozja dwar kwistjonijiet li jaffettwaw il-foresti (ara l-punt 2 hawn fuq), fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, pereżempju, għandu tikkunsidra l-fehmiet tal-Istati Membri dwar il-foresti u dawk tar-reġjuni tagħhom. L-Istrateġija għall-Foresti hija għodda effettiva għall-armonizzazzjoni tad-diversi oqsma ta’ politika u sabiex jiġu rrikonċiljati l-perspettivi differenti tal-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom. Ir-rwol tagħha huwa wkoll li tenfasizza għanijiet u miżuri ġodda li għandhom jiġu eżaminati fil-livell tal-UE.

4.

Fl-UE, huma rikonoxxuti xiprinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti li ġew approvati f’livell pan-Ewropew u żviluppati bħala parti mill-proċess ta’ Forest Europe. Dawn il-prinċipji, li jiżguraw ġestjoni sostenibbli tal-foresti u li għandhom jinkludu wkoll il-prinċipju tal-“użu kaskata”, huma applikati fl-abbozzar tal-liġijiet tal-foresti u l-konservazzjoni tan-natura f’livell nazzjonali, u meta jkunu qed jitħejjew ċertifikati bbażati fis-suq.

5.

Il-foresti jkopru 43 % tat-territorju tal-Istati Membri tal-UE. Din il-kopertura hija magħmula minn superfiċje ta’ foresti estremament diversa, kemm mil-lat tat-tip ta’ foresta (inkluża superfiċje ta’ foresti mhux imsaġġra) kif ukoll tal-possibbiltajiet għall-użu tagħhom. Aktar minn 60 % ta’ dawn il-foresti huma f’idejn privati, filwaqt li l-bqija huma taħt forom diversi ta’ sjieda pubblika. L-awtoritajiet lokali wkoll għandhom rwol importanti bħala s-sidien tal-foresti. Is-sjieda mill-awtoritajiet lokali hija t-tielet l-aktar forma komuni ta’ sjieda tal-foresti fl-Ewropa.

6.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jkunu sidien tal-foresti. Jistgħu wkoll jiġġestixxu l-foresti u jimplimentaw leġislazzjoni relatata magħhom. Dan ifisser li għandhom esperjenza u għarfien sostanzjali f’dan il-qasam. Għall-awtoritajiet lokali u għall-awtoritajiet reġjonali differenti, il-foresti huma element importanti ta’ żvilupp ekonomikament, ambjentalment u soċjalment sostenibbli, li għal aktar minn seklu dan ġie rifless fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ pjani ta’ ġestjoni bbażati fuq il-prinċipji ta’ persistenza, stabbiltà u rendiment sostenibbli tal-ħafna prodotti tagħhom, kif ukoll fuq l-applikazzjoni ta’ leġislazzjoni solida tal-foresti li tiddefendi u tipproteġi l-foresti. Għalhekkgħandhom jiġu kkonsultati meta tiġi aġġornata l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti. L-awtoritajiet lokali u reġjonali mhumiex biss partijiet interessati importanti fi kwistjonijiet relatati mal-forestrija, iżda wkoll partijiet interessati ġenwini bl-istess mod bħas-sidien tal-foresti.

II.   POLITIKA TAL-FORESTI SOSTENIBBLI MILL-PERSPETTIVA TAL-AWTORITAJIET LOKALI U REĠJONALI

7.   Politika tal-foresti ekonomikament sostenibbli:

7.1.

Is-settur tal-forestrija jipproduċi 7 % tat-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa u jipprovdi impjiegi għal 3,5 miljun ruħ – sa 4 miljuni jekk jiġi inkluż ukoll is-settur tal-bijoenerġija tal-foresti. Fl-2011, il-valur tal-produzzjoni tal-industrija tal-foresti tal-UE kien ta’ EUR 460 biljun. L-attivitajiet u l-impjiegi tal-forestrija huma kruċjali għar-reġjuni rurali u b’popolazzjoni baxxa, iżda jagħtu wkoll spinta lit-tkabbir ekonomiku fil-bliet u jrawmu l-kooperazzjoni bejn iż-żoni rurali u dawk urbani. L-Istrateġija għall-Foresti għandha tenfasizza t-tkabbir ekonomiku, l-impjieg u l-investimenti Ewropej u tidentifika l-opportunitajiet ġodda li dawn joffru, billi tingħata attenzjoni partikolari lill-appoġġ għall-iżvilupp ekonomiku tal-atturi tas-settur tal-forestrija fir-reġjuni ultraperiferiċi.

7.2.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jista’ jkollhom rwol sinifikanti fil-promozzjoni tal-użu min-naħa tan-negozji ta’ riżorsi lokali tal-injam u t-tranżizzjoni għal bijoekonomija. Pereżempju, l-ewwel nett, l-għażla tal-materjal tal-kostruzzjonii u l-produzzjoni tal-enerġija għall-ħtiġijiet tal-komunitajiet u għat-tisħin tal-binjiet ta’ proprjetà pubblika u, it-tieni, użu akbar tal-bijokarburanti avvanzati fit-trasport pubbliku huma għodod utli li jistgħu jikkontribwixxu għal ekonomija iktar b’saħħitha u għall-impjieg fir-reġjuni. L-iżvilupp u l-użu ta’ bijokarburanti avvanzati mill-foresti, fost affarijiet oħra, jagħmlu parti importanti mill-politika tal-UE dwar il-klima taħt id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. Dan jitlob sforzi sostanzjali kemm b’rabta mal-iżvilupp tat-teknoloġija, l-impjanti pilota u l-produzzjoni fuq skala kbira kif ukoll qafas regolatorju fit-tul li joħloq kundizzjonijiet stabbli għall-investimenti sostanzjali meħtieġa.

7.3.

90 % tal-materja prima tal-injam użata fl-Ewropa hija ta’ oriġini Ewropea. Mil-lat tal-impjieg u l-ekonomija fil-livell lokali u reġjonali, għandhom isiru sforzi biex jiġi segwit livell saħansitra ogħla ta’ konsum domestiku, filwaqt li titqies is-sostenibbiltà tar-riżorsi tal-foresti u l-użu tal-injam. Dan jeħtieġ l-iżvilupp ta’ ċerti speċijiet li jinsabu fil-foresti tagħna li bħalissa mhumiex mitluba mis-suq, waqt li jiġu studjati użi u teknoloġiji ġodda.

7.4.

Ir-reviżjoni tal-Istrateġija għall-Foresti għandha tiġi allinjata mal-aġġornament tal-istrateġija dwar il-bijoekonomija. Għandha tiġi żgurata konsistenza bejn id-diversi politiki tal-UE fl-iżvilupp tal-bijoekonomija tal-foresti u t-trawwim tal-innovazzjoni.

7.5.

Fil-qafas tar-riforma tal-politika agrikola komuni, huwa importanti li jiġu inklużi għodod li jappoġġjaw is-settur tal-foresti fiż-żoni rurali, bħal dawk għall-prevenzjoni tad-deforestazzjoni, għar-riforestazzjoni u għall-konverżjoni tal-foresti, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-foresti, l-appoġġ għall-forestazzjoni ta’ żoni agrikoli marġinali u għall-introduzzjoni u t-tiġdid ta’ sistemi ta’ agroforestrija, il-konservazzjoni tal-foresti bħala parti integrali ta’ sistemi ta’ produzzjoni estensiva tal-bhejjem kif ukoll il-promozzjoni tal-intraprenditorija u t-taħriġ f’dan is-settur.

7.6.

Is-sostenibbiltà ekonomika tiddependi wkoll fuq użu effiċjenti u trasparenti tal-prodotti tal-foresta, qasam li fih it-teknoloġija applikata tista’ taqdi rwol importanti ħafna.

7.7.

Huwa wkoll neċessarju li jiġu żviluppati u implimentati sistemi dinamiċi u integrati tal-informazzjoni u l-immappjar tal-foresti, li jiffurmaw il-bażi tat-teħid tad-deċiżjonijiet kemm għas-sidien kif ukoll għall-maniġers.

8.   Politika tal-foresti ambjentalment sostenibbli:

8.1.

Il-foresti Ewropej jipproteġu l-bijodiversità, iżommu s-servizzi tal-ekosistema u jaħżnu l-emissjonijiet tal-karbonju mill-atmosfera. Illum, madwar 10 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE jinħażnu fil-foresti. Billi jsegwu approċċ fit-tul, b’suċċess, abbażi tal-ispeċifiċitajiet reġjonali, sa 90 % tal-foresti tal-Ewropa jistgħu jkunu naturali jew seminaturali, u jospitaw firxa wiesgħa ta’ speċijiet. L-investiment f’ekonomija sostenibbli tal-foresti ser tkompli tiżgura aktar foresti sostenibbli u sani.

8.2.

L-użu tal-foresti jkun sostenibbli jekk l-injam jikber b’rata iktar mgħaġġla milli jinħasad u jekk jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti tal-bijodiversità. Għandu jiġi osservat li l-erja koperta mill-foresti Ewropej u r-rata tat-tkabbir tagħhom żdiedu sa mis-snin 1990. Flimkien mad-diversità, wieħed mill-għanijiet ewlenin ta’ politika tal-foresti ambjentalment sostenibbli huwa li titwaqqaf id-deforestazzjoni fil-livell globali u fiż-żoni tal-Ewropa li joħolqu l-isfidi. Id-diversità tal-ekosistemi tal-foresti, u t-tifsira differenti li dawn għandhom għaż-żoni tal-madwar f’diversi reġjuni tal-Ewropa, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tas-sostenibilità tal-użu tal-foresti.

8.3.

Huwa importanti għal ħafna speċijiet ta’ pjanti u annimali, u għall-użu rikreazzjonali tal-foresti li, b’rabta mal-ġestjoni tal-foresti, jitqiesu d-diversità u n-natura multidimensjonali tal-ekosistemi tal-foresti.

8.4.

Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija għall-Foresti għandha tikkunsidra iktar l-importanza multidimensjonali tal-foresti fil-politika dwar il-klima, fl-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, fil-kisba tal-objettivi ta’ Aichi dwar il-bijodiversità u fl-isforzi biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU sabiex il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti tiġi ttrattata b’mod ugwali ma’ miżuri oħrajn immirati lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaġixxu b’mod aktar effettiv biex jintlaħqu l-għanijiet komuni, inkluż fis-settur tal-foresti, jekk ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu jkollha proposti għal azzjoni kif ukoll eżempji konkreti, speċifiċi u diġà ppruvati.

8.5.

Għaddej dibattitu mqanqal fl-Ewropa dwar l-istatus ambjentali u l-iżvilupp tal-foresti u xi kultant dan jirriżulta f’tilwim fil-livell lokali u reġjonali. Huwa importanti li r-riċerka dwar il-foresti Ewropej, il-ġestjoni u l-iżvilupp tagħhom tirċievi r-riżorsi meħtieġa u li data affidabbli dwar il-foresti tkun disponibbli għall-awtoritajiet u s-soċjetà ċivili minn sorsi pubbliċi, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat id-djalogu.

8.6.

Ġew żviluppati bosta inizjattivi biex jappoġġjaw id-diversità tal-foresti fl-UE, bħal pereżempju n-netwerk Natura 2000, id-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats, l-appoġġ għal infrastruttura ekoloġika u l-istrateġija dwar il-bijodiversità tal-2020. L-awtoritajiet lokali u reġjonali qed jgħinu biex jiġu implimentati u għandhom jingħataw iktar ambitu biex jikkontribwixxu għall-kontenut tal-miżuri.

8.7.

F’ħafna Stati Membri u r-reġjuni tal-UE in-nirien tal-foresti jirrappreżentaw it-theddida ewlenija għall-konservazzjoni tal-ekosistemi tal-foresti (1). Azzjoni tal-komunità lokali hija l-mod l-iktar veloċi u effettiv biex tkun limitata l-ħsara kkawżata minn nirien tal-foresti; L-azzjoni tal-UE għandha tiffoka fuq l-għoti ta’ għajnuna ta’ taħriġ tekniku sabiex il-kapaċità tal-komunitajiet għall-awtoassistenza tkun tista’ tissaħħaħ, inkluża t-tħejjija aħjar ta’ servizzi ta’ tifi tan-nar u ħaddiema oħrajn tal-protezzjoni ċivili biex jipprovdu rispons inizjali u jrażżnu diżastru (2);

8.8.

F’dan il-kuntest, għandu jiġi enfasizzat li, bis-saħħa ta’ ċerti reġjuni ultraperiferiċi, l-UE għandha foresti Amażoniċi u subtropikali. Dawn il-foresti primarji jikkostitwixxu laboratorju uniku għar-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni (pereżempju r-riċerka farmaċewtika u l-iżvilupp tal-estratti tal-pjanti). Il-bijodiversità tar-reġjuni ultraperiferiċi tirrappreżenta kważi 80 % tal-bijodiversità Ewropea u hija essenzjali għall-bilanċ ekoloġiku tal-pjaneta. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-gwardjani ta’ dan it-teżor inestimabbli u għandhom jingħataw appoġġ adatt għall-ġestjoni u l-konservazzjoni tiegħu.

9.   Politika tal-foresti soċjalment sostenibbli:

9.1.

Il-foresti jipprovdu bosta servizzi tal-ekosistema u prodotti naturali minbarra l-injam. Il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti ser tiżgura li dan jibqa’ l-każ għaċ-ċittadini fil-futur ukoll. Il-prodotti naturali u l-opportunitajiet ta’ rikreazzjoni offruti mill-foresti għandhom ħafna benefiċċji għas-saħħa.

9.2.

Il-foresti joffru wkoll benefiċċji soċjali estensivi, inkluż mil-lat tal-kwalità tal-ħajja u l-benesseri, peress li huma ta’ importanza kbira għall-ħajja bbilanċjata taċ-ċittadini. Għaldaqstant, nipproponu li jiġi promoss il-ħolqien ta’ spazji ġodda ta’ foresti permezz ta’ inizjattivi pubbliċi jew privati u bl-appoġġ tal-UE.

9.3.

L-użu ta’ foresti soċjalment sostenibbli jitlob ġesjoni fit-tul tat-territorju. Fi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-użu u l-protezzjoni tal-foresti, għandhom jiġu kkonsultati s-sidien tal-foresti, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u dawk li jgħixu fir-reġjuni.

9.4.

L-Istrateġija tal-UE għall-Foresti għandha ssawwar il-politiki tal-UE fil-qasam tal-kummerċ u l-iżvilupp fil-livell dinji: l-użu ambjentalment sostenibbli tal-foresti fil-fażi tal-iżvilupp, il-bijodiversità u s-sostenibbiltà soċjali tal-politika tal-foresti (sjieda tal-art, id-drittijiet għall-użu tal-foresti, id-drittijiet tar-residenti lokali) għandhom ikunu fil-quċċata tal-aġenda globali tal-UE.

9.5.

Id-data ta’ riċerka dwar l-iżvilupp u l-użu tal-foresti trid tkun faċilment disponibbli għaċ-ċittadini u l-awtoritajiet lokali u reġjonali bil-għan li jiġi appoġġjat it-teħid tad-deċiżjonijiet. Dan huwa argument favur li r-riċerka tal-Kummissjoni tal-2018 dwar il-foresti Ewropej issir magħrufa fil-wisgħa u li tkun preżentata b’mod estensiv lill-partijiet interessati settorjali u l-pubbliku usa’.

9.6.

Dan t’hawn fuq ser ikun possibbli biss jekk tinżamm kultura tal-foresti li għandha tissaħħaħ u tiġi arrikkita, internament billi jiġu skambjati l-esperjenzi u l-prattiki miż-żona Ewropea kollha tal-foresti, u esternament bili tiġi appoġġjata u sostnuta l-popolazzjoni urbana. tagħhom. Għal dan jeħtieġ li jsir sforz biex ikun hemm għarfien tal-benefiċċji tal-foresti u tal-ġestjoni.

9.7.

L-istrateġiji kollha dwar il-foresti fil-livell reġjonali, nazzjonali u b’mod partikolari f’dak Ewropew, għandu jkollhom bħala l-punt prijoritarju ta’ tluq iż-żamma tal-popolazzjoni li tippermetti l-ġestjoni u l-użu tar-riżorsi tal-injam.

Brussell, is-16 ta’ Mejju 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Il-politika dwar il-foresti: il-miri tal-20/20/20 (ĠU C 141, 29.5.2010, p. 45).

(2)  Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Reviżjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ara paġna 37 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


5.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/9


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) wara l-2020 — Ninvestu fil-komunitajiet kostali tal-Ewropa

(2018/C 361/03)

Relatur:

Alberto NÚÑEZ FEIJÓO (ES/PPE), President tal-Gvern awtonomu ta’ Galicia

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon dan id-dibattitu dwar fond prinċipali sabiex il-kosta Ewropea tissaħħaħ mil-lat soċjali, ambjentali u ekonomiku u sabiex jiġu żviluppati s-settur tas-sajd u marittimu u l-ekonomija blu fiż-żoni kostali u tal-baħar, b’mod partikolari fiż-żoni rurali;

2.

jilqa’ t-tnedija ta’ dan id-dibattitu dwar il-futur tal-FEMS f’mument kruċjali għall-Ewropa marittima, li qiegħda tħabbat wiċċha ma’ sfidi kbar bħalma huma d-definizzjoni mill-ġdid tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u l-Brexit. Barra minn hekk, huwa jilqa’ l-fatt li hija opportunità biex jiġu rimedjati d-dgħufijiet identifikati fit-tħaddim tal-Fond attwali, anke jekk dan irid isir fi stadju daqshekk bikri, u prattikament wara t-tnedija tiegħu;

3.

jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-attività marittima u tas-sajd Ewropea, li tuża’ aktar minn 85 000 bastiment, timpjega aktar minn 340 000 persuna tul il-katina kollha u tipproduċi aktar minn 6 000 000 tunnellata ħut u frott tal-baħar mill-attivitajiet estrattivi u l-kultivazzjoni. Jenfasizza l-impatt soċjoekonomiku li dan is-settur għandu f’ħafna reġjuni kostali, li jiddependu ħafna minnu u li għandhom rabta kulturali u etnografika mill-qrib miegħu;

4.

jissottolinja l-influwenza tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) u l-Politika Marittima Integrata (PMI) biex jitfassal il-futur ta’ din l-attività fl-Ewropa, peress li jorjentaw l-għanijiet lejn is-sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ekonomika tal-attività;

5.

jirrikonoxxi r-rwol importanti li qdew il-programmi finanzjarji preċedenti, biex is-settur, li għamel sforz kbir biex jadatta li jistħoqqlu rikonoxximent, jerġa’ jitfassal b’mod mhux trawmatiku kif ukoll biex jinkiseb settur tal-ipproċessar avvanzat u kompetittiv fil-livell globali;

6.

jiġbed l-attenzjoni għall-problemi li jinqalgħu meta tiġi implimentata l-PKS, bħalma huma t-tnaqqis tal-iskart jew il-ksib ta’ rendiment massimu sostenibbli, apparti dawk li jirriżultaw mill-proċess tal-Brexit u dawk li jiġu mill-isfidi ġodda ġġenerati kuljum mis-suq u l-produzzjoni globali tal-proteini li joriġinaw mill-baħar. Hemm il-ħtieġa li s-swieq tagħna jiġu pprovduti bi prodotti alimentari tajbin għas-saħħa u sikuri, u li jingħeleb it-tqegħid fis-suq ta’ produzzjoni barranija bi ftit li xejn kontrolli;

7.

ifakkar il-kontribut soċjali tas-sajd fl-Unjoni Ewropea kollha, notevolment f’żewġ oqsma: l-ikel u l-klima. Is-sajd jikkontribwixxi għall-awtonomija alimentari tal-Unjoni Ewropea billi jiggarantixxi liċ-ċittadin, jiġifieri l-konsumatur, prodott ta’ kwalità sanitarja u konformi mar-regoli ta’ ġestjoni tajba tas-sajd jew tal-akwakultura. Il-Kumitat ifakkar iċ-ċentralità tad-dimensjoni alimentari fi ħdan il-kompetenza tal-Unjoni kif stipulat fit-TFUE, u d-dipendenza tas-suq Komunitarju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-baħar. Il-Kumitat jenfasizza li l-ikel huwa t-tieni Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jilqa’ l-inizjattiva tar-rapport “Food from the oceans” u jistieden biex ikunu ta’ ispirazzjoni r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Permezz ta’ investimenti abbord u fil-portijiet, is-settur tas-sajd jgħin biex jonqsu l-emissjonijiet GHG u għall-kontroll tal-użu tal-enerġija fossili.

Settur b’potenzjal u dinamiżmu li jixraqlu appoġġ minħabba l-bidla kostanti

8.

iqis li huwa importanti li jiġi żgurat il-baġit meħtieġ biex jiġu indirizzati l-bidliet li jirriżultaw mill-PKS u l-isfidi li jaffettwaw dan is-settur marittimu u tas-sajd;

9.

jistieden lill-Kummissjoni biex fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid tippreżenta proposta tal-FEMS komprensiva biżżejjed biex jintlaħqu l-miri u l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd, sabiex ikun hemm investimenti fil-komunitajiet kostali fi tranżizzjoni u titqies id-dimensjoni esterna tas-sajd;

10.

jitlob biex l-għanijiet tal-FEMS jiffokaw fuq l-attività marittima u tas-sajd, l-akwakultura sostenibbli fil-baħar u fl-ilma ħelu, u fuq l-importanza tagħha u mhux, kif ġie ddikjarat bosta drabi, fuq li tingħata prijorità lis-sostituzzjoni tagħha b’attivitajiet oħra, peress li l-attivitajiet kollha tal-baħar huma kompatibbli. Hu tal-fehma li l-attività tas-sajd tista’ żżomm il-karattru tradizzjonali tagħha u terġa’ titnieda b’perspettiva lejn il-futur, u huwa għalhekk li huwa importanti li tiżdied l-attrazzjoni tal-professjoni tas-sajd. B’mod partikolari, jitlob li l-FEMS ikun iddedikati għas-settur tas-sajd u dak tal-akwakultura sostenibbli fil-baħar u fl-ilma ħelu li jkollu l-mira li jilħaq l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd, b’mod partikolari l-appoġġ tas-sajd kostali artiġjanali, filwaqt li jipprovdi inċentivi lill-ġenerazzjonijiet żgħażagħ, sabiex il-professjoni tas-sajd tkun aktar attraenti u jissaħħu l-komunitajiet kostali tal-Unjoni. Huwa għalhekk jixtieq li l-FEMS jiġi żviluppat b’tali mod li jappoġġja forom ġodda ta’ attività u jiżviluppa l-industrija u jitlob li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jappoġġjaw dawn l-isforzi;

11.

itenni l-appoġġ tal-partijiet interessati għat-talba li jinħoloq strument finanzjarju fil-livell Ewropew fil-qasam marittimu u ambjentali sabiex jiġu appoġġjati n-negozji l-ġodda u dawk li diġà jeżistu, permezz ta’ self u garanziji bankarji; jinsab sodisfatt dwar l-inklużjoni tas-sajd fil-prijoritajiet ta’ intervent tat-tieni ġenerazzjoni tal-Pjan Juncker u jixtieq li din il-loġika titkompla lil hinn mill-2020;

12.

jitlob biex il-FEMS wara l-2020 jinkorpora u jsaħħaħ id-dimensjoni territorjali tal-politiki u jappoġġja lill-komunitajiet kostali tal-Ewropa fit-tranżizzjoni possibbli tagħhom biex jiġu diversifikati l-industriji marittimi tradizzjonali billi jappoġġja investimenti fl-attivitajiet komplementari bħar-restoranti tal-ħut li jservu l-prodotti lokali, u servizzi ambjentali, kulturali u edukattivi fis-settur tas-sajd;

13.

jenfasizza l-ħtieġa li jinżammu u jissaħħu l-mezzi disponibbli għall-iżvilupp lokali, peress li l-istrateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità wrew li huma ta’ suċċess għall-komunitajiet iż-żgħar billi jingħata appoġġ finanzjarju għall-għoti tas-setgħa lill-komunitajiet u d-diversifikazzjoni ekonomika lil hinn mis-settur tas-sajd;

Il-FEMS attwali, appoġġ sinifikanti b’għanijiet diverġenti u dewmien fl-implimentazzjoni

14.

jirrikonoxxi l-importanza tal-FEMS attwali u jilqa’ l-istrutturar u l-ispeċjalizzazzjoni tiegħu f’żewġ oqsma ewlenin, marbutin mal-PKS u l-PMI, mingħajr interferenza reċiproka;

15.

jitlob li jiġu adottati miżuri u arranġamenti ta’ ġestjoni speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi, bħala parti minn programmi ġodda tal-UE biex jappoġġjaw l-iżvilupp sostenibbli tas-sajd u setturi oħra tal-ekonomija blu f’dawn ir-reġjuni, fuq il-bażi tal-applikazzjoni tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-miżuri għandhom jiġu integrati fi strument speċifiku li jinkludi skema li tikkumpensa l-ispejjeż addizzjonali marbutin mal-prodotti tas-sajd u tal-akwakultura fir-reġjuni ultraperiferiċi, ħaġa li attwalment hija rregolata permezz tal-FEMS;

16.

jiddispjaċih minħabba d-dħul tard fis-seħħ tal-Fond u d-dewmien konsiderevoli konsegwenti fl-għoti tal-fondi u l-implimentazzjoni tagħhom. Jemmen li dan id-dewmien ġej mill-approvazzjoni mdewma tal-Fond, mill-proċess bil-mod biex jiġu vvalidati l-programmi operattivi u mid-definizzjoni konfuża u mhux ċara tal-aspetti li jistgħu jiġu ffinanzjati;

17.

iħeġġeġ biex jittejjeb il-proċess ta’ eżekuzzjoni u implimentazzjoni tal-ammonti ekonomiċi ġġenerati mill-FEMS sabiex jiġi rkuprat id-dewmien. Iħeġġeġ li jiġu intensifikati l-isforzi biex tingħata l-għajnuna finanzjarja bil-għan li tittejjeb u tiżdied ir-rata baxxa ta’ eżekuzzjoni globali tal-Fond, li f’Novembru 2017 kienet ta’ 2,7 %;

18.

jesprimi l-ħtieġa li tiġi assigurata, fil-futur, koerenza mtejba tal-programmazzjonijiet u l-istrutturi li jwasslu għal diverġenzi fiż-żmien bejn l-għanijiet u l-fondi marbutin mal-PKS. F’dan ir-rigward, jenfasizza l-ħtieġa li tkun stabbilita strateġija ċara dwar kif ser ikun implimentat il-fond qabel ma jiġu indirizzati l-isfidi bħall-miri tar-rendiment massimu sostenibbli jew it-tnaqqis tal-qbid skartat;

19.

jilqa’ b’sodisfazzjon li hemm sforz ekonomiku sostanzjali orjentat lejn l-istrateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità u jenfasizza li huwa tajjeb li jkun hemm fondi għall-miżuri tas-sostenibbiltà ambjentali u għat-titjib fil-kompetittività tas-settur marittima u tas-sajd tagħna;

L-importanza li jkun hemm fond speċifiku u orizzontali ġdid

20.

jinnota li fil-proċess baġitarju l-Ewropa m’għandhiex tittraskura l-politiki ż-“żgħar”, bħall-PKS. Jenfasizza li l-FEMS huwa importanti għall-komunitajiet kostali, peress li jgħinhom jiddiversifikaw l-ekonomiji tagħhom, jgħin lis-sajjieda fit-tranżizzjoni għal sajd sostenibbli u jiffinanzja proġetti li joħolqu impjiegi ġodda u jtejbu l-kwalità tal-ħajja tul il-kosti Ewropej;

21.

jaqbel mal-appell mifrux li l-FEMS il-ġdid jilħaq livell minimu ta’ 1 % tal-QFP ta’ wara l-2020 (1), fejn maż-0,53 % attwalment allokat lis-sajd u l-akwakultura jiżdied 0,47 % għall-PMI. Jaqbel mal-fehma li d-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE m’għandhiex tintuża bħala skuża biex jonqos il-finanzjament futur tal-FEMS, minħabba l-isfidi importanti ta’ dan il-proċess mil-lat ambjentali u mil-lat ta’ attivitajiet estrattivi u kummerċjali;

22.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu definiti għanijiet ġodda li jikkontribwixxu għall-vijabbiltà u t-tisħiħ tal-attivitajiet marittimi u tas-sajd. Jeħtieġ li jiġu enfasizzati l-promozzjoni u l-ksib ta’ tiġdid ġenerazzjonali adegwat, li jitlob li tingħata prijorità lill-appoġġ baġitarju lit-taħriġ u lill-aċċess għall-attività permezz ta’ xiri u tibdil ta’ bastimenti, xi ħaġa li ma tiġġenerax żieda fl-isforz tas-sajd;

23.

jitlob li t-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ sikurezza u l-kundizzjonijiet ta’ għajxien tal-baħħara jkunu prijorità affermata tal-FEMS futur, permezz tal-kontribut tiegħu għall-kisba tal-20 prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

24.

itenni t-talba ġeneralizzata biex jiġi appoġġjat u stimolat it-tiġdid tal-flotta tas-sajd sabiex jiġi evitat id-dannu kkawżat mill-fatt li tiqdiem, peress li l-età medja tal-bastimenti tas-sajd tal-UE hija ta’ 22,6 sena. Dan it-tiġdid għandu jiġi promoss mingħajr ma jiżdied l-isforz tas-sajd, u billi l-attenzjoni tiġi ffokata fuq it-titjib tas-sigurtà (bħall-ħarsien kontra n-nar), u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ għajxien abbord il-bastimenti;

25.

il-FEMS għandu jakkumpanja s-setturi tas-sajd u l-akwakultura biex jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi Ewropej, permezz tal-ġeneralizzazzjoni ta’ investimenti innovattivi (motorizzazzjoni, aerodinamika, eċċ.). Il-Kumitat iwissi dwar il-kundizzjonijiet restrittivi stabbiliti fir-Regolament tal-FEMS attwali, li jnaqqsu drastikament l-impatt tiegħu fil-mitigazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima. Il-FEMS wara l-2020 għandu jkollu rwol essenzjali fit-tnaqqis tal-bilanċ tal-enerġija tas-settur.

