ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 311

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
3 ta' Settembru 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 311/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 311/02

Kawża C-162/18 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 minn Wenger SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-23 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-869/16 – Wenger vs EUIPO

2

2018/C 311/03

Kawża C-276/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-24 ta’ April 2018 – KrakVet Marek Batko sp. k. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

2

2018/C 311/04

Kawża C-323/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-16 ta’ Mejju 2018 – Tesco-Global Áruházak Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

4

2018/C 311/05

Kawża C-361/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szekszárdi Járásbíróság (l-Ungerija) fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Weil Ágnes vs Gulácsi Géza

5

2018/C 311/06

Kawża C-362/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Székesfehérvári Törvényszék (l-Ungerija) fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Hochtief AG vs Fővárosi Törvényszék

6

2018/C 311/07

Kawża C-404/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidsrechtbank Antwerpen (il-Belġju) fid-19 ta’ Ġunju 2018 – Jamina Hakelbracht, Tine Vandenbon, Instituut voor de Gelijkheid van Vrouwen en Mannen vs WTG Retail BVBA

8

2018/C 311/08

Kawża C-406/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-20 ta’ Ġunju 2018 – PG vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

8

2018/C 311/09

Kawża C-414/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-22 ta’ Ġunju 2018 – Iccrea Banca SpA Istituto Centrale del Credito Cooperativo vs Banca d’Italia

9

2018/C 311/10

Kawża C-422/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fit-28 ta’ Ġunju 2018 – FR vs Ministero dell’interno – Commissione Territoriale per il riconoscimento della Protezione Internazionale presso la Prefettura U.T.G. di Milano

10

2018/C 311/11

Kawża C-424/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto (l-Italja) fis-27 ta’ Ġunju 2018 – Italy Emergenza Cooperativa Sociale, Associazione Volontaria di Pubblica Assistenza Croce Verde vs Ulss 5 Polesana Rovigo, Regione del Veneto

10

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 311/12

Kawża T-356/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – L-Awstrija vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna ppjanata mir-Renju Unit favur l-impjant tal-enerġija nukleari Hinkley Point C — Kuntratt għad-Differenza, Ftehim tas-Segretarju tal-Istat u Garanzija ta’ Kreditu — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Artikolu 107(3)(c) TFUE — Għan ta’ interess pubbliku — Promozzjoni tal-enerġija nukleari — Neċessità ta’ intervent mill-Istat — Avviż dwar il-garanziji — Determinazzjoni tal-element ta’ għajnuna — Proporzjonalità — Għajnuna għall-investiment — Għajnuna għall-funzjonament — Dritt li jiġu ppreżentati kummenti — Proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Obbligu ta’ motivazzjoni)

12

2018/C 311/13

Kawża T-774/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Consejo Regulador del Cava vs EUIPO – Cave de Tain-L’Hermitage, union des propriétaires (CAVE DE TAIN) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CAVE DE TAIN — Denominazzjoni ta’ oriġini preċedenti cava — Kunċett ta’ evokazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta — Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

13

2018/C 311/14

Kawża T-377/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2018 – Intercept Pharma u Intercept Pharmaceuticals vs EMA

13

2018/C 311/15

Kawża T-406/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2018 – de Volksbank vs SRB

14

2018/C 311/16

Kawża T-442/18: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2018 – Aeris Invest vs BĊE

15

2018/C 311/17

Kawża T-443/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2018 – Peek & Cloppenburg vs EUIPO – Peek & Cloppenburg (Vogue Peek & Cloppenburg)

17

2018/C 311/18

Kawża T-444/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2018 – Peek & Cloppenburg vs EUIPO – Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg)

17

2018/C 311/19

Kawża T-445/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2018 – Peek & Cloppenburg vs EUIPO – Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg)

18

2018/C 311/20

Kawża T-446/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2018 – Peek & Cloppenburg vs EUIPO – Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg)

19

2018/C 311/21

Kawża T-449/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2018 – Ortlieb Sportartikel vs EUIPO (Poligonu ottagonali)

20

2018/C 311/22

Kawża T-564/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2018 – So vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

20

2018/C 311/23

Kawża T-568/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2018 – Korea National Insurance Corporation vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

21


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 311/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 301, 27.8.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 294, 20.8.2018

ĠU C 285, 13.8.2018

ĠU C 276, 6.8.2018

ĠU C 268, 30.7.2018

ĠU C 259, 23.7.2018

ĠU C 249, 16.7.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/2


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 minn Wenger SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-23 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-869/16 – Wenger vs EUIPO

(Kawża C-162/18 P)

(2018/C 311/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Wenger SA (rappreżentant: A. Sulovsky, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Swissgear Sàrl

B’digriet tal-5 ta’ Lulju 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (is-Seba’ Awla) kkonstatat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni għal dan l-appell.


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-24 ta’ April 2018 – KrakVet Marek Batko sp. k. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-276/18)

(2018/C 311/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KrakVet Marek Batko sp. k.

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

L-għanijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) (iktar 'il quddiem id-“Direttiva tal-VAT”), u b’mod partikolari r-rekwiżiti dwar l-evitar tal-kunflitti ta’ kompetenza u tat-taxxa doppja bejn l-Istati Membri li huma s-suġġett tal-premessi tagħha 17 u 62, kif ukoll il-premessi 5, 7 u 8, u l-Artikoli 7, 13 u 28 sa 30 tar-Regolament 904/2010/UE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux prattika tal-awtoritajiet ta’ Stat Membru li skontha l-istess tranżazzjoni tirċievi klassfikazzjoni differenti minn dik mogħtija fi Stat Membru ieħor, minkejja l-interpretazzjoni tad-dritt mill-awtorità ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor, ibbażata fuq fatti identiċi, relatati mal-istess tranżazzjoni, minkejja deċiżjoni fiskali antiċipata maħruġa minn din l-awtorità fuq din il-bażi, u minkejja l-konstatazzjonijiet magħmula fil-kuntest ta’ kontroll fiskali li tikkonferma din l-interpretazzjoni u din id-deċiżjoni antiċipata, bir-riżultat ta’ taxxa doppja tal-persuna taxxabbli?

