ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 324A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
13 ta' Settembru 2018


Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2018/C 324 A/01

Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali — EPSO/AD/362/18 — Amministraturi (AD 6) u EPSO/AST/145/18 — Assistenti (AST 3) fil-qasam tal-arkivistiċi/ġestjoni tad-dokumentazzjoni

1


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

13.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 324/1


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

EPSO/AD/362/18 — AMMINISTRATURI (AD 6) U EPSO/AST/145/18 — ASSISTENTI (AST 3) FIL-QASAM TAL-ARKIVISTIĊI/ĠESTJONI TAD-DOKUMENTAZZJONI

(2018/C 324 A/01)

Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: Is-16 ta’ Ottubru 2018 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet ġenerali, ibbażati fuq il-kwalifiki u t-testijiet, sabiex jinħolqu listi ta’ riżerva li minnhom l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jistgħu jirreklutaw membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “amministraturi” “assistenti” (gruppi ta’ funzjoni AD u AST rispettivament).

Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal dawn il-proċeduri ta’ selezzjoni.

Ara l-ANNESS III tar-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali.

L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula:

EPSO/AD/362/18 — 20

EPSO/AST/145/18 — 43

LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?

EPSO/AD/362/18:

Bħala arkivist/maniġer tad-dokumentazzjoni, tkun responsabbli għal aspett wieħed jew aktar tal-arkivji, id-dokumentazzjoni u l-politika ta’ ġestjoni tal-informazzjoni tal-istituzzjoni.

Tista’ tintalab tiżviluppa, timplimenta u timmonitorja l-politiki u l-istrateġiji għall-ġestjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji u l-informazzjoni, inkluż il-qbid, iż-żamma, l-għażla u l-preservazzjoni diġitali, il-ġestjoni tal-kontenut u l-kisba tal-informazzjoni. Inti tiżgura li l-istituzzjoni timmaniġġa l-arkivji, l-informazzjoni u d-dokumenti tagħha f’konformità mal-qafas legali applikabbli, inkluża l-kunfidenzjalità, l-aċċess għad-dokumenti u l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

EPSO/AST/145/18:

Bħala assistent arkivista/maniġer tad-dokumentazzjoni tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-ġestjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji u l-informazzjoni, u l-iżvilupp u l-użu ta’ sistemi tal-IT ddedikati.

Inti tiġbor, torganizza u tagħmel indiċi, tikklassifika u tippreserva d-dokumenti, tikteb deskrizzjonijiet kuntestwali storiċi tal-azjenda, iddaħħal id-dokument u r-referenzi f’Sistemi ta’ Ġestjoni tad-Dokumenti Elettroniċi, tipprovdi appoġġ għall-ġestjoni tad-dokumentazzjoni u l-arkivji lill-kollegi u tassisti lil klijenti interni u esterni biex isibu u jiksbu informazzjoni u dokumenti.

Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jitwettqu.

JIENA ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?

Trid tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi KOLLHA sad-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet onlajn:

1)    Kundizzjonijiet ġenerali:

Tkun tgawdi d-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari

Tissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għad-dmirijiet ikkonċernati.

2)    Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi:

Irid ikollok għarfien ta’ mill-inqas żewġ (2) lingwi uffiċjali tal-UE; b’waħda minnhom mill-anqas fil-livell C1 (għarfien profond) l-oħra mill-anqas fil-livell B2 (għarfien sodisfaċenti).

Il-livelli minimi meħtieġa hawn fuq iridu japplikaw għal kull ħila lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) kif mitluba fil-formola ta’ applikazzjoni. Dawn il-ħiliet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr ).

F’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni nagħmlu referenza għal-lingwi bħala:

Lingwa 1: il-lingwa użata għat-testijiet b’Ġħażliet Multipli bbażati fuq il-kompjuter

Lingwa 2: il-lingwa użata għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener), għat-testijiet taċ-ċentru ta’ valutazzjoni u għall-komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidati li jkunu ressqu applikazzjoni valida. Din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwa 1.

Il-lingwa 2 trid tkun l-Ingliż jew il-Franċiż.

Il-kandidati li jkunu ġew ingaġġati b’suċċess għal dawn l-oqsma huma mistennija li jkollhom għarfien sodisfaċenti (livell minimu B2) ta’ mill-inqas l-Ingliż jew il-Franċiż biex ikunu operattivi immedjatament meta jiġu rreklutati. Għarfien sodisfaċenti ta’ waħda minn dawn il-lingwi huwa meħtieġ għaliex il-metadata li tirreferi għad-dokumenti miżmuma fil-bażijiet ta’ data istituzzjonali hija prinċipalment f’dawn iż-żewġ lingwi, u l-informazzjoni u l-għodod tal-IT li l-uffiċjali reklutati jkunu qed jaħdmu bihom kif ukoll it-taħriġ ipprovdut lil rekluti ġodda f’dawn l-oqsma huma disponibbli biss bl-Ingliż u bil-Franċiż. Barra minn hekk, il-persunal li jaħdem fil-qasam tar-reġistri, l-arkivji u l-ġestjoni tal-informazzjoni huwa obbligat li jkollu għarfien sodisfaċenti tal-Ingliż jew tal-Franċiż billi jrid ikun kapaċi jaħdem mal-persunal kollu kif ukoll mal-klijenti u l-Membri tal-Parlament Ewropew li jwettqu l-attivitajiet tagħhom ta’ kuljum b’dawn iż-żewġ lingwi.