26.

jesprimi l-ħtieġa li jinżamm u jiżdied, b’mill-inqas 10 %, l-isforz finanzjarju ddedikat għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data, kif ukoll għar-riċerka applikata u għall-involviment tas-settur, waqt li jiġi promoss il-kuntatt bejn is-sajjieda u x xjenzjati;

27.

jorbot dan l-isforz ma’ titjib meta jiġu adottati l-miżuri biex jiġu kkonservati r-riżorsi tal-baħar u meta jiġi adattat b’mod adegwat l-isforz tas-sajd. Jinnota, fi kwalunkwe każ, il-ħtieġa li l-miżuri ta’ kumpens għall-flotta jkomplu jiġu appoġġjati minħabba d-danni soċjoekonomiċi b’riżultat tal-adozzjoni tal-miżuri ambjentali, bħall-istaġuni magħluqin, il-waqfien temporanju u azzjonijiet oħra li jillimitaw l-attività tas-sajd;

28.

jitlob li jitkomplew il-miżuri li jikkontribwixxu għat-titjib tal-organizzazzjoni tas-settur u l-koeżjoni interna tiegħu, li jrawmu l-governanza konġunta tas-settur u jenfasizzaw l-importanza tiegħu permezz tad-definizzjoni adatta u l-konformità mar-regoli (2);

29.

jitlob li jiżdiedu r-riżorsi allokati għall-Kunsilli Konsultattivi u jissaħħaħ il-mandat tagħhom bil-għan li titkompla r-reġjonalizzazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd, u sabiex ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd tkun tipprovdi għall-parteċipazzjoni sħiħa tar-reġjuni li huma koperti mill-Kunsilli;

30.

jappella li jitkompla l-appoġġ għall-industrija tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni sabiex tittejjeb il-kompetittività tagħha u biex tikseb kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. L-UE għandha tevita inkonsistenzi ma’ politiki oħra bħalma huma dik relatata mas-swieq jew dik relatata mat-tassazzjoni doganali;

31.

iħeġġeġ sabiex jiġu promossi d-diversifikazzjoni u l-komplementarjetà tal-attivitajiet ekonomiċi kostali, billi jiġu promossi l-istrateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, partikolarment f’dawk iż-żoni kostali mhux urbani fejn ġie evitat b’suċċess l-eżodu tal-popolazzjoni, u għal din ir-raġuni għandha tissaħħaħ in-natura ta’ diversi fondi tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità;

32.

jissuġġerixxi li l-FEMS jappoġġja inizjattivi u attivitajiet marbuta mal-prattika marittima u tas-sajd u dawk li jiġu influwenzati direttament minn din tal-aħħar. Għal dan il-għan huwa jirrakkomanda li jinħoloq strument finanzjarju (3) fil-livell tal-UE, li jipprovdi kapital ta’ riskju u garanziji mill-banek għas-self, bil-kundizzjoni li l-investimenti jikkontribwixxu għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-attività marittima u tas-sajd, dik marbuta ma’ frott il-baħar u l-akwakultura u l-katina mill-baħar sal-industrija;

33.

jitlob li titfassal White Paper “Il-baħar fil-qalba tal-Ewropa”, li tinkorpora pjan direzzjonali marittimu għal kull politika tal-Unjoni Ewropea;

Possibbiltà ta’ koordinazzjoni u ġabra ta’ sinerġiji ma’ fondi oħrajn

34.

jenfasizza l-possibbiltà li s-sinerġiji jinġabru flimkien u li l-kapaċità ta’ fondi settorjali oħra jiġu integrati sabiex jiġu promossi żviluppi soċjoekonomiċi fiż-żoni kostali, mingħajr ma neċessarjament tiġi definita mill-ġdid l-istruttura tagħhom, peress li l-konfigurazzjoni u l-għanijiet ta’ kull wieħed minnhom jippermettu li tiġi evitata d-duplikazzjoni; jerġa’ jappella li l-proġetti interreġjonali, nazzjonali u transnazzjonali, li huma f’konformità mal-qafas strateġiku tal-inizjattiva u l-S3 ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati permezz tal-ġbir kollettiv ta’ fondi reġjonali, nazzjonali u Ewropej f’qafas issemplifikat u jkunu jistgħu jibbenefikaw minn bonus komunitarju mingħajr il-ħtieġa ta’ sejħiet ġodda għal proġetti;

35.

jenfasizza li wara l-2020 għandu jiżdied l-approċċ integrat u b’diversi fondi tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej attwali, li jinkludu l-FEMS, billi jiġu eliminati d-differenzi regolatorji eżistenti li bħalissa qed jillimitaw l-abbiltà li dawn il-fondi jitwasslu flimkien fil-livell lokali, inkluż permezz tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità;

36.

jemmen li dawn is-sinerġiji għandhom jiffukaw fuq l-implimentazzjoni ta’ proġetti relatati mal-FAEŻR fiż-żoni kostali mhux urbani, permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, inkluż l-istudju tal-possibbiltajiet tal-interkonnessjoni ta’ dawn il-fondi għall-akwakultura ta’ kull tip, b’mod partikolari dik tal-ilma ħelu pprattikata fl-Istati Membri mingħajr kosta, bħalma talbu b’mod ċar diversi drabi dawn l-Istati Membri u r-reġjuni;

37.

jappoġġja l-intervent tal-FEŻR f’dawk l-infrastrutturi marbuta mal-attività marittima u tas-sajd, speċjalment il-portijiet, li jikkontribwixxu għall-iżvilupp reġjonali f’żoni periferiċi u żoni estremament remoti. Jissuġġerixxi li xi attivitajiet relatati mal-ipproċessar jistgħu jitwettqu fil-kuntest tal-miżuri ta’ appoġġ għall-SMEs taħt il-FEŻR;

38.

jappella li jiġi intensifikat it-taħriġ, speċjalment dak marbut mat-tiġdid ġenerazzjonali, permezz tal-użu ta’ appoġġ finanzjarju marbut mal-Fond Soċjali Ewropew (FSE);

39.

huwa tal-fehma li l-ekonomija blu, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet enfasizzati fl-Opinjoni tal-KtR dwar it-Tkabbir Blu (4), għad għandha potenzjal mhux sfruttat biex jinħolqu aktar impjiegi u jkun hemm tkabbir ekonomiku fuq livell Ewropew permezz ta’ investimenti intelliġenti f’intrapriżi innovattivi u orjentati lejn il-futur. Jipproponi li titnaqqas id-duplikazzjoni bejn il-FEMS u l-Orizzont 2020 li teżisti fis-settur tas-sajd, l-akwakultura u r-riċerka tal-baħar;

Fond ġdid issemplifikat, flessibbli, adatt u definit mill-PKS

40.

jitlob bil-qawwa għal semplifikazzjoni konsiderevoli tal-implimentazzjoni tal-FEMS, permezz ta’ definizzjoni ta’ linji ġenerali mill-UE u billi l-baċini u r-reġjuni jadattaw l-implimentazzjoni tagħhom skont it-territorju u mingħajr ma jkun hemm kumplessità regolatorja f’kull livell ta’ kompetenza u dak amministrattiv. Din is-semplifikazzjoni għandha tinkludi d-disponibbiltà ta’ rekwiżiti u formoli semplifikati u inqas kumplessi għall-għoti tal-fondi u jenfasizza li l-proċess tal-applikazzjoni għandu jkun ġestit minn entità unika mingħajr l-użu ta’ għajnuna esperta u konsulenza minn partijiet terzi;

41.

jappoġġja t-talba li jkun hemm Fond adattat għaċ-ċirkostanzi tal-PKS u tas-settur. Ifakkar li għandhom ikunu l-għanijiet u l-miri tal-PKS li jiddefinixxu l-FEMS bħala programm finanzjarju speċifiku u mhux bil-maqlub. Jenfasizza l-ħtieġa li d-dispożizzjoni tal-fondi tiġi allinjata skont l-attivitajiet li għandhom jiġu żviluppati u li jiġi evitat li l-benefiċjarji jdumu biex jingħataw il-fondi biex jiġu evitati tensjonijiet fl-ekonomija tagħhom;

42.

jenfasizza l-importanza li jiġu definiti b’mod ċar l-elementi li għandhom jiġu appoġġjati permezz ta’ implimentazzjoni rapida u korretta tal-Fond. Huwa meħtieġ li b’mod ġenerali jiġu definiti l-linji eliġibbli u li jiġu rfinati l-elementi li għandhom jiġu appoġġjati fil-kuntest ta’ baċin u reġjun speċifiku; b’mod partikolari, qed nitolbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tiddefinixxi/tfassal definizzjoni tas-sajd kostali fuq skala żgħira, waqt li jitqiesu kriterji ġodda u tagħti rispons għar-realtà u d-diversità tal-flotta tal-UE;

43.

iqis li, minħabba li fil-medja, l-intrapriżi tas-sajd huma żgħar, l-appoġġ pubbliku dirett fil-forma ta’ għotja huwa l-aħjar għażla. Jenfasizza li dan il-mudell jiżgura l-kontroll tad-destinazzjoni u tal-implimentazzjoni, jipproduċi effett lieva dirett fuq l-ekonomija, jistimula l-inizjattivi, jiġġenera fiduċja u jiżgura li jinkiseb il-finanzjament, peress li jservi bħala garanzija għall-allokazzjoni tal-fondi għall-investimenti;

44.

jemmen li, flimkien mal-SMEs, jeħtieġ li jiġu żviluppati aktar il-kooperazzjoni u s-sinerġiji u jinħolqu aktar ċentri għall-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni, fejn jistgħu jiġu ttestjati innovazzjonijiet ġodda f’livell ta’ proġetti pilota;

45.

ifakkar fid-diskussjoni dwar kemm hu rakkomandabbli li jinfetaħ, anke jekk parzjalment, l-aċċess għall-appoġġ ekonomiku dirett għal intrapriżi b’volum għoli ta’ impjegati jew fatturat. Iqis li l-kapaċità tagħhom li jagħtu spinta lir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, li jtejbu l-istandards tax-xogħol u li jiġġeneraw valur miżjud f’distretti rurali tista’ tintilef minħabba nuqqas ta’ għajnuna;

46.

jenfasizza l-importanza li s-setturi kollha tas-sajd u marittimi jkunu jistgħu jaċċessaw l-appoġġ abbażi tal-għanijiet u l-karatteristiċi tagħhom. Iqis li l-appoġġ tal-Fond għandu jilħaq it-territorju kostali kollu, anke dawk l-agglomerazzjonijiet urbani ta’ natura u rabta marittima u tas-sajd li għandhom ikunu jistgħu jiksbu appoġġ mill-FEMS;

47.

jappoġġja t-tisħiħ tal-fokus territorjali tal-Fond permezz tal-istrateġiji tal-baċini tal-baħar, b’tali mod li jiġu offruti soluzzjonijiet adatti għaċ-ċirkostanzi u l-isfidi differenti tar-reġjuni Ewropej u jiġi evitat approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd”;

48.

jappella għal rwol akbar u aktar awtonomija tar-reġjuni fid-definizzjoni tal-għanijiet u l-oqsma tal-infiq. Għalkemm il-FEMS huwa attwalment ġestit fil-livell tal-Istati Membri jeżistu eżempji ta’ suċċess fejn ġie sottodelegat lill-awtoritajiet reġjonali kompetenti f’xi Stati Membri. Ir-Regolament tal-FEMS il-ġdid għandu jinkoraġġixxi dan b’mod espliċitu. Jenfasizza n-natura unanima ta’ dan l-appell u l-esperjenza pożittiva miksuba mill-ġestjoni tal-FEMS f’ħafna reġjuni. B’mod partikolari, jiffoka din id-domanda ta’ adegwatezza fir-reġjuni ultraperiferiċi, li fir-rigward tagħhom għandhom ukoll jiġu riveduti u mtejba l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-FEMS fil-qasam tal-eliġibbiltà, ir-rati ta’ kofinanzjament u l-livell tal-għajnuna. Barra minn hekk, l-għajnuna bħala parti mill-pjani ta’ kumpens li jkopru l-ispejjeż addizzjonali tal-prodotti tas-sajd u tal-akwakultura fir-reġjuni ultraperiferiċi għandha, fid-dawl tal-għanijiet u l-ispeċifiċitajiet tagħha, tissaħħaħ u jkollha regoli ta’ implimentazzjoni li jixbhu lil dawk applikati għal għajnuna simili mogħtija lis-settur agrikolu;

Fond ġdid biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-ġejjieni

49.

jixtieq li l-politika marittima Ewropea l-ġdida tal-UE tkun tappoġġja sforzi biex jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda u soluzzjonijiet adattati sabiex jittaffa t-tibdil fil-klima; jinnota li l-ekosistemi tal-baħar sofrew danni minħabba t-tibdil fil-klima, it-tniġġis, u s-sajd żejjed;

50.

jenfasizza l-importanza tal-Politika Marittima Integrata u l-ħtieġa li jiżdiedu l-fondi allokati lilha bħala mezz biex tiġi appoġġjata l-espansjoni tal-ħolqien tal-impjiegi u l-ġid madwar il-baħar. Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm fondi speċifiċi u li titqies il-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali bħala element fundamentali ta’ dan il-qasam, speċjalment f’oqsma bħalma huma l-ippjanar spazjali marittimu u l-ġbir tad-data, u sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-sorveljanza kif ukoll il-ħolqien ta’ żoni maħsubin għar-ripopolazzjoni tal-ispeċijiet tal-ħut;

51.

jinsisti fuq il-bżonn li jinħoloq “mekkaniżmu/fondi” ta’ investiment Ewropew fl-ekonomija blu, pjan marittimu Juncker 2.0, li jista’ jkollu żewġ mekkaniżmi ta’ intervent komplementari: il-finanzjament dirett fil-livell Ewropew ta’ proġetti għall-istrutturar u ta’ proġetti riskjużi, u l-ħolqien ta’ pjattaformi ta’ investiment reġjonali;

52.

jenfasizza d-dimensjoni esterna tal-PKS u tal-PMI, billi jissottolinja b’mod espliċitu kemm huwa importanti l-bżonn li jiġi appoġġjat il-kontribut tal-UE għat-titjib tal-governanza tal-oċeani. Iqis dan l-impenn bħala metodu biex tissaħħaħ is-sostenibbiltà u l-kompetittività tas-settur marittimu u tas-sajd tagħna permezz tal-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ekwi ta’ kompetizzjoni u s-sostenibbiltà aħjar tal-oċeani tagħna;

53.

iqis li s-settur marittimu għandu l-potenzjal li joħloq aktar impjiegi u tkabbir ekonomiku. Jiġbed l-attenzjoni li xi reġjuni diġà żviluppaw pjani dettaljati għall-iżvilupp tal-ekonomija tal-baħar u li ħafna oħrajn huma involuti f’dan il-proċess;

54.

ifakkar li hemm interess internazzjonali dejjem jikber fil-kwistjonijiet marittimi, kemm fil-konklużjonijiet tas-COP 21 u s-COP 22 kif ukoll fil-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles u li l-intrapriżi marittimi tal-UE qed jiffaċċjaw kompetizzjoni qawwija minn barra l-pajjiż fis-setturi kollha tal-ekonomija blu, bħat-trasport, l-enerġija, l-innovazzjoni, il-bini tal-bastimenti, is-sajd u l-akwakultura. Għalhekk huwa favur politika tal-UE konsistenti u ffinanzjata b’mod adegwat bħala l-aħjar għażla għar-reġjuni marittimi tal-UE u jħeġġeġ lill-UE biex tinvesti f’dawn is-setturi, b’mod partikolari fl-enerġiji rinnovabbli tal-baħar u l-bijoteknoloġiji tal-baħar, fejn nistgħu nsiru l-mexxejja globali;

55.

iwissi li l-Brexit huwa, fuq perjodu qasir u twil, sfida ewlenija għas-settur tas-sajd marittimu u jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jitqies u jiġi indirizzat l-impatt tiegħu fuq ir-reġjuni (5). Iwissi dwar l-impatt negattiv li dan il-proċess jista’ jkollu mil-lat ta’ allokazzjoni għas-sajd u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-ħut u jappella għal appoġġ finanzjarju biex jitnaqqas dan;

56.

jappoġġja ż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-istrateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fil-pakkett finanzjarju globali, peress li f l-istrument wera li huwa effettiv f’komunitajiet kostali żgħar u jipproponi li jiġu introdotti modi ġodda ta’ ħidma f’żoni bħal dawn li kapaċi jippromovu r-rwol soċjoekonomiku importanti taż-żoni tas-sajd u marittimi u li jsiru attraenti għaż-żgħażagħ bil-għan li jiġi promoss it-tiġdid ġenerazzjonali. Jenfasizza r-rwol li għandu u jista’ jkollu n-netwerk FARNET biex jiġu kkoordinati l-isforzi.

Brussell, is-16 ta’ Mejju 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  Kif issemma waqt il-laqgħa marittima tal-Assemblea Ġenerali tal-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi Marittimi f’Ħelsinki. Wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi Marittimi tiġbor fiha l-maġġoranza tar-reġjuni marittimi u tas-sajd prinċipali u li jirċievu l-fondi mill-FEMS. Dan l-approċċ jiftaħ il-possibbiltà li jiġi żgurat baġit kostanti għall-PKS, u jappoġġja l-iżvilupp aktar ambizzjuż ta’ miżuri fil-qafas tal-PMI.

(2)  Hemm bżonn li jiġu enfasizzati formoli li kellhom suċċess raġonevoli u li jistgħu jservu ta’ mudell għal oħrajn li jistgħu jiġu appoġġjati. F’dan il-każ, nistgħu nsemmu lill-kumitati formali ta’ koġestjoni ta’ diversi partijiet interessati li ser ilaqqgħu flimkien lis-sajjieda, lix-xjenzjati, lill-NGOs, lill-gvern u atturi oħrajn fil-Katalonja jew is-sistemi ta’ ġestjoni tal-frott tal-baħar tal-Galizja;

(3)  Fond mitlub mill-maġġoranza tal-SMEs, l-assoċjazzjonijiet u intrapriżi ġodda fl-ekonomija blu li ġew ikkonsultati.

(4)  Ara l-Opinjoni tal-KtR dwar “Stadju ġdid fil-politika Ewropea dwar it-tkabbir blu” (NAT-VI/019).

(5)  Ara l-istudju tal-KtR dwar l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE.


5.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/15


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Insaħħu l-innovazzjoni fir-reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli

(2018/C 361/04)

Relatur:

Mikel IRUJO AMEZAGA (ES/EA), Kap tad-Delegazzjoni ta’ Navarra fi Brussell

Dokument ta’ referenza:

Insaħħu l-innovazzjoni fir-reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli

COM(2017) 376 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti bħala katalisti tal-politika għall-innovazzjoni u t-tkabbir

1.

L-Unjoni Ewropea għadha l-akbar suq uniku fid-dinja; madankollu, qegħdin ifeġġu realtajiet ġodda f’kontinenti oħrajn li jġiegħluna niffukaw mill-ġdid il-politika tagħna dwar l-innovazzjoni u t-tkabbir. L-immodernizzar industrijali huwa fundamentali sabiex titjieb il-kompetittività tal-Ewropa;

2.

jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li l-livelli kollha tal-governanza jaħdmu flimkien (fil-livell tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali), u li l-livelli sottonazzjonali jingħataw opportunitajiet u fondi biżżejjed biex jerfgħu r-responsabbiltà għall-iżvilupp potenzjali tagħhom;

3.

jenfasizza li l-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti (minn hawn ’il quddiem S3) jaġixxu bħala katalisti tal-politika għall-innovazzjoni u t-tkabbir u huma fattur kruċjali għas-suċċess tal-politika ta’ koeżjoni;

4.

ifakkar il-ħtieġa ta’ ħidma ffukata soda u effiċjenti fuq livell reġjonali għall-iżvilupp tal-S3, f’liema qasam l-UE tista’ tippromovi l-kundizzjonijiet adatti flimkien mal-azzjoni fil-livell nazzjonali;

5.

jenfasizza wkoll li l-S3 ħolqu “kultura ta’ kollaborazzjoni” ġdida fi ħdan ir-reġjuni, peress li huma bbażati fuq proċess kollaborattiv u parteċipattiv bejn l-atturi fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni mal-industrija li jiffaċilita l-innovazzjoni mmexxija mid-domanda u s-soluzzjonijiet kollettivi.

6.

jinnota li l-S3 kkatalizzaw l-iżvilupp ta’ ekosistemi ġenwini ta’ innovazzjoni reġjonali. L-ekosistemi reġjonali ta’ innovazzjoni jiġġeneraw impatti sinifikanti għall-ekonomija u l-kompetittività reġjonali, kif ukoll innovazzjoni eċċellenti qrib iċ-ċittadini skont il-ħtiġijiet lokali tagħhom;

7.

jenfasizza li l-S3 jmorru aktar lil hinn mill-istrateġiji individwali tar-reġjuni u li għandhom jintużaw biex jippromovu politika ta’ innovazzjoni aktar effettiva u jħeġġu l-kooperazzjoni interreġjonali;

8.

jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li kooperazzjoni interreġjonali bbażata fuq l-S3 għandha tgħin biex jinbnew u jiġu mmudellati mill-ġdid il-katini tal-valur tal-UE biex tiġi promossa s-sinerġija tal-investimenti bejn is-settur privat u s-settur pubbliku, biex b’hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-ekonomija kollha tal-UE;

Strateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Speċjalizzata 2.0 bbażati fuq il-kooperazzjoni interreġjonali

9.

huwa tal-fehma li l-S3 2.0 futura għandha tkun ibbażata fuq il-kooperazzjoni strateġika interreġjonali u r-rabtiet sostenibbli bejn l-ekosistemi reġjonali fl-oqsma prijoritarji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, bħala ċavetta biex jiżdiedu l-kompetittività u r-reżiljenza tar-reġjuni. Għal dan il-għan, Interreg għandha tkun tista’ tiffinanzja attivitajiet bħal proġetti kondiviżi, attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, ktajjen ta’ valur ġodda … marbutin ma’ oqsma ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti: dan jgħin lir-Reġjuni biex iwasslu l-ekosistemi tal-innovazzjoni f’dimensjoni Ewropea u jappoġġjaw il-kompetittività tas-suq uniku;

10.

jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-promozzjoni tad-dimensjoni interreġjonali u transkonfinali permezz tal-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ investiment interreġjonali ser tiffaċilita l-espansjoni tal-innovazzjoni reġjonali u lokali. It-taħlita ta’ infrastrutturi teknoloġiċi, industrijali u umani ta’ reġjuni differenti skont is-saħħiet u l-kapaċitajiet tagħhom, tikkontribwixxi biex tiġġenera massa kritika u ekonomiji tal-iskala u, għaldaqstant, għandha l-potenzjal li żżid l-effiċjenza tas-sistemi ta’ riċerka u innovazzjoni;

11.

jikkunsidra li l-kooperazzjoni u l-ħolqien ta’ katini ta’ valur interreġjonali jikkontribwixxu għal aċċess aktar faċli u effiċjenti għall-infrastrutturi tat-teknoloġiji kkombinati u konnessi, u b’hekk jikkontribwixxu wkoll biex jitnaqqsu r-riskji teknoloġiċi u l-inċertezza fis-settur industrijali;

12.

waqt li l-UE tavvanza fin-negozjati u d-dibattiti dwar Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ġdid għall-2021-2027, dan huwa moment opportun biex nirriflettu fuq it-tip ta’ strumenti li l-UE għandha timplimenta biex tippromovi l-kooperazzjonijiet interreġjonali bbażati fuq l-S3;

13.

huwa tal-fehma li, minħabba l-ħtieġa ta’ ħidma kollaborattiva f’kull livell, mil-livell lokali sa dak Ewropew, għandhom jiġu indirizzati l-isfidi li ġejjin:

tiġi eliminata, fejn ikun possibbli, il-kumplessità u jiżdiedu s-sinerġiji u l-koerenza fil-ġestjoni tal-fondi, bil-għan li tinħoloq ekosistema li tiffaċilita s-sinerġiji bejn il-finanzjament reġjonali u dak Ewropew;

jitnedew strumenti finanzjarji attraenti li jgħinu biex tinħoloq ekosistema ta’ kooperazzjoni interreġjonali;

jinżamm approċċ minn isfel għal fuq li jqis il-ħtiġijiet lokali u l-prijoritajiet relatati tal-S3 biex tiżdied is-sinerġija bejn il-fondi tal-UE;

14.

jirrakkomanda li, fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, l-UE, permezz tal-Kummissjoni u l-JRC, għandha tiftaħ fażi ġdida tal-S3 2.0, ibbażata fuq l-iżvilupp ta’ Proċess ta’ Skoperta Interreġjonali (PSR) li fih ir-reġjuni jiġbru flimkien l-S3 tagħhom billi jinvolvu “l-eliċi tripli interreġjonali”;

15.

il-Proċess ta’ Skoperta Reġjonali għandu jkun ibbażat fuq proċess minn isfel għal fuq fejn l-awtoritajiet reġjonali jaqsmu l-objettivi tagħhom ta’ żvilupp ma’ reġjuni oħrajn tal-UE, ifasslu listi tal-aġenti ta’ żvilupp prinċipali involuti fir-reġjuni tagħhom, janalizzaw b’mod komuni n-nuqqasijiet jew l-isfidi tagħhom u jwettqu eżerċizzju ta’ analiżi dwar l-istrumenti ta’ appoġġ disponibbli għalihom;

16.

huwa tal-fehma li r-reġjuni għandhom jitħeġġu jwettqu eżerċizzju ta’ mmappjar tal-prijoritajiet reġjonali stabbiliti fl-S3 tagħhom u d-diversi skemi finanzjarji jew ta’ investiment fuq livell reġjonali, nazzjonali u tal-UE (Orizzont 2020, COSME, eċċ.). L-S3 li jinkludu l-eżerċizzji msemmija għandhom jitfasslu mill-Kummissjoni Ewropea u użati sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni, kif ukoll fl-iżvilupp ta’ strumenti ta’ finanzjament adegwati. Dan l-eżerċizzju għandu jikkontribwixxi għat-taħlita possibbli ta’ fondi f’kull livell (lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE) biex jiġu appoġġjati proġetti ta’ dimensjoni interreġjonali;

17.

jirrakkomanda l-adozzjoni ta’ approċċ minn isfel għal fuq, li jagħti lir-reġjuni l-possibilità li jipprovdu “Punti ta’ Kuntatt S3”. Dawn il-“Punti ta’ Kuntatt S3” għandhom ikunu inkarigati biex jiżviluppaw il-Proċess ta’ Skoperta Reġjonali (PSR), bil-għan li jippromovu l-iżvilupp tal-kooperazzjoni interreġjonali waqt li jinvolvu “l-eliċi tripli interreġjonali”;

18.

jikkunsidra li huwa essenzjali li l-Pjattaforma S3 tingħata biżżejjed mezzi sabiex jiġu żviluppati strumenti ta’ appoġġ fl-implimentazzjoni tal-politiki ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti, kif jistgħu jkunu, pereżempju, EYE@RIS3, ICT Monitoring Tool, R&I Regional Viewer jew id-Digital Innovation Hubs. Ifakkar min-naħa tiegħu l-ħtieġa ta’ sistema akbar u aktar effiċjenti għall-ġbir tad-data u statistika fuq livell reġjonali;

Sinerġiji bejn il-fondi tal-UE u l-inizjattivi u finanzjament reġjonali

19.

ifaħħar lill-Kummissjoni talli inkludiet fi ħdan ir-rapport tal-Evalwazzjoni Interna tal-programm Orizzont 2020 (1) il-punt dwar iż-żieda tas-sinerġiji ma’ programmi oħrajn ta’ finanzjament u politiċi tal-UE, b’mod speċjali r-referenza għall-bini ta’ sinerġiji bejn il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u l-S3;

20.

jikkunsidra li l-S3 għandhom jinkludu min-naħa tagħhom l-objettiv doppju li jinħolqu sinerġiji bejn il-politiki reġjonali ta’ innovazzjoni u żvilupp u l-istrumenti finanzjarji, kif ukoll, fit-tieni lok, li jiġi evitat xogħol doppju. Għaldaqstant, l-għan għandu jkun li jiġu promossi sinerġiji bejn il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (Fondi SIE) u fondi oħrajn bħal, pereżempju, id-disa’ Programm Qafas futur, u ma’ fondi nazzjonali u reġjonali;

21.

huwa tal-fehma li d-disa’ Programm Qafas għandu jinkludi l-“proċess ta’ skoperta reġjonali” u jappoġġa l-ħolqien, it-tisħiħ u l-internazzjonalizzazzjoni tal-ekosistemi reġjonali ta’ innovazzjoni. L-appoġġ għar-riċerka kollaborattiva, l-innovazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni huwa valur miżjud ġenwin tal-UE, li għandu jitjieb fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss. Barra minn hekk, fil-fondi futuri ta’ riċerka u innovazzjoni (R+I) tal-UE għandha tingħata attenzjoni akbar għall-impatt tal-azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni fuq livell territorjali;

22.

jirrikonoxxi li jeżistu ostakli sostanzjali li jagħmlu diffiċli l-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal-UE għall-kooperazzjoni interreġjonali u transnazzjonali bħal, pereżempju, in-nuqqas ta’ riżorsi jew ta’ kapaċità amministrattiva, in-nuqqas ta’ eżempji tal-aqwa prattiki, l-inċertezza dwar kif dan għandu jitwettaq, in-nuqqas ta’ referenza għal qafas metodoloġiku, nuqqas ta’ ċarezza dwar l-objettivi, livelli asimetriċi ta’ kompetenza politika, ostakli regolatorji u n-nuqqas ta’ qafas finanzjarju biex tiġi ffaċilitata din il-ħidma;

23.

jipproponi li jiġi stabbilit djalogu strutturat bejn is-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea u l-“atturi tal-ekosistema ta’ innovazzjoni reġjonali” sabiex tiġi ggarantita l-vijabbiltà tal-politiki u l-istrumenti ta’ finanzjament (attwali u ġodda) iddefiniti sabiex jiġu appoġġati l-ekosistemi reġjonali ta’ innovazzjoni u l-kooperazzjoni interreġjonali tagħhom;

24.

jemmen, min-naħa tiegħu, li għandha titwettaq l-evalwazzjoni tas-Sħubijiet ta’ Innovazzjoni (ERA-NET, JPI, ETP, eċċ.). Is-Sħubijiet jistgħu jkunu forma effettiva biex tiġi indirizzata l-frammentazzjoni, tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi, tittejjeb l-innovazzjoni u jiġu indirizzati l-isfidi soċjali, iżda għandhom jiġu ppubblikati studji li juru l-impatt tagħhom;

25.

jirrikonoxxi, ifaħħar u jaqbel mal-isforzi u l-kisbiet imwettqa mill-Kummissjoni Ewropea, b’mod speċjali permezz tal-Pjattaforma S3, fit-tfassil ta’ studji ta’ żvelar, kif ukoll fl-appoġġ għal żviluppi metodoloġiċi ta’ kooperazzjoni interreġjonali. F’dan is-sens jirrikonoxxi li l-ħolqien ta’ Pjattaformi tematiċi u t-tnedija ta’ Proġetti Pilota ta’ Kooperazzjoni Interreġjonali huma strumenti ta’ demostrazzjoni ta’ valur enormi;

26.

minkejja dak li ntqal qabel, ifakkar li l-ostakli regolatorji u n-nuqqas ta’ qafas finanzjarju jkomplu jillimitaw l-iżvilupp ta’ sistema ġenwina ta’ kooperazzjoni interreġjonali. Fuq il-bażi tal-esperjenza tal-inizjattiva Vanguard, l-isfidi li jassumu r-reġjuni meta jaffrontaw proġett ta’ kooperazzjoni interreġjonali jistgħu jinġabru fi tliet livelli. L-ewwel livell iħaddan attivitajiet inizjali marbuta mal-konfigurazzjoni tal-infrastruttura ta’ demostrazzjoni (ħolqien ta’ netwerks ta’ operaturi reġjonali, is-sejbien ta’ sinerġiji fl-attivitajiet, eċċ.). It-tieni livell jinkludi l-infiq operattiv tal-attivitajiet ta’ demostrazzjoni bbażati fuq l-iżvilupp ta’ proġetti konkreti. It-tielet u l-aħħar livell jinkludi l-infiq marbut mal-produzzjoni industrijali possibbli jew l-aċċess għas-suq tal-prodott jew servizz żviluppat matul il-fażijiet preċedenti, bħala riżultat tal-proġetti ta’ kooperazzjoni interreġjonali, ladarba l-imsemmija attivitajiet ta’ demostrazzjoni jkunu rnexxew, jiġifieri, li jkunu vvalidati u ċċertifikati;

27.

jirrakkomanda li jittieħdu miżuri urġenti sabiex jinħolqu l-istrumenti ta’ finanzjament ad hoc adegwati u flessibbli għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni interreġjonali u li jindirizzaw il-ħtiġijiet tat-tliet livelli msemmija fil-punt preċedenti. Dawn l-istrumenti jistgħu jieħdu l-forma ta’ taħlita ta’ finanzjament (inklużi taħlit ta’ krediti u self, u finanzjament pubbliku u privat f’diversi livelli) bl-użu innovattiv ta’ fondi sabiex jiġu appoġġjati l-proġetti pilota sperimentali ta’ netwerks ta’ kooperazzjoni interreġjonali li jistabbilixxu kuntatt dirett mal-industrija u li għandhom impatt notevoli:

fir-rigward tal-infiq inizjali ta’ attivitajiet marbuta mal-konfigurazzjoni tal-infrastruttura ta’ demostrazzjoni (l-ewwel livell) nirrakkomandaw li l-fondi eżistenti tal-UE jikkomplementaw l-investimenti pubbliċi-privati ddestinati għal infrastrutturi ta’ innovazzjoni fil-qafas ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni interreġjonali. Bl-istess mod, jirrakkomanda l-użu aktar flessibbli ta’ Interreg sabiex jiġi appoġġat il-ħolqien ta’ katini ta’ valur industrijali. Huwa jirrakkomanda wkoll l-estensjoni tal-approċċ taċ-“Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali” għal oqsma industrijali u teknoloġiċi oħrajn;

fir-rigward tal-infiq operattiv tal-attivitajiet ta’ demostrazzjoni bbażati fuq l-iżvilupp ta’ proġetti konkreti (it-tieni livell), jirrakkomanda li l-pajjiżi/reġjuni, li jixtiequ dan, jaħsbu għall-mezzi għall-iżvilupp ta’ sistema ta’ kupuni li tappoġġja l-parteċipazzjoni tal-impriżi tagħhom fir-rigward ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni interreġjonali. L-għan ta’ dawn il-kupuni huwa li jingħata kumpens għall-ispejjeż imġarrba fit-tfassil tal-proġett ta’ kooperazzjoni interreġjonali (żjarat lil installazzjonijiet ta’ demostrazzjoni f’reġjuni oħrajn, studji tal-komplementarjetà, tfassil ta’ studji u pjani ta’ proġetti, eċċ.). Is-sistema ta’ kupuni interreġjonali tista’ tkun ikkomplementata b’mekkaniżmi ta’ kofinanzjament (pereżempju, il-Fond Ewropew tal-Investiment) sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-impriżi għal servizzi u infrastruttura extrareġjonali. L-UE ser twettaq ir-rwol ta’ katalizzatur u appoġġ għall-Awtoritajiet Reġjonali ta’ Ġestjoni (pereżempju għas-sistemi ta’ ċertifikazzjoni miftiehma b’mod komuni jew għall-evalwazzjoni u l-awditu tal-infiq extrareġjonali);

fir-rigward tal-investimenti jew l-infiq meħtieġa b’rabta mal-produzzjoni industrijali possibbli jew l-aċċess għas-suq tal-prodott jew servizzi żviluppati (livell tlieta), jirrakkomanda l-espansjoni ta’ strumenti bħal, pereżempju, InnovFin;

28.

jivvaluta b’mod ferm pożittiv l-emendar jew is-semplifikazzjoni tal-Artikoli 65.1 u 70 tar-Regolament Qafas dwar Fondi Strutturali, u jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-użu tal-FEŻR fil-kooperazzjoni interreġjonali huwa kruċjali għall-iżvilupp tal-S3 2.0 futura. Minkejja dak li ntqal qabel, isejjaħ għal qafas legali favorevoli għall-perjodu finanzjarju li jmiss, li jippromovi s-sinerġija u t-taħlit possibbli ta’ fondi f’kull livell (lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE) għall-appoġġ għal proġetti ta’ dimensjoni interreġjonali.

Brussell, is-16 ta’ Mejju 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  COM(2018) 2 final.


5.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/19


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura

(2018/C 361/05)

Relatur:

Is-Sinjura HRISTOVA (BG/PPE), Sindku tal-Muniċipalità ta’ Gabrovo

Dokumenti ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – It-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura: Il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa tal-Mexxejja f’Gothenburg, 17 ta’ Novembru 2017

COM(2017) 673 final

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim

COM(2018) 23 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim

Premessa (2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(2)

Ispirata minn dawn il-valuri, l-Unjoni rnexxielha tgħaqqad pajjiżi, komunitajiet u nies flimkien fi proġett politiku uniku, li wassal għall-itwal perjodu ta’ paċi fl-Ewropa u li min-naħa tiegħu ġab stabbiltà soċjali u prosperità ekonomika. L-adozzjoni mill-Istati Membri tal-valuri stabbiliti fit-Trattat toħloq bażi komuni li tifforma l-karatteristika distinta tal-istil ta’ ħajja u tal-identità Ewropej, u tagħti post lill-Unjoni fix-xena globali.

(2)

Ispirata minn dawn il-valuri, l-Unjoni rnexxielha tgħaqqad pajjiżi, ir-reġjuni, il-bliet u ż-żoni rurali tagħhom, komunitajiet u nies flimkien fi proġett politiku uniku, li wassal għall-itwal perjodu ta’ paċi fl-Ewropa u li min-naħa tiegħu ġab stabbiltà soċjali u prosperità ekonomika. L-adozzjoni mill-Istati Membri tal-valuri stabbiliti fit-Trattat toħloq bażi komuni li tifforma l-karatteristika distinta tal-istil ta’ ħajja u tal-identità Ewropej, u tagħti post lill-Unjoni fix-xena globali.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 2

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim

Premessa (3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(3)

L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha qed iħabbtu wiċċhom ma’ varjetà ta’ sfidi, inklużi l-popoliżmu, il-ksenofobija, in-nazzjonaliżmu diviżiv, id-diskriminazzjoni, it-tixrid ta’ aħbarijiet foloz u ta’ informazzjoni qarrieqa kif ukoll l-isfida tar-radikalizzazzjoni. Dawn il-fenomeni jistgħu jkunu ta’ theddida serja għas-sisien tad-demokraziji tagħna, idgħajfu l-fiduċja fl-istat tad-dritt u fl-istituzzjonijiet demokratiċi u jfixklu s-sens komuni ta’ appartenenza fis-soċjetajiet Ewropej tagħna u bejniethom.

