ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 341

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
24 ta' Settembru 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 341/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 341/02

Kawża C-707/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċizjoni preliminari tar-Rayonen sad Svilengrad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Daniela Pinzaru, Robert-Andrei Cirstinoiu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kontrol ta’ flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 1889/2005 — Ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni — Sanzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali — Miżura ta’ konfiska favur l-Istat tas-somma mhux iddikjarata — Sanzjoni ta’ priġunerija — Multa li tikkorrispondi għad-doppju tal-ammont tas-suġġett tal-ksur — Proporzjonalità)

2

2018/C 341/03

Kawża C-269/18 PPU: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs C u J, S vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali — Direttiva 2013/32/UE — Artikolu 46(6) u (8) — Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali manifestament infondata — Dritt għal rimedju effettiv — Awtorizzazzjoni li persuna tibqa’ fit-territorju ta’ Stat Membru — Direttiva 2008/115/KE — Artikoli 2, 3 u 15 — Residenza irregolari — Detenzjoni)

3

2018/C 341/04

Kawża C-328/18: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2018 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-7 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-6/17 – Equivalenza Manufactory vs EUIPO – ITM Entreprises (Black Label by Equivalenza)

3

2018/C 341/05

Kawża C-413/18 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2018 minn H mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-11 ta’ April 2018 fil-Kawża T-271/10 RENV, H vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

4

2018/C 341/06

Kawża C-418/18 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2018 minn European Citizens’ Initiative One of Us mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-23 ta’ April 2018 fil-Kawża T-561/14, European Citizens’ Initiative One of Us et vs Il-Kummissjoni Ewropea

5

2018/C 341/07

Kawża C-427/18 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2018 mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-13 ta’ April 2018 fil-Kawża T-119/17, Alba Aguilera vs SEAE

6

2018/C 341/08

Kawża C-436/18 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 minn Shanxi Taigang Stainless Steel Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-23 ta’ April 2018 fil-Kawża T-675/15, Shanxi Taigang Stainless Steel vs Il-Kummissjoni Ewropea

7

2018/C 341/09

Kawża C-458/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Lulju 2018 – GVC Services (Bulgaria) EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika – Sofia

8

2018/C 341/10

Kawża C-461/18 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 minn Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fit-3 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-431/12, Distillerie Bonollo et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

8

2018/C 341/11

Kawża C-502/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Městský soud v Praze (ir-Repubblika Ċeka) fit-30 ta’ Lulju 2018 – CS et vs České aerolinie a.s.

9

2018/C 341/12

Kawża C-674/16: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ġunju 2018 – Guccio Gucci SpA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Guess? IP Holder LP

10

2018/C 341/13

Kawża C-675/16: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ġunju 2018 – Guccio Gucci SpA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Guess? IP Holder LP

10

2018/C 341/14

Kawża C-63/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’Instance de Limoges – Franza) – Banque Solfea SA vs Jean-François Veitl

10

2018/C 341/15

Kawża C-256/17: Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Rotterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Sandd BV vs Autoriteit Consument en Markt, fil-preżenza ta’: Koninklijke PostNL BV

11

2018/C 341/16

Kawża C-392/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Oradea – ir-Rumanija) – Sindicatul Energia Oradea vs SC Termoelectrica SA

11

2018/C 341/17

Kawża C-618/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’Instance de Limoges – Franza) – BNP Paribas Personal Finance SA vs Roger Ducloux, Marie Josée Ducloux

11

2018/C 341/18

Kawża C-20/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il Gran Dukat tal-Lussemburgu intervenjenti: ir-Repubblika Franċiża

11

2018/C 341/19

Kawża C-61/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

12

2018/C 341/20

Kawża C-116/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

12

2018/C 341/21

Kawża C-147/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Almería – Spanja) – Banco Mare Nostrum SA vs Ignacio Jesús Berenguel Nieto, Carmen Sonia Salinas López

12

2018/C 341/22

Kawża C-173/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – FS vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

12

2018/C 341/23

Kawża C-205/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Piteşti – ir-Rumanija) – Maria-Cristina Dospinescu, Filofteia-Camelia Ganea, Petre Sinca, Luminiţa-Maria Ioniţă, Maria Burduv, Raluca-Marinela Traşcă vs Spitalul Judeţean de Urgenţă Vâlcea

13

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 341/24

Kawża T-612/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – PS vs BEI (Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Sigurtà soċjali — Inċidenti fuq il-post tax-xogħol — Invalidità totali u permanenti — Oriġini mix-xogħol tal-marda — Skema ta’ assigurazzjoni għal inċidenti fuq ix-xogħol u għal mard ikkaġunat mix-xogħol — Kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjoni — Dmir ta’ premura — Responsabbiltà — Dannu morali)

14

2018/C 341/25

Kawża T-273/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Quadri di Cardano vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt – Allowance tal-espatrijazzjoni — Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Perijodu deċennali ta’ referenza — Nazzjonalità tal-Istat ta’ impjieg — Residenza fl-Istat ta’ impjieg — Dmirijiet f’organizzazzjoni internazzjonali — Kuntratt ta’ xogħol temporanju)

14

2018/C 341/26

Kawża T-275/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Curto vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Assistenti Parlamentari Akkreditati — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Persunal — Talba għal assistenza — Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Persunal — Fastidju psikoloġiku — Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta’ fastidju bejn l-Assistenti Parlamentari Akkreditati u l-Membri tal-Parlament Ewropew u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol — Deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza — Żball ta’ evalwazzjoni — Portata tad-dmir ta’ assistenza — Tul tal-proċedura amministrattiva — Terminu raġonevoli — Rifjut ta’ komunikazzjoni ta’ rapporti redatti mill-Kumitat Konsultattiv)

15

2018/C 341/27

Kawża T-377/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – SQ vs BEI (Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Ilment għal fastidju morali — Investigazzjoni amministrattiva — Kunċett ta’ fastidju morali — Rekwiżit li l-aġir ilmentat ikun ripetut biex jikkostitwixxi fastidju morali — Rifjut li tinbeda l-proċedura dixxiplinari kontra l-awtur ta’ dan l-aġir — Obbligu ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tal-eżistenza ta’ proċedura ta’ investigazzjoni amministrattiva pendenti u, sussegwentement, fir-rigward tal-għeluq tal-proċedura li tikkonstata l-eżistenza ta’ każ ta’ fastidju morali)

16

2018/C 341/28

Kawża T-379/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2018 – WI vs Il-Kummssijoni

16

2018/C 341/29

Kawża T-417/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2018 – CdT vs EUIPO

17

2018/C 341/30

Kawża T-420/18: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2018 – JPMorgan Chase et vs Il-Kummissjoni

18

2018/C 341/31

Kawża T-425/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2018 – Altice Europe vs Il-Kummissjoni

20

2018/C 341/32

Kawża T-426/18: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2018 – Bizbike and Hartmobile vs Il-Kummissjoni

21

2018/C 341/33

Kawża T-429/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – BRF and SHB Comercio e Industria de Alimentos vs Il-Kummissjoni

22

2018/C 341/34

Kawża T-457/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2018 – Zotkov vs Il-Kummissjoni

23

2018/C 341/35

Kawża T-465/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2018 – Eurolamp vs EUIPO (EUROLAMP pioneers in new technology)

24

2018/C 341/36

Kawża T-466/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2018 – Europlamp vs EUIPO (EUROLAMP pioneers in new technology)

25

2018/C 341/37

Kawża T-467/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2018 – Audimas vs EUIPO – Audi (AUDIMAS)

