ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 221

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
25 ta' Ġunju 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 221/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 221/02

Kawża C-24/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapesti II. és III. Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Jannar 2018 – István Bán vs KP 2000 Kft., Edit Kovács

2

2018/C 221/03

Kawża C-75/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-6 ta’ Frar 2018 – Vodafone Magyarország Mobil Távközlési Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

2

2018/C 221/04

Kawża C-126/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Szekszárdi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-16 ta’ Frar 2018 – Dalmandi Mezőgazdasági Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

3

2018/C 221/05

Kawża C-173/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-6 ta’ Marzu 2018 – FS vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

5

2018/C 221/06

Kawża C-183/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Gdańsk-Południe w Gdańsku (il-Polonja) fid-9 ta’ Marzu 2018 – Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB) vs Bank BGŻ BNP Paribas S.A. w Gdańsku

5

2018/C 221/07

Kawża C-189/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-13 ta’ Marzu 2018 – Glencore Agriculture Hungary vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

6

2018/C 221/08

Kawża C-195/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Piotrkowie Trybunalskim (il-Polonja) fid-19 ta’ Marzu 2018 – Proċeduri kriminali kontra B.S.

7

2018/C 221/09

Kawża C-220/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Marzu 2018 – ML

8

2018/C 221/10

Kawża C-222/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-28 ta’ Marzu 2018 – VIPA Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. vs Országos Gyógyszerészeti és Élelmezés-egészségügyi Intézet

9

2018/C 221/11

Kawża C-231/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Oldenburg (il-Ġermanja) fit-3 ta’ April 2018 – Proċedura dwar multa fil-konfront ta’ NK

10

2018/C 221/12

Kawża C-259/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil de Madrid (Spanja) fil-11 ta’ April 2018 – Sociedad Estatal Correos y Telégrafos, S.A. vs Asendia Spain, S.L.U.

11

2018/C 221/13

Kawża C-272/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-20 ta’ April 2018 – Verein für Konsumenteninformation vs TVP Treuhand- und Verwaltungsgesellschaft für Publikumsfonds mbH & Co KG

11

2018/C 221/14

Kawża C-275/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2018 – Milan Vinš vs Odvolací finanční ředitelství

12

2018/C 221/15

Kawża C-304/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

13

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 221/16

Kawża T-431/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Distillerie Bonollo et vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li joriġina miċ-Ċina — Modifika tad-dazju antidumping definittiv — Eżami mill-ġdid intermedju parzjali — Rikors għal annullament — Inċidenza diretta u individwali — Ammissibbiltà — Determinazzjoni tal-valur normali — Valur normali maħdum — Bdil ta’ metodu — Trattament individwali — Artikolu 2(7)(a) u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li saru l-Artikolu 2(7)(a) u l-Artikolu 11(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036] — Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament)

15

2018/C 221/17

Kawża T-241/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – El Corte Inglés vs EUIPO – WE Brand (EW) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva EW — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti WE — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

16

2018/C 221/18

Kawża T-574/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – HK vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Pensjoni tas-superstiti — Kundizzjonijiet għall-għoti — Kundizzjoni ta’ anzjanità taż-żwieġ — Sħubija mhux matrimonjali — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal)

16

2018/C 221/19

Kawża T-653/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Malta vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni — Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru — Dokumenti skambjati fil-kuntest tas-sistema ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd — Artikolu 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 — Aċċess tal-pubbliku bħala riżultat ta’ applikazzjoni ppreżentata minn organizzazzjoni mhux governattiva — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kooperazzjoni leali — Għażla tal-bażi legali)

17

2018/C 221/20

Kawża T-662/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Gall Pharma vs EUIPO – Pfizer (Styriagra) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Styriagra — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea VIAGRA — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

18

2018/C 221/21

Kawża T-721/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Mejju 2018 – Luxottica Group vs EUIPO – Chen (BeyBeni) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BeyBeni — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti Ray-Ban — Raġuni assoluta għal rifjut — Ħsara għar-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

18

2018/C 221/22

Kawża T-2/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – J-M.-E.V. e hijos vs EUIPO – Masi (MASSI) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MASSI — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MASI — Artikolu 56(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 63(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Awtorità ta’ res judicata — Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament 2017/1001) — Trade mark li hija magħrufa sew fis-sens tal-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi)