(3)

L-Unjoni, l-Istati Membri tagħha, kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali, qed iħabbtu wiċċhom ma’ varjetà ta’ sfidi, inklużi l-popoliżmu, il-ksenofobija, in-nazzjonaliżmu diviżiv, id-diskriminazzjoni, it-tixrid ta’ aħbarijiet foloz u ta’ informazzjoni qarrieqa kif ukoll l-isfida tar-radikalizzazzjoni. Dawn il-fenomeni jistgħu jkunu ta’ theddida serja għas-sisien tad-demokraziji tagħna fil-livelli kollha ta’ governanza , idgħajfu l-fiduċja fl-istat tad-dritt u fl-istituzzjonijiet demokratiċi u jfixklu s-sens komuni ta’ appartenenza fis-soċjetajiet Ewropej tagħna u bejniethom.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 3

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim

Premessa (4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(5)

L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni x’jaqdu fil-politiki tal-edukazzjoni u l-kultura minħabba l-qrubija tagħhom lejn l-Ewropej, peress li jitqies li huma fl-eqreb livell ta’ governanza għaċ-ċittadini fuq il-post. Għalhekk, hemm bżonn li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkomplu jaqdu rwol ċentrali fl-implimentazzjoni u l-adattar tal-miżuri u r-riformi proposti, kif ukoll jiġu inklużi fi stadju bikri tal-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet biex jiġi garantit riżultat effiċjenti u effettiv u jiġi żgurat li l-valur miżjud ta’ politiki edukattivi u kulturali tal-UE jinħassu fuq il-post.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 4

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim

Premessa (12)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(13)

F’dan il-kuntest, ta’ min jenfasizza l-importanza kritika li ssir analiżi tad-disparitajiet reġjonali u tal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali li jirriżultaw mill-ispariġġi u n-nuqqas ta’ ħiliet fl-UE meta jitfasslu r-riformi tas-sistemi edukattivi u ta’ taħriġ.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 5

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim

Premessa (13)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(13)

F’dan l-isfond, huwa essenzjali li l-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex ikomplu jimplimentaw l-għanijiet kollha tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi tal-2015. Huwa partikolarment importanti li jkomplu jiġu promossi l-valuri komuni bħala vetturi ta’ koeżjoni u inklużjoni, tiġi favorita l-implimentazzjoni ta’ ambjenti ta’ tagħlim parteċipattivi fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, jitjieb it-taħriġ għall-għalliema dwar iċ-ċittadinanza u d-diversità u jitjiebu l-ħiliet dwar il-litteriżmu medjatiku u l-ħsieb kritiku tal-istudenti kollha.

(13)

F’dan l-isfond, huwa essenzjali li l-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex ikomplu jimplimentaw l-għanijiet kollha tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi tal-2015 u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jipprovdulhom l-għodod meħtieġa biex jiżguraw implimentazzjoni effettiva fuq il-post . Huwa partikolarment importanti li jkomplu jiġu promossi l-valuri komuni bħala vetturi ta’ koeżjoni u inklużjoni, tiġi favorita l-implimentazzjoni ta’ ambjenti ta’ tagħlim parteċipattivi fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, jitjieb it-taħriġ għall-għalliema dwar iċ-ċittadinanza u d-diversità u jitjiebu l-ħiliet dwar il-litteriżmu medjatiku u l-ħsieb kritiku tal-istudenti kollha.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 6

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim

Premessa (15)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(15)

Il-programm Erasmus+ juri li l-mobilità u l-kuntatti transkonfinali huma l-aktar mod effiċjenti kif wieħed jesperjenza l-identità Ewropea. Huwa essenzjali li l-kategoriji kollha ta’ studenti jibbenefikaw bl-istess mod mill-opportunitajiet li joffri dan il-programm; b’mod partikolari permezz ta’ skambji skolastiċi bejn l-Istati Membri. Il-mobilità virtwali, speċjalment permezz tan-netwerk e-twinning, hija għodda eċċellenti li tippermetti l-kuntatt dirett bejn l-istudenti, u fis-snin li ġejjin għandha tintuża fuq skala akbar flimkien mal-mobilità fiżika.

(15)

Il-programm Erasmus+ juri li l-mobilità u l-kuntatti transkonfinali huma l-aktar mod effiċjenti kif wieħed jesperjenza l-identità Ewropea. Huwa essenzjali li l-kategoriji kollha ta’ studenti jibbenefikaw bl-istess mod mill-opportunitajiet li joffri dan il-programm; b’mod partikolari permezz ta’ skambji skolastiċi bejn u fi ħdan l-Istati Membri. Il-mobilità virtwali, speċjalment permezz tan-netwerk e-twinning, hija għodda eċċellenti li tippermetti l-kuntatt dirett bejn it-tfal tal-iskola u l-istudenti, u fis-snin li ġejjin għandha tintuża fuq skala akbar flimkien mal-mobilità fiżika. F’dan il-kuntest, jissuġġerixxi wkoll l-introduzzjoni ta’ opportunitajiet ġodda u li jitwessa’ l-ambitu ta’ dawk eżistenti għall-mobilità kulturali;

Raġuni

Evidenti.

Emenda 7

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

3.     jagħmlu użu mill-prossimità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali maċ-ċittadini tal-Ewropa u mill-fatt li dawn jinsabu fl-aħjar pożizzjoni strateġika sabiex janalizzaw u jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-gruppi kulturali differenti fit-territorji tagħhom u sabiex iħejju l-bażi għal djalogu interkulturali effettiv u għall-promozzjoni ta’ valuri komuni;

Raġuni

Evidenti.

Emenda 8

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jipprovdu edukazzjoni inklużiva

Jipprovdu edukazzjoni inklużiva

4.   jippromovu l-edukazzjoni inklużiva għall-istudenti kollha, b’mod partikolari billi:

4.   jippromovu l-edukazzjoni inklużiva għall-istudenti kollha, b’mod partikolari billi:

(a)

jinkludu l-istudenti kollha f’edukazzjoni ta’ kwalità minn età żgħira;

(a)

jinkludu l-istudenti kollha f’edukazzjoni ta’ kwalità minn età żgħira u jiżguraw li opportunitajiet indaqs u l-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità jiġu provduti għal kull student inklużi għal dawk bi sfondi lingwistiċi, reliġjużi, etniċi jew ta’ minoranza oħra;

(b)

jipprovdu l-appoġġ meħtieġ għall-istudenti skont il-ħtiġijiet tagħhom, inkluż dawk li ġejjin minn ambjenti soċjoekonomiċi żvantaġġati, dawk bi sfond ta’ migrazzjoni, dawk bi ħtiġijiet edukattivi speċjali u lill-istudenti bl-akbar talent;

(b)

jipprovdu l-appoġġ u l-gwida meħtieġa għall-istudenti skont il-ħtiġijiet tagħhom, inkluż dawk li ġejjin minn ambjenti soċjoekonomiċi żvantaġġati, dawk bi sfond ta’ migrazzjoni, inklużi dawk ir-refuġjati li jixtiequ jintegraw ruħhom fl-Unjoni Ewropea bħala ċittadini , dawk bi ħtiġijiet edukattivi speċjali u lill-istudenti b’kapaċitajiet għoljin ;

(c)

jiffaċilitaw it-tranżizzjoni bejn il-livelli differenti tal-edukazzjoni u jippermettu l-għoti ta’ gwida adegwata għall-edukazzjoni u l-karriera.

(c)

jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ studenti f’reġjuni tal-UE bi sfidi ġeografiċi u demografiċi, inklużi dawk minn l-aktar reġjuni mbegħdin;

 

(d)

jiffaċilitaw it-tranżizzjoni bejn il-livelli differenti tal-edukazzjoni u jippermettu l-għoti ta’ gwida adegwata għall-edukazzjoni u l-karriera , kif ukoll jipprovdu proċess ta’ appoġġ u opportunitajiet ta’ taħriġ tul il-ħajja kollha għal dawk kollha li jkunu qed jitgħallmu ;

 

(e)

jagħtu l-appoġġ neċessarju għal rwol iktar b’saħħtu għat-tagħlim tal-lingwi fil-kurrikuli diġà mill-iskola primarja għax it-tagħlim tal-lingwi mhux biss huwa meqjus l-aktar effettiv f’età żgħira, iżda wkoll ħiliet dgħajfa tal-lingwa huma meqjusa bħala wieħed mill-akbar ostakoli għall-moviment liberu tal-persuni u l-ħolqien ta’ forza tax-xogħol rilevanti għall-ħtiġijiet tal-ekonomija Ewropea;

 

(f)

jippermettu liż-żgħażagħ jiksbu u jiżviluppaw ħiliet addizzjonali permezz tat-tagħlim formali u mhux formali, peress li dan mhux biss itejjeb l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ permezz ta’ tqabbil aħjar tal-ħiliet tagħhom mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol, iżda wkoll jippermettilhom jikkontribwixxu b’mod aktar attiv għal proġetti ta’ solidarjetà u biex jiffurmaw il-ġejjieni tal-Ewropa  (1) .

Raġuni

Ikompli jissaħħaħ, f’ċerti aspetti, il-fokus tal-ħtiġijiet edukattivi speċifiċi u l-opportunitajiet indaqs filwaqt li tiżdied id-dimensjoni ta’ gwida u taħriġ tul il-ħajja, peress li l-edukazzjoni m’għandhiex tkun limitata għal ċerta età ta’ min qed jitgħallem.

Emenda 9

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jippromwovu dimensjoni Ewropea tat-tagħlim;

Jippromwovu dimensjoni Ewropea tat-tagħlim;

6.   jippromwovu dimensjoni Ewropea tat-tagħlim billi jħeġġu:

6.   jippromwovu dimensjoni Ewropea tat-tagħlim billi jħeġġu:

(a)

fehim tal-kuntest Ewropew u l-wirt komuni u għarfien tad-diversità tal-Istati Membri tal-Unjoni;

(a)

fehim tal-kuntest Ewropew u l-wirt komuni u għarfien tad-diversità tal-Istati Membri tal-Unjoni , inkluża n-nisġa rikka tal-istrutturi sottonazzjonali , sabiex jiġi promoss fehim ta’ wirt kulturali Ewropew komuni ;

(b)

fehim tal-oriġini u tal-funzjonament tal-Unjoni;

(b)

fehim tal-oriġini u tal-funzjonament tal-Unjoni inkluż tad-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE ;

(c)

il-parteċipazzjoni tal-istudenti u tal-għalliema fin-netwerk e-Twinning u fil-mobilità transkonfinali, speċjalment fl-iskejjel;

(c)

il-parteċipazzjoni tal-istudenti u tal-għalliema fin-netwerk e-Twinning u fil-mobilità transkonfinali, speċjalment fl-iskejjel;

(d)

proġetti fil-prattika biex tinħoloq kuxjenza dwar l-Unjoni Ewropea fiċ-ċentri ta’ edukazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-interazzjoni diretta maż-żgħażagħ.

(d)

proġetti fil-prattika biex tinħoloq kuxjenza dwar l-Unjoni Ewropea fiċ-ċentri ta’ edukazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-interazzjoni diretta maż-żgħażagħ fil-livell lokali u reġjonali bħala l-livell ta’ governana l-eqreb għalihom;

 

(e)

attitudni ta’ tagħlim tul il-ħajja, li jinkludi iżda mhuwiex limitat għall-edukazzjoni tal-adulti, li jrawwem spirtu ta’ stħarriġ kontinwu u l-kisba tal-għarfien u l-eċċellenza li jistgħu jiġu kkultivati minn kmieni sa mill-edukazzjoni primarja (jew qabel il-primarja) u għandhom ikunu integrati fl-istadji kollha tal-edukazzjoni

 

(f)

enfasi aktar qawwija li għandha ssir fuq temi relevanti għad-diġitalizzazzjoni tas-soċjetà Ewropea sabiex dawk li qed jitgħallmu jsiru familjari mal-kunċetti ta’ kodifikazzjoni u jiġu introdotti kompetenzi fl-oqsma taċ-ċibersigurtà u tal-litteriżmu medjatiku;

 

(g)

l-intenzjoni li kull student fl-Ewropa jingħata tal-inqas esperjenza intraprenditorjali waħda sabiex fl-edukazzjoni formali u informali jiżdiedu l-prattiki ta’ tagħlim intraprenditorjali u dawk ibbażati fuq il-proġetti u fuq ir-riċerka .

Raġuni

Id-diversità tal-istrutturi sottonazzjonali fl-Istati Membri tal-UE hija element essenzjali tal-wirt kulturali u politiku tal-UE u punt ta’ referenza ewlieni għall-iżviupp ta’ ċittadinanza attiva bbażata fuq id-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE.

Emenda 10

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jappoġġaw lill-għalliema u t-tagħlim

Jappoġġaw lill-għalliema u t-tagħlim

7.   Jippermettu lill-għalliema, lill-mexxejja tal-iskejjel u lill-persunal akkademiku biex jippromwovu l-valuri komuni u jipprovdu edukazzjoni inklużiva, permezz ta’:

7.   Jippermettu lill-għalliema, lill-mexxejja tal-iskejjel u lill-persunal akkademiku biex jippromwovu l-valuri komuni u jipprovdu edukazzjoni inklużiva, permezz ta’:

(a)

miżuri li jagħtu setgħa lill-għalliema, lill-mexxejja tal-iskejjel u lill-persunal akkademiku biex jgħinuhom iwasslu l-valuri komuni, jippromwovu ċ-ċittadinanza attiva filwaqt li jittrażmettu sens ta’ appartenenza u jwieġbu għall-ħtiġijiet differenti tal-istudenti; u

(a)

miżuri li jagħtu setgħa lill-għalliema, lill-mexxejja tal-iskejjel u lill-persunal akkademiku biex jgħinuhom iwasslu l-valuri komuni, jippromwovu ċ-ċittadinanza attiva filwaqt li jittrażmettu sens ta’ appartenenza u jwieġbu għall-ħtiġijiet differenti tal-istudenti;

(b)

promozzjoni ta’ skambji u programmi ta’ tagħlim bejn il-pari kif ukoll gwida u mentoraġġ konsulenza għall-għalliema u l-persunal akkademiku.

(b)

promozzjoni ta’ skambji u  tal-aħjar prattiki, u programmi ta’ tagħlim bejn il-pari kif ukoll gwida u mentoraġġ konsulenza għall-għalliema u l-persunal akkademiku , kif ukoll mobilità permezz tal-programm Erasmus+  (1) ; u

(c)

promozzjoni ta’ miżuri biex jiffaċilitaw l-iskambji bejn l-għalliema u l-ġenituri/persuni li jindukraw sabiex jissaħħu r-rabtiet bejn l-iskola u l-ambjent tal-familja/tad-dar u biex jitrawwem djalogu permanenti, li huma kruċjali għall-integrazzjoni b’suċċess tal-istudenti fl-ambjent skolastiku u s-soċjalizzazzjoni ġenerali tagħhom.

Raġuni

Emenda 11

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

12.     Jiżguraw li l-istituzzjonijiet pubbliċi, l-iskejjel u l-istabbilimenti edukattivi kollha fl-UE jkunu mgħammra bl-infrastruttura tal-broadband ta’ veloċità għolja u bit-tagħmir diġitali meħtieġa, b’mod partikolari dawk li jinsabu f’żoni bi sfidi ġeografiċi, demografikaċi jew soċjali, sabiex jiġi evitat li jiżdiedu d-diskrepanzi edukattivi u kulturali fl-era diġitali.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 12

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

15.   tivvaluta u tevalwa l-azzjoni meħuda bħala segwitu għal din ir-Rakkomandazzjoni , b’mod partikolari permezz tal-qafas ET2020, inkluż il-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ.

15.   tivvaluta u tevalwa l-azzjoni meħuda bħala segwitu għal din ir-Rakkomandazzjoni, fuq bażi annwali permezz tas-Semestru Ewropew, u permezz tal-qafas ET2020, inkluż il-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ.

Raġuni

L-inklużjoni ta’ din id-dimensjoni fil-proċess tas-Semestru Ewropew tippermetti għal monitoraġġ u evalwazzjoni effiċjenti tal-iżviluppi fil-qasam.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jappoġġja l-viżjoni ġenerali ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u jaqbel li l-edukazzjoni u l-kultura huma fatturi ewlenin biex l-Ewropa ssir aktar reżiljenti fil-kuntest ta’ globalizzazzjoni aktar mgħaġġla u x-xejriet ġeopolitiċi attwali;

2.

jaqbel dwar il-ħtieġa li jitrawwem appoġġ għas-sett bażiku ta’ valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea u li l-Istati Membri ntrabtu magħhom meta ssieħbu fl-UE; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza li jissokta l-impenn komuni biex dawn il-valuri jitħarsu bħala element essenzjali tal-identità kulturali, li jirrikjedi ċittadinanza Ewropea attiva li toriġina mid-diversità kulturali;

3.

jenfasizza li l-edukazzjoni u l-kultura għandhom impatt kbir fuq l-oqsma kollha tal-ħajja u b’mod speċifiku fuq it-tisħiħ tas-soċjetà, u għaldaqstant huma għodod ewlenin li jwasslu għal integrazzjoni kulturali akbar bejn l-Ewropej, biex b’hekk tiġi promossa inklużjoni soċjali, jinnota li l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza hija element essenzjali f’dan ir-rigward u jisħaq li s-sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tal-UE fost il-pubbliku ġenerali għandha tkun indirizzata primarjament lejn iż-żgħażagħ (1);

4.

jenfasizza li r-responsabilità primarja għall-edukazzjoni u l-kultura politika hija f’idejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom u li l-azzjoni tal-UE f’konformità mal-Artikolu 6 tat-TFUE għandha biss tikkomplementa, tappoġġja jew tikkoordina l-azzjoni tal-Istati Membri u tipprovdi inizjattivi ta’ kooperazzjoni reġjonali u lokali f’dan il-qasam. Jenfasizza li kull azzjoni tal-UE f’dan il-qasam għandha tkun kompletament iġġustifikata mill-perspettiva tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

5.

jenfasizza r-rwol tal-kultura bħala fattur li jikkontribwixxi għat-tiswir tal-identità, u għaldaqstant il-ħtieġa li jkun indirizzat it-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-kultura sabiex tkun sostnuta l-leġittimità tal-istrutturi demokratiċi fil-livell Ewropew, u b’hekk tappoġġja inizjattivi għal għarfien reċiproku u familjarizzazzjoni fost l-Ewropej dwar il-valur intrinsiku tal-espressjoni kulturali u artistika, sabiex issaħħaħ il-komponenti kulturali komuni tal-identità Ewropea tagħna;

6.

jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni x’jaqdu fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-edukazzjoni u l-kultura minħabba l-qrubija tagħhom lejn l-Ewropej u jinsisti li dawn ikomplu jaqdu rwol ċentrali fl-implimentazzjoni u l-adattament tal-miżuri u r-riformi proposti;

7.

iqis li kif inhi bħalissa, il-miżura proposta ma tidhirx li tqajjem xi tħassib dwar is-sussidjarjetà u jenfasizza l-importanza li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità sabiex ikun żgurat li ma jiġi ġġenerat l-ebda piż finanzjarju jew amministrattiv, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat appoġġ finanzjarju b’saħħtu għall-politiki u l-programmi tal-edukazzjoni u l-kultura fil-QFP li jmiss;

L-aġenda Ewropea

8.

jaqbel dwar l-importanza tal-iżviluppi ewlenin elenkati, u jirrimarka li dawn mhumiex indipendenti, u jitlob li titwettaq ir-riċerka dwar il-modi fejn dawn jiddependu minn xulxin;

9.

l-importanza tan-netwerk Europe Direct għandha tiġi enfasizzata fir-rigward tal-kuxjenza u d-disseminazzjoni tal-proġett Ewropew tal-integrazzjoni, għaliex l-objettivi tiegħu jinkludu li tingħata l-informazzjoni liċ-ċittadini tal-UE dwar il-proġett;

10.

jappoġġja għalkollox li fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiġi inkorporat id-dritt għall-edukazzjoni u t-taħriġ bħala dritt fundamentali soċjali u tal-bniedem (2);

L-identità Ewropea u l-kuxjenza dwar il-wirt kulturali

11.

jenfasizza l-importanza tal-valuri tal-UE riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – id-dinjità tal-bniedem, il-libertà, l-ugwaljanza u s-solidarjetà – sabiex jintlaħaq il-ġid komuni, u għalhekk jitlob għal aktar inklużività, rispett tal-wirt spiritwali u morali tal-popli tal-Ewropa u l-valorizzazzjoni tal-inizjattivi li jippromovu l-għixien aħjar flimkien;

12.

itenni l-importanza li jingħataw l-attenzjoni u r-riżorsi għall-aspetti tal-għarfien u t-tixrid tal-kultura, l-istorja l-identità Ewropej. F’dan ir-rigward, huwa propost li l-Programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” jiġi estiż biex numru akbar ta’ inizjattivi marbuta ma’ dan il-għan ikunu jistgħu jirċievu appoġġ;

13.

jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fl-azzjoni politika tal-UE u, kif jingħad fir-rapport dwar “Reaching out to EU Citizens: a new opportunity”, jisħaq dwar ir-rwol essenzjali tal-kunċett tal-komunità, li jħaddan il-kunċetti lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali li jgħixu fihom iċ-ċittadini sabiex jinħoloq spazju pubbliku komuni, li fih l-individwi jkunu jistgħu jaġixxu flimkien dwar bażi mibnija fuq il-valuri.” (3) Għalhekk l-identità Ewropea u l-valuri kondiviżi tagħha għandhom jikkumplementaw il-perċezzjonijiet reġjonali u nazzjonali eżistenti li jirrigwardaw l-appartenenza sabiex tiġi promossa ċ-ċittadinanza f’diversi livelli, kif inhu pprovdut fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 2 tat-Trattat ta’ Lisbona;

14.

itenni l-importanza tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 fil-promozzjoni tal-kuxjenza kulturali u kif ukoll ir-rwol tal-kultura kemm fit-tisħiħ tal-identità Ewropea u kif ukoll fl-appoġġ tal-inklużjoni;

15.

jappella għal impenn aktar qawwi mal-Istati Membri, kif ukoll mar-reġjuni u l-bliet tagħhom biex tiġi żviluppata viżjoni Ewropea u tiġi promossa viżibbiltà akbar ta’ proġetti u inizjattivi tal-UE, li attwalment qed jixxekkel ta’ spiss minħabba n-nazzjonalizzazzjoni tas-suċċessi u l-Ewropizzazzjoni tal-fallimenti tal-UE, kif saħaq il-President Juncker fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni 2016;

16.

jappella għal miżuri speċifiċi biex jiġu ppreservati, żviluppati u ppopolarizzati l-arti u s-snajja’ tradizzjonali Ewropej, l-inizjattivi tal-patrimonju ħaj u tal-istorja, kif ukoll inizjattivi u attivitajiet kulturali u artistiċi oħra li jagħmlu parti mill-kultura tas-soċjetà Ewropea kontemporanja u li jippromovu identità komuni, minħabba n-natura interattiva tagħhom li tiffaċilita t-tagħlim bil-prattika u l-involviment kulturali;

17.

għalhekk jitlob li s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 tiġi nkluża f’inizjattivi strateġiċi li jappoġġjaw l-iżvilupp kulturali, iżidu l-għarfien reċiproku tar-reġjuni u joffru opportunitajiet ġodda għat-turiżmu kulturali sostenibbli; Inizjattivi bħal dawn jistgħu jiġu ffinanzjati permezz tal-programm Ewropa Kreattiva, u b’hekk jiġi appoġġjat it-tixrid tal-wirt kulturali Ewropew lil hinn mill-2018;

18.

iħeġġeġ li ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jiġi sfruttat minn din l-inizjattiva biex tissaħħaħ l-identità Ewropea, billi jiġu stabbiliti rabtiet aktar mill-qrib bejn it-tikketta u r-reġjuni, jiġu ċċarati l-proċeduri ta’ selezzjoni għal postijiet ġodda tat-tikketta, biex b’hekk din issir iktar magħrufa u tiġi pprovduta b’mezzi effettivi ta’ tixrid;

19.

jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta’ opportunitajiet ġodda u li jiġi mwessa’ l-ambitu ta’ dawk eżistenti għall-mobilità kulturali għar-reġjuni kollha, inklużi żoni aktar remoti bħar-reġjuni ultraperiferiċi u insulari;

20.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali qegħdin fl-aħjar pożizzjoni strateġika biex janalizzaw u jwieġbu għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-gruppi tal-popolazzjoni differenti fit-territorji tagħhom, biex iwittu t-triq għal djalogu interkulturali effettiv u biex jissaħħaħ l-għarfien u jiġi ffaċilitat l-aċċess tan-nies għall-kultura Ewropea komuni;

21.

jinnota l-importanza li jiġu previsti użi u applikazzjonijiet ġodda għall-wirt kulturali, l-iżvilupp tal-industriji kulturali u kreattivi, u t-taħriġ u l-ispeċjalizzazzjoni tal-professjonisti futuri fil-qasam kulturali;

22.

jenfasizza r-rwol tal-kultura bħala mezz biex tqarreb aktar il-popli lejn xulxin, u tippermettilhom li jistabbilixxu rabtiet kulturali u lingwistiċi. Hija wkoll għodda li tippermetti d-djalogu politiku u ekonomiku, peress li dan jippromovi l-għarfien reċiproku u jiġġenera l-fiduċja, l-interess u r-rispett fost l-Istati Membri;

23.

jirrimarka l-importanza li l-kultura Ewropea u l-valuri li jirriżultaw minnha jitgħaddew liż-żgħażagħ Ewropej;

L-edukazzjoni

24.

jirrimarka li d-diġitalizzazzjoni tas-soċjetà fl-Ewropa tista’ tkun – fl-edukazzjoni wkoll – l-iktar sforz trasformattiv tal-UE bħalissa. Dan huwa proċess gradwali u multidimensjonali li jrid jiżviluppa mhux biss l-esperjenza tal-istudenti ta’ kull età fil-klassi, iżda wkoll il-komunikazzjoni, l-evalwazzjoni, il-governanza u l-amministrazzjoni, il-ġbir u l-analiżi tad-data fl-istadji kollha tal-edukazzjoni;

25.

jiġbed l-attenzjoni għall-effetti tal-użu ħażin tar-riżorsi diġitali, li jistgħu jsiru strument ta’ propaganda perikoluża f’idejn tal-forzi antidemokratiċi; jilqa’, għalhekk, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar “L-indirizzar tad-diżinformazzjoni online: Approċċ Ewropew” (4), li jerġa’ jsemmi b’mod ġenerali l-erba’ prinċipji tat-“trasparenza, l-integrità, il-parteċipazzjoni u l-kollaborazzjoni”, kif identifikati fir-Rapport “Reaching out to EU Citizens: a new opportunity” (5);

26.

jinsab imħasseb li, fi kliem il-Kummissjoni, “ħafna skejjel għad m’għandhomx aċċess għal konnettività b’veloċità għolja u tagħmir diġitali”. Dan huwa aggravat mill-fatt li ħafna minn dawn l-iskejjel jinsabu f’reġjuni bi sfidi demografiċi, ġeografiċi u soċjali – inklużi r-reġjuni insulari, remoti u ultraperiferiċi – u l-lakuni edukattivi se jiżdiedu, aktar milli jonqsu, sakemm ma jittiħdux miżuri malajr;

27.

jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni tintroduċi rekwiżiti addizzjonali għall-għalliema f’termini ta’ ħiliet u kompetenzi u li l-partijiet interessati jeħtieġu li jħejju l-forza tax-xogħol edukattiva fi żmien xieraq u b’mod adegwat fl-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom; fl-istess ħin juri li dan jista’ jipprovdi opportunitajiet għal metodi ta’ tagħlim innovattivi u għal interazzjoni;

28.

wissa wkoll li ż-żieda fid-diġitalizzazzjoni żżid ukoll il-vulnerabbiltà għall-attakk u l-impatt ta’ theddid ċibernetiku possibbli, li huwa aggravat aktar min-natura kritika u privata tad-data li jiġbru l-iskejjel u li joperaw biha;

29.

fir-rigward tal-punt preċedenti, jirrakkomanda bil-qawwa li l-kunċett ta’ “sigurtà ppjanata” għandu jiġi applikat lis-softwer edukattiv u lil kwalunkwe softwer jew bażijiet tad-data oħrajn użati mill-istituzzjonijiet edukattivi; għandhom jiġu introdotti politiki trasparenti għall-ġbir u l-ħżin ta’ data personali;

30.

filwaqt li jirrikonoxxi li l-identità, il-valuri u l-attitudnijiet inizjali jissawru, fil-biċċa l-kbira, fil-familja, u b’mod ġenerali fl-ambjent usa’ tad-dar, iħeġġeġ il-ħolqien ta’ miżuri biex jaħdmu b’mod attiv mal-ġenituri, it-tisħiħ tal-konnessjonijiet bejn il-ġenituri u l-iskola u “l-approċċ edukattiv sħiħ” b’mod ġenerali;

31.

jirrimarka li ħiliet dgħajfa tal-lingwa huma ostakolu ewlieni għall-moviment liberu tal-ħaddiema u jenfasizza li l-inizjattivi ta’ tagħlim tul il-ħajja, u programmi ta’ tagħlim tal-lingwa ta’ introduzzjoni u dawk kontinwi, jippermettu lill-forza tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea u lill-professjonijiet tagħha jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;

32.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-tagħlim tal-lingwi huwa meqjus ħafna aktar effettiv f’età żgħira, u jitlob biex it-tagħlim tal-lingwi jaqdi rwol aktar b’saħħtu fil-kurrikulu tal-iskejjel primarji;

33.

jissuġġerixxi li l-livell ta’ gvern responsabbli għall-iffissar tal-kurrikulu edukattiv għall-iskejjel ipoġġi aktar enfasi fuq l-aspetti kulturali u etnografiċi tal-istorja, b’analiżi kritika u filosofika tal-valuri universali fid-diversità, u jinkludi taqsima fil-kurrikulu dwar l-Unjoni Ewropea, li tenfasizza r-rwol tad-drittijiet tal-bniedem, iċ-ċittadinanza Ewropea bħala ideal u l-kosmopolitaniżmu bħala komponenti tal-Unjoni; b’hekk jissuġġerixxi li jkun hemm aktar kollaborazzjoni mal-atturi kulturali fil-livell lokali, pereżempju billi jitfassal pjan ta’ edukazzjoni kulturali li jappoġġja l-ħidma fil-kurrikuli tal-iskejjel u rotta kulturali li tippreżenta l-offerta tal-kultura u tal-arti;

34.

barra minn hekk jitlob biex is-suġġetti rilevanti għad-diġitalizzazzjoni tas-soċjetà jingħataw prominenza akbar, sabiex dawk li qed jitgħallmu jsiru familjari mal-kunċetti ta’ kodifikazzjoni u jiġu introdotti l-kompetenzi, mhux biss strumentali iżda wkoll etiċi, kritiċi u riflessivi, fil-qasam taċ-ċibersigurtà, in-netwerking soċjali u l-litteriżmu medjatiku;

35.

jappoġġja l-intenzjoni tal-Kunsill li jipprovdi lil kull student jew apprentist fl-Ewropa b’tal-inqas esperjenza intraprenditorjali waħda possibbilment f’pajjiż ieħor tal-UE u jirrakkomanda żieda fil-prattiċi ta’ tagħlim ibbażati fuq ir-riċerka, il-proġetti u l-intraprenditorija kemm fl-edukazzjoni formali u kemm f’dik informali kif ukoll f’negozji, assoċjazzjonijiet, fundazzjonijiet jew kwalunkwe tip ieħor ta’ entità privata jew pubblika, b’hekk jiġi promoss l-ispirtu intraprenditorjali u kreattiv; Għalhekk jappella għal aktar kooperazzjoni bejn l-iskejjel, is-settur privat u l-korpi tat-tielet settur, u jappella wkoll biex jitfasslu programmi edukattivi li għandhom l-għan li jqabblu l-ħiliet tal-istudenti mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;

36.

jappoġġja l-miżuri li jiżguraw opportunitajiet indaqs għal kull student u apprentist u t-tnaqqis fl-inugwaljanza, u jagħti parir li għandha titwettaq riċerka fil-fond tal-kawżi sottostanti għal dawn l-inugwaljanzi sabiex titjieb l-effikaċja ta’ inizjattivi Ewropej f’dan il-qasam;

37.

jirrakkomanda b’mod espliċitu filwaqt li jirrimarka li “azzjoni lil hinn minn opportunitajiet indaqs” għandha tinftiehem bħala “l-għoti ta’ opportunitajiet ekwi” bħala mezz biex tkun żgurata l-inklużjoni, li tirrikjedi azzjoni deċiżiva. Azzjoni bħal din ma tistax tkun limitata biex ikun trattat l-eżitu ta’ kwistjonijiet bħalma huma l-inugwaljanza, s-sottorappreżentanza u l-esklużjoni billi jibbilanċjaw mill-ġdid l-opportunitajiet edukattivi. Minflok, l-awtoritajiet għandhom jimmiraw il-miżuri tagħhom biex isolvu l-kawżi sottostanti u jgħinu liċ-ċittadini u l-komunitajiet affettwati biex jegħlbuhom. L-awtoritajiet lokali u reġjonali, peress li huma l-eqreb lejn iċ-ċittadini Ewropej għandhom jingħataw is-setgħa biex iwettqu riċerka, ifasslu u jimplimentaw miżuri bħal dawn skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-komunitajiet lokali;

38.

jenfasizza l-importanza kritika li jiġu eżaminati d-disparitajiet reġjonali, jiġu stabbiliti bażijiet komuni fit-tagħlim fil-primarja u s-sekondarja tas-sistemi edukattivi tal-pajjiżi tal-Unjoni u b’hekk jiġu evitati l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali li jirriżultaw mill-ispariġġi u min-nuqqas ta’ ħiliet fl-UE meta jitfasslu r-riformi tas-sistemi edukattivi u dawk tat-taħriġ; Jirrimarka, barra minn hekk, li sabiex ikun hemm rabta mill-ġdid ma’ organizzazzjonijiet sportivi fil-livell lokali, jeħtieġ li l-UE tirrikonoxxi b’mod sħiħ u tisfrutta l-għarfien espert tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili (6);

39.

itenni l-importanza li jinħoloq qafas komuni għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni informali u mhux formali sabiex jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta’ proċeduri nazzjonali rilevanti;

40.

jappoġġja bil-qawwa t-tisħiħ tal-programm Erasmus + bil-għan li jkun irduppjat in-numru ta’ parteċipanti, jintlaħqu persuni li qed jitgħallmu minn sfondi żvantaġġati sal-2025 u li jiġi estiż lejn it-tagħlim tul il-ħajja u l-mobilità tal-edukaturi sabiex jiggarantixxi l-mobilità għall-istudenti kollha taħt kundizzjonijiet ugwali, irrispettivament minn fejn jgħixu, inklużi dawk minn żoni remoti, insulari u tar-reġjuni l-aktar imbiegħda;

41.

jirrakkomanda li sabiex jiġu miġġielda l-kampanji ta’ diżinformazzjoni u x-xejra ta’ aħbarijiet foloz, l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jiġu mħeġġa u megħjuna biex jirreaġixxu malajr u biex b’mod proattiv jipprovdu data relevanti f’mod komprensiv. Mekkaniżmi aħjar biex jindirizzaw il-mistoqsijiet u t-tħassib taċ-ċittadini jistgħu wkoll jiġu implimentati bl-għajnuna ta’ teknoloġiji moderni tal-Internet;

42.

jirrimarka li sabiex jingħata aċċess ugwali għar-riżorsi tal-Erasmus+, kull ċittadin Ewropew għandu jkollu aċċess indaqs għall-informazzjoni u l-appoġġ. Għalhekk, għandhom isiru arranġamenti speċjali sabiex jintlaħqu studenti minn ambjenti żvantaġġati. Meta l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw il-possibilità biex jgħinu liċ-ċittadini u lill-organizzazzjonijiet mill-komunità tagħhom biex jipparteċipaw fil-programm, ikun hemm potenzjal li jingħata appoġġ biex l-Erasmus+ jiġi estiż b’mod sostenibbli u effiċjenti;

43.

jirrakkomanda attivitajiet immirati lejn iż-żieda tal-kapaċità amministrattiva tal-uffiċċji tal-Erasmus+ eżistenti, bħal skambji tal-persunal għal perjodu qasir, ġranet ta’ informazzjoni amministrattiva u oħrajn meqjusa meħtieġa, sabiex jitnaqqas id-distakk fl-amministrazzjoni tal-Erasmus+ fl-istituzzjonijiet edukattivi differenti li min-naħa tiegħu jwassal għal inugwaljanza fl-opportunitajiet għall-istudenti ta’ dawk l-istituzzjonijiet;

44.

jissuġġerixxi l-inklużjoni ta’ attivitajiet li jagħmlu parti mill-qasam tax-xjenza mill-pubbliku u mill-ħsieb filosofiku relatat fl-ambitu ta’ Erasmus +, minħabba r-rilevanza tagħhom għat-tagħlim tul il-ħajja, l-abbiltà li jibnu mudelli qawwija tal-pari u l-importanza tagħhom biex jippromovu x-xjenza, ix-xjenzi umanistiċi, ix-xjenzi soċjali u t-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika;

45.

jirrimarka li t-tagħlim tul il-ħajja jinkludi, imma mhuwiex ekwivalenti għall-edukazzjoni għall-adulti. L-edukazzjoni għall-adulti tindirizza l-ħtiġijiet edukattivi li jirriżultaw mit-trasformazzjoni fil-ħidma għal espansjoni tal-popolazzjoni adulta, kif ukoll għarfien u ħiliet soċjali fil-kuntest tat-tagħlim tul il-ħajja. Dan jiddependi fuq attitudni ta’ stħarriġ kontinwu u l-kisba tal-għarfien u l-eċċellenza li jistgħu jiġu kkultivati minn kmieni sa mill-edukazzjoni primarja (jew qabel il-primarja) u għandhom ikunu integrati fl-istadji kollha tal-edukazzjoni;

46.

huwa konxju li t-tisħiħ ta’ Erasmus+ ser jeħtieġ finanzjament ambizzjuż u proċeduri aktar sempliċi sabiex jinkisbu l-objettivi tal-programm; f’dak ir-rigward jagħraf li r-Renju Unit attwalment huwa parteċipant prinċipali fil-programm u għalhekk jappella għan-negozjati li għaddejjin sabiex l-awtoritajiet lokali u r-reġjuni tar-Renju Unit ikunu jistgħu jkompli jipparteċipaw fil-programmi ta’ kooperazzjoni Ewropej wara l-2020 bl-istess mod kif diġà jagħmlu l-Istati Membri oħra li mhumiex fl-UE;

47.

appoġġja bis-sħiħ miżuri prijoritarji biex jinbnew sistemi inklużivi u konnessi ta’ edukazzjoni għolja u jitlob li tingħata attenzjoni partikulari lill-universitajiet periferiċi u lil dawk ultraperiferiċi u lill-kooperazzjoni transkonfinali. Is-suppożizzjoni sottostanti għandha tkun it-twemmin li l-ebda università ma hija periferali u l-universitajiet kollha huma jew għandhom ikunu wkoll reġjonali;

Politiki ewlenin

48.

jilqa’, b’mod ġenerali, is-suġġerimenti politiċi ewlenin avvanzati mill-Kummissjoni Ewropea u jenfasizza l-importanza li tiġi involuta s-soċjetà Ewropea, b’mod partikolari ż-żgħażagħ u tinstema’ meta jkunu qed jitfasslu r-riformi tal-politika edukattiva u kulturali;

49.

iwissi li t-tisħiħ tad-dimensjoni Ewropea tal-Euronews huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, iżda dan jista’ jkun biss parti waħda minn politika ħafna aktar komprensiva u strateġija dwar il-midja u l-informazzjoni, li jwieġbu għall-iżviluppi soċjali u ġeopolitiċi reċenti.