26

2018/C 341/38

Kawża T-469/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2018 – Battelle Memorial Institute vs EUIPO (HEATCOAT)

26

2018/C 341/39

Kawża T-477/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2018 – Užstato sistemos administratorius vs EUIPO – DPG Deutsche Pfandsystem (Rappreżentazzjoni ta’ flixkun u ta’ vleġġa)

27

2018/C 341/40

Kawża T-479/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2018 – Multifit vs EUIPO (Premiere)

28


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 341/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 328, 17.9.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 319, 10.9.2018

ĠU C 311, 3.9.2018

ĠU C 301, 27.8.2018

ĠU C 294, 20.8.2018

ĠU C 285, 13.8.2018

ĠU C 276, 6.8.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċizjoni preliminari tar-Rayonen sad Svilengrad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Daniela Pinzaru, Robert-Andrei Cirstinoiu

(Kawża C-707/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kontrol ta’ flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1889/2005 - Ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni - Sanzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali - Miżura ta’ konfiska favur l-Istat tas-somma mhux iddikjarata - Sanzjoni ta’ priġunerija - Multa li tikkorrispondi għad-doppju tal-ammont tas-suġġett tal-ksur - Proporzjonalità))

(2018/C 341/02)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad Svilengrad

Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali

Daniela Pinzaru, Robert-Andrei Cirstinoiu

Dispożittiv

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża pinċipali, li, sabiex tissanzjona ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, tipprevedi, minn naħa, miżura ta’ konfiska favur l-Istat tas-somma mhux iddikjarata u, min-naħa l-oħra, sanzjoni ta’ priġunerija b’massimu ta’ sitt snin jew multa li tikkorrispondi għad-doppju tal-ammont tas-suġġett tal-ksur.


(1)  ĠU C 94, 12.3.2018.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs C u J, S vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-269/18 PPU) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 46(6) u (8) - Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali manifestament infondata - Dritt għal rimedju effettiv - Awtorizzazzjoni li persuna tibqa’ fit-territorju ta’ Stat Membru - Direttiva 2008/115/KE - Artikoli 2, 3 u 15 - Residenza irregolari - Detenzjoni))

(2018/C 341/03)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, J, S

Konvenuti: C, Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Dispożittiv

Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, u d-Direttiva 2013/32/UE Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu li ċittadin ta’ pajjiż terz, li l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali ġiet miċħuda, fl-ewwel istanza mill-awtorità amministrattiva kompetenti, bħala manifestament infondata, jitqiegħed f’detenzjoni, sabiex jitneħħa, meta, skont l-Artikolu 46(6) u (8) tad-Direttiva 2013/32, huwa legalment awtorizzat jibqa’ fit-territorju nazzjonali sakemm tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors tiegħu rigward id-dritt li jibqa’ f’dan it-territorju fl-istennija tal-eżitu tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li ċaħdet l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali.


(1)  ĠU C 276, 6.8.2018.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/3


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2018 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-7 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-6/17 – Equivalenza Manufactory vs EUIPO – ITM Entreprises (Black Label by Equivalenza)

(Kawża C-328/18)

(2018/C 341/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Equivalenza Manufactory, S.L. e ITM Entreprises SAS

Talbiet

L-appellanti jitlobu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata.

tikkundanna lir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea għar-raġunijiet li ġejjin:

1.

Il-Qorti Ġenerali tikkontradixxi lilha nnifisha billi tirrikonoxxi li hemm xebh viżiv u fl-istess ħin tiċħad li s-sinjali jixtiebħu mill-pjan viżiv;

2.

Il-Qorti Ġenerali twettaq żball billi tikkonferma mingħajr kundizzjonijiet l-allegata differenza kunċettwali evalwata mill-Bord tal-Appell;

3.

Il-Qorti Ġenerali twettaq żball meta teżamina d-drawwiet tax-xiri fil-kuntest tal-eżami tax-xebh tas-sinjali, minflok ma tagħmel dan fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni;

4.

Il-Qorti Ġenerali twettaq żball meta tiddikjara li s-sinjali kunfliġġenti ma jixxibħux, minkejja li rrikonoxxiet ix-xebh medju tagħhom mil-livell fonetiku.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/4


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2018 minn H mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-11 ta’ April 2018 fil-Kawża T-271/10 RENV, H vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-413/18 P)

(2018/C 341/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: H (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-11 ta’ April 2018 fil-Kawża T-271/10 RENV, H v Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, sa fejn tiċħad l-azzjoni intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap tal-Persunal tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM), li permezz tagħha l-appellanti ġiet assenjata mill-ġdid fil-pożizzjoni ta’ “Criminal Justice Adviser – Prosecutor” fi ħdan l-uffiċċju reġjonali ta’ Banja Luka (il-Bosnja-Ħerzegovina) u, jekk ikun meħtieġ, tad-deċiżjoni tat-30 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap ta’ din il-Missjoni msemmi fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK (1), tat-8 ta’ Diċembru 2009, dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina u sa fejn tiċħad it-talba għad-danni minħabba l-illegalità tad-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq;

tiddeċiedi dwar il-kawża, u, jekk neċessarju, tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-konvenut fl-ewwel istanza jħallas l-ispejjeż fil-Kawża C-455/14 P kif ukoll dawk f’dawn il-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tallega ksur tal-Artikolu 216 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn is-sentenza appellata deċiża minn awla komposta parzjalment mill-istess imħallfin li ddeċidew id-digriet li ġie rriformat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Fir-rigward tal-poteri tal-Kap tal-Missjoni sabiex jadotta deċiżjonijiet dwar l-allokazzjonijiet mill-ġdid tal-persunal u tar-rwol tal-Istat Membru tal-oriġini fil-qafas tat-trasferiment tal-persunal ssekondat, l-appellanti tallega ksur tal-paragrafu II tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja sa fejn l-imħallef tal-ewwel istanza ma osservax id-deċiżjoni fil-kawża mibgħuta lura mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Żanutarament tal-provi

Ksur tad-dritt tad-difiża u trattament ugwali, sa fejn l-appellanti ma nstegħmetx fir-rigward ta’ xi dokumenti u osservazzjonijiet bil-miktub imressqa mill-Kunsill matul il-proċedura tal-ewwel istanza.

Ksur tal-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura sa fejn ġie deċiż li l-appellanti għandha tbati l-ispejjeż fil-Kawża C-455/14 P, fejn hija rebħet.


(1)  ĠU 2009, L 322, p. 22.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/5


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2018 minn European Citizens’ Initiative One of Us mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-23 ta’ April 2018 fil-Kawża T-561/14, European Citizens’ Initiative One of Us et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-418/18 P)

(2018/C 341/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: European Citizens’ Initiative One of Us (rappreżentanti: P. Diamond, Barrister, R. Kiska, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika tal-Polonja, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 fil-Kawża T-561/14;

tannulla l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2014) 355 final tat-28 ta’ Mejju 2014;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura tal-appell u l-ispejjeż għall-proċedura tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 117 TUE fid-dawl tal-Artikolu 11(4) TUE, l-Artikolu 24 TFUE u r-Regolament 211/2011 (1); kwalunkwe diskrezzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun konsistenti mal-għanijiet tal-IĊE. Id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-għan leġiżlattiv tar-Regolament; u konsegwentement għamlitu ineffettiv.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ma kkonstatatx li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2014) 355 final (2) ma tistabbilixxix il-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha b’mod separat kif meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 211/2011.

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali naqset milli tistħarreġ il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2014) 355 final bil-livell korrett ta’ stħarriġ meħtieġ. Il-Qorti Ġenerali applikat test ta’ stħarriġ limitat; jiġifieri dak ta’ żball manifest.

Ir-raba’ nett, fi kwalunkwe każ, jekk il-livell ta’ stħarriġ kif applikat mill-Qorti Ġenerali huwa t-test legali korrett (li ma huwiex aċċettat), il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkonkludi li r-raġunijiet mogħtija mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2014) 355 final issodisfaw it-test ta’ żball manifest; fost oħrajn, il-Kummissjoni naqset milli tapplika korrettament il-Kawża C-34/10 Oliver Brüstle vs Greenpeace e.V; naqset milli tikkunsidra l-implikazzjonijiet tas-sistema “triple lock”, li ma tipprovdix garanziji etniċi (u, fil-fatt, tipprovdi inċentivi għal Stati Membri li jnaqqsu l-garanziji etiċi tagħhom sabiex jaċċedu għal fondi tar-riċerka). Il-Kummissjoni żbaljat b’mod manifest ukoll meta ssuġġeriet li, li jiġi offert aċċess għall-abort huwa obbligu internazzjonali li jirriżulta mill-Programm ta’ Azzjoni KIPI fl-1994 u mill-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju tan-Nazzjonijiet Uniti; hija żbaljat ukoll fil-proposta illoġika tagħha li l-finanzjament ta’ organizzazzjonijiet li jippromwovu u li jipprattikaw abort f’pajjiżi li qed jiżviluppaw ikun ta’ benefiċċju għas-saħħa materna, bħala kuntrast ma’ li jiżdiedu fondi għal sistemi tas-saħħa li huma kunsiderevolment mingħajr impjegati biżżejjed u mingħajr provvisti biżżejjed f’dawn in-nazzjonijiet.

Il-ħames nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta tat karatterizzazzjoni żbaljata tal-IĊE, jiġifieri bħala waħda għall-introduzzjoni ta’ tliet proposti leġiżlattivi speċifiċi, pjuttost milli waħda għall-protezzjoni tad-dinjità tal-embriju. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali naqset milli tapplika approċċ korrett għall-kwistjonijiet tal-kawża.


(1)  Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU 2011, L 65, p. 1).

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej imsejħa “Wieħed Minna”.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/6


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2018 mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-13 ta’ April 2018 fil-Kawża T-119/17, Alba Aguilera vs SEAE

(Kawża C-427/18 P)

(2018/C 341/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spac, aġenti, M. Troncoso Ferrer, abogado, F.-M. Hislaire, avocat, S. Moya Izquierdo, abogada)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ruben Alba Aguilera, Simone Barenghi, Massimo Bonannini, Antonio Capone, Stéphanie Carette, Alejo Carrasco Garcia, Francisco Carreras Sequeros, Carl Daspect, Nathalie Devos, Jean-Baptiste Fauvel, Paula Cristina Fernandes, Stephan Fox, Birgitte Hagelund, Chantal Hebberecht, Karin Kaup-Laponin, Terhi Lehtinen, Sandrine Marot, David Mogollon, Clara Molera Gui, Daniele Morbin, Charlotte Onraet, Augusto Piccagli, Gary Quince, Pierre-Luc Vanhaeverbeke, Tamara Vleminckx, Birgit Vleugels, Robert Wade, Luca Zampetti

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2018 fil-Kawża T-119/17;

tilqa’ t-talbiet imressqa mis-SEAE fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-partijiet l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju tal-appell huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 1 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal. Skont il-Qorti Ġenerali, din id-dispożizzjoni timponi obbligu tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni (DĠI) konformement mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal li japplika għall-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal kollu, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu (punti 30 u 31 tas-sentenza appellata). Issa, il-leġiżlatur espressament ifformula, fl-Anness X, obbligu tal-adozzjoni ta’ DĠI biss fl-Artikolu 3. Għall-kuntrarju, f’dispożizzjonijiet oħrajn, bħat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2, l-Artikolu 5(2), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8, jew l-Artikoli 10 u 21, dan l-istess leġiżlatur ippreveda biss “kondizzjonijiet” jew “regoli dettaljati għall-applikazzjoni” adottati mill-Awtorità tal-Ħatra.

It-tieni aggravju tal-appell huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 10 tal-Anness X, sa fejn dan jikkostitwixxi dispożizzjoni li tant ma hijiex ċara u preċiża li tagħti lok għal applikazzjoni arbitrarja b’mod li trendi l-adozzjoni ta’ DĠI neċessarja (punti 28 u 29 tas-sentenza appellata). L-appellant iqis li l-Artikolu 10 tal-Anness X jipprovdi qafas legali ddettaljat biżżejjed u li jqiegħed limiti preċiżi fuq is-setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/7


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 minn Shanxi Taigang Stainless Steel Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-23 ta’ April 2018 fil-Kawża T-675/15, Shanxi Taigang Stainless Steel vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-436/18 P)

(2018/C 341/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Shanxi Taigang Stainless Steel Co. Ltd (rappreżentanti: E. Vermulst, J. Cornelis, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Eurofer, Association Européenne de l'Acier, ASBL

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tat-23 ta’ April 2018, Shanxi Taigang Stainless Steel vs Il-Kummissjoni (T-675/15, mhux ippubblikata, EU:T:2018:209);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1429 (1) tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Awwissu 2015 i jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan, sa fejn dan ir-regolament jikkonċerna lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż esposti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-appell odjern kif ukoll għall-dawk marbuta mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-675/15.

Sussidjarjament:

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; u

tirriżerva l-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġeneral u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li s-sentenza appellata interpretat b’mod illegali t-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (2) tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea billi qrat f’din id-dispożizzjoni kundizzjoni għall-għażla tal-pajjiż analogu li ma tirriżultax mill-kliem tagħha.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni billi ddeċidiet li bħala prinċipju ma humiex possibbli aġġustamenti għall-valur normali fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, is-sentenza appellata kisret din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU 2015 L 224, p. 10.

(2)  ĠU 2009 L 343, p. 51.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Lulju 2018 – “GVC Services (Bulgaria)” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

(Kawża C-458/18)

(2018/C 341/09)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“GVC Services (Bulgaria)” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 2(a)(i) tad-Direttiva 2011/96/UE (1) u tal-punt (ab) tal-Parti A tal-Anness I tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li “kumpanniji inkorporati taħt il-liġi tar-Renju Unit” jinkludu l-kumpanniji inkorporati f’Ġibiltà?

2)

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 2(a)(iii) tad-Direttiva 2011/96/UE u tal-Parti B tal-Anness I tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li “corporation tax fir-Renju Unit” tinkludi t-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta f’Ġibiltà?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU 2011, L 345, p. 8).


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/8


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 minn Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fit-3 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-431/12, Distillerie Bonollo et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-461/18 P)

(2018/C 341/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, P. Billiet, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Distillerie Bonollo SpA, Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA, Distillerie Mazzari SpA, Caviro Distillerie Srl, Comercial Química Sarasa, SL, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-431/12 fl-intier tagħha; u

tikkundanna lir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż tal-appellanti ta’ dan l-appell kif ukoll dawk tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-431/12.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni aggravju wieħed insostenn tal-appell. Għaldaqstant, is-sentenza kkontestata hija vvizzjata bi żball manifest fl-applikazzjoni tal-liġi meta tistabbilixxi li l-Artikolu 11(9) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (1) tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, li warajh ġie adottat ir-Regolament Nru 626/2012 (2), (“ir-Regolament Bażiku”) ma jippermettix lill-Istituzzjonijiet tal-UE li jikkostruwixxu l-valur normali tal-prodott ikkonċernat fil-kalkoli tal-marġni tad-dumping matul analiżi tal-antidumping parzjali interim, jekk, matul l-investigazzjoni ta’ antidumping oriġinali, l-Istituzzjonijiet tal-UE kienu użaw minflok bejgħ domestiku reali għal dan l-iskop.

1.

L-appellanti ssostni, l-ewwel nett, li l-kostruzzjoni tal-valur normali ma tikkostitwixxix metodoloġija differenti mill-istabbiliment tal-valur normali b’riferiment għal bejgħ domestiku reali billi t-tnejn jimmiraw li jistabbilixxu bl-aħjar mod valur normali billi jieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristika speċifika ta’ kull każ; u d-data tal-kost/prezzijiet li tiżviluppa biż-żmien. Tabilħaqq, l-Artikoli 2(1) sa 2(6) tar-Regolament Bażiku jipprovdu għal diversi ċirkustanzi li jiġġustifikaw l-użu ta’ valur normali kkostruwit għall-kuntrarju ta’ użu ta’ bejgħ domestiku reali għal skopijiet tal-kalkoli tal-marġni tad-dumping fuq bażi ta’ każ b’każ. Il-limitazzjoni tad-diskrezzjoni tal-Istituzzjonijiet tal-UE li jikkostruwixxu valur normali f’analiżi parzjali interim, fejn kienu użaw bejgħ domestiku reali għall-istess skop f’investigazzjonijiet preċedenti, tneħħi mill-Istituzzjonijiet tal-UE il-kapaċità li jirrikorru għal diversi alternattivi stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament Bażiku. Peress li hemm differenzi sostanzjali fil-kost bejn l-aċidu tartariku prodott naturalment jew sintetikament, il-kostruzzjoni ta’ valur normali analogu fl-Arġentina fir-Regolament 626/2012 irriflettiet l-aħjar il-fatt li l-produttur analogu Arġentin iffabbrika l-aċidu tartariku bl-użu tal-metodu naturali li materjalment huwa ogħla mill-metodu sintetiku użat mill-appellanti.

2.

It-tieni nett, l-appellanti tissottometti insostenn tal-aggravju tagħha li, fl-investigazzjoni oriġinali tal-antidumping, ġew identifikati żewġ kategoriji ta’ esportaturi: esportaturi li jikkooperaw bħall-appellanti li ngħataw trattament ta’ ekonomija tas-suq (“MET”) skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Bażiku; u produtturi li ma jikkooperawx li ma ngħatawx MET u li magħhom l-Istituzzjonijiet tal-UE applikaw il-metodoloġija tal-“aħjar informazzjoni disponibbli” skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Bażiku. Matul l-analiżi parzjali interim li rriżultat fl-adozzjoni tar-Regolament 626/2012, il-produtturi li jikkooperaw bħall-appellanti ċċaħdu mill-MET mill-Istituzzjonijiet tal-UE u l-valur normali tagħhom kien stabbilit skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Bażiku b’riferiment għall-Arġentina, il-pajjiż analogu magħżul mill-Kummissjoni. Din il-kategorija ta’ esportaturi ma kinitx preżenti matul l-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, anki jekk l-Artikolu 11(9) tar-Regolament Bażiku kellu jiġi interpretat bħala li jwaqqaf lill-Istituzzjonijiet tal-UE milli jużaw valuri normali kkostruwiti għall-kuntrarju ta’ bejgħ domestiku reali f’analiżi parzjali interim, quod non, xorta ma jwaqqafx l-Istituzzjonijiet tal-UE milli jużaw valur normali kkostruwit fir-rigward ta’ klassi ġdida ta’ esportaturi, kooperazzjoni notevoli iżda ma ngħatawx MET, li ħarġet għall-ewwel darba fl-analiżi parzjali interim.

3.

Finalment, diversi konstatazzjonijiet tas-sentenza kkontestata jmorru kontra ġurisprudenza stabbilita tal-UE u tad-WTO dwar l-istabbiliment ta’ valur normali kif ukoll l-iżgurar ta’ paraguni ġusti tal-prezz u li jirrispettaw id-drittijiet tad-difiża tal-esportaturi.


(1)  ĠU 2009, L 343, p. 51.

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 626/2012 tas-26 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 349/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2012, L 182, p. 1).


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Městský soud v Praze (ir-Repubblika Ċeka) fit-30 ta’ Lulju 2018 – CS et vs České aerolinie a.s.

(Kawża C-502/18)

(2018/C 341/11)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Městský soud v Praze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CS, DR, EQ, FP, GO, HN, IM, JL, KK, LJ, MI

Konvenuta: České aerolinie a.s.

Domanda preliminari

It-tieni sentenza tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1), toħloq obbligu fuq trasportatur Komunitarju sabiex iħallas kumpens lill-passiġġieri fejn dan it-trasportatur Komunitarju, bħala t-trasportatur kuntrattwali, ikun opera l-ewwel parti ta’ titjira b’waqfa f’ajruport ta’ Stat terz, li minnu, skont ftehim ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi, trasportatur li ma jkunx trasportatur Komunitarju, opera t-tieni parti tat-titjira u kien hemm dewmien ta’ iktar minn tliet sigħat sal-wasla fl-ajruport tad-destinazzjoni finali li seħħ esklużivament fit-tieni parti tat-titjira?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/10


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ġunju 2018 – Guccio Gucci SpA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Guess? IP Holder LP

(Kawża C-674/16) (1)

(2018/C 341/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 144, 8.5.2017.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/10


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ġunju 2018 – Guccio Gucci SpA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Guess? IP Holder LP

(Kawża C-675/16) (1)

(2018/C 341/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 144, 8.5.2017.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/10


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’Instance de Limoges – Franza) – Banque Solfea SA vs Jean-François Veitl

(Kawża C-63/17) (1)

(2018/C 341/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 144, 8.5.2017.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/11


Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Rotterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Sandd BV vs Autoriteit Consument en Markt, fil-preżenza ta’: Koninklijke PostNL BV

(Kawża C-256/17) (1)

(2018/C 341/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/11


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Oradea – ir-Rumanija) – Sindicatul Energia Oradea vs SC Termoelectrica SA

(Kawża C-392/17) (1)

(2018/C 341/16)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 293, 04.09.2017.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/11


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’Instance de Limoges – Franza) – BNP Paribas Personal Finance SA vs Roger Ducloux, Marie Josée Ducloux

(Kawża C-618/17) (1)

(2018/C 341/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 22, 22.01.2018


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/11


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il Gran Dukat tal-Lussemburgu intervenjenti: ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-20/18) (1)

(2018/C 341/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 104, 19.03.2018.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-61/18) (1)

(2018/C 341/19)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgarija

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 112, 26.03.2018


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

(Kawża C-116/18) (1)

(2018/C 341/20)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 142, 23.4.2018.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Almería – Spanja) – Banco Mare Nostrum SA vs Ignacio Jesús Berenguel Nieto, Carmen Sonia Salinas López

(Kawża C-147/18) (1)

(2018/C 341/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 166, 14.5.2018.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – FS vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-173/18) (1)

(2018/C 341/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Il-President tal- Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 221, 25.6.2018.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/13


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Piteşti – ir-Rumanija) – Maria-Cristina Dospinescu, Filofteia-Camelia Ganea, Petre Sinca, Luminiţa-Maria Ioniţă, Maria Burduv, Raluca-Marinela Traşcă vs Spitalul Judeţean de Urgenţă Vâlcea

(Kawża C-205/18) (1)

(2018/C 341/23)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 211, 18.6.2018.


Il-Qorti Ġenerali

24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – PS vs BEI

(Kawża T-612/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Sigurtà soċjali - Inċidenti fuq il-post tax-xogħol - Invalidità totali u permanenti - Oriġini mix-xogħol tal-marda - Skema ta’ assigurazzjoni għal inċidenti fuq ix-xogħol u għal mard ikkaġunat mix-xogħol - Kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjoni - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà - Dannu morali”))

(2018/C 341/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: PS (rappreżentanti: N. Lhoëst u G. Cludts, avukati)

Konvenuta: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment minn T. Gilliams, E. Raimond u G. Faedo, sussegwentment minn T. Gilliams u G. Faedo aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament sofra sa minn Novembru 2013.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PS huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-42/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Quadri di Cardano vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-273/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt – Allowance tal-espatrijazzjoni - Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Perijodu deċennali ta’ referenza - Nazzjonalità tal-Istat ta’ impjieg - Residenza fl-Istat ta’ impjieg - Dmirijiet f’organizzazzjoni internazzjonali - Kuntratt ta’ xogħol temporanju”))

(2018/C 341/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Quadri di Cardano (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment N. de Montigny u J.-N. Louis, sussegwentement N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. Bohr u M. Mensi, sussegwentement T. Bohr u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Lulju 2015 tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni, inkwantu rrifjutat l-għoti tal-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent meta beda jaħdem mal-INEA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alessandro Quadri di Cardano huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 221, 10.7.2017.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Curto vs Il-Parlament

(Kawża T-275/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Assistenti Parlamentari Akkreditati - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Persunal - Talba għal assistenza - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku - Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta’ fastidju bejn l-Assistenti Parlamentari Akkreditati u l-Membri tal-Parlament Ewropew u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol - Deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza - Żball ta’ evalwazzjoni - Portata tad-dmir ta’ assistenza - Tul tal-proċedura amministrattiva - Terminu raġonevoli - Rifjut ta’ komunikazzjoni ta’ rapporti redatti mill-Kumitat Konsultattiv”))

(2018/C 341/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Michela Curto (Genova, l-Italja) (rappreżentanti: L. Levi u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau, E. Taneva u M. Rantala, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-30 ta’ Ġunju 2016 li permezz tagħha l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ ta’ dik l-istituzzjoni ċaħdet it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti fl-14 ta’ April 2014, kif ukoll, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofriet minħabba l-ksur minn dik l-awtorità tad-dmir ta’ assistenza msemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Ġunju 2016, li permezz tagħha l-awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ ta’ dik l-istituzzjoni ċaħdet it-talba għal assistenza li M. Curto kienet ressqet fl-14 ta’ April 2014, hija annullata.

2)

Il-Parlament huwa kkundannat iħallas lil M. Curto, bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab, is-somma ta’ EUR 10 000 fimkien mal-interessi moratorji, b’effett mid-data li fiha tingħata din is-sentenza, bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid.

3)

Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – SQ vs BEI

(Kawża T-377/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Ilment għal fastidju morali - Investigazzjoni amministrattiva - Kunċett ta’ ‘fastidju morali’ - Rekwiżit li l-aġir ilmentat ikun ripetut biex jikkostitwixxi ‘fastidju morali’ - Rifjut li tinbeda l-proċedura dixxiplinari kontra l-awtur ta’ dan l-aġir - Obbligu ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tal-eżistenza ta’ proċedura ta’ investigazzjoni amministrattiva pendenti u, sussegwentement, fir-rigward tal-għeluq tal-proċedura li tikkonstata l-eżistenza ta’ każ ta’ fastidju morali”))

(2018/C 341/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: SQ (rappreżentanti: N Cambonie u P. Walter, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: G. Faedo u K. Carr, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat, u J. Currall, barrister)

Suġġett

Rikors, ippreżentat abbażi tal-Artikolu 50a(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-BEI, intiż, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-20 ta’ Marzu 2017 tal-President tal-BEI u, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-danni morali u materjali allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba fastidju morali mis-superjur ġerarkiku tagħha u minħabba l-aġir tal-BEI.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-20 ta’ Marzu 2017 tal-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) hija parzjalment annullata, sa fejn din tagħmel użu minn definizzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ “fastidju morali”, sa fejn din ma tipprevedix konsegwenzi dixxiplinari immedjati mogħtija f’każ ikkonfermat ta’ fastidju morali fi ħdan il-BEI u sa fejn din timponi fuq id-destinatarju ta’ din id-deċiżjoni obbligu ta’ kunfidenzjalità li jmur kontra l-għanijiet ta’ proċedura ta’ investigazzjoni li tirrigwarda każ allegat ta’ fastidju morali.

2)

It-talbiet għal annullament huma miċħuda għall-bqija.

3)

Il-BEI huwa kkundannat iħallas lil SQ, abbażi tad-dannu morali subit, ammont ta’ EUR 10 000.

4)

It-talbiet għal kumpens huma miċħuda għall-bqija.

5)

Il-BEI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati nofs l-ispejjeż esposti minn SQ.

6)

SQ għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 277, 21.8.2017.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/16


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2018 – WI vs Il-Kummssijoni

(Kawża T-379/18)

(2018/C 341/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: WI (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati;

tordna l-ħlas tal-pensjoni tal-konjuġi superstiti lil [WI];

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Awwissu 2017, li tirrifjuta li tagħti pensjoni tas-superstiti lir-rikorrent, kif ukoll id-deċiżjoni konfermattiva, dan tal-aħħar jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-kunċett ta’ konjuġi superstiti kif ukoll ksur tal-Artikolu 1d(2) u tal-Artikolu 17 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), peress li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq interpretazzjoni restrittiva u żbaljata tal-kunċett ta’ konjuġi superstiti previst mir-Regolamenti tal-Persunal sabiex tiċħad it-talba tar-rikorrent ta’ rikonoxximent tal-istatus tiegħu ta’ konjuġi superstiti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ dmir ta’ premura, peress li, skont ir-rikorrent, il-Kummissjoni kellha tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali tal-kawża sabiex tinterpreta l-Artikolu 17 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal fis-sens li r-rikorrent jista’ jibbenefika ipso iure minn pensjoni taħt l-istatus tiegħu ta’ konjuġi superstiti.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/17


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2018 – CdT vs EUIPO

(Kawża T-417/18)

(2018/C 341/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Rikkert, u M. Garnier, aġenti)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tas-26 ta’ April 2018 li xxolji l-arranġament konkluż maċ-Ċentru;

tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tas-26 ta’ April 2018 li biha jassumi d-dritt ta’ implimentazzjoni tal-miżuri preliminari kollha neċessarji sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi ta’ traduzzjoni tiegħu, b’mod partikolari bil-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal offerti;

tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju li jippubblika sejħa għal offerti għas-servizzi ta’ traduzzjoni, taħt ir-referenza f’Il-Ġurnal Uffiċċjali 2018/S 114-258472, u tipprojbixxi lill-Uffiċċju milli jiffirma kuntratti taħt din is-sejħa għal offerti;

tiddikjara illegali l-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal offerti għas-servizzi ta’ traduzzjoni minn aġenzija jew kwalunkwe korp jew organu tal-UE li r-regolament ta’ stabbiliment tiegħu jipprevedi li s-servizzi ta’ traduzzjoni għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura. Ir-rikorrent iqis li, minn naħa, fl-eventwalità ta’ diffikultajiet bejn iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni u l-klijenti tiegħu, il-modalitajiet tal-Artikolu 11 tar-regolament ta’ stabbiliment taċ-Ċentru għandhom ikunu applikabbli, u, min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“Uffiċċju”) tas-26 ta’ April 2018 li biha jassumi d-dritt ta’ implimentazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata l-provvista tas-servizzi ta’ traduzzjoni tikser l-Artikolu 11 tar-regolament ta’ stabbiliment taċ-Ċentru peress li hija ma tosservax il-proċedura ta’ medjazzjoni prevista f’dan l-artikolu fil-każ ta’ diffikultà bejn iż-żewġ aġenziji.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ previżjoni tal-Uffiċċju. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent jikkunsidra li:

l-ewwel nett, is-sitwazzjoni li fiha jqiegħed ruħu l-Uffiċċju tikser l-Artikolu 148 tar-regolament ta’ stabbiliment tal-Uffiċċju u l-Artikolu 2 tar-regolament ta’ stabbiliment taċ-Ċentru, peress li hija tista’ twassal għall-assenza ta’ arranġament validu mill-1 ta’ Jannar 2019;

it-tieni nett, il-qari fl-intier tiegħu tal-Artikolu 2 tar-regolament ta’ stabbiliment taċ-Ċentru jippreżenta d-diversi tipi ta’ klijenti taċ-Ċentru u jindika b’mod espliċitu, fil-paragrafu 1, seba’ aġenziji, korpi u uffiċċji, inkluż l-Uffiċċju, li lilhom iċ-Ċentru jipprovdi s-servizzi ta’ traduzzjoni neċessarji għall-funzjonament tagħhom. Barra minn hekk, huma wkoll imsemmija, fil-paragrafu 3, istituzzjonijiet u korpi, li għandhom servizzi ta’ traduzzjoni, li jistgħu possibbilment, fuq bażi volontarja, jitolbu s-servizzi taċ-Ċentru;

it-tielet nett, il-qari flimkien ta’ dawn iż-żewġ paragrafi jwassal għall-konklużjoni li l-aġenziji elenkati fil-paragrafu 1 ma jgawdux mill-benefiċċju li jiddeċiedu, fuq bażi volontarja, jekk jirrikorrux għaċ-Ċentru jew le, u konsegwentement jistgħu jiddeċiedu li jxolju l-arranġament li jorbothom maċ-Ċentru biss fil-każ fejn ikun ser jidħol fis-seħħ arranġament ieħor sussegwentement.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Uffiċċju li jippubblika sejħa għal offerti għal servizzi ta’ traduzzjoni. Bla ħsara għar-riżultat tal-evalwazzjoni tas-sejħa għal offerti ppubblikata mill-Uffiċċju, ir-rikorrent isostni li dan tal-aħħar iqiegħed ruħu, mid-deċiżjoni ta’ tnehid tas-sejħa għal offerti, f’sitwazzjoni fejn huwa ma għadux jista’ josserva l-Artikoli 148 u 2 tar-regolamenti ta’ stabbiliment tal-Uffiċċju u taċ-Ċentru, rispettivament. Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li, f’dan il-każ, l-iffirmar tal-kuntratti u x-xiri tas-servizzi ta’ traduzzjoni jikkostitwixxu ksur ċar tal-fuq imsemmi Artikolu 148 u, konsegwentement, b’mod konkret, l-Uffiċċju ma jistax legalment ikompli din il-proċedura sal-eżitu regolari tagħha, li jkun l-iffirmar tal-kuntratti.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/18


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2018 – JPMorgan Chase et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-420/18)

(2018/C 341/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JPMorgan Chase & Co. (New York, New York, l-Istati Uniti), JPMorgan Chase Bank, National Association (Columbus, Ohio, l-Istati Uniti), J.P. Morgan Services LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Lester QC, D. Piccinin u D. Heaton, Barristers, N. French, B. Tormey, N. Frey u D. Das, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi, bil-konsegwenza li ebda verżjoni tad-deċiżjoni ta’ ksur ma tista’ tiġi ppubblikata qabel mal-Qorti Ġenerali tiddeċiedi fuq ir-rikors għall-annullament tal-ksur;

sussidjarjament, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkonstestata, filwaqt li żżomm ir-reviżjonijiet miċħuda mill-Kummissjoni Ewropea kif sostnut fil-motivi 2 sa 4; u

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 2745 final tas-27 ta’ April 2018 dwar oġġezzjonijiet għall-iżvelar ta’ informazzjoni permezz ta’ pubblikazzjoni sottomessi mir-rikorrenti skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2011/695/EU tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 (ĠU 2011 L 275, p. 29) dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ AT.39914 — Euro Interest Rate Derivatives (EIRD).

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motivi ibbażat fuq il-ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza billi ċaħdet it-talba tar-rikorrenti sabiex tiġi posposta l-pubblikazzjoni ta’ kwalunkwe verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Diċembru 2016 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ta’ ksur”) (1) sakemm tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors tar-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ksur. Id-deċiżjoni ta’ ksur innifisha ttieħedet bi ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza, kif tistabbilixxi s-sentenza tal-10 ta’ Novembru 2017, Icap et vs Il-Kummissjoni (T-180/15, EU:T:2017:795, punti 253 sa 269). Għaldaqstant, ir-rikorrenti jkunu fl-istess pożizzjoni ta’ persuna mhux destinatarja u għaldaqstant ma jibbenfikawx mill-garanziji kollha li s-soltu jingħataw għall-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża fl-ambitu normali tal-proċeduri li jirriżultaw f’deċiżjoni dwar il-mertu tal-każ. Ir-rikorrenti jsostnu li dan jipprevjeni kwalunkwe pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ ksur sakemm il-Qorti Ġenerali tkun ikkompletat l-istħarriġ tagħha tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li permezz tal-uffiċjal tas-seduta, il-Kummmissjoni marret lil hinn mis-setgħat tagħha taħt l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/EU (iktar ’il quddiem il-“mandat tal-uffiċjal tas-seduta”) (2) billi ppretendiet li tannulla deċiżjoni tal-DĠ Kompetizzjoni li parti mid-deċiżjoni ta’ ksur ma tiġix ippubblikata (u billi bbażat ruħha fuq dik id-deċiżjoni illegali sabiex tirrifjuta li tipprevjeni l-pubblikazzjoni ta’ partijiet analogi tad-deċiżjoni ta’ ksur). Il-Kummissjoni, meta taġixxi permezz tal-uffiċjal tas-seduta, ma jkollhiex is-setgħa tagħmel dan (ara s-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2015, Pilkington Groups v Il-Kummissjoni, T-462/12, EU:T:2015:508, punt 31).

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-ilmenti tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 8(2) tal-mandat tal-uffiċjal tas-seduta u b’hekk naqqset milli tosserva s-sigriet professjonali kif mitlub taħt dik id-dispożizzjoni, l-Artikolu 339 TFEU u l-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (3). Il-Kummissjoni żbaljat meta kkonstatat li l-materjal ikkontestat ma kienx jissodisfa l-kriterju sabiex l-informazzjoni tkun koperta mill-obbligu tas-sigriet professjonali (ara s-sentenza tat-30 ta’ Mejju 2006, Bank Austria Creditansalt vs Il-Kummissjoni, T-198/03, EU:T:2006:136) u għal raġunijiet oħrajn.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-identità tal-individwi fir-rigward tal-ex impjegat tar-rikorrenti u persuni fil-maniġment tar-rikorrenti, inkluż id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata protett mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni proponiet li tiġi ppubblikata informazzjoni li tiżvela jew tista’ tiżvela l-identità ta’ dak l-ex impjegat u l-allegat stat mentali tal-impjegati tar-rikorrenti f’dak iż-żmien.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 8530 final tas-7 ta’ Diċembru 2016 dwar proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

(2)  Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU 2011, L 275, p. 29).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/20


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2018 – Altice Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-425/18)

(2018/C 341/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Altice Europe NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Allendesalazar Corcho u H. Brokelmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 2418 finali tal-24 ta’ April 2018 li timponi multa għall-implimentazzjoni ta’ operazzjoni ta’ konċentrazzjoni bi ksur tal-Artikoli 4(1) u 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (1) (Każ M.7993 – Altice vs PT Portugal, proċedimenti skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament);

sussidjarjament, teżerċita l-kompetenza illimitata tagħha sabiex tnaqqas sostanzjalment il-multi imposti fl-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni; u

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 4(1) u 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u tal-prinċipji ta’ legalità u ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, sa fejn fid-deċiżjoni kkontestata l-kunċett ta’ “implimentazzjoni” ta’ konċentrazzjoni huwa użat lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu u mit-tifsira tiegħu.

