ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 277

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
7 ta' Awwissu 2018

Werrej

Paġna

II   Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 277/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8953 — Snam/DESFA) ( 1 )

1

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 277/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2018/C 277/03

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Awwissu 2018 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid (Uhlen Blaufüsser Lay/Uhlen Blaufüßer Lay (DOP))

3

2018/C 277/04

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Awwissu 2018 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid (Uhlen Roth Lay (DOP))

8

2018/C 277/05

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Awwissu 2018 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid (Uhlen Laubach (DOP))

13

V   Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 277/06

Notifka minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8966 — PGA Motors/Fiber/Bernard Participations) ( 1 )

18

2018/C 277/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8879 — JERA Trading/LNG Optimisation) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

20

2018/C 277/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9010 — JAB/Pret A Manger) ( 1 )

21

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/1

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8953 — Snam/DESFA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 277/01)

Fit-13 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8953. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/2

Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Awwissu 2018

(2018/C 277/02)

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1543

JPY

Yen Ġappuniż

128,68

DKK

Krona Daniża

7,4520

GBP

Lira Sterlina

0,89280

SEK

Krona Żvediża

10,3040

CHF

Frank Żvizzeru

1,1513

ISK

Krona Iżlandiża

123,80

NOK

Krona Norveġiża

9,5325

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,650

HUF

Forint Ungeriż

320,54

PLN

Zloty Pollakk

4,2731

RON

Leu Rumen

4,6272

TRY

Lira Turka

5,9627

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5629

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5032

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,0605

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7154

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5799

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 299,27

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,4967

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9066

HRK

Kuna Kroata

7,4180

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 703,00

MYR

Ringgit Malażjan

4,7090

PHP

Peso Filippin

61,036

RUB

Rouble Russu

73,4661

THB

Baht Tajlandiż

38,496

BRL

Real Brażiljan

4,2788

MXN

Peso Messikan

21,4484

INR

Rupi Indjan

79,4900

(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

7.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/3

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Awwissu 2018

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(Uhlen Blaufüsser Lay/Uhlen Blaufüßer Lay (DOP))

(2018/C 277/03)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ġermanja bagħtet applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Uhlen Blaufüsser Lay”/“Uhlen Blaufüßer Lay” skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat dik l-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 ta’ dak ir-Regolament huma ssodisfati.

(3)

Sabiex ikunu jistgħu jitressqu d-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) ta’ dak ir-Regolament u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li saret matul il-proċedura nazzjonali preliminari għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Uhlen Blaufüsser Lay”/“Uhlen Blaufüßer Lay”, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Id-dokument uniku stabbilit skont l-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-isem “Uhlen Blaufüsser Lay”/“Uhlen Blaufüßer Lay” (DOP) jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tikkonferixxi d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-protezzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

ANNESS

DOKUMENT UNIKU

“Uhlen Blaufüsser Lay”/“Uhlen Blaufüßer Lay”

PDO-DE-02081

Data ta' sottomissjoni tal-applikazzjoni: 26.3.2015

1.   Ismijiet li jridu jiġu rreġistrati

“Uhlen Blaufüsser Lay”/“Uhlen Blaufüßer Lay”

2.   Tip ta' indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta' oriġini protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta' kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbejjed

Inbid ta' kwalità

L-inbejjed bojod Riesling huma mmaturati fl-art ta' Uhlen Blaufüsser Lay. Hemm tliet tipi ta' prodotti tad-dwieli u kull wieħed għandu karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta' kwalità (Qualitätswein), inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) u nbid spumanti ta' kwalità minn reġjuni definiti (Sekt b.A.).

L-inbejjed Uhlen Blaufüsser Lay li jkunu għadhom ma mmaturawx, għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir iktar intens hekk kif il-prodott jimmatura, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma definiti mill-interazzjoni ta' ħjiel ta' frott u ta' minerali tipiċi tal-lavanja. Is-sediment iktar tafli tal-istrati profondi tal-oċean jagħtu t-togħma lil Uhlen Blaufüsser Lay (Uhlen Blaufüßer Lay), li ta' spiss tista' tiġi deskritt bħala “xi ftit jew wisq aktar friska”. Ħafna drabi, l-istruttura u l-minerali mikrokristallini u pikkanti, tant jinħassu sottili u ħfief fuq l-ilsien li jfakkru fiż-żiffiet tal-baħar aromatiċi. F'xi snin, huwa possibbli wkoll li wieħed itiegħem il-jodju mielaħ tal-baħar.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

15,0

Qawwa alkoħolika reali minima (f'% ta' volum):

11,5

Aċidità totali minima:

5,0 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

1,08

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru):

250

Inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein), issupplimentat minn: Auslese

L-inbejjed bojod Riesling huma mmaturati fl-art ta' Uhlen Blaufüsser Lay. Hemm tliet tipi ta' prodotti tad-dwieli u kull wieħed għandu karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta' kwalità (Qualitätswein), inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) u inbid spumanti ta' kwalità minn reġjuni definiti (Sekt b.A.).

L-inbejjed Uhlen Blaufüsser Lay li jkunu għadhom ma mmaturawx, għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir iktar intens hekk kif il-prodott jimmatura, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma definiti mill-interazzjoni ta' ħjiel ta' frott u ta' minerali tipiċi tal-lavanja. Is-sediment iktar tafli tal-istrati profondi tal-oċean jagħtu t-togħma lil Uhlen Blaufüsser Lay (Uhlen Blaufüßer Lay), li ta' spiss tista' tiġi deskritta bħala “xi ftit jew wisq aktar friska”. Ħafna drabi, l-istruttura u l-minerali mikrokristallini u pikkanti tant jinħassu sottili u ħfief fuq l-ilsien li jfakkru fiż-żiffiet tal-baħar aromatiċi. F'xi snin, huwa possibbli wkoll li wieħed itiegħem il-jodju mielaħ tal-baħar. Il-firxa ta' aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għandha ħlewwa sottostanti li hija delikata fil-każ tal-inbejjed Auslese.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa massima alkoħolika totali (f'% ta' volum):

41,0

Qawwa alkoħolika reali minima (f'% ta' volum):

5,5

Aċidità totali minima:

7,0 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

2,1

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru):

350

Inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein), issupplimentat minn: Beerenauslese, Trockenbeerenauslese, Eiswein

L-inbejjed bojod Riesling huma mmaturati fl-art ta' Uhlen Blaufüsser Lay. Hemm tliet tipi ta' prodotti tad-dwieli u kull wieħed għandu karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta' kwalità (Qualitätswein), inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) u inbid spumanti ta' kwalità minn reġjuni definiti (Sekt b.A.).

L-inbejjed Uhlen Blaufüsser Lay li jkunu għadhom ma mmaturawx, għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir iktar intens hekk kif il-prodott jimmatura, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma definiti mill-interazzjoni ta' ħjiel ta' frott u ta' minerali tipiċi tal-lavanja. Is-sediment iktar tafli tal-istrati profondi tal-oċean jagħtu t-togħma lil Uhlen Blaufüsser Lay (Uhlen Blaufüßer Lay), li ta' spiss tista' tiġi deskritta bħala “xi ftit jew wisq aktar friska”. Ħafna drabi, l-istruttura u l-minerali mikrokristallini u pikkanti tant jinħassu sottili u ħfief fuq l-ilsien li jfakkru fiż-żiffiet tal-baħar aromatiċi. F'xi snin, huwa possibbli wkoll li wieħed itiegħem il-jodju mielaħ tal-baħar. Il-firxa ta' aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għandha ħlewwa sottostanti li hija delikata fil-każ tal-inbejjed Auslese, u kremuża fl-inbejjed Beerenauslese, u jista' jkollha wkoll ħjiel ta' għasel. Dawn l-aspetti tat-togħmiet tal-inbejjed huma aktar evidenti fl-inbejjed Trockenbeerenauslese. Fil-każ tal-inbejjed Eiswein, il-firxa ta' aromi u togħmiet deskritta hawn fuq tinkludi aċidità pikkanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa massima alkoħolika totali (f'% ta' volum):

41,0

Qawwa alkoħolika reali minima (f'% ta' volum):

5,5

Aċidità totali minima:

70 f'milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

2,1

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru):

400

Inbid spumanti ta' kwalità minn reġjuni definiti (Sekt b.A.)

L-inbejjed bojod Riesling huma mmaturati fl-art ta' Uhlen Blaufüsser Lay. Hemm tliet tipi ta' prodotti tad-dwieli u kull wieħed għandu karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta' kwalità (Qualitätswein), inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) u inbid spumanti ta' kwalità minn reġjuni definiti (Sekt b.A.).

L-inbejjed Uhlen Blaufüsser Lay li jkunu għadhom ma mmaturawx, għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir iktar intens hekk kif il-prodott jimmatura, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament.

L-aromi tal-inbejjed huma definiti minn interazzjoni ta' ħjiel ta' frott u ta' minerali tipiċi tal-lavanja. Is-sediment iktar tafli tal-istrati profondi tal-oċean jagħtu t-togħma lil Uhlen Blaufüsser Lay (Uhlen Blaufüßer Lay), li ta' spiss tista' tiġi deskritta bħala “xi ftit jew wisq aktar friska”. Ħafna drabi, l-istruttura u l-minerali mikrokristallini u pikkanti tant jinħassu sottili u ħfief fuq l-ilsien li jfakkru fiż-żiffiet tal-baħar aromatiċi. F'xi snin, huwa possibbli wkoll li wieħed itiegħem il-jodju mielaħ tal-baħar. Fil-każ tal-inbejjed Sekt b.A., il-firxa deskritta ta' aromi u togħmiet tal-inbejjed Prädikatswein hija qawwija u intensifikata bid-diossidu tal-karbonju użat fil-produzzjoni tal-inbid spumanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa massima alkoħolika totali (f'% ta' volum):

13,5

Qawwa alkoħolika reali minima (f'% ta' volum):

11,5

Aċidità totali minima:

5,0 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

1,08

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru):

185

5.   Prattiki għall-produzzjoni tal-inbid

a.    Prattiki enoloġiċi essenzjali

Restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tal-inbejjed

Dawn li ġejjin mhumiex permessi: sorbat tal-potassju, liżożima, dikarbonat tad-dimetil, elettrodijaliżi, skambjaturi ta' katoni, konċentrazzjoni (krijokonċentrazzjoni, osmosi, kolonna ċentrifuga konikali), taħlil bil-most tal-għeneb, biċċiet tal-ballut jew preparati.

Inbid ta' kwalità

Prattika enoloġika speċifika

Mill-inqas 88 °Oechsle; aċidità massima = 7,5 g/l; tisħiħ tal-inbid sa massimu ta' 14,0 % skont il-volum.

Sa 100 °Oechsle u nbejjed imqawwija: kontenut massimu ta' zokkor residwu = “nofsu misjur” skont il-liġi tal-inbid.

Iktar minn 100 °Oechsle: kontenut massimu ta' zokkor residwu = piż tal-most/3

Inbid b'attributi speċjali

Prattika enoloġika speċifika

“Auslese”: mill-inqas 105 °Oechsle; kontenut massimu ta' zokkor residwu = 90 g/l

“Beerenauslese”: mill-inqas 130 °Oechsle; kontenut massimu ta' zokkor residwu = 150 g/l

“Trockenbeerenauslese”: mill-inqas 180 °Oechsle; kontenut massimu ta' zokkor residwu = 180 g/l

“Eiswein”: mill-inqas 130 °Oechsle; kontenut massimu ta' zokkor residwu = 150 g/l

Inbid spumanti ta' kwalità minn reġjuni definiti

Prattika enoloġika speċifika: fermentazzjoni tradizzjonali fil-flixkun

b.    Rendimenti massimi

70 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona demarkata

Uhlen Blaufüsser Lay hija parti mid-DOP “Mosel” (Nru tar-reġistrazzjoni PDO-DE-A1270).

Il-vinji ta' Uhlen Blaufüsser Lay jinsabu fiż-żona ta' Winningen tad-distrett rurali ta' Mayen-Koblenz fir-Rhineland-Palatinate. L-isem “Blaufüßer Lay” huwa rreġistrat fir-reġistru tal-artijiet bħala diviżjoni ta' għalqa fil-miftuħ. Għal iktar minn għaxar snin, ismu deher fuq it-tikkettar bħala indikazzjoni tal-formazzjoni tax-shale. It-terminu “Blumslay” (minn Blaufüßer Lay – Blauslay – Blooslay – Blumslay), kelma bid-djalett li sabet ruħha fil-Ġermaniż uffiċjali, jirreferi għal punt ta' osservazzjoni fuq il-vinji. Iż-żona tibda bir-roqgħa art 2219/1 u tispiċċa fid-direzzjoni tax-xmara bir-roqgħiet art 2179, 2181/1, 2186, 2190, 2189/2.

Il-prodotti bid-DOP “Uhlen Blaufüsser Lay” jistgħu jiġu prodotti fiż-żona rreġistrata tad-DOP “Mosel” (Nru tar-reġistrazzjoni PDO-DE-A1270). Iż-żona demarkata tinsab fil-Mosel DOP.

L-art ta' Uhlen Blaufüßer Lay tkopri żona ta' 1,96 ha

7.   Għeneb tal-inbid ewlieni

Weißer Riesling

8.   Deskrizzjoni tar-rabtiet

Il-vinji ta' Uhlen Blaufüsser Lay jinsabu fil-pajsaġġ imtarraġ tal-Mosel Inferjuri. L-istrutturi mtarrġa ta' Uhlen Blaufüsser Lay huma rranġati b'konfigurazzjoni tradizzjonali b'orjentazzjoni lejn il-Lbiċ u jinsabu f'altitudni ta' bejn madwar 75 m u 210 m 'il fuq mil-livell tal-baħar. It-temperatura medja ta' 11,6 °C tul dawn l-aħħar ħames snin kienet relattivament għolja, kif mistenni f'altitutdni baxxa bħal din. Il-livelli baxxi ta' xita (madwar 620 mm) u l-għadd kbir ta' sigħat ta' xemx (1 922) joħolqu mikroklima li hija pjuttost differenti miż-żoni l-oħra tad-DOP “Mosel” u b'mod partikolari hija responsabbli għall-maturità partikolari tal-għeneb (qawwa alkoħolika potenzjali għolja b'aċidità baxxa u fenoli maturi). Jingħad li l-inbejjed huma espressivi ħafna u għandhom togħma qawwija ħafna. Il-kundizzjonijiet ġeografiċi partikolari tar-reġjun ta' Uhlen Blaufüsser Lay jgħinu ħafna biex l-għeneb jikseb il-maturità fiżjoloġika u jsawru t-togħma individwali tal-inbejjed li jiġu prodotti hemm.

Fl-iskeda taż-żmien ġeoloġiku, Uhlen Blaufüßer Lay jaqa' taħt is-sistema Devonjana u s-serje Devonjana Inferjuri. B'mod aktar speċifiku, iż-żona tikkonsisti f'sedimenti mis-sublivelli ta' Oberems/Laubach u f'sedimenti iktar qodma mil-livelli ta' Laubach. Iż-żieda fil-fond tal-baħar tidher mill-pakketti magħqudin ta' xaħx u lavanja skuri. Il-ħamrija mimlija blat esposta għall-kundizzjonijiet tat-temp li tirriżulta minn dawn is-sedimenti tagħmel parti minn regosol ta' tipi differenti ta' shale tafli ħafna u xaħxi. Il-kontenut ogħla ta' tafal tal-ħamrija joħloq kapaċità ogħla fil-ħamrija u temperatura medja tal-ħamrija iktar baxxa fl-istrati iktar baxxi, meta mqabbel ma' DOPs ġirien. Minħabba f'dan, hemm differenzi organolettiċi konsiderevoli meta mqabbla ma' DOPs ġirien. Uhlen Blaufüsser Lay għandu sehem iżgħar ta' komponenti ta' frott f'riħa ġeneralment mhux qawwija. L-impressjoni minerali u olfattiva li tirriżulta, tkompli fil-palat b'sensazzjoni li ħafna drabi tiġi deskritta bħala “tajba, friska, ċara”.

L-influwenza tal-bniedem hija bbażata fuq tradizzjoni ta' produzzjoni tal-inbid li tmur lura għal eluf ta' snin. L-arti tat-tħawwil tal-vinji fi strutturi mtarrġin appoġġati minn ħitan tal-ġebel niexef tmur lura għal żmien ir-Rumani. Fis-sena 380 AD, il-poeta Ruman, Ausonius, iddeskriva lil dan il-bini bħala “anfiteatri”. Is-sejba ta' flus Rumani fl-istrutturi mtarrġin li probabbilment kienu maħsuba għall-offerti, huma prova oħra ta' din il-prattika. L-inbid ilu jiġi prodott f'din iż-żona minn dak iż-żmien. Tul is-sekli, il-kwalità tal-produzzjoni kompliet tiġi mtejba permezz tal-iżvilupp ta' varjetajiet ġodda tal-għeneb (il-varjetà Riesling mill-bidu tas-seklu 19) u modi ġodda ta' kultivazzjoni (fil-buxxijiet, fuq il-bsaten jew fi strutturi tal-wajer). Fl-għexieren ta' snin riċenti, iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni ambjentali wasslet għal użu dejjem inqas ta' fertilizzanti minerali li jinħallu ħafna. Minħabba f'dan, il-popolazzjonijiet ta' mikroflora u mikrofawna naturali reġgħu lura fil-ħamrija, u dan wassal biex isir aktar assorbiment ta' nutrijenti, kif ukoll biex isiru aktar proċessi ta' skambju ta' katonji bħala riżultat tal-inkorporazzjoni ta' molekuli kumplessi li jinteraġixxu b'mod simbjotiku mal-mikrobi li jinsabu fix-xniexel. Dawn il-mikrobi jistgħu jintużaw bħala trażmettituri bejn is-sustanzi organiċi u l-minerali speċifiċi li jinsabu fil-ħamrija, u b'hekk jagħmlu t-togħma tal-inbid iktar unika.

Ir-rabta deskritta hawn fuq tapplika bl-istess mod għall-inbid spumanti ta' kwalità minn reġjuni definiti.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħra

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta' kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-informazzjoni li jeħtieġ tingħata fuq it-tikketti u l-imballaġġ hija definita mil-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u fl-Istat Federali tar-Rhineland-Palatinate. Qabel ma t-termini tradizzjonali assoċjati ma' din id-denominazzjoni ta' oriġini jkunu jistgħu jintużaw fuq it-tikketta tiegħu, l-inbid irid ikun għadda minn spezzjoni uffiċjali. L-inbejjed li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti fil-kuntest ta' dik l-ispezzjoni uffiċjali biss jingħataw in-numri tal-ispezzjoni uffiċjali, u kull wieħed minnhom jinkludi diversi numri (“numru AP”) li jindikaw il-korp tal-ispezzjoni, in-numru tal-azjenda, in-numru ta' nbejjed sottomessi għall-ispezzjoni u s-sena meta jkunu ġew sottomessi jew meta jkun inħareġ in-numru tal-ispezzjoni. In-numru tal-ispezzjoni jrid jiġi indikat fuq it-tikketta. It-termini tradizzjonali “Qualitätswein”, “Prädikatswein” and “Sekt b.A.” huma assoċjati mad-denominazzjoni ta' oriġini u jistgħu jiġu sostitwiti bid-denominazzjoni “DOP”.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.ble.de/DE/04_Programme/09_EU-Qualitaetskennzeichen/02_EUBezeichnungenWein/Antraege.html?nn=3057588

7.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/8

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Awwissu 2018

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(Uhlen Roth Lay (DOP))

(2018/C 277/04)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ġermanja bagħtet applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Uhlen Roth Lay” skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat dik l-applikazzjoni skont l-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 ta’ dak ir-Regolament huma ssodisfati.

(3)

Biex ikunu jistgħu jitressqu dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) ta’ dak ir-Regolament u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li saret waqt il-proċedura nazzjonali preliminari għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Uhlen Roth Lay” jenħtieġ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Id-Dokument Uniku stabbilit skont l-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-isem “Uhlen Roth Lay” (DOP) jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

B’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-protezzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

ANNESS

DOKUMENT UNIKU

“Uhlen Roth Lay”

PDO-DE-02083

Data tal-applikazzjoni: 26.3.2015

1.   Imsijiet li jridu jiġu rreġistrati

Uhlen Roth Lay

2.   Tip tal-indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta' oriġini protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid frizzanti ta' kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbejjed

Inbid ta' kwalità

Inbejjed bojod Riesling immaturati fl-inħawi ta' Uhlen Roth Lay. Hemm tliet tipi ta' prodotti tad-dwieli, ilkoll b'karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta' kwalità, inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid frizzanti ta' kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Roth Lay ġodda jkollhom lewn isfar ċar, u xi drabi ħadrani, li jsir aktar intens maż-żmien, sakemm jimmatura għalkollox u jikseb lewn dehbien sublimi u rikk. L-aromi tal-inbejjed huma definiti bl-interazzjoni tas-sensazzjonijiet tal-frott u bi ħjiel tal-minerali tipiċi tal-lavanja, ħafna drabi kkaratterizzati minn elementi pikkanti metalliċi friski iżda limitati li jagħtu sensazzjoni mirquma lill-palat. Ħafna drabi l-aromi tal-inbejjed ftit li xejn ikunu minn fost l-aromi magħrufa tal-frott. Xi drabi jkollhom ħjiel ta' tuffieħ tal-ħarifa misjur, filwaqt li xi drabi tista' tinxtamm aroma delikata ta' vjoletti mħallta ma' għud is-sus.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa massima alkoħolika totali (f'% ta' volum):

15,0

Qawwa minima alkoħolika reali (f'% ta' volum):

11,5

Aċidità totali minima:

5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru)

1,08

Diossidu tal-kubrit total massimu (f'milligrammi għal kull litru):

250

Inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) (Auslese)

Inbejjed bojod Riesling immaturati fl-inħawi ta' Uhlen Roth Lay. Hemm tliet tipi ta' prodotti tad-dwieli, ilkoll b'karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta' kwalità, inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid frizzanti ta' kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Roth Lay ġodda jkollhom lewn isfar ċar, u xi drabi ħadrani, li jsir aktar intens maż-żmien, sakemm jimmatura għalkollox u jikseb lewn dehbien sublimi u rikk. L-aromi tal-inbejjed huma definiti bl-interazzjoni tas-sensazzjonijiet tal-frott u bi ħjiel tal-minerali tipiċi tal-lavanja, ħafna drabi kkaratterizzati minn elementi pikkanti metalliċi friski iżda limitati li jagħtu sensazzjoni mirquma lill-palat. Ħafna drabi l-aromi tal-inbejjed ftit li xejn ikunu minn fost l-aromi magħrufa tal-frott. Xi drabi jkollhom ħjiel ta' tuffieħ tal-ħarifa misjur, filwaqt li xi drabi tista' tinxtamm aroma delikata ta' vjoletti mħallta ma' għud is-sus. Fil-każ tal-inbejjed Auslese, il-firxa ta' aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għandha ċerta ħlewwa sottostanti u delikata.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa massima alkoħolika totali (f'% ta' volum):

41,0

Qawwa minima alkoħolika reali (f'% ta' volum):

5,5

Aċidità totali minima:

7,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru)

2,1

Diossidu tal-kubrit total massimu (f'milligrammi għal kull litru):

350

Inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) (Beerenauslese, Trockenbeerenauslese u Eiswein)

Inbejjed bojod Riesling immaturati fl-inħawi ta' Uhlen Roth Lay. Hemm tliet tipi ta' prodotti tad-dwieli, ilkoll b'karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta' kwalità, inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid frizzanti ta' kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Roth Lay ġodda jkollhom lewn isfar ċar, u xi drabi ħadrani, li jsir aktar intens maż-żmien, sakemm jimmatura għalkollox u jikseb lewn dehbien sublimi u rikk. L-aromi tal-inbejjed huma definiti bl-interazzjoni tas-sensazzjonijiet tal-frott u bi ħjiel tal-minerali tipiċi tal-lavanja, ħafna drabi kkaratterizzati minn elementi pikkanti metalliċi friski iżda limitati li jagħtu sensazzjoni mirquma lill-palat. Ħafna drabi l-aromi tal-inbejjed ftit li xejn ikunu minn fost l-aromi magħrufa tal-frott. Xi drabi jkollhom ħjiel ta' tuffieħ tal-ħarifa misjur, filwaqt li xi drabi tista' tinxtamm aroma delikata ta' vjoletti mħallta ma' għud is-sus. Fil-każ tal-inbejjed Auslese, il-firxa ta' aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għandha ċerta ħlewwa sottostanti u delikata, li tkun aktar kremuża fil-każ tal-inbejjed Beerenauslese, u jaf ikollha ħjiel ta' għasel. Dawn l-aspetti tat-togħmiet tal-inbejjed huma ferm aktar evidenti fl-inbejjed Trockenbeerenauslese. Filwaqt li fil-każ tal-inbejjed Eiswein, il-firxa ta' aromi u togħmiet deskritta hawn fuq tinkludi ċerta aċidità pikkanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa massima alkoħolika totali (f'% ta' volum):

41,0

Qawwa minima alkoħolika reali (f'% ta' volum):

5,5

Aċidità totali minima:

7,0 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru)

2,1

Diossidu tal-kubrit total massimu (f'milligrammi għal kull litru):

400

Sekt b.A. (inbid frizzanti ta' kwalità minn reġjuni definiti)

Inbejjed bojod Riesling immaturati fl-inħawi ta' Uhlen Roth Lay. Hemm tliet tipi ta' prodotti tad-dwieli, ilkoll b'karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta' kwalità, inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid frizzanti ta' kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Roth Lay ġodda jkollhom lewn isfar ċar, u xi drabi ħadrani, li jsir aktar intens maż-żmien, sakemm jimmatura għalkollox u jikseb lewn dehbien sublimi u rikk. L-aromi tal-inbejjed huma definiti bl-interazzjoni tas-sensazzjonijiet tal-frott u bi ħjiel tal-minerali tipiċi tal-lavanja, ħafna drabi kkaratterizzati minn elementi pikkanti metalliċi friski iżda limitati li jagħtu sensazzjoni mirquma lill-palat. Ħafna drabi l-aromi tal-inbejjed ftit li xejn ikunu minn fost l-aromi magħrufa tal-frott. Xi drabi jkollhom ħjiel ta' tuffieħ tal-ħarifa misjur, filwaqt li xi drabi tista' tinxtamm aroma delikata ta' vjoletti mħallta ma' għud is-sus. Fil-każ ta' inbejjed Sekt b.A., il-firxa deskritta ta' aromi u togħmiet tal-inbejjed Prädikatswein hi msaħħa u intensifikata bid-diossidu tal-karbonju użat fil-produzzjoni tal-inbid frizzanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa massima alkoħolika totali (f'% ta' volum):

13,5

Qawwa minima alkoħolika reali (f'% ta' volum):

11,5

Aċidità totali minima:

5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru)

1,08

Diossidu tal-kubrit total massimu (f'milligrammi għal kull litru):

185

5.   Prattiki enoloġiċi

a.    Prattiki enoloġiċi essenzjali

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Dawn li ġejjin mhumiex permessi: is-sorbat tal-potassju, il-liżożima, id-dikarbonat tad-dimetil, l-elettrodialiżi, id-dealkoħolizzazzjoni, skambjatur tal-katjoni, konċentrazzjoni (krijokonċentrazzjoni, ożmożi, kolonna ċentrifuga konika), iż-żieda ta' ħlewwa mal-most tal-għeneb, laqx tal-ballut jew preparazzjonijiet.

Inbid ta' kwalità

Prattika enoloġika speċifika

Mill-inqas 88 °Oechsle; aċidità massima = 7,5 g/l; tisħiħ sa massimu ta' 14,0 % skont il-volum.

Sa 100 °Oechsle u nbejjed imsaħħa: kontenut massimu ta' zokkor residwu = “daqsxejn xott” skont il-liġi dwar l-inbejjed

Aktar minn 100 °Oechsle: kontenut massimu ta' zokkor residwu = piż tal-most/3

Inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein), miżjud bi: Auslese, Beerenauslese, Trockenbeerenauslese, Eiswein

Prattika enoloġika speċifika

Auslese: mill-inqas 105 °Oechsle; kontenut minimu ta' zokkor residwu = 90 g/l

Beerenauslese: mill-inqas 130 °Oechsle; kontenut minimu ta' zokkor residwu = 150 g/l

Trockenbeerenauslese: mill-inqas 180 °Oechsle; kontenut minimu ta' zokkor residwu = 180 g/l

Eiswein: mill-inqas 130 °Oechsle; kontenut minimu ta' zokkor residwu = 150 g/l

Sekt b.A. (inbid frizzanti ta' kwalità minn reġjuni definiti)

Prattika enoloġika speċifika:

fermentazzjoni tradizzjonali fil-flixkun

b.    Rendimenti massimi

70 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona demarkata

Uhlen Roth Lay hu parti mid-DOP “Mosel” (in-numru tar-reġistrazzjoni PDO-DE-A1270). Il-vinji ta' Uhlen Roth Lay jinsabu fiż-żoni ta' Kobern u Winningen fid-distrett rurali ta' Mayen-Koblenz fl-Istat Federali tar-Rhineland-Palatinate. Imsemmija għall-ogħla quċċata tal-foresta “l fuq mill-vinji u għall-blat ħamrani, din il-parti tal-inħawi ta' Uhlen ilha minn dejjem magħrufa bħala ‘Uhlen Roth Lay’. Iż-żona tibda bl-ewwel xaqliba tal-vinji fil-wied ta' Belltal – l-irqajja” 262/54 u 156/53 – u tispiċċa fix-xaqliba b'dawn l-irqajja' li ġejjin: 6/1, 117/1 u 2394/3.

Il-prodotti bit-tikketta tad-DOP “Uhlen Roth Lay” jistgħu jsiru fiż-żona tad-DOP “Mosel” irreġistrata (bin-numru tar-reġistrazzjoni PDO-DE-A1270). Iż-żona ddefinita hi koperta mid-DOP “Mosel”.

L-inħawi ta' Uhlen Roth Lay ikopru żona ta' 15,97 ettaru.

7.   L-għeneb tal-inbid ewlieni

Weißer Riesling

8.   Deskrizzjoni tar-rabtiet

Il-vinji ta' Uhlen Roth Lay jinsabu fuq il-meded imtarrġa tal-Mosell tan-naħa t'isfel. Il-meded imtarrġa ta' Uhlen Roth Lay għandhom sura tradizzjoni orjentati lejn in-Nofsinhar u jinsabu f'altitudni ta' bejn 75 m u 210 m 'il fuq mill-livell tal-baħar. B'temperatura ta' 11,6 °C, it-temperatura medja tul l-aħħar ħames snin kienet relattivament għolja, kif ikun mistenni f'dik l-altitudni baxxa. Il-livelli baxxi ta' xita (madwar 620 mm) u l-għadd kbir ta' sigħat ta' xemx (1 922) joħolqu mikroklima pjuttost differenti minn ta' nħawi oħra tad-DOP “Mosel” u huma fatturi importanti l-aktar għall-maturità tal-għeneb (qawwa alkoħolika potenzjali għolja b'aċidità baxxa u b'fenoli maturi). Jingħad li l-inbejjed huma espressivi ħafna u għandhom togħma kompluta ħafna. Il-kundizzjonijiet ġeoloġiċi partikolari fir-reġjun ta' Uhlen Roth Lay jgħinu l-għeneb jilħaq il-maturità fiżjoloġika u jagħtu t-togħma individwali lill-inbejjed imkabbra hemm. Tul l-iskeda ġeoloġika taż-żmien, Uhlen Roth Lay tħaddem is-sistema antika tal-Perjodu Devonjan, is-serje Devonjana Inferjuri. B'mod aktar speċifiku, iż-żona fiha sedimenti tas-sottolivelli ta' Oberems/Laubach li jikkonsistu mill-kwarzit Ems u mill-parti l-antika tas-saffi ta' Hohenrhein. Il-blat għandu kontenut qawwi ta' manjeżju, aluminju u, b'mod partikolari, ta' ħadid. Xi blat għandu 8 % ossidi tal-ħadid inkorporati fi globuli ċkejknin sa 0,25 mm bejn ir-ramel. Il-biċċiet individwali jitwaħħdu flimkien bis-silika, u b'hekk il-blat hu iebes ħafna. Il-ħamrija matura bil-blat li tinħoloq hi regosol magħmul minn diversi lavanji, ħafna minnhom bil-ħama u ramlin. Il-pH tal-ħamrija hi aktar baxxa miż-żoni ġirien tad-DOP (madwar 6,0 meta mqabblin mas-7,5 fiż-żoni ġirien). Il-fatt li l-ħamrija fiha relattivament ftit partikoli tat-tafal iżda għandha livell għoli ta' ġebel (aktar minn 50 %) ifisser li din hi ventilata sal-ifnad saffi tagħha. Dan flimkien mal-mikrofawna u l-mikroflora speċifiċi jimplikaw li l-inbejjed ta' dan ir-reġjun għandhom proprjetajiet organolettiċi tassew differenti minn dawk magħmulin fiż-żoni ġirien tad-DOP. Ħafna nbejjed Uhlen Roth Lay għandhom karattru rfinut sew. Minkejja li ħafna drabi jkunu magħluqin ħafna, l-inbejjed ġodda għandhom potenzjal enormi fejn tidħol il-maturazzjoni. L-influwenza tal-bniedem ġejja minn tradizzjoni ta' vitikultura li tmur lura eluf ta' snin. L-arti għat-tħawwil tal-vinji fuq ir-raba' mtarraġ milqugħ b'ħitan tal-ġebel niexef tmur lura għal żmien ir-Rumani. Fis-sena 380 AD, il-poeta Ruman Ausonius sejjaħ dawn il-kostruzzjonijiet bħala “amfiteatri”. L-iskoperta tal-muniti Rumani fir-raba' mtarraġ, li aktarx kienu maħsuba bħala offerti, hi evidenza oħra ta' din il-prattika. L-inbid ilu jitkabbar f'din iż-żona sa minn dak iż-żmien. Matul is-sekli, il-kwalità tal-produzzjoni kompliet titjieb bl-iżvilupp ta' varjetajiet ġodda ta' għenba (il-varjetà Riesling sa mill-bidu tas-seklu 19) u modi ġodda ta' tkabbir (f'arbuxelli, mal-lasti jew mal-ħbula). F'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, qed jiżdied l-għarfien ambjentali u għaldaqstant qed jonqos ferm l-użu tal-fertilizzanti minerali li jinħallu ħafna. Minħabba f'hekk, il-popolazzjonijiet tal-mikroflora u tal-mikrofawna naturali reġgħu lura fil-ħamrija u dawn ikkawżaw l-assorbiment tan-nutrijenti u proċessi ta' skambju tal-katjoni dejjem, aktar u aktar minħabba l-inkorporazzjoni ta' molekuli kumplessi li jinteraġixxu b'mod simbjotiku ma' mikrobi misjuba fuq estensjonijiet radikali ħoxnin. Dawn il-mikrobi jistgħu jintużaw bħala trażmettituri bejn sustanzi organiċi u minerali speċifiċi li jinsabu fil-ħamrija, u b'hekk jagħtu togħma aktar unika lill-inbid.

Ir-rabta deskritta hawn fuq tapplika bl-istess mod għall-inbejjed Sekt b.A.

