ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 255/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8954 — BPEA/PAI/WFC) ( 1) |
|
III Atti preparatorji |
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
2018/C 255/02 CON/2018/19 |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 255/03 |
||
2018/C 255/04 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2018/C 255/05 |
Modifika ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) — REKT Helicas |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 255/06 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8786 — OMERS/DV4/QIA/ABP/Real Estate JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1) |
|
2018/C 255/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9018 — Cerberus Group/WFS Global Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1) |
|
2018/C 255/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9022 — Watling Street Capital Partners/Sisaho International) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
20.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8954 — BPEA/PAI/WFC)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 255/01)
Fis-26 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8954. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
III Atti preparatorji
Il-Bank Ċentrali Ewropew
20.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/2 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-11 ta’ April 2018
dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u atti legali relatati
(CON/2018/19)
(2018/C 255/02)
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-23 ta’ Novembru 2017 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq); Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju; Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej; Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; Regolament (UE) 2015/760 dwar il-fondi ta’ investiment Ewropej fuq terminu twil; Regolament (UE) 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew għall-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment; u Regolament (UE) 2017/1129 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (1) (aktar ’il quddiem ir-“regolament propost”).
Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi d-direttiva proposta fiha disposizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat, u l-kompiti speċifiċi assenjati lill-BĊE b’konformità mal-Artikolu 127(6) tat-Trattat. B’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Ir-regolament propost huwa parti minn pakkett komprensiv ta’ proposti biex tissaħħaħ is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) introdotta f’Settembru 2017, li tikkonsisti mit-tliet awtoritajiet superviżorji Ewropej (ASE) u l-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku (2). Billi l-pakkett jirrigwarda kompiti differenti mwettqa mis-SEBĊ u mill-BĊE, il-BĊE iddeċieda illi jadotta opinjonijiet separati dwar il-pakkett. Għalhekk, din l-opinjoni għandha tinqara flimkien ma’ Opinjoni CON/2018/12 tat-2 ta’ Marzu 2018 dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3).
1. Osservazzjonijiet ġenerali
1.1. |
Il-BĊE jilqa’ l-għan tar-regolament propost li jrawwem superviżjoni prudenzjali u regolamentazzjoni effettiva u konsistenti fl-UE. Il-BĊE jappoġġja aktar integrazzjoni tal-qafas superviżorju fil-livell tal-Unjoni għas-settur bankarju u t-tisħiħ tad-dimensjoni tas-superviżjoni tal-Unjoni billi jagħmel rieżami tal-istruttura attwali tal-ASE (4). Barra minn dan, minkejja l-emendi għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (5) fl-2013, l-ASE ma reġgħux ġew eżaminati minn mindu twaqqfu fl-2010. |
1.2. |
Fir-rigward tal-allinjament tal-qafas ta’ governanza tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) mal-objettivi u l-iżvilippi deskritti, il-BĊE jixtieq jenfasizza illi l-proġetti tal-Unjoni Bankarja u tal-Unjoni tas-Swieq tal-Kapital (CMU) jinsabu f’fażijiet ta’ progress differenti. Għaldaqstant ir-rieżami tal-ASE m’għandux neċessarjament jipproduċi tliet eżiti identiċi għat-tliet aġenziji. iżda għandu aktar jindirizza l-mandati u l-funzjonijiet rispettivi tagħhom. |
1.3. |
Speċifikament fir-rigward tal-funzjonijiet superviżorji ġodda fir-regolament propost, il-BĊE huwa tal-fehma illi ċerti emendi proposti għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 ma jiddistingwux b’mod adegwat l-iskop tal-kompiti superviżorji makroprudenzjali tal-BĊE u l-kompetenza tal-ABE biex tistipula standards regolatorji li jippromwovu konverġenza superviżorja. Il-BĊE iqis illi huwa kruċjali illi s-sinerġiji li jirriżultaw mill-mandati tal-BĊE u tal-ABE jiġu massimizzati. Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, għandhom jiġu evitati d-duplikazzjoni jew l-allokazzjoni mhux xierqa tal-kompiti, li jistgħu jtappnu r-responsabbiltajiet tal-awtorità rispettiva u li b’hekk jagħmlu lis-sistema kollha anqas effettiva. |
2. Osservazzjonijiet speċifiċi
2.1. Il-qafas ta’ governanza tal-ABE revedut
2.1.1. |