19

2018/C 221/23

Kawża T-34/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – Skyleader vs EUIPO – Sky International (SKYLEADER) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SKYLEADER — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-provi prodotti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni — Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li issa sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 [li issa sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001] — Regola 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li issa sar l-Artikolu 19(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430])

20

2018/C 221/24

Kawża T-187/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – Bernard Krone Holding vs EUIPO (Mega Liner) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Mega Liner — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Obbligu ta’ motivazzjoni — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001))

21

2018/C 221/25

Kawża T-188/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – Bernard Krone Holding vs EUIPO (Coil Liner) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Coil Liner — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Obbligu ta’ motivazzjoni — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001))

21

2018/C 221/26

Kawżi magħquda T-193/17, T-194/17 u T-195/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – CeramTec vs EUIPO – C5 Medical Werks (Forma ta’ parti ta’ proteżi tal-ġenbejn et) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea — Forma ta’ parti ta’ proteżi tal-ġenbejn — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta parti ta’ proteżi tal-ġenbejn — Trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti fi sfumatura ta’ roża — Irtirar tat-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u għeluq tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Rikors tal-proprjetarju ta’ trade mark intiż għall-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ għeluq — Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell — Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2017/1001))

22

2018/C 221/27

Kawża T-200/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – SB vs EUIPO (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien determinat — Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dmir ta’ premura — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età)

23

2018/C 221/28

Kawża T-463/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Raise Conseil vs EUIPO – Raizers (RAISE) Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali RAISE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) — Karattru distintiv miksub bl-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 2017/1001) — Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1) u (2) tar-Regolament Nru 2017/1001

23

2018/C 221/29

Kawża T-354/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2018 – Allegropharma vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna li tipprevedi l-għoti ta’ deroga mit-tnaqqis obbligatorju fuq ċerti prodotti mediċinali — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Nuqqas ta’ inċidenza individwali — Att li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà)

24

2018/C 221/30

Kawża T-916/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 – Winkler vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Trasferiment ta’ drittijiet nazzjonali tal-pensjoni — Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att li ma jikkawżax preġudizzju — Inammissibbiltà manifesta)

25

2018/C 221/31

Kawża T-234/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Siberian Vodka vs EUIPO – Schwarze und Schlichte (DIAMOND ICE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjon Ewropea — Trade mark verbali DIAMOND ICE — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti DIAMOND CUT — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

25

2018/C 221/32

Kawża T-298/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ April 2018 – Iordăchescu et vs Il-Parlament et (Rikors għal annullament — Direttiva 2014/40/UE — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Talba għad-danni — Rikors promotur — Ksur tar-rekwiżiti formali — Inammissibbiltà — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni)

26

2018/C 221/33

Kawża T-203/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – VQ vs BĊE (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika ekonomika u monetarja — Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu — Kompiti fdati lil BĊE mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 — Setgħat tal-BĊE — Setgħat ta’ sorveljanza speċifiċi — Sanzjonijiet amministrattivi — Pubblikazzjoni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

27

2018/C 221/34

Kawża T-230/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – Czarnecki vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Dritt istituzzjonali — Viċi President tal-Parlament Ewropew — Deċiżjoni tal-Parlament li jintemm il-mandat ta’ Viċi President — Talba għal miżuri provviżorji — Ordni — Inammissibbiltà)

27

2018/C 221/35

Kawża T-186/18: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2018 – Abaco Energy et vs Il-Kummissjoni

28

2018/C 221/36

Kawża T-224/18: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2018 –PV vs Il-Kummissjoni

29

2018/C 221/37

Kawża T-225/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2018 – Manéa vs CdT

31

2018/C 221/38

Kawża T-237/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2018 – Martini-Sportswear vs EUIPO – Olympique de Marseille (M)

32

2018/C 221/39

Kawża T-251/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – IFSUA vs Il-Kunsill

33

2018/C 221/40

Kawża T-257/18: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2018 – Iberpotash vs Il-Kummissjoni

34

2018/C 221/41

Kawża T-259/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – Zakłady Chemiczne Siarkopol Tarnobrzeg vs EUIPO – EuroChem Agro (Unifoska)

35

2018/C 221/42

Kawża T-264/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – Gruppo Armonie vs EUIPO (mo.da)

36

2018/C 221/43

Kawża T-272/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – EBM Technologies vs EUIPO (MobiPACS)

36

2018/C 221/44

Kawża T-278/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Nemius Group vs EUIPO (DENTALDISK)

37


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 221/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 211, 18.6.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 200, 11.6.2018