Brussell, is-17 ta’ Mejju 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)   CDR 851/2017 – Ninvestu fiż-żgħażagħ tal-Ewropa u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

(1)   COR-2017-03139 – SEDEC-VI/029: L-immodernizzar tal-iskola u tal-edukazzjoni għolja.

(1)  CDR 1319/2017.

(2)  CDR 3141/2017.

(3)  “Reaching out to EU Citizens: a new opportunity” (Mhux disponibbli bil-Malti) (p. 10), minn Luc Van den Brande, membru tal-KtR u Konsulent Speċjali tal-President Juncker dwar il-komunikazzjoni maċ-ċittadini (https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/reaching-out-to-citizens-report_en.pdf)

(4)  COM (2018) 236 final.

(5)  https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/reaching-out-to-citizens-report_en.pdf

(6)  Van den Brande, Reaching out to EU Citizens: a new opportunity, p. 14 (Mhux disponibbli bil-Malti).


5.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/31


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Wirt Kulturali bħala riżorsa strateġika għal reġjuni aktar koeżivi u sostenibbli fl-UE

(2018/C 361/06)

Relatur:

Babette WINTER (DE/PSE), Segretarja tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej u l-Kultura fil-Kanċellerija tal-Istat ta’ Thüringen

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Id-diversità kulturali u l-wirt komuni Ewropew

1.

jirrikonoxxi li d-diversi forom tal-wirt kulturali huma ġid prezzjuż għall-Ewropa: Dan huwa strument b’potenzjal kbir ta’ ingranaġġ għal reġjuni aktar koeżivi u sostenibbli fl-UE, li jista’ jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-identità f’reġjun u fl-Ewropa kollha; u b’mod partikolari tgħodd għall-motto tal-UE: “Magħquda fid-diversità” u jikkomplementa l-impenn tal-Unjoni Ewropea li tirrispetta d-diversità kulturali, kif imħaddan fl-Artikolu 22 tal-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali;

2.

ibbaża din l-Opinjoni fuq dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea (1)(2), il-Kunsill Ewropew (3) u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) (4) dwar il-ġejjieni tal-Ewropa u t-tisħiħ ta’ identità Ewropea permezz tal-edukazzjoni u l-kultura;

3.

jenfasizza l-importanza tal-valuri tal-UE riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – id-dinjità, il-libertà, l-ugwaljanza u s-solidarjetà – sabiex jintlaħaq il-ġid komuni, u għalhekk jitlob għal aktar rispett lejn it-tradizzjoni u l-inklużività fil-promozzjoni tal-wirt kulturali;

4.

jenfasizza li l-wirt u l-identità kulturali huma mezz importanti għall-promozzjoni tal-għarfien u tas-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini dwar l-għeruq kulturali, filosofiċi u reliġjużi komuni fl-Ewropa fid-diversità kollha tagħhom. Il-wirt kulturali u l-identità kulturali jistgħu jtejbu l-fehim tat-tibdil u l-istorja tas-soċjetà u jżidu t-tolleranza u t-tħaddin tad-differenzi, bħala risposta għall-Ewroxettiċiżmu u firdiet anti-Ewropej li qed jikbru;

5.

jissottolinja li bit-tagħrif li għandna dwar ir-rabtiet fl-Ewropa li ilhom jeżistu sekli sħaħ, id-diversità u d-differenzi għandhom jiġu aċċettati b’rispett reċiproku, u ma għandhom bl-ebda mod jintużaw biex joħolqu xi distinzjonijiet u għalhekk jirrifjuta kwalunkwe abbuż tal-patrimonju kulturali għad-demarkazzjoni kemm fl-UE kif ukoll ’il barra minnha;

6.

jinnota li, filwaqt li l-istħarriġ tal-Ewrobarometru (5) juri li ċ-ċittadini tal-UE jqisu l-kultura bħala l-kolla l-aktar b’saħħitha biex tgħaqqad lill-Unjoni Ewropea – iktar mill-valuri Ewropej u l-istat tad-dritt – fl-istess ħin aktar minn 50 % ta’ dawk li wieġbu qalu li m’hemmx kultura Ewropea komuni (6);

7.

huwa tal-fehma li dawn ir-riżultati jikkuntradixxu lil xulxin biss b’mod superfiċjali: minflok, jesprimu l-idea li l-Ewropa għandha għeruq kulturali komuni u interkonnessjonijiet li jikkoinċidu f’diversi modi fil-livell reġjonali, u dan jirrifletti l-mudell ta’ UE li hija “Magħquda fid-diversità”;

8.

jinnota li, b’riżultat ta’ dan, l-amministrazzjonijiet reġjonali għandhom responsabbiltà partikolari li jippromwovu l-kultura bħala dik il-ħaġa li tgħaqqad is-soċjetà – kemm fir-rigward tal-kultura speċifika tar-reġjun tagħhom kif ukoll permezz ta’ rabtiet u skambji fi ħdan l-Ewropa u lil hinn mill-fruntieri attwali tal-Unjoni Ewropea – u b’hekk l-UE ssir il-fulkru tal-kontinent tal-Ewropa;

9.

għalhekk iħeġġeġ lill-Unjoni biex iżżid l-identità u l-valuri komuni tagħha stess fil-perċezzjonijiet reġjonali u nazzjonali eżistenti li jirrigwardaw l-appartenenza sabiex tiġi promossa ċ-ċittadinanza f’diversi livelli, kif inhu pprovdut fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 2 tat-Trattat ta’ Lisbona;

10.

jirreferi għar-rapporti tal-Istati dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Unesco (7), li ħafna mill-Istati Membri tal-UE, għalkemm mhux kollha, huma msieħba;

11.

jikkonferma d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (8), li r-responsabbiltà għall-edukazzjoni u għall-kultura tinsab l-ewwel nett fil-livelli nazzjonali, lokali u reġjonali tal-Istat Membri; Billi l-Artikoli 6 u 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddefinixxu l-kompetenza tal-UE fil-qasam tal-kultura biss bħala dik li tagħti appoġġ, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri, il-KtR jappoġġja l-inizjattivi tal-UE fi ħdan dan il-mandat, li jenfasizzaw id-dimensjonijiet Ewropej u transnazzjonali importanti f’dan il-qasam ta’ politika;

12.

jilqa’ l-fatt li l-laqgħa informali tal-Ministri tal-kultura taħt il-motto “Kultura – valur inklużiv tal-UE” u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura (9) jenfasizzaw l-importanza ta’ aċċess għall-kultura, il-preservazzjoni tal-wirt kulturali, il-mobbiltà tal-artisti, u appoġġ pubbliku akbar;

Il-wirt kulturali u attivitajiet kulturali għall-identifikazzjoni, il-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp soċjali

13.

jenfasizza li l-wirt kulturali jista’ jsaħħaħ l-perċezzjonijiet tan-nies dwar identità komuni fi ħdan ir-reġjun u r-rabtiet tagħha mat-tradizzjonijiet u l-istorja tagħhom stess, u jista’ jassisti l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni intrareġjonali. Dan jista’ jagħti spinta biex jinbdew inizjattivi kulturali u edukattivi ġodda u djalogu interkulturali, u b’hekk jinkoraġġixxu l-attività soċjali;

14.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom kompetenzi importanti fil-promozzjoni tad-djalogu interkulturali, speċjalment fil-koordinazzjoni ta’ netwerks lokali u reġjonali multidimensjonali fil-qasam kulturali, li jinvolvu lill-atturi prinċipali kollha. F’dan il-kuntest għandhom jissaħħu s-sħubijiet pubbliċi-privati;

15.

jilqa’ r-rikonoxximent tal-mexxejja tal-UE tal-edukazzjoni, il-kultura u l-politiki mmirati lejn iż-żgħażagħ fid-Dikjarazzjoni ta’ Ruma (10), u japprova l-valutazzjoni dwar il-fatt li “l-edukazzjoni […] u l-kultura huma importanti mhux biss għall-kompetittività iżda wkoll l-inklużività u l-koeżjoni tas-soċjetajiet tagħna”;

16.

jenfasizza l-importanza tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 (EYCH 2018) bħala inizjattiva sinifikanti, u jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea diġà ħabbret valutazzjoni; jenfasizza b’rabta ma’ dan li l-effetti pożittivi tal-EYCH 2018 iridu jiġu amplifikati iżjed permezz ta’ miżuri ta’ segwitu fis-snin il-ġejjin. Dan għandu jiġi rifless ukoll fid-diversi programmi ta’ appoġġ tal-QFP li jmiss sabiex jingħata sostenn lid-disseminazzjoni tal-wirt kulturali Ewropew wara l-2018;

17.

jirrimarka li l-mobilità tal-artisti – iffaċilitata fost l-oħrajn minn Ewropa Kreattiva – tikkontribwixxi għas-suċċess tal-integrazzjoni Ewropea, u għalhekk iqis li huwa meħtieġ li jitkompla u jespandi l-programm Ewropa Kreattiva;

18.

huwa konvint li l-wirt kulturali jikkontribwixxi għall-koeżjoni soċjali u l-kwalità tal-ħajja. Minħabba r-rabtiet storiċi inerenti tiegħu ma’ postijiet speċifiċi, li mhumiex biss postijiet miżjura ppreferuti, iżda wkoll postijiet u reġjuni li bħalissa qed jiffaċċjaw sfidi partikolari, jista’ joffri opportunitajiet ta’ żvilupp, mhux l-inqas permezz tal-potenzjal enormi tiegħu għall-ħolqien tal-impjieg. Dan japplika speċjalment għal reġjuni milquta mill-bidla demografika u mit-tnaqqis fil-popolazzjoni, għal reġjuni ultraperiferiċi kif ukoll għal żoni metropolitani bi sfidi partikolari marbuta mal-integrazzjoni;

19.

jenfasizza li approċċi parteċipattivi fi ħdan l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jkunu mezz tajjeb biex tiġi stabbilita bażi soċjali wiesgħa għal kunċetti ta’ żvilupp kulturali u biex jinkiseb aktar appoġġ għall-investiment kulturali, kif ukoll l-identifikazzjoni miegħu. Dan se jwassal għal spinta sostenibbli tal-interazzjoni soċjali u r-responsabbiltà tas-soċjetà għall-wirt kulturali lokali;

20.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jevalwaw l-esperjenzi tagħhom ma’ dan it-tip ta’ approċċ parteċipattiv u jaqsmuhom ma’ xulxin;

21.

jitlob li jkun hemm titjib fl-iskambju bejn diversi atturi fir-rigward ta’ modi possibbli kif il-libreriji, il-mużewijiet u postijiet oħra kulturali jistgħu jiġu żviluppati biex iservu ta’ Agora, “Post Terz”, għall-iskambji u l-parteċipazzjoni f’diskussjonijiet dwar il-futur tal-ibliet u r-reġjuni tagħna. F’dan il-kuntest, tinġibed l-attenzjoni lejn il-possibbiltà li jintużaw in-netwerks ta’ informazzjoni ġenerali tal-Unjoni Ewropea bħalma huma l-Europe Direct;

22.

fl-istess ħin, iħeġġeġ lill-UE biex tagħmel aktar biex tippromwovi l-iskambju ta’ esperjenzi bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali u bejn ir-rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet kulturali f’reġjuni differenti u bejn Stati Membri;

23.

jinnota f’dan il-kuntest l-ostakli lingwistiċi huma xkiel partikolari għall-partijiet interessati lokali u li hemm bżonn ta’ appoġġ fil-livell Ewropew biex dawn jingħelbu;

24.

barra minn hekk jappoġġja l-inklużjoni kontinwa, fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss (QFP), ta’ infrastruttura ta’ appoġġ għall-wirt kulturali, b’enfasi partikolari fuq il-koeżjoni soċjokulturali. Barra minn hekk, ktajjen ta’ produzzjoni li jinvolvu l-ġestjoni sostenibbli tal-wirt kulturali għandhom jiġu msaħħa, u proġetti ta’ kooperazzjoni transsettorjali – eż. bejn il-wirt kulturali u l-edukazzjoni – għandhom ikunu appoġġati;

25.

jenfasizza li l-kultura hija kompitu maqsum bejn l-atturi soċjali kollha – l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-Istati Membri – iżda fl-istess ħin, il-kultura tirrikjedi wkoll finanzjamenti privati speċifiċi u attivitajiet volontarji jew tas-soċjeta’ ċivili;

26.

jenfasizza l-fatt li d-diġitalizzazzjoni – kemm tal-wirt kulturali kif ukoll tal-mezzi kif jinxtered – tippreżenta potenzjal enormi għall-ġejjieni: jista’ joħloq forom ġodda ta’ aċċess, partikolarment għaż-żgħażagħ, u tista’ wkoll ixxerred l-għarfien dwar id-diversità kulturali bejn il-fruntieri, madwar l-Ewropa kollha. Id-diġitalizzazzjoni hija wkoll intrinsikament transnazzjonali, u hija għodda utli ħafna għall-iżvilupp ta’ forma ta’ turiżmu li huwa kemm diversifikat kif ukoll sostenibbli;

27.

għalhekk jistieden lil-livelli kollha tal-gvern biex jappoġġaw bil-qawwa l-Europeana bħala spazju diġitali pubbliku għal wirtna;

28.

jappoġġja s-sejħa minn Culture Action Europe (11) biex jiġi żgurat li tal-anqas 1 % tal-QFP li jmiss jiġi allokat għall-kultura bejn l-oqsma ta’ politika u l-programmi ta’ finanzjament;

L-influwenza tal-wirt kulturali fuq it-turiżmu u l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni

29.

jenfasizza l-valur tal-wirt kulturali għall-iżvilupp ekonomiku fir-reġjuni, prinċipalment permezz tat-turiżmu, peress li 26 % tal-vjaġġaturi tal-UE (12) jindikaw li l-kultura hija fattur ewlieni fl-għażla tad-destinazzjoni tal-btala tagħhom, iżda tirrappreżenta wkoll fattur determinanti għat-tisħiħ tal-attrazzjoni tal-impjiegi;

30.

jinnota li l-industriji kulturali u kreattivi jammontaw għal aktar minn 3 % tal-PDG u madwar l-istess ċifra għall-impjiegi fl-UE (13). Din l-industrija qed issir ukoll fattur ekonomiku dejjem aktar importanti speċjalment f’żoni ta’ konurbazzjoni;

31.

ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali integraw b’suċċess l-industriji kulturali u kreattivi fl-istrateġiji ta’ żvilupp tagħhom, u li dan kien ta’ għajnuna biex l-ekonomija lokali tingħata spinta ’l quddiem, u ffavorixxa wkoll il-ħolqien ta’ intrapriżi ta’ servizzi kwalifikati u multisettorjali. Sabiex isir użu saħansitra akbar tal-potenzjal kreattiv tar-reġjuni, huma mixtieqa xenarji ta’ finanzjament usa’, transekonomiċi u transkulturali;

32.

jinnota li flimkien mal-prijorità tar-ristorazzjoni u l-preservazzjoni tal-monumenti kulturali, il-kwistjoni tal-ġestjoni u tax-xogħol pedagoġiku ta’ medjazzjoni tal-istituzzjonijiet kulturali hija essenzjali. Din tiddeċiedi jekk monument kulturali jistax jiżviluppa l-potenzjal kulturali, turistiku, ekonomiku u soċjali tiegħu;

33.

jenfasizza li l-approċċ kreattiv tal-artisti fir-rigward tal-wirt kulturali joffri potenzjal speċjali u innovattiv għal tagħlim mill-istorja fir-rigward tal-ġejjieni tas-soċjetà;

34.

jinnota li flimkien man-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji, in-nuqqas ta’ viżibilità u xi kultant ukoll in-nuqqas ta’ kuxjenza politika tar-riżorsi kulturali, huma ta’ xkiel għall-iżvilupp ulterjuri tal-wirt kulturali bħala riżorsa strateġika ta’ reġjun;

35.

jilqa’, f’dan il-kuntest, il-ħolqien taċ-ċertifikat tal-patrimonju Ewropew, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tieħu miżuri sabiex iżżid il-viżibilità tiegħu;

36.

jenfasizza li l-kultura – wara s-servizzi pubbliċi u l-infrastruttura bħall-akkomodazzjoni, it-trasport pubbliku u l-edukazzjoni fl-iskejjel – għandha rwol deċiżiv għall-attrazzjoni tal-postijiet. Fid-dawl tal-iżviluppi riċenti fil-qasam tal-mobilità interreġjonali u ekstrareġjonali u d-demografija, din hija speċjalment importanti għall-istrateġiji ta’ żvilupp lokali u reġjonali, biex iżżid il-ħaddiema f’reġjuni żvantaġġati u biex toħloq bilanċ f’żoni ta’ konurbazzjoni;

37.

jisħaq fuq il-fatt li l-wirt kulturali – flimkien ma’ programm kulturali kontemporanju u attraenti– għandu jkun fattur turistiku sostenibbli, li jaffettwa b’mod partikolari lir-reġjuni. Dan japplika bl-istess mod għall-hekk imsejħa “fanali tal-portijiet”, bħal Siti ta’ Wirt Dinji tal-Unesco jew siti biċ-ċertifikat tal-patrimonju Ewropew, kif ukoll diversi siti ta’ wirt lokali;

38.

jirrimarka li l-wirt kulturali distribwit b’mod wiesa’ joffri l-opportunità għal ridirezzjoni u distribuzzjoni aħjar tal-effetti tat-turiżmu kulturali permezz ta’ offerta turistika usa’ u mifruxa. B’riżultat ta’ dan, jista’ jittaffa l-piż minn fuq il-postijiet li jilħqu l-limiti tal-għadd ta’ turisti li jifilħu, peress li dan iwassal għal aktar ħsara fil-wirt kulturali. Jenfasizza li meta l-wirt kulturali inqas magħruf ikun sfruttat favur it-turiżmu, dan jirrappreżenta għodda relevanti biex tiġi diversifikata l-offerta għat-turisti u biex jingħata element ta’ żvilupp sostenibbli f’żoni marġinali, aktar u aktar jekk il-proġetti individwali ta’ valorizzazzjoni turistika jkunu koerenti mal-pjani ġenerali ta’ żvilupp territorjali u jkunu integrati fis-sistema tas-servizzi lokali. Dan huwa speċjalment il-każ fir-rigward tal-mobilità sostenibbli. Dan għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, fid-dawl tal-fatt li t-turiżmu kulturali fl-Ewropa qed jikber, u b’mod partikolari minħabba l-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol lokali;

Passi neċessarji għall-iżvilupp u l-isfruttar tal-potenzjal tal-wirt kulturali

39.

jinnota, b’mod kritiku, li fl-istrateġija Ewropa 2020 għall-iżvilupp ulterjuri tal-UE, il-kultura ma ġietx meqjusa;

40.

jitlob, għalhekk, sabiex fid-dawl tal-importanza ppruvata tal-koeżjoni fl-UE u tal-iżvilupp soċjoekonomiku f’bosta reġjuni, il-kultura, flimkien mal-istituzzjonijiet u siti ta’ patrimonju, tibda tiġi kkunsidrata bħala qasam strateġiku fl-istrateġija ta’ segwitu u fil-pjan politiku;

41.

jinsisti fuq il-fatt li l-kultura u l-wirt kulturali għandhom jiġu integrati aħjar fil-prijoritajiet tal-QFP li jmiss kemm permezz ta’ mainstreaming kif ukoll l-iffissar ta’ mira baġitarja ta’ aktar minn EUR 2 biljun għall-programm li se jsegwi wara “Ewropa Kreattiva”;

42.

jenfasizza li l-isħubiji kulturali qed jinbnew madwar l-Istati Membri kollha, u li, f’dan l-isfond, iħeġġeġ promozzjoni akbar ta’ rotot kulturali tematiċi lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri, fosthom fil-qafas tal-Programm Interreg;

43.

jitlob li s-sostenn tar-riżorsi tal-wirt kulturali għall-iżvilupp reġjonali jsir element importanti tal-politika ta’ koeżjoni wara l-2020. L-allokazzjoni għall-iskop tal-wirt kulturali mifrux għandu jiżdied u ma għandu jitnaqqas bl-ebda mod. Il-konċentrazzjoni tematika – jekk din tinżamm bħala regola wara l-2020 – għandha tieħu inkunsiderazzjoni kwistjonijiet kulturali;

44.

jenfasizza li huwa importanti li l-Unjoni Ewropea tniedi strateġija ġenwina għal diplomazija kulturali. Għal dan il-għan, huwa importanti ħafna li jiġu promossi l-komunikazzjoni artistika u kulturali kif ukoll skambji bejn ir-reġjuni tal-UE – b’mod speċjali r-reġjuni ultraperiferiċi – u ta’ pajjiżi terzi, anke permezz ta’ miżuri li jagħmluha iżjed faċli għal artisti u x-xogħlijiet tagħhom li jivvjaġġaw lejn pajjiżi terzi u viċi versa; b’rabta ma’ dan itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprijotizza l-iżvilupp ulterjuri tad-diplomazija kulturali bil-għan li tiġi introdotta fil-politika barranija tal-UE (14);

45.

jinnota, b’mod kritiku, li fil-perjodu ta’ finanzjament attwali tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni, il-limitu massimu tal-baġit tal-proġett ta’ EUR 5 miljun għall-investimenti talFEŻR għall-infrastruttura kulturali huwa ta’ ostakolu għall-iżvilupp ta’ infrastrutturi kulturali akbar;

46.

jistieden, għalhekk, lill-Kumissjoni Ewropea sabiex tirrevoka dan il-limitu arbitrarju, u tallinja l-programmi skont il-kriterji sostantivi u l-miri li jridu jintlaħqu, b’mod partikolari l-valur miżjud Ewropew;

47.

jafferma mill-ġdid it-tħassib tiegħu fir-rigward tal-Partijiet li qed jinnegozjaw il-ftehim għall-ħruġ tar-Renju Unit, biex dawn jikkunsidraw l-impatt potenzjali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE fuq il-programmi edukattivi, kulturali u taż-żgħażagħ, u jistedinhom isibu soluzzjonijiet adattati, li jippermettu l-involviment ta’ pajjiżi mhux parti mill-UE;

48.

iqis essenzjali li l-Kunsill jespandi u jkompli jiżviluppa l-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura tiegħu 2015-2018 (15);

49.

jappoġġja l-għan tal-Kummissjoni Ewropea, li toħloq pjan ta’ azzjoni tal-UE fit-tul għall-wirt kulturali (16), li jagħti dimensjoni sostenibbli lill-attivitajiet tal-EYCH 2018;

50.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill, sabiex fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura u fl-inizjattivi għat-tagħlim bejn il-pari, jinvolvu b’mod aktar xieraq u konsiderevoli lir-rappreżentanti reġjonali bl-esperjenzi diretti tagħhom;

51.

jappoġġja t-tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja tal-Faċilità ta’ Garanzija għall-industriji kulturali u kreattivi, u jinsisti fuq il-fatt li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha huwa aktar mifrux u jintegra lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), peress li dan jirrifletti s-settur kulturali u kreattiv;

52.

jistieden lill-Istati Membri jippromwovu aktar proġetti tal-infrastruttura kulturali, edukattivi, ta’ taħriġ okkupazzjonali mill-ġdid, ta’ innovazzjoni u ta’ kooperazzjoni fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp reġjonali (FEŻR);

53.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, anke dawk fil-Gruppi ta’ Ħidma LEADER, sabiex iqisu l-infrastruttura kulturali f’żoni rurali bħala fattur importanti għall-koeżjoni soċjal, filwaqt li jiżguraw forom ta’ mobilità sostenibbli li lill-viżitaturi jippermettulhom igawdu l-pajsaġġ bl-inqas impatt ambjentali, bħal rotot għaċ-ċikliżmu, mogħdijiet jew passaġġi fuq l-ilma interni;

54.

jistieden ukoll lill-imprendituri mis-settur kulturali u kreattiv, sabiex jippromwovu b’mod attiv l-iżvilupp tal-komunità u tas-soċjetà, inkluż billi fost l-intrapriżi jiġu replikati fuq skala Ewropea dawk il-mudelli ta’ organizzazzjoni ta’ netwerks li rnexxew, bħala appoġġ għall-SMEs fis-settur biex jisfruttaw il-preġji storiċi-kulturali tat-territorju;

55.

jissuġġerixxi li nikkooperaw mill-qrib mal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Festivals (EFA) fl-iżvilupp ta’ skambji u ta’ azzjonijiet volontarji, miġbura taħt il-kappa tal-Korp Ewropew tas-Solidarjeta’ fil-qasam tal-kultura u tal-wirt kulturali, fil-kuntest tal-EYCH 2018 u oltre;

56.

jirrakkomanda li l-UE, fir-rwol ta’ benefiċjarju sussidjarja, iżżid il-fokus fuq kunċetti kulturali speċjalment fil-livell reġjonali u interreġjonali;

57.

jinnota, b’mod kritiku, li hemm nuqqas ta’ evalwazzjonijiet komparattivi madwar l-Ewropa, u jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jikkummissjonaw b’mod regolari evalwazzjonijiet u studji professjonali għal tqabbil Ewropew, u biex jinkorporaw is-sejbiet fid-dibattiti politiċi fuq kull livell;

58.

jiċħad, madankollu, ġbir regolari u komprensiv tad-data, u obbligi tar-rapportar burokratiċi żżejjed;

59.

ifakkar lill-Kummissjoni Ewropea li ħafna aktar reġjuni milli kif ġie rifless fl-ispeċjalizzazzjoni tar-S3, iqisu l-wirt u l-kreazzjonijiet kulturali bħala fattur importanti għall-iżvilupp reġjonali;

60.

jitlob, għalhekk, sabiex f’dan ir-rigward il-finanzjament tar-riċerka jiġi ffaċilitat lil hinn mill-fokus dejjaq fuq Strateġiji għal Speċjalizzazzjoni intelliġenti (S3);

61.

jistieden lil dawk ir-reġjuni li jħarsu lejn il-wirt kulturali tagħhom bħala riżorsa b’saħħitha ħafna, biex jinkluduh fl-istrateġija tal-S3 tagħhom;

62.

bl-istess mod, huwa ddiżappuntat li l-aċċess għall-arti u l-kultura, li huma essenzjali għall-koeżjoni soċjali u l-inklużività, mhuwiex imnaqqax fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (17);

63.

jitlob li l-librerija virtwali Europeana tiġi promossa b’aktar qawwa permezz tal-integrazzjoni ta’ approċċi nazzjonali ta’ diġitalizzazzjoni; L-għaxar anniversarju tal-Europeana fl-2018 jipprovdi opportunità ideali sabiex din tilħaq il-livell ta’ żvilupp li jmiss;

64.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea testendi premji u rikonoxximenti, irrispettivament minn jekk il-proġetti rċevewx fondi tal-UE jew le. Ir-rikonoxximent ta’ proġetti innovattivi jippermetti perċezzjoni aħjar lil hinn mir-reġjun u l-Istat Membru, jippromwovi skambju Ewropew, u jħeġġeġ l-imitazzjoni f’reġjuni oħra tal-Ewropa;

65.

itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura (2020-2033) u jitlob għat-tkomplija tal-inizjattiva lil hinn mill-2033, li għandha tirrifletti dejjem aktar ir-rikkezza kulturali Ewropea fid-diversità kollha tagħha u tippromovi l-iżvilupp fit-tul ta’ spazju kulturali komuni Ewropew imsejjes fuq il-parteċipazzjoni pubblika. Jiddispjaċih f’dan il-kuntest li l-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li teskludi r-Renju Unit mill-edizzjoni tal-2023. Fil-fatt, żona kulturali komuni Ewropea tmur lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni Ewropea;

66.

jirrakkomanda li din l-opinjoni fuq inzjattiva proprja tkun inkluża fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Kultura tat-22-23 ta’ Mejju 2018, li se tirrigwarda “il-futur tal-UE permezz ta’ viżjoni fit-tul għal kontenut kulturali Ewropew” u l-ħtieġa li l-wirt Ewropew jiġi integrat fid-direttivi kollha;

67.

jissuġġerixxi li l-membri stess tal-KtR iniedu skambju regolari ta’ proġetti u esperjenzi fir-rigward tas-siti ta’ wirt kulturali tagħhom.

Brussell, is-17 ta’ Mejju 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa Riflessjonijiet u xenarji għall-UE27 sal-2025 (COM(2017) 2025 final).

(2)  Komunikazzjoni dwar “It-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzoni u l-Kultura”, għal-laqgħa informali tal-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern f’Gothenburg, is-17 ta’ Novembru 2017 (COM(2017) 673 final).

(3)  “Leaders” Agenda: Education and culture”: disponibbli fuq http://www.european-council.europa.eu/media/31544/en_leaders-agenda-note-on-education-and-culture.pdf.

(4)  RESOL-VI/014, CdR 4785/2016 fin.

(5)  Standard Eurobarometer 88.

(6)  Special Eurobarometer 466.

(7)  Konvenzjoni li tikkonċerna l-protezzjoni tal-kultura u l-wirt naturali tad-dinja, Adottata mill-Konferenza Ġenerali fis-sbatax-il sessjoni tagħha f’Pariġi, 16 ta’ Novembru 1972.

(8)  COM(2017) 673 final.

(9)  Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura (2015-2018) (ĠU C 463, 23.12.2014, p. 4).

(10)  https://europa.eu/european-union/eu60_mt.

(11)  https://cultureactioneurope.org/files/2018/03/CAE-Reflection-paper-Agenda-for-Culture-2018.pdf.

(12)  Preferences of Europeans towards Tourism – Flash Eurobarometer Report 432 (March 2016):

http://ec.europa.eu/COMMFrontOffice/publicopinion/index.cfm/Survey/getSurveyDetail/instruments/FLASH/surveyKy/2065. http://ec.europa.eu/COMMFrontOffice/publicopinion/index.cfm/Survey/getSurveyDetail/instruments/FLASH/surveyKy/2065.

(13)  https://ec.europa.eu/culture/policy/cultural-creative-industries_en.

(14)  COR-2016-05110.

(15)  ĠU C 463, 23.12.2014, p. 4.

(16)  Dan jista’ jkun il-legat tas-sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 u jista’ jiġi deċiż fl-“Assises du Patrimoine”.

(17)  CDR 3141/2017.


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-129 sessjoni plenarja tal-KtR, 16.5.2018–17.5.2018

5.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/37


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Reviżjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(2018/C 361/07)

Relatur:

Adam BANASZAK (PL/KRE), Viċi President tal-Assemblea Reġjonali ta’ Kujawsko-Pomorskie

Dokumenti ta’ referenza:

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

COM(2017) 772 final/2

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Insaħħu l-Ġestjoni tad-Diżastri fl-UE: rescUE Solidarjetà u Responsabbiltà

COM(2017) 773 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Artikolu 1(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/KE hija b’dan emendata kif ġej:

Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1 jiddaħħal il-punt (e) li ġej:

(a)

fil-paragrafu 1 jiddaħħal il-punt (e) li ġej:

 

“(e)

li jiżdiedu d-disponibbiltà u l-użu tal-għarfien xjentifiku dwar id-diżastri.”