3)    Kundizzjonijiet speċifiċi  — kwalifiki u esperjenza tax-xogħol:

Għall-EPSO/AD/362/18:

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta’ mill-inqas tliet (3) snin , iċċertifikati b’diploma. Id-diploma trid tinkludi mill-inqas sentejn (2) ta’ studji jew taħriġ fil-ġestjoni tal-arkivji, informazzjoni/għarfien jew il-ġestjoni tar-reġistri jew ikunu akkumpanjati b’diploma fil-ġestjoni tal-arkivji, informazzjoni/għarfien jew il-ġestjoni tar-reġistri.

Id-diploma/i trid/jridu tiġi/jiġu segwita/i minn esperjenza professjonali ta’ mill-inqas tliet (3) snin rilevanti għad-dmirijiet. L-esperjenza professjonali titqies biss wara d-data tal-kisba tad-diploma fil-qasam.

Għall-EPSO/AST/145/18:

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ edukazzjoni postsekondarja ta’ mill-inqas tliet (3) snin fl-arkivjar jew il-ġestjoni tar-reġistri ċċertifikat b’diploma segwit b’minn tal-inqas tliet (3) snin esperjenza professjonali rilevanti għad-dmirijiet;

jew

Livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikat b’diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post-sekondarja, segwit minn tal-inqas sitt (6) snin esperjenza professjonali rilevanti għad-dmirijiet.

jew

Taħriġ professjonali (ekwivalenti għal-Livell 5 tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki — http://ec.europa.eu/ploteus/search/site?f%5B0%5D=im_field_entity_type%3A97), segwit minn tal-inqas sitt (6) snin esperjenza professjonali. Kemm it-taħriġ kif ukoll l-esperjenza għandhom ikunu rilevanti għad-dmirijiet.

Jekk jogħġbok ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

KIF SE NINTGĦAŻEL?

1)    Il-proċess ta’ applikazzjoni

Meta tkun qiegħed timla l-forma ta’ applikazzjoni tiegħek, ikollok tagħżel il-lingwa 1 u l-lingwa 2 tiegħek. Ikollok tagħżel il-lingwa 1 tiegħek minn fost l-24 lingwa uffiċjali tal-UE, u l-lingwa 2 tiegħek minn bejn l-Ingliż u l-Franċiż. Tintalab ukoll tikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek għall-kompetizzjoni magħżula u tagħti aktar informazzjoni rilevanti għall-kompetizzjoni (pereżempju: diplomi, esperjenza ta’ xogħol, u tweġibiet għal mistoqsijiet relatati mal-qasam (Talent Screener)).

Tista’ tagħżel kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE biex timla l-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ħlief fit-Taqsima tat- Talent Screener li trid timtela bil-lingwa 2 tiegħek , għar-raġunijiet li ġejjin: It-Talent Screener huwa suġġett għal evalwazzjoni komparattiva mill-Bord tas-Selezzjoni, jintuża bħala dokument ta’ referenza mill-Bord waqt l-intervista relatata mal-qasam fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni, u jintuża għal skopijiet ta’ reklutaġġ jekk kandidat jgħaddi b’suċċess. Huwa għalhekk fl-interess tas-servizz u tal-kandidati li t-Talent Screener jimlewh bil-Lingwa 2.

Kun af li l-formola tal-applikazzjoni kollha tiegħek se tiġi aċċessata mill-Bord tas-Selezzjoni (matul il-kompetizzjoni) u mis-servizzi tal-HR tal-Istituzzjonijiet Ewropej (għar-reklutaġġ fil-każ li inti tkun fost il-kandidati li jgħaddu b’suċċess) li joperaw b’għadd limitat ta’ lingwi veikolari kif spjegat aktar ’il fuq. F’każ li jirnexxilek tgħaddi mill-kompetizzjoni u titqiegħed fil-lista ta’ riżerva, inti tintalab tipprovdi traduzzjoni tal-formola tal-applikazzjoni fil-lingwa 2 (l-Ingliż jew il-Franċiż) lis-servizzi tar-reklutaġġ jekk tkun użajt xi lingwa oħra biex timla l-formola tal-applikazzjoni.

Hekk kif tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek, inti tkun qiegħed tiddikjara fuq l-unur tiegħek li inti tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” Malli tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek, inti ma tkun tista’ tagħmel l-ebda tibdil ieħor. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tiżgura li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek sal-iskadenza .

