ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 284

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
13 ta' Awwissu 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 284/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8939 — Liberty House Group/Aluminium Dunkerque) ( 1 )

1

2018/C 284/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8891 — Puig/BSH/Noustique) ( 1 )

1

2018/C 284/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9001 — Kuehne + Nagel/Temasek/JV) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 284/04

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/740 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1125, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1115 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t’Isfel

3

2018/C 284/05

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t’Isfel

5

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 284/06

Rata tal-kambju tal-euro

6

2018/C 284/07

Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej għas-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti — Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 284/08

Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping dwar importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw fir-Russja, fit-Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka

9


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8939 — Liberty House Group/Aluminium Dunkerque)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 284/01)

Fit-18 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8939. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8891 — Puig/BSH/Noustique)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 284/02)

Fit-18 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8891. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9001 — Kuehne + Nagel/Temasek/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 284/03)

Fl-24 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9001. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/3


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/740 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1125, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1115 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t’Isfel

(2018/C 284/04)

L-informazzjoni li tidher hawnhekk tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/740 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2018/1125 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1115 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t’Isfel.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jinkludi dawk il-persuni fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 9 u 12 tar-Riżoluzzjoni 2206 (2015).

Il-persuni kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 16 tar-Riżoluzzjoni 2206(2015), flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjonijiet li jiġu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz segwenti:

Focal Point for De-listing

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room DC2 2034

United Nations

New York, N.Y. 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel. +1 9173679448

Fax +1 2129631300

Indirizz elettroniku: delisting@un.org

Għal aktar informazzjoni ara: https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/2206

B’segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni deżinjati min-NU għandhom jiġu inklużi fil-listi ta’ persuni u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/740, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2018/1125 u fir-Regolament (UE) 2015/735, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1115. Ir-raġunijiet li għalihom ġew elenkati l-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness I għad-Deċiżjoni u fl-Anness I għar-Regolament.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2015/735, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 6 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

DG RELEX 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 117, 8.5.2015, p. 52.

(2)  ĠU L 204, 13.8.2018, p. 48.

(3)  ĠU L 117, 8.5.2015, p. 13.

(4)  ĠU L 204, 13.8.2018, p. 1.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/5


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t’Isfel

(2018/C 284/05)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ proċessar tad-data hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735 (2).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ proċessar tad-data hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali ta’ DĠ RELEX (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ proċessar hu DĠ RELEX 1C li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

DG RELEX 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ proċessar tad-data huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/735.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra marbuta ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tinqasam skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-Taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).

Data personali tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew minn meta l-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 117, 8.5.2015, p. 13.

(3)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


Il-Kummissjoni Ewropea

13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ Awwissu 2018

(2018/C 284/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1456

JPY

Yen Ġappuniż

127,07

DKK

Krona Daniża

7,4544

GBP

Lira Sterlina

0,89675

SEK

Krona Żvediża

10,4258

CHF

Frank Żvizzeru

1,1391

ISK

Krona Iżlandiża

124,60

NOK

Krona Norveġiża

9,5330

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,635

HUF

Forint Ungeriż

322,77

PLN

Zloty Pollakk

4,2911

RON

Leu Rumen

4,6583

TRY

Lira Turka

6,9309

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5675

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5002

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,9928

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7365

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5708

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 293,54

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,9272

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8468

HRK

Kuna Kroata

7,4333

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 583,56

MYR

Ringgit Malażjan

4,6809

PHP

Peso Filippin

60,833

RUB

Rouble Russu

76,8097

THB

Baht Tajlandiż

38,114

BRL

Real Brażiljan

4,3904

MXN

Peso Messikan

21,6533

INR

Rupi Indjan

78,8520


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/7


KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI

Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

(2018/C 284/07)

Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

Perjodu ta' referenza: Lulju 2018

Perjodu ta' applikazzjoni: Ottubru, Novembru, Diċembru 2018

07-2018

EUR

BGN

CZK

DKK

HRK

HUF

PLN

1 EUR =

1

1,95580

25,8503

7,45226

7,39714

324,597

4,32391

1 BGN =

0,511300

1

13,2173

3,81034

3,78215

165,966

2,21082

1 CZK =

0,0386842

0,0756586

1

0,288285

0,286153

12,5568

0,167267

1 DKK =

0,134187

0,262444

3,46879

1

0,99260

43,5568

0,580215

1 HRK =

0,135187

0,264400

3,49464

1,007452

1

43,8814

0,584539

1 HUF =

0,00308074

0,00602532

0,0796382

0,022959

0,0227887

1

0,0133209

1 PLN =

0,231272

0,452322

5,97845

1,72350

1,71075

75,0701

1

1 RON =

0,215035

0,420565

5,55871

1,60249

1,59064

69,7996

0,929791

1 SEK =

0,097016

0,189743

2,50788

0,722985

0,717637

31,4909

0,419487

1 GBP =

1,12707

2,20433

29,1352

8,39923

8,3371

365,844

4,87336

1 NOK =

0,105291

0,205928

2,72180

0,784654

0,778850

34,1770

0,455268

1 ISK =

0,00803785

0,0157204

0,207781

0,0599001

0,0594571

2,60906

0,034755

1 CHF =

0,860434

1,68284

22,2425

6,41218

6,36475

279,294

3,72044


07-2018

RON

SEK

GBP

NOK

ISK

CHF

1 EUR =

4,65041

10,30763

0,887255

9,49751

124,411

1,16220

1 BGN =

2,37776

5,27029

0,453653

4,85607

63,6115

0,594235

1 CZK =

0,179898

0,398743

0,034323

0,367404

4,81276

0,0449590

1 DKK =

0,624027

1,38315

0,119059

1,27445

16,6944

0,155953

1 HRK =

0,628678

1,39346

0,1199457

1,28394

16,8189

0,157115

1 HUF =

0,0143267

0,0317552

0,00273341

0,0292594

0,383280

0,00358046

1 PLN =

1,075510

2,38387

0,205197

2,19651

28,7729

0,268785

1 RON =

1

2,21650

0,190791

2,04229

26,7528

0,249914

1 SEK =

0,451162

1

0,0860775

0,92141

12,0698

0,112752

1 GBP =

5,24135

11,6174

1

10,7044

140,221

1,30989

1 NOK =

0,489646

1,085298

0,0934198

1

13,0994

0,122369

1 ISK =

0,037379

0,082851

0,00713162

0,0763396

1

0,00934163

1 CHF =

4,00137

8,86903

0,763424

8,17198

107,048

1

Nota: il-valuti inkroċjati kollha li jinvolvu l-ISK huma kkalkolati bl-użu ta' dejta tar-rati ISK/EUR mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.

referenza: Lulju-18

EUR 1 fil-munita nazzjonali

Unità 1 tal-munita nazzjonali f'EUR

BGN

1,95580

0,511300

CZK

25,8503

0,0386842

DKK

7,45226

0,134187

HRK

7,39714

0,135187

HUF

324,597

0,00308074

PLN

4,32391

0,231272

RON

4,65041

0,215035

SEK

10,30763

0,097016

GBP

0,887255

1,12707

NOK

9,49751

0,105291

ISK

124,411

0,00803785

CHF

1,16220

0,860434

Nota: Ir-rati ISK/EUR msejsa fuq dejta mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.

1.

Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta' kambju ta' ammonti ta' flus f'munita meta mqabbla ma' Ir-munita oħra tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta' xahar, matul il-perjodu speċifikat f'paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

2.

Il-perjodu ta' referenza jkun:

ix-xahar ta' Jannar għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' April ta' wara,

ix-xahar ta' April għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Lulju ta' wara,

ix-xahar ta' Lulju għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Ottubru ta' wara,

ix-xahar ta' Ottubru għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Jannar ta' wara.

Ir-rati tal-kambju jiġu ppubblikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/9


Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping dwar importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw fir-Russja, fit-Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka

(2018/C 284/08)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”’), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u ta’ nitrat tal-ammonju (urea and ammonium nitrate, “UAN”), li joriġinaw fir-Russja, fit-Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka, qed ikunu oġġett ta’ dumping u b’hekk qed joħolqu dannu (2) lill-industrija tal-Unjoni.

