ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 324

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
13 ta' Settembru 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 324/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8831 — Mondi/Powerflute) ( 1 )

1

2018/C 324/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8990 — PIAG/MTIB/Abatec) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 324/03

Lista ta’ ħatriet li saru mill-Kunsill — Jannar – Lulju 2018 (qasam soċjali)

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 324/04

Rata tal-kambju tal-euro

11

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2018/C 324/05

Rapport Speċjali Nru 23/2018 — It-tniġġis tal-arja: Saħħitna għadha mhix qed tiġi protetta biżżejjed

12

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2018/C 324/06

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta li temenda d-Direttiva 2017/1132 rigward l-użu ta’ għodod diġitali u proċessi fil-liġi tal-kumpaniji

13


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8831 — Mondi/Powerflute)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 324/01)

Fit-23 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8831. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8990 — PIAG/MTIB/Abatec)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 324/02)

Fl-24 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) -dokument li jġib in-numru 32018M8990. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

13.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/2


Lista ta’ ħatriet li saru mill-Kunsill

Jannar – Lulju 2018 (qasam soċjali)

(2018/C 324/03)

Kumitat

Tmiem tal-mandat

Pubblikazzjoni fil-ĠU

Persuna sostitwita

Riżenja/ħatra

Membru/supplenti

Kategorija

Pajjiż

Persuna maħtura

Affiljazzjoni

Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

17.9.2018

ĠU C 232, 16.7.2015, p. 2.

Is-Sinjura Soledad IGLESIAS JIMÉNEZ

Riżenja

Membru

Gvern

Spanja

Is-Sur Juan José ESCOBAR SANZ

Ministeru Spanjol għall-Edukazzjoni, il-Kultura u l-Isports (MECD)

18.6.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2019

ĠU C 79, 1.3.2016

Is-Sur Thierry VANMOL

Riżenja

Supplenti

Min iħaddem

Belġju

Is-Sinjura Dorothée DUPUIS

Essenscia Wallonie

29.1.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2019

ĠU C 79, 1.3.2016

Is-Sinjura Reneta VASILEVA

Riżenja

Supplenti

Trade Unions

Bulgarija

Is-Sur Ognian ATANASOV

CITUB

29.1.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2019

ĠU C 79, 1.3.2016

Is-Sur Carlo STEFFES

Riżenja

Supplenti

Gvern

Lussemburgu

Is-Sur Armin KOEGEL

Ministeru għas-Saħħa

29.1.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2019

ĠU C 79, 1.3.2016

Is-Sur Leo SUOMAA

Riżenja

Membru

Gvern

Finlandja

Is-Sur Raimo ANTILA

Ministeru għall-Affarijiet Soċjali u s-Saħħa

29.1.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2019

ĠU C 79, 1.3.2016

Is-Sur Wiking HUSBERG

Riżenja

Supplenti

Gvern

Finlandja

Is-Sur Hannu STÅLHAMMAR

Ministeru għall-Affarijiet Soċjali u s-Saħħa

8.3.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2019

ĠU C 79, 1.3.2016

Is-Sinjura Christina JÄRNSTEDT

Riżenja

Membru

Trade Unions

Żvezja

Is-Sinjura My BILLSTAM

LO Żvezja

16.4.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2019

ĠU C 79, 1.3.2016

Is-Sur Rasmus RAABJERG NIELSEN

Riżenja

Membru

Trade Unions

Danimarka

Is-Sinjura Nina HEDEGAARD

Il-Konfederazzjoni ta’ Professjonisti tad-Danimarka (FTF)

16.4.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2019

ĠU C 79, 1.3.2016

Is-Sinjura Nina HEDEGAARD

Riżenja

Supplenti

Trade Unions

Danimarka

Is-Sur Rasmus RAABJERG NIELSEN

Il-Konfederazzjoni Daniża tat-Trade Unions (LO)