2)

Jekk għandha tingħata riposta għall-ewwel domanda fis-sens li tali prattika ma tmurx kontra d-dritt Komunitarju, l-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri huma, meta jittiteħed kont tad-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u d-dritt tal-Unjoni, intitolati li jimponu b’mod unilaterali obbligi fiskali, billi ma jiħdux inkunsiderazzjoni li l-awtoritajiet fiskali ta’ Stat Membru ieħor repetutament ikkonfermaw, preċedentement, għat-talba tal-persuna taxxabbli, u f’deċiżjonijiet sussegwenti meħuda wara kontroll, ir-regolarità tal-aġir tal-persuna taxxabbli?

Jew, għall-kuntrarju, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali u tiġi evitata t-taxxa doppja, huma l-awtoritajiet taż-żewġ Stati Membri li għandhom jikkooperaw fuq il-kwistjoni tal-persuna taxxabbli sabiex jaslu għal soluzzjoni li grazzi għaliha l-persuna taxxabbli jkollha tħallas il-VAT f’wieħed biss miż-żewġ Stati Membri?

3)

Jekk għandha tingħata risposta għat-tieni domanda fis-sens li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru hija intitolata li unilateralment tikklassifika tranżazzjoni, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru l-ieħor għandha tirrimborsa lill-persuna taxxabbli responsabbli għall-ħlas tal-VAT it-taxxa stabbilita fid-deċiżjoni fiskali mill-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru l-ieħor u mħallsa inkonnessjoni mal-perijodi magħluqa mill-kontroll fiskali, u dan sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja u tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali?

4)

Kif għandu jiġi interpret il-kunċett ta’ kunsinna “minn jew għan-nom” tal-bejjiegħ fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2006/112/KE armonizzata? Il-kunċett msemmi iktar 'il fuq jkopri l-każ fejn il-persuna taxxabbli, bħala bejjiegħ, toffri, fuq il-pjattaforma tagħha ta’ xiri fl-internet, l-opportunità għax-xerrej li jikkonkludi kuntratt ma’ impriża ta’ loġistika li magħha l-bejjiegħ jikkollabora fi tranżazzjonijiet differenti ta’ bejgħ, iżda li x-xerrej jista’ wkoll jagħżel liberament trasportatur ieħor, differenti minn dak li huwa rrakkomandat, li l-kuntratt ta’ trasport jiġi konkluż bejn ix-xerrej u t-trasportatur u li l-bejjiegħ ma huwiex parti għall-kuntratt?

Sabiex jiġi interpretat dan il-kunċett, u fid-dawl b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, jista’ jiġi kkunsidrat bħala fattur rilevanti l-fatt li l-Istati Membri għandhom jemendaw, sal-2021, il-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-dispożizzjonijiet msemmija iktar 'il quddiem tad-Direttiva tal-VAT, fis-sens li l-Artikolu 33(1) tad-Direttiva tal-VAT japplika fil-każ ta’ parteċipazzjoni indiretta fl-għażla tat-trasportatur?

5)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-Direttiva tal-VAT, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatti li ġejjin huma, flimkien jew separatament, rilevanti sabiex tevalwa jekk impriżi indipendenti, li jwettqu tranżazzjonijiet ta’ bejgħ tal-prodott kif ukoll il-kunsinna jew it-trasport, stabbilixxew relazzjoni legali sabiex il-persuna taxxabbli tevita d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33 tad-Direttiva, u b’hekk twettaq abbuż ta’ liġi iddestinat li jsir profitt mill-fatt li r-rata tal-VAT hija iktar baxxa fl-Istat Membru l-ieħor:

5.1)

l-impriża ta’ loġistika li twettaq it-trasport hija impriża assoċjata mal-persuna taxxabbli u din tal-aħħar tipprovdi lill-persuna taxxabbli provvisti oħra irrispettivament mit-trasport;

5.2)

iżda fl-istess ħin, ix-xerrej jista’ fi kwalunkwe ħin jitbiegħed mill-prattika rrakkomandata mill-persuna taxxabbli li tixtieq li tuża s-sieħeb loġistiku li kkuntratta miegħu għal trasport, peress li x-xerrej għandu l-opportunità li jafda t-trasport lil trasportatur differenti jew li jieħu personalment il-kunsinna tal-merkanzija?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettfika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (tfassil mill-ġdid), ĠU 2010, L 268, p. 1.


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-16 ta’ Mejju 2018 – Tesco-Global Áruházak Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-323/18)

(2018/C 311/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tesco-Global Áruházak Zrt.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li persuna taxxabbli li teżerċita attività ta’ kummerċ bl-imnut f’ħanut, fejn l-azzjonisti tagħha huma barranin u li joperaw diversi ħwienet fil-forma ta’ kumpannija kummerċjali unika tiġi suġġetta għal taxxa speċjali li r-rati tagħha progressivament jogħlew ħafna u fil-fatt taqa’ taħt l-ogħla kategorija ta’ tassazzjoni, filwaqt li fil-prattika jirriżulta li l-persuni taxxabbli li huma azzjonisti nazzjonali li joperaw f’sistema ta’ konċessjoni taħt l-istess isem tad-ditta – kull ħanut huwa, tipikament, kumpannija kummerċjali distinta – jaqgħu taħt il-kategorija eżentata ta’ din it-taxxa jew taħt waħda mill-kategoriji ntaxxati b’rata baxxa li jsegwu din il-kategorija, b’mod li t-taxxa mħallsa mill-kumpanniji li l-azzjonisti tagħhom huma barranin u l-proporzjon totali tad-dħul fiskali li jikkonċernahom fil-fatt huma sostanzjalment ogħla milli fil-każ tal-persuni taxxabbli li l-azzjonisti tagħhom huma nazzjonali, huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni (Artikoli 18 u 26 TFUE), il-prinċpiju ta’ libertà ta’ stabbiliment (Artikolu 49 TFUE), il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (Artikolu 54 TFUE), il-prinċipju ta’ ugwaljanza f’dak li jikkonċerna l-parteċipazzjoni finanzjarja fil-kapital tal-kumpanniji fis-sens tal-Artikolu 54 TFUE (Artikolu 55 TFUE), il-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikolu 56 TFUE), il-prinċipju ta’ moviment liberu tal-kapital (Artikoli 63 u 65 TFUE) u l-prinċipju ta’ ugwaljanza f’dak li jikkonċerna t-tassazzjoni tal-impriżi (Artikolu 110 TFUE)?

2)

Il-fatt li persuna taxxabbli li teżerċita attività ta’ kummerċ bl-imnut f’ħanut u topera diversi ħwienet fil-forma ta’ kumpannija kummerċjali unika tiġi suġġetta għal taxxa speċjali li r-rati tagħha progressivament jogħlew ħafna u fil-fatt taqa’ taħt l-ogħla kategorija ta’ tassazzjoni, filwaqt li fil-prattika jirriżulta li l-persuni taxxabbli li huma azzjonisti nazzjonali li jsibu ruħhom direttament f’kompetizzjoni magħha u joperaw f’sistema ta’ konċessjoni taħt l-istess isem tad-ditta – kull ħanut ikun tipikament kumpannija kummerċjali distinta – jaqgħu taħt il-kategorija eżentata ta’ din it-taxxa jew taħt waħda mill-kategoriji ntaxxati b’rata baxxa li jsegwu din il-kategorija, b’mod li t-taxxa mħallsa mill-kumpanniji li l-azzjonisti tagħhom huma barranin u l-proporzjon totali tad-dħul fiskali li jikkonċernahom fil-fatt huma sostanzjalment ogħla milli fil-każ tal-persuni taxxabbli li l-azzjonisti tagħhom huma nazzjonali, huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-projbizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat (Artikolu 107(1))?

3)

L-Artikoli 107 u 108(3) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-effetti tagħhom jestendu għal miżura fiskali li parti integrali tagħha hija eżenzjoni minn taxxa – li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat – iffinanzjata permezz ta’ dħul minn din il-miżura fiskali, sa fejn il-leġiżlatur, qabel ma jistabbilixxi t-taxxa speċjali fuq il-kummerċ bl-imnut, ikun iddetermina (abbażi tad-dħul mill-bejgħ tal-operaturi fis-suq) l-ammont tal-previżjonijiet ta’ dħul baġitarju mhux permezz tal-introduzzjoni ta’ rata ta’ taxxa ġenerali iżda billi japplika rati progressivi skont id-dħul mill-bejgħ u għalhekk wasal għal riżultat fejn deliberatament ta benefiċċju ta’ eżenzjoni lil parti mill-operaturi tas-suq?

4)

Il-prinċipju ta’ ekwivalenza tal-proċeduri, kif ukoll il-prinċipji ta’ effettività u ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, jipprekludu prattika segwita minn Stat Membru skont liema, matul il-proċedura ta’ kontroll fiskali introdotta ex officio jew matul il-proċedura ġudizzjarja sussegwenti, huwa impossibbli – minkejja l-prinċipju ta’ effettività u tal-obbligu li titwarrab ir-regola ta’ dritt intern inkompatibbli – li tiġi introdotta talba għar-rimbors tat-taxxa ddikjarata skont il-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, peress li l-awtorità fiskali jew il-qorti ma teżaminax il-kwistjoni tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni ħlief fil-kuntest ta’ proċedura speċjali, introdotta fuq talba u unikament qabel il-proċedura ex officio, filwaqt li ma jeżistix ostakolu għall-introduzzjoni ta’ talba għal rimbors fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja f’dak li jikkonċerna taxxa li d-dikjarazzjoni tagħha tikser id-dritt nazzjonali?


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szekszárdi Járásbíróság (l-Ungerija) fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Weil Ágnes vs Gulácsi Géza

(Kawża C-361/18)

(2018/C 311/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szekszárdi Járásbíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Weil Ágnes

Konvenut: Gulácsi Géza

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti tal-Istat Membru li tkun adottat id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi awtomatikament, fuq talba ta’ parti, iċ-ċertifikat dwar id-deċiżjoni mingħajr ma tivverifika li l-kawża taqa’ taħt ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li talba għal rimbors bejn sieħba de facto taqa’ taħt id-drittijiet tal-proprjetà relatati ma’ relazzjonijiet li huma meqjusa li għandhom effetti (ġuridiċi) komparabbli ma’ dawk taż-żwieġ?


(1)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1)


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Székesfehérvári Törvényszék (l-Ungerija) fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Hochtief AG vs Fővárosi Törvényszék

(Kawża C-362/18)

(2018/C 311/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Székesfehérvári Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hochtief AG

Konvenuta: Fővárosi Törvényszék

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipji fundamentali u r-regoli tad-dritt tal-Unjoni (b’mod speċifiku l-Artikolu 4(3) TUE, u r-rekwiżit ta’ interpretazzjoni uniformi tal-liġi), hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja b’mod partikolari fis-sentenza mogħtija fil-kawża Köbler, għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-responsabbiltà tal-Istat minħabba deċiżjoni kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni ta’ qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza tista’ tiġi stabbilita billi wieħed jibbaża lilu nnifsu biss fuq id-dritt nazzonali jew fuq kriterji żviluppati mid-dritt nazzjonali? Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, il-prinċipji fundamentali u r-regoli tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari t-tliet kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Köbler fir-rigward tar-responsabbiltà tal-“Istat”, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-okkorrenza tal-kundizzjonijiet tar-responsabbiltà tal-Istat Membru minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-qrati tal-imsemmi Stat Membru għandu jiġi evalwat fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali?

2)

Ir-regoli u l-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni (b’mod speċifiku l-Artikolu 4(3) TUE, u r-rekwiżit ta’ rimedju ġudizzjarju effettiv), b’mod partikolari s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-responsabbiltà tal-Istati Membri mogħtija, fost oħrajn, fil-kawżi Francovich, Brasserie du pêcheur u Köbler, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità ta’ res judicata ta’ deċiżjonijiet kuntrarji għad-dritt tal-Unjoni mogħtija mill-qrati li jiddeċiedu fl-aħħar istanza teskludi li tista’ tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-Istat Membru?

3)

Il-prinċipji ta’ “effettività” u ta’ ekwivalenza previsti fid-Direttivi 89/665/KEE (1), 92/12/KEE (2) u 2007/66/KE (3), kif ukoll fis-sentenzi Kühne & Heitz, Kapferer, Impresa Pizzarotti u Transportes Urbanos, għandhom jiġu interpretati fis-sens li parti ma għandhiex tkun tista’ tinvoka iżjed, fl-istadju tal-proċedura ta’ reviżjoni, il-konstatazzjonijiet ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija fi tmiem proċedura għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti tat-tieni istanza fil-kawża prinċipali, fejn dawn ma ttiħdux inkunsiderazzjoni fil-proċedura prinċipali, b’mod partikolari fil-każ fejn il-qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza tkun ċaħdet l-appell ta’ kassazzjoni ppreżentat kontra s-sentenza mogħtija fil-proċedura prinċipali minħabba li l-parti ma tkunx invokat fil-ħin is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja?

4)

Id-direttivi msemmija fid-domanda 3, kif ukoll il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kwistjoni tal-ftuħ tar-reviżjoni, li tirriżulta b’mod partikolari mis-sentenzi Impresa Pizzarotti (C-213/13), Kapferer (C-234/04), Kühne & Heitz (C-453/00) u Transportes Urbanos y Servicios Generales (C-118/08), kif ukoll, bl-istess mod, il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C-470/99, C-327/00 u C-241/06 fir-rigward tat-termini tad-dritt nazzjonali applikati fi proċeduri ta’ appell fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qrati nazzjonali jistgħu legalment japplikaw id-dekadenza fil-konfront tal-parti li, fit-tieni istanza, tinvoka, minn naħa, sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-qorti ta’ tieni istanza kisbet fil-kuntest tal-kawża pendenti quddiemha u, min-naħa l-oħra, sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kienet disponibbli fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru biss fit-tieni istanza, u sussegwentement tiċħad, minkejja dan, it-talba għal reviżjoni mressqa mill-imsemmija parti fuq il-bażi tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja invokati minnha, iżda mhux meħuda inkunsiderazzjoni, u tal-fatti li huma rilevanti bis-saħħa ta’ tali sentenzi?

5)

Id-direttivi msemmija iktar ’il fuq, kif ukoll il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriżulta b’mod partikolari mis-sentenzi Impresa Pizzarotti (C-213/13), Kapferer (C-234/04), Kühne & Heitz (C-453/00) u Transportes Urbanos y Servicios Generales (C-118/08), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qrati nazzjonali jistgħu legalment, fejn il-parti fit-tilwima tiċċita s-sentenza [Kempter, C-2/06] – li skontha parti ma għandhiex l-obbligu li tinvoka espliċitament is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, fejn il-qorti għandha l-obbligu li tapplikahom ex officio – ma jiħdux inkunsiderazzjoni l-imsemmija sentenzi billi jinvokaw id-dritt proċedurali nazzjonali – sal-punt li lanqas ma jsemmu din iċ-ċirkustanza fid-deċiżjoni li tagħlaq il-proċedura, jew fil-motivazzjoni – u sussegwentement jiċħdu, minkejja dan, it-talba għal reviżjoni mressqa mill-imsemmija parti fuq il-bażi tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja invokati minnha, iżda mhux meħuda inkunsiderazzjoni, u tal-fatti li huma rilevanti bis-saħħa tal-imsemmija sentenzi?

6)

Il-kundizzjoni ta’ “ksur suffiċjentement serju”, stabbilita fis-sentenzi Köbler u Traghetti del Mediterraneo, għandha tiġu interpretata fis-sens li ma tiġix issodisfatta meta l-qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza ma tagħmilx riferiment għal ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja u deskritta fid-dettall – u li ġiet ikkorroborata minn sensiela ta’ opinjonijiet legali – u, b’kuntrast manifest magħha, tiċħad mingħajr ebda motivazzjoni fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni talba għal reviżjoni mingħajr, evidentement, ma tkun eżaminat u lanqas semmiet il-ħtieġa ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li din il-ħtieġa tkun ukoll intweriet sal-iċken dettall fil-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja? Fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Cilfit et (283/81), il-qorti nazzjonali għandha tagħti motivazzjoni meta ma tawtorizzax ir-reviżjoni u teskludi interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tkun ta’ natura vinkolanti u toqgħod lura, mingħajr ma tagħti motivazzjoni, milli tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’domanda preliminari f’dan ir-rigward?

7)

Il-prinċipji ta’ rimedju effettiv u ta’ ekwivalenza, fis-sens tal-Artikoli 19 u 4(3) TUE, kif ukoll il-libertà ta’ stabbiliment u ta’ provvista ta’ servizzi kkonfermata fl-Artikolu 49 TFUE, jew ulterjorment id-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet], kif ukoll id-Direttivi 89/665/KE, 92/13/KE u 2007/66/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jippermettu li l-awtoritajiet u l-qrati aditi jiċħdu sistematikament, bi ksur manifest tad-dritt tal-Unjoni applikabbli, ir-rikorsi ppreżentat mir-rikorrent talli jkun ġie eskluż mill-proċedura ta’ kuntratt pubbliku, fejn dawn l-appelli jkunu jirrikjedu, jekk ikun il-każ, ir-redazzjoni ta’ numru ta’ noti b’investiment kunsiderevoli ta’ ħin u ta’ flus, flimkien mal-parteċipazzjoni f’seduti, u fejn, anki jekk fit-teorija teżisti l-possibbiltà li tiġi stabbilita r-respnsabbiltà minħabba dannu kkawżat fl-eżerċizzju ta’ kompetenza ġudizzjarja, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni tipprekludi lir-rikorrent milli jkun jista’ jirrikjedi mill-qorti l-ħlas għad-dannu li jkun ġarrab minħabba miżuri illegali?

8)

Il-prinċipji stabbiliti fis-sentenzi Köbler, Traghetti del Mediterraneo u San Giorgio għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ħsara kkawżata mill-fatt li qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza, b’kuntrast mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma tkunx awtorizzat ir-reviżjoni mitluba fil-ħin minn parti u li fil-kuntest tagħha l-imsemmija parti setgħet tirrikjedi r-rimbors tal-ispejjeż li jkunu ġew inkorsi, ma hijiex ħsara li għaliha huwa dovut kumpens?

9)

Sa fejn id-dritt nazzjonali jordna li tiġi awtorizzata r-reviżjoni meta din tkun neċessarja biex tiġi stabbilita l-kostituzzjonalità minħabba deċiżjoni ġdida mill-qorti kostituzzjonali, ikun għalhekk meħtieġ, bis-saħħa tal-prinċipju ta’ ekwivalenza u tal-ġurisprudenza “Transportes Urbanos y Servicios Generales”, li tiġi awtorizzata r-reviżjoni fil-każijiet fejn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija preċedentement f’kawża oħra, kif ukoll sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja miskuba fil-kawża prinċipali, bħall-fatti li huma rilevanti bis-saħħa tal-imsemmija sentenzi, ma jittiħdux inkunsiderazzjoni fil-proċedura prinċipali minħabba d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali relatati mat-termini ta’ proċedura?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315).

(3)  Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (ĠU 2007, L 335, p. 31).


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidsrechtbank Antwerpen (il-Belġju) fid-19 ta’ Ġunju 2018 – Jamina Hakelbracht, Tine Vandenbon, Instituut voor de Gelijkheid van Vrouwen en Mannen vs WTG Retail BVBA

(Kawża C-404/18)

(2018/C 311/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidsrechtbank Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jamina Hakelbracht, Tine Vandenbon, Instituut voor de Gelijkheid van Vrouwen en Mannen

Konvenuta: WTG Retail BVBA

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni u b’mod iktar partikolari l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2006/54/KE (1) tal-5 ta’ Lulju 2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li toffri protezzjoni kontra ritaljazzjonijiet minn persuni li jintervjenu bħala xhieda, biss għall-persuna li, fil-kuntest ta’ investigazzjoni ta’ lment tikkomunika, f’dokument iffirmat u b’data, fatti li hija nnifisha rat jew semgħet, u li huma marbuta mas-sitwazzjoni li hija s-suġġett tal-ilment, lill-persuna li quddiemha tressaq l-ilment jew li tintervjeni bħala xhud fil-proċeduri legali?


(1)  ĠU 2006, L 204, p. 23.


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-20 ta’ Ġunju 2018 – PG vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

(Kawża C-406/18)

(2018/C 311/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PG

Konvenuti: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal (Uffiċċju tal-Immigrazzjoni u tal-Ażil)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (imsejħa d-“Direttiva tal-Proċeduri”) – fid-dawl ta’ kif inhu pprovdut fl-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – jistgħu rispettivament jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru jista’ jiggarantixxi d-dritt għal rimedju effettiv anki fil-każ fejn filwaqt li ma jippermettix lill-qrati jbiddlu d-deċiżjonijiet mogħtija fil-kuntest tal-proċedura ta’ ażil, jippermettilhom biss jannullaw tali deċiżjonijiet u jobbligaw lill-awtorità amministrattiva twettaq proċedura ġdida?

2)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (imsejħa d-“Direttiva tal-Proċeduri”) – fid-dawl ta’ kif inhu pprovdut fl-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – jistgħu rispettivament jiġu interpretati fis-sens li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tkun konformi ma’ dawn id-dispożizzjonijiet meta tipprevedi terminu imperattiv u uniformi ta’ total ta’ 60 jum għall-proċeduri ġudizzjarji fil-qasam ta’ ażil, indipendentement minn kull ċirkustanza individwali u mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni l-partikolaritajiet tal-kawża u diffikultajiet eventwali relatati mal-produzzjoni tal-provi?


(1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 60).


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-22 ta’ Ġunju 2018 – Iccrea Banca SpA Istituto Centrale del Credito Cooperativo vs Banca d’Italia

(Kawża C-414/18)

(2018/C 311/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Iccrea Banca SpA Istituto Centrale del Credito Cooperativo

Konvenuta: Banca d’Italia

Domandi preliminari

Sabiex isir il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 103(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-Artikolu 5(1) b’mod partikolari s-subparagrafi (a) u (f) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 (1), interpretat fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti f’dak ir-regolament, fid-Direttiva 2014/59/UE (2), fir-Regolament (UE) Nru 2014/806 (3), fl-Artikolu 120 TFUE, kif ukoll tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta’ projbizzjoni tat-taxxa doppja, jipprekludi li s-sistema prevista għall-obbligazzjonijiet fi ħdan grupp tapplika wkoll fil-każ ta’ grupp “de facto” jew, fi kwalunkwe każ, fil-każ tal-interkonnessjonijiet bejn istituzzjoni u banek oħra eżistenti fl-istess sistema?

It-trattament favorevoli previst fl-imsemmi Artikolu 5 għall-obbligazzjonijiet ippreferuti jista’ għall-kuntrarju, fid-dawl tal-prinċipji msemmija hawn fuq, jiġi applikat ukoll b’analoġija għall-obbligazzjonijiet ta’ bank imsejħa tat-“tieni livell” fil-konfront ta’ banek oħra fis-sistema (ta’ kreditu kooperattiv)? Jew din il-kwalità – jiġifieri li tkun entità li taħdem konkretament, inkluż fil-konfront tal-BĊE u s-swieq finanzjarji, bħala istituzzjoni ċentrali fi ħdan numru ta’ banek żgħar interkonnessi u integrati – għandha fi kwalunkwe każ twassal, skont il-kuntest ġuridiku applikabbli, għal forma ta’ korrezzjoni fil-preżentazzjoni ta’ data finanzjarja mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali għall-istituzzjonijiet Komunitarji u fl-iffissar tal-kontribuzzjonijiet dovuti mill-istituzzjoni lill-fond ta’ riżoluzzjoni abbażi tal-obbligazzjonijiet effettivi tagħha u tal-profil ta’ riskju konkret tagħha?


(1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).

(2)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 180).

(3)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fit-28 ta’ Ġunju 2018 – FR vs Ministero dell’interno – Commissione Territoriale per il riconoscimento della Protezione Internazionale presso la Prefettura U.T.G. di Milano

(Kawża C-422/18)

(2018/C 311/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FR

Konvenut: Ministero dell’interno (il-Ministeru għall-Intern) – Commissione Territoriale per il riconoscimento della Protezione Internazionale presso la Prefettura U.T.G. di Milano

Domanda preliminari

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali u l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, imsemmija fl-Artikolu 4(3) u fl-Artikolu 19(1) TUE, kif ukoll fl-ewwel u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u d-Direttiva 2013/32/UE (1) (b’mod partikolari l-Artikoli 22 u 46 tagħha) għandhom jiġu interpretati fis-sens li: a) id-dritt tal-Unjoni Ewropea jimponi li l-appell, meta d-dritt nazzjonali jipprevedih għall-proċeduri li jirrigwardaw iċ-ċaħda ta’ talba għal rikonoxximent tal-protezzjoni internazzjonali, awtomatikament ikollu effett sospensiv; b) jipprekludu proċedura bħal dik Taljana (Artikolu 35a, paragrafu 13 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 25/2008, kif emendat bid-Digriet Liġi Nru 13/17, li ġie kkonvertit fil-Liġi Nru 46/17), li fiha, l-awtorità ġudizzjarja adita mill-applikant għal ażil – li l-applikazzjoni tiegħu ġiet miċħuda mill-awtorità amminstrattiva inkarigata teżamina l-applikazzjonijiet għall-ażil u mill-qorti tal-ewwel istanza – tista’ tiċħad it-talba għal sospensjoni tad-deċiżjoni negattiva billi tieħu inkunsiderazzjoni biss il-fondatezza jew in-nuqqas ta’ fondatezza tal-motivi tar-rikors kontra din id-deċiżjoni, mogħtija mill-qorti msejħa tiddeċiedi dwar is-sospensjoni nnifisha, u mhux ir-riskju ta’ dannu gravi u irreparabbli?


(1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 60).


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto (l-Italja) fis-27 ta’ Ġunju 2018 – Italy Emergenza Cooperativa Sociale, Associazione Volontaria di Pubblica Assistenza “Croce Verde” vs Ulss 5 Polesana Rovigo, Regione del Veneto

(Kawża C-424/18)

(2018/C 311/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Italy Emergenza Cooperativa Sociale, Associazione Volontaria di Pubblica Assistenza “Croce Verde”

Konvenuti: Ulss 5 Polesana Rovigo, Regione del Veneto

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 10(h) u l-premessa 28 tad-Direttiva 2014/24/UE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li

a)

s-servizzi tal-ambulanzi li għalihom hija obbligatorja l-preżenza abbord ta’ sewwieq li jista’ jagħti s-sokkors u ta’ mill-inqas persuna li tista’ tagħti s-sokkors li għandha l-kwalifiki u l-kompetenzi pprovati mill-attendenza ta’ taħriġ u mill-fatt li għaddiet eżami fil-qasam tas-sokkors, u

b)

s-servizzi tat-trasport previsti fil-kuntest tal-livelli essenzjali ta’ assistenza (LEA) mogħtija permezz ta’ vetturi tas-sokkors jaqgħu taħt l-esklużjoni msemmija minn din id-dispożizzjoni jew, bil-kontra, taħt is-servizzi msemmija fl-Artikoli 74 sa 77 tad-direttiva ċċitata;

2)

id-Direttiva 2014/24/UE għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, anki fl-assenza ta’ emerġenza,

a)

is-servizzi tal-ambulanzi li għalihom hija obbligatorja l-preżenza abbord ta’ sewwieq li jista’ jagħti s-sokkors u ta’ mill-inqas persuna li tista’ tagħti s-sokkors li għandha l-kwalifiki u l-kompetenzi pprovati mill-attendenza ta’ taħriġ u mill-fatt li għaddiet eżami fil-qasam tas-sokkors, u

b)

s-servizzi tat-trasport previsti fil-kuntest tal-livelli essenzjali ta’ assistenza (LEA) mogħtija permezz ta’ vetturi tas-sokkors huma assenjati, b’mod prijoritarju, lil assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat permezz ta’ ftehim dirett?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65, Rettifika ĠU 2015, L 275, 20.10.2015, p. 68).


Il-Qorti Ġenerali

3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-356/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna ppjanata mir-Renju Unit favur l-impjant tal-enerġija nukleari Hinkley Point C - Kuntratt għad-Differenza, Ftehim tas-Segretarju tal-Istat u Garanzija ta’ Kreditu - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Artikolu 107(3)(c) TFUE - Għan ta’ interess pubbliku - Promozzjoni tal-enerġija nukleari - Neċessità ta’ intervent mill-Istat - Avviż dwar il-garanziji - Determinazzjoni tal-element ta’ għajnuna - Proporzjonalità - Għajnuna għall-investiment - Għajnuna għall-funzjonament - Dritt li jiġu ppreżentati kummenti - Proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2018/C 311/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: inizjalment C. Pesendorfer u M. Klamert, sussegwentement G. Hesse u M. Fruhmann, aġenti, assistiti minn H. Kristoferitsch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, R. Sauer, T. Maxian Rusche u P. Němečková, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: D. Holderer, aġent, assistita minn P. Kinsch, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller u J. Vláčil, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues, D. Colas u J. Bousin, sussegwentement D. Colas u J. Bousin, aġenti), l-Ungerija (rappreżentanti: inizjalment M. Fehér u M. Bóra, sussegwentement B. Sonkodi, sussegwentement A. Steiner, aġenti, assistiti minn P. Nagy, avukat, u fl-aħħar nett A. Steiner), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent), ir-Rumanija (rappreżentanti: inizjalment R. Radu u M. Bejenar, sussegwentement M. Bejenar u C.-R. Canţăr, aġenti), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent), u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment C. Brodie u S. Brandon, sussegwentement C. Brodie, S. Simmons u M. Holt, sussegwentement C. Brodie, S. Simmons u D. Robertson, sussegwentement C. Brodie u D. Robertson, sussegwentement C. Brodie u fl-aħħar nett C. Brodie u Z. Lavery, aġenti, assistiti minn T. Johnston, barrister, u A. Robertson, QC)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/658 tat-8 ta’ Ottubru 2014 dwar il-miżura ta’ għajnuna SA.34947 (2013/C) (ex 2013/N) li r-Renju Unit qed jippjana li jimplimenta bħala Appoġġ għall-Impjant tal-Enerġija Nukleari Hinkley Point C (ĠU 2015, L 109, p. 44), li fiha l-Kummissjoni kkonstatat li din il-miżura ta’ għajnuna kienet kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE u awtorizzat l-implimentazzjoni tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Consejo Regulador del Cava vs EUIPO – Cave de Tain-L’Hermitage, union des propriétaires (CAVE DE TAIN)

(Kawża T-774/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CAVE DE TAIN - Denominazzjoni ta’ oriġini preċedenti ‘cava’ - Kunċett ta’ ‘evokazzjoni’ ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta - Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013”))

(2018/C 311/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Consejo Regulador del Cava (Villafranca del Penedès, Spanja) (rappreżentant: C. Prat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Zaera Cuadrado u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cave de Tain-L’Hermitage, union des propriétaires (Tain-L’Hermitage, Franza) (rappreżentant: J.-P. Stouls, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2016 (Każ R 980/2015-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Consejo Regulador del Cava u Cave de Tain-L’Hermitage, union des propriétaires.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Consejo Regulador del Cava huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/13


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2018 – Intercept Pharma u Intercept Pharmaceuticals vs EMA

(Kawża T-377/18)

(2018/C 311/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intercept Pharma Ltd (Bristol, ir-Renju Unit) u Intercept Pharmaceuticals, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: L. Tsang, J. Mulryne, E. Amos u H. Kerr-Peterson, Solicitors, u F. Campbell, Barrister)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ASK-40399 kkomunikata mill-konvenuta lir-rikorrenti fil-15 ta’ Mejju 2018, sabiex tirrilaxxa xi dokumentazzjoni taħt ir-Regolament 1049/2001/KE; u

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż kif ukoll spejjeż oħra fir-rigward ta’ din il-kwistjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-inċiż dwar “proċedimenti fil-qrati” fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament 1049/2001/KE ma kienx operattiv f’din il-kawża, fuq il-bażi li d-dokumentazzjoni ma kinitx dokument “ippreparat għall-finijiet ta’ proċedimenti fil-qrati”. Bħala punt ta’ liġi, il-konvenuta jmissha kkonkludiet li l-eċċezzjoni kienet operattiva.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ulterjuri jew sussidjarja li l-unika konklużjoni legalment permissibbli ta’ eżerċizzju ta’ bbilanċjar, taħt l-inċiż dwar “interessi kummerċjali” tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament 1049/2001/KE, kienet tkun deċiżjoni li d-dokumentazzjoni ma tiġix irrilaxxata, fid-dawl ta’: (i) il-preponderanza ċara tal-interess privat tar-rkorrenti li jevitaw żvelar; u (ii) l-interess merament vag u ġeneriku tal-interess pubbliku fl-iżvelar.


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/14


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2018 – de Volksbank vs SRB

(Kawża T-406/18)

(2018/C 311/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: de Volksbank NV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. van Loopik, A. Kleinhout, A. ter Haar u T. Waterbolk, lawyers)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tat-12 ta’ April 2018 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante lill-Fond uniku ta’ Riżoluzzjoni għall- 2018 (SRB/ES/SRF/2018/3);

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata hawn fuq imsemmija u tiddikjara li r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni 2015/63 (ir-“Regolament ta’ delega”) (1) huwa parzjalment jew kompletament mhux applikabbli, skont l-artikolu 277 TFUE;

f’kull każ, tikkundanna liS-SRM għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 103(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, (2) tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament 806/2014 (3) u tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ delega, billi qed tintuża informazzjoni mhux komparabbli sabiex jiġu ddeterminati l-obbligazzjonijiet netti tar-rikorrenti.

Isegwi mit-test u mill-għanijiet tal-Artikolu 103(2) tad-Direttiva 2014/59/UE u tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament 806/2014 li s-SRM għandu juża informazzjoni mill-istess punt jew perijodu fiż-żmien sabiex jikkalkola l-obbligazzjonijiet netti skont dawk id-dispożizzjonijiet.

Isegwi mit-test u l-għanijiet tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ delega, fid-dawl tad-Direttiva 2014/59/UE u tar-Regolament 806/2014, li s-SRB għandu juża informazzjoni komparabbli sabiex jiżgura kalkolu ġust tal-kontribuzzjoni bbażata fuq il-profil tar-riskju ta’ bank.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni, sussidjarjament għall-ewwel motiv, ta’ ksur tal-Artikoli 103(2) u 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE u tal-Artikolu 290 TFUE, għar-raġuni li ir-Regolament ta’ delega, kif applikat mis-SRM fid-deċiżjoni kkontestata, imur lil hinn mill-mandat mogħti lill-Kummissjoni Ewropea, li jwassal għall-inapplikabbiltà tar-Regolament ta’ delega, skont l-Artikolu 277 TFUE.

Bil-kontra tal-Artikolu 290 TFUE, ir-Regolament ta’ delega jissupplimenta l-elementi essenzjali tad-Direttiva 2014/59/UE.

Jekk l-Artikoli 4(1), 4(2) u 16(2) tar-Regolament ta’ delega jistgħu jiġu interpretati biss fis-sens li s-SRB għandu juża informazzjoni inkomparabbli, ir-Regolament ta’ delega ma huwiex globalment konformi mat-test u l-għanijiet tad-Direttiva 2014/59/UE.

Sa fejn ir-Regolament ta’ delega jistabbilixxi regoli fuq il-kalkolu tal-kontribuzzjoni bażika annwali, ir-Regolament ta’ delega jeċċedi l-kontenut tal-mandat mogħti mill-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità billi ma ttieħdux sew inkunsiderazzjoni d-depożiti ggarantiti tar-rikorrenti.

Il-metodoloġija tal-kalkolu tas-SRB ma hijiex adatta sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva 2014/59/UE, tar-Regolament 806/2014, u tar-Regolament ta’ delega.

Il-metodoloġija tal-kalkolu tas-SRB ukoll tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni.

4.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali billi ma ttieħdux sew inkunsiderazzjoni d-depożiti ggarantiti tar-rikorrenti.

Ir-rikorrenti ma setgħux jipprevedu l-interpretazzjoni tas-SRB tar-Regolament ta’ delega.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali billi ma ttieħdux sew inkunsiderazzjoni d-depożiti ggarantiti tar-rikorrenti.

Ir-rikorrenti għandha tħallas kontribuzzjoni lill-Fond ta’ Riżoluzzjoni Uniku sinjifikattivament ogħla minn dik ta’ banek oħra li huma tal-istess daqs u profil ta’ riskju.


(1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015 L 11, p. 44).

(2)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(3)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014 L 225, p. 1).


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/15


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2018 – Aeris Invest vs BĊE

(Kawża T-442/18)

(2018/C 311/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Aeris Invest Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Chimenos Minguella u G. Ferrer Gonzálvez, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew LS/MD/18/141 u LS/PT/2018/9, tat-8 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Frar 2018, rispettivament; u

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem il-“BĊE”) LS/MD/18/141, tat-8 ta’ Mejju 2018, dwar it-talba konfermatorja ta’ aċċess għad-dokumenti tal-BĊE, kif ukoll tad-Deċiżjoni preċedenti tal-Bank Ċentrali Ewropew LS/PT/2018/9, tad-9 ta’ Frar 2018, dwar it-talba ta’ aċċess għad-dokumenti tal-BĊE.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjonijiet tal-BĊE li jiċħdu l-aċċess għad-dokumentazzjoni kkonċernata ma humiex immotivati suffiċjentement peress li ma jqisux b’mod xieraq l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlatur Komunitarju meta stabbilixxa d-dritt ta’ aċċess tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet Ewropej, fil-kuntest ta’ proċedura trasparenti u fid-dawl tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ parteċipazzjoni taċ-ċittadini. Barra minn hekk, l-argumenti użati mill-BĊE huma ta’ natura ġenerika. Ukoll, il-BĊE ma jiħux inkunsiderazzjoni li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba bl-ebda mod ma jista’ jaffettwa l-iżvolġiment xieraq tal-proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjoni fil-kuntest ta’ deċiżjoni ta’ korpi ta’ kreditu. Dan għaliex, mhux biss talli l-proċedura konkreta ta’ teħid ta’ deċiżjoni hija mitmuma iżda talli hija s-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju, b’tali mod li ċ-ċaħda ta’ aċċess tostakola l-istħarriġ tal-istess qorti. Fl-aħħar nett, id-deċiżjonijiet ma jiħdux inkunsiderazzjoni li l-aċċess għad-dokumentazzjoni mitluba jitwettaq bl-uniku għan tal-eżerċizzju tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva rrikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijeit Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjonijiet ikkontestati jiksru l-Artikolu 4(1)(c) tad-Deċiżjoni BCE/2004/3, dwar l-aċċess għad-dokumenti, sa fejn dawn jiċħdu lil din il-parti l-aċċess għall-informazzjoni mitluba bil-ġustifikazzjoni li d-dokumenti huma koperti, totalment jew parzjalment, minn preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ aċċessibbiltà minħabba li huma dokumenti kunfidenzjali koperti mis-sigriet professjonali applikabbli għall-istituzzjonijiet. Din il-preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ aċċessibbilità ma hijiex prevista espressament fil-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli u, anki li kieku teżisti, ma tkunx applikabbli peress li l-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess ma jistgħux jiġu interpretati b’mod wiesa’ u b’analoġija.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjonijiet ikkontestati jiksru l-Artikolu 4(1)(c) tad-Deċiżjoni BCE/2004/3 sa fejn dawn jiċħdu lir-rikorrenti l-aċċess għall-informazzjoni mitluba bil-ġustifikazzjoni li d-dokumenti huma koperti, totalment jew parzjalment, mis-sigriet professjonali applikabbli għall-istituzzjonijiet, filwaqt li dawn huma neċessarji għal proċeduri ġudizzjarji u ċ-ċaħda tagħhom tfixkel jew tostakola s-servizz pubbliku ġudizzjarju.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjonijiet ikkontestati jiksru t-tieni u s-sitt inċiżi tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni BCE/2004/3, sa fejn dawn jiddikjaraw li l-iżvelar tal-informazzjoni jista’ jippreġudika s-sistema bankarja b’mod ġenerali.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjonijiet ikkontestati jiksru l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni BCE/2004/3 sa fejn dawn jiddikjaraw li l-iżvelar tad-dokumenti u tal-informazzjoni jista’ jaffetwa l-interessi kummerċjali ta’ Banco Santander u jista’ jkollu impatt fuq spezzjonijiet futuri.


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/17


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2018 – Peek & Cloppenburg vs EUIPO – Peek & Cloppenburg (Vogue Peek & Cloppenburg)

(Kawża T-443/18)

(2018/C 311/17)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG, Düsseldorf (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lange, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Peek & Cloppenburg KG, Hamburg (Hamburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Vogue Peek & Cloppenburg” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 2 700 847

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2018 fil-Każ R 1362/2005-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 15(2) tal-Ligi dwar it-Trade Marks;

Ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 8(4)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 15(3) tal-Ligi dwar it-Trade Marks;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u tar-Regola 20(7)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95.


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/17


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2018 – Peek & Cloppenburg vs EUIPO – Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg)

(Kawża T-444/18)

(2018/C 311/18)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG, Düsseldorf (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lange, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Peek & Cloppenburg KG, Hamburg (Hamburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Peek & Cloppenburg” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 270 439

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2018 fil-Każ R 522/2006-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 15(2) tal-Ligi dwar it-Trade Marks;

Ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 8(4)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 15(3) tal-Ligi dwar it-Trade Marks;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u tar-Regola 20(7)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95.


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/18


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2018 – Peek & Cloppenburg vs EUIPO – Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg)

(Kawża T-445/18)

(2018/C 311/19)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG, Düsseldorf (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lange, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Peek & Cloppenburg KG, Hamburg (Hamburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Peek & Cloppenburg” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2 791 416

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 1270/2007-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 15(2) tal-Ligi dwar it-Trade Marks;

Ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 8(4)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 15(3) tal-Ligi dwar it-Trade Marks;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u tar-Regola 20(7)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95.


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/19


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2018 – Peek & Cloppenburg vs EUIPO – Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg)

(Kawża T-446/18)

(2018/C 311/20)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG, Düsseldorf (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lange, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Peek & Cloppenburg KG, Hamburg (Hamburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Peek & Cloppenburg” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 295 069

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2018 fil-Każ R 1589/2007-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll tal-Artikolu 15(2) tal-Liġi dwar it-Trade Marks;

Ksur tal-Artikolu 8(4)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll tal-Artikolu 15(3) tal-Liġi dwar it-Trade Marks;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 kif ukoll tar-Regola 20(7)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95.


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/20


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2018 – Ortlieb Sportartikel vs EUIPO (Poligonu ottagonali)

(Kawża T-449/18)

(2018/C 311/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ortlieb Sportartikel GmbH (rappreżentanti: A. Wulf u K. Schmidt-Hern, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ poligonu ottagonali) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 047 466

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ April 2018 fil-Każ R 1634/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2018 – So vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

(Kawża T-564/17) (1)

(2018/C 311/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 338, 9.10.2017.


3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2018 – Korea National Insurance Corporation vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

(Kawża T-568/17) (1)

(2018/C 311/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 338, 9.10.2017.