9.   Kundizzjonijiet oħra essenzjali

Qafas ġuridiku:

Il-liġi nazzjonali

Tip ta' kundizzjoni oħra:

Rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-informazzjoni li trid tingħata fuq it-tikketti u l-imballaġġ hi definita mil-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u fl-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate. Qabel ma t-termini tradizzjonali assoċjati ma' din id-denominazzjoni tal-oriġini jkunu jistgħu jintużaw fuq it-tikketta, l-inbid irid ikun sarlu spezzjoni uffiċjali. L-inbejjed biss li jissodisfaw ir-rekwiżiti partikolari ta' dik l-ispezzjoni uffiċjali jingħataw numru uffiċjali tal-ispezzjoni magħmul minn bosta ċifri li jindikaw l-awtorità tal-ispezzjoni, in-numru tal-azjenda, l-għadd ta' nbejjed ippreżentati għall-ispezzjoni u għas-sena meta tressqu u meta nħareġ in-numru tal-ispezzjoni. In-numru tal-ispezzjoni jrid jiġi indikat fuq it-tikketta. It-termini tradizzjonali “Qualitätswein”, “Prädikatswein” u “Sekt b.A.” huma assoċjati mad-denominazzjoni tal-oriġini u jistgħu jieħdu post id-denominazzjoni “DOP”.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.ble.de/DE/04_Programme/09_EU-Qualitaetskennzeichen/02_EUBezeichnungenWein/Antraege.html?nn=3057588

7.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/13

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Awwissu 2018

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(Uhlen Laubach (DOP))

(2018/C 277/05)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ġermanja bagħtet applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Uhlen Laubach” skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat dik l-applikazzjoni skont l-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 ta’ dak ir-Regolament huma ssodisfati.

(3)

Biex ikunu jistgħu jitressqu dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) ta’ dak ir-Regolament u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li saret waqt il-proċedura nazzjonali preliminari għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Uhlen Laubach” jenħtieġ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Id-Dokument Uniku stabbilit skont l-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-isem “Uhlen Laubach” (DOP) jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

B’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-protezzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

ANNESS

DOKUMENT UNIKU

“Uhlen Laubach”

PDO-DE-02082

Data tal-applikazzjoni: 26.3.2015

1.   Imsijiet li jridu jiġu rreġistrati

Uhlen Laubach

2.   Tip tal-indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta' oriġini protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid frizzanti ta' kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbejjed

Inbid ta' kwalità

Inbejjed bojod Riesling immaturati fl-inħawi ta' Uhlen Laubach. Hemm tliet tipi ta' prodotti tad-dwieli, ilkoll b'karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta' kwalità, inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid frizzanti ta' kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Laubach ġodda jkollhom lewn isfar ċar, u xi drabi ħadrani, li jsir aktar intens maż-żmien, sakemm jimmatura għalkollox u jikseb lewn dehbien sublimi u rikk. L-aromi tal-inbejjed huma definiti bl-interazzjoni tas-sensazzjonijiet tal-frott u bi ħjiel tal-minerali tipiċi tal-lavanja. B'kontenut ta' ġir ta' 25 sa 45 %, il-lavanja Laubach griża hi waħda mill-aktar blatiet kalkarji fir-reġjun tal-Mosell. Dan jispjega l-aroma, li ħafna drabi jkolha ħjiel ta' affumikar frisk u ġellewż, u t-togħma ġeneralment rabta u aktar sħiħa tal-inbejjed li jimmaturaw hemmhekk. Filwaqt li sħuna u żejtnija, ħafna mill-inbejjed għandhom togħma affaxxinanti sħiħa u profonda. L-inbejjed huma kremużi u b'mod ġenerali lesti biex jiġu kkunsmati wara perjodu qasir ħafna ta' maturazzjoni.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (% tal-volum):

15,0

Qawwa alkoħolika reali minima (% tal-volum):

11,5

Aċidità totali minima:

5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

1,08

Diossidu tal-kubrit total massimu (f'milligrammi għal kull litru):

250

Inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein), miżjud bi: Auslese

Inbejjed bojod Riesling immaturati fl-inħawi ta' Uhlen Laubach. Hemm tliet tipi ta' prodotti tad-dwieli, ilkoll b'karatteristiċi kemxejn differenti: inbid ta' kwalità, inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid frizzanti ta' kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Laubach ġodda jkollhom lewn isfar ċar, u xi drabi ħadrani, li jsir aktar intens maż-żmien, sakemm jimmatura għalkollox u jikseb lewn dehbien sublimi u rikk. L-aromi tal-inbejjed huma definiti bl-interazzjoni tas-sensazzjonijiet tal-frott u bi ħjiel tal-minerali tipiċi tal-lavanja. B'kontenut ta' ġir ta' 25 sa 45 %, il-lavanja Laubach griża hi waħda mill-aktar blatiet kalkarji fir-reġjun tal-Mosell. Minħabba f'hekk l-inbejjed li jimmaturaw hawnhekk ikollhom aroma ħafna drabi ta' affumikar frisk u ġellewż, u togħma ġeneralment ratba u aktar sħiħa. Filwaqt li sħuna u żejtnija, ħafna mill-inbejjed għandhom togħma affaxxinanti sħiħa u profonda. L-inbejjed huma kremużi u b'mod ġenerali lesti biex jiġu kkunsmati wara perjodu qasir ħafna ta' maturazzjoni. Il-firxa deskritta ta' aromi u togħmiet għandha ċertu ħlewwa sottostanti li hi delikata fil-każ tal-inbejjed Auslese u aktar kremuża fil-każ tal-inbejjed Beerenauslese, u jaf ikollha ħjiel ta' għasel. Dawn l-aspetti tat-togħmiet tal-inbejjed huma ferm aktar evidenti fl-inbejjed Trockenbeerenauslese. Filwaqt li fl-inbejjed Eiswein, il-firxa deskritta ta' aromi u togħmiet tinkludi ċerta aċidità pikkanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (% tal-volum):

41,0

Qawwa alkoħolika reali minima (% tal-volum):

5,5

Aċidità totali minima:

7,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

2,1

Diossidu tal-kubrit total massimu (f'milligrammi għal kull litru):

350

Inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein), b'deżinjazzjoni addizzjonali Beerenauslese, Trockenbeerenauslese jew Eiswein

L-inbejjed Uhlen Laubach ġodda jkollhom lewn isfar ċar, u xi drabi ħadrani, li jsir aktar intens maż-żmien, sakemm jimmatura għalkollox u jikseb lewn dehbien sublimi u rikk. L-aromi tal-inbejjed huma definiti bl-interazzjoni tas-sensazzjonijiet tal-frott u bi ħjiel tal-minerali tipiċi tal-lavanja. B'kontenut ta' ġir ta' 25 sa 45 %, il-lavanja Laubach griża hi waħda mill-aktar blatiet kalkarji fir-reġjun tal-Mosell. Dan jispjega l-aroma, li ħafna drabi jkolha ħjiel ta' affumikar frisk u ġellewż, u t-togħma ġeneralment rabta u aktar sħiħa tal-inbejjed li jimmaturaw hemmhekk. Filwaqt li sħuna u żejtnija, ħafna mill-inbejjed għandhom togħma affaxxinanti sħiħa u profonda. L-inbejjed huma kremużi u b'mod ġenerali lesti biex jiġu kkunsmati wara perjodu qasir ħafna ta' maturazzjoni. Fil-każ ta' inbejjed Sekt b.A., il-firxa deskritta ta' aromi u togħmiet tal-inbejjed Prädikatswein hi msaħħa u intensifikata bid-diossidu tal-karbonju użat fil-produzzjoni tal-inbid frizzanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (% tal-volum):

13,5

Qawwa alkoħolika reali minima (% tal-volum):

11,5

Aċidità totali minima:

5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

1,08

Diossidu tal-kubrit total massimu (f'milligrammi għal kull litru):

185

5.   Prattiki enoloġiċi

a.    Prattiki enoloġiċi essenzjali

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Dawn li ġejjin mhumiex permessi: is-sorbat tal-potassju, il-liżożima, id-dikarbonat tad-dimetil, l-elettrodialiżi, id-dealkoħolizzazzjoni, skambjatur tal-katjoni, konċentrazzjoni (krijokonċentrazzjoni, ożmożi, kolonna ċentrifuga konika), iż-żieda ta' ħlewwa mal-most tal-għeneb, laqx tal-ballut jew preparazzjonijiet.

Inbid ta' kwalità

Prattika enoloġika speċifika

Mill-inqas 88 °Oechsle; aċidità massima = 7,5 g/l; tisħiħ sa massimu ta' 14,0 % skont il-volum

Sa 100 °Oechsle u nbejjed imsaħħa: kontenut massimu ta' zokkor residwu = “daqsxejn xott” skont il-liġi dwar l-inbejjed

Aktar minn 100 °Oechsle: kontenut massimu ta' zokkor residwu = piż tal-most/3

Inbid b'attributi speċjali (Prädikatswein)

Prattika enoloġika speċifika

Auslese: mill-inqas 105 °Oechsle; kontenut minimu ta' zokkor residwu = 90 g/l

Beerenauslese: mill-inqas 130 °Oechsle; kontenut minimu ta' zokkor residwu = 150 g/l

Trockenbeerenauslese: mill-inqas 180 °Oechsle; kontenut minimu ta' zokkor residwu = 180 g/l

Eiswein: mill-inqas 130 °Oechsle; kontenut minimu ta' zokkor residwu = 150 g/l

Sekt b.A. (inbid frizzanti ta' kwalità minn reġjuni definiti)

Prattika enoloġika speċifika: fermentazzjoni tradizzjonali fil-flixkun

b.    Rendimenti massimi

70 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona demarkata

Uhlen Laubach hi parti mid-DOP “Mosel” (numru tar-reġistrazzjoni PDO-DE-A1270).

Il-vinji ta' Uhlen Laubach jinsabu fiż-żona ta' Winningen fid-distrett rurali ta' Mayen-Koblenz fl-Istat Federali tar-Rhineland-Palatinate. Din il-parti tar-reġjun ta' Uhlen ilha magħrufa fid-dinja tal-inbid u bnadi oħrajn għal aktar minn għaxar snin bħala “Laubach”, isem imnissel mid-definizzjoni ġeoloġika preċiża tal-lavanja li hemm f'dik iż-żona. Iż-żona tibda mix-xaqliba tal-irqajja' 256/112, 2571/118, 2581/119, 2398/0, 2395/3, 2393/0 u tispiċċa fix-xaqliba bir-roqgħa 2222/1.

Il-prodotti bit-tikketta tad-DOP “Uhlen Laubach” jistgħu jsiru fiż-żona tad-DOP “Mosel” irreġistrata (bin-numru tar-reġistrazzjoni PDO-DE-A1270). Iż-żona ddefinita hi koperta mid-DOP “Mosel”. L-inħawi ta' Uhlen Laubach ikopru żona ta' 12,84 ettaru.

7.   L-għeneb tal-inbid ewlieni

Weißer Riesling

8.   Deskrizzjoni tar-rabtiet

Il-vinji ta' Uhlen Laubach jinsabu fuq il-meded imtarrġa tal-Mosell tan-naħa t'isfel. Il-meded imtarrġa ta' Uhlen Laubach għandhom sura tradizzjoni orjentati lejn il-Lbiċ u jinsabu f'altitudni ta' bejn 75 m u 210 m 'il fuq mill-livell tal-baħar. B'temperatura ta' 11,6 °C, it-temperatura medja tul l-aħħar ħames snin kienet relattivament għolja, kif ikun mistenni f'dik l-altitudni baxxa. Il-livelli baxxi ta' xita (madwar 620 mm) u l-għadd kbir ta' sigħat ta' xemx (1 922) joħolqu mikroklima pjuttost differenti minn ta' nħawi oħra tad-DOP “Mosel” u huma fatturi importanti l-aktar għall-maturità tal-għeneb (qawwa alkoħolika potenzjali għolja b'aċidità baxxa u b'fenoli maturi). Jingħad li l-inbejjed huma espressivi ħafna u għandhom togħma kompluta ħafna. Il-kundizzjonijiet ġeoloġiċi partikolari fir-reġjun ta' Uhlen Laubach jgħinu l-għeneb jilħaq il-maturità fiżjoloġika u jagħtu t-togħma individwali lill-inbejjed imkabbra hemm. Tul l-iskeda ġeoloġika taż-żmien, Uhlen Laubach tħaddem is-sistema antika tal-Perjodu Devonjan, is-serje Devonjana Inferjuri. B'mod aktar speċifiku, iż-żona fiha sedimenti tas-sottolivelli ta' Oberems/Laubach u Lahnstein u tas-saffi ta' Laubach u Hohenrhein. Il-kontenut għoli ta' ġir li għandha ż-żona tal-lavanja jindika li qiegħ il-baħar hu aktar ċatt. B'fond minn 10 sa 20 metru, il-baħar tropikali oriġinarjament kellu biżżejjed ossiġnu biex ikunu jistgħu jikbru l-qroll u l-maskli li issa jinsabu fil-lavanja. Il-ħamrija matura bil-blat li tinħoloq hi regosol magħmul minn diversi lavanji, ħafna minnhom bil-ħama. Il-kontenut ta' ġir fil-ħamrija hu ferm ogħla miż-żoni ġirien tad-DOP, jiġiferi anki l-pH tal-ħamrija hu ogħla (7,5 meta mqabbel ma' 6,0 fiż-żoni ġirien). Il-partikoli individwali tal-ħamrija huma miżmuma flimkien fil-parti l-kbira bil-karbonati. Il-fatt li l-ħamrija fiha relattivament ftit partikoli tat-tafal iżda għandha livell għoli ta' ġebel (aktar minn 50 %) ifisser li din hi ventilata sal-ifnad saffi tagħha. Dan, flimkien ma' kontenut għoli ta' ġir u u l-mikrofawna u l-mikroflora speċifiċi, b'mod partikolari, jimplikaw li l-inbejjed ta' dan ir-reġjun għandhom proprjetajiet organolettiċi tassew differenti minn dawk magħmulin fiż-żoni ġirien tad-DOP. Ħafna drabi l-inbejjed Uhlen Laubach ikollhom aroma kemxejn affumikata. It-togħma tagħhom normalment jingħad li tkun sħiħa u ratba, ħafifa u żejtnija. Dawn huma ferm aktar kremużi mill-inbejjed taż-żoni ġirien tad-DOP. B'mod ġenerali dawn ikunu lesti għall-konsum wara perjodu qasir ħafna ta' maturazzjoni. L-influwenza tal-bniedem ġejja minn tradizzjoni ta' vitikultura li tmur lura eluf ta' snin. L-arti għat-tħawwil tal-vinji fuq ir-raba' mtarraġ milqugħ b'ħitan tal-ġebel niexef tmur lura għal żmien ir-Rumani. Fis-sena 380 AD, il-poeta Ruman Ausonius sejjaħ dawn il-kostruzzjonijiet bħala “amfiteatri”. L-iskoperta tal-muniti Rumani fir-raba' mtarraġ, li aktarx kienu maħsuba bħala offerti, hi evidenza oħra ta' din il-prattika. L-inbid ilu jitkabbar f'din iż-żona sa minn dak iż-żmien. Matul is-sekli, il-kwalità tal-produzzjoni kompliet titjieb bl-iżvilupp ta' varjetajiet ġodda ta' għenba (il-varjetà Riesling sa mill-bidu tas-seklu 19) u modi ġodda ta' tkabbir (f'arbuxelli, mal-lasti jew mal-ħbula). F'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, qed jiżdied l-għarfien ambjentali u għaldaqstant qed jonqos ferm l-użu tal-fertilizzanti minerali li jinħallu ħafna. Minħabba f'hekk, il-popolazzjonijiet tal-mikroflora u tal-mikrofawna naturali reġgħu lura fil-ħamrija u dawn ikkawżaw l-assorbiment tan-nutrijenti u proċessi ta' skambju tal-katjoni dejjem, aktar u aktar minħabba l-inkorporazzjoni ta' molekuli kumplessi li jinteraġixxu b'mod simbjotiku ma' mikrobi misjuba fuq estensjonijiet radikali ħoxnin. Dawn il-mikrobi jistgħu jintużaw bħala trażmettituri bejn sustanzi organiċi u minerali speċifiċi li jinsabu fil-ħamrija, u b'hekk jagħtu togħma aktar unika lill-inbid.

Ir-rabta deskritta hawn fuq tapplika bl-istess mod għall-inbejjed Sekt b.A.

9.   Kundizzjonijiet oħra essenzjali

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta' kundizzjoni oħra:

Rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-informazzjoni li trid tingħata fuq it-tikketti u l-imballaġġ hi definita mil-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u fl-Istat Federali ta' Rhineland-Palatinate. Qabel ma t-termini tradizzjonali assoċjati ma' din id-denominazzjoni tal-oriġini jkunu jistgħu jintużaw fuq it-tikketta, l-inbid irid ikun sarlu spezzjoni uffiċjali. L-inbejjed biss li jissodisfaw ir-rekwiżiti partikolari ta' dik l-ispezzjoni uffiċjali jingħataw numru uffiċjali tal-ispezzjoni magħmul minn bosta ċifri li jindikaw l-awtorità tal-ispezzjoni, in-numru tal-azjenda, l-għadd ta' nbejjed ippreżentati għall-ispezzjoni u għas-sena meta tressqu u meta nħareġ in-numru tal-ispezzjoni. In-numru tal-ispezzjoni jrid jiġi indikat fuq it-tikketta. It-termini tradizzjonali “Qualitätswein”, “Prädikatswein” u “Sekt b.A.” huma assoċjati mad-denominazzjoni tal-oriġini u jistgħu jieħdu post id-denominazzjoni “DOP”.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.ble.de/DE/04_Programme/09_EU-Qualitaetskennzeichen/02_EUBezeichnungenWein/Antraege.html?nn=3057588

V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/18

Notifka minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8966 — PGA Motors/Fiber/Bernard Participations)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 277/06)

1.   

Fil-31 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

PGA Motors SAS (PGA Motors, Franza), li tappartjeni għall-grupp Emil Frey,

Fiber SC (Fiber, Franza),

Bernard Participations (Franza).

PGA Motors takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Bernard Participations.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   PGA Motors: distribuzzjoni bl-imnut ta’ vetturi bil-mutur u l-ispare parts, u servizzi assoċjati ta’ tiswija u manutenzjoni;

—   Fiber: azzjonisti fil-familja li jikkontrollaw l-interessi f’Bernard Participations;

—   Bernard Participations: distribuzzjoni bl-imnut ta’ vetturi bil-mutur u l-ispare parts, u servizzi assoċjati ta’ tiswija u manutenzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8966 — PGA Motors/Fiber/Bernard Participations

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

7.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/20

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8879 — JERA Trading/LNG Optimisation)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 277/07)

1.   

Fil-31 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

JERA Trading Pte Ltd (“JERA Trading”, Singapore), ikkontrollata b’mod konġunt minn Jera Co. Inc. (“JERA”, il-Ġappun), u EDF Trading Limited (“EDFT”, IR-RENJU UNIT).

LNG Optimisation (ir-Renju Unit), tappartjeni għal EDFT, li min-naħa tagħha hija sussidjarja kompletament proprjetà ta’ Electricité de France SA (“EDF”, Franza).

JERA Trading takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tan-negozju fil-kummerċ u l-ottimizzazzjoni tal-LNG ta’ EDFT (“LNG Optimisation”).

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

JERA Trading hija attiva fil-kummerċ u l-ottimizzazzjoni tal-faħam u l-merkanzija, li jinvolvi faħam fiżiku u prodotti finanzjarji. Din hija kkontrollata b’mod konġunt minn JERA, li hija attiva fix-xiri ta’ LNG u komoditajiet oħra għall-kumpaniji prinċipali tagħha, Tepco Fuel & Power, Inc. u Chubu Electric Power Co., Inc., żewġ kumpaniji Ġappuniżi tal-utilitajiet, u EDFT, kumpanija li tagħmel kummerċ fl-LNG u komoditajiet oħrajn fis-suq bl-ingrossa u tottimizza l-assi għall-kumpanija prinċipali tagħha, EDF,

LNG Optimisation hija attiva fil-kummerċ u l-ottimizzazzjoni tal-LNG.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8879 — JERA Trading/LNG Optimisation

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.

7.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/21

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9010 — JAB/Pret A Manger)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 277/08)

1.   

Fil-31 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

JAB Holdings B.V., li hija kkontrollata minn JAB Holding Company S.à r.l. (“JAB”, il-Lussemburgu),

PAM Group Limited (“Pret”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn fondi ġestiti minn Bridgepoint Advisers Limited.

JAB takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Pret kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   JAB: JAB għandha interessi f’marki tat-te, marki tal-kafè (inklużi Jacobs, Douwe Egberts u Tassimo) u negozji tal-ħobż, kafè, xarbiet mhux alkoħoliċi u doughnuts. JAB għandha interessi ta’ kontroll fil-kumpaniji li ġejjin attivi fis-settur tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel u x-xorb fiż-ŻEE: Krispy Kreme doughnuts, Espresso House, Baresso, Balzac Kafè, Coffee Company u 12oz Coffee Joint. JAB hija wkoll attiva fil-provvista bl-ingrossa ta’ kafè u xarbiet oħra sħan fiż-ŻEE kollha.

—   Pret: Pret hija bejjiegħ tal-ikel u x-xorb li toffri għażla wiesgħa ta’ ikel u xorb inklużi sandwiches, ikel sħun, insalati, sopop, prodotti moħmija, snacks, frott frisk, meraq tal-frott u kafè organiċi. Pret għandha ħwienet fir-Renju Unit, Franza, id-Danimarka, in-Netherlands u barra ż-ŻEE.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9010 — JAB/Pret A Manger