Ir-regolament propost ifittex li jistabbilixxi Bord Eżekuttiv bħala korp ġdid fi ħdan l-istruttura ta’ governanza tal-ABE (6). Il-membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom jinħatru fuq il-bażi ta’ mertu, ħiliet, għarfien ta’ materji finanzjarji, tal-ikklerjar u tal-post-trading, kif ukoll esperjenza relevanti għas-superviżjoni finanzjarja, permezz ta’ proċedura ta’ għażla miftuħa bl-involviment tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Filwaqt illi l-funzjoni ewlenija tal-Bord Eżekuttiv kif proposta mill-Kummissjoni Ewropea, hija li jagħmel proposti dwar il-kwistjonijiet kollha li jriduy jiġu deċiżi mill-Bord ta’ Superviżuri, huwa propost ukoll li l-Bord Eżekuttiv jingħata setgħat esklussivi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet f’numru ta’ oqsma sabiex jiġi żgurat li jittieħdu deċiżjonijiet effettivi, imparzjali u orjentati lejn l-Unjoni. Pereżempju, il-Bord Eżekuttiv jkun waħdu responsabbli biex isolvi tilwim bejn awtoritajiet kompetenti (AKi) u jistabbilixxi objettivi superviżorji strateġiċi għal dawk l-AKi. Huwa propost ukoll illi l-Bord Eżekuttiv jieħu deċiżjonijiet dwar il-bidu, il-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ testijiet tal-istress mal-Unjoni kollha. |
2.1.2. |
Il-BĊE jappoġġja r-riżami tal-istruttura ta’ governanza tal-ASE, inkluż reviżjoni tad-dritt tal-vot tagħhom u tal-istruttura tas-sħubija tal-Bordijiet rispettivi tagħhom. Madankollu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jibqa’ l-korp għat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ kompiti immirati lejn it-trawwim ta’ konverġenza superviżorja fl-Unjoni, aktar milli jingħataw setgħat superviżorji wiesgħa lil korp li jkun għadu kemm twaqqaf (8). Fl-istess waqt, sabiex jissaħħu l-effettività u l-effiċjenza tal-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri, il-BĊE jappoġġja t-twaqqif ta’ Bord Eżekuttiv iffukat fuq kompiti amministrattivi u magħmul minn membri permanenti u mhux tal-AK, li jiżgura perspettiva tal-Unjoni aktar b’saħħitha. Għaldaqstant, filwaqt illi l-BĊE jilqa’ l-proposta li l-Bord Eżekuttiv jiġi assenjat it-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali tal-ABE, huwa ma jappoġġjjax l-għoti ta’ dritt ġenerali ta’ inizjattiva għal atti regolatorji lill-Bord Eżekuttiv (9). Dan id-dritt ta’ inizjattiva m’għandux jiġi estiż għall-kompetenzi regolatorji tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-adozzjoni ta’ opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, u deċiżjonijiet. |
2.1.3. |
Barra minn dan, il-BĊE japprova l-proposta biex tissaħħaħ l-indipendenza statutorja tal-Bord Eżekuttiv, kif ukoll il-proposta illi tagħmel il-proċedura tal-ħatra ta’ membri tal-Bord Eżekuttiv aktar trasparenti minn dik użata biex jinħatar il-Bord ta’ Ġestjoni eżistenti. |
2.1.4. |
Il-BĊE jappoġġja l-objettiv tar-regolament propost li t-twaqqif tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) jiġi rikonoxxut u rifless fl-SESF. Madankollu, ir-regolament propost ma jagħtix kunsiderazzjoni xierqa lid-dimensjoni tal-Unjoni eżistenti fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. Aktar speċifikament, ma huwiex previst illi l-BĊE ikun membru tal-Bord Eżekuttiv propost, minkejja l-kompiti tiegħu relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro. Konsegwentement, il-Kunsill u l-Parlament għandhom jikkunsidraw l-għoti ta’ status ta’ osservatur lill-BĊE fuq il-Bord Eżekuttiv propost. Minħabba l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-ABE u l-BĊE fir-rigward tal-ħidma konġunta tagħhom, il-preżenza tal-BĊE bħala osservatur fuq il-Bord Eżekuttiv propost għandha tkun ta’ vantaġġ (10). |
2.2. Pjanijiet superviżorji strateġiċi
2.2.1. |
Il-BĊE jappoġġja b’mod ġenerali l-objettiv tar-regolament propost li tapprofondixxi l-integrazzjoni finanzjarja u ssaħħaħ l-istabbiltà tas-suq intern permezz ta’ aktar konverġenza superviżorja fil-livell tal-Unjoni (11). Iżda, l-għoti ta’ setgħat ta’ ippjanar strateġiku lill-ABE mhuwiex xieraq f’dan il-kuntest. L-identifikazzjoni ta’ xejriet mikro-prudenzjali, riskji potenzjali u vulnerabbiltajiet għal istituzzjonijiet finanzjarji u d-definizzjoni ta’ prijoritajiet superviżorji strateġiċi rispettivi huma kompiti superviżorji ewlenin li għandhom jitwettqu mill-awtorità superviżorja mikro-prudenzjali kompetenti, u mhux mill-ABE fil-funzjoni tagħha bħala regolatur li jistabbilixxi standards (12). |
2.2.2. |
B’mod aktar speċifiku, is-separazzjoni tal-ippjanar u tal-implimentazzjoni meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-prijoritajiet superviżorji għandha twassal għal ineffiċjenzi li jikkomplikaw mingħajr bżonn il-proċess ta’ ppjanar superviżorju kif ukoll, b’mod aktar ġenerali, ineffiċjenzi fis-superviżjoni. Li jiġu żgurati proċessi superviżorji sodi, effettivi u affidabbli, u ż-żamma tal-flessibilità fir-risposta għal żviluppi negattivi f’livell kemm mikro kif ukoll makroprudenzjali, huwa essenjali għall-awtorità superviżorja responsabbli. Għalhekk, l-istess awtorità għandha tkun responsabbli għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tas-superviżjoni sabiex jiġu żgurati risposti superviżorji rapidi għar-riskji u r-riżorsi jiġu allokati b’mod effiċjenti. |
2.2.3. |
Li jiġu żgurati l-allinjament tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-kompiti superviżorji huwa wkoll rifless fil-leġiżlazzjoni sekondarja. Partikolarment, bis-saħħa tal-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (13), l-ippjanar u t-twettiq ta’ kompiti allokati lill-BĊE bħala CA għas-superviżjoni prudenzjali fiż-żona tal-euro jsiru kollha mill-Bord Superviżorju tal-BĊE. Konsegwentement, skont ir-regolament propost, hemm ir-riskju illi ll-ABE tistà tiddupplika kompiti illi huma diġa mwettqa mill-BĊE, li jista’ jwassal għal sensji mhux meħtieġa u anqas effiċjenza u effettività fis-superviżjoni ġenerali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro. Barra minn dan, għandu jkun hemm allinjament sħiħ bejn ill-kompetenzi tal-BĊE u tal-ABE u r-reġimi ta’ responsabbilità rispettivi tagħhom. L-ABE m’għandhiex tiddeċiedi dwar kwalunkwe ippjanar superviżorju strateġiku li fl-aħħar mill-aħħar jista’ jinżamm responsabbli għalih il-BĊE. |
2.2.4. |
Minn perspettiva ta’ prattiċità, ir-regolament propost jippreżenta r-riskju li jimpedixxi b’mod sinifikanti l-proċessi ta’ ippjanar operattiv u strateġiċi tal-MSU kif ukoll il-proċess għall-identifikazzjoni tar-riskji meħtieġ tiegħu. B’mod aktar speċifiku, ir-regolament propost jitlob li l-MSU jippreżenta abbozz ta’ programmi ta’ ħidma għas-sena ta’ wara lill-ABE superviżorja bosta xhur bil-quddiem. Ir-rapportar tal-programm ta’ ħidma superviżorja għas-sena segwenti f’fażi daqshekk bikrija lill-ABE iħarbat il-proċessi ta’ ippjanar operattiv u strateġiċi stabbiliti tal-MSU, kif ukoll il-proċess għall-identifikazzjoni tar-riskji preċedenti - kollha proċessi mmexxija b’kooperazzjoni mill-qrib mad-19-il AK - u għandu għaldqastant ixekkel il-għan li jiġu żgurati proċessi superviżorji effettivi u effiċjenti. Barra minn dan, ir-regolament propost għandu jagħti lill-ABE d-dritt li toħroġ rakkomandazzjoni biex titlob aġġustament tal-programm ta’ ħidma tal-AKi (14). |
2.2.5. |
Prattika bħal din tista’ twassal għal sitwazzjonijiet fejn prijoritajiet superviżorji jistgu jkollhom bżonn jiġu aġġustati f’fażi tard ħafna tal-proċess ta’ ppjanar superviżorju tal-MSU, tqajjem mistoqsijiet serji dwar l-affidabbiltà tal-ippjanar għal timijiet superviżorji konġunti, CAs u funzjonijiet orizzontali, u b’hekk tikkomprometti l-effettività tas-superviżjoni prudenzjali fiż-żona tal-euro. Billi l-AKi huma involuti mill-qrib fil-proċess ta’ ppjanar superviżorju tal-MSU, l-emendi proposti għandhom jeffettwaw b’mod gravi l-arranġamenti eżistenti bejn il-BĊE u l-AKi fir-rigward tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-objettivi superviżorji. Fid-dawl tal-effetti negattivi potenzjali identifikati fuq l-effettività u l-effiċjenza tas-superviżjoni prudenzjali fiż-żona tal-euro, il-BĊE jirrakkomanda bis-sħiħ illi titneħħa d-dispożizzjoini dwar is-setgħat ta’ ippjanar superviżorju strateġiku mir-regolament propost. |
2.3. Ittestjar għal stress
2.3.1. |
Ir-regolament propost jittrasferixxi s-setgħat tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri lill-Bord Eżekuttiv fir-rigward tal-bidu u l-koordinazzjoni ta’ testijiet għal stress fl-Unjoni kollha (15). Billi l-Bord tas-Superviżuri ma jibqax aktar involut f’aspetti ewlenin tat-testijiet għal stress fl-Unjoni kollha, bħal ma huma l-iżvilupp ta’ metodoloġiji, l-għażla tal-kampjun jew il-komunikazzjoni tall-eżiti tagħhom, il-proċeduri attwali li jirregolaw it-testijiet għa stress mal-Unjoni kollha jkunu suġġetti għal bidliet sinifikanti. Il-BĊE iqis illi t-testijiet għal stress huma għodda superviżorja ewlenija, li trid tiġi użata minn dawk l-awtoritajiet li għandhom responsabbiltajiet superviżorji, sabiex jiġiżgurat illi t-testijiet għal stress jilħqu l-għan tagħhom illi jappoġġjaw evalwazzjonijiet tar-riskju individwali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taħt superviżjoni. Għaldaqstant, il-BĊE jirrimarka speċifikament fuq ir-raġuni għaliex il-bidliet maħsuba jistgħu jimminaw l-effettività tas-supervżjoni, u b’hekk imorru kontra l-għan tal-Kummissjoni illi ssaħħaħ l-istabbiltà tas-suq intern. |
2.3.2. |
L-ewwel, qed jiġi nnutat illi l-proċess ġdid propost jikkumplikaw mingħajr bżonn il-proċess tal-ittestjar għal stress fil-livell tal-Unjoni, billi l-awtorità superviżorja prudenzjali ikollha tagħmel kull sforz sabiex tikkonforma ma’ deċiżjonijiet tal-Bord Eżekuttiv tal-ABE fuq bosta aspetti tat-testijiet għal stress, partikolarment dwar l-iskop u l-livell ta’ dettall tal-informazjoni li trid tiġi ppubblikata. Billi l-AKi iwettqu partijiet sinifikanti tal-eżerċizzju tat-test għal stress, bħall-assigurazzjoni tas-sottomissjonijiet minn istituzzjonijiet ta’ kreditu taħt superviżjoni, huwa importanti illi huma jkunu involuti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet skont ir-responsabbilità esklussiva tagħhom għal dawk l-elementi tal-qafas li fl-aħħar mil-aħħar jiddefinixxu il-programm ta’ ħidma tagħhom u ħtieġa ta’ riżorsi. |
2.3.3. |
It-tieni, jekk il-Bord Eżekuttiv kellu jiddeċiedi waħdu dwar bosta aspetti tat-testijiet għal stress mal-Unjoni kollha, inkluż l-iżvelar, jista’ jiddeċiedi, possibilment mingħajr ebda intenzjoni, li jiżvela informazzjoni illi l-AKi ikunu jippreferu jżommu kunfidenzjali. Għaldaqstant, il-Bord tas-Superviżuri għandu jżomm il-kompetenza tiegħu illi jiddeċiedi liema informazzjoni għandha tiġi żvelata fl-eżitu tat-testijiet għal stress fl-Unjoni kollha. Sabiex jiġu evitati d-diskrepanzi bejn il-ġurisdizzjonijiet u jiġu mnaqqsa l-effetti negattivi possibbli fuq l-istabbiltà finanzjarja, huwa kruċjali illi l-grad ta’ żvelar jiġi deċiż flimkien mal-AKi, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-għan kontiwu li jikiseb l-ogħla livell possibbli ta’ armonizzazzjoni bejn l-AKi. |
2.3.4. |
Fl-aħħar, il-BĊE huwa mħasseb illi r-regolament propost, fil-forma attwali tiegħu, ma jiżgurax b’mod adegwat il-kwalità u l-komprensività ta’ testijiet għal stress għal finijiet supervżorji, eż il-firxa ta’ attivitajiet bankarji, riskji assoċjati u l-adegwatezza tal-metodoloġiji tal-ittestjar għal stress. Jekk il-kompetenzi tal-ittestjar għal stress ikunu allokati lill-Bord Eżekuttiv, x’aktarx illi t-testijiet għal stress la jkunu mfasslin biżżejjed għal finijiet superviżorji, u lanqas ma jirriflettu kif xieraq l-ispeċifiċitajiet u r-riskji tas-settur bankarju superviżjonat mill-BĊE u l-AKi rispettivi. F’dan l-isfond, il-BĊE jirrakkomanda it-tneħħija tad-dispożizzjonijiet fir-regolament propost relatati mal-ittestjar għal stress fir-rigward taż-żamma tal-arranġamenti attwali, li servew sew l-għan tagħhom. |
2.4. Reviżjonijiet indipendenti ta’ AKi
2.4.1. |
Ir-regolament propost jistipola illi l-ABE tirrevedi l-attivitajiet ta’ AKi bil-għan li tissaħħaħ aktar il-konsistenza tal-eżiti superviżorji. Għal dan il-għan, l-ABE għandha tiżviluppa metodi li jippermettu evalwazzjoni objettiva u paragun bejn l-AKi u tipproduċi rapport li jippreżenta l-eżitu tar-reviżjoni (16). |
2.4.2. |
Filwaqt illi l-BĊE jappoġġja l-għan iddikjarat li jiġu żgurati deċiżjonijiet effettivi, imparzjali u orjentati lejn l-Unjoni, huwa jqis illi l-proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari eżistenti huwa mekkaniżmu siewi u ta’ suċċess fit-tkabbir tal-konverġenza superviżorja fl-Unjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiċi bejn is-CAs. Għaldaqstant, il-BĊE ma jara l-ebda ħtieġa biex jabbanduna l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni bejn il-pari. Fl-istess waqt, kif stipulat f’aktar dettal fid-dokument tekniku ta’ ħidma, il-BĊE jappoġġja ċerti elementi tal-proposta biex l-evalwazzjoni bejn il-pari tinbidel f’reviżjoni indipendenti. |
2.5. Koordinazzjoni tad-delega u l-esternalizzazzjoni ta’ attivitajiet kif ukoll it-trasferimenti tar-riskju lil pajjiżi terzi
2.5.1. |
Ir-regolament propost jagħti l-kompitu lill-Bord Eżekuttiv biex jiskrutinizza attivitajiet ta’ delega u esternalizzazzjoni, kif ukoll it-trasferiment tar-riskju f’pajjiżi terzi. Ir-regolament propost jitlob li l-AK jinnotifika lill-ABE bi kwalunkwe awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni fejn il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-istituzzjoni finanzjarja jinvolvi attivitajiet ta’ delega u esternalizzazzjoni, kif ukoll it-trasferiment tar-riskju (17). Minn perspettiva superviżorja, il-ħtieġa li l-ABE tiġi nnotifikata b’dawn l-arranġamenti tista’ ma tkoprix adegwatament l-għan tar-regolament propost li jiddetermina l-arbitraġġ regolatorju fl-Istati Membri (18). |
2.5.2. |
Jista’ minflok ikun hemm sovrapożizzjoni ma’ kompiti superviżorji mikro-prudenzjali mwettqa mill-BĊE fil-kuntest tal-MSU, u jista’ minflok iżid saff mhux iġġustifikat ta’ piż amministrattiv fil-proċess superviżorju. Skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni hija diġà proċess fuq żewġ saffi li titlob illi l-AKi u l-BĊE jevalwaw l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni. Il-koordinament tal-evalwazzjoni mal-ABE kieku żżid it-tielet saff u b’hekk iżżid aktar il-kumplessità u d-dewmien tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni. Għaldaqstant, il-BĊE huwa tal-fehma illi l-kompiti proposti la ġħandhom jiġu allokati fuq xi korp amministrattiv tal-ABE u lanqas fuq il-Bord tas-Superviżuri. |
2.6. Kooperazzjoni internazzjonali
2.6.1. |
Ir-regolament propost jissuġġerixi rwol ewlieni għall-ABE fl-evalwazzjoni tal-ekwivalenza regolatorja u superviżorja tas-sistemi legalo ta’ pajjiżi terzi li normalment jitwettqu mill-Kummissjoni (19). B’mod aktar speċifiku, l-ABE hija allokata l-kompitu li timmonitorja l-iżviluppi regolatorji u superviżorji, il-prattiċi ta’ infurzar, u żviluppi tas-suq relevanti f’pajjiżi terzi li għalihom ġew adottati deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza. Minbarra dan, l-ABE tkun tikkoopera ma’ AKi ta’ ġurisdizzjonijiet billi tidħol fi ftehimiet amministrattivi bilaterali. |
2.6.2. |
Il-BĊE jilqa’ r-rwol tal-ABE li tassisti lill-Kummissjoni fit-tħejjija (20) u l-monitoraġġ ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza (21). Madankollu, il-BĊE jixtieq jgħaddi xi kummenti dwar il-proċedura maħsuba għan-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet amministrattivi bejn AKi u; l-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz rispettiv (22). |
2.6.3. |
Il-BĊE iqis illi hija meħtieġa kjarifika tal-punt (b) tal-Artikolu 33(2a). Il-BĊE jifhem illi s-setgħat tal-ABE biex tinnegozja u tinkludi dispożizzjonijiet f’arranġamenti ta’ kooperazzjoni, skont dan il-paragrafu, huma intiżi biss biex jippermettu segwitu tad-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza. Jista’ jiġi ċċarat illi l-AK tibqa’ responsabbli biex tikkoordina l-attivitajiet superviżorji u l-ispezzjonijiet fuq il-post. |
2.6.4. |
Barra minn dan, il-BĊE jilqa’ l-Artikolu 33(2c) propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jagħti l-kompitu lill-ABE biex tiżviluppa arranġamenti amministrattivi li jservu bħala mudell. Dawn għandhom jiġu żviluppati b’mod konġunt mal-AKi. Madankollu, il-BĊE iqis illi jekk l-ABE tieħu rwol attiv fil-proċess ta’ negozjar, dan jista’ jżid kumplessità mhux meħtieġa fil-proċess ta’ negozjar, u jista’ jittardja wkoll il-konklużjoni ta’ Memoranda ta’ Ftehim (MoUs) għall-kooperazzjoni superviżorja. Barra minn dan, billi kull pajjiż terz jopera taħt il-qafas legali tiegħu, u billi l-awtoritajiet superviżorji jeħtieġu flessbilità massima fl-adozzjoni ta’ MoUs matul in-negozjati, jistgħu jinqalgħu diffikultajiet prattiċi fir-rigward tal-obbligu biex jintuża mudell standardizzat għall-MoU żviluppat mill-ABE. Għaldaqstant, id-dependenza fuq dawn il-mudelli ta’ arranġamenti amministrattivi għandha ssir fuq il-bażi tal-aħjar sforz. |
2.7. Tibdil fis-setgħat tal-immultar u t-talbiet għal informazzjoni
2.7.1. |
Ir-regolament propost jistabbilixxi mekkanizmu għat-tisħiħ tad-dritt tal-ABE li tiġbor informazzjoni bil-ħsieb li tizgura aktar illi l-ABE twettaq il-kompiti u l-funzjonijiet tagħha b’mod effettiv (23). Għal dan il-għan, ir-regolament propost jaffida lill-ABE bis-setgħa li timponi multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali meta istituzzjonijiet finanzjarji relevanti, kumpaniji azzjonarji jew fergħat ta’ istituzzjoni finanzjarja relevanti u entitajiet mhux irregolati operattivi fi ħdan grupp finanzjarju jew konglomerat li huma sinifikanti għall-attivitajiet finanzjarji tal-istituzzjonijiet finanzjarji relevanti jonqsu milli jikkonformaw b’mod akkurat, kompletament jew fi żmien xieraq ma’ talba jew deċiżjoni mill-ABE (24). L-ABE għandha tagħti lil dik l-istituzzjoni finanzjarja id-dritt li tinstema’ qabel ma dawn il-multi jew ħlasijiet ta’ penali jiġu imposti (25) u kull deċiżjoni li timponi dawn il-multi u ħlasijiet ta’ penali hija soġġetta għal riezami mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (26). |
2.7.2. |
Il-BĊE ġeneralment jappoġġja l-objettiv iddikjarat li jiġi żgurat illi l-ABE jkollha d-dritt tiġbor informazzjoni li hija meħtieġa biex tippermettilha twettaq id-dmirijiet u l-kompiti tagħha. Madankollu l-BĊE jqis illi t-tisħiħ propost tad-dritt tal-ABE li tiġbor l-informazzjoni, billi tingħata s-setgħa timponi multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, għandu jkun mingħajr ħsara għall-possibilità illi l-AKi jeżerċitaw setgħat disponibbli lilhom b’reazzjoni għan-nuqqas tal-istituzzjonijiet finanzjarji rispettivi li jikkonformaw ma’ talbiet għal informazzjoni mill-AKi b’mod akkurat, komplet jew f’waqtu. |
2.8. Rapportar superviżorju u r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-Pilastru 3
2.8.1. |
Filwaqt li jħarsu ‘l quddiem, il-ko-leġiżlaturi jistgħu jikkunsidraw il-formalizzazzjoni u l-espansjoni tar-rwol tal-ABE fir-rigward tat-trasparenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, filwaqt li jevitaw id-dupplikazzjoni tal-obbligi tar-rappurtar tagħhom. B’mod partikolari, l-ABE tista’ tiġi nkargata bl-integrazzjoni tar-rapportar superviżorju u tar-rekwiżiti kwantitattivi tad-divulgazzjoni tal-Pilastru 3 għal istituzzjonijiet finanzjarji, kif stipulati fil-liġi tal-Unjoni, ġo qafas għar-rapportar uniku, li fih id-dejta divulgata taħt il-Pilastru 3 tifforma sub-sett tad-dejta suġġetta għar-rapportar superviżorju. L-integrazzjoni ta’ dawn iż-żewġ streams tad-dejta tippermetti li l-ABE tiżviluppa u żżomm hub ta’dejta li tinkludi informazzjoni divulgata skont ir-rekwiżiti kwantitattivi tad-divulgazzjoni tal-Pilastru 3 u estratta mid-dejta superviżorja. Istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jibbenefikaw minn qafas bħal dan, billi huma jkollhom jirrapportaw l-informazzjoni rispettiva darba biss, u s-superviżuri prudenzjali kif ukoll utenti oħra tad-dejta għandhom jibbenefikaw minn aċċess aktar faċli għal dejta pertinenti. |
2.8.2. |
Barra minn dan, l-istabbiliment ta’ qafas għal repożitorju ċentrali ta’ dejta fl-ABE jista’ jtejjeb b’mod sinifikanti l-kwalità ta’ dejta superviżorja, kif instab matul l-eżerċizzju ta’ trasparenza tal-ABE. Jista’ jkattar ukoll b’mod aktar ġenerali l-interazzjoni tas-settur bankarju tal-Unjoni billi jiffaċilita l-aċċess ta’ parteċipanti fis-suq għal informazzjoni divulgata taħt il-Pilastru 3 tal-qafas ta’ Basel (27). Hub tad-dejta bħal din tkun tiżvela d-dejta tal-Pilastru 3 skjont ir-rekwiżiti għal istituzzjonijiet finanzjarji (fuq bażi trimestrali, ta’ darbtejn fis-sena jew annwali) sabiex finalment tpoġġi lill-Unjoni fl-istess livell bħall-Istati Uniti f’termini ta’ disponibilità tad-dejta (28). L-ABE diġa esprimiet li tinsab lesta biex twaqqas l-infrastruttura teknina għal hub tad-dejta bħal din, iżda teħtieġ mandat legali biextippubblika dejta disponibbli bħala parti minn repożitorju ċentrali mingħajr il-kunsens espliċitu tal-istituzzjonijiet finanzjarji (29) li għalihom tappartjeni din id-dejta. Dan il-mandat għandu, madankollu jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-AKi li jitolbu informazzjoni addizzjonali ad hoc mingħand entitajiet taħt superviżjoni. Għaldaqstant, il-BĊE jara mertu fl-esplorazzjoni ulterjuri tal-fattibilità legali u prattika li jiġi stabbilit repożitorju tad-dejta fl-ABE. |
Meta l-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, qed jiġu previsti proposti speċifiċi tal-abbozzar f’dokument ta’ ħidma tekniku separat flimkien ma’ test spjegattiv għal dan il-għan. Id-dokument ta’ ħidma tekniku huwa disponibbli bl-Ingliż fis-sit elettroniku tal-BĊE.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ April 2018.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) KUMM(2017) 536 finali.
(2) KUMM(2017) 542 finali.
(3) Opinjoni CON/2018/12 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Marzu 2018 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU C 120, 6.4.2018, p. 2). L-opinjonijiet tal-BĊE kollha huma disponibbli fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(4) Ara paġna 3 tal-kontribuzzjoni tal-BĊE għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar operazzjonijiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, 7 ta’ Ġunju 2017, (aktar ’il quddiem il-“kontribuzzjoni tal-BĊE dwar l-ASE”), disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(5) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(6) Ara l-Artikolu 45 ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(7) Ara l-Premessa 23 tar-regolament propost.
(8) Ara l-Premessa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(9) Ara l-Artikolu 1(27)(a) tar-regolament propost.
(10) Ara paġni 2 u 3 tal-kontribuzzjoni tal-BĊE dwar l-ASE.
(11) Ara l-Artikolu 47(3) ġdid propost b’mod konġunt mal-Artikolu 29a ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(12) Ara wkoll Premessa 17 tar-Regolament propost.
(13) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(14) Artikolu 29a(3) ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(15) Ara l-Artikolu 47(3) ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 b’mod konġunt mal-Artikolu 32 ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(16) Ara l-Artikolu 1(13) tar-regolament propost.
(17) Artikoli 31a(2) u 31a(3) proposti ġodda tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(18) Ara l-Premessa 18 tar-regolament propost.
(19) Artikolu 1(17) tar-regolament propost.
(20) Artikolu 33(2) ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(21) Artikolu 33(2a) ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(22) Ara l-Artikolu 33(2ċ) ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(23) Ara l-Artikoli 35 sa 35h ġodda proposti tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(24) Ara l-Premessa 20 tar-regolament propost.
(25) Ara l-Artikolu 35f ġdid tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(26) Ara l-Artikolu 35h ġdid tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(27) Ara ‘Pillar 3 disclosure requirements – consolidated and enhanced framework’ tal-Kumitat ta’ Basel għas-Superviżjoni Bankarja, Marzu 2017, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Bank għal Ħlasijiet Internazzjonali fuq www.bis.org
(28) Fil-US, il-Kunsill Federali għall-Eżami ta’ Istituzzjonijiet Finanzjarji (FFIEC - Federal Financial Institutions Examination Council) jipprovdi repożitorju ta’ dejta superviżorja għall-pubbliku fuq bażi ta’ bank bank, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-FFIEC fuq cdr.ffiec.gov/public.
(29) Ara Enria, A., Ensuring transparency in the European financial system, Official Monetary and Financial Institutions Forum (OMFIF) City Lecture, Mejju 2016, p. 9, disponiobblifuq is-sit elettroniku tal-OMFIF fuq www.omfif.org.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
20.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/8 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-19 ta’ Lulju 2018
(2018/C 255/03)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1588 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
130,98 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4537 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,89298 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,3565 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1622 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
124,40 |
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5763 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,920 |
HUF |
Forint Ungeriż |
325,77 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3280 |
RON |
Leu Rumen |
4,6575 |
TRY |
Lira Turka |
5,5957 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5804 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5351 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,0963 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7229 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5909 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 320,68 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,6003 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8553 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,3938 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 773,63 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7231 |
PHP |
Peso Filippin |
62,180 |
RUB |
Rouble Russu |
73,5585 |
THB |
Baht Tajlandiż |
38,797 |
BRL |
Real Brażiljan |
4,4874 |
MXN |
Peso Messikan |
22,1067 |
INR |
Rupi Indjan |
80,0155 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
20.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/9 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2018 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-ŻVIZZERA
tat-3 ta’ Lulju 2018
li temenda l-Annessi u l-Protokolli għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u li ssib li l-leġiżlazzjoni domestika tal-Partijiet Kontraenti hija kompatibbli ma’ dak il-Ftehim
(2018/C 255/04)
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-ŻVIZZERA,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 39 u 40.3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (1) (“il-Ftehim”),
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1/2001 tal-Kumitat Konġunt KE-Żvizzera tat-18 ta’ Lulju 2001 li temenda l-Annessi u l-Protokolli għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u li ssib li l-leġiżlazzjoni domestika tal-Partijiet Kontraenti hija kompatibbli mal-Ftehim (2),
Billi:
(1) |
Stati Membri ġodda aderew mal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem l-“Unjoni”) u l-adeżjoni tagħhom teħtieġ xi emendi tekniċi għall-Anness III għall-Ftehim; |
(2) |
Ċerti atti legali adottati mill-Unjoni u mill-Iżvizzera bejn it-18 ta’ Lulju 2001 u 3 ta’ Lulju 2018 jeħtieġu l-emendar tal-Annessi u l-Protokolli għall-Ftehim; |
(3) |
Wara eżami, ċerti atti legali adottati mill-Iżvizzera ma jeħtiġux li l-Ftehim jiġi emendat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’segwitu tal-atti legali adottati mill-Unjoni u mill-Iżvizzera bejn it-18 ta’ Lulju 2001 u 3 ta’ Lulju 2018, u sabiex jirrifletti l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fl-Unjoni, il-Ftehim huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-lista ta’ forom legali aċċettabbli fil-Parti B tal-Anness III għall-Ftehim hija sostitwita bil-lista fil-Parti A tal-Anness III għad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(2) |
Il-Protokoll Nru 1 għall-Ftehim huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Il-paragrafu 2.3 tal-Protokoll Nru 3 għall-Ftehim huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
L-atti legali tal-Unjoni li ġejjin huma kompatibbli mal-Ftehim:
— |
Id-Direttiva 2009/138/KE; |
— |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Jannar 2015 (4); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/460, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Marzu 2015 (5); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/461, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Marzu 2015 (6); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/462, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Marzu 2015 (7); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/498, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Marzu 2015 (8); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/499 fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Marzu 2015 (9); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/500, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Marzu 2015 (10); |
— |
Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/1602, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Settembru 2015 (11); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2011, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2015 (12); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2012, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2015 (13); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2013, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2015 (14); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2014, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2015 (15); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2015, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2015 (16); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2016, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2015 (17); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2017, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2015 (18); |
— |
Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/2290, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Diċembru 2015 (19); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2450, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-31 ta’ Diċembru 2015 (20); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2451, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-31 ta’ Diċembru 2015 (21); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2452, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-31 ta’ Diċembru 2015 (22); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/165, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Frar 2016 (23); |
— |
Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2016/309, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Marzu 2016 (24); |
— |
Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2016/310, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Marzu 2016 (25); |
— |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/467, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta’ April 2016 (26); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/869, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Ġunju 2016 (27); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1376, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Awwissu 2016 (28); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1630, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta’ Settembru 2016 (29); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1800, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Ottubru 2016 (30); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1868, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Ottubru 2016 (31); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1976, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Novembru 2016 (32); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/309, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Frar 2017 (33); |
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/812, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Mejju 2017 (34); |
— |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1421, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Settembru 2017 (35); |
— |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1542, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Settembru 2017 (36). |
L-atti legali li ġejjin tal-Konfederazzjoni Żvizzera huma kompatibbli mal-Ftehim:
— |
L-Att tas-Sorveljanza tal-Assigurazzjoni (37); |
— |
L-Ordinanza tas-Sorveljanza tal-Assigurazzjoni (38). |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha
Magħmul fi Brussell fis-3 ta’ Lulju 2018,
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
Nathalie BERGER
(1) ĠU L 205, 27.6.1991, p. 3; AS 1992 1894.
(2) ĠU L 291, 8.11.2001, p. 52; AS 2002 3056.
(3) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)(ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/460 tad-19 ta’ Marzu 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċedura dwar l-approvazzjoni ta’ mudell intern skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 76, 20.3.2015, p. 13).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/461 tad-19 ta’ Marzu 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċess biex tittieħed deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni biex jintuża mudell intern ta’ grupp skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 76, 20.3.2015, p. 19).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/462 tad-19 ta’ Marzu 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri għall-approvazzjoni superviżorja biex jiġu stabbiliti veikoli bi skop speċjali, għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji dwar veikoli bi skop speċjali kif ukoll biex jiġu stabbiliti l-formati u l-mudelli għal informazzjoni li għandha tiġi rrapportata minn veikoli bi skop speċjali skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 76, 20.3.2015, p. 23).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/498 tal-24 ta’ Marzu 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċedura tal-approvazzjoni superviżorja biex jintużaw parametri speċifiċi għall-impriża konformi mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 25.3.2015, p. 8).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/499 tal-24 ta’ Marzu 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri li għandhom jintużaw għall-għoti ta’ approvazzjoni superviżorja għall-użu ta’ fondi proprji anċillari skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 25.3.2015, p. 12).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/500 tal-24 ta’ Marzu 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti dwar l-approvazzjoni superviżorja tal-applikazzjoni ta’ aġġustament skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 25.3.2015, p. 18).
(11) Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/1602 tal-5 ta’ Ġunju 2015 dwar l-ekwivalenza tar-reġim ta’ solvenza u prudenzjali għall-impriżi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni fis-seħħ fl-Iżvizzera abbażi tal-Artikoli 172(2), 227(4) u 260(3) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 95).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2011 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-listi ta’ gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, li l-iskoperturi għalihom għandhom ikunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 3).
(13) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2012 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri għad-deċiżjonijiet biex jiġu stabbiliti, ikkalkolati u mneħħija s-supplimentazzjonijiet kapitali skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 5).
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2013 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ devjazzjonijiet standard fir-rigward ta’ sistemi ta’ ugwalizzazzjoni tar-riskju tas-saħħa skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 9).
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2014 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri u l-mudelli għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni lis-superviżur tal-grupp u għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 11).
(16) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2015 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri biex jiġu eżaminati l-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 16).
(17) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2016 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-indiċi ta’ ekwità għall-aġġustament simetriku tal-imposta standard tal-kapital tal-ekwità skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 18).
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2017 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ fatturi aġġustati biex jiġi kkalkulat ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-munita għall-muniti marbuta mal-euro skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 21).
(19) Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/2290 tal-5 ta’ Ġunju 2015 dwar l-ekwivalenza proviżorja tar-reġimi tas-solvenza fis-seħħ fl-Awstralja, fil-Brażil, fil-Kanada, fil-Messiku, u fl-Istati Uniti u applikabbli għal impriżi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni b’uffiċċji prinċipali f’dawk il-pajjiżi (ĠU L 323, 9.12.2015, p. 22).
(20) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2450 tat-2 ta’ Diċembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-formoli għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 31.12.2015, p. 1).
(21) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2451 tat-2 ta’ Diċembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-formoli u l-istruttura tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni speċifika minn awtoritajiet superviżorji skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 31.12.2015, p. 1224).
(22) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2452 tat-2 ta’ Diċembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri, il-formati u l-formuli tar-rapport dwar is-solvenza u l-kondizzjoni finanzjarja skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 31.12.2015, p. 1285).
(23) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/165 tal-5 ta’ Frar 2016 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu ta’ dispożizzjonijiet tekniċi u fondi proprji bażiċi għar-rappurtar b’dati ta’ referenza mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Marzu 2016 f’konformità mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Solvibbiltà II) (ĠU L 32, 9.2.2016, p. 31).
(24) Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2016/309 tas-26 ta’ Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza tar-reġim superviżorju għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fis-seħħ f’Bermuda għar-reġim stabbilit fid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/2290 (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 50).
(25) Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2016/310 tas-26 ta’ Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza tar-reġim ta’ solvenza għall-impriżi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun u r-reġim stabbilit fid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 55).
(26) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/467 tat-30 ta’ Settembru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 dwar il-kalkolu ta’ rekwiżiti kapitali regolatorji għal diversi kategoriji ta’ assi miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (ĠU L 85, 1.4.2016, p. 6).
(27) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/869 tas-27 ta’ Mejju 2016 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rappurtar b’dati ta’ referenza mill-31 ta’ Marzu sad-29 ta’ Ġunju 2016 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (ĠU L 147, 3.6.2016, p. 1).
(28) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1376 tat-8 ta’ Awwissu 2016 li jistabbilixxi l-informazzjoni teknika għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rappurtar bid-dati ta’ referenza mit-30 ta’ Ġunju sad-29 ta’ Settembru 2016 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (ĠU L 224, 18.8.2016, p. 1).
(29) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1630 tad-9 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri għall-applikazzjoni tal-miżura tranżizzjonali għas-submodulu tar-riskju ta’ ekwità skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 243, 10.9.2016, p. 1).
(30) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1800 tal-11 ta’ Ottubru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma’ skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 12.10.2016, p. 19).
(31) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1868 tal-20 ta’ Ottubru 2016 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-formoli għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 286, 21.10.2016, p. 35).
(32) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1976 tal-10 ta’ Novembru 2016 li jistabbilixxi l-informazzjoni teknika għall-kalkolu tar-riżervi tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rappurtar bid-dati ta’ referenza mit-30 ta’ Settembru sat-30 ta’ Diċembru 2016 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (ĠU L 309, 16.11.2016, p. 1).
(33) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/309 tat-23 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu tar-riżervi tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rapportar b’dati ta’ referenza mill-31 ta’ Diċembru 2016 sat-30 ta’ Marzu 2017 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (ĠU L 53, 28.2.2017, p. 1).
(34) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/812 tal-15 ta’ Mejju 2017 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rappurtar b’dati ta’ referenza mill-31 ta’ Marzu sad-29 ta’ Ġunju 2017 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (ĠU L 126, 18.5.2017, p. 1).
(35) Ir- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1421 tat-2 ta’ Awwissu 2017 li jistabbilixxi l-informazzjoni teknika għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rappurtar bid-dati ta’ referenza mit-30 ta’ Ġunju sad-29 ta’ Settembru 2017 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (ĠU L 204, 5.8.2017, p. 7).
(36) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1542 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 dwar il-kalkolu ta’ rekwiżiti kapitali regolatorji għal diversi kategoriji ta’ assi miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (korporattivi tal-infrastruttura) (ĠU L 236, 14.9.2017, p. 14).
(37) Versicherungsaufsichtsgesetz (AS 2005 5269) kif emendata l-aħħar fid-19 ta’ Ġunju 2015 (AS 2015 5339).
(38) Aufsichtsverordnung (AS 2005 5305) kif emendata l-aħħar fil-25 ta’ Novembru 2015 (AS 2015 5413).
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
20.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/15 |
Modifika ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)
REKT Helicas
(2018/C 255/05)
I. Isem ir-REKT, indirizz u punt ta’ kuntatt
Isem irreġistrat: l-ebda bidla
Uffiċċju reġistrat: l-ebda bidla
Punt ta’ kuntatt: l-ebda bidla
Posta elettronika: helicas.egtc@gmail.com
Indirizz tal-internet tar-raggruppament: sit tal-internet għadu mhux lest
II. Tibdil li jikkonċerna l-punt ta’ kuntatt, id-direttur, l-uffiċċju reġistrat, u l-indirizz tal-internet tar-REKT
Punt ta’ kuntatt ġdid: l-ebda bidla
Il-persuna l-ġdida responsabbli (Direttur): Yiannis Anastasiadis
Uffiċċju reġistrat ġdid: l-ebda bidla
Indirizz tal-internet ġdid: sit tal-internet għadu mhux lest
III. Membri ġodda (1)
M’hemmx membri ġodda
Isem uffiċjali:
Indirizz postali:
Indirizz tal-internet:
Tip ta’ membru:
Stat:
(1) Jekk jogħġbok daħħal id-dettalji għal kull membru ġdid.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
20.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/16 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8786 — OMERS/DV4/QIA/ABP/Real Estate JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 255/06)
1.
Fil-11 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Oxford Jersey Holding Company Limited (“Oxford”, Jersey); |
— |
DV4 Limited (“DV4”, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi); |
— |
Qatari Diar Real Estate Investment Company Q.P.S.C. (“QDREIC”, il-Qatar); |
— |
Stichting Depositary APG Strategic Real Estate Pool (“APG”, in-Netherlands); |
— |
L-impriża konġunta E1EV LLPs li tikkonsisti minn dawn iż-żewġ sħubijiet b’responsabbiltà limitata: Tribeca Square LLP u East Village London LLP (“E1EV LLPs”, ir-Renju Unit); |
— |
L-impriża konġunta E2LG LLPs li tikkonsisti minn dawn it-tliet sħubijiet b’responsabbiltà limitata: Elephant and Castle LLP, Merchant City (Glasgow) LLP u Holbeck Quarter (Leeds) LLP (“E2LG LLPs”, ir-Renju Unit); |
Oxford, DV4, QDREIC u APG jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ E1EV LLPs u E2LG LLPs permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Oxford: parti mill-OMERS Administration Corporation (“OMERS”) Group usa’. OMERS huwa l-amministratur tal-Pjan tal-Pensjoni Primarju tas-Sistema ta’ Rtirar tal-Impjegati Munċipali ta’ Ontario u l-fiduċjarju tal-fondi tal-pensjoni. OMERS jamministra portafoll globali u ddiversifikat ta’ stokks u bonds kif ukoll ta’ proprjetajiet immobbli, ekwità privata u investimenti ta’ infrastruttura;
— għal DV4: fond ta’ investiment immobiljarju;
— għal QDREIC: kumpanija ta’ investiment u żvilupp ta’ beni immobbli, li hija totalment proprjetà tal-fond ta’ investiment sovran tal-Istat tal-Qatar;
— għal APG: depożitarju għal fond ta’ investiment li s-sid benefiċjarju aħħari tiegħu huwa Stichting Pensioenfonds ABP, organizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-pensjonijiet li tispeċjalizza fil-qasam tal-pensjonijiet kollettivi fis-settur pubbliku.
— għal E1EV LLPs u E2LG LLPs: il-ġestjoni u l-iżvilupp ta’ portafoll ta’ assi ta’ proprjetà immobbli residenzjali u lill-konsumaturi fir-Renju Unit.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8786 — OMERS/DV4/QIA/ABP/Real Estate JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
20.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/18 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9018 — Cerberus Group/WFS Global Holding)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 255/07)
1.
Fit-13 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Promontoria Holding 264 B.V. (“Promontoria”, in-Netherlands), li tappartjeni lil Cerberus Group (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
WFS Global Holding S.A.S. (“WFS”, Franza). |
Cerberus takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ WFS.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Promontoria: kumpanija li hija kkontrollata minn Cerberus Group, ditta ta’ investiment privat involuta fil-proprjetà immobbli u l-proprjetà personali ta’ kull tip.
— għal WFS: il-provvediment ta’ servizzi inċidentali fuq l-art għat-trasport bl-ajru (servizzi fuq l-art għar-rampa, għas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija) u servizzi oħra relatati mal-merkanzija (jiġifieri, servizzi offlajn u l-ispedizzjoni tal-merkanzija bit-trakkijiet). WFS tipprovdi servizzi fl-Amerka ta’ Fuq, fil-Karajbiċi, fl-Ewropa, fl-Asja u fl-Afrika.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9018 — Cerberus Group/WFS Global Holding
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks: +32 122964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
20.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/19 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9022 — Watling Street Capital Partners/Sisaho International)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 255/08)
1.
Fit-13 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Watling Street Capital Partners LLP (“Watling Street”, ir-Renju Unit), |
— |
Sisaho International SAS (“Sisaho”, Franza). |
Wartling Street takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Sisaho.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Watling Street: servizzi ta’ kapital ta’ ekwità u ta’ ġestjoni ta’ fondi,
— għal Sisaho: sensarija u konsultazzjoni tal-assigurazzjoni, ġestjoni tal-kuntratti tal-assikurazzjoni u servizzi ta’ ġestjoni ta’ riskju f’livell korporattiv.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9022 — Watling Street Capital Partners/Sisaho International
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.