2)    Testijiet ta’ Mistoqsijiet b’Għażla Multipla (MCQ) fuq il-kompjuter

Jekk in-numru ta’ kandidati jaqbeż ċertu limitu għal kull kompetizzjoni, kif definit mid-direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra, il-kandidati kollha li jkunu vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jkunu mistiedna jattendu sensiela ta’ testijiet MCQ bil-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.

Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ skont l-istruzzjonijiet mill-EPSO. Tipikament, tiġi offrut diversi dati li fihom inti tista’ tagħmel it-testijiet, f’diversi postijiet. Il-perjodi tal-ibbukkjar u l-ittestjar huma limitati .

Jekk in-numru ta’ kandidati jkun taħt il-limitu , dawn it-testijiet minflok jiġu organizzati fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni (punt 5).

It-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:

It-testijiet

Lingwa

Mistoqsijiet

Durata

Immarkar

Marka minima meħtieġa

Raġunament verbali

Lingwa 1

20 mistoqsija

35 min

Sa 20 punt

Verbali + numeriku + astratt flimkien: 20/40

Raġunament numeriku

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

20 min

Sa 10 punti

Raġunament astratt

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

10 min

Sa 10 punti

Dawn it-testijiet huma eliminatorji u ma jgħoddux għat-testijiet l-oħrajn li jsiru fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni.

3)    Kontrolli tal-eliġibbiltà

Ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà stipulati fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” aktar ’il fuq jiġu vverifikati mad-data pprovduta fl-applikazzjonijiet fuq l-Internet tal-kandidati. L-EPSO jiċċekkja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà filwaqt li l-bord tas-selezzjoni jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà.

Hemm żewġ (2) xenarji possibbli:

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter jiġu organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidati jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-marki miksuba f’dawn it-testijiet sakemm jintlaħaq il-limitu għan-numru ta’ kandidati eliġibbli definit għal kull kompetizzjoni qabel it-testijiet mid-direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala Awtorità tal-Ħatra. Il-fajls l-oħrajn ma jiġux iċċekkjati.

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter ma jiġux organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidati kollha lli jkunu vvalidaw l-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà.

4)    Selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki — Talent Screener

Sabiex il-bord tas-selezzjoni jkun jista’ jagħmel valutazzjoni oġġettiva tal-merti komparattivi tal-kandidati kollha b’mod strutturat, kull kandidat fl-istess kompetizzjoni jrid iwieġeb l-istess sett ta’ mistoqsijiet fit-Taqsima “Talent Screener” tal-formola ta’ applikazzjoni bil-lingwa 2. Is-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki ssir biss għal dawk il-kandidati li jitqies li jkunu eliġibbli kif deskritt hawn fuq fil-punt 3, bl-użu biss tal-informazzjoni pprovduta f’din it-Taqsima “Talent Screener” biss. Għalhekk jinħtieġ li tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti fit-tweġibiet tiegħek fit-Taqsima “Talent Screener”, anki jekk tkun diġà semmejtha f’taqsimiet oħra tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek. Il-mistoqsijiet huma bbażati fuq il-kriterji tas-selezzjoni inklużi f’dan l-avviż.

Ara l-ANNESS II għal-lista ta’ kriterji.

Biex jagħmel is-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki, il-bord tas-selezzjoni l-ewwel jassenja piż lil kull kriterju tas-selezzjoni li jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (minn 1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti. Il-punti jiġu mbagħad immultiplikati bil-piż għal kull kriterju u magħduda flimkien sabiex jiġu identifikati dawk il-kandidati li l-profili tagħhom jissodisfaw l-aħjar id-dmirijiet li se jitwettqu.

Dawk il-kandidati li jkunu kisbu l-aħjar marki totali fis-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki biss jgħaddu għall-istadju li jmiss.

5)    Iċ-ċentru ta’ valutazzjoni

Massimu ta’ 3 darbiet l-għadd ta’ kandidati ammessi mixtieqa għal kull kompetizzjoni jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni onlajn tiegħek u jekk għandek waħda mill- ogħla marki totali fis-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki, tiġi mistieden biex tagħmel ġurnata (1) jew tnejn (2) f’ċentru ta’ valutazzjoni, x’aktarx fi Brussell , biex tagħmel it-testijiet fil- lingwa 2 tiegħek.

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter deskritti fil-punt 2 ma jkunux organizzati minn qabel , tagħmilhom fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni. Dawn it-testijiet huma eliminatorji u l-marki miksuba mhux se jkunu miżjuda mal-marki ta’ testijiet oħra li jsiru fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni fil-kalkolu tal-punteġġ totali tiegħek.

Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid iġġib miegħek id-dokumenti ta’ sostenn (oriġinali jew kopji ċċertifikati) għaċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-EPSO jiskennjahom matul it-testijiet fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni tiegħek u jagħtihomlok lura fl-istess ġurnata.