Ir-rikorrenti ssostni li l-“implimentazzjoni” ta’ konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikoli 4(1) u 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 teħtieġ iktar minn “eżerċizzju ta’ influwenza determinanti” fuq impriża u li ebda element minn dawk invokati fid-deċiżjoni kkontestata ma huwa ekwivalenti għal “implimentazzjoni”. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li bl-estensjoni indebita tal-kunċett ta’ “implimentazzjoni”, id-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ legalità stipulat fl-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif ukoll il-preżunzjoni ta’ innoċenza ggarantita mill-Artikolu 48(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi tal-Kummissjoni sa fejn fid-deċiżjoni kkontestata l-Kummissjoni kkonkludiet li r-rikorrenti kienet kisbet il-kontroll esklużiv ta’ PT Portugal.

Id-deċiżjoni kkontestata tinkludi żbalji ta’ fatt u ta’ liġi sa fejn din tikkonkludi li r-rikorrenti kisbet il-kontroll esklużiv ta’ PT Portugal u implimentat l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni billi kisbet dan il-kontroll ta’ PT Portugal.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-allegat ksur tal-Artikoli 4(1) u 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

Il-klawżoli preparatorji allegatament inklużi fil-ftehim ta’ ċessjoni huma min-natura tagħhom aċċessorji u ma kkostitwixxewx implimentazzjoni bikrija ta’ konċentrazzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma eżerċitatx influwenza determinanti fuq PT Portugal qabel il-konklużjoni tal-ftehim. Il-Kummissjoni ma setgħetx raġonevolment tibbaża ruħha fuq is-seba’ elementi previsti fit-Taqsima 4.2.1. tad-deċiżjoni kkontestata sabiex tistabbilixxi l-eżerċizzju mir-rikorrenti ta’ kontroll effettiv fuq PT Portugal. Finalment, id-deċiżjoni kkontestata tinkludi żbalji ta’ fatt u ta’ liġi sa fejn tistabbilixxi li t-trażmissjoni ta’ informazzjoni lir-rikorrenti tikkontribwixxi għall-konklużjoni tal-eżerċizzju tal-kontroll.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipji ta’ ne bis in idem, ta’ proporzjonalità u ta’ projbizzjoni ta’ sanzjoni doppja; eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikoli 4(1) u 14(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

Billi timponi fuq l-istess persuna żewġ multi għall-istess aġir fuq il-bażi ta’ żewġ dispożizzjonijiet li jipproteġu l-istess interess ġuridiku, id-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ ne bis in idem, stipulat fl-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-prinċipju ta’ proporzjonalità, stipulat fl-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-projbizzjoni ta’ sanzjoni doppja bbażata fuq il-prinċipji ġenerali komuni għall-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri. Eċċezzjoni ta’ illegalità hija mqajma skont l-Artikolu 277 TFUE fir-rigward tal-Artikoli 4(1) u 14(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, li jippermettu lill-Kummissjoni tissanzjona lill-istess persuna darbtejn għall-istess aġir, diġà sanzjonat skont l-Artikoli 7(1) u 14(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-multi huma illegali u jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 sa fejn timponi multi fuq ir-rikorrenti minkejja l-assenza ta’ negliġenza jew intenzjoni u l-assenza ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-għanijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-kontroll tal-operazzjonijiet ta’ konċentrazzjoni. Id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea billi ma tindikax il-motivazzjoni tal-ammont tal-multi. Id-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn timponi t-tieni multa skont l-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament għal aġir diġà ssanzjonat skont l-Artikolu 14(2)(b) tar-Regolament. Finalment, il-multi ġew adottati bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ma ħaditx debitament inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha fil-kuntest tal-istabbiliment tal-ammont tagħhom.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU 2004, L 24, p. 1, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 139/2004”).


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/21


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2018 – Bizbike and Hartmobile vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-426/18)

(2018/C 341/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bizbike (Wielsbeke, il-Pajjiżi l-Baxxi), and Hartmobile BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: R. Maclean, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/671 tat-2 ta’ Mejju 2018 li jagħmel importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (1) pour les motifs exposés dans la requête; et

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ fatti u ta’ liġi li jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 10(4)(c) tar-Regolament 2016/1036 (2) u b’mod partikolari tar-rekwiżit li għandu jiġi stabbilit grad suffiċjenti ta’ xjenza jew għarfien ta’ dumping jew ħsara sostnuta mill-industrija tal-Unjoni għall-finijiet tal-impożizzjoni tar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li ġew miksura l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(4)(c) tar-Regolament 2016/1036.

Ir-rikorrenti jsostnu li r-Regolament 2018/671 jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali billi jattribwixxi għarfien preżunt tal-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara lir-rikorrenti u billi jattribwixxi lilhom għarfien ta’ sitwazzjoni fattwali qabel ma kienet adottata ebda miżura legali.

Ir-Regolament 2018/671 jikser ukoll il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi permezz tal-iżvilupp ta’ interpretazzjoni ta’ għarfien preżunt fir-Regolament 2018/671 li rrendiet ineffettivi n-natura eċċezzjonali ta’, u r-rekwiżiti għall-proċess ta’ reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-iżball manifest ta’ fatt u ta’ liġi wassal għal ksur tal-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament 2016/1036 u tal-Artikolu 16(4)(d) tar-Regolament 2016/1037 (3) minħabba nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-evidenza rilevanti kollha marbuta mal-fatturi ekonomċi rilevanti li jinċidu fuq il-prestazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni sabiex tiġi individwata ħsara u rabta kawżali mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti ġew miksura minħabba li ma ġiex ipprovdut aċċess fil-pront u tempestiv għal sottomissjonjiet ippreżentati mil-lanjanti għad-detriment tal-abbiltà tar-rikorrenti li jirribattu kif suppost u b’mod effettiv l-allegazzjonijiet tal-lanjanti dwar is-sodisfazzjon tar-rekwiżiti legali għall-impożizzjoni tar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-raġunament li kien suffiċjenti sabiex jimmotiva s-sejbiet ewlenin fir-Regolament 2018/671 kien assenti sabiex jiġġustifika r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet u b’mod iktar speċifiku sabiex jipprovdi raġunament adegwat dwar għaliex allegatament kienet ser tiġi kkważata ħsara addizzjonali permezz ta’ żieda kontinwa fl-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bi prezzijiet li allegatament qegħdin jonqsu mingħajr ma ttieħed kont suffiċjenti tas-sottomissjonijiet tar-rikorrenti li jgħidu l-kuntrarju.

(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/671 tat-2 ta’ Mejju 2018 li jagħmel importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 113, 3.5.2018, p. 4)

(2)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, p. 21).

(3)  Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55)


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/22


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – BRF and SHB Comercio e Industria de Alimentos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-429/18)

(2018/C 341/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BRF SA (Itajaí, il-Brażil) and SHB Comercio e Industria de Alimentos SA (Itajaí) (rappreżentanti: D. Arts u G. van Thuyne, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/700 (1);

sussidjarjament, tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/700, sa fejn dan ineħħi l-istabbiliment ta’ BRF SA u SHB Comercio e Industria de Alimentos SA identifikati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/700 mil-listi identifikati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/700; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni jikser it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 tat-TFUE billi ma mmotivax ir-raġunijiet li huwa bbażat fuqhom ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li, billi adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni l-Kummissjoni kisret id-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti kif previsti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea billi ċaħdet id-dritt tas-smigħ tar-rikorrenti.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni jikser l-Artikoli 12(2) u 12(4)(c) tar-Regolament Nru 854/2004 (2) billi jevalwa l-osservanza tal-istabbilimenti individwali u l-Kummissjoni twettaq żball manifest tal-evalwazzjoni tal-fatti rilevanti.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni jikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni billi jittratta lir-rikorrenti b’mod differenti minn esportaturi ta’ prodotti tt-tiġieġ Brażiljani oħra f’sitwazzjoni komparabbli.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi jeċċedi l-limiti ta’ x’inhu xieraq u neċessarju sabiex titħares is-saħħa pubblika.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni jikser it-tieni paragrafu tal-Artikolu 291(3) TFUE u l-Artikoli 3(3), 10(4) u 11 tar-Regulation (UE) Nru 182/2011 (3) billi jikser ksur il-forom proċedurali sostanzjali stabbiliti hemmhekk.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/700 tat-8 ta’ Mejju 2018 li jemenda l-lista ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta’ prodotti speċifiċi li joriġinaw mill-annimali, rigward ċerti stabbilimenti mill-Brażil (ĠU 2018 L 118, p. 1)

(2)  Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 75)

(3)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU 2011 L 55, p. 291)


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/23


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2018 – Zotkov vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-457/18)

(2018/C 341/34)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: Rossen D. Zotkov (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Stankov, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna l-annullament tad-Deċiżjoni tal-konvenuta Nru Ares (2018) 2294884 tat-30 ta’ April 2018 u r-reviżjoni tagħha fir-rigward tat-talba tiegħu għal allowance għall-ġenituri tiegħu, wara aġġustament tal-kalkolu fid-dawl tal-motivi u tal-argumenti mressqa minnu.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi:

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 50-2004/28.5.2005 min-naħa tal-konvenuta (u fuq il-kalkolu finanzjaru dderivat minn din l-interpretazzjoni) fir-rigward tal-applikazzjoni fil-prattika ta’ din id-deċiżjoni għall-evalwazzjoni ta’ persuni li huma l-proprjetarji tar-residenza tagħhom stess, interpretazzjoni u kalkolu li fil-fehma tar-rikorrent huma żbaljati:

lakuni fl-interpretazzjoni mill-perspettiva tan-natura (finanzjarja) speċifika tas-suġġett irregolat mill-imsemmija deċiżjoni tal-Kummissjoni,

interpretazzjoni bbażata fuq preżunzjonijiet li oġġettivament huma impossibbli,

l-interpretazzjoni mogħtija mill-konvenuta twassal għal kontradizzjonijiet interni bejn partijiet individwali tal-imsemmija deċiżjoni tal-Kummissjoni meta dawn jiġu eżaminati flimkien u mhux individwalment,

interpretazzjoni suġġettiva u kontenzjuża ta’ termini, kunċetti u espressjonijiet użati fit-test tal-imsemmija deċiżjoni tal-Kummissjoni, li s-sens tagħhom huwa ambigwu minn perspettiva lingwistika u/jew ġenerali,

preferenza favur indikaturi teoretiċi għal elementi finanzjarji individwali li fir-rigward tagħhom huma disponibbli indikaturi fattwali.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 50-2004/28.5.2004 min-naħa tal-konvenuta (u fuq il-kalkolu finanzjaru dderivat minn din l-interpretazzjoni) fir-rigward tal-applikazzjoni fil-prattika ta’ din id-deċiżjoni għall-użu ta’ koeffiċjent fir-rigward tal-pajjiż, interpretazzjoni u kalkolu li fil-fehma tar-rikorrent huma żbaljati:

interpretazzjoni u applikazzjoni ta’ koeffiċjent għal element konkret tal-kalkolu finanzjarju li jikkontradixxu n-natura u l-loġika stess ta’ dan il-koeffiċjent minn perspettiva finanzjarja teoretika u prattika.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/24


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2018 – Eurolamp vs EUIPO (EUROLAMP pioneers in new technology)

(Kawża T-465/18)

(2018/C 341/35)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Eurolamp ABEE Eisagogis kai Emporias Lamptiron (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: A. Argiriadis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “EUROLAMP pioneers in new technology” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 180 879

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 1358/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors preżenti;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’, fl-intier tagħha, l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea bin-numru 16 180 879 għall-prodotti kollha mitluba, u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/25


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2018 – Europlamp vs EUIPO (EUROLAMP pioneers in new technology)

(Kawża T-466/18)

(2018/C 341/36)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Eurolamp ABEE Eisagogis kai Emporias Lamptiron (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: A. Argiriadis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur tal-Unjoni “EUROLAMP pioneers in new technology” (rappreżentazzjoni tal-kombinazzjoni tal-kuluri segwenti: aħdar u iswed) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 180 821

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 1359/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors preżenti;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’, fl-intier tagħha, l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea bin-numru 16 180 821 għall-prodotti kollha mitluba, u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/26


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2018 – Audimas vs EUIPO – Audi (AUDIMAS)

(Kawża T-467/18)

(2018/C 341/37)

Lingwa tar-rikors: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Audimas AB (Kaunas, il-Litwanja) (rappreżentant: G. Domkutė-Lukauskienė, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Audi AG (Ingolstadt, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade figurattiva AUDIMAS li hija s-suġġett ta’ reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 251 000

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 2425/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u żżomm ir-reġistrazzjoni Nru 1 251 000, tat-trade mark “AUDIMAS” tar-rikorrenti għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35 skont il-Klassifikazzjoni ta’ Nice.

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell (jekk din il-parti tintervjeni) għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/26


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2018 – Battelle Memorial Institute vs EUIPO (HEATCOAT)

(Kawża T-469/18)

(2018/C 341/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Battelle Memorial Institute (Columbus, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HEATCOAT – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 865 263

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 36/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrent, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/27


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2018 – Užstato sistemos administratorius vs EUIPO – DPG Deutsche Pfandsystem (Rappreżentazzjoni ta’ flixkun u ta’ vleġġa)

(Kawża T-477/18)

(2018/C 341/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Užstato sistemos administratorius VšĮ (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: I. Lukauskienė, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DPG Deutsche Pfandsystem GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ flixkun u ta’ vleġġa) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 481 519

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 2203/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fil-parti fejn id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-21 ta’ Awwissu 2017 li s-sinjali ħallew impressjoni globali differenti li teskludi l-probabbiltà ta’ konfużjoni hija annullata, u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-21 ta’ Awwissu 2017 tibqa’ valida;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/28


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2018 – Multifit vs EUIPO (Premiere)

(Kawża T-479/18)

(2018/C 341/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Multifit Tiernahrungs GmbH (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “Premiere” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 660 383

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 2365/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.