ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 258

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
23 ta' Lulju 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 258/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8936 — Cinven/Partner in Pet Foods Holdings) ( 1)

1

2018/C 258/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8997 — Whirlpool/Elica/Elica PB India Private Limited) ( 1)

1

2018/C 258/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8946 — Lindsay Goldberg/Coveris Rigid) ( 1)

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 258/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

2018/C 258/05

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu fit-2 ta’ Mejju 2018 dwar abbozz ta’ deċiżjoni fil-kawża AT.39816 — Provvisti tal-gass upstream fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant — Relatur: Il-Portugall

4

2018/C 258/06

Rapport finali tal-Uffiċjali tas-Seduta — Provvisti tal-gass upstream fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (AT.39816)

5

2018/C 258/07

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Mejju 2018 li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Il-Kawża AT.39816 — Provvisti tal-gass upstream fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant) (notifikat bid-dokument C(2018) 3106)

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 258/08

Avviż dwar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2179 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: bidla fl-isem ta’ kumpanija waħda suġġetta għar-rata ta’ dazju antidumping għall-kumpaniji li kkoperaw mhux fil-kampjun

9

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 258/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8908 — AXA/XL Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8936 — Cinven/Partner in Pet Foods Holdings)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 258/01)

Fit-13 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8936. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


23.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8997 — Whirlpool/Elica/Elica PB India Private Limited)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 258/02)

Fis-17 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8997. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


23.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8946 — Lindsay Goldberg/Coveris Rigid)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 258/03)

Fis-17 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8946. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Lulju 2018

(2018/C 258/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1670

JPY

Yen Ġappuniż

130,94

DKK

Krona Daniża

7,4520

GBP

Lira Sterlina

0,89445

SEK

Krona Żvediża

10,3908

CHF

Frank Żvizzeru

1,1633

ISK

Krona Iżlandiża

124,00

NOK

Krona Norveġiża

9,5905

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,875

HUF

Forint Ungeriż

325,63

PLN

Zloty Pollakk

4,3229

RON

Leu Rumen

4,6523

TRY

Lira Turka

5,5879

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5818

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5443

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1597

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7251

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5960

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 322,71

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,7066

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9210

HRK

Kuna Kroata

7,3956

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 941,92

MYR

Ringgit Malażjan

4,7453

PHP

Peso Filippin

62,292

RUB

Rouble Russu

74,0532

THB

Baht Tajlandiż

39,013

BRL

Real Brażiljan

4,4364

MXN

Peso Messikan

22,1573

INR

Rupi Indjan

80,3210


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


23.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu fit-2 ta’ Mejju 2018 dwar abbozz ta’ deċiżjoni fil-kawża AT.39816 — Provvisti tal-gass upstream fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant

Relatur: Il-Portugall

(2018/C 258/05)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqsam it-tħassib tal-Kummissjoni espress fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tagħha kif komunikat lill-Kumitat Konsultattiv fit-18 ta’ April 2018 skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE. Maġġoranza ta’ Stati Membri jaqblu. Minoranza ta’ Stati Membri ma jaqblux.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-proċedimenti li jikkonċernaw PJSC Gazprom u Gazprom export LLC (flimkien “Gazprom”) jistgħu jiġu konklużi permezz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Maġġoranza ta’ Stati Membri jaqblu. Minoranza ta’ Stati Membri ma jaqblux.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti minn Gazprom huma xierqa, neċessarji u proporzjonali u għandhom ikunu legalment vinkolanti fuq Gazprom. Maġġoranza ta’ Stati Membri jaqblu. Minoranza ta’ Stati Membri ma jaqblux.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li fid-dawl tal-impenji offruti minn Gazprom, m’għadx hemm raġunijiet għal azzjoni mill-Kummissjoni kontra Gazprom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Maġġoranza ta’ Stati Membri jaqblu. Minoranza ta’ Stati Membri ma jaqblux.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra kwalunkwe punt ieħor imqajjem matul id-diskussjoni. Maġġoranza ta’ Stati Membri jaqblu. Minoranza ta’ Stati Membri ma jaqblux.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Maġġoranza ta’ Stati Membri jaqblu. Minoranza ta’ Stati Membri ma jaqblux.

Jiena hawn nikkonferma li l-Finlandja, il-Latvja, in-Netherlands, u l-Iżvezja pparteċipaw f’din il-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv permezz ta’ vidjokonferenza u talbuni niffirma l-Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv f’isimhom.

Marieke SCHOLZ

Il-President tal-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv


23.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/5


Rapport finali tal-Uffiċjali tas-Seduta (1)

Provvisti tal-gass upstream fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant

(AT.39816)

(2018/C 258/06)

(1)   

L-abbozz tad-Deċiżjoni dwar l-Impenji skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (2) huwa indirizzat lil PJSC Gazprom u s-sussidjarja akkwiżita totalment Gazprom export LLC (flimkien “Gazprom”).

(2)   

Wara investigazzjoni ex officio li bdiet fis-27 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti kontra Gazprom fil-31 ta’ Awwissu 2012 fir-rigward ta’ suspetti ta’ prattiċi antikompetittivi relatati ma’ provvisti tal-gass upstream fi tmien pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

(3)   

Fid-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet datata t-22 ta’ April 2015 (“id-DO”) il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni provviżorja li Gazprom kisret l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 ŻEE billi abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq Bulgaru, Ċeku, Estonjan, Ungeriż, Latvjan, Litwan, Pollakk u Slovakk għall-provvista bl-ingrossa upstream ta’ gass naturali minn produtturi u esportaturi lil importaturi u bejjiegħa bl-ingrossa.

(4)   

Gazprom irċeviet aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni fit-8 ta’ Mejju u fis-17 ta’ Ġunju 2015 u sottomettiet it-tweġiba tagħha lid-DO fit-28 ta’ Settembru 2015, fejn ikkontestat il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni u talbet seduta ta’ smigħ.

(5)   

Is-seduta ta’ smigħ saret fil-15 ta’ Diċembru 2015.

(6)   

Fl-14 ta’ Frar 2017, Gazprom issottomettiet xi impenji (“l-Impenji Inizjali”), filwaqt li kompliet tikkontesta l-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni kif stabbilita fid-DO.

(7)   

Fis-16 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, billi ġabret fil-qosor il-każ u l-Impenji Inizjali u stiednet lil partijiet terzi biex jagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom fi żmien seba’ ġimgħat mill-pubblikazzjoni.

(8)   

Il-Kummissjoni rċeviet 44 sett ta’ osservazzjonijiet. Il-Kummissjoni infurmat lil Gazprom bl-osservazzjonijiet li rċeviet u fid-dawl tagħhom, Gazprom issottomettiet impenji riveduti (“l-Impenji”) fil-15 ta’ Marzu 2018.

(9)   

Il-Kummissjoni issa waslet għall-konklużjoni li, fid-dawl tal-Impenji, il-proċedimenti f’dan il-każ jistgħu jintemmu.

(10)   

Jien ma rċevejt ebda talba jew ilment fir-rigward tal-Impenji proposti. (3)

(11)   

Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jindirizzax biss l-oġġezzjonijietli Gazprom ngħatat l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha dwarhom, u wasalt għal konklużjoni pożittiva.

(12)   

Bħala konklużjoni, nikkunsidra li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ta’ Gazprom ġie rispettat.

Brussell, it-2 ta’ Mejju 2018.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29 (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1 (“ir-Regolament (KE) Nru 1/2003”).

(3)  Skont l-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet fil-proċedimenti li joffru impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura sabiex ikun żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom.


23.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/6


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-24 ta’ Mejju 2018

li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE

(Il-Kawża AT.39816 — Provvisti tal-gass upstream fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant)

(notifikat bid-dokument C(2018) 3106)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2018/C 258/07)

Fl-24 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull piena imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

1.   Introduzzjoni

(1)

Din id-Deċiżjoni tagħmel l-impenji li offriet Gazprom legalment vinkolanti għal Public Joint Stock Company Gazprom u Gazprom export LLC (flimkien imsejħa “Gazprom”). Dawn l-impenji għandhom l-għan li jindirizzaw it-tħassib preliminari tal-Kummissjoni li Gazprom abbużat mill-pożizzjoni tagħha fis-suq billi segwiet strateġija antikompetittiva ta’ frammentazzjoni u ta’ iżolament tas-swieq tal-gass tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (ir-Repubblika Ċeka, il-Bulgarija, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u s-Slovakkja) u tirrestrinġi l-fluss liberu tal-gass bejn dawk l-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jżommu prezzijiet ogħla f’xi wħud minnhom (il-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja). Dan jikkonċerna wkoll każijiet fejn il-pożizzjoni dominanti ta’ Gazprom waslet biex il-fornimenti tal-gass isiru dipendenti fuq il-ksib ta’ ċerti impenji mhux relatati tal-infrastruttura (il-Bulgarija).

(2)

Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fit-2 ta’ Mejju 2018.

2.   It-Tħassib fid-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet

(3)

Fid-dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet tagħha tat-22 ta’ April 2015, il-Kummissjoni waslet għal konklużjoni preliminari li Gazprom għandha pożizzjoni dominanti fuq kull wieħed mis-swieq rilevanti fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, b’mod partikolari fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, l-Ungerija u l-Bulgarija (flimkien imsejħa “CEE”)

(4)

Il-Kummissjoni kienet imħassba li Gazprom kienet involuta fi strateġija antikompetittiva li timpedixxi l-fluss liberu tal-gass madwar mas-CEE u b’hekk frammentat u iżolat is-swieq tal-gass tas-CEE investigati. Din l-istrateġija ġiet implementata permezz ta’ projbizzjonijiet għall-esportazzjoni kuntrattwali espliċiti u klawsoli ta’ destinazzjoni kif ukoll b’mezzi kuntrattwali u mhux kuntrattwali oħrajn b’effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet territorjali kuntrattwali. Tali strateġija ta’ segmentazzjoni tas-suq globali ppermettiet lil Gazprom iżżomm prezzijiet inġusti fil-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja meta mqabbla mal-kost tagħha u l-parametri referenzjarji ta’ prezzijiet kompetittivi, b’mod partikolari mal-prezzijiet ikkwotati f’ċentri tal-gass likwidu kompetittivi tal-Ewropa tal-Punent. Barra minn hekk, bil-prevenzjoni allegata tal-fluss liberu tal-gass bejn il-fruntieri tas-CEEt, Gazprom baqgħet il-fornitur ewlieni tal-gass lis-CEE u kkundizzjonat il-provvisti tal-gass tagħha fuq li tikseb vantaġġi relatati mal-infrastruttura mill-klijenti tagħha.

(5)

Il-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li l-imġiba ta’ Gazprom kisret l-Artikolu 102 tat-Trattat.

3.   L-effettività tal-impenji

(1)

Biex tindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni, kif espress fid-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet, u biex tilħaq l-objettiv ġenerali tal-Kummissjoni għall-fluss ħieles ta’ gass bi prezzijiet kompetittivi madwar is-CEE, Gazprom offriet sett ta’ impenji inizjali, li kienu sottomessi għal test tas-suq fis-16 ta’ Marzu 2017.

(2)

Sa fejn il-bidliet proposti marbutin mal-oġġezzjonijiet tal-kompetizzjoni magħmula lil Gazprom mill-Kummissjoni u li għamlu l-impenji aktar effettivi, dawn ġew ippreżentati lil Gazprom u ntalbu l-bidliet meħtieġa. B’reazzjoni għall-kummenti li waslu skont l-Artikolu 27(4) tal-Avviż, Gazprom immodifikat l-Impenji Inizjali tagħha permezz ta’ proposta riveduta fil-15 ta’ Marzu 2018 (“Impenji”).

(3)

Il-Kummissjoni tqis li l-Impenji offruti minn Gazprom wara l-osservazzjonijiet sottomessi minn partijiet terzi interessati huma effettivi u meħtieġa sabiex jindirizzaw it-tħassib espress mill-Kummissjoni fid-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet tagħha mingħajr ma jkunu sproporzjonati. L-impenji offruti mfassla apposta u soluzzjonijiet li jħarsu ’l quddiem għall-problemi ta’ kompetizzjoni identifikati mill-Kummissjoni u jiġi żgurat il-fluss ħieles ta’ gass bi prezzijiet kompetittivi madwar is-CEE

(6)

L-ewwel nett, biex tindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni ta’ segmentazzjoni tas-suq, Gazprom timpenja ruħha li tneħħi d-dispożizzjonijiet kollha tagħha fil-kuntratti tal-provvista tal-gass lis-CEE li direttament jew indirettament jipprojbixxu jew jimpedixxu l-fluss liberu tal-gass fost is-CEE.

(7)

Barra minn hekk, biex tiftaħ il-kompetizzjoni tas-suq tal-gass tal-Bulgarija, Gazprom se tieħu azzjoni pożittiva biex temenda l-kuntratti tal-gass rilevanti biex tippermetti l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ interkonnessjoni fil-punti ta’ interkonnessjoni bejn il-Bulgarija u Stati Membri oħra tal-UE, speċjalment il-Greċja, u biex taġġusta l-metodu ta’ allokazzjoni ta’ gass allokat kif imkejjel għall-metodu modern ta’ allokat kif innominat. Wara l-Eżami tas-Suq, Gazprom ċċarat li se tibqa’ responsabbli għall-kwalità tal-gass fil-punt tad-dħul fis-sistema tal-gass Bulgara.

(8)

Barra minn hekk, biex tippermetti l-flussi tal-gass bejn, fuq in-naħa l-waħda, l-Istati Baltiċi u l-Bulgarija li għandhom infrastruttura iżolata u min-naħa l-oħra l-bqija tas-CEE, Gazprom timpenja ruħha li tieħu pass pożittiv fejn se toffri lill-klijenti rilevanti tagħha f’dawn il-pajjiżi l-possibbiltà li jitolbu li l-volumi kollha jew partijiet mill-volumi tal-gass kuntrattwali tagħhom jiġu kkonsenjati f’ċerti punti ta’ twassil fl-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja minflok f’post ieħor użat minn Gazprom għall-provvisti lejn il-Bulgarija u l-Istati Baltiċi (mill-Polonja jew is-Slovakkja lejn il-pajjiżi Baltiċi u mis-Slovakkja jew l-Ungerija lejn il-Bulgarija).

(9)

Wara l-investigazzjoni tas-suq, Gazprom tejbet l-Impenji tagħha billi għamlet tpartit possibbli fiż-żewġ direzzjonijiet. Gazprom estendiet ukoll l-ambitu tal-mekkaniżmu tal-bdil tal-post tal-konsenja biex jippermetti li numru ta’ klijenti mill-Istati Baltiċi jsiru wkoll eliġibbli skont il-mekkaniżmu tal-bdil tal-post tal-konsenja jekk jiffirmaw kuntratti ġodda fit-tul ma’ Gazprom. Barra minn hekk, Gazprom naqqset ir-rekwiżiti minimi marbuta mal-mekkaniżmu tal-bdil tal-post tal-konsenja, impenjat ruħha li tibqa’ responsabbli għall-konsenja tal-gass lejn post ta’ konsenja ġdid u żiedet postijiet ta’ konsenja ġodda fil-pajjiżi Baltiċi u fil-Polonja. Fl-aħħar nett, Gazprom naqqset b’mod sinifikanti t-tariffi tas-servizzi fissi u trasparenti fejn tista’ titlob ħlas għal dan it-tip ta’ tpartit, biex tiżgura li l-mekkaniżmu jkun finanzjarjament attraenti.

(10)

Il-mekkaniżmu tal-bidla tal-post tal-konsenja se jkompli jintegra s-swieq tal-gass tas-CEE, daqslikieku l-infrastruttura konnessa tal-gass kienet teżisti diġà.

(11)

It-tieni, biex tindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni dwar l-ipprezzar u biex jiġi żgurat li l-prezzijiet tal-gass ma jsirux għal darb’oħra inġusti fil-futur, Gazprom timpenja ruħha li toffri klawsola ta’ reviżjoni tal-prezz lill-klijenti rilevanti tagħha. Din il-klawsola ta’ reviżjoni tal-prezz tiżgura li jekk il-prezzijiet jiddevjaw mill-parametri referenzjarji kompetittivi tal-Punent (inklużi l-prezzijiet f’ċentri likwidi) tista’ tintalab reviżjoni tal-prezz. Il-klijenti jistgħu jeżerċitaw din l-għażla darba kull sentejn, b’“joker” addizzjonali kull ħames snin. Wara l-investigazzjoni tas-suq, Gazprom impenjat ruħha li toffri l-klawsola wkoll lill-klijenti l-ġodda tagħha u ċċarat li dan id-dritt jista’ jiġi eżerċitat immedjatament wara l-introduzzjoni tal-klawsola ta’ reviżjoni tal-prezz il-ġdida fil-kuntratti tagħhom u li l-prezz il-ġdid se japplika b’mod retroattiv.

(12)

Wara l-eżami tas-suq, il-parametri referenzjarji li se jixprunaw il-prezz il-ġdid ġew imtejba b’mod sinifikanti. Il-klawsola ta’ reviżjoni tal-prezz tagħmilha ċara li l-prezz il-ġdid se jkollu jiġi stabbilit skont il-livell tal-prezz fi swieq kompetittivi tal-gass tal-Ewropa Kontinentali tal-Punent, inkluż f’ċentri tal-gass likwidu fil-Ġermanja u n-Netherlands. Jekk il-partijiet ma jaqblux dwar prezz ġdid fi żmien 120 jum, ikollhom id-dritt li jressqu t-tilwima quddiem arbitru, li wkoll se jkun iggwidat mill-istess parametri referenzjarji tal-Ewropa tal-Punent. L-arbitraġġ għandu jseħħ fl-UE. Dan jobbliga lit-tribunali tal-arbitraġġ jirrispettaw u japplikaw il-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE, u jiżgura li l-Kummissjoni tkun tista’ tintervjeni bħala amicus curiae.

(13)

Dan il-proċess strutturat se jiżgura prezzijiet kompetittivi tal-gass f’dawn ir-reġjuni u jiġi evitat li l-prezzijiet tal-gass taħt kuntratti fit-tul b’indiċjar taż-żejt ikunu ferm differenti mill-parametri referenzjarji ta’ prezzijiet kompetittivi fil-futur.

(14)

It-tielet, Gazprom timpenja ruħha li ma titlob l-ebda kumpens abbażi tat-tħassir tal-proġett South Stream mill-kontropartijiet Bulgari. B’dan il-mod Gazprom mhux se tibbenefika minn vantaġġi li kisbu s-sħab Bulgari tagħha u se tipprovdi ċertezza kummerċjali u legali.

4.   Konklużjoni

(15)

Id-deċiżjoni sabet li fid-dawl tal-impenji offruti, ma għadx hemm bażi għal azzjoni mill-Kummissjoni. Id-Deċiżjoni għandha torbot lil Gazprom għal perjodu ta’ tmien snin, minbarra l-impenji rigward it-tħassir tal-proġett South Stream (ara l-paragrafu 21), li għalih l-perjodu għandu jkun ta’ ħmistax-il sena, mit-28 ta’ Mejju 2018.

(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/9


Avviż dwar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2179 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: bidla fl-isem ta’ kumpanija waħda suġġetta għar-rata ta’ dazju antidumping għall-kumpaniji li kkoperaw mhux fil-kampjun

(2018/C 258/08)

Guangdong Monalisa Ceramics Co. Ltd, TARIC (1) kodiċi addizzjonali B179, kumpanija li hija suġġetta għal rata ta’ dazju antidumping ta’ 30,6 % infurmat lill-Kummissjoni li bidlet isimha għal Monalisa Group Co., Ltd.

Il-kumpanija talbet lill-Kummissjoni biex tikkonferma li l-bidla f’isimha ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju individwali applikata lill-kumpanija taħt l-isem li kellha qabel.

Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ma taffettwa bl-ebda mod il-konklużjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2179 (2).

Għaldaqstant, ir-referenza fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2179 għal:

Guangdong Monalisa Ceramics Co. Ltd

B179

Għandha tinqara bħala

Monalisa Group Co., Ltd.

B179

Il-kodiċi TARIC addizzjonali B179 li qabel kien attribwit lil Guangdong Monalisa Ceramics Co. Ltd japplika għal Monalisa Group Co., Ltd.


(1)  It-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea.

(2)  ĠU L 307, 23.11.2017, p. 25.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8908 — AXA/XL Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 258/09)

1.   

Fit-12 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

AXA S.A. (“AXA”) (Franza),

XL Group Ltd. (“XL Group”) (il-Bermuda),

AXA takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ XL Group.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

AXA hija l-kumpanija possedenti ta’ AXA Group, attur mondjali ta’ assigurazzjoni u ġestjoni tal-assi,

XL Group hija kumpanija globali tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li tipprovdi prodotti ta’ proprjetà, korrimenti u speċjalità.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8908 — AXA/XL Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.