Seba' kompetenzi ġenerali għall-kompetizzjoni AST u tmien kompetenzi ġenerali għall-kompetizzjoni AD, kif ukoll il-kompetenzi relatati mal-qasam meħtieġa għal kull kompetizzjoni u profil, jiġu ttestjati fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni permezz ta’ erba’ (4) testijiet (intervista ġenerali fuq il-bażi tal-kompetenzi, intervista relatata mal-qasam, eżerċizzju fi grupp u studju ta’ każ) kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenza

It-testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Eżerċizzju fi grupp

Studju ta’ każ

2.

Komunikazzjoni

Studju ta’ każ

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

3.

Kwalità u riżultati

Studju ta’ każ

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

4.

Tagħlim u żvilupp

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Eżerċizzju fi grupp

Studju ta’ każ

6.

Reżiljenza

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

7.

Ħidma ma’ oħrajn

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

8.

Ħiliet ta’ tmexxija (evalwati biss għall-EPSO/AD/362/18)

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali


Marki minimi meħtieġa għall-EPSO/AST/145/18:

3/10 għal kull kompetenza u 35/70 b’kollox

Marki minimi meħtieġa għall-EPSO/AD/362/18:

3/10 għal kull kompetenza u 40/80 b’kollox


Kompetenza

Test

Marka minima meħtieġa

Kompetenzi relatati mal-qasam

Intervista relatata mal-qasam

50/100

6)    Lista ta’ riżerva

Wara li jiċċekkja d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati, il-bord tas-selezzjoni jistabbilixxi lista ta’ riżerva għal kull kompetizzjoni — sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati li għaddew — minn dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa kollha kif ukoll l-ogħla marki wara ċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.

Il-listi ta’ riżerva u l-passaporti ta’ kompetenza, li jagħtu rispons kwalitattiv mill-Bord tas-Selezzjoni, tal-kandidati ta’ suċċess jkunu disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp futur tal-karriera. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tfissirx li għandek xi dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ.

OPPORTUNITAJIET INDAQS U AĠĠUSTAMENTI SPEĊJALI

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess ugwali lill-kandidati kollha.

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn.

Skopri aktar dwar il-politika ta’ opportunitajiet indaqs tagħna u l-proċedura biex titlob aġġustamenti speċjali fuq il-websajt tagħna (https://epso.europa.eu/how-to-apply/equal-opportunities_mt) u fir-regoli Ġenerali annessi ma’ dan l-avviż (taħt il-punt 1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali).

META U FEJN NISTA’ NAPPLIKA?

Sabiex tapplika, l-ewwel trid toħloq kont tal-EPSO. Innota li tista’ toħloq kont tal-EPSO wieħed biss għal kull applikazzjoni tal-EPSO.

Applika onlajn fuq is-sit tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sas-:

16 ta’ Ottubru 2018 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.


ANNESS I

KOMPITI

EPSO/AD/362/18:

Amministraturi fil-ġestjoni ta’ arkivji u dokumentazzjoni huma responsabbli għal aspett wieħed jew aktar tal-politika tal-ġestjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji u l-informazzjoni tal-istituzzjoni f’ambjent kumpless u multikulturali.

Il-kompiti prinċipali jistgħu jinkludu:

It-tmexxija funzjonali ta’ tim fil-qasam tal-ġestjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji jew l-informazzjoni.

L-għoti ta’ pariri u kontribut għall-aspetti kollha tal-politika ta’ ġestjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji u l-informazzjoni fil-qafas tal-politika aktar ġenerali tal-istituzzjoni ta’ ġestjoni tal-informazzjoni u l-għarfien.

L-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitorjaġġ ta’ politiki u strateġiji għall-ġestjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji u l-informazzjoni, inklużi (iżda mhux limitat għal) l-għażla u żamma, il-preżervazzjoni diġitali, il-ġestjoni tal-kontenut u l-kisba tal-informazzjoni.

Il-ġestjoni ta’ informazzjoni sensittiva, skont ir-regoli u l-proċeduri rilevanti.

L-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta’ proġetti u kuntratti esterni għall-ġestjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji u l-informazzjoni, inkluż, fejn applikabbli, it-tħejjija u l-ġestjoni ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku.

Il-kontribut għat-tfassil u l-kontenut tas-sitemi ta’ ġestjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji u l-informazzjoni.

Il-kontribut lejn id-definizzjoni ta’ metadata u standards tal-metadata għall-ġestjoni tal-kontenut, inkluża d-deskrizzjoni arkivjarja.

Il-koordinazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-produzzjoni u l-aġġornar tal-arkivjar tad-dokumenti u l-għodod ta’ ġestjoni (l-iskedi ta’ żamma, pjanijiet ta’ arkivjar, inventorjat u għodod oħra tal-arkivjar).

L-iżgurar li s-sistemi tal-IT li jimmaniġġaw id-dokumentazzjoni u l-arkivji jikkonformaw mal-istandards rilevanti, pereżempju għall-integrità u l-preżervazzjoni fit-tul ta’ dokumenti elettroniċi.

L-għoti ta’ gwida u taħriġ dwar il-ġestjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji u l-informazzjoni għal persunal speċjalizzat u mhux speċjalizzat.

Il-ġestjoni tar-relazzjonijiet mar-riċerkaturi u entitajiet esterni oħra li jitolbu informazzjoni jew dokumenti.

Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat kemm ġewwa kif ukoll barra l-istituzzjoni, u fejn meħtieġ ir-rappreżentanza tad-dipartiment jew l-istituzzjoni tiegħek.

EPSO/AST/145/18:

L-assistenti fil-ġestjoni ta’ arkivji u dokumentazzjoni se jikkontribwixxu għal aspett wieħed jew aktar tar-politika ta’ ġestjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji u l-informazzjoni f’ambjent kumpless u multikulturali.

Il-kompiti prinċipali jistgħu jinkludu:

Il-ħolqien jew l-aġġornament ta’ pjanijiet ta’ arkivjar u skedi taż-żamma u/jew skemi ta’ klassifikazzjoni; it-tfassil u l-aġġornament ta’ inventarji ta’ arkivji; sabiex tiġi żgurata l-integrità tad-dokumenti.

L-akkwist, l-issortjar, l-indiċjar, l-iffajljar, u ż-żamma ta’ dokumentazzjoni f’konformità mal-istandards internazzjonali, bl-użu ta’ sistemi elettroniċi għall-ġestjoni ta’ dokumenti u arkivji.

L-għoti ta’ deskrizzjonijiet arkivjali tal-arkivji magħżula għaż-żamma permanenti (l-abbozzar ta’ deskrizzjonijiet storiċi kuntestwali ta’ azjendi, id-dħul tar-referenzi tad-dokumenti u l-fajls, il-kumpilazzjoni tal-fajls u t-tħejjija tal-analiżi tas-suġġetti).

Il-ġestjoni ta’ arkivji diġitali, inkluż l-inġestjoni, l-ikkatalogar, iż-żamma u l-aġġornament tal-metadata fis-sistemi tal-IT għall-ġestjoni tal-arkivji.

L-ipproċessar ta’ talbiet għall-informazzjoni minn sorsi interni u esterni u l-assistenza lil klijenti u rikjedenti interni u esterni kemm onlajn kif ukoll fuq il-post.

L-iżgurar tas-sigurtà ta’ informazzjoni sensittiva, skont ir-regoli u l-proċeduri rilevanti.

L-għoti ta’ appoġġ u pariri dwar il-ġestjoni/superviżjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji u l-informazzjoni lill-kollegi.

L-għoti ta’ appoġġ għal proċeduri ta’ akkwist pubbliku.

Il-parteċipazzjoni f’laqgħat kemm ġewwa kif ukoll barra l-istituzzjoni, u fejn meħtieġ ir-rappreżentanza tad-dipartiment jew l-istituzzjoni tiegħek.

Tmiem l-ANNESS I, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS II

KRITERJI TAS-SELEZZJONI

Il-bord tas-selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:

EPSO/AD/362/18:

1.

Esperjenza professjonali fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika tal-ġestjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji u l-informazzjoni.

2.

Esperjenza professjonali fi proġetti ta’ ġestjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji u l-informazzjoni.

3.

Esperjenza professjonali fit-tmexxija u l-ġestjoni ta’ tim fil-qasam tal-ġestjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji u l-informazzjoni.

4.

Esperjenza professjonali fis-servizzi tal-klijenti u l-komunikazzjoni, kemm onlajn kif ukoll fil-post, fil-qasam tal-ġestjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji u l-informazzjoni.

5.

Esperjenza professjonali fl-iżvilupp u l-għoti ta’ informazzjoni u taħriġ fil-qasam tal-ġestjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji u l-informazzjoni.

6.

Esperjenza professjonali favur l-interessi u l-ħtiġijiet tal-ġestjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji u l-informazzjoni lil oħrajn.

7.

Esperjenza professjonali fil-ġestjoni tal-baġits u t-tħejjija ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku.

8.

Taħriġ, diplomi, kwalifiki jew ċertifikazzjonijiet, minbarra dawk meħtieġa għall-aċċess għall-kompetizzjoni, rilevanti għall-qasam tal-ġestjoni tad-dokumentazzjoni, l-arkivji u l-informazzjoni.

EPSO/AST/145/18:

1.

Esperjenza professjonali fil-ħolqien jew l-aġġornar tal-pjanijiet għall-iffajljar u l-iskedi taż-żamma, l-iżgurar tal-integrità tad-dokumenti, is-selezzjoni, l-akkwiżizzjoni, l-issortjar, l-indiċjar, l-ikklassifikar u l-preservazzjoni tad-dokumenti, il-ġestjoni ta’ informazzjoni sensittiva, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ politiki biex jinkiseb dan, f’dipartiment ta’ ġestjoni tar-reġistri, l-arkivji jew l-informazzjoni ta’ organizzazzjoni pubblika jew privata.

2.

Esperjenza professjonali fl-iżvilupp u l-użu ta’ sistemi elettroniċi ta’ ġestjoni tad-dokumenti u dokumentazzjoni u/jew sistemi tal-ġestjoni tal-arkivji.