16.4.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2019

ĠU C 79, 1.3.2016

Is-Sur Pedro Nuno PIMENTA BRAZ

Riżenja

Membru

Gvern

Portugall

Is-Sinjura Maria Luísa TORRES DE ECKENROTH GUIMARÃES

ACT-Autoridade para as Condições de Trabalho

18.6.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2019

ĠU C 79, 1.3.2016

Is-Sur Antόnio ROBALO DOS SANTOS

Riżenja

Supplenti

Gvern

Portugall

Is-Sinjura Helena KRIPPAHL

ACT-Autoridade para as Condições de Trabalho

18.6.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2019

ĠU C 79, 1.3.2016

Is-Sinjura Yvonne MULLOOLY

Riżenja

Membru

Gvern

Irlanda

Is-Sinjura Paula GOUGH

Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà

16.7.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2019

ĠU C 79, 1.3.2016

Is-Sur Patrick MADDALONE

Riżenja

Membru

Gvern

Franza

Is-Sur Frédéric TEZE

Ministeru għax-Xogħol, l-Impjiegi u s-Saħħa

16.7.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2019

ĠU C 79, 1.3.2016

Is-Sur Frédéric TEZE

Riżenja

Supplenti

Gvern

Franza

Is-Sur Arnaud PUJAL

Ministeru għax-Xogħol, l-Impjiegi u s-Saħħa

16.7.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2019

ĠU C 79, 1.3.2016

Is-Sinjura Katell DANIAULT

Riżenja

Supplenti

Gvern

Franza

Is-Sinjura Clémentine BRAILLON

Ministeru għax-Xogħol, l-Impjiegi u s-Saħħa

16.7.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2018

ĠU C 348, 23.9.2016

Is-Sur Francisco GONZÁLEZ MORENO

Riżenja

Membru

Trade Unions

Spanja

Is-Sur José Antonio MORENO DIAZ

CCOO

29.1.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2018

ĠU C 348, 23.9.2016

Is-Sinjura Eva DIANIŠKOVÁ

Riżenja

Membru

Gvern

Repubblika Ċeka

Is-Sinjura Petra SILOVSKÁ

Ministeru għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali tar-Repubblika Ċeka

8.3.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2018

ĠU C 348, 23.9.2016

Is-Sur Kees VAN DUIN

Riżenja

Supplenti

Gvern

In-Netherlands

Is-Sinjura Gaby BLOM-FABER

Ministeru għall-Affarijiet Soċjali u l-Impjiegi

IZ/EA

22.5.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2018

ĠU C 348, 23.9.2016

Is-Sinjura Siiri OTSMANN

Riżenja

Membru

Gvern

Estonja

Is-Sinjura Kristi SUUR

Ministeru għall-Affarijiet Soċjali tal-Estonja

18.6.2018

Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2018

ĠU C 348, 23.9.2016

Is-Sinjura Carita RAMMUS

Riżenja

Supplenti

Gvern

Estonja

Is-Sinjura Thea TREIER

Ministeru għall-Affarijiet Soċjali tal-Estonja

18.6.2018

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2018

ĠU C 348, 23.9.2016

Is-Sinjura Katrin TRUVE

Riżenja

Membru

Min iħaddem

Estonja

Is-Sinjura Helo TAMME

Il-Konfederazzjoni Estonjana ta’ Min Iħaddem

18.6.2018

Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali

19.10.2020

ĠU C 341, 16.10.2015

Is-Sinjura Lindsay ROOME

Riżenja

Membru

Gvern

Renju Unit

Is-Sinjura Danielle WELLS

Dipartiment tax-Xogħol u l-Pensjonijiet (DWP)

Caxton House

23.1.2018

Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali

19.10.2020

ĠU C 341, 16.10.2015

Is-Sinjura Lindsay FULLARTON

Riżenja

Supplenti

Gvern

Renju Unit

Is-Sinjura Annette LOAKES

Dipartiment tax-Xogħol u l-Pensjonijiet (DWP)

Caxton House

23.1.2018

Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali

19.10.2020

ĠU C 341, 16.10.2015

Is-Sur Malcolm SCICLUNA

Riżenja

Membru

Gvern

Malta

Is-Sinjura Fiona Cilia PULIS

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali

29.1.2018

Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali

19.10.2020

ĠU C 341, 16.10.2015

Is-Sinjura Pirjo VÄÄNÄNEN

Riżenja

Membru

Trade Unions

Finlandja

Is-Sinjura Tuuli GLANTZ

L-Organizzazzjoni Ċentrali tat-Trade Unions Finlandiżi (SAK)

22.5.2018

Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali

19.10.2020

ĠU C 341, 16.10.2015

Is-Sinjura Zsófia TÓTH

Riżenja

Supplenti

Gvern

Ungerija

Is-Sur András LOPUSSNY

Ministeru għall-Kapaċitajiet Umani

22.5.2018

Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali

19.10.2020

ĠU C 341, 16.10.2015

Is-Sur Claude EWEN

Riżenja

Membru

Gvern

Lussemburgu

Is-Sinjura Carine PIGEON

Spezzjoni ġenerali tas-sigurtà soċjali

18.6.2018

Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali

19.10.2020

ĠU C 341, 16.10.2015

Is-Sinjura Karin MANDERSCHEID

Riżenja

Supplenti

Gvern

Lussemburgu

Is-Sinjura Anne RECH

Ministeru għas-Sigurtà soċjali

18.6.2018

Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali

19.10.2020

ĠU C 341, 16.10.2015

Is-Sur Vincent JACQUET

Riżenja

Supplenti

Trade Unions

Lussemburgu

Is-Sur Paul De ARAUJO

LCGB

18.6.2018

Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali

19.10.2020

ĠU C 341, 16.10.2015

Is-Sinjura Ellen NYGREN

Riżenja

Membru

Trade Unions

Żvezja

Is-Sinjura Joa BERGOLD

Konfederazzjoni tat-Trade unions Żvediżi

16.7.2018

Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2019

ĠU C 386, 20.10.2016

Is-Sur Jan KAHR FREDERIKSEN

Riżenja

Membru

Trade Unions

Danimarka

Is-Sinjura Nina HEDEGAARD

FTF

29.1.2018

Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2019

ĠU C 386, 20.10.2016

Is-Sur Leo SUOMAA

Riżenja

Membru

Gvern

Finlandja

Is-Sur Raimo ANTILA

Ministru għall-Affarijiet Soċjali u s-Saħħa

29.1.2018

Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2019

ĠU C 386, 20.10.2016

Is-Sinjura Maria BJERRE

Riżenja

Supplenti

Trade Unions

Danimarka

Is-Sur Rasmus RAABJERG NIELSEN

Il-Konfederazzjoni Daniża tat-Trade Unions

29.1.2018

Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2019

ĠU C 386, 20.10.2016

Is-Sur Wiking HUSBERG

Riżenja

Supplenti

Gvern

Finlandja

Is-Sur Hannu STÅLHAMMAR

Ministru għall-Affarijiet Soċjali u s-Saħħa

8.3.2018

Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2019

ĠU C 386, 20.10.2016

Is-Sinjura Christina JÄRNSTEDT

Riżenja

Supplenti

Trade Unions

Żvezja

Is-Sinjura My BILLSTAM

LO l-Iżvezja

16.4.2018

Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2019

ĠU C 386, 20.10.2016

Is-Sur Antόnio ROBALO DOS SANTOS

Riżenja

Membru

Gvern

Portugall

Is-Sinjura Maria Luísa TORRES DE ECKENROTH GUIMARÃES

ACT-Autoridade para as Condições de Trabalho

18.6.2018

Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2019

ĠU C 386, 20.10.2016

Is-Sur Frédéric TEZE

Riżenja

Membru

Gvern

Franza

Is-Sur Arnaud PUJAL

Ministeru għax-Xogħol, l-Impjiegi u s-Saħħa

16.7.2018

Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2019

ĠU C 386, 20.10.2016

Is-Sinjura Katell DANIAULT

Riżenja

Supplenti

Gvern

Franza

Is-Sinjura Clémentine BRAILLON

Ministeru għax-Xogħol, l-Impjiegi u s-Saħħa

16.7.2018

Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2019

ĠU C 447, 1.12.2016

Is-Sinjura Mary O’SULLIVAN

Riżenja

Supplenti

Gvern

Irlanda

Is-Sinjura Fiona WARD

Dipartiment tax-Xogħlijiet, l-Intrapriża u l-Innovazzjoni

23.1.2018

Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2019

ĠU C 447, 1.12.2016

Is-Sinjura Fiona WARD

Riżenja

Membru

Gvern

Irlanda

Is-Sinjura Mary O’SULLIVAN

Dipartiment għall-Affarijiet tal-Impjiegi u l-Protezzjoni Soċjali

23.1.2018

Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2019

ĠU C 447, 1.12.2016

Is-Sinjura Dorthe ANDERSEN

Riżenja

Membru

Min iħaddem

Danimarka

Is-Sinjura Christiane MIßLBECK-WINBERG

Konfederazzjoni Daniża ta’ Min Iħaddem

8.3.2018

Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2019

ĠU C 447, 1.12.2016

Is-Sinjura Lone HENRIKSEN

Riżenja

Membru

Gvern

Danimarka

Is-Sur Thomas Mølsted JØRGENSEN

Il-Ministeru għall-Impjiegi

22.5.2018

Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2019

ĠU C 447, 1.12.2016

Is-Sinjura Anna KWIATKIEWICZ-MORY

Riżenja

Membru

Min iħaddem

Polonja

Is-Sur Andrzej RUDKA

Konfederacja Lewiatan

18.6.2018

Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2019

ĠU C 447, 1.12.2016

Is-Sinjura Katharina LINDNER

Riżenja

Membru

Min iħaddem

Awstrija

Is-Sinjura Cornelia HOCKE

Il-Federazzjoni tal-Industriji Awstrijaċi

18.6.2018

Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2019

ĠU C 447, 1.12.2016

Is-Sur Vincent JACQUET

Riżenja

Membru

Trade Unions

Lussemburgu

Is-Sur Paul DE ARAUJO

LCGB

18.6.2018

Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2019

ĠU C 447, 1.12.2016

Is-Sur Paul DE ARAUJO

Riżenja

Membru

Trade Unions

Lussemburgu

Is-Sinjura Véronique EISCHEN-BECKER

OGBL

18.6.2018

Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2019

ĠU C 447, 1.12.2016

Is-Sinjura Véronique EISCHEN-BECKER

Riżenja

Supplenti

Trade Unions

Lussemburgu

Is-Sur Paul DE ARAUJO

LCGB

18.6.2018

Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2019

ĠU C 447, 1.12.2016

Is-Sur Manuel MADURO ROXO

Riżenja

Membru

Gvern

Portugall

Is-Sinjura Maria Luísa TORRES DE ECKENROTH GUIMARÃES

ACT-Autoridade para as Condições de Trabalho

18.6.2018

Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2019

ĠU C 447, 1.12.2016

Is-Sinjura Rena BARDANI

Riżenja

Membru

Min iħaddem

Greċja

Is-Sur Christos IOANNOU

SEV - Hellenic Federation of Enterprises

18.6.2018


Il-Kummissjoni Ewropea

13.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/11


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ Settembru 2018

(2018/C 324/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1585

JPY

Yen Ġappuniż

129,13

DKK

Krona Daniża

7,4594

GBP

Lira Sterlina

0,89028

SEK

Krona Żvediża

10,4740

CHF

Frank Żvizzeru

1,1277

ISK

Krona Iżlandiża

132,10

NOK

Krona Norveġiża

9,6328

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,590

HUF

Forint Ungeriż

325,73

PLN

Zloty Pollakk

4,3099

RON

Leu Rumen

4,6380

TRY

Lira Turka

7,3781

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6268

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5137

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,0934

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7772

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5945

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 307,37

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,4368

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9588

HRK

Kuna Kroata

7,4350

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 174,76

MYR

Ringgit Malażjan

4,8037

PHP

Peso Filippin

62,640

RUB

Rouble Russu

80,1609

THB

Baht Tajlandiż

37,981

BRL

Real Brażiljan

4,7859

MXN

Peso Messikan

22,1760

INR

Rupi Indjan

83,6705


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

13.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/12


Rapport Speċjali Nru 23/2018

“It-tniġġis tal-arja: Saħħitna għadha mhix qed tiġi protetta biżżejjed”

(2018/C 324/05)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 23/2018 “It-tniġġis tal-arja: Saħħitna għadha mhix qed tiġi protetta biżżejjed” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

13.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 324/13


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta li temenda d-Direttiva 2017/1132 rigward l-użu ta’ għodod diġitali u proċessi fil-liġi tal-kumpaniji

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż fuq is-sit web tal-KEPD www.edps.europa.eu)

(2018/C 324/06)

L-Opinjoni hija maħruġa bħala risposta għall-konsultazzjoni magħmula mill-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll fuq talba speċifika tal-Parlament Ewropew.

Il-Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 rigward l-użu ta’ għodod diġitali u proċessi fil-liġi dwar il-kumpaniji għandha l-għan li tikkumplimenta l-qafas attwali tal-UE billi tindirizza n-nuqqas ta’ regoli għal reġistrazzjoni ta’ kumpanija online, l-iffajljar u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni reġistrata dwar kumpaniji u fergħat f’verżjoni elettronika jew id-diverġenza ta’ tali regoli fl-Istati Membri. Barra minn hekk, għandha l-għan li tiżgura li l-Istati Membri jippermettu li l-kumpaniji jibbenefikaw mill-użu ta’ identifikazzjoni elettronika kif ukoll li jipprovdu għal skambju addizzjonali ta’ data bejn ir-reġistri Nazzjonali tal-kummerċ dwar l-iskwalifika ta’ diretturi. Tiżgura wkoll aċċess bla ħlas għal lista ta’ dokumenti u informazzjoni fl-Istati Membri kollha u tintroduċi l-prinċipju ta’ darba biss fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji sabiex il-kumpaniji ma jkunux meħtieġa li jipprovdu l-istess informazzjoni għal darbtejn lil awtoritajiet differenti. Finalment, tintroduċi l-possibbiltà li l-Kummissjoni tistabbilixxi punt ta’ aċċess fakultattiv għall-istituzzjonijiet tal-UE rigward il-pjattaforma.

Il-KEPD jilqa’ l-Proposta u jikkondividi l-fehma tal-Kummissjoni li l-użu tal-għodod diġitali jista’ jipprovdi lil kumpaniji iktar opportunitajiet indaqs filwaqt li jfakkar il-ħtieġa li jiġi kkunsidrat il-fatt li ż-żieda ta’ aċċess għal data personali għandha tkun akkumpanjata minn miżuri effettivi li jipprevjenu l-ipproċessar illegali u inġust ta’ din id-data. Din hija r-raġuni għala l-Opinjoni tiffoka fuq rakkomandazzjonijiet speċifiċi b’żewġ objettivi: li tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali u li jinħoloq għarfien dwar ir-riskji li jirriżultaw mill-aċċessibbiltà tad-data personali li kieku jsiru disponibbli għal kulħadd fuq l-Internet f’forma diġitali b’bosta lingwi permezz ta’ punt ta’ aċċess/pjattaforma Ewropea b’aċċess faċli.

Il-KEPD jirrakkomanda li tittieħed l-opportunità tar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tas-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali sabiex jitqiesu sew ir-rakkomandazzjonijiet ipprovduti fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/666/KEE, 2005/56/KE u 2009/101/KE fir-rigward tal-interkonnessjoni ta’ reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji. Barra minn hekk, huwa jirrakkomanda li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi li ngħataw fl-Opinjoni dwar il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi Portal Diġitali Uniku u l-prinċipju ta’ darba biss, sabiex tiġi żgurata ċertezza legali fl-ipproċessar ta’ data personali.

Il-KEPD ikompli billi jissuġġerixxi ż-żieda ta’ referenza għar-Regolament ġdid li ser jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Jirrakkomanda wkoll li jkun żgurat li l-Proposta tispeċifika l-qafas għall-flussi tad-data u għall-proċeduri ta’ kooperazzjoni amministrattiva bl-użu ta’ netwerk elettroniku, biex ikun żgurat li d-data tiġi pproċessata permezz ta’ bażi legali soda u li jiġu pprovduti salvagwardji adegwati għall-protezzjoni tad-dejta, b’mod partikolari fir-rigward tad-data personali li tikkonċerna l-iskwalifika tad-diretturi.

Finalment, il-KEPD jirrakkomanda li tiżdied referenza mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/333/UE (2), li tiddikjara d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni fl-ipproċessar tad-data fil-kuntest tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika. Barra minn hekk jitlob kjarifika tal-qsim tal-kompiti u responsabbiltajiet rispettivi ta’ kull parti involuta fl-ipproċessar tad-data fil-kuntest tal-kontroll u tal-kontroll konġunt.

1.   INTRODUZZJONI U SFOND

1.

Fil-25 ta’ April 2018, il-Kummissjoni Ewropea (“Kummissjoni”) adottat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew (“Parlament”) u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 rigward l-użu ta’ għodod u proċessi fil-liġi tal-kumpaniji (3) (“Proposta”), flimkien mal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 rigward konverżjonijiet transkonfinali, merġers u diviżjonijiet. (4) Filwaqt li dan tal-aħħar jipprovdi għal regoli armonizzati fil-qasam ta’ konverżjonijiet transkonfinali, merġers u diviżjonijiet ta’ kumpaniji, l-Opinjoni tiffoka fuq il-Proposta.

2.

Din l-Opinjoni hija b’risposta għal konsultazzjoni mill-Kummissjoni u għal talba separata mill-Parlament lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (“KEPD”), bħala awtorità superviżorja indipendenti, biex tingħata Opinjoni dwar il-Proposta. Il-KEPD huwa grat li ġie kkonsultat kif meħtieġ mill-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u li fil-preambolu għall-Proposta hemm inkluż referenza għall-Opinjoni.

1.1.   Objettivi tal-Proposta

3.

Il-Proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 50(1) u l-punti (b), (c), (f) u (g) tal-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għandha l-għan li:

tikkumplimenta l-qafas attwali tal-UE billi tindirizza n-nuqqas ta’ regoli għal reġistrazzjoni ta’ kumpaniji online, l-iffajljar u pubblikazzjoni ta’ informazzjoni reġistrata dwar kumpaniji u fergħat f’forma elettronika jew id-diverġenza ta’ tali regoli fl-Istati Membri, li skont il-Kummissjoni, joħolqu spejjeż u piżijiet mhux neċessarji lill-intraprendituri (5);

tiżgura li l-Istati Membri jagħmluha possibbli għall-kumpaniji li jibbenefikaw mill-użu ta’ identifikazzjoni elettronika u ta’ servizzi fiduċjarji permezz tar-Regolament eIDAS (6);

tipprovdi għal skambju addizzjonali ta’ data bejn ir-reġistri nazzjonali tal-kummerċ li jikkonċernaw l-iskwalifika tad-diretturi;

twessa’ l-aċċess għal dokumenti żvelati u informazzjoni dwar kumpaniji, lill-kumpaniji l-oħrajn kollha għajr il-kumpaniji b’responsabbiltà limitata elenkati fl-Anness II għad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

tiżgura aċċess bla ħlas għal lista ta’ dokumenti u informazzjoni fl-Istati Membri kollha;

tintroduċi l-prinċipju ta’ darba biss fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji sabiex il-kumpaniji ma jkunux meħtieġa li jipprovdu l-istess informazzjoni darbtejn lil awtoritajiet differenti;

tintroduċi l-possibilità għall-Kummissjoni li tistabbilixxi punt ta’ aċċess fakultattiv għall-istituzzjonijiet tal-UE għall-pjattaforma.

1.2.   Kuntest tal-Proposta

4.

Id-Direttiva (UE) 2017/1132, li għandha tiġi emendata permezz tal-Proposta, ikkodifikat diversi Direttivi fil-qasam tal-liġi dwar il-kumpaniji (8), inkluż id-Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Id-Direttiva 2012/17/UE stabbilixxiet is-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (“BRIS”), li ġiet iddettaljata aktar taħt ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884 (10). Il-BRIS ilha fis-seħħ mit-8 ta’ Ġunju 2017. Skont is-sit web tal-Kummissjoni, jipparteċipaw 31 pajjiż (l-Istati Membri tal-UE flimkien ma’ pajjiżi fiż-Żona Ekonomika Ewropea). Il-BRIS tgħaqqad ir-reġistri Nazzjonali tal-kummerċ ma’ “Pjattaforma Ċentrali Ewropea” u tipprovdi punt wieħed ta’ aċċess permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja, li permezz tiegħu ċittadini, negozji u amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu jfittxu informazzjoni dwar il-kumpaniji u l-fergħat tagħhom miftuħin fi Stati Membri oħrajn. FNE forniment elettroniku (wieħed mill-elementi fundamentali tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tal-Kummissjoni Ewropea) (11) jippermetti li s-sistemi tar-reġistru kummerċjali ta’ Stat Membru jkunu jistgħu jiskambjaw messaġġi b’mod sigur permezz tal-FNE forniment elettroniku. L-utenti ta’ BRIS jistgħu jibbenefikaw ukoll mis-sistema tal-login peress li l-Portal tal-ġustizzja elettronika juża forniment elettroniku-FNE.

5.

Madankollu, skont il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-Proposta, l-UE għadha toffri xenarju inkonsistenti ħafna fir-rigward tad-disponibilità ta’ għodod online għal kumpaniji fil-kuntatt tagħhom ma’ awtoritajiet pubbliċi fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji. Stati Membri jipprovdu għal gvern elettroniku fi gradi varjabbli. Attwalment, il-liġi dwar il-kumpaniji tal-UE tinkludi ċerti elementi ta’ diġitalizzazzjoni bħall-obbligu għall-Istati Membri li jagħmlu disponibbli informazzjoni online rigward kumpaniji b’responsabbiltà limitata. Madankollu dawn ir-rekwiżiti huma limitati u mhumiex preċiżi, dan iwassal għall-implimentazzjoni diversa ħafna fuq livell nazzjonali. Barra minn hekk, ċerti proċessi diġitali xejn mhuma koperti mil-liġi tal-UE u llum 17-il Stat Membru biss jipprovdu għal proċedura li tiżgura b’mod sħiħ ir-reġistrazzjoni ta’ kumpaniji online. Is-sitwazzjoni hija simili għar-reġistrazzjoni online tal-fergħat (12).

1.3.   Sinerġiji flimkien ma’ inizjattivi oħra

6.

Fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-Proposta, huwa nnutat li l-forniment ta’ regoli aktar speċifiċi, sostanzjali dwar il-proċeduri għall-istabbiliment u għar-reġistrazzjoni ta’ kumpaniji b’responsabbiltà limitata u fergħat jikkumplementa l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-istabbiliment ta’ Portal Diġitali Uniku (13), li jkopri r-reġistrazzjoni ġenerali ta’ attività kummerċjali permezz ta’ mezzi online ħlief għall-kostituzzjoni ta’ kumpanija b’responsabbiltà limitata. L-introduzzjoni tal-prinċipju ta’ darba biss fil-qasam tal-liġi dwar il-kumpaniji, li skontu, il-kumpaniji ma għandhomx ikunu meħtieġa li jipprovdu l-istess informazzjoni darbtejn lil awtoritajiet differenti, hija wkoll konformi mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Gvern Elettroniku 2016-2020, li jappoġġja sforzi mifruxin mal-UE kollha sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fuq iċ-ċittadini u n-negozji (14).

3.   KONKLUŻJONI

Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda:

li tittieħed l-opportunità tar-reviżjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1132 relatata ma’ BRIS u li jitqiesu b’attenzjoni r-rakkomandazzjonijiet li ġew ipprovduti fl-Opinjoni preċedenti tiegħu tal-2011;

li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi li ngħataw fl-Opinjoni preċedenti tiegħu dwar il-proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment ta’ Portal Diġitali Uniku u l-prinċipju ta’ darba biss;

li tiżdied referenza għar-Regolament il-ġdid li daqt ser jissostitwixxi Regolament (KE) Nru 45/2001;

li jkun żgurat li l-Proposta tispeċifika l-qafas għall-proċeduri tal-flussi tad-dejta u tal-kooperazzjoni amministrattiva li jużaw netwerk elettroniku, sabiex ikun assigurat li (i) kwalunkwe skambju ta’ data jew attività oħra ta’ pproċessar tad-data li tuża netwerk elettroniku (eż. l-iżvelar pubbliku ta’ data personali permezz tal-pjattaforma/punt ta’ aċċess komuni) isir fuq bażi legali soda, u li (ii) salvagwardji adegwati għall-protezzjoni tad-data huma pprovduti, partikolarment fir-rigward tad-data personali li tikkonċerna l-iskwalifika tad-diretturi;

li tiżdied referenza għad-Deċiżjoni 2014/333/UE, li tiddikjara l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni fl-ipproċessar tad-data fil-kuntest tal-portal tal-ġustizzja elettronika;

li tiġi ċċarata d-diviżjoni tal-kompiti rispettivi u r-responsabbiltajiet ta’ kull parti involuta fl-ipproċessar tad-data fil-kuntest tal-kontroll u kontroll konġunt.

Brussell, is-26 ta’ Lulju 2018.

Giovanni BUTTARELLI

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/333/UE tal-5 ta’ Ġunju 2014 dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika (ĠU L 167, 6.6.2014, p. 57).

(3)  COM(2018) 239 final, 2018/0113 (COD).

(4)  COM(2018) 141 final, 2018/0114 (COD).

(5)  Il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni għall-Proposta, p. 4 u 5.

(6)  Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern li tħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73) Dan ir-Regolament jistabbilixxi standards komuni għal rikonoxximent reċiproku għal mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika għall-iskopijiet ta’ awtentikazzjoni transkonfinali għal servizz online pprovdut minn korp tas-settur pubbliku fi Stat Membru. Ara l-Opinjoni tal-KEPD 2013/C 28/04 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fiduċja u l-fiduċja fi tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (Regolament tas-Servizzi Fiduċjarji Elettroniċi) https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/12-09-27_electronic_trust_services_en_0.pdf u fis-sommarju eżekuttiv (ĠU C 28, 30.1.2013, p. 6).

(7)  Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 li għandha x’taqsam mal-aspetti tal-liġi tal-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).

(8)  Hija tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 82/891/KEE u 89/666/KEE u d-Direttivi 2005/56/KE, 2009/101/KE, 2011/35/UE u 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(9)  Id-Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE u d-Direttivi 2005/56/KE u 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji (ĠU L 156, 16.6.2012, p. 1).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884 tat-8 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 144, 10.6.2015, p. 1).

(11)  Forniment elettroniku jippreskrivi speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jintużaw f’kull Qasam Politiku tal-UE (Ġustizzja, Akkwisti, Protezzjoni tal-Konsumatur, eċċ.) sabiex ikun jista’ jsir skambju ta’ dokumenti u ta’ data b’mod sigur u affidabbli (strutturat, mhux strutturat u/jew binarju), kemm bejn il-fruntieri kif ukoll bejn is-setturi. Bħala riżultat, organizzazzjonijiet li żviluppaw is-sistemi tal-IT tagħhom indipendentament minn xulxin jistgħu jibdew jikkomunikaw ma’ xulxin b’mod sikur ladarba jkunu konnessi ma’ nodu ta’ forniment elettroniku. Ara s-sit web tal-Kummissjoni:

https://ec.europa.eu/cefdigital/wiki/display/CEFDIGITAL/2017/06/19/BRIS+Now+Live+on+the+European+e-Justice+Portal

https://ec.europa.eu/cefdigital/wiki/display/CEFDIGITAL/What+is+eDelivery+-+Overview

(12)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni — Valutazzjoni tal-impatt- DĦP (2018) 141 final, 1.4.1 Sewwieq: X’jikkawża l-problema?, p. 13 u li jsegwu.

(13)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ portal diġitali uniku li jipprovdi informazzjoni, proċeduri, u servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012, COM(2017) 256 final, 2017/0086 (COD). Ara l-Opinjoni 8/2017 tal-KEPD maħruġa dwar il-Proposta tal-Portal Diġitali Uniku u dwar il-prinċipju ta’ darba biss. https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/17-08-01_sdg_opinion_en.pdf

(14)  Memorandum ta’ Spjegazzjoni għall-Proposta, p. 6.