 

“(e)

li jiżdiedu d-disponibbiltà u l-użu tal-għarfien xjentifiku dwar id-diżastri.”

(b)

il-punt (a) tal-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

(b)

il-punt (a) tal-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

 

“(a)

il-progress fl-implimentazzjoni tal-qafas ta’ prevenzjoni tad-diżastri: li jitkejjel bl-għadd ta’ Stati Membri li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni il-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom, valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom u sommarju tal-ippjanar tal-ġestjoni tad-diżastri kif imsemmi fl-Artikolu 6;”

 

“(a)

il-progress fl-implimentazzjoni tal-qafas ta’ prevenzjoni tad-diżastri: li jitkejjel bl-għadd ta’ Stati Membri li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni il-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom, valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom u sommarju tal-ippjanar tal-ġestjoni tad-diżastri kif imsemmi fl-Artikolu 6;”

 

(c)

il-paragrafu 3 li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 2:

“3.     Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jagħti rwol ta’ importanza kruċjali lir-reżiljenza kontra d-diżastri fosthom għargħar, riskji sismiċi u nirien fil-foresti permezz ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ ma’ unitajiet ta’ rispons lokali, inklużi gruppi volontarji.”

Artikolu 1 (3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

fl-Artikolu 5(1), il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

fl-Artikolu 5(1),

 

(a)

il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

tieħu azzjoni biex ittejjeb il-bażi ta’ għarfien fuq riskji ta’ diżastru u tiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ għarfien, ir-riżultati tar-riċerka xjentifika, l-aħjar prattiki u l-informazzjoni, inkluż fost l-Istati Membri li jikkondividu riskji komuni.”

 

“(a)

tieħu azzjoni biex ittejjeb il-bażi ta’ għarfien fuq riskji ta’ diżastru u tiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ għarfien, ir-riżultati tar-riċerka xjentifika, l-aħjar prattiki u l-informazzjoni, inkluż fost l-Istati Membri kif ukoll fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jikkondividu riskji komuni.”

 

(b)

fil-paragrafu 1, wara l-punt (f), jiżdied punt ġdid (g):

“(g)

għandha tiżviluppa Linji Gwida u kriterji ta’ azzjoni għall-adattament sismiku tal-istokk tal-bini u tal-infrastruttura sal-31 ta’ Diċembru 2018,”

 

(c)

il-punt (h) tal-paragrafu 1 huwa mmodifikat kif ġej:

“(h)

tippromwovi l-użu ta’ diversi fondi tal-Unjoni li jistgħu jappoġġjaw il-prevenzjoni sostenibbli ta’ diżastri u jipprovdu informazzjoni faċilment aċċessibbli onlajn u f’kopja stampata fl-uffiċċji tal-Kummissjoni fl-Istati Membri dwar kif jaċċessaw dawn l-opportunitajiet ta’ finanzjament;”

Raġuni

F’ħafna każijiet l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom aktar għarfien dwar ir-riskji tad-diżastri mill-awtoritajiet nazzjonali.

Qafas modern, omoġenju ta’ normi tekniċi huwa neċessarju sabiex jiġu ddeterminati, flimkien mal-Eurocodes, il-klassifikazzjoni tal-vulnerabbiltà sismika u l-kriterji ta’ prijorità. Il-linji gwida ta’ implimentazzjoni għandhom jikkombinaw it-tisħiħ sismiku ta’ bini eżistenti mal-effiċjenza enerġetika.

Artikolu 1 (4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(4)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(4)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti (a) u (b) jinbidlu b’dan li ġej:

(a)

il-punti (a), (b) u  (d) jinbidlu b’dan li ġej:

 

“(a)

jiżviluppaw valutazzjonijiet tar-riskju f’livell nazzjonali jew livell subnazzjonali adatt u jqegħduhom għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni sat-22 ta’ Diċembru 2018 u kull tliet snin wara dan;

 

“(a)

jiżviluppaw valutazzjonijiet tar-riskju f’livell nazzjonali jew livell subnazzjonali adatt b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti u allinjati mal-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri. Informazzjoni magħżula minn valutazzjonijiet tar-riskju, li hija essenzjali għall-funzjonament xieraq tal-Mekkaniżmu, għandha tkun għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni sat-22 ta’ Diċembru 2018 u kull tliet snin wara dan;

 

“(b)

jiżviluppaw u jorqmu l-ippjanar tagħhom tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastru f’livell nazzjonali jew livell subnazzjonali adatt fuq il-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fil-punt (a) u jqisu l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom imsemmija fil-punt (c) u l-perspettiva ġenerali tar-riskji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1).”

 

“(b)

jiżviluppaw u jorqmu l-ippjanar tagħhom tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastru f’livell nazzjonali jew livell subnazzjonali adatt fuq il-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fil-punt (a) u jqisu l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom imsemmija fil-punt (c) u l-perspettiva ġenerali tar-riskji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1).”

 

 

“(d)

jipparteċipaw, fuq bażi volontarja, f’reviżjonijiet bejn il-pari dwar il-valutazzjoni tal-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju u jorganizzaw testijiet ta’ stress biex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta’ kriżi.”

(b)

jiżdiedu t-tieni u t-tielet subparagrafi li ġejjin:

(b)

jiżdiedu t-tieni u t-tielet subparagrafi li ġejjin:

 

“Sommarju tal-elementi rilevanti ta’ ppjanar tal-ġestjoni tar-riskju għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni, inklużi l-informazzjoni dwar il-miżuri magħżula ta’ prevenzjoni u tħejjija, sal-31 ta’ Jannar 2019 u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ titlob li l- Istati Membri jipprovdu pjanijiet speċifiċi ta’ prevenzjoni u tħejjija, li għandhom ikopru l-isforzi fuq medda ta’ żmien qasir u twil. L-Unjoni għandha tikkunsidra kif jixraq il-progress li sar mill-Istati Membri fir-rigward tal-prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija għalihom bħala parti minn kwalunkwe mekkaniżmu ta’ kondizzjonalità ex-ante futur taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.”

 

“Sommarju tal-elementi rilevanti ta’ ppjanar tal-ġestjoni tar-riskju għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni, inklużi l-informazzjoni dwar il-miżuri magħżula ta’ prevenzjoni u tħejjija, sal-31 ta’ Jannar 2019 u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi lill-Istati Membri jipprovdu pjani ta’ prevenzjoni u tħejjija fi ħdan il-limiti stipulati fl-Artikolu 346(1a) tat-TFUE fir-rigward tal-iżvelar tal-informazzjoni dwar interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom u ser jiġu pprovduti b’qafas gwida għat-tħejjija ta’ tali pjani , li għandhom ikopru l-isforzi fuq medda ta’ żmien qasir u twil. L-Unjoni għandha tikkunsidra kif jixraq il-progress li sar mill-Istati Membri fir-rigward tal-prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija għalihom bħala parti minn kwalunkwe mekkaniżmu ta’ kondizzjonalità ex-ante futur taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.”

 

“Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi wkoll mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni speċifiċi biex ittejjeb l-ippjanar u ta’ prevenzjoni u tħejjija xieraq u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri esposti għal diżastri simili.”

 

“Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi wkoll mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni speċifiċi biex ittejjeb l-ippjanar u ta’ prevenzjoni u tħejjija xieraq u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri fil-livelli lokali u reġjonali wkoll – esposti għal diżastri simili.”

Raġuni

Huwa meħtieġ li l-evalwazzjonijiet tar-riskju ma jkunux ippreparati b’mod minn fuq għal isfel, jiġifieri mingħajr is-sehem tal-awtoritajiet lokali/reġjonali. L-awtoritajiet sottonazzjonali jista’ jkollhom aktar informazzjoni dwar ir-riskji f’territorju partikolari u r-rappreżentanti tagħhom jeħtieġ li jkunu involuti b’mod attiv fit-tħejjija tal-valutazzjonijiet tar-riskju.

L-Artikolu 1 (4 a) – żid punt ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Artikolu 8a huwa emendat kif ġej:

“Il-Kummissjoni għandha twettaq l-azzjonijiet ta’ tħejjija li ġejjin:

(a)

tmexxi l-ERCC f’koordinazzjoni mal-korpi lokali u reġjonali u nazzjonali eżistenti relevanti;”

Raġuni

Huwa essenzjali li jkun żgurat u provdut għall-fatt li l-ERCC huwa ġestit f’koordinazzjoni mal-korpi reġjonali u nazzjonali relevanti għall-prevenzjoni tal-użu ta’ strutturi paralleli jew proċeduri mhux ċari ta’ użu fil-livell Ewropew.

Artikolu 1 (6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(7)   Il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni li l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili għandhom ikunu disponibbli għall-operazzjonijiet ta’ reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wara talba għal assistenza permezz tal-ERCC , sakemm l-Istati Membri ma jkunux qed jaffaċċjaw xi sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b’mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali.

(7)   Il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni li l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili għandhom ikunu disponibbli għall-operazzjonijiet ta’ reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wara talba għal assistenza permezz tal-ERCC fuq deċiżjoni tal-Istat Membru li joffri l-assistenza.

Raġuni

Peress li mhuwiex prevedibbli f’liema sitwazzjoni speċifika – kemm mill-perspettiva tal-Istat Membru li qed jibgħat u kemm ta’ dak li qed jagħmel it-talba – ser tkun meħtieġa l-assistenza, is-setgħa tad-deċiżjoni għandha tibqa’ tal-Istat Membru li qed jibgħat u ta’ dak li qed jagħmel it-talba, jekk tingħatax din l-assistenza jew le.

Artikolu 1 (9)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(9)

fl-Artikolu 13, it-titolu u l-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 jinbidlu b’dan li ġej:

(9)

fl-Artikolu 13, it-titolu u l-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 jinbidlu b’dan li ġej:

 

“In-Netwerk tal-Unjoni ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili

 

“In-Netwerk tal-Unjoni ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili

 

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi netwerk ta’ atturi u istituzzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri rilevanti, li flimkien mal-Kummissjoni jiffurmaw Netwerk tal-Unjoni ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili.

 

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi netwerk ta’ atturi u istituzzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri rilevanti, kif ukoll organizzazzjonijiet mis-settur tal-volontarjat u tal-komunità, li flimkien mal-Kummissjoni jiffurmaw Netwerk tal-Unjoni ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili.

 

In-Netwerk għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin fil-qasam tat-taħriġ, l-eżerċizzji, il-tagħlimiet meħuda u t-tixrid tal-għarfien b’koordinazzjoni mill-qrib maċ-ċentri ta’ għarfien rilevanti, fejn xieraq.”

 

In-Netwerk għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin fil-qasam tat-taħriġ, l-eżerċizzji, il-tagħlimiet meħuda u t-tixrid tal-għarfien b’koordinazzjoni mill-qrib maċ-ċentri ta’ għarfien rilevanti, fejn xieraq.”

Raġuni

Is-settur tal-volontarjat u l-komunità jista’ jaqdi rwol importanti biex jipprovdi reżiljenza wara diżastru, iżda r-rwol tiegħu ta’ spiss huwa sottovalutat.

Artikolu 1 (10)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(10)

fl-Artikolu 15, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

(10)

fl-Artikolu 15, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

“1.   Meta jseħħ diżastru fl-Unjoni, jew dan ikun imminenti, l-Istat Membru affettwat jista’ jitlob għall-assistenza permezz tal-ERCC. It-talba għandha tkun speċifika kemm jista’ jkun. Talba għall-assistenza għandha tiskadi wara perjodu massimu ta’ 90 jum, sakemm elementi ġodda li jiġġustifikaw il-bżonn għal assistenza kontinwa jew addizzjonali ma jiġux ipprovduti mill-ERCC.”

 

“1.   Meta jseħħ diżastru fl-Unjoni, jew dan ikun imminenti, l-Istat Membru affettwat jista’ jitlob għall-assistenza permezz tal-ERCC. It-talba għandha tkun speċifika kemm jista’ jkun u tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

 

 

(a)

it-tip ta’ diżastru kbir,

(b)

iż-żona milquta mid-diżastru kif ukoll iż-żoni li huma potenzjalment mhedda,

(c)

iż-żmien u r-riżorsi finanzjarji u materjali li hemm bżonn sabiex jiġu rimedjati l-konsegwenzi ta’ diżastru imminenti jew attwali.

 

 

Talba għall-assistenza għandha tiskadi wara perjodu massimu ta’ 90 jum, sakemm elementi ġodda li jiġġustifikaw il-bżonn għal assistenza kontinwa jew addizzjonali ma jiġux ipprovduti mill-ERCC.”

Raġuni

Hemm bżonn ta’ iktar informazzjoni preċiża minn Stati Membri fil-każ ta’ diżastru kbir li tippermetti azzjoni effettiva, immirata u kosteffiċjenti taħt il-Mekkaniżmu, apparti li tippermetti li l-għanijiet mixtieqa jinkisbu iktar malajr, fattur importanti ħafna fir-rispons għad-diżastri.

Artikolu 1 (11a) – żid punt ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(11)

fl-Artikolu 16, paragrafu 3b huwa sostitwit b’dan li ġej:

“isiru minnufih rakkomandazzjonijiet, meta jkun possibbli f’kooperazzjoni mal-pajjiż affettwat u, fejn relevanti, mal-punti ta’ kuntatt lokali u reġjonali, ibbażati fuq il-ħtiġijiet fil-post u kwalunkwe pjan rilevanti żviluppat minn qabel, li jistiednu lill-Istati Membri jistazzjonaw kapaċitajiet speċifiċi u jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tal-għajnuna mitluba;”

Raġuni

Kuntatt dirett ma’ punti ta’ kuntatt reġjonali u lokali jista’ jkollu impatt pożittiv fuq it-tnaqqis tal-ħin biex isiru r-rakkomandazzjonijiet u kemm għandha tkun dettaljata din l-informazzjoni. Dan japplika b’mod speċjali għal diżastri fuq skala kbira, li matulhom il-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali biex jirreaġixxu malajr tkun limitata.

Artikolu 1 (14)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(14)

L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(14)

L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (j) tal-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“(j)

l-istabbiliment, l-immaniġġjar u l-manteniment tar-rescEU f’konformità mal-Artikolu 12;”

(a)

il-punt (j) tal-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“(j)

l-istabbiliment, l-immaniġġjar u l-manteniment tar-rescEU f’konformità mal-Artikolu 12;”

(…)

 

 

(b)

jiżdiedu l-punti (n) u (o):

“(n)

l-appoġġ għall-konsulenza u s-sessjonijiet ta’ ħidma għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u organizzazzjonijiet relevanti oħrajn, li għandhom l-għan li jintegraw politiki/programmi ma’ strumenti finanzjarji, li l-implimentazzjoni tagħhom tista’ tgħin biex tipprevjeni u tillimita l-konsegwenzi ta’ fenomeni u diżastri meteoroloġiċi.

(o)

l-appoġġ għat-testijiet ta’ stress u proċess għaċ-ċertifikazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni li l-Istati Membri jpoġġu għad-disponibbiltà tar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili.”

(…)

Raġuni

Il-prevenzjoni tad-diżastri hija assoċjata ma’ spejjeż aktar baxxi milli l-irkupru mid-diżastri. Għalhekk huwa ġġustifikat li jiġu integrati l-azzjonijiet li jwasslu għal investimenti li jnaqqsu r-riskju ta’ diżastri b’mod dirett jew indirett, jew jgħinu fit-tnaqqis tal-konsegwenzi tagħhom.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jaqbel li d-diżastri estensivi riċenti wrew il-limitazzjonijiet tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-UE; jenfasizza, madankollu, li filwaqt li l-Mekkaniżmu għandu bżonn ta’ riforma, il-fokus ewlieni għandu jibqa’ l-kisba tar-reżiljenza għad-diżastri. Il-fokus fuq ir-rispons għad-diżastri fi żmien meta l-frekwenza u l-intensità tad-diżastri qed tikber mhux ser jindirizza l-qofol tal-problema. Fil-livell tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ reżiljenza għad-diżastri u dak ta’ “bini mill-ġdid aħjar” għandhom jiġu integrati fil-politiki u l-fondi kollha tal-UE. Itenni li l-prinċipju ta’ reżiljenza għad-diżastri għandu jkun ukoll pedament tal-politiki ta’ investiment tal-UE sabiex il-flus pubbliċi jgħinu lill-komunitajiet isiru aktar reżiljenti għall-effetti negattivi ta’ diżastri u ma jpoġġux ħajjet in-nies f’riskju (1);

2.

jinnota li l-pubbliku jappoġġja l-idea li l-UE tgħin biex tikkoordina r-rispons fir-rigward ta’ diżastri fl-Istati Membri (permezz tar-rwol tagħha tal-protezzjoni ċivili), kif indikat ukoll mir-riżultati ta’ stħarriġ tal-Ewrobarometru ta’ Mejju 2017;

3.

jinnota li l-proposta u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni jirrappreżentaw pass ’il quddiem min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea lejn aktar semplifikazzjoni u effiċjenza tal-leġislazzjoni;

4.

jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li t-tibdil fil-klima qed iżid ir-riskji ta’ diżastri naturali; għaldaqstant jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jiżguraw li l-azzjoni klimatika tal-UE tiffoka aktar fuq il-mitigazzjoni tar-riskju ta’ diżastri u l-bini ta’ Ewropa li tkun aktar reżiljenti għad-diżastri permezz ta’ approċċ ta’ governanza f’diversi livelli li jkun immexxi lokalment, ibbażat fuq il-post;

5.

jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni tiffoka sew fuq ir-rispons u li għadd sinifikanti ta’ attivazzjonijiet tal-Mekkaniżmu għandhom l-għeruq tagħhom f’diżastri ċikliċi. Għandha għalhekk issir pressjoni fuq l-Istati Membri biex jieħdu azzjonijiet preventivi adegwati f’termini ta’ preservazzjoni ta’ ammont suffiċjenti ta’ kapaċitajiet nazzjonali;

6.

jenfasizza l-importanza li jiġu allinjati l-proposti tal-Kummissjoni mal-Qafas Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju tad-Diżastri biex jiġu żgurati sforzi konġunti, tissaħħaħ il-kapaċità ta’ appoġġ u tiġi evitata d-duplikazzjoni, speċjalment f’rabta mal-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali u lokali dwar it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri;

7.

jinnota li t-titjib tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili huwa parti integrali mill-attivitajiet immirati lejn l-indirizzar tal-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima. Jenfasizza l-ħtieġa għal sinerġiji akbar bejn netwerks maħsuba biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima u dawk li jittrattaw ir-reżiljenza għad-diżastri. Jenfasizza l-ħtieġa għal sinerġiji akbar bejn il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija u l-“Kampanja Nagħmlu Bliet Reżiljenti” tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tnaqqis tar-Riskju tad-Diżastri.

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

8.

jaqbel mal-ħtieġa li tissaħħaħ il-protezzjoni ċivili fid-dawl tax-xejriet tad-diżastri (kemm dawk marbutin mat-temp kif ukoll dawk marbutin mas-sigurtà interna); madankollu, jenfasizza li l-aħjar mod biex isir dan huwa permezz ta’ approċċ li jkun territorjalment aktar b’saħħtu u mmexxi mill-komunitajiet. L-azzjoni fil-livell tal-UE għandha tkun iffukata fuq il-koordinazzjoni u l-appoġġ tal-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom. Jenfasizza li azzjoni tal-komunità lokali hija l-mod l-iktar veloċi u effettiv biex tkun limitata l-ħsara kkawżata minn diżastru;

9.

jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinvolvu wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iskrinjar ta’ investimenti ppjanati fil-programmi relevanti kollha u fid-diskussjoni dwar bidliet possibbli;

10.

jenfasizza li l-valutazzjoni tar-riskju u l-provvedimenti tal-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju, bħal dawk meħtieġa taħt il-leġislazzjoni tal-Protezzjoni Ċivili jew id-Direttiva dwar l-Għargħar tal-UE, jeħtieġ li jitfasslu fi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Jinnota li f’ħafna każijiet, il-livelli lokali u reġjonali tal-gvern ikollhom iktar għarfien dwar ir-riskju milli l-gvern nazzjonali. Jitlob għal kodiċi ta’ kondotta għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-preparazzjoni ta’ dawn il-pjani. Jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali tal-gvern;

11.

itenni (2) l-ħtieġa għal qafas għal pjani ta’ ġestjoni tar-riskju, li wara jkunu jistgħu jintużaw bħala linji gwida mill-Istati Membri. Dan għandu jiffaċilita wkoll l-komparabilità tal-kontenut tagħhom; jinnota li l-qafas tal-UE jkun konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà; jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu f’pożizzjoni li jfasslu l-pjanijiet tagħhom tal-ġestjoni tar-riskju iżda qafas tal-UE li jgħin biex tingħata gwida jkun ta’ għajnuna;

12.

jirrakkomanda li l-ġestjoni taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni għal Rispons ta’ Emerġenza (ERCC) tal-Kummissjoni Ewropea titwettaq f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali tal-pajjiżi li qed jieħdu sehem fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

13.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll is-settur tal-volontarjat u tal-komunità fin-Netwerk tal-Għarfien tal-Protezzjoni Ċivili tal-UE li għadu kemm ġie stabbilit;

14.

jistieden lill-Kummissjoni, fi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, biex tiżviluppa strateġija ta’ tħejjija għad-diżastri, li tkun tkopri l-programm ta’ taħriġ u eżerċizzju, u elementi oħra bħas-sejħa għal proposti tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, il-programm ta’ skambju ta’ esperti u l-iżvilupp ta’ xenarji ta’ riskju;

15.

jinnota li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jiġi kkomunikat sewwa lill-atturi reġjonali u lokali sabiex tittejjeb il-ġestjoni tar-riskji, mhux biss fil-livell transkonfinali, iżda wkoll bejn l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali;

16.

jenfasizza l-importanza ta’ kampanji ta’ informazzjoni nazzjonali u sottonazzjonali li jxerrdu l-informazzjoni dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u r-riskji lokali u reġjonali identifikati fid-dokumenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tar-riskju lokali u reġjonali; itenni l-importanza ta’ kampanji ta’ informazzjoni bħal dawn immirati wkoll lejn l-iskejjel.

17.

jappoġġja s-sejħa biex jinħoloq programm Erasmus tal-protezzjoni ċivili f’konformità mar-regoli u l-prinċipji tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 li jistabbilixxi “Erasmus + (3)”. Programm ġdid bħal dan għandu jinkludu dimensjoni internazzjonali u jkun miftuħ mhux biss għar-rappreżentanti nazzjonali iżda wkoll għal dawk reġjonali u lokali;

Opportunitajiet ta’ finanzjament

18.

jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex isaħħu l-koerenza ma’ strumenti oħrajn tal-UE dwar il-ġestjoni u l-prevenzjoni tar-riskju ta’ diżastri. Dan għandu jsir mhux biss billi tinħoloq rabta bejn il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u l-politiki ta’ koeżjoni, tal-iżvilupp rurali, tas-saħħa u tar-riċerka, u billi wieħed jinkoraġġixxi l-integrazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet fil-politiki ambjentali, iżda wkoll billi tingħata ħarsa lejn kif dawn ir-rabtiet jistgħu jissaħħu fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali u r-regoli li jirregolaw l-użu ta’ fondi;

19.

jieħu nota tal-fatt li l-Kummissjoni qiegħda tikkunsidra kundizzjonalitajiet ex ante biex tagħmel użu mill-ippjanar tal-valutazzjoni tar-riskju u l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju għal wara l-2020, skont il-Politika ta’ Koeżjoni u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali; jenfasizza li l-kundizzjonalitajiet ex ante msejsa biss fuq valutazzjoni tar-riskju u l-ippjanar għall-ġestjoni tar-riskji mhux ser jgħinu biex tinkiseb ir-reżiljenza għad-diżastri. Ir-reżiljenza għad-diżastri għandha tiġi stabbilita bħala kriterju fir-regoli li jirregolaw l-użu tal-Fondi bħala xi ħaġa li trid tintlaħaq minn kull proġett iffinanzjat mill-UE;

20.

jilqa’ l-objettiv li l-għarfien xjentifiku jsir aktar disponibbli b’mod wiesa’ u jiddependi aktar mir-riżultati ta’ riċerka xjentifika meta jittieħdu u jitwettqu azzjonijiet ta’ prevenzjoni; jenfasizza l-importanza ta’ ħidma mas-settur privat biex tinkiseb politika ta’ data miftuħa u jkun żgurat li l-interessi kummerċjali ma jiħdux preċedenza fuq is-sikurezza u l-benesseri pubbliċi;

21.

jenfasizza l-ħtieġa li l-komunitajiet jiġu mħeġġa jippjanaw għall-awtoassistenza peress li ħafna drabi l-assistenza esterna tieħu ħafna ħin biex tasal. Għalhekk, jitlob għal azzjoni tal-UE biex tiffoka fuq il-provvediment ta’ assistenza għal taħriġ tekniku biex b’hekk tkun tista’ titjieb il-kapaċità tal-komunitajiet għall-awtoassistenza, u b’hekk ikunu f’pożizzjoni aħjar biex jipprovdu rispons inizjali u jrażżnu diżastru. It-taħriġ u l-edukazzjoni immirati għall-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili, bħall-mexxejja tal-komunità, u għal prattikanti tal-kura soċjali jew medika, kif ukoll għas-servizzi tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar, jistgħu jgħinu fit-trażżin ta’ diżastru u jnaqqsu l-imwiet kemm matul u wara l-kriżi (4);

22.

itenni r-rwol importanti tas-settur privat fil-kisba tar-reżiljenza għad-diżastri u s-sostenn ta’ rkupru effettiv u f’waqtu minn diżastri. Pereżempju, l-assigurazzjoni privata hija essenzjali biex tkun skoraġġita l-imġiba riskjuża, biex tiġi promossa l-kuxjenza dwar ir-riskji u biex jiġi ffaċilitat l-irkupru wara diżastru (5).

Riżerva ddedikata ta’ assi tal-UE: rescEU

23.

jieħu nota tal-proposta biex tinħoloq riżerva ta’ assi ddedikata separatament – rescEU – li tikkumplimenta l-kapaċitajiet ta’ rispons nazzjonali tal-Istati Membri u tissaħħaħ il-kapaċità kollettiva biex tirrispondi għal diżastri. Skont il-proposta tal-Kummissjoni, “rescEU” se ssir strument ta’ reazzjoni importanti fil-futur, b’mod partikolari għall-implimentazzjoni transkonfinali. Madankollu jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni mhix akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt, li wassal biex il-Kummissjoni tonqos milli twettaq għażliet alternattivi. Biex jiġi żgurat ir-rispett tas-sussidjarjetà, l-għan u l-kompitu ta’ “rescEU” jeħtieġ li jiġi segwit b’mod li jżomm ir-responsabbiltà ċentrali fil-livell tal-Istati Membri filwaqt li fl-istess ħin jiffaċilita ż-żieda tal-interazzjoni fost l-Istati Membri affettwati u l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Għal rispons immedjat u effettiv, unitajiet lokali kwalifikati u mgħammra sew huma kruċjali bħalma huwa r-rwol li jaqdu gruppi volontarji fil-livell komunitarju. L-Istati Membri jridu jiżguraw appoġġ finanzjarju adegwat għall-unitajiet ta’ rispons pubbliċi; Madankollu, jenfasizza li l-fokus ewlieni għandu jibqa’ fuq il-bini tar-reżiljenza għad-diżastri sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ diżastri u l-ħsara li jikkawżaw tkun minimizzata;

24.

jilqa’ s-simplifikazzjoni tas-sistema attwali effetwata bl-introduzzjoni ta’ rata unika ta’ kofinanzjament (75 %) għall-adattament, tiswijiet, trasport u spejjeż tal-operat għal assi fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili; jilqa’ wkoll id-deċiżjoni biex jittaffa l-piż finanzjarju minn fuq l-Istati parteċipanti permezz tat-titjib tal-ispejjeż eliġibbli u ż-żieda tar-rata ta’ kofinanzjament għal 75 %, filwaqt li jiġi enfasizzat li r-riżerva l-ġdida għandha tappoġġja, u mhux ittaffi lill-Istati Membri mill-obbligu tagħhom li jiżviluppaw il-potenzjal ta’ salvataġġ tagħhom stess.

25.

jinnota li l-konfigurazzjoni proposta tar-riżerva rescEU tinkludi riżorsi li diġà hemm ammont biżżejjed minnhom impenjati fil-konsorzju volontarju; għalhekk jappoġġja li tinżamm il-possibbiltà għall-Kummissjoni li ssewwi mill-ġdid il-konsorzju ta’ rescEU bi qbil mal-Istati Membri, sabiex dan jiġi adattat b’mod sħiħ għal-lakuni fil-kapaċità identifikati;

26.

jipproponi li l-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet pubbliċi mill-Istati Membri u l-entitajiet tas-settur privat rescEU għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ volontarjat.

Sussidjarjetà u proporzjonalità

27.

jenfasizza li l-protezzjoni ċivili hija qasam fejn l-UE taġixxi biex tappoġġja, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri tagħha. Min-naħa tiegħu, jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riżerva l-ġdida li qed tinħoloq ikollha l-għan li tikkoordina, tappoġġa u tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri aktar milli tagħti lill-UE r-riżorsi tagħha stess jew kompetenzi ġodda. Jenfasizza li fokus fuq l-appoġġ u l-għajnuna biex jitjiebu l-kapaċitajiet ta’ rispons tal-komunitajiet lokali jista’ jkun mod biex ikun żgurat rispons aktar effettiv f’każ ta’ diżastru b’tali mod li jkun rispettat il-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

Brussell, is16 ta’ Mejju 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  COR 02646/2014; CDR 5035/2016

(2)  CDR 740/2012.

(3)  2017/0309(COD) (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).

(4)  CDR 02646/2014.

(5)  CDR 05035/2016; CDR 02646/2014.


5.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/46


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

(2018/C 361/08)

Relatur:

Mark WEINMEISTER (DE/PPE), Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej, Hesse

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

COM(2017) 753 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 2, tiżdied premessa ġdida qabel 1998/83 premessa 6.

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Billi hemm bżonn ta’ rekwiżiti minimi għal standards minimi tal-kwalità u valuri parametriċi marbuta mas-saħħa essenzjali u preventivi fir-rigward tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem biex ikunu definiti l-għanijiet ta’ kwalità ambjentali minima li għandhom jintlaħqu flimkien ma’ regoli u miżuri oħra fil-livell tal-UE sabiex jiġi salvagwardjat u promoss l-użu sostenibbli tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dan jinkludi b’mod partikolari miżuri xierqa għall-protezzjoni tal-ilma li jiżguraw li l-ilma tal-wiċċ u tal-art jinżamm nadif.

Raġuni

Din il-premessa hija magħmula parzjalment mill-premessi 5 u 8 li ġew imħassra. Huwa essenzjali li l-influwenza ta’ sorsi ta’ emissjonijiet tal-ambjent mill-oqsma bħalma huma l-ilma mormi, l-industrija u l-agrikoltura, li jistgħu jaffettwaw il-kwalità tal-korpi tal-ilma fi gradi differenti, tiġi ġestita permezz tal-istabbiliment ta’ standards ta’ kwalità ambjentali skont il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u l-prinċipju ta’ prekawzjoni. Fl-aħħar mill-aħħar, għal dan il-livell ta’ entrata, huwa kruċjali li jiġi stabbilit sa liema estent se tiġi żgurata l-kwalità tal-ilma tax-xorb fit-terminu qasir jew fit-tul. Ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma tax-xorb li tiffavorixxi s-soluzzjoni “end-of-pipe” (il-punt tar-rimi) għandha tiġi rifjutata minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Fil-kuntest tal-“ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem”, huma meħtieġa strateġiji u miżuri xierqa f’oqsma ambjentali differenti, filwaqt li dan huwa konformi mar-rekwiżiti fl-Artikolu 7. Il-valutazzjoni relatata mas-saħħa tal-valuri parametriċi tad-WHO hija bbażata fuq approċċ preventiv relatat mas-saħħa (ara wkoll l-premessa 16 ġdida, li twaqqaf id-derogi skont Artikolu 9 tad-Direttiva 98/83/KE), u l-allokazzjoni tfisser li l-ilma tax-xorb jiġi fornut mingħajr effetti negattivi għas-saħħa għal perjodu limitat ta’ żmien. Artikolu 12 (ġdid) tal-proposta jħassar ukoll dan l-approċċ preventiv.

Emenda 2

Premessa 5

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Uffiċċju Reġjonali tad-WHO għall-Ewropa wettaq analiżi dettaljata tal-lista ta’ parametri u tal-valuri parametriċi stabbiliti fid-Direttiva 98/83/KE sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx bżonn li din tiġi adattata fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Fid-dawl tar-riżultati ta’ din l-analiżi, għandhom jiġu kkontrollati patoġeni enteriċi u l-Legionella, filwaqt li jentħieġ jiżdiedu sitt parametri kimiċi jew gruppi ta’ parametri, u tliet sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali għandhom jiġu kkunsidrati b’valuri ta’ parametraġġ referenzjarju prekawzjonarji . Għal tlieta mill-parametri l-ġodda jenħtieġ jiġu stabbiliti valuri parametriċi li huma aktar stretti minn dawk proposti mid-WHO, iżda li xorta huma vijabbli, u dan fid-dawl tal-prinċipju ta’ prekawzjoni. Rigward iċ-ċomb, id-WHO innutat li l-konċentrazzjonijiet jenħtieġ ikunu baxxi sal-aktar livell raġonevolment prattiku, filwaqt li għall-kromju, il-valur għadu qed jiġi analizzat mid-WHO; għalhekk, qabel jiġu stabbiliti valuri aktar stretti għal dawn iż-żewġ parametri jenħtieġ japplika perjodu tranżitorju ta’ għaxar snin.

L-Uffiċċju Reġjonali tad-WHO għall-Ewropa wettaq analiżi dettaljata tal-lista ta’ parametri u tal-valuri parametriċi stabbiliti fid-Direttiva 98/83/KE sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx bżonn li din tiġi adattata fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Fid-dawl tar-riżultati ta’ din l-analiżi, għandhom jiġu kkontrollati patoġeni enteriċi u l-Legionella, filwaqt li jentħieġ jiżdiedu disa’ parametri kimiċi jew gruppi ta’ parametri, u  fejn tliet sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali u l-valuri gwida rrakkomandati mid-WHO għandhom jiġu kkunsidrati. Rigward iċ-ċomb, id-WHO innutat li l-konċentrazzjonijiet jenħtieġ ikunu baxxi sal-aktar livell raġonevolment prattiku, filwaqt li għall-kromju, il-valur għadu qed jiġi analizzat mid-WHO; għalhekk, qabel jiġu stabbiliti valuri aktar stretti għal dawn iż-żewġ parametri jenħtieġ japplika perjodu tranżitorju ta’ għaxar snin.