3.

Esperjenza professjonali fl-għoti ta’ informazzjoni, assistenza, pariri u appoġġ dwar il-ġestjoni/superviżjoni ta’ dokumentazzjoni, arkivji u informazzjoni.

4.

Esperjenza professjonali fl-ipproċessar intern u estern ta’ talbiet għal dokumenti u informazzjoni, ir-rintraċċament ta’ dokumenti u informazzjoni u, t-tqegħid ta’ dokumenti disponibbli u l-ġestjoni ta’ kmamar ta’ konsultazzjoni.

5.

Esperjenza professjonali fl-assistenza fit-tħejjija u l-verifika tad-dokumenti ta’ offerta u proċeduri ta’ kuntratti pubbliċi oħra.

6.

Taħriġ, diplomi, kwalifiki jew ċertifikazzjonijiet, minbarra dawk meħtieġa għall-aċċess għall-kompetizzjoni, rilevanti għall-qasam tal-ġestjoni tar-reġistri, l-arkivji u l-informazzjoni.

Tmiem tal-ANNESS II, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS III

REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

INFORMAZZJONI ĠENERALI

Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.

Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat riammess wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.

Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat riammess wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.

1.   MIN JISTA’ JAPPLIKA?

1.1.   Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi

Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”.

Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jinħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” ta’ din in-notifika li tkun relevanti għad-dmirijiet .

(a)

Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. F’dan ir-rigward, il-bord tas-selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni.

Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija.

(b)

L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u tkun:

tikkostitwixxi xogħol ġenwin u effettiv;

tkun imħallsa;

tkun tinvolvi relazzjoni ta’ subordinazzjoni jew il-forniment ta’ servizz; kif ukoll

suġġetta għal dawn il-kundizzjonijiet:

ħidma volontarja: jekk imħallsa u tinvolvi ħinijiet fil-ġimgħa u tul bħal impjieg normali;

apprendistati: jekk ikunu mħallsa;

servizz militari obbligatorju: magħmul qabel jew wara d-diploma meħtieġa għal perjodu li ma jaqbiżx it-tul ta’ żmien statutorju fl-Istat Membru tiegħek;

liv tal-maternità/tal-paternità/tal-adozzjoni: jekk kopert minn kuntratt ta’ impjieg;

dottorat: għal massimu ta’ tliet snin, sakemm id-dottorat ikun inkiseb tassew, sew jekk ix-xogħol kienx bi ħlas kemm jekk le; kif ukoll

xogħol part-time: ikkalkulat pro rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma, pereżempju half-time għal sitt xhur ikun jiswa daqs tliet xhur.

1.2.   Dokumenti ta’ sostenn

Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).

Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:

dokumenti minn impjegatur(i) fil-passat kif ukoll mill-impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew

il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa;

(fil-każ ta’ xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti;

(għall-interpreti ta’ konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ jiem, u l-lingwi interpretati minn u lejn, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni ta’ konferenzi.

B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.

Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta.

1.3.   Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabilità jew kundizzjoni tiżviluppa wara li tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.

Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li jkun jistgħu jsiru b’mod raġonevoli l-arranġamenti meta dan ikun meħtieġ.

Jekk tiltaqa’ ma’ xi problemi ta’ aċċessibbiltà, jew jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja t-tim tal-aċċessibbiltà tal-EPSO bil-:

bil-posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu);

faks (+ 32 2 299 80 81); jew

bil-posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

EPSO accessibility

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

2.   MINN MIN NIĠI VVALUTAT?

Jiġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.

Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tas-selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.

Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom għandhom jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.

L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-bordijiet tas-selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-bord tas-selezzjoni suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).

L-ismijiet tal-membri tal-ġurija jkunu ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru/tal-fażi ta’ valutazzjoni.

3.   KOMUNIKAZZJONI

3.1.   Komunikazzjoni mal-EPSO

Jinħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, trid tinnotifika lill-EPSO immedjatament u esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.

F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura ta’ selezzjoni.

L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/code-conduct-eu-staff_mt (kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, l-EPSO jirriserva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrelevanti).

3.2.   Aċċess għall-informazzjoni

Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personalment, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.

Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.

Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni miftuħa u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.

3.2.1.   Żvelar awtomatiku

Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:

It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament;

eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà li ma kinux issodisfati,

Talent Screener: ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek;

testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek;

testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss;

fażi/ċentru ta’ valutazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-bord tas-selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru/fil-fażi ta’ valutazzjoni.

Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunika lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, billi dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:

it-testijiet ikunu tlestew;

ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll

it-testi sors/l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri.

3.2.2.   Informazzjoni fuq talba

Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal eżerċizzji tal-e-tray u studji ta’ każijiet.

Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u ma jiġux żvelati.

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.

Kull talba għal informazzjoni jinħtieġ li tkun mibgħuta permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.