1.   Ilment

L-ilment kien ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2018 minn Fertilizers Europe (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ taħlitiet ta’ urea u ta’ nitrat tal-ammonju.

Il-verżjoni miftuħa tal-ilment u l-analiżi tal-grad ta’ appoġġ għall-ilment minn produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl għall-partijiet interessati.

2.   Prodott li qed jiġi investigat

Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju f’soluzzjoni milwiema jew ammonjakali.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw informazzjoni dwar l-ambitu tal-prodott iridu jagħmlu dan fi żmien għaxart (10) ijiem mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika (3).

3.   Allegazzjoni ta’ dumping

Il-prodott li allegatament qiegħed ikun iddampjat huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina fir-Russja, fit-Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka (“il-pajjiżi kkonċernati”), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 80 00. Il-kodiċi NM qed jingħata biss għall-informazzjoni.

L-allegazzjoni ta’ dumping mill-Istati Uniti tal-Amerka hija bbażata fuq tqabbil tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fin-nuqqas ta’ data kredibbli dwar il-prezzijiet domestiċi għat-Trinidad u Tobago, l-allegazzjoni ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali maħdum (spejjeż tal-manifattura, bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi – SG&A (selling, general and administrative costs) – u profitt) mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

L-allegazzjoni ta’ dumping mir-Russja hija bbażata fuq tqabbil tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni u tqabbil ta’ valur normali maħdum (l-ispejjeż tal-manifattura, bejgħ, SG&A u l-profitt, li l-ispejjeż tal-gass, l-SG&A u l-profitt ġew aġġustati għalihom) mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Iż-żewġ paraguni juru d-dumping.

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiżi kollha kkonċernati.

4.   Allegazzjonijiet ta’ dannu/rabta ta’ kawżalità u distorsjonijiet fil-materja prima

4.1.    Allegazzjonijiet ta’ dannu u rabta ta’ kawżalità

L-ilmentatur ippreżenta evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’mod ġenerali kemm f’termini assoluti kif ukoll f’termini ta’ sehem fis-suq.

L-evidenza li pprovda l-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba u fuq is-sehem fis-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f’effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali u l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

4.2.    Allegazzjoni ta’ distorsjonijiet fil-materja prima

L-ilmentatur ipprovda evidenza suffiċjenti li hemm distorsjonijiet fil-materja prima fir-Russja fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat. Skont l-evidenza fl-ilment, il-gass, li jammonta għal ferm aktar minn 17 % tal-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott investigat, huwa suġġett għal ipprezzar doppju fir-Russja.

Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 7 (2a) tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni se teżamina d-distorsjonijiet allegati biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu. Jekk distorsjonijiet oħra koperti mill-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku jiġu identifikati fir-Russja matul l-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista’ tkopri wkoll dawn id-distorsjonijiet.

5.   Proċedura

Ladarba ddeterminat, wara li infurmat lill-Istati Membri, li l-ilment ġie ppreżentat mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha, u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina fil-pajjiżi kkonċernati huwiex qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dawn l-importazzjonijiet ta’ dumping ikkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni.

Jekk il-konklużjonijiet ikunu affermattivi, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tar-Russja, jekk l-Artikolu 7 (2a) tar-Regolament bażiku jiġi applikat, l-investigazzjoni se teżamina t-test ta’ interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament.

Kif diġà mħabbar, (4) l-hekk imsejjaħ pakkett tal-Modernizzazzjoni tat-TDI (ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ġunju 2018 (5)) daħħal, fost affarijiet oħra, tibdiliet sinifikanti fl-iskeda ta’ żmien u l-iskadenzi applikabbli preċedentement fi proċedimenti anti-dumping. B’mod partikolari, se jiġu mwettqa investigazzjonijiet b’mod aktar malajr u se jiġu imposti miżuri proviżorji, jekk ikun il-każ, sa xahrejn aktar kmieni minn qabel. It-termini għall-partijiet interessati biex dawn jiġu ’l quddiem, b’mod partikolari fl-istadju bikri tal-investigazzjonijiet, se jiġu mqassra. Minħabba dawn it-tibdiliet, il-Kummissjoni tqis xieraq li jiġi stabbilit qafas ta’ żmien aktar strutturat għat-twettiq ta’ investigazzjonijiet anti-dumping biex jiġi żgurat li l-proċedimenti jistgħu jitwettqu fit-termini mandatorji b’rispett sħiħ tad-drittijiet tal-partijiet interessati biex jiddefendu lilhom infushom. L-iskeda ta’ żmien għal din l-investigazzjoni, kif stabbilit f’din in-Notifika, tinkludi struzzjonijiet speċifiċi għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fi stadji varji tal-investigazzjoni u fl-organizzazzjoni tas-smigħ. It-talbiet għall-estensjonijiet tal-iskadenzi se jsiru aktar stretti.

5.1.    Perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

L-investigazzjoni ta’ dumping u dannu se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2018 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Kummenti dwar l-ilment u l-bidu tal-investigazzjoni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar l-ilment (inklużi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dannu u rabta ta’ kawżalità) jew l-aspetti kollha li jirrigwardaw il-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għall-ilment) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Kull talba għal smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.3.    Proċedura ta’ kif jiġi stabbilit id-dumping

Il-produtturi esportaturi (6) tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiżi kkonċernati huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   Investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

5.3.1.1.   Proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati fil-pajjiżi kkonċernati

(a)   Il-kampjunar

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma hawnhekk mitluba biex jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom mitluba fl-Anness I ta’ din in-Notifika fi żmien sebat (7) ijiem mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi magħrufa kollha, l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet it-tagħrif meħtieġ biex tagħżel kampjun ta’ produtturi esportaturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk dawn humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi esportaturi fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se żżid nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jiġi riċevut fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-kampjun.

Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi tinsab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Trade http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2361

Il-kwestjonarju se jkun disponibbli wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ produtturi esportaturi magħrufa, u lill-awtoritajiet ta’ dawk il-pajjiżi.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi li jkunu mlew l-Anness I fit-terminu speċifikat u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”). Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima 5.3.1(b) hawn taħt, id-dazju antidumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun ma jkunx jaqbeż il-marġni tal-medja ponderata ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (7).

(b)   Marġni ta’ dumping individwali għall-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun

Skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-marġnijiet ta’ dumping individwali tagħhom. Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal marġni individwali ta’ dumping iridu jimlew il-kwestjonarju u jirritornawh mimli kif dovut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi tinsab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Trade http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2361

Il-Kummissjoni se teżamina jekk il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun jistgħux jingħataw dazju individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

Madankollu, il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun li jitolbu marġni tad-dumping individwali jenħtieġ li jkunu konxji li l-Kummissjoni tista’ xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni tad-dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun indebitament diffiċli u ma tkunx tippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

5.3.2.   Investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (8) (9)

L-importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni huma mistiedna li jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ importaturi li mhumiex relatati, li huma involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fit-termini statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-importaturi li mhumiex investigati u li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “il-kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma hawnhekk mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom mitluba fl-Anness II ta’ din in-Notifika fi żmien sebat (7) ijiem mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet it-tagħrif meħtieġ biex tagħżel kampjun, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar il-kampjunar tal-importaturi. Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jiġi riċevut fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis bħala meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati fil-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-importaturi tinsab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Trade http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2361

5.4.    Proċedura għad-determinazzjoni tad-dannu u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Id-determinazzjoni tad-dannu tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżami oġġettiv tal-volum tal-importazzjonijiet li jkunu oġġett ta’ dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu, il-produtturi tal-Unjoni (10) tal-prodott li qed jiġi investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni kkonċernati, u biex tlesti l-investigazzjoni fit-termini statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “il-kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li huwa għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’hekk mistiedna jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, il-produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kampjun, iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjunar proviżorju jridu jiġu rċevuti fi żmien sebat (7) ijiem mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li jkunu finalment ntgħażlu biex ikunu fil-kampjun.

Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni tinsab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit elettroniku tad-DĠ Trade http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2361

5.5.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

(a)   Ir-Russja

F’każijiet ta’ distorsjoni fuq materji prima kif definit fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se twettaq test dwar l-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) ta’ dak ir-Regolament. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi, meta tistabbilixxi l-livell ta’ dazji skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, biex tapplika l-Artikolu 7(2), hija għandha twettaq test fl-interess tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 21.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jipprovdu l-informazzjoni kollha pertinenti li tippermetti lill-Kummissjoni tiddetermina jekk huwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġi stabbilit il-livell tal-miżuri skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, il-partijiet interessati huma mistiedna jipprovdu kwalunkwe informazzjoni dwar il-kapaċitajiet żejda fil-pajjiż ikkonċernat, il-kompetizzjoni għal materja prima u l-effett fuq il-katini ta’ provvista għal kumpaniji Ewropej. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni l-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li jkun skont l-interess tal-Unjoni li jiġi applikat l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, trade unions u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur tal-Unjoni huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata f’format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. L-informazzjoni mogħtija titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

(b)   Trinidad u Tobago u l-Istati Uniti tal-Amerka

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta’ dannu kkawżati minnu, tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata f’format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.6.    Partijiet interessati

Biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħalma huma l-produtturi esportaturi, il-produtturi, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, trade unions u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur tal-Unjoni l-ewwel għandhom juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Il-produtturi esportaturi, il-produtturi, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tal-Unjoni li ppreżentaw informazzjoni disponibbli skont il-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3, 5.4 u 5.5 aktar ’il fuq se jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Il-partijiet l-oħra jistgħu jipparteċipaw biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta huma jagħmlu lilhom infushom magħrufa, u sakemm ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi fl-indirizz li ġej: https://webgate.ec.europa.eu/tron/TDI. Segwi l-istruzzjonijiet fuq din il-paġna biex ikollok aċċess.

5.7.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tkun tixtieq tiddiskuti matul is-smigħ. Is-smigħ ikun limitat għall-kwistjonijiet stabbiliti mill-partijiet interessati bil-miktub minn qabel.

L-iskeda ta’ żmien għal seduti hija kif ġejja:

Għal kull smigħ li jsir qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, it-talba jenħtieġ li ssir fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika u s-smigħ normalment iseħħ fi żmien 60 jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Wara l-istadju proviżorju, jenħtieġ li t-talba ssir fi żmien ħamest (5) ijiem mid-data tal-iżvelar proviżorju jew tad-dokument ta’ informazzjoni, u s-smigħ normalment isir fi żmien 15-il jum mid-data ta’ notifika tal-iżvelar jew id-data tad-dokument ta’ informazzjoni.

Fl-istadju definittiv, jenħtieġ li t-talba ssir fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tal-iżvelar finali, u s-smigħ normalment isir fil-perjodu mogħti biex jiġi kkummentat dwar l-iżvelar finali. Jekk hemm żvelar addizzjonali finali, it-talba jenħtieġ li ssir minnufih malli jiġi riċevut dan l-iżvelar addizzjonali finali, u s-smigħ normalment isir fi żmien l-iskadenza biex jipprovdi kummenti dwar dan l-iżvelar.

It-terminu deskritt huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tas-servizzi tal-Kummissjoni li taċċetta smigħ barra l-limitu ta’ żmien f’każijiet debitament ġustifikati u għad-dritt tal-Kummissjoni li tiċħad s-smigħ f’każijiet debitament ġustifikati. Meta s-servizzi tal-Kummissjoni jirrifjutaw talba għal smigħ, il-parti kkonċernata tiġi infurmata bir-raġunijiet ta’ dan ir-rifjut.

Fil-prinċipju, is-smigħ mhux se jintuża biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u biex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jkomplu għaddejjin bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara smigħ.

5.8.    Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ hija ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu (a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u (b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li jintalab trattament kunfidenzjali għaliha jkunu mmarkati bħala “Limited” (Ristrett) (11). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali

Il-partijiet li jagħtu informazzjoni “Limited” (Ristretta) huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati)”. Jenħtieġ li dawn is-sommarji jkunu ddettaljati tant li jippermettu li l-qofol tat-tagħrif ippreżentat b’mod kunfidenzjali jinftiehem raġonevolment.

Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġuni ġusta għat-talba għal trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u l-kwalità mitlubin, il-Kummissjoni tista’ tinjora din l-informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jippreżentaw is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew bil-posta reġistrata. Meta jużaw il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fis-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu tagħhom u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni se tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni permezz ta’ mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika:

 

TRADE-UAN-DUMPING-RUSSIA@ec.europa.eu

 

TRADE-UAN-DUMPING-TT@ec.europa.eu

 

TRADE-UAN-DUMPING-USA@ec.europa.eu

 

TRADE-UAN-INJURY@ec.europa.eu

6.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tkun konkluża, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, normalment fi żmien 13, iżda mhux aktar minn 14-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri proviżorji jistgħu jiġu imposti normalment mhux aktar tard minn seba’ (7) xhur, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmien (8) xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Skont l-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata tad-dazji proviżorji tliet (3) ġimgħat qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji. Il-partijiet interessati se jingħataw tlett (3) ijiem tax-xogħol biex jikkummentaw bil-miktub dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli.

F’każijiet fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li ma timponix dazji proviżorji iżda li tkompli l-investigazzjoni, il-partijiet interessati se jiġu infurmati, permezz ta’ dokument ta’ informazzjoni, bin-nuqqas ta’ impożizzjoni tad-dazji tliet (3) ġimgħat qabel l-iskadenza tat-terminu skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet interessati fil-prinċipju jingħataw 15-il jum biex jikkummentaw bil-miktub dwar is-sejbiet proviżorji jew fuq id-dokument ta’ informazzjoni, u 10 ijiem biex jikkummentaw bil-miktub fuq is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Meta applikabbli, l-iżvelar addizzjonali finali se jispeċifika l-iskadenza għall-partijiet interessati sabiex jikkummentaw bil-miktub.

7.   Preżentazzjoni tal-informazzjoni

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss l-informazzjoni fit-termini speċifikati fit-Taqsimiet 5 u 6 ta’ din in-Notifika. Is-sottomissjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra mhux koperta minn dawn it-taqsimiet, jenħtieġ li tirrispetta l-iskeda li ġejja:

Kwalunkwe informazzjoni għall-istadju tas-sejbiet proviżorji għandha tiġi ppreżentata qabel is-sebgħin (70) jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-partijiet interessati ma għandhomx jippreżentaw informazzjoni fattwali ġdida wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar proviżorju jew id-dokument ta’ informazzjoni fl-istadju proviżorju. Lil hinn minn din l-iskadenza, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss informazzjoni fattwali ġdida sakemm partijiet bħal dawn jkunu jistgħu juru li tali informazzjoni fattwali ġdida hija meħtieġa biex jirribattu allegazzjonijiet fattwali magħmula minn partijiet interessati oħra u sakemm tali informazzjoni fattwali ġdida tista’ tiġi vverifikata fiż-żmien disponibbli biex titlesta l-investigazzjoni b’mod tempestiv.

Sabiex tlesti l-investigazzjoni fi żmien l-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhux se taċċetta aktar sottomissjonijiet mingħand partijiet interessati wara t-terminu perentorju għall-kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk applikabbli, wara l-iskadenza għall-kummenti dwar l-iżvelar addizzjonali finali.

8.   Il-possibbiltà għall-kummenti dwar is-sottomissjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex ikunu garantiti d-drittijiet tad-difiża, il-partijiet interessati għandu jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw fuq l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet oħra interessati. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fis-sottomissjonijiet tal-partijiet interessati l-oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Dawn il-kummenti għandhom isiru skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:

Kull kumment dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet oħra interessati qabel l-iimpożizzjoni ta’ miżuri proviżorji jenħtieġ li jsir mhux aktar tard minn qabel il-ħamsa u sebgħin (75) jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra, b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet proviżorji jew tad-dokument ta’ informazzjoni, ikunu ppreżentati fi żmien sebat (7) ijiem mill-iskadenza għall-kummenti fuq is-sejbiet proviżorji jew fuq id-dokument ta’ informazzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra, b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi, ikunu ppreżentati fi żmien tlett (3) ijiem mill-iskadenza għall-kummenti fuq is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar addizzjonali finali, jenħtieġ li l-kummenti fuq l-informazzjoni provduta minn partijiet interessati oħra bħala reazzjoni għal dan l-iżvelar jsiru fi żmien jum wieħed (1) mill-iskadenza għall-kummenti dwar dan l-iżvelar ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-perjodu ta’ żmien deskritt huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

9.   Estensjoni ta’ perjodi ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

Kwalunkwe estensjoni tal-perjodi ta’ żmien previsti f’din in-Notifika tista’ tintalab biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u se tingħata biss jekk tkun iġġustifikata.

L-estensjonijiet tal-iskadenza biex jitwieġbu l-kwestjonarji jistgħu jkunu mogħtija, jekk debitament iġġustifikati, u se jkunu normalment limitati sa tlett (3) ijiem addizzjonali. Bħala regola, dawn l-estensjonijiet ma għandhomx ikunu aktar minn sebat (7) ijiem. Rigward il-perjodi ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata f’din in-Notifika, l-estensjonijiet se jkunu limitati għal tlett (3) ijiem sakemm ma jintwerewx xi ċirkostanzi eċċezzjonali.

10.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet proviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

Nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun iwassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja l-Kummissjoni minnufih.

11.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-difiża tal-partijiet interessati u terzi persuni li jistgħu jinqalgħu matul il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza smigħ bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta għandu jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Dan is-smigħ għandu jsir biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Kwalunkwe talba trid tkun ippreżentata fi żmien raġonevoli u b’ħeffa sabiex ma tippreġudikax l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fl-iktar żmien kmieni possibbli wara li jseħħ l-avveniment li jiġġustifika tali intervent. Fil-prinċipju, it-termini stipulati fit-Taqsima 5.7 sabiex jintalab smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni japplikaw mutatis mutandis għal talbiet għal seduti ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta. Meta t-talbiet ikunu ppreżentati barra mit-termini rilevanti, l-Uffiċjal tas-Smigħ se jeżamina wkoll ir-raġunijiet għat-tali talbiet tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis b’mod xieraq l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija fil-ħin tal-investigazzjoni.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fis-sit web tad-DĠ Trade: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

12.   Proċessar ta’ data personali

Id-data personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 2.

(2)  It-terminu ġenerali “dannu” jirreferi għal dannu materjali kif ukoll għat-theddida ta’ dannu materjali jew dewmien materjali tal-istabbiliment ta’ industrija kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku.

(3)  Ir-referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika jimplikaw pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)  “Short overview of the deadlines and timelines in the investigative process”) fis-sit web tad-DĠ Trade http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2018/june/tradoc_156922.pdf

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).

(6)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, direttament jew permezz ta’ terza persuna, inkluża kull kumpanija relatata miegħu involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. Id-definizzjoni tkopri kemm produtturi integrati UAN (li jipproduċu urea u nitrat tal-ammonju) u produtturi mhux integrati tal-UAN.

(7)  F’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kull marġni żero u de minimis, u marġnijiet stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku se jitwarrbu.

(8)  Din it-taqsima tkopri biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I ta’ din in-Notifika għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu sħab rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) terza persuna tkun is-sid, tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew iktar tal-azzjonijiet bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien jikkontrollaw terza persuna direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom ir-relazzjonijiet segwenti bejniethom biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(9)  Id-data mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.

(10)  It-terminu “produtturi tal-Unjoni” tkopri kemm il-produtturi integrati UAN (li jipproduċu urea u nitrat tal-ammonju) u l-produtturi mhux integrati tal-UAN.

(11)  Dokument “Limited” (Ristrett) huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni