ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 255

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
20 ta' Lulju 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 255/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8954 — BPEA/PAI/WFC) ( 1)

1


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2018/C 255/02 CON/2018/19

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ April 2018 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u atti legali relatati (CON/2018/19)

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 255/03

Rata tal-kambju tal-euro

8

2018/C 255/04

Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera tat-3 ta’ Lulju 2018 li temenda l-Annessi u l-Protokolli għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u li ssib li l-leġiżlazzjoni domestika tal-Partijiet Kontraenti hija kompatibbli ma’ dak il-Ftehim

9

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 255/05

Modifika ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) — REKT Helicas

15


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 255/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8786 — OMERS/DV4/QIA/ABP/Real Estate JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

16

2018/C 255/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9018 — Cerberus Group/WFS Global Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

18

2018/C 255/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9022 — Watling Street Capital Partners/Sisaho International) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1)

19


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8954 — BPEA/PAI/WFC)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 255/01)

Fis-26 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8954. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


III Atti preparatorji

Il-Bank Ċentrali Ewropew

20.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/2


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta’ April 2018

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u atti legali relatati

(CON/2018/19)

(2018/C 255/02)

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-23 ta’ Novembru 2017 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq); Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju; Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej; Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; Regolament (UE) 2015/760 dwar il-fondi ta’ investiment Ewropej fuq terminu twil; Regolament (UE) 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew għall-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment; u Regolament (UE) 2017/1129 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (1) (aktar ’il quddiem ir-“regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi d-direttiva proposta fiha disposizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat, u l-kompiti speċifiċi assenjati lill-BĊE b’konformità mal-Artikolu 127(6) tat-Trattat. B’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Ir-regolament propost huwa parti minn pakkett komprensiv ta’ proposti biex tissaħħaħ is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) introdotta f’Settembru 2017, li tikkonsisti mit-tliet awtoritajiet superviżorji Ewropej (ASE) u l-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku (2). Billi l-pakkett jirrigwarda kompiti differenti mwettqa mis-SEBĊ u mill-BĊE, il-BĊE iddeċieda illi jadotta opinjonijiet separati dwar il-pakkett. Għalhekk, din l-opinjoni għandha tinqara flimkien ma’ Opinjoni CON/2018/12 tat-2 ta’ Marzu 2018 dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3).

1.   Osservazzjonijiet ġenerali

1.1.

Il-BĊE jilqa’ l-għan tar-regolament propost li jrawwem superviżjoni prudenzjali u regolamentazzjoni effettiva u konsistenti fl-UE. Il-BĊE jappoġġja aktar integrazzjoni tal-qafas superviżorju fil-livell tal-Unjoni għas-settur bankarju u t-tisħiħ tad-dimensjoni tas-superviżjoni tal-Unjoni billi jagħmel rieżami tal-istruttura attwali tal-ASE (4). Barra minn dan, minkejja l-emendi għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (5) fl-2013, l-ASE ma reġgħux ġew eżaminati minn mindu twaqqfu fl-2010.

1.2.

Fir-rigward tal-allinjament tal-qafas ta’ governanza tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) mal-objettivi u l-iżvilippi deskritti, il-BĊE jixtieq jenfasizza illi l-proġetti tal-Unjoni Bankarja u tal-Unjoni tas-Swieq tal-Kapital (CMU) jinsabu f’fażijiet ta’ progress differenti. Għaldaqstant ir-rieżami tal-ASE m’għandux neċessarjament jipproduċi tliet eżiti identiċi għat-tliet aġenziji. iżda għandu aktar jindirizza l-mandati u l-funzjonijiet rispettivi tagħhom.

1.3.

Speċifikament fir-rigward tal-funzjonijiet superviżorji ġodda fir-regolament propost, il-BĊE huwa tal-fehma illi ċerti emendi proposti għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 ma jiddistingwux b’mod adegwat l-iskop tal-kompiti superviżorji makroprudenzjali tal-BĊE u l-kompetenza tal-ABE biex tistipula standards regolatorji li jippromwovu konverġenza superviżorja. Il-BĊE iqis illi huwa kruċjali illi s-sinerġiji li jirriżultaw mill-mandati tal-BĊE u tal-ABE jiġu massimizzati. Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, għandhom jiġu evitati d-duplikazzjoni jew l-allokazzjoni mhux xierqa tal-kompiti, li jistgħu jtappnu r-responsabbiltajiet tal-awtorità rispettiva u li b’hekk jagħmlu lis-sistema kollha anqas effettiva.

2.   Osservazzjonijiet speċifiċi

2.1.   Il-qafas ta’ governanza tal-ABE revedut

2.1.1.

Ir-regolament propost ifittex li jistabbilixxi Bord Eżekuttiv bħala korp ġdid fi ħdan l-istruttura ta’ governanza tal-ABE (6). Il-membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom jinħatru fuq il-bażi ta’ mertu, ħiliet, għarfien ta’ materji finanzjarji, tal-ikklerjar u tal-post-trading, kif ukoll esperjenza relevanti għas-superviżjoni finanzjarja, permezz ta’ proċedura ta’ għażla miftuħa bl-involviment tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Filwaqt illi l-funzjoni ewlenija tal-Bord Eżekuttiv kif proposta mill-Kummissjoni Ewropea, hija li jagħmel proposti dwar il-kwistjonijiet kollha li jriduy jiġu deċiżi mill-Bord ta’ Superviżuri, huwa propost ukoll li l-Bord Eżekuttiv jingħata setgħat esklussivi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet f’numru ta’ oqsma sabiex jiġi żgurat li jittieħdu deċiżjonijiet effettivi, imparzjali u orjentati lejn l-Unjoni. Pereżempju, il-Bord Eżekuttiv jkun waħdu responsabbli biex isolvi tilwim bejn awtoritajiet kompetenti (AKi) u jistabbilixxi objettivi superviżorji strateġiċi għal dawk l-AKi. Huwa propost ukoll illi l-Bord Eżekuttiv jieħu deċiżjonijiet dwar il-bidu, il-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ testijiet tal-istress mal-Unjoni kollha.

2.1.2.

Il-BĊE jappoġġja r-riżami tal-istruttura ta’ governanza tal-ASE, inkluż reviżjoni tad-dritt tal-vot tagħhom u tal-istruttura tas-sħubija tal-Bordijiet rispettivi tagħhom. Madankollu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jibqa’ l-korp għat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ kompiti immirati lejn it-trawwim ta’ konverġenza superviżorja fl-Unjoni, aktar milli jingħataw setgħat superviżorji wiesgħa lil korp li jkun għadu kemm twaqqaf (8). Fl-istess waqt, sabiex jissaħħu l-effettività u l-effiċjenza tal-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri, il-BĊE jappoġġja t-twaqqif ta’ Bord Eżekuttiv iffukat fuq kompiti amministrattivi u magħmul minn membri permanenti u mhux tal-AK, li jiżgura perspettiva tal-Unjoni aktar b’saħħitha. Għaldaqstant, filwaqt illi l-BĊE jilqa’ l-proposta li l-Bord Eżekuttiv jiġi assenjat it-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali tal-ABE, huwa ma jappoġġjjax l-għoti ta’ dritt ġenerali ta’ inizjattiva għal atti regolatorji lill-Bord Eżekuttiv (9). Dan id-dritt ta’ inizjattiva m’għandux jiġi estiż għall-kompetenzi regolatorji tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-adozzjoni ta’ opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, u deċiżjonijiet.

2.1.3.

Barra minn dan, il-BĊE japprova l-proposta biex tissaħħaħ l-indipendenza statutorja tal-Bord Eżekuttiv, kif ukoll il-proposta illi tagħmel il-proċedura tal-ħatra ta’ membri tal-Bord Eżekuttiv aktar trasparenti minn dik użata biex jinħatar il-Bord ta’ Ġestjoni eżistenti.

2.1.4.

Il-BĊE jappoġġja l-objettiv tar-regolament propost li t-twaqqif tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) jiġi rikonoxxut u rifless fl-SESF. Madankollu, ir-regolament propost ma jagħtix kunsiderazzjoni xierqa lid-dimensjoni tal-Unjoni eżistenti fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. Aktar speċifikament, ma huwiex previst illi l-BĊE ikun membru tal-Bord Eżekuttiv propost, minkejja l-kompiti tiegħu relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro. Konsegwentement, il-Kunsill u l-Parlament għandhom jikkunsidraw l-għoti ta’ status ta’ osservatur lill-BĊE fuq il-Bord Eżekuttiv propost. Minħabba l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-ABE u l-BĊE fir-rigward tal-ħidma konġunta tagħhom, il-preżenza tal-BĊE bħala osservatur fuq il-Bord Eżekuttiv propost għandha tkun ta’ vantaġġ (10).

2.2.   Pjanijiet superviżorji strateġiċi

2.2.1.

Il-BĊE jappoġġja b’mod ġenerali l-objettiv tar-regolament propost li tapprofondixxi l-integrazzjoni finanzjarja u ssaħħaħ l-istabbiltà tas-suq intern permezz ta’ aktar konverġenza superviżorja fil-livell tal-Unjoni (11). Iżda, l-għoti ta’ setgħat ta’ ippjanar strateġiku lill-ABE mhuwiex xieraq f’dan il-kuntest. L-identifikazzjoni ta’ xejriet mikro-prudenzjali, riskji potenzjali u vulnerabbiltajiet għal istituzzjonijiet finanzjarji u d-definizzjoni ta’ prijoritajiet superviżorji strateġiċi rispettivi huma kompiti superviżorji ewlenin li għandhom jitwettqu mill-awtorità superviżorja mikro-prudenzjali kompetenti, u mhux mill-ABE fil-funzjoni tagħha bħala regolatur li jistabbilixxi standards (12).

2.2.2.

B’mod aktar speċifiku, is-separazzjoni tal-ippjanar u tal-implimentazzjoni meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-prijoritajiet superviżorji għandha twassal għal ineffiċjenzi li jikkomplikaw mingħajr bżonn il-proċess ta’ ppjanar superviżorju kif ukoll, b’mod aktar ġenerali, ineffiċjenzi fis-superviżjoni. Li jiġu żgurati proċessi superviżorji sodi, effettivi u affidabbli, u ż-żamma tal-flessibilità fir-risposta għal żviluppi negattivi f’livell kemm mikro kif ukoll makroprudenzjali, huwa essenjali għall-awtorità superviżorja responsabbli. Għalhekk, l-istess awtorità għandha tkun responsabbli għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tas-superviżjoni sabiex jiġu żgurati risposti superviżorji rapidi għar-riskji u r-riżorsi jiġu allokati b’mod effiċjenti.

2.2.3.

Li jiġu żgurati l-allinjament tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-kompiti superviżorji huwa wkoll rifless fil-leġiżlazzjoni sekondarja. Partikolarment, bis-saħħa tal-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (13), l-ippjanar u t-twettiq ta’ kompiti allokati lill-BĊE bħala CA għas-superviżjoni prudenzjali fiż-żona tal-euro jsiru kollha mill-Bord Superviżorju tal-BĊE. Konsegwentement, skont ir-regolament propost, hemm ir-riskju illi ll-ABE tistà tiddupplika kompiti illi huma diġa mwettqa mill-BĊE, li jista’ jwassal għal sensji mhux meħtieġa u anqas effiċjenza u effettività fis-superviżjoni ġenerali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro. Barra minn dan, għandu jkun hemm allinjament sħiħ bejn ill-kompetenzi tal-BĊE u tal-ABE u r-reġimi ta’ responsabbilità rispettivi tagħhom. L-ABE m’għandhiex tiddeċiedi dwar kwalunkwe ippjanar superviżorju strateġiku li fl-aħħar mill-aħħar jista’ jinżamm responsabbli għalih il-BĊE.

2.2.4.

Minn perspettiva ta’ prattiċità, ir-regolament propost jippreżenta r-riskju li jimpedixxi b’mod sinifikanti l-proċessi ta’ ippjanar operattiv u strateġiċi tal-MSU kif ukoll il-proċess għall-identifikazzjoni tar-riskji meħtieġ tiegħu. B’mod aktar speċifiku, ir-regolament propost jitlob li l-MSU jippreżenta abbozz ta’ programmi ta’ ħidma għas-sena ta’ wara lill-ABE superviżorja bosta xhur bil-quddiem. Ir-rapportar tal-programm ta’ ħidma superviżorja għas-sena segwenti f’fażi daqshekk bikrija lill-ABE iħarbat il-proċessi ta’ ippjanar operattiv u strateġiċi stabbiliti tal-MSU, kif ukoll il-proċess għall-identifikazzjoni tar-riskji preċedenti - kollha proċessi mmexxija b’kooperazzjoni mill-qrib mad-19-il AK - u għandu għaldqastant ixekkel il-għan li jiġu żgurati proċessi superviżorji effettivi u effiċjenti. Barra minn dan, ir-regolament propost għandu jagħti lill-ABE d-dritt li toħroġ rakkomandazzjoni biex titlob aġġustament tal-programm ta’ ħidma tal-AKi (14).

2.2.5.

Prattika bħal din tista’ twassal għal sitwazzjonijiet fejn prijoritajiet superviżorji jistgu jkollhom bżonn jiġu aġġustati f’fażi tard ħafna tal-proċess ta’ ppjanar superviżorju tal-MSU, tqajjem mistoqsijiet serji dwar l-affidabbiltà tal-ippjanar għal timijiet superviżorji konġunti, CAs u funzjonijiet orizzontali, u b’hekk tikkomprometti l-effettività tas-superviżjoni prudenzjali fiż-żona tal-euro. Billi l-AKi huma involuti mill-qrib fil-proċess ta’ ppjanar superviżorju tal-MSU, l-emendi proposti għandhom jeffettwaw b’mod gravi l-arranġamenti eżistenti bejn il-BĊE u l-AKi fir-rigward tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-objettivi superviżorji. Fid-dawl tal-effetti negattivi potenzjali identifikati fuq l-effettività u l-effiċjenza tas-superviżjoni prudenzjali fiż-żona tal-euro, il-BĊE jirrakkomanda bis-sħiħ illi titneħħa d-dispożizzjoini dwar is-setgħat ta’ ippjanar superviżorju strateġiku mir-regolament propost.

2.3.   Ittestjar għal stress

2.3.1.

Ir-regolament propost jittrasferixxi s-setgħat tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri lill-Bord Eżekuttiv fir-rigward tal-bidu u l-koordinazzjoni ta’ testijiet għal stress fl-Unjoni kollha (15). Billi l-Bord tas-Superviżuri ma jibqax aktar involut f’aspetti ewlenin tat-testijiet għal stress fl-Unjoni kollha, bħal ma huma l-iżvilupp ta’ metodoloġiji, l-għażla tal-kampjun jew il-komunikazzjoni tall-eżiti tagħhom, il-proċeduri attwali li jirregolaw it-testijiet għa stress mal-Unjoni kollha jkunu suġġetti għal bidliet sinifikanti. Il-BĊE iqis illi t-testijiet għal stress huma għodda superviżorja ewlenija, li trid tiġi użata minn dawk l-awtoritajiet li għandhom responsabbiltajiet superviżorji, sabiex jiġiżgurat illi t-testijiet għal stress jilħqu l-għan tagħhom illi jappoġġjaw evalwazzjonijiet tar-riskju individwali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taħt superviżjoni. Għaldaqstant, il-BĊE jirrimarka speċifikament fuq ir-raġuni għaliex il-bidliet maħsuba jistgħu jimminaw l-effettività tas-supervżjoni, u b’hekk imorru kontra l-għan tal-Kummissjoni illi ssaħħaħ l-istabbiltà tas-suq intern.

2.3.2.

L-ewwel, qed jiġi nnutat illi l-proċess ġdid propost jikkumplikaw mingħajr bżonn il-proċess tal-ittestjar għal stress fil-livell tal-Unjoni, billi l-awtorità superviżorja prudenzjali ikollha tagħmel kull sforz sabiex tikkonforma ma’ deċiżjonijiet tal-Bord Eżekuttiv tal-ABE fuq bosta aspetti tat-testijiet għal stress, partikolarment dwar l-iskop u l-livell ta’ dettall tal-informazjoni li trid tiġi ppubblikata. Billi l-AKi iwettqu partijiet sinifikanti tal-eżerċizzju tat-test għal stress, bħall-assigurazzjoni tas-sottomissjonijiet minn istituzzjonijiet ta’ kreditu taħt superviżjoni, huwa importanti illi huma jkunu involuti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet skont ir-responsabbilità esklussiva tagħhom għal dawk l-elementi tal-qafas li fl-aħħar mil-aħħar jiddefinixxu il-programm ta’ ħidma tagħhom u ħtieġa ta’ riżorsi.

2.3.3.

It-tieni, jekk il-Bord Eżekuttiv kellu jiddeċiedi waħdu dwar bosta aspetti tat-testijiet għal stress mal-Unjoni kollha, inkluż l-iżvelar, jista’ jiddeċiedi, possibilment mingħajr ebda intenzjoni, li jiżvela informazzjoni illi l-AKi ikunu jippreferu jżommu kunfidenzjali. Għaldaqstant, il-Bord tas-Superviżuri għandu jżomm il-kompetenza tiegħu illi jiddeċiedi liema informazzjoni għandha tiġi żvelata fl-eżitu tat-testijiet għal stress fl-Unjoni kollha. Sabiex jiġu evitati d-diskrepanzi bejn il-ġurisdizzjonijiet u jiġu mnaqqsa l-effetti negattivi possibbli fuq l-istabbiltà finanzjarja, huwa kruċjali illi l-grad ta’ żvelar jiġi deċiż flimkien mal-AKi, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-għan kontiwu li jikiseb l-ogħla livell possibbli ta’ armonizzazzjoni bejn l-AKi.

2.3.4.

Fl-aħħar, il-BĊE huwa mħasseb illi r-regolament propost, fil-forma attwali tiegħu, ma jiżgurax b’mod adegwat il-kwalità u l-komprensività ta’ testijiet għal stress għal finijiet supervżorji, eż il-firxa ta’ attivitajiet bankarji, riskji assoċjati u l-adegwatezza tal-metodoloġiji tal-ittestjar għal stress. Jekk il-kompetenzi tal-ittestjar għal stress ikunu allokati lill-Bord Eżekuttiv, x’aktarx illi t-testijiet għal stress la jkunu mfasslin biżżejjed għal finijiet superviżorji, u lanqas ma jirriflettu kif xieraq l-ispeċifiċitajiet u r-riskji tas-settur bankarju superviżjonat mill-BĊE u l-AKi rispettivi. F’dan l-isfond, il-BĊE jirrakkomanda it-tneħħija tad-dispożizzjonijiet fir-regolament propost relatati mal-ittestjar għal stress fir-rigward taż-żamma tal-arranġamenti attwali, li servew sew l-għan tagħhom.

2.4.   Reviżjonijiet indipendenti ta’ AKi

2.4.1.

Ir-regolament propost jistipola illi l-ABE tirrevedi l-attivitajiet ta’ AKi bil-għan li tissaħħaħ aktar il-konsistenza tal-eżiti superviżorji. Għal dan il-għan, l-ABE għandha tiżviluppa metodi li jippermettu evalwazzjoni objettiva u paragun bejn l-AKi u tipproduċi rapport li jippreżenta l-eżitu tar-reviżjoni (16).

2.4.2.

Filwaqt illi l-BĊE jappoġġja l-għan iddikjarat li jiġu żgurati deċiżjonijiet effettivi, imparzjali u orjentati lejn l-Unjoni, huwa jqis illi l-proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari eżistenti huwa mekkaniżmu siewi u ta’ suċċess fit-tkabbir tal-konverġenza superviżorja fl-Unjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiċi bejn is-CAs. Għaldaqstant, il-BĊE ma jara l-ebda ħtieġa biex jabbanduna l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni bejn il-pari. Fl-istess waqt, kif stipulat f’aktar dettal fid-dokument tekniku ta’ ħidma, il-BĊE jappoġġja ċerti elementi tal-proposta biex l-evalwazzjoni bejn il-pari tinbidel f’reviżjoni indipendenti.

2.5.   Koordinazzjoni tad-delega u l-esternalizzazzjoni ta’ attivitajiet kif ukoll it-trasferimenti tar-riskju lil pajjiżi terzi

2.5.1.

Ir-regolament propost jagħti l-kompitu lill-Bord Eżekuttiv biex jiskrutinizza attivitajiet ta’ delega u esternalizzazzjoni, kif ukoll it-trasferiment tar-riskju f’pajjiżi terzi. Ir-regolament propost jitlob li l-AK jinnotifika lill-ABE bi kwalunkwe awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni fejn il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-istituzzjoni finanzjarja jinvolvi attivitajiet ta’ delega u esternalizzazzjoni, kif ukoll it-trasferiment tar-riskju (17). Minn perspettiva superviżorja, il-ħtieġa li l-ABE tiġi nnotifikata b’dawn l-arranġamenti tista’ ma tkoprix adegwatament l-għan tar-regolament propost li jiddetermina l-arbitraġġ regolatorju fl-Istati Membri (18).

2.5.2.

Jista’ minflok ikun hemm sovrapożizzjoni ma’ kompiti superviżorji mikro-prudenzjali mwettqa mill-BĊE fil-kuntest tal-MSU, u jista’ minflok iżid saff mhux iġġustifikat ta’ piż amministrattiv fil-proċess superviżorju. Skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni hija diġà proċess fuq żewġ saffi li titlob illi l-AKi u l-BĊE jevalwaw l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni. Il-koordinament tal-evalwazzjoni mal-ABE kieku żżid it-tielet saff u b’hekk iżżid aktar il-kumplessità u d-dewmien tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni. Għaldaqstant, il-BĊE huwa tal-fehma illi l-kompiti proposti la ġħandhom jiġu allokati fuq xi korp amministrattiv tal-ABE u lanqas fuq il-Bord tas-Superviżuri.

2.6.   Kooperazzjoni internazzjonali

2.6.1.

Ir-regolament propost jissuġġerixi rwol ewlieni għall-ABE fl-evalwazzjoni tal-ekwivalenza regolatorja u superviżorja tas-sistemi legalo ta’ pajjiżi terzi li normalment jitwettqu mill-Kummissjoni (19). B’mod aktar speċifiku, l-ABE hija allokata l-kompitu li timmonitorja l-iżviluppi regolatorji u superviżorji, il-prattiċi ta’ infurzar, u żviluppi tas-suq relevanti f’pajjiżi terzi li għalihom ġew adottati deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza. Minbarra dan, l-ABE tkun tikkoopera ma’ AKi ta’ ġurisdizzjonijiet billi tidħol fi ftehimiet amministrattivi bilaterali.

2.6.2.

Il-BĊE jilqa’ r-rwol tal-ABE li tassisti lill-Kummissjoni fit-tħejjija (20) u l-monitoraġġ ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza (21). Madankollu, il-BĊE jixtieq jgħaddi xi kummenti dwar il-proċedura maħsuba għan-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet amministrattivi bejn AKi u; l-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz rispettiv (22).

2.6.3.

Il-BĊE iqis illi hija meħtieġa kjarifika tal-punt (b) tal-Artikolu 33(2a). Il-BĊE jifhem illi s-setgħat tal-ABE biex tinnegozja u tinkludi dispożizzjonijiet f’arranġamenti ta’ kooperazzjoni, skont dan il-paragrafu, huma intiżi biss biex jippermettu segwitu tad-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza. Jista’ jiġi ċċarat illi l-AK tibqa’ responsabbli biex tikkoordina l-attivitajiet superviżorji u l-ispezzjonijiet fuq il-post.

2.6.4.

Barra minn dan, il-BĊE jilqa’ l-Artikolu 33(2c) propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jagħti l-kompitu lill-ABE biex tiżviluppa arranġamenti amministrattivi li jservu bħala mudell. Dawn għandhom jiġu żviluppati b’mod konġunt mal-AKi. Madankollu, il-BĊE iqis illi jekk l-ABE tieħu rwol attiv fil-proċess ta’ negozjar, dan jista’ jżid kumplessità mhux meħtieġa fil-proċess ta’ negozjar, u jista’ jittardja wkoll il-konklużjoni ta’ Memoranda ta’ Ftehim (MoUs) għall-kooperazzjoni superviżorja. Barra minn dan, billi kull pajjiż terz jopera taħt il-qafas legali tiegħu, u billi l-awtoritajiet superviżorji jeħtieġu flessbilità massima fl-adozzjoni ta’ MoUs matul in-negozjati, jistgħu jinqalgħu diffikultajiet prattiċi fir-rigward tal-obbligu biex jintuża mudell standardizzat għall-MoU żviluppat mill-ABE. Għaldaqstant, id-dependenza fuq dawn il-mudelli ta’ arranġamenti amministrattivi għandha ssir fuq il-bażi tal-aħjar sforz.

2.7.   Tibdil fis-setgħat tal-immultar u t-talbiet għal informazzjoni

2.7.1.

Ir-regolament propost jistabbilixxi mekkanizmu għat-tisħiħ tad-dritt tal-ABE li tiġbor informazzjoni bil-ħsieb li tizgura aktar illi l-ABE twettaq il-kompiti u l-funzjonijiet tagħha b’mod effettiv (23). Għal dan il-għan, ir-regolament propost jaffida lill-ABE bis-setgħa li timponi multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali meta istituzzjonijiet finanzjarji relevanti, kumpaniji azzjonarji jew fergħat ta’ istituzzjoni finanzjarja relevanti u entitajiet mhux irregolati operattivi fi ħdan grupp finanzjarju jew konglomerat li huma sinifikanti għall-attivitajiet finanzjarji tal-istituzzjonijiet finanzjarji relevanti jonqsu milli jikkonformaw b’mod akkurat, kompletament jew fi żmien xieraq ma’ talba jew deċiżjoni mill-ABE (24). L-ABE għandha tagħti lil dik l-istituzzjoni finanzjarja id-dritt li tinstema’ qabel ma dawn il-multi jew ħlasijiet ta’ penali jiġu imposti (25) u kull deċiżjoni li timponi dawn il-multi u ħlasijiet ta’ penali hija soġġetta għal riezami mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (26).

2.7.2.

Il-BĊE ġeneralment jappoġġja l-objettiv iddikjarat li jiġi żgurat illi l-ABE jkollha d-dritt tiġbor informazzjoni li hija meħtieġa biex tippermettilha twettaq id-dmirijiet u l-kompiti tagħha. Madankollu l-BĊE jqis illi t-tisħiħ propost tad-dritt tal-ABE li tiġbor l-informazzjoni, billi tingħata s-setgħa timponi multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, għandu jkun mingħajr ħsara għall-possibilità illi l-AKi jeżerċitaw setgħat disponibbli lilhom b’reazzjoni għan-nuqqas tal-istituzzjonijiet finanzjarji rispettivi li jikkonformaw ma’ talbiet għal informazzjoni mill-AKi b’mod akkurat, komplet jew f’waqtu.

2.8.   Rapportar superviżorju u r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-Pilastru 3

2.8.1.

Filwaqt li jħarsu ‘l quddiem, il-ko-leġiżlaturi jistgħu jikkunsidraw il-formalizzazzjoni u l-espansjoni tar-rwol tal-ABE fir-rigward tat-trasparenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, filwaqt li jevitaw id-dupplikazzjoni tal-obbligi tar-rappurtar tagħhom. B’mod partikolari, l-ABE tista’ tiġi nkargata bl-integrazzjoni tar-rapportar superviżorju u tar-rekwiżiti kwantitattivi tad-divulgazzjoni tal-Pilastru 3 għal istituzzjonijiet finanzjarji, kif stipulati fil-liġi tal-Unjoni, ġo qafas għar-rapportar uniku, li fih id-dejta divulgata taħt il-Pilastru 3 tifforma sub-sett tad-dejta suġġetta għar-rapportar superviżorju. L-integrazzjoni ta’ dawn iż-żewġ streams tad-dejta tippermetti li l-ABE tiżviluppa u żżomm hub ta’dejta li tinkludi informazzjoni divulgata skont ir-rekwiżiti kwantitattivi tad-divulgazzjoni tal-Pilastru 3 u estratta mid-dejta superviżorja. Istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jibbenefikaw minn qafas bħal dan, billi huma jkollhom jirrapportaw l-informazzjoni rispettiva darba biss, u s-superviżuri prudenzjali kif ukoll utenti oħra tad-dejta għandhom jibbenefikaw minn aċċess aktar faċli għal dejta pertinenti.

2.8.2.

Barra minn dan, l-istabbiliment ta’ qafas għal repożitorju ċentrali ta’ dejta fl-ABE jista’ jtejjeb b’mod sinifikanti l-kwalità ta’ dejta superviżorja, kif instab matul l-eżerċizzju ta’ trasparenza tal-ABE. Jista’ jkattar ukoll b’mod aktar ġenerali l-interazzjoni tas-settur bankarju tal-Unjoni billi jiffaċilita l-aċċess ta’ parteċipanti fis-suq għal informazzjoni divulgata taħt il-Pilastru 3 tal-qafas ta’ Basel (27). Hub tad-dejta bħal din tkun tiżvela d-dejta tal-Pilastru 3 skjont ir-rekwiżiti għal istituzzjonijiet finanzjarji (fuq bażi trimestrali, ta’ darbtejn fis-sena jew annwali) sabiex finalment tpoġġi lill-Unjoni fl-istess livell bħall-Istati Uniti f’termini ta’ disponibilità tad-dejta (28). L-ABE diġa esprimiet li tinsab lesta biex twaqqas l-infrastruttura teknina għal hub tad-dejta bħal din, iżda teħtieġ mandat legali biextippubblika dejta disponibbli bħala parti minn repożitorju ċentrali mingħajr il-kunsens espliċitu tal-istituzzjonijiet finanzjarji (29) li għalihom tappartjeni din id-dejta. Dan il-mandat għandu, madankollu jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-AKi li jitolbu informazzjoni addizzjonali ad hoc mingħand entitajiet taħt superviżjoni. Għaldaqstant, il-BĊE jara mertu fl-esplorazzjoni ulterjuri tal-fattibilità legali u prattika li jiġi stabbilit repożitorju tad-dejta fl-ABE.

Meta l-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, qed jiġu previsti proposti speċifiċi tal-abbozzar f’dokument ta’ ħidma tekniku separat flimkien ma’ test spjegattiv għal dan il-għan. Id-dokument ta’ ħidma tekniku huwa disponibbli bl-Ingliż fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ April 2018.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  KUMM(2017) 536 finali.

(2)  KUMM(2017) 542 finali.

(3)  Opinjoni CON/2018/12 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Marzu 2018 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU C 120, 6.4.2018, p. 2). L-opinjonijiet tal-BĊE kollha huma disponibbli fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(4)  Ara paġna 3 tal-kontribuzzjoni tal-BĊE għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar operazzjonijiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, 7 ta’ Ġunju 2017, (aktar ’il quddiem il-“kontribuzzjoni tal-BĊE dwar l-ASE”), disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(5)  Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(6)  Ara l-Artikolu 45 ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(7)  Ara l-Premessa 23 tar-regolament propost.

(8)  Ara l-Premessa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(9)  Ara l-Artikolu 1(27)(a) tar-regolament propost.

(10)  Ara paġni 2 u 3 tal-kontribuzzjoni tal-BĊE dwar l-ASE.

(11)  Ara l-Artikolu 47(3) ġdid propost b’mod konġunt mal-Artikolu 29a ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(12)  Ara wkoll Premessa 17 tar-Regolament propost.

(13)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(14)  Artikolu 29a(3) ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(15)  Ara l-Artikolu 47(3) ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 b’mod konġunt mal-Artikolu 32 ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(16)  Ara l-Artikolu 1(13) tar-regolament propost.

(17)  Artikoli 31a(2) u 31a(3) proposti ġodda tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(18)  Ara l-Premessa 18 tar-regolament propost.

(19)  Artikolu 1(17) tar-regolament propost.

(20)  Artikolu 33(2) ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(21)  Artikolu 33(2a) ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(22)  Ara l-Artikolu 33(2ċ) ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(23)  Ara l-Artikoli 35 sa 35h ġodda proposti tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(24)  Ara l-Premessa 20 tar-regolament propost.

(25)  Ara l-Artikolu 35f ġdid tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(26)  Ara l-Artikolu 35h ġdid tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(27)  Ara ‘Pillar 3 disclosure requirements – consolidated and enhanced framework’ tal-Kumitat ta’ Basel għas-Superviżjoni Bankarja, Marzu 2017, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Bank għal Ħlasijiet Internazzjonali fuq www.bis.org

(28)  Fil-US, il-Kunsill Federali għall-Eżami ta’ Istituzzjonijiet Finanzjarji (FFIEC - Federal Financial Institutions Examination Council) jipprovdi repożitorju ta’ dejta superviżorja għall-pubbliku fuq bażi ta’ bank bank, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-FFIEC fuq cdr.ffiec.gov/public.

(29)  Ara Enria, A., Ensuring transparency in the European financial system, Official Monetary and Financial Institutions Forum (OMFIF) City Lecture, Mejju 2016, p. 9, disponiobblifuq is-sit elettroniku tal-OMFIF fuq www.omfif.org.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/8


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Lulju 2018

(2018/C 255/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1588

JPY

Yen Ġappuniż

130,98

DKK

Krona Daniża

7,4537

GBP

Lira Sterlina

0,89298

SEK

Krona Żvediża

10,3565

CHF

Frank Żvizzeru

1,1622

ISK

Krona Iżlandiża

124,40

NOK

Krona Norveġiża

9,5763

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,920

HUF

Forint Ungeriż

325,77

PLN

Zloty Pollakk

4,3280

RON

Leu Rumen

4,6575

TRY

Lira Turka

5,5957

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5804

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5351

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,0963

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7229

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5909

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 320,68

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,6003

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8553

HRK

Kuna Kroata

7,3938

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 773,63

MYR

Ringgit Malażjan

4,7231

PHP

Peso Filippin

62,180

RUB

Rouble Russu

73,5585

THB

Baht Tajlandiż

38,797

BRL

Real Brażiljan

4,4874

MXN

Peso Messikan

22,1067

INR

Rupi Indjan

80,0155


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


20.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/9


DEĊIŻJONI Nru 1/2018 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-ŻVIZZERA

tat-3 ta’ Lulju 2018

li temenda l-Annessi u l-Protokolli għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u li ssib li l-leġiżlazzjoni domestika tal-Partijiet Kontraenti hija kompatibbli ma’ dak il-Ftehim

(2018/C 255/04)

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-ŻVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 39 u 40.3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (1) (“il-Ftehim”),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1/2001 tal-Kumitat Konġunt KE-Żvizzera tat-18 ta’ Lulju 2001 li temenda l-Annessi u l-Protokolli għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u li ssib li l-leġiżlazzjoni domestika tal-Partijiet Kontraenti hija kompatibbli mal-Ftehim (2),

Billi:

(1)

Stati Membri ġodda aderew mal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem l-“Unjoni”) u l-adeżjoni tagħhom teħtieġ xi emendi tekniċi għall-Anness III għall-Ftehim;

(2)

Ċerti atti legali adottati mill-Unjoni u mill-Iżvizzera bejn it-18 ta’ Lulju 2001 u 3 ta’ Lulju 2018 jeħtieġu l-emendar tal-Annessi u l-Protokolli għall-Ftehim;

(3)

Wara eżami, ċerti atti legali adottati mill-Iżvizzera ma jeħtiġux li l-Ftehim jiġi emendat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’segwitu tal-atti legali adottati mill-Unjoni u mill-Iżvizzera bejn it-18 ta’ Lulju 2001 u 3 ta’ Lulju 2018, u sabiex jirrifletti l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fl-Unjoni, il-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-lista ta’ forom legali aċċettabbli fil-Parti B tal-Anness III għall-Ftehim hija sostitwita bil-lista fil-Parti A tal-Anness III għad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Il-Protokoll Nru 1 għall-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Definizzjoni tal-marġni ta’ solvenza

Il-marġni tas-solvenza għal impriżi li l-uffiċċju prinċipali tagħhom huwa domiċiljat fit-territorju tal-Unjoni huwa r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, kif imsemmi fl-Artikoli 100 u 101 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

Il-marġni tas-solvenza għal impriżi li l-uffiċċju prinċipali tagħhom huwa domiċiljat fit-territorju tal-Konfederazzjoni Żvizzera hija l-Mira tal-Kapital (Zielkapital), li hija definita flimkien ma’ kunċetti relatati mal-valutazzjoni ta’ assi u obbligazzjonijiet u l-Kapital tar-Irfigħ ta’ Riskji (Risikotragendes Kapital) tat-Test tas-Solvenza Żvizzeru (SST - Swiss Solvency Test) fil-Versicherungsaufsichtsgesetz) (*2) (“l-Att ta’ Sorveljanza tas-Settur tal-Assigurazzjoni”) u Aufsichtsverordnung (*3) (“l-Ordinanza Superviżorja tal-Assigurazzjoni”).

(*1)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvabbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1)."

(*2)  Versicherungsaufsichtsgesetz (AS 2005 5269), kif emendata l-aħħar fid-19 ta’ Ġunju 2015 (AS 2015 5339)"

(*3)  Aufsichtsverordnung (AS 2005 5305), kif emendata l-aħħar fit-25 ta’ Novembru 2015 (AS 2015 5413).”;"

(b)

L-Artikolu 2 huwa mħassar;

(c)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Definizzjoni tal-fond ta’ garanzija

Il-fond ta’ garanzija għal impriżi li l-uffiċċju prinċipali tagħhom huwa domiċiljat fit-territorju tal-Unjoni jkun ir-Rekwiżit Kapital Minimu, kif imsemmi fl-Artikoli 128 u 129 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Il-fond ta’ garanzija għal impriżi li l-uffiċċju prinċipali tagħhom ikun domiċiljat fit-territorju tal-Konfederazzjoni Żvizzera huwa l-kapital minimu (l-inqas livell ta’ intervent) fit-Test tas-Solvenza Żvizzeru.”

(d)

L-Artikolu 4 jitħassar.

(3)

Il-paragrafu 2.3 tal-Protokoll Nru 3 għall-Ftehim huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.3.

Fir-rigward għall-ekwivalenti fi Franki Żvizzeri ta’ ammonti espressi f’Euro, il-valur tal-kambju ta’ Euro wieħed għandu, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ikun 1,14 Frank Żvizzeru.”.

Artikolu 2

L-atti legali tal-Unjoni li ġejjin huma kompatibbli mal-Ftehim:

Id-Direttiva 2009/138/KE;

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Jannar 2015 (4);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/460, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Marzu 2015 (5);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/461, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Marzu 2015 (6);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/462, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Marzu 2015 (7);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/498, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Marzu 2015 (8);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/499 fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Marzu 2015 (9);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/500, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Marzu 2015 (10);

Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/1602, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Settembru 2015 (11);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2011, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2015 (12);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2012, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2015 (13);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2013, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2015 (14);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2014, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2015 (15);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2015, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2015 (16);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2016, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2015 (17);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2017, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2015 (18);

Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/2290, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Diċembru 2015 (19);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2450, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-31 ta’ Diċembru 2015 (20);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2451, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-31 ta’ Diċembru 2015 (21);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2452, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-31 ta’ Diċembru 2015 (22);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/165, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Frar 2016 (23);

Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2016/309, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Marzu 2016 (24);

Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2016/310, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Marzu 2016 (25);

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/467, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta’ April 2016 (26);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/869, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Ġunju 2016 (27);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1376, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Awwissu 2016 (28);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1630, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta’ Settembru 2016 (29);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1800, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Ottubru 2016 (30);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1868, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Ottubru 2016 (31);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1976, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Novembru 2016 (32);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/309, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Frar 2017 (33);

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/812, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Mejju 2017 (34);

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1421, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Settembru 2017 (35);

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1542, fil-verżjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Settembru 2017 (36).

L-atti legali li ġejjin tal-Konfederazzjoni Żvizzera huma kompatibbli mal-Ftehim:

L-Att tas-Sorveljanza tal-Assigurazzjoni (37);

L-Ordinanza tas-Sorveljanza tal-Assigurazzjoni (38).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha

Magħmul fi Brussell fis-3 ta’ Lulju 2018,

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Nathalie BERGER


(1)  ĠU L 205, 27.6.1991, p. 3; AS 1992 1894.

(2)  ĠU L 291, 8.11.2001, p. 52; AS 2002 3056.

(3)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)(ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/460 tad-19 ta’ Marzu 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċedura dwar l-approvazzjoni ta’ mudell intern skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 76, 20.3.2015, p. 13).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/461 tad-19 ta’ Marzu 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċess biex tittieħed deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni biex jintuża mudell intern ta’ grupp skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 76, 20.3.2015, p. 19).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/462 tad-19 ta’ Marzu 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri għall-approvazzjoni superviżorja biex jiġu stabbiliti veikoli bi skop speċjali, għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji dwar veikoli bi skop speċjali kif ukoll biex jiġu stabbiliti l-formati u l-mudelli għal informazzjoni li għandha tiġi rrapportata minn veikoli bi skop speċjali skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 76, 20.3.2015, p. 23).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/498 tal-24 ta’ Marzu 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċedura tal-approvazzjoni superviżorja biex jintużaw parametri speċifiċi għall-impriża konformi mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 25.3.2015, p. 8).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/499 tal-24 ta’ Marzu 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri li għandhom jintużaw għall-għoti ta’ approvazzjoni superviżorja għall-użu ta’ fondi proprji anċillari skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 25.3.2015, p. 12).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/500 tal-24 ta’ Marzu 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti dwar l-approvazzjoni superviżorja tal-applikazzjoni ta’ aġġustament skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 25.3.2015, p. 18).

(11)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/1602 tal-5 ta’ Ġunju 2015 dwar l-ekwivalenza tar-reġim ta’ solvenza u prudenzjali għall-impriżi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni fis-seħħ fl-Iżvizzera abbażi tal-Artikoli 172(2), 227(4) u 260(3) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 95).

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2011 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-listi ta’ gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, li l-iskoperturi għalihom għandhom ikunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 3).

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2012 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri għad-deċiżjonijiet biex jiġu stabbiliti, ikkalkolati u mneħħija s-supplimentazzjonijiet kapitali skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 5).

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2013 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ devjazzjonijiet standard fir-rigward ta’ sistemi ta’ ugwalizzazzjoni tar-riskju tas-saħħa skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 9).

(15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2014 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri u l-mudelli għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni lis-superviżur tal-grupp u għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 11).

(16)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2015 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri biex jiġu eżaminati l-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 16).

(17)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2016 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-indiċi ta’ ekwità għall-aġġustament simetriku tal-imposta standard tal-kapital tal-ekwità skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 18).

(18)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2017 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ fatturi aġġustati biex jiġi kkalkulat ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-munita għall-muniti marbuta mal-euro skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 21).

(19)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/2290 tal-5 ta’ Ġunju 2015 dwar l-ekwivalenza proviżorja tar-reġimi tas-solvenza fis-seħħ fl-Awstralja, fil-Brażil, fil-Kanada, fil-Messiku, u fl-Istati Uniti u applikabbli għal impriżi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni b’uffiċċji prinċipali f’dawk il-pajjiżi (ĠU L 323, 9.12.2015, p. 22).

(20)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2450 tat-2 ta’ Diċembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-formoli għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 31.12.2015, p. 1).

(21)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2451 tat-2 ta’ Diċembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-formoli u l-istruttura tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni speċifika minn awtoritajiet superviżorji skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 31.12.2015, p. 1224).

(22)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2452 tat-2 ta’ Diċembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri, il-formati u l-formuli tar-rapport dwar is-solvenza u l-kondizzjoni finanzjarja skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 31.12.2015, p. 1285).

(23)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/165 tal-5 ta’ Frar 2016 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu ta’ dispożizzjonijiet tekniċi u fondi proprji bażiċi għar-rappurtar b’dati ta’ referenza mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Marzu 2016 f’konformità mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Solvibbiltà II) (ĠU L 32, 9.2.2016, p. 31).

(24)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2016/309 tas-26 ta’ Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza tar-reġim superviżorju għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fis-seħħ f’Bermuda għar-reġim stabbilit fid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/2290 (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 50).

(25)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2016/310 tas-26 ta’ Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza tar-reġim ta’ solvenza għall-impriżi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun u r-reġim stabbilit fid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 55).

(26)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/467 tat-30 ta’ Settembru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 dwar il-kalkolu ta’ rekwiżiti kapitali regolatorji għal diversi kategoriji ta’ assi miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (ĠU L 85, 1.4.2016, p. 6).

(27)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/869 tas-27 ta’ Mejju 2016 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rappurtar b’dati ta’ referenza mill-31 ta’ Marzu sad-29 ta’ Ġunju 2016 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (ĠU L 147, 3.6.2016, p. 1).

(28)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1376 tat-8 ta’ Awwissu 2016 li jistabbilixxi l-informazzjoni teknika għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rappurtar bid-dati ta’ referenza mit-30 ta’ Ġunju sad-29 ta’ Settembru 2016 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (ĠU L 224, 18.8.2016, p. 1).

(29)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1630 tad-9 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri għall-applikazzjoni tal-miżura tranżizzjonali għas-submodulu tar-riskju ta’ ekwità skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 243, 10.9.2016, p. 1).

(30)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1800 tal-11 ta’ Ottubru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma’ skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 12.10.2016, p. 19).

(31)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1868 tal-20 ta’ Ottubru 2016 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-formoli għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 286, 21.10.2016, p. 35).

(32)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1976 tal-10 ta’ Novembru 2016 li jistabbilixxi l-informazzjoni teknika għall-kalkolu tar-riżervi tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rappurtar bid-dati ta’ referenza mit-30 ta’ Settembru sat-30 ta’ Diċembru 2016 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (ĠU L 309, 16.11.2016, p. 1).

(33)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/309 tat-23 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu tar-riżervi tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rapportar b’dati ta’ referenza mill-31 ta’ Diċembru 2016 sat-30 ta’ Marzu 2017 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (ĠU L 53, 28.2.2017, p. 1).

(34)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/812 tal-15 ta’ Mejju 2017 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rappurtar b’dati ta’ referenza mill-31 ta’ Marzu sad-29 ta’ Ġunju 2017 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (ĠU L 126, 18.5.2017, p. 1).

(35)  Ir- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1421 tat-2 ta’ Awwissu 2017 li jistabbilixxi l-informazzjoni teknika għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rappurtar bid-dati ta’ referenza mit-30 ta’ Ġunju sad-29 ta’ Settembru 2017 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (ĠU L 204, 5.8.2017, p. 7).

(36)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1542 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 dwar il-kalkolu ta’ rekwiżiti kapitali regolatorji għal diversi kategoriji ta’ assi miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (korporattivi tal-infrastruttura) (ĠU L 236, 14.9.2017, p. 14).

(37)  Versicherungsaufsichtsgesetz (AS 2005 5269) kif emendata l-aħħar fid-19 ta’ Ġunju 2015 (AS 2015 5339).

(38)  Aufsichtsverordnung (AS 2005 5305) kif emendata l-aħħar fil-25 ta’ Novembru 2015 (AS 2015 5413).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

20.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/15


Modifika ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)

REKT Helicas

(2018/C 255/05)

I.   Isem ir-REKT, indirizz u punt ta’ kuntatt

Isem irreġistrat: l-ebda bidla

Uffiċċju reġistrat: l-ebda bidla

Punt ta’ kuntatt: l-ebda bidla

Posta elettronika: helicas.egtc@gmail.com

Indirizz tal-internet tar-raggruppament: sit tal-internet għadu mhux lest

II.   Tibdil li jikkonċerna l-punt ta’ kuntatt, id-direttur, l-uffiċċju reġistrat, u l-indirizz tal-internet tar-REKT

Punt ta’ kuntatt ġdid: l-ebda bidla

Il-persuna l-ġdida responsabbli (Direttur): Yiannis Anastasiadis

Uffiċċju reġistrat ġdid: l-ebda bidla

Indirizz tal-internet ġdid: sit tal-internet għadu mhux lest

III.   Membri ġodda (1)

M’hemmx membri ġodda

Isem uffiċjali:

Indirizz postali:

Indirizz tal-internet:

Tip ta’ membru:

Stat:


(1)  Jekk jogħġbok daħħal id-dettalji għal kull membru ġdid.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8786 — OMERS/DV4/QIA/ABP/Real Estate JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 255/06)

1.   

Fil-11 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Oxford Jersey Holding Company Limited (“Oxford”, Jersey);

DV4 Limited (“DV4”, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi);

Qatari Diar Real Estate Investment Company Q.P.S.C. (“QDREIC”, il-Qatar);

Stichting Depositary APG Strategic Real Estate Pool (“APG”, in-Netherlands);

L-impriża konġunta E1EV LLPs li tikkonsisti minn dawn iż-żewġ sħubijiet b’responsabbiltà limitata: Tribeca Square LLP u East Village London LLP (“E1EV LLPs”, ir-Renju Unit);

L-impriża konġunta E2LG LLPs li tikkonsisti minn dawn it-tliet sħubijiet b’responsabbiltà limitata: Elephant and Castle LLP, Merchant City (Glasgow) LLP u Holbeck Quarter (Leeds) LLP (“E2LG LLPs”, ir-Renju Unit);

Oxford, DV4, QDREIC u APG jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ E1EV LLPs u E2LG LLPs permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Oxford: parti mill-OMERS Administration Corporation (“OMERS”) Group usa’. OMERS huwa l-amministratur tal-Pjan tal-Pensjoni Primarju tas-Sistema ta’ Rtirar tal-Impjegati Munċipali ta’ Ontario u l-fiduċjarju tal-fondi tal-pensjoni. OMERS jamministra portafoll globali u ddiversifikat ta’ stokks u bonds kif ukoll ta’ proprjetajiet immobbli, ekwità privata u investimenti ta’ infrastruttura;

—   għal DV4: fond ta’ investiment immobiljarju;

—   għal QDREIC: kumpanija ta’ investiment u żvilupp ta’ beni immobbli, li hija totalment proprjetà tal-fond ta’ investiment sovran tal-Istat tal-Qatar;

—   għal APG: depożitarju għal fond ta’ investiment li s-sid benefiċjarju aħħari tiegħu huwa Stichting Pensioenfonds ABP, organizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-pensjonijiet li tispeċjalizza fil-qasam tal-pensjonijiet kollettivi fis-settur pubbliku.

—   għal E1EV LLPs u E2LG LLPs: il-ġestjoni u l-iżvilupp ta’ portafoll ta’ assi ta’ proprjetà immobbli residenzjali u lill-konsumaturi fir-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8786 — OMERS/DV4/QIA/ABP/Real Estate JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


20.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/18


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9018 — Cerberus Group/WFS Global Holding)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 255/07)

1.   

Fit-13 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Promontoria Holding 264 B.V. (“Promontoria”, in-Netherlands), li tappartjeni lil Cerberus Group (l-Istati Uniti tal-Amerka),

WFS Global Holding S.A.S. (“WFS”, Franza).

Cerberus takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ WFS.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Promontoria: kumpanija li hija kkontrollata minn Cerberus Group, ditta ta’ investiment privat involuta fil-proprjetà immobbli u l-proprjetà personali ta’ kull tip.

—   għal WFS: il-provvediment ta’ servizzi inċidentali fuq l-art għat-trasport bl-ajru (servizzi fuq l-art għar-rampa, għas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija) u servizzi oħra relatati mal-merkanzija (jiġifieri, servizzi offlajn u l-ispedizzjoni tal-merkanzija bit-trakkijiet). WFS tipprovdi servizzi fl-Amerka ta’ Fuq, fil-Karajbiċi, fl-Ewropa, fl-Asja u fl-Afrika.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9018 — Cerberus Group/WFS Global Holding

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 122964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


20.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9022 — Watling Street Capital Partners/Sisaho International)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 255/08)

1.   

Fit-13 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Watling Street Capital Partners LLP (“Watling Street”, ir-Renju Unit),

Sisaho International SAS (“Sisaho”, Franza).

Wartling Street takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Sisaho.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Watling Street: servizzi ta’ kapital ta’ ekwità u ta’ ġestjoni ta’ fondi,

—   għal Sisaho: sensarija u konsultazzjoni tal-assigurazzjoni, ġestjoni tal-kuntratti tal-assikurazzjoni u servizzi ta’ ġestjoni ta’ riskju f’livell korporattiv.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9022 — Watling Street Capital Partners/Sisaho International

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.