4.   ILMENTI U KWISTJONIJIET

4.1.   Kwistjonijiet tekniċi

Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

F’kull korrispondenza, jekk jogħġbok agħti ismek (kif jidher fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.

Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet:

avża lill-inviġilaturi immedjatament sabiex tkun tista’ tiġi investigata soluzzjoni fiċ-ċentru nnifsu. F’kull każ, itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll

ikkuntattja lill-EPSO mhux iktar tard minn tlett (3) ijiem kalendarji wara t-testijiet tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.

Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju prinċipalment dwar il-proċess tal-ibbukkjar tat-test), segwi l-istruzzjonijiet fil-kont EPSO tiegħek u fuq is-sit web tal-EPSO jew ikkuntattja lill-EPSO minnufih permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

Għal kwistjonijiet bl-applikazzjoni tiegħek, trid tikkuntattja lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt). Mistoqsijiet mibgħuta inqas minn ħamest (5) ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet jistgħu ma jitwieġbux qabel l-iskadenza.

4.2.   Proċeduri ta’ reviżjoni interna

4.2.1.   Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)

Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-bordijiet tas-selezzjoni.

Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-bord tas-selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).

Taħt din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni.

L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li tkun għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

id-data ta’ skadenza: fi żmien tliet (3) ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter;

tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqhiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun.

Ma jiġux ikkunsidrati t-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.

B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.

L-istess proċedura ta’ eżami mill-ġdid tapplika fir-rigward ta’ żbalji fl-eżerċizzju tal-e-tray.

4.2.2.   Talbiet għal rieżami

Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-bord tas-selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.

It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:

irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew

nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza.

Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-bord tas-selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, tal-esperjenza u/jew tal-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li dan huwa prova ta’ żball min-naħa tiegħu. It-talbiet għal rieżami ppreżentati fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.

L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li tkun għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

id-data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li jkun ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.

Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.

4.3.   Forom oħra ta’ kontestazzjoni

4.3.1.   Ilmenti amministrattivi

Bħala kandidat f’kompetizzjoni miftuħa, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.

Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn bord tas-selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).

L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li tkun għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

id-data ta’ skadenza: fi żmien tliet (3) xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

4.3.2.   Appelli ġudizzjarji

Bħala kandidat f’kompetizzjoni miftuħa, għandek id-dritt tippreżenta appell ġudizzjarju lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Innota li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO minflok milli mill-bord tas-selezzjoni ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali sakemm ma jkunx l-ewwel sar ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 4.3.1). B’mod partikolari, dan huwa l-każ bid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-kriterji ġenerali tal-eliġibbiltà, li huma meħuda mill-EPSO u mhux mill-bord tas-selezzjoni.

L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:

proċedura: ikkonsulta l-websajt tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/).

4.3.3.   L-Ombudsman Ewropew

Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew.

Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).

L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.

L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:

proċedura: Ikkonsulta l-websajt tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/).

4.4.   Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni

Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int tkun:

ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed;

applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli;

ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà,

għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa;

ma bbukkjajtx jew ma għamiltx it-testijiet tiegħek;

qarraqt waqt it-testijiet;

ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwi meħtieġa f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, jew ma ddikjarajtx il-livell(i) minimu/i meħtieġ(a) għal dawn il-lingwi;

ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat;

inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibbiltà ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni,

bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ sostenn jew tikketti/titoli ta’ diplomi) u/jew

iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi.

Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.

Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS IV

EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT IL-PAJJIŻ U L-GRAD LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONIJIET

Ikklikkja hawn għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji

 

Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6

Minn AST 1 sa AST 7

Minn AST 3 sa AST 11

Minn AD 5 sa AD 16

PAJJIŻ

Edukazzjoni sekondarja(li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post sekondarja)

Edukazzjoni post sekondarja (kors post sekondarju iżda mhux Universitarju jew kors Universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn)

Edukazzjoni universitarja (mill-anqas tliet snin)

Edukazzjoni universitarja (erba’ snin jew aktar)

Belgique — België — Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs

Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/

Getuigschrift van hoger secundair onderwijs

Diplôme d’enseignement professionnel

Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature — Kandidaat

Graduat — Gegradueerde

Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor

Bachelor académique (180 crédits)

Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS)

Licence/Licentiaat

Master

Diplôme d’études approfondies (DEA)

Diplôme d’études spécialisées (DES)

Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS)

Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)

Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)

Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation/Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur

Doctorat/Doctoraal diploma

България

Диплома за завършено средно образование

Специалист по …

 

Диплома за висше образование

Бакалавър

Магистър

Česká republika

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Diplom o ukončení

bakalářského studia (Bakalář)

Diplom o ukončení vysokoškolského studia

Magistr

Doktor

Danmark

Bevis for:

Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF)

Højere Handelseksamen (HHX)

Højere Afgangseksamen (HA)

Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser

= Bevis for = Eksamensbevis som (erhversakademiuddannelse AK)

Bachelorgrad (BA or BS)

Professionsbachelorgrad

Diplomingeniør

Kandidatgrad/Candidatus

Master/Magistergrad (mag.art)

Licenciatgrad

ph.d.-grad

Deutschland

Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife

Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife

 

Fachhochschulabschluss

Bachelor

Hochschulabschluss/ Fachhochschulabschluss/ Master

Magister Artium/Magistra Artium

Staatsexamen/Diplom

Erstes Juristisches Staatsexamen

Doktorgrad

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Rakenduskõrghariduse diplom

Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)

Magistrikraad

Arstikraad

Hambaarstikraad

Loomaarstikraad

Filosoofiadoktor

Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht, Grád D3, i 5 ábhar

Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects

Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)

Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta

National Certificate

Gnáthchéim bhaitsiléara

Ordinary bachelor degree

Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)

National diploma (ND, Dip.)

Ardteastas (120 ECTS)

Higher Certificate (120 ECTS)

Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)

Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS)

Céim ollscoile

University degree

Céim mháistir (60-120 ECTS)

Master’s degree (60-120 ECTS)

Dochtúireacht

Doctorate

Ελλάδα

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου

Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (ΙΕΚ)

 

Πτυχίο ΑΕΙ (πανεπιστημίου,

πολυτεχνείου, ΤΕΙ)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης

(2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

España

Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU)

Bachillerato

BUP

Diploma de Técnico especialista

FP grado superior (Técnico superior)

Diplomado/ Ingeniero técnico

Licenciatura

Máster

Ingeniero

Título de Doctor

France

Baccalauréat

Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU)

Brevet de technicien

Diplôme d’études universitaires générales (DEUG)

Brevet de technicien supérieur (BTS)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Licence

Maîtrise

Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT),

diplôme d’études supérieures

spécialisées (DESS), diplôme

d’études approfondies (DEA),

master 1, master 2 professionnel,

master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles

Diplôme d’ingénieur

Doctorat

Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o završnom ispitu

Stručni pristupnik/pristupnica

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Stručni specijalist

Magistar struke

Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing)

Doktor struke

Doktor umjetnosti

Italia

Diploma di maturità (vecchio ordinamento)

Perito ragioniere

Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore

Diploma universitario (DU)

Certificato di specializzazione tecnica superiore/

Attestato di competenza (4 semestri)

Diploma di laurea – L (breve)

Diploma di laurea (DL)

Laurea specialistica (LS)

Master di I livello

Dottorato di ricerca (DR)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory)

Higher Diploma

 

Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor

Master

Doctorat

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu)

Bakalaura diploms (160 kredītpunktu)

Profesionālā bakalaura diploms

Maģistra diploms

Profesionālā maģistra diploms

Doktora grāds

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Profesinio bakalauro diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Bakalauro diplomas

Magistro diplomas

Daktaro diplomas

Meno licenciato diplomas

Lussemburgu

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

BTS

Brevet de maîtrise

Brevet de technicien supérieur

Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Bachelor

Diplôme d’ingénieur technicien

Master

Diplôme d’ingénieur industriel

DESS en droit européen

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány

Szakközépiskolai érettségi — képesítő bizonyítvány

Felsőfokú szakképesítést

igazoló bizonyítvány (Higher

Vocational Programme)

Főiskolai oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits)

Egyetemi oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits)

Mesterfokozat (Master degree)

(Osztatlan mesterképzés)

Doktori fokozat

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher)

Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5

2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Bachelor’s degree

Bachelor’s degree

Master of Arts

Doctorate

Nederland

Diploma VWO

Diploma staatsexamen (2 diploma’s)

Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs

(Diploma staatsexamen VWO)

Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Bachelor (WO)

HBO bachelor degree

Baccalaureus of “Ingenieur”

HBO/WO Master’s degree

Doctoraal examen/Doctoraat

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife- und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom/ Akademiediplom

Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea

Universitätsdiplom/ Fachhochschuldiplom/

Magister/Magistra

Master

Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur

Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis

Doktortitel

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego

Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Licencjat/Inżynier

Magister/Magister inżynier

Dyplom doktora

Portugal

Diploma de Ensino Secundário/

Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

Bacharel Licenciado

Licenciado

Mestre

Doutorado

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire

(Colegiu universitar)

învățământ preuniversitar

Diplomă de licenţă

Diplomă de licenţă

Diplomă de inginer

Diplomă de urbanist

Diplomă de master

Certificat de atestare (studii academic

postuniversitare)

Diplomă de doctor

Slovenija

Maturitetno spričevalo

(spričevalo o poklicni maturi)

(spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Univerzitetna diploma/magisterij/specializacija/doktorat

Slovensko

Vysvedčenie o maturitnej skúške

Absolventský diplom

Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár)

Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia

Bakalár (Bc.)

Magister

Magister/Inžinier

ArtD.

Suomi/Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning

Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå

Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor)

Maisterin tutkinto – Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen

Lisensiaatti/Licentiat

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan

(3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Yrkeshögskoleexamen/

Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå:

Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)

Licentiatexamen

Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå:

Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng

Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå:

Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ)

Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland

Honours Bachelor degree

Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)

Doctorate

Tmiem tal-ANNESS IV, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali