|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 345/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8738 — Rhône-Zodiac/Fluidra) ( 1 ) |
|
|
2018/C 345/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8956 — Biogen/Samsung BioLogics/Bioepis JV) ( 1 ) |
|
|
2018/C 345/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9074 — Total/Pont Sur Sambre Power and Toul Power) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 345/04 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2018/C 345/05 |
||
|
2018/C 345/06 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 345/07 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping |
|
|
2018/C 345/08 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antisussidji |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 345/09 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9079 — Advent International Corporation/KN Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2018/C 345/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9104 — Bain Capital Private Equity/Esure Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8738 — Rhône-Zodiac/Fluidra)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 345/01)
Fis-27 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8738. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
27.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8956 — Biogen/Samsung BioLogics/Bioepis JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 345/02)
Fl-10 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8956. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
27.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9074 — Total/Pont Sur Sambre Power and Toul Power)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 345/03)
Fil-11 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9074. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-26 ta’ Settembru 2018
(2018/C 345/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1737 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
132,61 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4584 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,89080 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,3763 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1369 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
128,90 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5465 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,605 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
323,85 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2826 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6611 |
|
TRY |
Lira Turka |
7,1820 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6202 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5214 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,1676 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7668 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6027 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 309,19 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,7827 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,0685 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4275 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 532,20 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8603 |
|
PHP |
Peso Filippin |
63,728 |
|
RUB |
Rouble Russu |
77,4075 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,098 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,7985 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,3375 |
|
INR |
Rupi Indjan |
85,2190 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
27.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/4 |
Aġġornament tal-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għal kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(2018/C 345/05)
Il-pubblikazzjoni tal-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli għal kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet fl-Artikolu 16(2) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (kodifikazzjoni).
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
ĠERMANJA
Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, tat-13.10.2006.
Is-servizz nazzjonali responsabbli mill-kontroll fuq il-fruntiera: Bundespolizei (Il-Pulizija Federali), id-Dwana u l-Pulizija Statali Federali fil-Bavarja u Hamburg.
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
|
27.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/5 |
Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1)
(2018/C 345/06)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
AWSTRIJA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 269, 31.7.2018
LISTA TA' PERMESSI TA' RESIDENZA MAĦRUĠIN MILL-ISTATI MEMBRI
Permessi ta' residenza skont l-Artikolu 2(16)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen:
I. Permessi ta' residenza maħruġa skont il-format uniformi stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 (3)
|
— |
Permess ta' residenza bi “prova ta' stabbiliment” fil-forma ta' kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2005). |
|
— |
Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Diċembru 2005). |
|
— |
Permessi ta' residenza li jaqgħu taħt “l-awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung), “membru tal-familja” (Familienangehörige), “residenza permanenti - UE” (Daueraufenthalt- EG), “residenza permanenti- -membru tal-familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) u “awtorizzazzjoni tar-residenza” (Aufenthaltsbewilligung) fil-forma ta' kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2006). Il-permess ta' “awtorizzazzjoni tar-residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jindika l-iskop speċifiku li għalih ikun inħareġ. Il-permess ta' residenza “Aufenthaltsbewilligung” jista' jinħareġ għall-finijiet li ġejjin: trasferiment intra-ażjendali (ICT), ħaddiem ippostjat, persuna li taħdem għal rasha, każijiet speċjali ta' impjieg, student tal-iskola, fornitur tas-servizzi soċjali, riunifikazzjoni tal-familja. Permessi għal awtorizzazzjoni tar-residenza (Aufenthaltsbewilligung) għall-iskop ta' trasferimenti intra-ażjendali (“ICT” u “ITC mobbli”) ilhom jinħarġu mill-1 ta' Ottubru 2017. Permessi għal “awtorizzazzjoni tar-residenza” ta' “student” (“Student”], “volontier” u “mobbiltà ta' riċerka” ilhom jinħarġu mill-1 ta' Settembru 2018. Permessi għal “awtorizzazzjoni tar-residenza” ta' “student” (“Studierender”], inħarġu sal-31 ta' Awwissu 2018. Il-permess ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) jista' jinħareġ mingħajr ma jingħataw iktar dettalji jew għall-iskopijiet li ġejjin: l-ebda attività bi qligħ u dipendenti. Mill-1 ta' Ottubru 2017, il-permessi ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) jistgħu jinħarġu wkoll għal riċerkaturi, artisti, jew każijiet speċjali ta' impjieg. Permessi ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung] inħarġu fl-Awstrija sal-30 ta' Ġunju 2011 għall-kategoriji ta' ħaddiem ewlieni, mhux limitat u limitat. Il-permessi “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Daueraufenthalt-EG) u “residenza permanenti” - membru ta' familja (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) nħarġu fl-Awstrija sal-31 ta' Diċembru 2013. Il-permessi ta' “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) għall-iskopijiet tat-Taqsima 69a tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) nħarġu fl-Awstrija sal-31 ta' Diċembru 2013. Permessi ta' “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung) nħarġu wkoll għall-għan ta' “ħaddiem b'impjieg b'rotazzjoni”, “artist” u “riċerkatur” sat-30 ta' Settembru 2017. |
|
— |
Il-kard “ħamra-bajda-ħamra” (Rot-Weiß-Rot — Karte), il-kard plus “ħamra-bajda-ħamra” (Rot-Weiß-Rot — Karte plus) u l-kard blu tal-UE (Blaue Karte EU) fil-forma ta' kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz (maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta' Lulju 2011). |
|
— |
Permessi ta' “residenza permanenti - UE” (Daueraufenthalt-EU) skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014). |
|
— |
Permessi ta' “dritt ta' residenza plus” (Aufenthaltsberechtigung plus) maħruġa skont it-Taqsima 55(1) jew it-Taqsima 56(1) tal-Att dwar l-Asil stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 huma skont id-dispożizzjonijiet preċedenti tat-Taqsimiet 41(a)(9) u 43(3) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija fl-1 ta' Jannar 2014. |
|
— |
Permess ta' “dritt ta' residenza” (Aufenthaltsberechtigung) maħruġa skont it-Taqsima 55(2) jew it-Taqsima 56(2) tal-Att dwar l-Asil stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 jikkorrispondi skont “l-awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” preċedenti tat-Taqsima 43(3) u (4) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija fl-1 ta' Jannar 2014. |
|
— |
Il-permess ta' “dritt ta' residenza fuq raġunijiet ta' protezzjoni speċjali” (Aufenthaltsberechtigung aus besonderem Schutz) maħruġ skont it-Taqsima 57 tal-Att dwar l-Asil kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 jittrasponi ulterjorment id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti. Id-dispożizzjoni preċedenti kienet it-Taqsima 69(a)(1) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija fl-1 ta' Jannar 2014. |
II. Permessi ta' residenza li, skont id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) , ma jridux jinħarġu f'format uniformi
|
— |
Il-permess ta' residenza skont dritt ta' residenza fl-Unjoni ta' iktar minn tliet xhur għal membri ta' familja ta' ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma jikkorrispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. |
|
— |
Il-kard ta' residenza permanenti biex juri d-dritt ta' residenza permanenti ta' iktar minn tliet xhur għal membru ta' familja ta' ċittadin taż-ŻEE, skont id-Direttiva 2004/38/KE ma tikkorispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. |
Dokumenti oħrajn li jagħtu lid-detentur id-dritt ta' soġġorn jew inkella d-dritt ta' dħul mill-ġdid fl-Awstrija (skont l-Artikolu 2(16)(b) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen):
|
— |
Dokument ta' identità b'ritratt f'format ta' kard għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet bl-aħmar, isfar, blu, aħdar, kannella, griż u oranġjo maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Ewropa, l-Integrazzjoni u l-Affarijiet Barranin. |
|
— |
Dokument tal-identità b'ritratt f'format ta' kard għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet ta' lewn griż ċar b'referenza għall-kategoriji Rot (aħmar), Orange (oranġjo), Gelb (isfar), Grün (aħdar), Blau (blu), Braun (kannella) u Grau (griż) maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Ewropa, l-Integrazzjoni u l-Affarijiet Barranin. |
|
— |
“Persuna intitolata għal status ta' asil” skont it-Taqsima 3 tal-Att dwar l-Asil tal-2005 jew id-dispożizzjonijiet preċedenti — normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali (maħruġ fl-Awstrija sa mit-28 ta' Awwissu 2006) jew b'kard għal persuni intitolati għall-asil skont it-Taqsima 51(a) tal-Att dwar l-Asil tal-2005 (maħruġ għal ċittadini barranin li applikaw għal protezzjoni internazzjonali mill-15 ta' Novembru 2015 u li nkunu ngħataw l-istatus mill-1 ta' Ġunju 2016) |
|
— |
“Persuna li għandha status ta' protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att dwar l-Asil tal-2005 jew id-dispożizzjonijiet preċedenti — normalment dokumentat permezz ta' kard għal persuni detenturi ta' status ta' protezzjoni sussidjarja skont it-Taqsima 52 tal-Att dwar l-Asil tal-2005. |
|
— |
Lista ta' persuni li jipparteċipaw fi vjaġġ skolastiku fl-Unjoni Ewropea fis-sens tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta rigward faċilitajiet tal-ivvjaġġar għal tfal tal-iskola minn pajjiżi terzi residenti fi Stat Membru. |
|
— |
“Konferma ta' residenza legali skont it-Taqsima 31(1)(5) tal-Liġi tal-Pulizija għall-Barranin (Fremdenpolizeigezetz - FPG)”/“Talba għal estensjoni skont it-Taqsima 2(4)(17 A) tal-Liġi tal-Pulizija għall-Barranin (Fremdenpolizeigezetz - FPG)” flimkien ma' dokument validu tal-ivvjaġġar. |
|
— |
Permess ta' residenza indefinit - maħruġ fil-forma ta' viża ordinarja skont it-Taqsima 6(10(1) tal-Att tal-1992 dwar il-Barranin (FRG) (maħruġ sal-31 ta' Diċembru 1992 mill-awtoritajiet domestiċi Awstrijaċi u l-uffiċċji rappreżentattivi barranin fil-forma ta' timbru). |
|
— |
Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker aħdar sa Nru 790.000. |
|
— |
Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker aħdar u abjad sa Nru 790.001 'l hemm. |
|
— |
Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker skont l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/11/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 1996, il-Ġurnal Uffiċjal L 7 tal-10.1.1997, li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza (maħruġa fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2004). |
|
— |
“Konferma tal-eliġibbiltà għad-dħul fl-Awstrija, skont it-Taqsima 24 tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) jew it-Taqsima 59 tal-Att dwar l-Asil” fil-forma ta' stiker aħdar u blu. |
Lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta' dan l-aġġornament.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/9 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping
(2018/C 345/07)
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dumping u dannu. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad ikollhom iċ-ċans li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.
3. Data tal-għeluq
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, B-1049, Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenzjar |
Data ta’ skadenza (3) |
|
Ħġieġ solari |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Dazju antidumping |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 470/2014 li jimponi dazju antidumping u ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
15.5.2019 |
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
|
27.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/10 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antisussidji
(2018/C 345/08)
1. Kif previst fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri kompensatorji msemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidju u tal-ħsara. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad ikollhom iċ-ċans li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.
3. Data tal-għeluq
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, B-1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
4. Din in-notifika hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenzjar |
Id-data ta’ skadenza (3) |
|
Ħġieġ solari |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Dazju antisussidji |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2014 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
15.5.2019 |
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/11 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9079 — Advent International Corporation/KN Group)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 345/09)
1.
Fl-20 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Advent International Corporation (“AIC”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
KN Network Services Holdings Limited (“KN”, l-Irlanda). |
AIC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ KN kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— AIC: investitur ta’ ekwità privata li tiffinanzja fondi li jinvestu mad-dinja kollha,
— KN: il-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni, installazzjonijiet tal-midja, fis-setturi tal-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija, fl-Irlanda u fir-Renju Unit.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9079 — Advent International Corporation/KN Group
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
27.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9104 — Bain Capital Private Equity/Esure Group)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 345/10)
1.
Fl-20 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Bain Capital Private Equity, LP u l-affiljati tagħha (“Bain Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Esure Group plc (“Esure” ir-Renju Unit).Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Esure: kumpanija attiva fil-provvista u fid-distribuzzjoni tas-servizzi tal-assigurazzjoni fir-Renju Unit, inkluż il-provvediment ta’ assigurazzjoni domiċilja u aktar. Esure tissottoskrivi wkoll prodotti tal-assigurazzjoni tagħha stess,
— Bain Capital: ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata attiva f’firxa wiesgħa ta’ industriji mad-dinja kollha.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9104 — Bain Capital Private Equity/Esure Group
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).