Raġuni

Il-proposta tal-Kummissjoni ma tagħti l-ebda definizzjoni tat-terminu “valuri ta’ parametraġġ referenzjarju prekawzjonarji”. Fil-punt 5 tal-proposta għal “Spjegazzjoni dettaljata dwar kif tqiesu r-rakkomandazzjonijiet tad-WHO dwar il-parametri u l-valuri parametriċi għall-proposta”, il-Kummissjoni tiddikjara wkoll li attwalment, skont id-WHO, ma hemm l-ebda evidenza ta’ riskju għas-saħħa fir-rigward tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għat-tliet sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali u li dan huwa wkoll improbabbli. L-iffissar mill-Kummissjoni ta’ livelli ta’ konċentrazzjoni għal dawn it-tliet sustanzi kmiċi mhuwiex trasparenti u lanqas iġġustifikat xjentifikament. Għaldaqstant huwa rrakkomandat — u dan jista’ jiġi ġġustifikat fir-rigward ta’ rekwiżit tas-saħħa (l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem) –, li l-valuri gwida proposti mid-WHO għandhom jitqiesu bħala valuri parametriċi.

Emenda 3

Wara l-premessa 5, jitfasslu mill-ġdid il-premessi 1998/83 13 u 16 preċedenti.

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Billi parametri huma bbażati fuq it-tagħrif xjentifiku disponibbli u billi l-prinċipju ta’ prekawzjoni ġie kkunsidrat ukoll; billi l-parametri ntgħażlu biex ikun żgurat li l-ilma maħsub għal konsum mill-bniedem jista’ jinxtorob mingħajr periklu għas-saħħa, u allura jfissru livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa;

Raġuni

Il-premessi 13 u 16 preċedenti għandhom jintużaw sabiex isiru dikjarazzjonijiet ċari dwar il-valuri parametriċi. B’rabta mal-Artikolu 18 (Reviżjoni tal-Annessi), ma hemm l-ebda dubju li l-valuri parametriċi huma bbażati fuq it-tagħrif xjentifiku disponibbli u l-prinċipju ta’ prekawzjoni. Dan huwa relatat mal-Artikolu ġdid 12(3), li skontu l-Istati Membri se jkollhom jivvalutaw b’mod “awtomatiku” kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mal-valuri parametriċi bħala theddida potenzjali għas-saħħa tal-bniedem. Kif diġà ġie ddikjarat fl-emenda 1, il-valutazzjoni relatata mas-saħħa tal-valuri parametriċi tad-WHO hija bbażata fuq approċċ preventiv relatat mas-saħħa (ara wkoll l-premessa 16 ġdida — it-tneħħija tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/83/KE) u mhux fuq periklu potenzjali immedjat. Dan imur kontra d-WHO.

Emenda 4

Premessa 9

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-valutazzjoni tal-perikli jenħtieġ tkun immirata lejn it-tnaqqis tal-livell ta’ trattament meħtieġ għall-produzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, pereżempju billi jitnaqqsu l-pressjonijiet li jikkawżaw it-tniġġis tal-korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jidentifikaw il-perikli u s-sorsi possibbli ta’ tniġġis tal-ilma assoċjati ma’ dawk il-korpi tal-ilma u li dawn jimmonitorjaw is-sustanzi niġġiesa li jidentifikaw bħala rilevanti, pereżempju minħabba l-perikli identifikati (eż. il-mikroplastiċi, in-nitrati, il-pestiċidi jew il-prodotti mediċinali identifikati skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), minħabba l-preżenza naturali tagħhom fiż-żona tal-astrazzjoni (pereżempju l-arseniku), jew minħabba informazzjoni mingħand il-fornituri tal-ilma (eż. żieda f’daqqa ta’ parametru speċifiku f’ilma mhux ittrattat). Dawk il-parametri jenħtieġ jintużaw bħala markaturi li permezz tagħhom tixkatta azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti biex titnaqqas il-pressjoni fuq il-korpi tal-ilma, bħal pereżempju miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ mitigazzjoni (inkluż riċerka biex, fejn meħtieġ, jiġu mifhuma l-impatti fuq is-saħħa), biex dawk il-korpi tal-ilma jiġu protetti u jiġi indirizzat is-sors tat-tniġġis, f’kooperazzjoni mal-fornituri tal-ilma u mal-partijiet ikkonċernati.

Il-valutazzjoni tal-perikli jenħtieġ tkun immirata lejn it-tnaqqis tal-livell ta’ trattament meħtieġ għall-produzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, pereżempju billi jitnaqqsu l-pressjonijiet li jikkawżaw it-tniġġis tal-korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jidentifikaw il-perikli u s-sorsi possibbli ta’ tniġġis tal-ilma assoċjati ma’ dawk il-korpi tal-ilma u li dawn jimmonitorjaw is-sustanzi niġġiesa li jidentifikaw bħala rilevanti, pereżempju minħabba l-perikli identifikati (eż. il-mikroplastiċi (partiċelli bejn 1 nm u 5 mm fid-daqs b’kontenut għoli ta’ polimeri ) , il-livelli tan-nitrati, il-pestiċidi jew il-prodotti mediċinali identifikati skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), minħabba l-preżenza naturali tagħhom fiż-żona tal-astrazzjoni (pereżempju l-arseniku), jew minħabba informazzjoni mingħand il-fornituri tal-ilma (eż. żieda f’daqqa ta’ parametru speċifiku f’ilma mhux ittrattat). Dawk il-parametri jenħtieġ jintużaw bħala markaturi li permezz tagħhom tixkatta azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti biex titnaqqas il-pressjoni fuq il-korpi tal-ilma, bħal pereżempju miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ mitigazzjoni (inkluż riċerka biex, fejn meħtieġ, jiġu mifhuma l-impatti fuq is-saħħa), biex dawk il-korpi tal-ilma jiġu protetti u jiġi indirizzat is-sors tat-tniġġis, f’kooperazzjoni mal-fornituri tal-ilma u mal-partijiet ikkonċernati. Għal din ir-raġuni, l-Istati Membri għandhom jintroduċu dispożizzjonijiet leġislattivi u regolatorji li jwasslu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-operaturi tas-servizzi tal-ilma sabiex ikollhom għodod biex jissorveljaw l-effetti tal-għażliet relatati mal-investiment. L-impatt previst u l-pressjoni fuq il-korpi tal-ilma minħabba l-ilma iskartat għandhom ikunu l-muturi ewlenin għall-bini ta’ mudelli ambjentali unitarji għat-tbassir u l-evalwazzjoni, utli għall-valutazzjoni tal-aħjar kundizzjonijiet rilevanti għal sostenibbiltà ambjentali, barra minn dik soċjoekonomika, l-operazzjonijiet fuq in-netwerks u fuq l-installazzjonijiet għall-iżgurar ta’ netwerks integrati ta’ servizzi tal-ilma, skont il-vokazzjonijiet soċjoekonomiċi tat-territorji li qed issir referenza għalihom.

Raġuni

Il-mikroplastiċi huma sors prinċipali ta’ tniġġis li għandu jkun immonitorjat mill-Istati Membri. Id-definizzjoni proposta hawn fuq hija dik użata mill-Aġenzija Żvediża għall-Protezzjoni tal-Ambjent. Tingħata preferenza għat-terminu “livelli tan-nitrat” minflok “nitrati” peress li, mil-lat kimiku, “nitrat” biss huwa korrett u f’dan il-kuntest qed issir referenza għal-livelli tan-nitrat.

Emenda 5

Premessa 11

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fil-punt li fih l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem isir disponibbli għall-utent xieraq, għandu jkun hemm konformità mal-valuri parametriċi użati biex tiġi evalwata l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Fil-punt li fih l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem isir disponibbli għall-utent xieraq, għandu jkun hemm konformità mal-valuri parametriċi użati biex tiġi evalwata l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Madankollu, il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tista’ tkun influwenzata mis-sistema ta’ distribuzzjoni domestika. Id-WHO tinnota li, mill-patoġeni kollha li jinġarru mill-ilma, il-Legionella tikkawża l-ogħla piż sanitarju fl-Unjoni. Din tiġi trażmessa permezz tan-nifs minn sistemi tal-ilma sħun, pereżempju waqt li dak li jkun ikun qed jieħu doċċa. Għalhekk, hija marbuta b’mod ċar mas-sistema ta’ distribuzzjoni domestika. Billi l-impożizzjoni ta’ obbligu unilaterali biex il-postijiet pubbliċi u privati kollha jiġu mmonitorjati għal dan il-patoġenu twassal għal spejjeż mhux raġonevoli u għoljin wisq, valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika hija għalhekk iktar adattata biex tindirizza din il-kwistjoni. Barra minn hekk, anki r-riskji potenzjali li jistgħu jirriżultaw minn prodotti u minn materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jenħtieġ jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika. Għalhekk, il-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika jenħtieġ tinkludi, inter alia, l-iffokar tal-monitoraġġ fuq postijiet ta’ prijorità, il-valutazzjoni tar-riskji li jirriżultaw mis-sistema ta’ distribuzzjoni domestika u mill-prodotti u l-materjali relatati, u l-verifika tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem abbażi tad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tiġi pprovduta flimkien mad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni. Abbażi ta’ din il-valutazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw, inter alia, li l-miżuri xierqa ta’ kontroll u ta’ ġestjoni (eż. f’każ ta’ tifqigħat) huma fis-seħħ, f’konformità mal-gwida tad-WHO, u li l-migrazzjoni minn prodotti għall-bini ma tkunx ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem. Madankollu, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 305/2011, fejn dawn il-miżuri jimplikaw limiti għall-moviment ħieles ta’ prodotti u materjali fl-Unjoni, dawn il-limiti għandhom ikunu debitament ġustifikati u strettament proporzjonati, filwaqt li ma għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Madankollu, il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tista’ tkun influwenzata mis-sistema ta’ distribuzzjoni domestika. Id-WHO tinnota li, mill-patoġeni kollha li jinġarru mill-ilma, il-Legionella tikkawża l-ogħla piż sanitarju fl-Unjoni. Din tiġi trażmessa permezz tan-nifs minn sistemi tal-ilma sħun, pereżempju waqt li dak li jkun ikun qed jieħu doċċa. Għalhekk, hija marbuta b’mod ċar mas-sistema ta’ distribuzzjoni domestika. Billi l-impożizzjoni ta’ obbligu unilaterali biex il-postijiet pubbliċi u privati kollha jiġu mmonitorjati għal dan il-patoġenu twassal għal spejjeż mhux raġonevoli u għoljin wisq, valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika hija għalhekk iktar adattata biex tindirizza din il-kwistjoni. Barra minn hekk, anki r-riskji potenzjali li jistgħu jirriżultaw minn prodotti u minn materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jenħtieġ jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika. Għalhekk, il-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika jenħtieġ tinkludi, inter alia, l-iffokar tal-monitoraġġ fuq postijiet ta’ prijorità, il-valutazzjoni tar-riskji li jirriżultaw mis-sistema ta’ distribuzzjoni domestika u mill-prodotti u l-materjali relatati, u l-verifika tas-sustanzi rilaxxati fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem permezz ta’ prodotti materjali.

Raġuni

Huwa rrakkomandat li l-prodotti u l-materjali ma jkunux soġġetti għal valutazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 (ir-Regolament dwar il-prodotti għall-bini) fir-rigward ta’ sustanzi rilaxxati fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. L-istabbiliment ta’ kriterji parametriċi u valuri parametriċi għal migrazzjonijiet materjali fl-ilma tax-xorb minn prodotti tal-bini huwa rekwiżit ta’ rilevanza għas-saħħa, u skont ir-Regolament dwar il-prodotti għall-bini, s’issa għad m’hemm l-ebda standard armonizzat fir-rigward tal-kriterji għall-valutazzjoni u l-kontenut tal-eżiti għar-rekwiżiti rilevanti għas-saħħa — abbażi biss ta’ avviż. Dikjarazzjonijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-livelli u l-klassijiet għall-manifatturi ma jistgħux jiġu stabbiliti u ddivulgati. Barra minn hekk, fil-kuntest ta’ marka CE possibbli jew marka CE għall-prodotti għall-bini li jitqiegħdu fis-suq, mhuwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk id-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni (pereżempju dwar is-saħħa mekkanika) ma timponix ukoll riskju fuq is-saħħa tal-bniedem bħala konsegwenza tal-migrazzjoni ta’ sustanzi fl-ilma tax-xorb. Minbarra l-prodotti għall-bini, materjali oħra jistgħu jirrilaxxaw sustanzi fl-ilma. Għaldaqstant, ir-Regolament dwar il-prodotti għall-bini huwa adatt biss sa ċertu punt, u l-materjali kollha għandhom jiġu kkontrollati u rregolati. Madankollu, informazzjoni vverifikata dwar il-migrazzjoni ta’ sustanzi b’rabta mal-prodotti fl-ilma tax-xorb hija disponibbli fis-Sistema ta’ 4 Stati Membri (4MS), li tipprovdi bażi ppruvata u nnotifikata għall-introduzzjoni ta’ skema armonizzata ta’ ttestjar u valutazzjoni għall-materjali u l-prodotti li jiġu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb. Fil-ġejjieni, dawn ir-rekwiżiti tal-iġjene u, f’dan il-kuntest, rekwiżiti oħra diretti għandhom jiġi inkorporati fid-Direttiva tal-UE dwar l-Ilma tax-Xorb. Minbarra l-Ġermanja u Franza, l-inizjattiva 4MS tinvolvi wkoll in-Netherlands u r-Renju Unit. Ara wkoll l-emendi 13 u 14 għall-Artikolu 10(1)(c).

Emenda 6

Premessa 12

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/83/KE dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tat-trattament, it-tagħmir u l-materjali ma rnexxilhomx jindirizzaw l-ostakoli għas-suq intern fir-rigward taċ-ċirkolazzjoni libera ta’ prodotti għall-bini li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. L-approvazzjonijiet tal-prodotti fil-livell nazzjonali għadhom fis-seħħ, iżda l-Istati Membri għandhom rekwiżiti differenti. B’riżultat ta’ dan, il-manifatturi jsibuha diffiċli biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom fl-Unjoni kollha. It-tneħħija ta’ ostakoli tekniċi tista’ tinkiseb b’mod effettiv biss billi jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għall-prodotti għall-bini li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011. Dak ir-Regolament jippermetti li jiġu żviluppati standards Ewropej li jarmonizzaw il-metodi ta’ valutazzjoni għall-prodotti għall-bini li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u li jiġu stabbiliti livelli ta’ limitu u klassijiet b’rabta mal-livell ta’ prestazzjoni ta’ karatteristika essenzjali. Għal dak l-għan, fil-Programm ta’ Ħidma għall-istandardizzazzjoni tal-2017 ġiet inkluża talba ta’ standardizzazzjoni li teħtieġ, b’mod speċifiku, ħidma ta’ standardizzazzjoni b’rabta mal-iġjene u s-sikurezza għall-prodotti u l-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011, u sal-2018 se jinħareġ istandard. Il-pubblikazzjoni ta’ dan l-istandard armonizzat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea se jiżgura li jkun hemm proċess razzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għat-tqegħid fis-suq u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-bini li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jkunu sikuri. B’konsegwenza ta’ dan, id-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jenħtieġ jitħassru, għandhom jiġu sostitwiti b’mod parzjali minn dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika u għandhom jiġu kkumplimentati minn standards armonizzati rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011.

 

Raġuni

Minħabba n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tar-rekwiżit bażiku tal-iġjene u s-saħħa għall-prodotti (Anness I Numru 3e) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 b’rabta mal-istandards tal-prodotti u tal-evalwazzjoni, u b’hekk id-data armonizzata dwar il-prestazzjoni għas-sustanzi kimiċi rilaxxati fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, hemm ġustifikazzjoni suffiċjenti biex tiġi rinunzjata dispożizzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 (ara wkoll l-Artikolu 10(1)(c)) għall-prevenzjoni ta’ perikli għas-saħħa tal-bniedem. Fil-passat, approċċ li jarmonizza l-istandards diġà falla. Bħala soluzzjoni huwa rrakkomandat li fid-Direttiva tal-UE dwar l-Ilma tax-Xorb jiġu regolati rekwiżiti diretti relatati mal-iġjene. Ara wkoll l-emendi 13 u 14 għall-Artikolu 10(1)(c).

Emenda 7

Premessa 15

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-istandards imposti minn din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istat Membru konċernat jinvestiga minnufih il-kawża u jiżgura li, kemm jista’ jkun malajr, tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex titranġa l-kwalità tal-ilma. F’każijiet fejn il-provvista tal-ilma tikkostitwixxi periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, il-provvista ta’ dak l-ilma għandha tiġi pprojbita, jew l-użu ta’ dak l-ilma għandu jiġi ristrett. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi ċċarat li nuqqas li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi għall-valuri relatati mal-parametri mikrobijoloġiċi u kimiċi jenħtieġ jiġi kkunsidrat b’mod awtomatiku mill-Istati Membri bħala periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem. F’każijiet fejn tkun meħtieġa azzjoni korrettiva biex titranġa l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, skont l-Artikolu 191(2) tat-Trattat, għandha tingħata prijorità lill-azzjoni li ssewwi l-kawża tal-problema.

F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-istandards imposti minn din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istat Membru konċernat jinvestiga minnufih il-kawża u jiżgura li, kemm jista’ jkun malajr, tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex titranġa l-kwalità tal-ilma. F’każijiet fejn il-provvista tal-ilma tikkostitwixxi periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, il-provvista ta’ dak l-ilma għandha tiġi pprojbita, jew l-użu ta’ dak l-ilma għandu jiġi ristrett. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi ċċarat li nuqqas li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi għall-valuri relatati mal-parametri mikrobijoloġiċi u kimiċi jista’jiġi kkunsidrat fuq bażi ta’ każ b’każ mill-Istati Membri bħala periklu potenzjali possibbli għas-saħħa tal-bniedem. F’każijiet fejn tkun meħtieġa azzjoni korrettiva biex titranġa l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, skont l-Artikolu 191(2) tat-Trattat, għandha tingħata prijorità lill-azzjoni li ssewwi l-kawża tal-problema.

Raġuni

Mhuwiex irrakkomandat li ssir valutazzjoni awtomatika tal-limiti tal-valuri parametriċi bħala periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem. Kif diġà ġie ddikjarat fl-emenda 1, il-valutazzjoni relatata mas-saħħa tal-valuri parametriċi tad-WHO hija bbażata fuq approċċ preventiv relatat mas-saħħa (ara wkoll l-premessa 16 ġdida — it-tneħħija tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/83/KE) u mhux fuq periklu potenzjali immedjat u b’hekk dan il-fatt jista’ jitqies bħala kontradizzjoni fih innifsu. Min-naħa l-oħra, dan ifisser li hemm diffikultajiet fil-komunikazzjoni mal-konsumatur, filwaqt li jwassal għal aktar tħassib u nuqqas ta’ fiduċja. Aktarx, fil-ġejjieni, dan jista’ jservi ta’ sostenn għall-konsum tal-ilma fi fliexken. Dan imur kontra l-miri stabbiliti fil-proposta għal Direttiva. Qed jiġi propost li tiġi rtirata t-tneħħija tal-Artikolu 9 “Derogi” tad-Direttiva 98/83/KE.

Emenda 8

Artikolu 2(3),(4),(5),(6) u (9)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   “fornitur tal-ilma” tfisser entità li bħala medja tforni mill-inqas 10 m3 ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kuljum.

3.   “fornitur tal-ilma” tfisser entità identifikabbli li bħala medja tforni mill-inqas 10 m3 ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kuljum.

4.   “fornitur tal-ilma żgħir” tfisser fornitur tal-ilma li jforni inqas minn 500 m3 ta’ ilma kuljum jew li jservi inqas minn 5 000 persuna.

4.   “fornitur tal-ilma żgħir” tfisser fornitur tal-ilma identifikabbli li jforni inqas minn 500 m3 ta’ ilma kuljum jew li jservi inqas minn 5 000 persuna.

5.   “fornitur tal-ilma kbir” tfisser fornitur tal-ilma li jforni mill-inqas 500 m3 ta’ ilma kuljum jew li jservi mill-inqas 5 000 persuna.

5.   “fornitur tal-ilma ta’ daqs medju” tfisser fornitur tal-ilma identifikabbli li jforni mill-inqas 500 m3 ta’ ilma kuljum jew li jservi mill-inqas 50 000 sa 5 00 000 persuna.

6.    “fornitur tal-ilma kbir ħafna” tfisser fornitur tal-ilma li jforni mill-inqas 5 000 m3 ta’ ilma kuljum jew li jservi mill-inqas 50 000 persuna.

6.     “fornitur tal-ilma kbir” tfisser fornitur tal-ilma identifikabbli li jforni mill-inqas 1 250 m3 ta’ ilma kuljum jew li jservi mill-inqas 500 000 sa 1500 000 persuna

7.    “postijiet ta’ prijorità” tfisser binjiet kbar b’ħafna utenti li potenzjalment jistgħu jkunu esposti għal riskji relatati mal-ilma, bħal sptarijiet, istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa, binjiet b’faċilità ta’ akkomodazzjoni, istituzzjonijiet penali u żoni għall-ikkampjar, kif identifikati mill-Istati Membri.

7.    “fornitur tal-ilma kbir ħafna” tfisser fornitur tal-ilma identifikabbli li jforni mill-inqas 5 000 m3 ta’ ilma kuljum jew li jservi mill-inqas 1 500 000 persuna.

8.    “gruppi vulnerabbli u emarġinati” tfisser persuni iżolati mis-soċjetà, bħala riżultat ta’ diskriminazzjoni jew ta’ nuqqas ta’ aċċess għal drittijiet, riżorsi jew opportunitajiet, u li huma aktar esposti għal firxa ta’ riskji possibbli relatati mas-saħħa tagħhom, mas-sigurtà tagħhom, man-nuqqas ta’ edukazzjoni, mal-involviment tagħhom fi prattiki li jagħmlu ħsara, jew ma’ riskji oħra, meta mqabbel mal-bqija tas-soċjetà.

8.    “postijiet ta’ prijorità” tfisser binjiet kbar b’ħafna utenti li potenzjalment jistgħu jkunu esposti għal riskji relatati mal-ilma, bħal sptarijiet, istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa, binjiet b’faċilità ta’ akkomodazzjoni, istituzzjonijiet penali u żoni għall-ikkampjar, kif identifikati mill-Istati Membri.

 

9.    “gruppi vulnerabbli u emarġinati” tfisser persuni iżolati mis-soċjetà, bħala riżultat ta’ diskriminazzjoni jew ta’ nuqqas ta’ aċċess għal drittijiet, riżorsi jew opportunitajiet, u li huma aktar esposti għal firxa ta’ riskji possibbli relatati mas-saħħa tagħhom, mas-sigurtà tagħhom, man-nuqqas ta’ edukazzjoni, mal-involviment tagħhom fi prattiki li jagħmlu ħsara, jew ma’ riskji oħra, meta mqabbel mal-bqija tas-soċjetà.

 

10.     provvista individwali li tipprovdi medja ta’ inqas minn 10 metri kubi kuljum jew li sservi inqas minn 50 persuna, sakemm l-ilma ma jkunx fornut bħala parti minn attività kummerċjali jew pubblika.

Raġuni

Hemm bżonn li tiġi stabbilita kategorija intermedja ta’ fornituri kbar (minn 500 000 sa 1 500 000 persuna). Huwa rrakkomandat li Artikolu 2(3) u Artikolu 2(6) ikopru l-impjanti tal-provvista tal-ilma li huma essenzjalment unitarji u għaldaqsrtant huma entitajiet indentifikabbli ta’ provvista. Hawnhekk mhux qed issir referenza għal provvisti tal-ilma mifruxa jew mhux kontigwi ta’ fornitur tal-ilma. Peress li l-Artikolu (3)(2)(b) jiddefinixxi provvista li tipprovdi inqas minn 10 metri kubi kuljum jew li sservi inqas minn 50 persuna, huwa rrakkomandat li din id-definizzjoni tiġi inkluża fl-Artikolu 2 għal raġunijiet ta’ kompletezza.

Emenda 9

Artikolu 5(1)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri applikabbli għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għall-parametri stipulati fl-Anness I, li m’għandhomx ikunu inqas stretti mill-valuri stipulati fl-istess Anness.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri applikabbli għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għall-parametri stipulati fl-Anness I, li m’għandhomx ikunu inqas stretti mill-valuri stipulati fl-istess Anness.

 

Għall-parametri indikaturi elenkati fil-Parti D tal-Anness I, jeħtieġ li l-valuri jiġu stabbiliti biss għall-fini ta’ monitoraġġ u konformità mal-obbligi tal-Artikolu 12.

Raġuni

Il-parametri indikaturi elenkati fil-Parti C tal-Anness I tad-Direttiva 98/83/KE huma mħassra mill-proposta għal Direttiva minħabba li dawn m’għandhom l-ebda rilevanza għas-saħħa. Madankollu, ir-riħa u t-togħma għandhom jiġu vvalutati bħala rekwiżiti iġeniċi għall-kwalità tal-ilma u għandhom effett fuq l-aċċettazzjoni tal-konsum tax-xorb.

Emenda 10

Artikolu 7(1)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provvista, it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huma soġġetti għal approċċ ibbażat fuq ir-riskju li jikkonsisti mill-elementi li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provvista, it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huma soġġetti għal approċċ ibbażat fuq ir-riskju li huwa xieraq, proporzjonat u rilevanti b’mod lokali skont il-linji gwida tad-WHO dwar il-kwalità tal-ilma tax-xorb kif ukoll l-istandard EN 15975-2 li jikkonsisti mill-elementi li ġejjin:

(a)

valutazzjoni tal-perikli ta’ korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, f’konformità mal-Artikolu 8;

(a)

valutazzjoni tal-perikli ta’ korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, f’konformità mal-Artikolu 8;

(b)

valutazzjoni tar-riskju tal-provvista mwettqa mill-fornituri tal-ilma għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-kwalità tal-ilma li jfornu, f’konformità mal-Artikolu 9 u mal-Parti C tal-Anness II;

(b)

valutazzjoni tar-riskju tal-provvista mwettqa mill-fornituri tal-ilma għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-kwalità tal-ilma li jfornu, f’konformità mal-Artikolu 9 u mal-Parti C tal-Anness II;

(c)

valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika, f’konformità mal-Artikolu 10.

(c)

valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika, f’konformità mal-Artikolu 10.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw allokazzjoni ċara u bbilanċjata tar-responsabbiltajiet għal valutazzjoni tal-perikli u tar-riskji fir-rigward tal-fornituri tal-ilma, b’kont meħud ta’ oqfsa nazzjonali istituzzjonali u legali kif ukoll tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Raġuni

Sabiex jiġi żgurat li l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jintuża skont proċeduri rikonoxxuti internazzjonalment, għandu jingħata tagħrif dwar l-istandards bażiċi, il-linji gwida tad-WHO fir-rigward tal-kunċett tal-Pjan tas-Sikurezza tal-Ilma (“water safety plan”) u l-istandard EN 15975-2 (il-linji gwida dwar il-ġestjoni tar-riskji u tal-kriżi għas-sigurtà tal-forniment tal-ilma tax-xorb).

Il-proporzjonalità jenħtieġ li tkun il-prinċipju ta’ gwida għall-approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Il-parametri għandhom ikunu adatti u ta’ rilevanza lokali, minħabba l-ispejjeż ekonomiċi u tekniċi addizzjonali. Ma hemm l-ebda evidenza li l-lista proposta ta’ frekwenzi u parametri se twassal għal livell ogħla ta’ protezzjoni tas-saħħa.

Il-Kummissjoni Ewropea tintroduċi analiżi bbażata fuq ir-riskju ta’ żoni fejn jinġabar l-ilma, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb u installazzjonijiet interni, bi spazju għall-Istati Membri biex jimlew dan. Id-diviżjoni tar-responsabbiltajiet għad trid tiġi ċċarata, partikolarment għal dak li għandu x’jaqsam mar-rwol ta’ kumpaniji tal-ilma tax-xorb.

Emenda 11

Artikolu 8(1), punt (d)(iv)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

sustanzi niġġiesa oħra rilevanti, bħal pereżempju mikroplastiċi, jew sustanzi niġġiesa speċifiċi tal-baċiri tax-xmajjar stabbiliti mill-Istati Membri abbażi tar-rieżami tal-impatt tal-attività tal-bniedem imwettaq skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u skont l-informazzjoni dwar pressjonijiet sinifikanti miġbura skont il-punt 1.4 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva;

sustanzi niġġiesa oħra rilevanti, bħal pereżempju mikroplastiċi (partiċelli bejn 1 nm u 5 mm fid-daqs b’kontenut għoli ta’ polimeri), jew sustanzi niġġiesa speċifiċi tal-baċiri tax-xmajjar stabbiliti mill-Istati Membri abbażi tar-rieżami tal-impatt tal-attività tal-bniedem imwettaq skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u skont l-informazzjoni dwar pressjonijiet sinifikanti miġbura skont il-punt 1.4 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva;

Raġuni

Il-mikroplastiċi huma sors prinċipali ta’ tniġġis li għandu jkun immonitorjat mill-Istati Membri. Id-definizzjoni proposta hawn fuq hija dik użata mill-Aġenzija Żvediża għall-Protezzjoni tal-Ambjent.

Emenda 12

Artikolu 8(4)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

F’każijiet fejn fornitur tal-ilma jkun jista’ jnaqqas il-frekwenza tal-monitoraġġ kif imsemmi fil-paragrafu 2(b), l-Istati Membri għandhom ikomplu jimmonitorjaw, b’mod regolari, dawk il-parametri fil-korp tal-ilma kopert mill-valutazzjoni tal-perikli.

F’każijiet fejn fornitur tal-ilma jkun jista’ jnaqqas il-frekwenza tal-monitoraġġ kif imsemmi fil-paragrafu 3(b), l-Istati Membri għandhom ikomplu jimmonitorjaw, b’mod regolari, dawk il-parametri fil-korp tal-ilma kopert mill-valutazzjoni tal-perikli.

Raġuni

Ir-referenza għandha tiġi kkjarifikata u tikkonċerna l-kummenti fil-paragrafu 3(b).

Emenda 13

Artikolu 10(1)(c)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

verifika rigward jekk il-prestazzjoni ta’ prodotti għall-bini li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem hijiex xierqa b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali relatati mar-rekwiżit bażiku għax-xogħlijiet tal-bini speċifikat fil-punt 3(e) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011.

 

Raġuni

In-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 dwar ir-rekwiżit bażiku tal-iġjene u s-saħħa (Anness I Numru 3e) għall-prodotti b’rabta mal-istandards relatati mal-prodotti u l-evalwazzjoni jwassal biex id-data armonizzata dwar il-prestazzjoni għas-sustanzi rilaxxati fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ma tkunx tista’ tiġi kkonsultata jew użata biex tipprevjeni l-perikli għas-saħħa tal-bniedem. Ara wkoll l-emendi 5 u 6.

Emenda 14

Artikolu 10(2)(c)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

jieħdu miżuri oħra, bħal metodi xierqa ta’ kondizzjonament, f’kooperazzjoni mal-fornituri tal-ilma, biex jitbiddlu n-natura jew il-karatteristiċi tal-ilma qabel ma dan jiġi fornut sabiex jitnaqqas jew jiġi eliminat ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mal-valuri parametriċi wara l-provvista;

 

Raġuni

Din il-miżura, li permezz tagħha l-fornituri tal-ilma jkunu jistgħu jbiddlu l-ilma qabel ma dan jiġi fornut fi stallazzjonijiet domestiċi, u li hija adatta sabiex jiġu mħarsa l-valuri parametriċi skont il-Parti C tal-Anness I, mhijiex fattibbli. Minflok, l-istallazzjonijiet domestiċi għandhom ikunu mfassla u joperaw, kemm mil-lat tekniku kif ukoll mil-lat materjali, b’tali mod li jiġu osservati l-valuri parametriċi skont il-Parti C tal-Anness I.

Emenda 15

Artikolu 10(2)(d)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

jinfurmaw b’mod debitu u jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kundizzjonijiet tal-konsum u l-użu tal-ilma, u dwar azzjoni possibbli biex jiġi evitat li r-riskju jerġa’ jseħħ;

jinfurmaw b’mod debitu u jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kundizzjonijiet tal-konsum u l-użu tal-ilma, u dwar azzjoni possibbli biex jiġi evitat li r-riskju tan-nuqqas ta’ konformità jerġa’ jseħħ;

Raġuni

Kjarifika dwar it-tip ta’ riskju.

Emenda 16

Artikolu 12(3)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Irrispettivament minn jekk ikunux intlaħqu jew le l-valuri parametriċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun ipprojbit jew ristrett l-użu ta’ kwalunkwe provvista ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jista’ jkun ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem u li tittieħed kull azzjoni oħra ta’ rimedju meħtieġa għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem.

Irrispettivament minn jekk ikunux intlaħqu jew le l-valuri parametriċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun ipprojbit jew ristrett l-użu ta’ kwalunkwe provvista ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jista’ jkun ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem u li tittieħed kull azzjoni oħra ta’ rimedju meħtieġa għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem.

L-Istati Membri għandhom, b’mod awtomatiku, iqisu kwalunkwe nuqqas b’rabta mal-issodisfar tar-rekwiżiti minimi għall-valuri parametriċi stabbiliti fil-Partijiet A u B tal-Anness I bħala periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem.

 

Raġuni

Hija regolamentazzjoni żejda li wieħed jikkwalifika b’mod awtomatiku kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità fir-rigward ta’ rekwiżit minimu ta’ valur parametriku — pereżempju batterju koliformi singolu, turbidità jew eċċess ta’ madwar 10 % tal-parametru kimiku — bħala periklu pontenzjal minnu nnifsu. Minn naħa waħda, il-valutazzjoni relatata mas-saħħa tal-valuri parametriċi tad-WHO hija bbażata fuq approċċ preventiv relatat mas-saħħa (ara wkoll l-premessa 16 ġdida — it-tneħħija tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/83/KE) u mhux fuq periklu potenzjali immedjat. Dan imur kontra d-WHO. Min-naħa l-oħra, il-batterji ta’ koliformi kif ukoll it-turbidità huma indikaturi ta’ kontaminazzjoni possibbli abbażi ta’ kjarifika. Għandu jiġi kkunsidrat li kwalunkwe nuqqas b’rabta mal-issodisfar tar-rekwiżiti minimi għall-valuri parametriċi jkun akkopjat mal-għoti ta’ tagħrif lill-konsumaturi. Probabbilment, dan iwassal għal inċertezza, tħassib u nuqqas ta’ fiduċja fl-ilma tax-xorb u jista’ jżid il-konsum tal-ilma fi flixkien. Dan imur kontra l-miri bażiċi tad-Direttiva. Madankollu, għandu jiġi kkunsidrat ukoll li f’xi każijiet, mhux dejjem ikunu jistgħu jiġu implimentati miżuri b’mod immedjat, pereżempju minħabba ċirkostanzi tekniċi. (Ara emenda 17, sabiex jiġi revokat l-Artikolu 9 “Derogi” mid-Direttiva 98/83/KE).

Emenda 17

Artikolu ġdid “Derogi” wara l-Artikolu 12

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Artikolu xx — Derogi (Artikolu 9 tad-Direttiva 98/83/KE)

1.     L-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi mill-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I, jew skont l-Artikolu 5(3), sa valur massimu li jiddeterminaw huma stess, sakemm l-ebda deroga ma tikkostitwixxi periklu potenzali għas-saħħa tal-bniedem; u sakemm il-provvista tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fil-post konċernat ma tkunx tista’ tinżamm b’mezzi oħra raġonevoli.

 

Id-derogi għandhom jiġu limitati għall-iqsar żmien possibbli u ma għandhomx jaqbżu t-tlett snin. Kif iż-żmien tad-deroga joqrob lejn tmiemu, għandha issir reviżjoni li tara jekk sarx progress suffiċjenti. Meta Stat Membru jkun irid jagħti t-tieni deroga, dan għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bir-reviżjoni li tkun saret kif ukoll bir-raġunijiet li wassluh jagħti t-tieni deroga. It-tieni deroga ma għandhiex taqbeż it-tlett snin.

 

2.     F’ċirkostanzi eċċezzjonali, Stat Membru jista’ jitlob għat-tielet deroga mill-Kummissjoni għal perjodu li ma jaqbiżx it-tlett snin. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fuq talba bħal din fi żmien tlett xhur.

 

3.     Kwalunkwe deroga mogħtija skont il-pargrafi 1 jew 2 għandha tispeċifika dan li ġej:

 

(a)

ir-raġunijiet għad-deroga;

 

(b)

il-parametru konċernat, riżultati rilevanti ta’ kontrolli li jkunu saru, u l-valur massimu permessibbli taħt id-deroga;

 

(c)

iż-żona ġeografika, il-kwantità tal-ilma pprovduta kull jum, il-popolazzjoni konċernata u jekk tkunx sa tiġi affetwata xi impriża tal-produzzjoni tal-ikel;

 

(d)

skema xierqa ta’ kontroll, b’żieda fil-frekwenza ta’ kontroll fejn meħtieġ;

 

(e)

Il-pjan fil-qosor tal-azzjoni korrettiva meħtieġa, li tinkludi skeda taż-żmien għax-xogħol u stima tal-ispejjeż u disposizzjonijet għar-reviżjoni;

 

(f)

it-tul taż-żmien tad-deroga.

 

4.     Jekk l-awtoritajiet kompetenti iħossu li n-nuqqas ta’ konformità mal-valur parametriku jkun wieħed trivjali, u jekk azzjoni meħuda skont l-Artikolu 8(2) tkun biżżejjed biex tirrimedja l-problema fi żmien tletin jum, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 jistgħu ma jiġux applikati.

F’dak il-każ, l-awtoriajiet kompetenti jew korpi oħra relevanti għandhom jistabbilixxu biss il-valur massimu permissibli għall-parametru konċernat u l-ħin allokat għar-rimedju tal-problema.

 

5.     Wieħed ma għandux iktar jirrikorri għall-paragrafu 4 jekk ikun ġie innutat nuqqas ta’ konformità ma’ valur parametriku wieħed għal provvista partikolari ta’ ilma li tkun seħħet f’iktar minn 30 jum fit-12 il-xahar ta’ qabel.

 

6.     Kwalunkwe Stat Membru li jirrikorri għad-derogi provduti f’dan l-Artikolu għandu jiżgura li l-popolazzjoni affetwata minn din id-deroga tiġi mgħarrfa fil-ħin u b’mod xieraq dwar id-deroga u l-kondizzjonijet tagħha. Barra minn hekk l-Istat Membru għandu, fejn meħtieġ, jiżgura li jinagħta tagħrif xieraq lil gruppi partrikolari fil-popolazzjoni li jgħalihom id-deroga tista’ tippreżenta riskju speċjali.

Dawn l-obligi m’għandhomx japplikaw fiċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 4 sa kemm l-awtoritajiet kompetenti ma jiddeċidux mod ieħor.

 

7.     Ħlief għal derogi mogħtija skont il-paragrafu 4a, Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn bi kwalunkwe deroga li għandhiex x’taqsam ma’ provvista individwali tal-ilma b’medja ta’ iktar minn 500 m3 kuljum jew li sservi iktar minn 5 000 persuna, inkluż it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 3.

 

8.     Dan l-Artikolu m’għandux japplika għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem offrut għall-bejgħ fi fliexken jew reċipjenti.

Raġuni

Sakemm ma jkun hemm l-ebda riskju potenzjali għas-saħħa b’rabta man-nuqqas ta’ konformità tal-valuri parametriċi, huwa rrakkomandat li r-regolamentazzjoni eżistenti fir-rigward tad-derogi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/83/KE terġa’ tidħol fis-seħħ. Dan minħabba l-fatt li mhux kull nuqqas ta’ konformità huwa periklu immedjat għas-saħħa, u minħabba li l-valutazzjoni relatata mas-saħħa tal-valuri parametriċi tad-WHO hija bbażata fuq approċċ preventiv relatat mas-saħħa (ara wkoll il-premessa 16 ġdida li twaqqaf id-derogi skont Artikolu 9 tad-Direttiva 98/83/KE).

Emenda 18

Artikolu 13

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

Aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex itejbu l-aċċess ta’ kulħadd għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u biex jippromwovu l-użu tiegħu fit-territorju tagħhom. Dan għandu jinkludi l-miżuri kollha li ġejjin:

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex itejbu l-aċċess ta’ kulħadd għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u biex jippromwovu l-użu tiegħu fit-territorju tagħhom. B’konsiderazzjoni tal-insularità ġeografika ta’ komunitajiet rurali u tal-gżejjer, d an għandu jinkludi l-miżuri kollha li ġejjin:

(a)

l-identifikazzjoni ta’ persuni mingħajr aċċess għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ aċċess (pereżempju minħabba appartenenza għal gruppi vulnerabbli u emarġinati), l-evalwazzjoni tal-possibbiltajiet għat-titjib tal-aċċess għal dawk in-nies u li dawn jiġu infurmati dwar il-possibiltajiet li jiġu konnessi ma’ netwerk ta’ distribuzzjoni, jew dwar mezzi alternattivi biex ikollhom aċċess għal ilma ta’ dan it-tip;

(a)

l-identifikazzjoni ta’ persuni mingħajr aċċess għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ aċċess (pereżempju minħabba appartenenza għal gruppi vulnerabbli u emarġinati), l-evalwazzjoni tal-possibbiltajiet għat-titjib tal-aċċess għal dawk in-nies u li dawn jiġu infurmati dwar il-possibiltajiet li jiġu konnessi ma’ netwerk ta’ distribuzzjoni, jew dwar mezzi alternattivi biex ikollhom aċċess għal ilma ta’ dan it-tip;

(b)

l-installazzjoni u ż-żamma fuq barra u fuq ġewwa ta’ tagħmir għal aċċess ħieles għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fi spazji pubbliċi;

(b)

l-installazzjoni u ż-żamma fuq barra u fuq ġewwa ta’ tagħmir għal aċċess ħieles għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fi spazji pubbliċi , filwaqt li tiġi prevista l-istallazzjoni ta’ apparat speċifiku sabiex ma ssirx ħela;

(c)

il-promozzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem permezz ta’ dawn li ġejjin:

(c)

il-promozzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem permezz ta’ dawn li ġejjin:

 

(i)

it-tnedija ta’ kampanji biex iċ-ċittadini jiġu infurmati dwar il-kwalità ta’ dan l-ilma;

 

(i)

it-tnedija ta’ kampanji biex iċ-ċittadini jiġu infurmati dwar il-kwalità ta’ dan l-ilma;

 

(ii)

it-tħeġġiġ tal-forniment ta’ dan l-ilma f’amministrazzjonijiet u f’binjiet pubbliċi;

 

(ii)

it-tħeġġiġ tal-forniment ta’ dan l-ilma f’amministrazzjonijiet u f’binjiet pubbliċi;

 

(iii)

it-tħeġġiġ tal-għoti b’xejn ta’ ilma ta’ dan it-tip f’ristoranti, f’kantins u f’servizzi ta’ catering.

 

(iii)

it-tħeġġiġ tal-għoti b’xejn ta’ ilma ta’ dan it-tip f’ristoranti, f’kantins u f’servizzi ta’ catering.

2.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1(a), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-aċċess minn gruppi vulnerabbli u emarġinati għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

2.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1(a), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa flimkien mal-awtoritajiet pubbliċi rilevanti fil-livell lokali u reġjonali biex jiżguraw l-aċċess minn gruppi vulnerabbli u emarġinati għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

 

Għandha tingħata attenzjoni partikolari li l-awtoritajiet lokali jkollhom influwenza fuq il-miżuri li jiżguraw aċċess għall-ilma. Għandu jkun possibbli wkoll li jintużaw sorsi privati tal-ilma, bil-kundizzjoni li jkunu ssorveljati u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità.

F’każ li dawk il-gruppi ma jkollhomx aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, l-Istati Membri għandhom jgħarrfuhom minnufih rigward il-kwalità tal-ilma li jkunu qed jużaw, u rigward kwalunkwe azzjoni li tista’ tittieħed biex jiġu evitati l-effetti ħżiena fuq saħħet il-bniedem li jistgħu jirriżultaw minn kwalunkwe tniġġis ta’ dak l-ilma.

F’każ li dawk il-gruppi ma jkollhomx aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, l-Istati Membri għandhom jgħarrfuhom minnufih rigward il-kwalità tal-ilma li jkunu qed jużaw, u rigward kwalunkwe azzjoni li tista’ tittieħed biex jiġu evitati l-effetti ħżiena fuq saħħet il-bniedem li jistgħu jirriżultaw minn kwalunkwe tniġġis ta’ dak l-ilma.

Raġuni

L-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jagħmel parti mis-servizzi pubbliċi. F’bosta Stati Membri, il-muniċipalitajiet għandhom ir-responsabbiltà legali li jipprovdu lill-popolazzjoni b’ilma tax-xorb suffiċjenti. Fir-rigward tal-kwistjoni li tikkonċerna l-kwalità tal-ilma tax-xorb u l-aċċess għall-ilma tax-xorb, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw din il-problema fuq inizjattiva tagħhom stess. Madankollu konsiderazzjoni ta’ ostakli addizzjonali minn ċerti awtoritajiet lokali u reġjonali u l-implikazzjonijiet tar-riżorsi jeħtieġ li jiġu indirizzati bl-involviment ta’ dawn l-awtoritajiet, b’hekk l-aċċess għall-ilma jsir aktar ekwu għal partijiet vulnerabbli tal-popolazzjoni.

Emenda 19

ANNESS I Parti B — Parametru: Pestiċidi — Noti

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

“Pestiċidi” tfisser:

insettiċidi organiċi,

erbiċidi organiċi,

fungiċidi organiċi,

nematoċidi organiċi,

akariċidi organiċi,

algiċidi organiċi,

rodentiċidi organiċi,

slimiċidi organiċi,

prodotti relatati (inter alia, regolaturi tat-tkabbir)

u l-metaboliti relevanti tagħhom kif definiti fl-Artikolu 3(32) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

“Pestiċidi” tfisser:

insettiċidi organiċi,

erbiċidi organiċi,

fungiċidi organiċi,

nematoċidi organiċi,

akariċidi organiċi,

algiċidi organiċi,

rodentiċidi organiċi,

slimiċidi organiċi,

prodotti relatati (inter alia, regolaturi tat-tkabbir)

u l-metaboliti relevanti tagħhom kif definiti fl-Artikolu 3(32) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Il-valur parametriku japplika għal kull pestiċida individwali.

Il-valur parametriku japplika għal kull pestiċida individwali.

Raġuni

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jirregola metaboliti “relevanti” u anke l-verżjoni Ingliża tal-proposta għall-Anness tad-Direttiva tal-UE dwar l-Ilma tax-Xorb tal-1 ta’ Frar 2018 tiddefinixxi “(…) u l-metaboliti relevanti tagħhom (…)”. Huwa rrakkomandat, li l-kelma “relevanti” tiġi tradotta b’mod xieraq fit-traduzzjoni Ġermaniża wkoll. (Nota tat-traduttur: Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda 20

ANNESS I Parti D;

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Parti D Parametri indikaturi

Tiżdied it-Tabella fil-Parti C tal-Anness I tad-Direttiva 98/83/KE

Raġuni

Il-parametri indikaturi elenkati fil-Parti C tal-Anness I tad-Direttiva 98/83/KE huma mħassra mill-proposta għal Direttiva minħabba li dawn m’għandhom l-ebda rilevanza għas-saħħa. Madankollu, ir-riħa u t-togħma għandhom jiġu vvalutati bħala rekwiżiti iġeniċi għall-kwalità tal-ilma u għandhom effett fuq l-aċċettazzjoni tal-konsum tax-xorb. Parametri indikaturi ulterjuri huma speċifiċi għas-sistema u mfassla b’mod tekniku, u b’hekk il-ħadid, il-manganiż u t-turbidità huma meħtieġa fir-rigward tal-estent tal-korrużjoni, filwaqt li l-valur TOC u l-valur pH huma meħtieġa fir-rigward tal-użu tad-diżinfettant. Huwa rrakkomandat li l-parametri indikaturi jerġgħu jiġu introdotti fil-Parti D tal-Anness I f’tabella. Għaldaqstant, bħala riżultat tat-tibdil fit-Tabella 1 tal-Parti B tal-Anness III, il-parametri indikaturi għandhom jitqiesu b’rabta mal-karatteristiċi tal-eżekuzzjoni.

Emenda 21

Proposta ta’ emenda għad-dokument tal-Kummissjoni COM(2017) 753 final — Parti 1

Artikolu 14

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Informazzjoni għall-pubbliku

Informazzjoni għall-pubbliku

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fuq l-Internet ikun hemm disponibbli, għall-persuni kollha li lilhom jiġi pprovdut l-ilma, informazzjoni xierqa u aġġornata dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, f’konformità mal-Anness IV.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fuq l-Internet ikun hemm disponibbli, għall-persuni kollha li lilhom jiġi pprovdut l-ilma, informazzjoni xierqa u aġġornata dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, f’konformità mal-Anness IV.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha li lilhom jiġi pprovdut l-ilma jirċievu, b’mod regolari u tal-anqas darba f’sena, fl-aktar forma xierqa (pereżempju fil-fattura tagħhom jew permezz ta’ applikazzjonijiet intelliġenti) u mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbuha, l-informazzjoni li ġejja:

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha li lilhom jiġi pprovdut l-ilma jirċievu, b’mod regolari u tal-anqas darba f’sena, fl-aktar forma xierqa (pereżempju fil-fattura tagħhom jew permezz ta’ applikazzjonijiet intelliġenti) u mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbuha, l-informazzjoni li ġejja:

(oo)

informazzjoni dwar l-istruttura tal-ispejjeż tat-tariffa għal kull metru kubu ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, inklużi l-ispejjeż fissi u dawk varjabbli, li tippreżenta tal-inqas l-ispejjeż relatati mal-elementi li ġejjin:

(i)

il-miżuri meħuda mill-fornituri tal-ilma għall-valutazzjoni tal-perikli skont l-Artikolu 8(5);

(ii)

it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(iii)

il-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi;

(iv)

il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 13, f’każ li l-fornituri tal-ilma jkunu ħadu miżuri ta’ dak it-tip;

(a)

informazzjoni dwar l-istruttura tal-ispejjeż tat-tariffa għal kull metru kubu ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, inklużi l-ispejjeż fissi u dawk varjabbli.

(b)

il-prezz għal kull litru u metru kubu ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fornut;

(b)

il-prezz għal kull litru u metru kubu ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fornut;

(c)

il-volum ikkunsmat mill-unità domestika, mill-inqas kull sena jew għal kull perjodu tal-kont, flimkien max-xejriet ta’ konsum annwali;

(c)

il-volum ikkunsmat mill-unità domestika, mill-inqas kull sena jew għal kull perjodu tal-kont, flimkien max-xejriet ta’ konsum annwali;

(d)

tqabbil tal-konsum annwali ta’ ilma mill-unità domestika, b’konsum medju għal unità domestika tal-istess kategorija;

(d)

tqabbil tal-konsum annwali ta’ ilma mill-unità domestika, b’konsum medju għal unità domestika tal-istess kategorija;

(e)

ħolqa għas-sit web li jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness IV.

(e)

ħolqa għas-sit web li jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness IV.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-ewwel subparagrafu, kif ukoll il-modalitajiet għall-preżentazzjoni tagħha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 20(2).

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-ewwel subparagrafu, kif ukoll il-modalitajiet għall-preżentazzjoni tagħha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 20(2).

3.   Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE.

Raġuni

Ir-rekwiżiti fl-Artikolu 14 imorru ’l bogħod wisq. L-informazzjoni lill-unitajiet domestiċi għandha tiffoka fuq il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. L-elementi li ma jaffettwawx il-kwalità tal-ilma għax-xorb (l-ilma mormi, dokumenti kunfidenzjali dwar l-istadji tat-trattament, eċċ.) m’għandhomx jiġu inklużi.

Emenda 22

Proposta ta’ emenda għad-dokument tal-Kummissjoni COM(2017) 753 final — Parti 1

Anness IV

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA ONLINE LILL-PUBBLIKU

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA ONLINE LILL-PUBBLIKU

L-informazzjoni li ġejja għandha tkun aċċessibbli online għall-konsumaturi, u għandha tkun personalizzata u faċli biex dak li jkun jaċċessaha u jifhimha:

L-informazzjoni li ġejja għandha tkun aċċessibbli online għall-konsumaturi, u għandha tkun personalizzata u faċli biex dak li jkun jaċċessaha u jifhimha:

(1)

l-identifikazzjoni tal-fornitur tal-ilma rilevanti;

(1)

l-identifikazzjoni tal-fornitur tal-ilma rilevanti;

(2)

l-aktar riżultati reċenti tal-monitoraġġ għall-parametri elenkati fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness I, inklużi l-frekwenza u l-post fejn jinsabu l-punti tal-kampjunar, li huma rilevanti għall-qasam ta’ interess għall-persuna li tkun qed tingħata l-provvista, flimkien mal-valur parametriku stabbilit skont l-Artikolu 5. Ir-riżultati tal-monitoraġġ ma għandhomx jirreferu għal perjodu li jkun qabeż:

(2)

l-aktar riżultati reċenti tal-monitoraġġ għall-parametri elenkati fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness I, inklużi l-frekwenza u l-post fejn jinsabu l-punti tal-kampjunar, li huma rilevanti għall-qasam ta’ interess għall-persuna li tkun qed tingħata l-provvista, flimkien mal-valur parametriku stabbilit skont l-Artikolu 5. Ir-riżultati tal-monitoraġġ ma għandhomx jirreferu għal perjodu li jkun qabeż:

 

(a)

żmien xahar, għall-fornituri tal-ilma kbar ħafna;

 

(a)

żmien xahar, għall-fornituri tal-ilma kbar ħafna;

 

(b)

żmien sitt xhur, għall-fornituri tal-ilma kbar;

 

(b)

żmien sitt xhur, għall-fornituri tal-ilma kbar;

 

(c)

żmien sena għall-fornituri tal-ilma żgħar;

 

(c)

żmien sena għall-fornituri tal-ilma żgħar;

(3)

f’każ li jinqabżu l-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5, informazzjoni dwar il-periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u l-pariri assoċjati dwar is-saħħa u l-konsum, jew iperlink li jipprovdi aċċess għal tali informazzjoni;

(3)

f’każ li jinqabżu l-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5, informazzjoni dwar il-periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u l-pariri assoċjati dwar is-saħħa u l-konsum, jew iperlink li jipprovdi aċċess għal tali informazzjoni;

(4)

sommarju tal-valutazzjoni tar-riskju tal-provvista rilevanti;

(4)

sommarju tal-valutazzjoni tar-riskju tal-provvista rilevanti;

(5)

informazzjoni dwar il-parametri indikaturi u l-valuri parametriċi assoċjati li ġejjin:

(5)

informazzjoni dwar il-parametri indikaturi u l-valuri parametriċi assoċjati li ġejjin:

 

(a)

Kulur;

 

(a)

Kulur;

 

(b)

pH (Konċentrazzjoni tal-joni tal-idroġenu);

 

(b)

pH (Konċentrazzjoni tal-joni tal-idroġenu);

 

(c)

Konduttività;

 

(c)

Konduttività;

 

(d)

Ħadid;

 

(d)

Ħadid;

 

(e)

Manganiż;

 

(e)

Manganiż;

 

(f)

Riħa;

 

(f)

Riħa;

 

(g)

Togħma;

 

(g)

Togħma;

 

(h)

Ebusija;

 

(h)

Ebusija;

 

(i)

Minerali, anjoni/katjoni dissolti fl-ilma:

Borat BO3-

Karbonat CO3 2-

Klorur Cl-

Fluworur F-

Karbonat tal-idroġenu HCO3-

Nitrat NO3-

NitrIt NO2-

Fosfat PO4 3-

Silikat SiO2

Sulfat SO4 2-

Sulfur S2-

Aluminju Al

Ammonju NH4 +

Kalċju Ca

Manjeżju Mg

Potassju K

Sodju Na

 

(i)

Minerali, anjoni/katjoni dissolti fl-ilma:

Borat BO3-

Karbonat CO3 2-

Klorur Cl-

Fluworur F-

Karbonat tal-idroġenu HCO3-

Nitrat NO3-

Nitrit NO2-

Fosfat PO4 3-

Silikat SiO2

Sulfat SO4 2-

Sulfur S2-

Aluminju Al

Ammonju NH4 +

Kalċju Ca

Manjeżju Mg

Potassju K

Sodju Na

Dawk il-valuri parametriċi u komposti kimiċi u mikroelementi mhux ionizzati oħrajn jistgħu jintwerew b’valur ta’ referenza u/jew spjegazzjoni;

Dawk il-valuri parametriċi u komposti kimiċi u mikroelementi mhux ionizzati oħrajn jistgħu jintwerew b’valur ta’ referenza u/jew spjegazzjoni;

(6)

pariri lill-konsumaturi, inkluż dwar kif jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-ilma;

(6)

pariri lill-konsumaturi, inkluż dwar kif jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-ilma;

(7)

għall-fornituri tal-ilma kbar ħafna, informazzjoni annwali dwar:

(7)

għall-fornituri tal-ilma kbar ħafna, informazzjoni annwali dwar:

 

(a)

il-prestazzjoni ġenerali tas-sistema tal-ilma f’termini ta’ effiċjenza, inklużi r-rati ta’ tnixxija u l-effiċjenza enerġetika għal kull metru kubu ta’ ilma fornut;

 

(a)

informazzjoni dwar il-ġestjoni u l-governanza tal-fornitur tal-ilma, inkluża l-kompożizzjoni tal-bord tad-diretturi;

 

(b)

informazzjoni dwar il-ġestjoni u l-governanza tal-fornitur tal-ilma, inkluża l-kompożizzjoni tal-bord tad-diretturi;

 

(b)

il-kwantità tal-ilma fornut kull sena, u x-xejriet ta’ konsum;

 

(c)

il-kwantità tal-ilma fornut kull sena, u x-xejriet ta’ konsum;

 

(c)

informazzjoni dwar l-istruttura tal-ispejjeż tat-tariffa għal kull metru kubu ta’ ilma, inklużi l-ispejjeż fissi u dawk varjabbli, li tippreżenta tal-inqas l-ispejjeż relatati mal-użu ta’ enerġija għal kull metru kubu ta’ ilma fornut;

 

(d)

informazzjoni dwar l-istruttura tal-ispejjeż tat-tariffa għal kull metru kubu ta’ ilma, inklużi l-ispejjeż fissi u dawk varjabbli, li tippreżenta tal-inqas l-ispejjeż relatati mal-użu ta’ enerġija għal kull metru kubu ta’ ilma fornut, il-miżuri meħuda mill-fornituri tal-ilma għall-valutazzjoni tal-perikli skont l-Artikolu 8(4), it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, il-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi, u l-ispejjeż relatati mal-miżuri għall-finijiet tal-Artikolu 13, fejn il-fornituri tal-ilma jkunu ħadu miżuri ta’ dan it-tip;

 

(d)

l-ammont tal-investimenti meqjusa bħala meħtieġa mill-fornitur biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja tas-servizzi tal-forniment tal-ilma (inklużi l-manutenzjoni tal-infrastruttura) u l-ammont tal-investiment li ġie effettivament riċevut jew irkuprat;

 

(e)

l-ammont tal-investimenti meqjusa bħala meħtieġa mill-fornitur biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja tas-servizzi tal-forniment tal-ilma (inklużi l-manutenzjoni tal-infrastruttura) u l-ammont tal-investiment li ġie effettivament riċevut jew irkuprat;

 

 

(f)

it-tipi ta’ trattament u ta’ diżinfezzjoni applikati;

 

 

(g)

sommarju u statistika dwar l-ilmenti mill-konsumaturi, u dwar il-puntwalità u l-adegwatezza tar-risponsi għall-problemi;

 

(8)

aċċess, fuq talba, għal dejta storika b’rabta mal-informazzjoni msemmija fil-punti (2) u (3), li tmur lura għal perjodu ta’ sa għaxar snin.

(8)

aċċess, fuq talba, għal dejta storika b’rabta mal-informazzjoni msemmija fil-punti (2) u (3), li tmur lura għal perjodu ta’ sa għaxar snin.

Raġuni

Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14 għall-fornituri tal-ilma kbar ħafna sabiex kull sena jinformaw lill-konsumaturi jridu jinkludu kemm l-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-ilma għall-konsum mill-bniedem, kif ukoll informazzjoni trasparenti għall-konsumaturi dwar il-kwantità tal-ilma distribwita u l-istrutturi tal-ispejjeż marbutin magħha. Dan għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-investiment relatati mal-iżgurar tas-servizzi tal-ilma, għax dawn jiddeterminaw l-ispejjeż għall-konsumaturi. Ħtiġijiet ta’ informazzjoni ulterjuri m’humiex relatati direttament mas-servizzi tal-ilma għall-konsumaturi. Informazzjoni addizzjonali li tirrigwarda oqsma kritiċi tal-infrastruttura relatati mas-sigurtà pubblika għandha tittieħed inkonsiderazzjoni b’mod xieraq. L-informazzjoni dwar is-servizzi tal-provvista tal-ilma li mhix marbuta mal-kwalità/kwantità tal-ilma fornut jew l-istrutturi tal-ispejjeż neċessarji marbutin miegħu m’għandhomx ikunu provduti lill-konsumaturi. Id-data dwar it-trattament tal-ilma mormi ma jistax jixxebbah mal-użu tal-ilma tax-xorb; jekk isir hekk ikun qarrieqi u jwassal għal mistoqsijiet fost il-konsumaturi. Informazzjoni li hija kkategorizzata b’mod wiesgħa li tirrelata mal-infrastruttura kritika, u għall-abbiltà tas-soċjetà biex tiffunzjona, m’għandhiex issir pubblika, biex jiġu evitati effetti ta’ detriment fuq din l-infrastruttura.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tar-riformulazzjoni tad-Direttiva 98/83/KE tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, bil-għan li jiġi żgurat ilma tax-xorb ta’ kwalità għolja għall-konsumaturi fl-Istati Membri tal-UE abbażi tal-għarfien attwali xjentifiku u tekniku.

2.

jappoġġja l-miri tal-Kummissjoni Ewropea sabiex il-kwalità tal-ilma tax-xorb tiġi protetta minn effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem permezz ta’ monitoraġġ kif ukoll sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fid-Direttiva tal-UE. Madankollu, permezz tar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ, prekawzjoni u azzjoni korrettiva, l-Istati Membri jaqdu rwol importanti fil-livell reġjonali u lokali tagħhom biex jilħqu u jiżguraw kwalità għolja tal-ilma tax-xorb għall-konsumaturi meħtieġa mid-Direttiva;

3.

jilqa’ b’mod partikolari l-proposti tal-Kummissjoni bi tweġiba għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Id-Dritt għall-Ilma” li għandhom l-għan li jiżguraw aċċess universali għal ilma tax-xorb nadif u tajjeb għas-saħħa bħala servizz pubbliku essenzjali, b’miżuri speċifiċi biex ittejjeb tali aċċess għal gruppi vulnerabbli u emarġinati

4.

huwa tal-opinjoni li rekwiżiti minimi għal standards minimi tal-kwalità u valuri parametriċi marbuta mas-saħħa essenzjali u preventivi huma fundamentali fir-rigward ta’ provvista tal-ilma sostenibbli għall-konsum mill-bniedem. Dan minħabba l-fatt li dawn jistabbilixxu l-miri minimi għall-istandards tal-kwalità ambjentali, li huma neċessarji abbażi tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u l-prinċipju ta’ prekawzjoni. Mill-perspettiva tal-konsumaturi, il-miżuri li jiżguraw bi prijorità li l-ilma tal-wiċċ u tal-art jinżamm nadif f’konformità mal-objettivi tal-politika ambjentali tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 191(2) tat-TFUE) u b’mod partikolari d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma eżistenti, huma l-ewwel pass essenzjali li jrid jiġi supplimentat, fejn meħtieġ, minn miżuri fil-punt tar-rimi;

5.

jappoġġja l-fatt li l-kwalità tar-riżorsi tal-ilma tax-xorb hija marbuta mill-qrib mar-rekwiżiti tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, b’mod partikolari l-Artikolu 7. Fil-livell reġjonali u lokali tal-Istati Membri, il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet mal-fornituri tal-ilma taqdi rwol essenzjali u ta’ sostenn, sabiex jiġu identifikati l-perikli li jirriżultaw mill-użu tar-riżorsi tal-ilma tax-xorb, jiġi evitat il-ħolqien tagħhom u b’hekk dawn ikunu jistgħu jiġu eliminati abbażi ta’ miżuri. Dan għandu jiġi appoġġjat bil-għan li l-konsumatur jiġi pprovdut bi kwalità tal-ilma tax-xorb għolja f’mod sostenibbli; Il-Kummissjoni Ewropea tintroduċi analiżi bbażata fuq ir-riskju ta’ żoni fejn jinġabar l-ilma, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb u installazzjonijiet interni, bi spazju għall-Istati Membri biex jispeċifikaw aktar dwar dan. Id-diviżjoni tar-responsabbiltajiet għad trid tiġi ċċarata, partikolarment għal dak li għandu x’jaqsam mar-rwol ta’ kumpaniji tal-ilma tax-xorb. Dan preferibbilment isir fil-livell tal-Istati Membri, sabiex jitqiesu b’mod xieraq l-oqfsa legali nazzjonali u l-prinċipju tas-sussidjarjetà.

6.

jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li, sabiex tiġi żgurata kwalità ogħla tal-ilma tax-xorb bħala miżura, l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-evitar ta’ effetti negattivi meta mqabbel mad-Direttiva 98/83/KE dwar l-Ilma tax-Xorb għandu jitfassal b’mod aktar komprensiv u effiċjenti. L-istrument ewlieni għall-provvista tal-ilma huwa bbażat fuq il-kunċett tad-WHO “pjan tas-sikurezza tal-ilma” kif ukoll fuq il-prinċpji ġenerali ta’ DIN EN 15975-2 Parti 2 għal valutazzjoni tal-perikli tal-korpi tal-ilma, analiżi tar-riskju tal-provvista tal-ilma permezz tal-fornitur tal-ilma kif ukoll valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika. Valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju jippermettu provvista tal-ilma tax-xorb aktar effiċjenti skont il-kundizzjonijiet lokali jew reġjonali u b’hekk jiggarantixxu kwalità tal-ilma tax-xorb f’livell ogħla għall-konsumaturi. L-Istati Membri huma meħtieġa jiżguraw il-kwalità tal-ilma tax-xorb għall-konsumaturi primarjament fil-livell reġjonali u lokali. Huwa importanti li approċċ ibbażat fuq ir-riskji jiġi adattat għaċ-ċirkostanzi nazzjonali;

7.

jirrikonoxxi li standards ambjentali għoljin u ġestjoni sostenibbli tal-art huma fatturi determinanti ewlenin fuq l-ambjent tal-ilma u l-kwalità tal-ilma tax-xorb. F’dan ir-rigward, il-livelli kollha tal-gvern għandhom ikomplu jappoġġaw attivitajiet relatati mal-użu tal-art ta’ dekontaminazzjoni u l-ġlieda kontra t-tniġġis diffuż speċjalment fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija;

8.

Sabiex tkun tista’ tiġi eżaminata l-kwalità tal-materjali kollha u sustanzi kimiċi li jiġu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb – bħall-pajpijiet fin-netwerk ta’ distribuzzjoni jew il-faħam pulverizzat użat fil-purifikazzjoni – jinħtieġ qafas regolatorju bi kriterji ta’ iġjene u ta’ saħħa. Minħabba li ma hemm l-ebda qafas Ewropew, dawn ir-rekwiżiti jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Il-proposta għal Direttiva ma tipprovdix soluzzjoni għan-nuqqas ta’ armonizzazzjoni ta’ din ir-regolamentazzjoni. Il-Kumitat iqis li huwa importanti li fid-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb jiddaħħal qafas ta’ ttestjar sabiex jiggarantixxi l-kwalità ta’ prodotti u materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb, għall-protezzjoni tal-kwalità tal-ilma tax-xorb.

9.

jenfasizza l-importanza tal-analiżi u l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-progress kif ukoll il-kisbiet fir-rigward tal-valutazzjonijiet tal-periklu u tar-riskju u l-miżuri ta’ prevenzjoni. Ir-rapporti li jistgħu joħorġu dwar l-ilma tax-xorb u l-informazzjoni għall-konsumaturi għandhom ikunu mmirati u effettivi, u l-adattar tal-obbligi ta’ rappurtar tar-rekwiżiti l-ġodda tad-Direttiva ippjanati mill-Kummissjoni Ewropea għandu jirrifletti dan. Għandu jiġi ċċarat li l-ilma kollu maħsub għall-konsum mill-bniedem għandu jissodisfa l-istandards minimi ta’ kwalità għall-ilma tax-xorb skont ir-rekwiżiti u li l-informazzjoni pprovduta taħt id-Direttiva m’għandhiex għalhekk twassal għal kompetizzjoni bejn il-fornituri tal-ilma peress li f’ħafna każijiet il-konsumaturi ma jkunux jistgħu jagħżlu bejn id-diversi fornituri. L-ilma bħala ġid komuni ma jistax jagħti lok għall-kompetizzjoni;

10.

Il-Kummissjoni tipproponi li testendi l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi b’suġġetti li huma distinti mill-kwalità tal-ilma tax-xorb, bħal tariffi, telf minħabba tnixxija u l-organizzazzjoni. Il-Kumitat huwa tal-fehma li dan ma jaqax taħt id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb, li tiffoka fuq il-kwalità tal-ilma u l-protezzjoni tas-saħħa pubblika. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimlew l-informazzjoni dwar suġġetti oħra huma stess. Informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma tax-xorb għandha – kif qed jiġri bħalissa – tkun kondiviża permezz tas-siti web ta’ kumpaniji tal-ilma tax-xorb, biex ikun żgurat li din tkun aġġornata u rilevanti fiż-żona speċifika tal-kunsinna. L-enfasi għalhekk tkun fuq l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi dwar il-kwalità tal-ilma u l-protezzjoni tas-saħħa pubblika.

11.

jinnota bi tħassib li studju riċenti (1) wera li aktar minn 70 % tal-kampjuni tal-ilma tal-vit miġbura fl-Ewropa u aktar minn 80 % miġbura globalment ittestjaw pożittiv għall-preżenza ta’ mikroplastik, u jaqbel li l-Kummissjoni Ewropea tintalab tqis il-projbizzjoni tal-mikroplastiks li huma intenzjonalment miżjuda mal-prodotti u li għalihom jeżistu alternattivi vijabbli (2);

12.

jappoġġja l-għan tal-Kummissjoni Ewropea li ttejjeb l-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għall-popolazzjoni Ewropea kollha u li tħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu dan. L-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jagħmel parti mis-servizzi pubbliċi. Filwaqt li l-kompetizzjoni fin-netwerk tal-ilma hija impossibbli għal raġunijiet xjentifiċi u teknoloġiċi, il-konsiderazzjonijiet etiċi jeskludu wkoll din il-kompetizzjoni.

13.

Peress li l-għan ewlieni huwa li l-Istati Membri jkunu obbligati jadottaw miżuri li jippermettu aċċess liberu għall-ilma tax-xorb u l-użu tiegħu u li jipprovduh fil-postijiet pubbliċi kollha kif ukoll jiżguraw l-aċċess għall-ilma tax-xorb għal gruppi vulnerabbli u emarġinati, f’ċerti każi/pajjiżi dan jista’ jqajjem il-kwistjoni li tirrigwarda l-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità għax diġà nkiseb ħafna fil-livell nazzjonali/reġjonali/lokali, peress li f’dawn il-livelli diġà hemm biżżejjed regolamentazzjoni. Għaldaqstant, jista’ jitqajjem dubju dwar sa liema estent hemm bżonn ta’ azzjoni ulterjuri fil-livell tal-UE u sa liema estent jistgħu jintlaħqu kisbiet aħjar fil-livell tal-UE;

Kummenti speċifiċi

14.

jirrimarka li l-provvisti li jipprovdu inqas minn 10 metri kubi kuljum jew li jservu inqas minn 50 persuna, sakemm l-ilma ma jkunx ipprovdut bħala parti minn attività kummerċjali jew pubblika, mhumiex ikkunsidrati fir-regolamenti. Il-konsumaturi ta’ dawn il-provvisti għandhom jiġu fornuti bl-istess kwalità tal-ilma tax-xorb u bl-istess livell ta’ protezzjoni tas-saħħa ta’ din id-Direttiva. Sabiex jiġi evitat livell inqas ta’ protezzjoni tas-saħħa, il-Kummissjoni hija mitluba tirregola dawn il-provvisti b’mod proporzjonat u tintroduċi eċċezzjonijiet mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għall-Istati Membri, jekk ma jkun mistenni l-ebda eċċess ta’ dawn il-valuri ta’ limitu;

15.

huwa tal-fehma li r-rappurtar u l-frekwenza tal-monitoraġġ għall-produtturi tal-ilma tax-xorb li jipprovdu anqas minn 500 m3 kuljum għandhom ikunu proporzjonali u effettivi. L-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jintroduċu derogi mid-dispożizzjonijiet jekk il-valuri ta’ limitu ma jkunux mistennija jew ma jinqabżux.

16.

huwa tal-fehma li l-Artikolu 2 għandu jiddefinixxi u jelenka l-parametri kollha tal-provvisti msemmija fid-Direttiva;

17.

jemmen li l-linji gwida tad-WHO dwar il-kwalità tal-ilma tax-xorb għandhom jintużaw b’mod uniformi għall-valutazzjoni b’rabta mas-saħħa tal-valuri parametriċi. Il-valuri parametriċi huma bbażati fuq data u evidenza xjentifiċi disponibbli, josservaw il-prinċipju ta’ prekawzjoni u jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa biex ikun żgurat li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ikun jista’ jinxtorob mingħajr periklu għas-saħħa;

18.

jindika li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ma tipprovdix definizzjoni għall-kunċett ta’ valuri ta’ parametraġġ referenzjarju prekawzjonarji. Valutazzjoni fir-rigward tal-linji gwida tad-WHO għall-kwalità tal-ilma tax-xorb mhijiex komprensibbli, u b’hekk dan iwassal għal inċertezzi fost il-konsumaturi dwar il-kwalità tal-ilma tax-xorb u jaffettwa b’mod negattiv l-aċċettazzjoni tal-ilma tax-xorb;

19.

jikkritika l-proposta għal Direttiva peress li din tinkludi valuri parametriċi aktar baxxi minn dawk li ġew irrakkomandati mid-WHO. Dan imur kontra l-approċċ għal parametri ulterjuri regolati li fuqhom huma bbażati l-linji gwida tad-WHO. Dan iwassal għal inċertezzi u tħassib fost il-konsumaturi mhux biss dwar il-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa sottostanti iżda anke dwar l-importanza tar-rilevanza b’rabta mas-saħħa ta’ sustanza. Dawn jistgħu jiġu kkomunikati lill-konsumatur b’mod komprensibbli biss sa ċertu punt. Nuqqas ta’ fiduċja mill-konsumaturi jista’ jwassal biex fil-ġejjieni jiżdied l-użu tal-ilma fi flixkien. Dan imur kontra l-mira tal-proposta għal Direttiva;

20.

jenfasizza li hemm tħassib dejjem jikber dwar l-effetti ta’ ħsara potenzjali tal-mikroplastiks fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem; filwaqt li hija neċessarja aktar riċerka sabiex tiġi stabbilita n-natura preċiża tal-effetti ta’ dawn is-sustanzi, u biex jiġu stabbiliti miżuri ta’ kejl affidabbli u effettivi, il-KtR jqis importanti li l-Istati Membri u l-fornituri tal-ilma jingħataw l-opportunità li jissorveljaw il-preżenza tal-mikroplastiks sa fejn hu possibbli, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tappoġġja attivitajiet ta’ riċerka rilevanti;

21.

ma jaqbilx li kull nuqqas ta’ konformità mal-valuri parametriċi għandu jiġi vvalutat b’mod immedjat bħala periklu skont l-Artikolu 12(3). Pjuttost, il-fattur determinanti għal periklu għas-saħħa huwa l-livell ta’ eċċess skont kull każ individwali, u fil-kuntest tal-proporzjonalità, l-approċċ marbut mas-saħħa preventiv tad-WHO jiżgura li, f’każ li l-valuri parametriċi ma jiġux osservati, il-provvista tal-ilma tax-xorb tiġi żgurata temporanjament mingħajr żvantaġġi fuq is-saħħa. Il-prinċipju ta’ prekawzjoni huwa parti integrali mid-Direttiva 98/83/KE u fil-ġejjieni, dan se jiġi abbandunat abbażi tal-proposta għal Direttiva. Fil-prattika, jekk il-valuri parametriċi ma jiġux osservati, il-fornituri tal-provvista tal-ilma tax-xorb ta’ spiss ma jkunux f’pożizzjoni li jipprovdu tali miżuri, li huma effettivi b’mod immedjat fl-intier tagħhom, jew inkella ma jkunux jistgħu jagħmlu disponibbli provvisti alternattivi b’mod immedjat. Il-konsumaturi jistgħu jivvalutaw il-kwalità tal-ilma tax-xorb bħala waħda negattiva, u n-nuqqas ta’ fiduċja jista’ jirriżulta f’żieda fil-konsum tal-ilma fi fliexken. Dan imur kontra l-miri stabbiliti fil-proposta għal Direttiva. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Ewropea hija mitluba terġa’ tintroduċi l-Artikolu 9 eżistenti “Derogi” mid-Direttiva 98/83/KE;

22.

fid-dawl tan-nuqqas ta’ informazzjoni Ewropea u nazzjonali dwar il-monitoraġġ tal-livelli ta’ asbestos fl-ilma tax-xorb għall-pubbliku, il-parametri tal-indikaturi fl-Anness I għandhom jiġu adottati f’konformità mal-prinċipji tal-protezzjoni preventiva tas-saħħa. Il-parametri u l-valuri parametriċi speċifiċi għat-tagħmir u tekniċi huma stabbiliti hawnhekk, u dawn jistgħu jipprevjenu rilaxx possibbli ta’ fibri tal-asbestos bħala riżultat ta’ ilma b’effett korrużiv. Dan għandu jkun akkumpanjat minn inċentivi mmirati biex il-pajpijiet magħmulin mis-siment-asbestos jiġu sostitwiti b’materjal ieħor addattat, minħabba l-importanza kritika tagħhom f’każ ta’ ċedimenti tal-art ikkawżati minn attività sismika jew ta’ natura oħra.

23.

ma jaqbilx mal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jitneħħew il-parametri indikaturi mill-Anness I u jitlob sabiex il-parametri indikaturi elenkati fil-Parti C tal-Anness I tad-Direttiva 98/83/KE jerġgħu jiġu stabbiliti fl-Anness I tal-proposta b’valuri parametriċi. Il-parametri indikaturi jistabbilixxu rekwiżiti iġeniċi għall-kwalità tal-ilma tax-xorb fir-rigward tar-riħa u t-togħma u l-metodi tal-ipproċessar. In-nuqqas ta’ konformità mal-parametri indikaturi għandu effett fuq il-kwalità tal-ilma u l-aċċettazzjoni mill-konsumaturi, filwaqt li, min-naħa l-oħra, dan jista’ jirriżulta f’żieda tal-konsum tal-ilma fi fliexken. Dan imur kontra l-miri stabbiliti fil-proposta għal Direttiva.

24.

ma jaqbilx mal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġu regolati rekwiżiti futuri għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb fir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini (UE) Nru 305/2011. Minbarra l-prodotti għall-bini, materjali oħra użati jistgħu jirrilaxxaw sustanzi fl-ilma. Dan jista’ jwassal għal tnaqqis fil-kwalità tal-ilma kif ukoll tnaqqis fil-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa għall-konsumatur. S’issa, ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 m’għandux l-armonizzazzjoni meħtieġa tar-rekwiżit bażiku tal-iġjene u s-saħħa (Anness I Numru 3e) għall-materjali u l-prodotti li jiġu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb. S’issa għad m’hemm l-ebda standard armonizzat fir-rigward tal-kriterji għall-valutazzjoni u l-kontenut tal-eżiti għal rekwiżiti rilevanti għas-saħħa, u dikjarazzjonijiet tal-prestazzjoni dwar dan ma jistgħux jiġu żviluppati u identifikati għall-manifatturi. Barra minn hekk, fil-kuntest ta’ prodotti għall-bini b’marka CE li jitqiegħdu fis-suq, mhuwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk id-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni (pereżempju dwar is-saħħa mekkanika) tkoprix il-fatt li, bħala konsegwenza tal-migrazzjoni ta’ sustanzi kimiċi fl-ilma tax-xorb, m’hemmx periklu għas-saħħa tal-bniedem.

25.

jappoġġja l-fatt li, fil-kuntest tad-Direttiva dwar l-ilma tax-xorb, il-materjali u l-prodotti kollha li jiġu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb għandhom jiġu kkontrollati u rregolati abbażi tar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-UE dwar l-ilma tax-xorb, filwaqt li jitqiesu l-obbligi ta’ minimizzazzjoni u l-prinċipju ta’ prekawzjoni. Dan jiżgura li l-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-kwalità tal-ilma tax-xorb ma jonqosx. Madankollu, informazzjoni vverifikata dwar il-migrazzjoni ta’ sustanzi b’rabta mal-prodotti fl-ilma tax-xorb hija disponibbli fis-Sistema ta’ 4 Stati Membri (4MS), li tipprovdi bażi ppruvata u nnotifikata għall-introduzzjoni ta’ skema armonizzata ta’ ttestjar u valutazzjoni għall-materjali u l-prodotti li jiġu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb.

Brussell, is-16 ta’ Mejju 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  Rapport tal-midja ta’ Orb ibbażat fuq studji mill-Università ta’ Minnesota u State University of New York, Marzu 2018.

(2)  Itenni s-sejħa tal-abbozz ta’ rapport ta’ ENVE tal-PE tas-27 ta’ Marzu 2018 (2018/2035 (INI))


5.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/72


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali

(2018/C 361/09)

Relatur:

Mauro D’ATTIS (IT/PPE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Roccafiorita (Messina)

Dokument ta’ referenza:

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/73/KE rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali

COM(2017) 660 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa (3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Din id-Direttiva għandha l-għan li tindirizza l-ostakli li fadal għat-tlestija tas-suq intern tal-gass naturali li jirriżultaw min-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli tas-suq tal-Unjoni lill-pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi. L-emendi introdotti minn din id-Direttiva se jiżguraw li r-regoli applikabbli għall-pipelines tat-trażmissjoni tal-gass li jgħaqqdu żewġ Stati Membri jew aktar, ikunu applikabbli wkoll għall-pipelines lejn u minn pajjiżi terzi fl-Unjoni. Dan jistabbilixxi l-konsistenza tal-qafas legali fi ħdan l-Unjoni, filwaqt li jevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern tal-enerġija fl-Unjoni. Se jsaħħaħ ukoll it-trasparenza u jipprovdi ċertezza legali rigward ir-reġim legali applikabbli għall-parteċipanti fis-suq, b’mod partikolari l-investituri fl-infrastruttura tal-gass u l-utenti tan-netwerk.

Din id-Direttiva għandha l-għan li tindirizza l-ostakli possibbli li fadal għat-tlestija tas-suq intern tal-gass naturali li jirriżultaw min-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli tas-suq tal-Unjoni lill-pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi. L-emendi introdotti minn din id-Direttiva se jiżguraw li r-regoli applikabbli għall-pipelines tat-trażmissjoni tal-gass li jgħaqqdu żewġ Stati Membri jew aktar, ikunu applikabbli wkoll għall-pipelines lejn u minn pajjiżi terzi fl-Unjoni , inklużi l-ibħra territorjali u ż-żoni ekonomiċi esklussivi tal-Istati Membri. Dan jistabbilixxi l-konsistenza tal-qafas legali fi ħdan l-Unjoni, filwaqt li jevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern tal-enerġija fl-Unjoni. Se jsaħħaħ ukoll it-trasparenza u jipprovdi ċertezza legali rigward ir-reġim legali applikabbli għall-parteċipanti fis-suq, b’mod partikolari l-investituri fl-infrastruttura tal-gass u l-utenti tan-netwerk.

Raġuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni jqis li, skont il-prinċipji tan-neċessità, tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà u fid-dawl tal-għan ġenerali tal-UE għas-sigurtà fil-provvista tal-gass, l-estensjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Tielet Direttiva m’għandhiex tkun limitata għal każijiet fejn din tkun meqjusa bħala strettament meħtieġa.

Emenda 2

Premessa (4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Biex jittieħed kont tan-nuqqas preċedenti ta’ regoli speċifiċi tal-Unjoni applikabbli għall-pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/73/KE għal tali pipelines li jkunu tlestew fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li d-data rilevanti għall-applikazzjoni ta’ mudelli ta’ separazzjoni li mhumiex separazzjoni tas-sjieda (ownership unbundling) tiġi adattata għall-pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi.

Biex jittieħed kont tan-nuqqas preċedenti ta’ regoli speċifiċi tal-Unjoni applikabbli għall-pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/73/KE għal tali pipelines li jkunu tlestew fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Kwalunkwe deroga bħal din għandha tkun approvata mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li d-data rilevanti għall-applikazzjoni ta’ mudelli ta’ separazzjoni li mhumiex separazzjoni tas-sjieda (ownership unbundling) tiġi adattata għall-pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 3

Artikolu 1

Punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(1)

fl-Artikolu 2, il-punt (17) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(17)

‘interkonnettur’ tfisser linja ta’ trażmissjoni li taqsam jew tifrex fuq il-fruntiera bejn Stati Membri jew bejn Stati Membri u  pajjiżi terzi sal-fruntiera tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni ;”

(1)

fl-Artikolu 2, il-punt (17) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(17)

‘interkonnettur’ tfisser linja ta’ trażmissjoni li taqsam jew tifrex fuq il-fruntiera bejn Stati Membri jew – esklussivament fejn il-kapaċità teknika kostanti ta’ kuljum fi ħdan is-sett globali tal-infrastrutturi eżistenti li jgħaqqdu l-Unjoni Ewropea mal-pajjiż terz li minnu toriġina l-infrastruttura relevanti (ikkompletata wara d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva), kif iċċertifikat mill-Aġenzija, diġà (jew b’mod konġunt ma’ dik tal-infrastruttura relevanti ġdida) taqbeż l-40 % tal-kapaċità ta’ kuljum teknika kostanti ta’ kuljum tal-infrastrutturi (inklużi terminals tal-LNG fl-Unjoni Ewropea) li jgħaqqdu l-Unjoni Ewropea jew grupp ta’ riskju rilevanti kif definit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1938 ma’ pajjiżi terzi, kif iċċertifikat mill-Aġenzija – bejn Stati Membri u  pajjiż terz

Raġuni

Skont il-premessa (3). 40 % huwa l-livell limitu applikat normalment, skont il-prattika tal-Kummissjoni kif ikkonfermat mill-Qrati Ewropej, sabiex tassumi pożizzjoni dominanti (tali preżunzjoni tkun konfutabbli). Barra minn hekk, dan l-approċċ jirrispetta wkoll aktar l-Artikoli 194(2), it-tieni paragrafu, u 3(2) tat-TFUE, fid-dawl tal-kompetenzi differenti tal-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri fil-qasam tal-enerġija, u l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-gruppi ta’ riskju definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1938 jibqgħu l-qalba tas-sistema tas-sigurtà tal-forniment tal-gass fl-UE peress li huma ddisinjati biex jindirizzaw riskji transnazzjonali maġġuri. B’mod partikolari, żewġ gruppi ta’ riskju (l-Ukrajna u l-Belarus) jistgħu jiġu affettwati mill-proġett Nord Stream.

Emenda 4

Artikolu 1

Punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(4)

L-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej: (a) fil-paragrafu 3, tiżdied it-tieni sentenza li ġejja: “Fejn l-infrastruttura kkonċernata tkun taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru u ta’ pajjiż terz wieħed (jew aktar), l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi qabel ma tadotta deċiżjoni.”; (b) fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, tiżdied it-tieni sentenza li ġejja: “Fejn l-infrastruttura kkonċernata tkun ukoll taħt il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz wieħed jew aktar, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi qabel ma jadottaw deċiżjoni bl-għan li jiġi żgurat, fir-rigward tal-infrastruttura kkonċernata, li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu applikati b’mod konsistenti sal-fruntiera tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni.”;

(4)

L-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej: (a)  fil-paragrafu 1, l-ittra (a) tiġi sostitwita kif ġej: “(a) l-investiment għandu jtejjeb il-kompetizzjoni fil-fornitura tal-gass u jtejjeb is-sigurtà tal-fornitura, billi fil-każ tal-infrastrutturi minn u lejn pajjiżi terzi jittieħdu inkonsiderazzjoni wkoll l-istruttura tal-offerta relevanti u l-aċċess għall-pipelines ta’ importazzjoni/esportazzjoni f’dawn il-pajjiżi terzi”; (b) fil-paragrafu 3, tiżdied it-tieni sentenza li ġejja: “Fejn l-infrastruttura kkonċernata tkun taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru u ta’ pajjiż terz wieħed (jew aktar), l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi qabel ma tadotta deċiżjoni.”; (c) fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, tiżdied it-tieni sentenza li ġejja: “Fejn l-infrastruttura kkonċernata tkun ukoll taħt il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz wieħed jew aktar, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi qabel ma jadottaw deċiżjoni bl-għan li jiġi żgurat, fir-rigward tal-infrastruttura kkonċernata, li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu applikati b’mod konsistenti sal-fruntiera tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni.”;

Raġuni

Din l-emenda għandha l-għan li tippermetti kunsiderazzjoni aħjar u aktar fid-dettall – waqt l-evalwazzjoni tal-possibilità ta’ ħruġ ta’ eżenzjoni – anke tal-fatturi (ta’ komodità/kapaċita) barra l-pajjiż li huma relevanti għal skrutinju taħt l-Artikolu 36 tal-infrastrutturi tal-importazzjoni/esportazzjoni, jiġifieri, l-eżistenza ta’ pożizzjoni dominanti fil-livell ta’ forniment/trasport.

Emenda 5

Artikolu 1

Punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(7)

fl-Artikolu 49, jiżdied il-paragrafu 9 li ġej: “Fir-rigward ta’ pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi lesti qabel [PO: date of entry into force of this Directive], l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jidderogaw mill-Artikoli 9, 10, 11 u 32 u mill-Artikolu 41(6), (8) u (10) għat-taqsimiet ta’ tali pipelines bejn il-fruntiera tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni u l-ewwel punt ta’ interkonnessjoni, bil-kundizzjoni li d-deroga ma tkunx ta’ ħsara għall-kompetizzjoni jew għall-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-gass naturali fl-Unjoni, jew għas-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni. Id-deroga għandha tkun limitata fiż-żmien u tista’ tkun suġġetta għal kundizzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi ta’ hawn fuq. Fejn il-pipeline tal-gass ikkonċernat ikun jinsab fil-ġurisdizzjoni ta’ iktar minn Stat Membru wieħed, l-Istat Membru li l-ewwel punt ta’ interkonnessjoni jkun fil-ġuriżdizzjoni tiegħu għandu jiddeċiedi fuq deroga għall-pipeline. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw kwalunkwe deċiżjoni dwar deroga skont dan il-paragrafu fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.”

(7)

fl-Artikolu 49, jiżdied il-paragrafu 9 li ġej: “Fir-rigward ta’ pipelines tal-gass lejn u minn pajjiżi terzi lesti qabel [PO: date of entry into force of this Directive], l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jidderogaw mill-Artikoli 9, 10, 11 u 32 u mill-Artikolu 41(6), (8) u (10) għat-taqsimiet ta’ tali pipelines bejn il-fruntiera tal-ġurisdizzjoni tal-Unjoni u l-ewwel punt ta’ interkonnessjoni, bil-kundizzjoni li d-deroga ma tkunx ta’ ħsara għall-kompetizzjoni jew għall-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-gass naturali fl-Unjoni, jew għas-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni. Id-deroga għandha tkun limitata fiż-żmien , għandha tieqaf tapplika sa mhux aktar tard minn … [3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja] għandha tkun suġġetta għal kundizzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi ta’ hawn fuq. Fejn il-pipeline tal-gass ikkonċernat ikun jinsab fil-ġurisdizzjoni ta’ iktar minn Stat Membru wieħed, l-Istat Membru li l-ewwel punt ta’ interkonnessjoni jkun fil-ġuriżdizzjoni tiegħu għandu jiddeċiedi fuq deroga għall-pipeline. Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata mingħajr dewmien, mill-awtorità kompetenti lill-Kummissjoni, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha rigward id-deċiżjoni. Fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni li tesiġi li l-Istat Membru jemenda jew jirtira d-deċiżjoni li jagħti deroġa. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw kwalunkwe deċiżjoni dwar deroga skont dan il-paragrafu fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.”

Raġuni

Minħabba skopijiet ta’ sigurtà legali, huwa importanti li tkun stabbilita skadenza ċara għad-derogi.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali f’ħafna każijiet għandhom kompetenzi ewlenin biex jipprovdu u/jew jiddistribwixxu l-enerġija, fl-ippjanar u l-protezzjoni ambjentali, fit-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u bħala interlokuturi għaċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-awtoritajiet nazzjonali dwar il-provvista tal-enerġija;

2.

jinnota li d-disponibbiltà ta’ kwantitajiet adegwati ta’ gass naturali bi prezzijiet raġonevoli minn fornituri affidabbli permezz ta’ infrastrutturi ta’ importazzjoni moderni, sikuri u reżiljenti hija l-bażi ta’ livelli ta’ għajxien sostenibbli għall-komunitajiet lokali u reġjonali, kif ukoll riżorsa fundamentali għall-attivitajiet ta’ negozju li jikkontribwixxu għall-garanzija tax-xogħol u d-dinjità għall-komponenti tagħhom u li l-Unjoni Ewropea hija impenjata li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gass serra għal 80-95 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2050 f’konformità mal-objettivi tal-politika tal-UE (1);

3.

ifakkar kif il-ħtieġa tal-UE għall-gass naturali impurtat ser tkompli tiżdied fis-snin li ġejjin, bl-istennija, minn naħa, ta’ żieda fid-domanda interna u, min-naħa l-oħra, tat-tnaqqis relattiv fil-produzzjoni tal-UE; jenfasizza li proġetti ta’ infrastruttura li jipprovdu aċċess lil fornitur uniku għal 40 % tal-kapaċità ta’ importazzjoni tal-UE jew grupp ta’ riskju relevanti kif definit f’Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1938 qed ikun ta’ theddida għas-sigurtà tal-enerġija u l-iżvilupp tas-suq intern. Sabiex jittaffew ir-riskji hemm il-ħtieġa ta’ konformità sħiħa mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Gass, b’mod partikolari fl-aċċess għal partijiet terzi, is-separazzjoni u tariffi trasparenti, mhux diskriminatorji u li jkunu jirriflettu l-ispiża.

4.

jenfasizza li l-proċess ta’ żvilupp tas-suq intern tal-gass naturali fl-UE huwa kontinwu u jiddependi fuq għażliet li għandhom itejbu l-likwidità tas-swieq tal-komoditajiet u għad-diversifikazzjoni tal-provvisti, kif ukoll l-iżvilupp tal-kapaċità ta’ importazzjoni, sabiex, fost l-oħrajn, biex jitnaqqsu l-prezzijiet tal-gass għall-persuni li jgħixu f’komunitajiet lokali u reġjonali fl-UE;

5.

josserva li s-suq tal-gass naturali huwa kkaratterizzat minn livell għoli ta’ interdipendenza bejn is-suq tal-komodità u dak tal-kapaċità relatata. F’dawn iż-żewġ swieq tapplika l-istess domanda, dik tat-trasportaturi tal-merkanzija, li jassiguraw il-konnessjoni bejn is-sorsi tal-komodità (depożiti fl-UE jew barra mill-UE u terminali ta’ likwefazzjoni tal-Gass Naturali Likwifikat, LNG) u d-domanda relattiva lokali tal-UE;

6.

jinsisti, għalhekk li regolamenti ġodda (meta jitqiesu l-karatteristiċi tas-suq, b’rabta mal-iżvilupp tal-infrastrutturi relattivi f’Unjoni tal-enerġija mmirata lejn enerġija sikura, kompetittiva u sostenibbli (Ewropa b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonu fl-2050) ibbażata fuq il-prinċipju tas-suq liberu u l-prinċipju ta’ solidarjetà) għandhom jitqiesu bir-reqqa u mhux f’perspettiva ta’ kontinġenza, iżda fit-tul;

7.

jippreċiża li dan huwa ferm aktar meħtieġ fid-dawl tal-impatt f’termini ta’ investiment u inizjattivi industrijali fuq il-komunitajiet lokali u reġjonali fejn il-pipelines minn pajjiżi terzi jaslu fit-territorju tal-UE;

8.

jirrimarka li filwaqt li pipelines taħt il-baħar huma soġġetti għal regoli stretti tal-UE u regoli ambjentali internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni Espoo, u r-rata ta’ inċidenti għall-infrastruttura tal-gass naturali – meta mqabbla ma’ infrastrutturi oħrajn tal-enerġija – hija partikolarment baxxa, jista’ jkun hemm impatt ambjentali fuq il-komunitajiet lokali u reġjonali;

Rakkomandazzjonijiet speċifiċi

9.

jindika li biex jintlaħqu l-objettivi ta’ hawn fuq f’dawn il-kundizzjonijiet, l-UE għandha bżonn: (i) tal-gass mhux tal-UE (dak tal-fornituri attwali u, ’il quddiem, dak ta’ fornituri potenzjali, li għandha tkun imħeġġa l-konnessjoni magħhom), u (ii) tan-nuqqas ta’ dipendenza minn pajjiżi/produtturi speċifiċi, billi, bħal kull inizjattiva leġislattiva, għandhom jitqiesu ż-żewġ limitazzjonijiet;

10.

Itenni (2) l-fehma tiegħu li proġetti ġodda tal-enerġija fl-Ewropa għandhom jiffukaw fuq id-diversifikazzjoni tal-enerġija u m’għandhomx idgħajfu l-istatus tal-pajjiżi ta’ tranżitu, inklużi l-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat;

11.

jirrikonoxxi li xi inizjattivi infrastrutturali reċenti għall-importazzjoni tal-gass naturali, partikolarment Nord Stream 2, filwaqt li jikkontribwixxu għaż-żieda fir-rotot tal-provvista, jistgħu jikkostitwixxu problema għas-sigurtà tal-forniment ta’ xi Stati Membri oħra u b’mod partikolari f’ċerti komunitajiet lokali u reġjonali; u jirrimarka li dawn il-problemi jeħtieġ li jingħataw risposta abbażi tal-prinċipji tas-solidarjetà, is-suq intern fil-livelli tal-UE u dak reġjonali kif ukoll l-evalwazzjoni tar-riskju, kemm f’termini ta’ sigurtà tal-provvista kif ukoll tas-sigurtà tal-istallazzjonijiet infushom soġġetti għar-regoli adegwati tal-UE;

12.

ifakkar kif, b’mod partikolari, kien hemm il-biża’ f’dan ir-rigward dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni dominanti ta’ xi fornituri ta’ gass naturali mhux mill-UE, bid-distorsjonijiet konsegwenti tal-prezz u t-theddida li inizjattivi bħal Nord Stream 2 jistgħu jkollhom għad-diversifikazzjoni meħtieġa tas-sorsi tal-enerġija mhux mill-UE tal-Unjoni;

13.

għalhekk japprezza l-inizjattiva leġislattiva inkwistjoni mibdija mill-Kummissjoni, anke jekk jinnota l-importanza tal-analiżi tal-impatt meħtieġa, skont il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (3);

14.

jispeċifika kif tweġibiet għal din il-kwistjoni għandhom dejjem jitqiesu fl-interess ġenerali tal-UE u l-istabbiliment tal-Enerġija tal-Unjoni, li jibqa’ suprem għall-Istati Membri kollha, kif ukoll bir-rispett neċessarju, apparti dak tal-prinċipju tas-solidarjetà, anki ta’ dawk tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà, fejn, fil-każ ta’ dan tal-aħħar, is-Senat ta’ Stat Membru wieħed qies li ġie mhedded f’dan il-każ;

15.

jirrimarka kif, f’din il-prospettiva titqies ir-rabta msemmija hawn fuq ta’ bejn il-kapaċità (infrastrutturi ta’ importazzjoni) u komoditajiet (gass naturali), hemm il-ħtieġa li tingħata preċedenza għal soluzzjonijiet li jevitaw li jiskoraġġixxu l-investimenti fi strutturi ġodda ta’ importazzjoni (pereżempju, dawk offshore mil-Lvant Nofsani lejn il-Greċja, li jistgħu jikkontribwixxu biex jiddiversifikaw is-sorsi ta’ forniment għall-Istati Membri fix-Xlokk tal-Ewropa) jew li jżidu d-diffikultà fil-ġestjoni ta’ dawk eżistenti, għax dan jista’ jkollu l-effett paradossali, bi tnaqqis fl-opportunitajiet ta’ importazzjoni li jwassal biex l-UE tkun aktar dipendenti mill-fornituri attwali;

16.

jirrimarka li l-adozzjoni ta’ approċċ kif deskritt hawn fuq li ma jiskoraġġixxix investimenti ġodda u ma jpoġġix piż addizzjonali eċċessiv fuq il-ġestjoni tal-infrastruttura tal-importazzjoni eżistenti jista’ jgħin biex itaffi tħassib dwar l-impatt possibbli negattivi u mhux intenzjonati, tad-Direttiva proposta fuq is-suq u fuq l-operaturi, kif imqajma matul il-konsultazzjoni mnedija mill-Kummissjoni;

17.

ifakkar, b’mod partikolari, il-fatt li organizzazzjoni tal-partijiet interessati bħall-assoċjazzjoni Eurogas ilmentat dwar: (i) l-impatt tal-effetti retroattivi tal-proposta fuq is-sigurtà tal-investimenti diġà implimentati (b’rabta ma’ qafas legali u ma’ orizzont temporali li għandhom ikunu modifikati ex post) fl-infrastrutturi eżistenti u fuq l-aspettattivi leġittimi tal-investituri; (ii) id-diffikultà ġuridika (abbażi tad-dritt nazzjonali) u politika biex ikunu negozjati mill-ġdid il-Ftehimiet Intergovernattivi relattivi eżistenti ma’ Stati terzi mingħajr il-qbil tagħhom; u (iii) il-perikli msemmijin hawn fuq u d-diffikultajiet fir-rigward tal-pipelines il-ġodda li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà futura tal-fornimenti fl-UE;

18.

fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u b’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà, tal-proporzjonalità u tas-solidarjetà fl-unità indistingwibbli tagħhom, jipproponi emendi li: (i) jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-UE jevitaw jew isolvu problemi li ċerti Stati Membri jistgħu jiffaċċjaw minħabba inizjattivi infrastrutturali minn Stati Membri oħra li jista’ jkollhom l-effett ta’ tisħiħ ta’ pożizzjonijiet dominanti jew ta’ tnaqqis tad-diversifikazzjoni ta’ sorsi tal-enerġija al-UE minn pajjiżi terzi t skont il-punt 10 hawn fuq; (ii) jipproteġu lill-UE b’mod ġenerali mir-riskji għas-sigurtà tal-provvista tal-UE; u (iii) tiġi żgurata l-konformità mal-qafas legali attwali għall-UE u obbligi internazzjonali;

19.

jistieden lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-ambitu estiż tad-Direttiva proposta għall-ibħra territorjali, biex tiżgura l-konformità neċessarja mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar konkluża f’Montego Bay (UNCLOS), u għaldaqstant jaġġusta dan l-ambitu estiż kif meħtieġ;

20.

jirrimarka li l-approċċ imsemmi hawn fuq jippermetti li jintlaħaq ftehim favur ir-rikonċiljazzjoni tar-reazzjonijiet politiċi neċessarji flimkien mal-konformità meħtieġa mar-restrizzjonijiet legali tal-liġi tal-UE u ta’ liġijiet internazzjonali (UNCLOS, WTO, regoli dwar il-protezzjoni tal-investiment) dwar il-moviment tal-kapital;

21.

jenfasizza l-isforz li l-KtR – fil-qadi tar-rwol f’dan il-qasam – għandu l-intenzjoni li jagħmel sabiex isib soluzzjonijiet komunitarji għall-problemi deskritti hawnhekk, u jispera li l-istess sforzi ser isiru minn istituzzjonijiet oħrajn tal-UE u jitlobhom jadottaw l-emendi.

Brussell, is-16 ta’ Mejju 2018.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Karl-Heinz LAMBERTZ


(1)  Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050 (COM(2011) 885 final).

(2)  CIVEX-VI/011

(3)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).