ĠU C 190, 4.6.2018

ĠU C 182, 28.5.2018

ĠU C 166, 14.5.2018

ĠU C 161, 7.5.2018

ĠU C 152, 30.4.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapesti II. és III. Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Jannar 2018 – István Bán vs KP 2000 Kft., Edit Kovács

(Kawża C-24/18)

(2018/C 221/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budapesti II. és III. Kerületi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: István Bán

Konvenuti: KP 2000 Kft., Edit Kovács

Domanda preliminari

Leġiżlazzjoni nazzjonali li ttemm ex lege – mingħajr ebda kumpens ekonomiku – id-drittijiet ta’ użu mogħtija fuq artijiet użati għal finijiet agrikoli jew forestali, meta l-proprjetarju l-ġdid jikseb, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata, il-proprjetà immobbli suġġetta għad-dritt ta’ użu u l-utent tal-art ma jkunx kiseb, fir-rigward tal-istess art, għajnuna għall-iżvilupp agrikolu u rurali ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea jew mill-Ungerija u suġġetta għall-obbligu li l-art tintuża għal perijodu ta’ żmien stabbilit permezz ta’ liġi, toħloq restrizzjoni li tmur kontra l-Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE?


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-6 ta’ Frar 2018 – Vodafone Magyarország Mobil Távközlési Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-75/18)

(2018/C 221/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vodafone Magyarország Mobil Távközlési Zrt.

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 49, 54, 107 u 108 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu miżura nazzjonali li fil-kuntest tagħha l-leġiżlazzjoni nazzjonali (il-Liġi dwar l-Issuġġettar għat-Taxxa Speċjali fuq it-Telekomunikazzjonijiet) għandha bħala effett li l-piż fiskali effettiv jaqa’ fuq persuni taxxabbli miżmuma minn kapital barrani u dan l-effett huwa direttament diskriminatorju?

2)

L-Artikoli 107 u 108 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu ta’ ħlas ta’ taxxa b’rata progressiva imposta fuq id-dħul mill-bejgħ, u dan l-obbligu huwa indirettament diskriminatorju, meta jkollu bħala effett li l-piż fiskali effettiv, għall-ogħla kategoriji fiskali, jaqa’ fuq persuni taxxabbli miżmuma minn kapital barrani, u din il-miżura għandha tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat ipprojbita?

3)

L-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-VAT (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lok għal distinzjoni bejn persuni taxxabbli barranin u persuni taxxabbli nazzjonali, u t-taxxa speċjali għandha tiġi kklassifikata bħala taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ, jiġifieri għandha tiġi kklassifikata bħala taxxa kompatibbli mad-Direttiva VAT, jew hija inkompatibbli mal-imsemmija direttiva?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Szekszárdi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-16 ta’ Frar 2018 – Dalmandi Mezőgazdasági Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-126/18)

(2018/C 221/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szekszárdi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dalmandi Mezőgazdasági Zrt.

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-VAT”) (b’mod partikolari, l-Artikolu 183 tagħha), u l-prinċipji ta’ effettività, ta’ effett dirett u ta’ ekwivalenza jipprekludu prassi ġudizzjarja interna ta’ Stat Membru li skontha l-punt tat-tluq, fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-qasam tal-interessi moratorji, hija l-premessa li l-awtorità fiskali nazzjonali ma wettqet ebda ksur (omissjoni), jiġifieri li ma kienet responsabbli għal ebda dewmien fil-ħlas inkonnessjoni mal-parti mhux rekuperabbli tal-VAT fuq l-akkwisti mhux imħallsa tal-persuni taxxabbli, peress li, fil-mument li fih l-imsemmija awtorità tat id-deċiżjoni tagħha, il-liġi nazzjonali li kienet tikser id-dritt Komunitarju kienet fis-seħħ u li kien biss iktar tard li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat l-inkompatibbiltà tar-rekwiżit inkluż fiha mad-dritt Komunitarju? B’dan il-mod, il-prassi nazzjonali aċċettat bħala kważi-konformi mad-dritt l-applikazzjoni ta’ tali rekwiżit stabbilit fil-liġi nazzjonali li kienet tikser id-dritt tal-Unjoni sa ma din ġiet formalment imħassra mil-leġiżlatur nazzjonali.

2)

Id-dritt Komunitarju, partikolarment id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-VAT (b’mod partikolari, l-Artikolu 183 tagħha), il-prinċipju ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, jipprekludi l-leġiżlazzjoni u l-prassi ta’ Stat Membru li skonthom, fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-qasam tal-interessi moratorji, għandha ssir distinzjoni skont jekk in-nuqqas ta’ rkupru tat-taxxa mill-awtorità fiskali sarx b’osservanza tad-dispożizzjoniijiet nazzjonali fis-seħħ — li rriżultaw li kienu jiksru d-dritt Komunitarju — jew jekk sarx bi ksur ta’ dan tal-aħħar, u li fir-rigward tar-rata tal-interessi fuq il-VAT mhux irkuprata f’terminu raġjonevoli minħabba rekwiżit tad-dritt nazzjonali li ġie ddikjarat kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, jindikaw żewġ perijodi separati b’tali mod li,

għall-ewwel perijodu – peress li dakinhar il-leġiżlazzjoni Ungeriża kuntrarja għad-dritt Komunitarju kienet għadha fis-seħħ u li, għaldaqstant, l-awtoritajiet fiskali Ungeriżi ma wettqu l-ebda ksur billi ma awtorizzawx ir-rimbors f’terminu raġjonevoli tal-VAT imsemmija fil-fatturi–, il-persuni taxxabbli jistgħu jitolbu biss, bħala interessi moratorji, dawk l-interessi skont ir-rata bażika tal-bank ċentrali, filwaqt li,

għat-tieni perijodu, hemm lok li jitħallsu interessi ekwivalenti għad-doppju tar-rata bażika tal-bank ċentrali meħuda bħala riferiment mid-dritt Ungeriż f’każ ta’ dewmien, iżda unikament għall-ħlas tardiv tal-interessi moratorji kif ikkalkulati għall-ewwel perijodu?

3)

Id-dritt Komunitajru, b’mod partikolari l-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT, u l-prinċipju ta’ effettività jipprekludu prassi interna ta’ Stat Membru li tistabbilixxi, bħala d-data tal-bidu tal-kalkolu tal-interessi moratorji (interessi komposti, jew interessi fuq l-interessi) pagabbli, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali, fuq l-ammont prinċipali li jikkonsisti fl-interessi moratorji (interessi fuq il-VAT) dovuti minħabba r-rimbors tardiv tat-taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, mhux id-data ta’ eżiġibbiltà inizjali tal-interessi fuq il-VAT (prinċipali), iżda data suċċessiva, b’kont meħud b’mod partikolari tal-fatt li d-dritt li jintalab ħlas tal-interessi fuq it-taxxi miġbura jew mhux rimborsati bi ksur tad-dritt tal-Unjoni huwa dritt suġġettiv li jirriżulta direttament mid-dritt tal-Unjoni stess?

4)

Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT, u l-prinċipju ta’ effettività jipprekludu prassi interna ta’ Stat Membru li tobbliga lill-persuna taxxabbli tippreżenta talba speċjali meta hija titlob interessi minħabba ksur li jikkonsisti f’dewmien tal-awtorità fiskali, filwaqt li tali talba speċjali għall-ħlas ta’ interessi moratorji ma hijiex neċessarja f’każijiet oħra, meta dawn tal-aħħar għandhom jingħataw ex officio?

5)

F’każ li tingħata risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT, u l-prinċipju ta’ effettività jipprekludu prassi interna ta’ Stat Membru li skontha interessi komposti (interessi fuq l-interessi), dovuti minħabba l-ħlas tardiv ta’ ammont prinċipali konsistenti fl-interessi (interessi fuq il-VAT) dovuti fuq taxxa li l-ġbir tagħha ġie sussegwentement iddikjarat kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, jistgħu jingħataw biss jekk il-persuna taxxabbli tressaq talba eċċezzjonali li l-kontenut tagħha ma jkunx jikkonċerna konkretament l-interessi iżda l-irkupru – fid-data tat-tħassir fid-dritt intern tad-dispożizzjoni li tipprevedi, bi ksur tad-dritt Komunitarju, il-ġbir tal-VAT minħabba nuqqas ta’ ħlas –tal-VAT relattiva, speċifikament, għall-akkwisti mhux imħallsa, peress li l-interessi fuq il-VAT li jikkostitwixxu l-bażi għall-interessi komposti mitluba – li la ġew imħallsa f’dak il-mument u lanqas wara – kienu diġà eżiġibbli għall-perijodi ta’ dikjarazzjoni preċedenti ta’ qabel it-talba eċċezzjonali?

6)

F’każ li tingħata risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT, u l-prinċipju ta’ effettività jipprekludu prassi interna ta’ Stat Membru li tipprevedi d-dekadenza ta’ dritt għall-interessi (interessi komposti), dovuti minħabba l-ħlas tardiv ta’ ammont prinċipali li jikkonsisti fl-interessi (interessi fuq il-VAT) dovuti fuq taxxa li l-ġbir tagħha ġie sussegwentement iddikjarat kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ ta’ djun ta’ interessi fuq il-VAT li ma kinux suġġetti għall-perijodu ta’ dikjarazzjoni tal-VAT affettwat mit-terminu ta’ preskrizzjoni previst għall-preżentata ta’ talba eċċezzjonali peress li dawn kienu eżiġibbli qabel?

7)

Id-dritt Komunitarju, u b’mod partikolari l-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ effettività kif ukoll tan-natura suġġettiva tad-dritt li jintalbu l-interessi fuq it-taxxi illegalment mhux irrimborsati jipprekludu prassi interna ta’ Stat Membru li ċċaħħad b’mod definittiv lill-persuna taxxabbli mill-possibbiltà li jitlob interessi fuq taxxa, li nġabret abbażi ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-irkupru tal-VAT f’każ ta’ akkwisti mhux imħallsa u li sussegwentement ġiet iddikjarata kuntrarja għad-dritt Komunitarju, u dan

billi tali prassi ma tqisx it-talba għall-interessi bħala fondata minħabba l-fatt li d-dispożizzjoni sussegwentement iddikjarata kuntrarja għad-dritt Komunitarju kienet fis-seħħ fil-mument meta t-taxxa kienet eżiġibbli (peress li ma kienx hemm dewmien u li l-awtorità tat-taxxa sempliċement aplikat il-liġi li kienet fis-seħħ),

u iktar tard – wara li tħassret id-dispożizzjoni li tirrestrinġi id-dritt għall-irkupru ddikjarata kuntrarju għad-dritt Komunitarju – b’effett tal-preskrizzjoni?

8)

Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT, u l-prinċipju ta’ effettività jipprekludu prassi interna ta’ Stat Membru, li b’applikazzjoni ta’ dispożizzjoni legali interna sussegwentement iddikjarata kuntrarja għad-dritt Komunitarju, tirrendi l-possibbiltà li jintablu, għall-perijodu kollu 2005-2011, interessi moratorji fuq l-ammont prinċipali, li jikkonsisti fl-interessi li l-persuna taxxabbli għandha dritt għalihom fuq it-taxxa mhux rimborsata fid-data ta’ eżiġibbiltà inizjali, dipendenti fuq il-punt dwar jekk il-persuna taxxabbli hijiex f’pożizzjoni li titlob l-irkupru tat-taxxa fid-dikjarazzjoni tagħha tal-VAT għall-perijodu (jiġifieri ix-xahar ta’ Settembru 2011) li matulu tħassret id-dispożizzjoni kuntrarja għad-dritt Komunitarju inkwistjoni, minkejja li l-ħlas tal-ammont prinċipali li jikkonsisti fl-interessi fuq il-VAT la sar f’dan il-mument u lanqas iktar tard, jiġifieri fid-data li fiha l-qorti nazzjonali ġiet adita bit-talba għall-interessi?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-6 ta’ Marzu 2018 – FS vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-173/18)

(2018/C 221/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FS

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità tat-taxxa ma tistax teskludi l-possibbiltà li persuna taxxabbli tagħżel eżenzjoni mill-VAT stabbilita fir-rigward tal-impriżi żgħar fil-kuntest ta’ kontroll fiskali a posteriori?


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Gdańsk-Południe w Gdańsku (il-Polonja) fid-9 ta’ Marzu 2018 – Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB) vs Bank BGŻ BNP Paribas S.A. w Gdańsku

(Kawża C-183/18)

(2018/C 221/06)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Gdańsk-Południe w Gdańsku

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB)

Konvenuta: Bank BGŻ BNP Paribas S.A. w Gdańsku

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 1(a), 9(3) u 20(1) u (2)(b) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li deċiżjoni li għandha tiġi eżegwita, li imponiet sanzjoni pekunjarja fuq persuna ġuridika, għandha tiġi eżegwita fl-Istat ta’ eżekuzzjoni minkejja li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplementaw din id-deċiżjoni qafas ma jipprovdux għall-possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi tali sanzjoni fuq persuna ġuridika?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, it-terminu “persuna ġuridika” msemmi fl-Artikoli 1(a) u 9(3) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI għandu jiġi interpretat:

a.

skont id-dispożizzjonijiet tal-Istat emittenti (Artikolu 1(c));

b.

skont id-dispożizzjonijiet tal-Istat ta’ eżekuzzjoni (Artikolu 1(d));

c.

bħala kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni;

u konsegwentement, dan jinkludi wkoll fergħa ta’ persuna ġuridika, minkejja li tali fergħa ta’ persuna ġuridika ma għandhiex personalità ġuridika fl-Istat ta’ eżekuzzjoni?


(1)  ĠU 2006 L 159M


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-13 ta’ Marzu 2018 – Glencore Agriculture Hungary vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-189/18)

(2018/C 221/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Glencore Agriculture Hungary Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva VAT (1) kif ukoll, fir-rigward tagħhom, il-prinċipju fundamentali tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru u prattika nazzjonali li tibbaża fuqha li bis-saħħa tagħhom il-konstatazzjonijiet, fil-kuntest tal-istħarriġ tal-partijiet fir-rabta legali (kuntratt, tranżazzjoni) li tikkonċerna l-obbligu fiskali, li jsiru mill-awtorità tat-taxxa bħala riżultat ta’ proċedura implimentata mingħand waħda mill-partijiet għall-imsemmija rabta legali (l-persuna li ħarġet il-fatturi fil-kawża prinċipali) u li jimplikaw klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rabta legali għandhom jitqiesu ex officio mill-awtorità tat-taxxa matul l-istħarriġ ta’ parti oħra għar-rabta legali (d-destinatarju tal-fatturi fil-kawża prinċipali), fid-dawl tal-fatt li l-parti l-oħra għar-rabta legali ma għandha ebda dritt, b’mod partikolari d-drittijiet marbutin mal-locus standi, fil-proċedura tal-istħarriġ tal-oriġini?

2)

Għal każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda b’risposta negattiva, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva VAT kif ukoll, fir-rigward tagħhom, il-prinċipju fundamentali tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jipprekludu prattika nazzjonali li tippermetti proċedura bħal dik imsemmija fl-ewwel domanda b’tali mod li l-parti l-oħra għar-rabta legali (d-destinatarju tal-fatturi) ma għandux, fil-proċedura tal-istħarriġ tal-oriġini, drittijiet marbutin mal-locus standi, u ma jistax lanqas jeżerċita dritt ta’ rikors fil-kuntest ta’ proċedura ta’ stħarriġ li tagħha l-konstatazzjonijiet għandhom jitqiesu ex officio mill-awtorità tat-taxxa fil-proċedura tal-istħarriġ li tikkonċerna l-obbligu tat-taxxa tal-parti l-oħra u jistgħu jinżammu responsabbli ta’ din tal-aħħar, peress li l-awtorità tat-taxxa ma tqiegħedx għad-dispożizzjoni tal-parti l-oħra l-fajl rilevanti tal-istħarriġ li twettaq mingħand l-ewwel parti fir-rabta legali (l-persuna li ħarġet il-fatturi), b’mod partikolari d-dokumenti wara kwalunkwe sejba, il-minuti u d-deċiżjonijiet amministrattivi, iżda tikkommunikalha biss parti, f’forma ta’ sommarju, peress li l-awtorità tat-taxxa tagħti b’hekk konjizzjoni tal-fajl lill-parti l-oħra biss indirettament, billi tagħmel għażla skont kriterji li huma xierqa għaliha u li fuqhom il-parti l-oħra ma tista’ teżerċita ebda stħarriġ?

3)

Għandhom jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva VAT kif ukoll, fir-rigward tagħhom, il-prinċipju fundamentali tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fis-sens li jipprekludu prattika nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-konstatazzjonijiet, fil-kuntest tal-istħarriġ tal-partijiet fir-rabta legali li tikkonċerna l-obbligu tat-taxxa, li jsiru mill-awtorità tat-taxxa fir-riżultat ta’ proċedura implimentata mill-persuna li ħarġet il-fatturi u li jimplikaw il-konstatazzjoni li l-imsemmija persuna li ħarġet il-fatturi pparteċipat fi frodi tat-taxxa attiva għandhom jitqiesu ex officio mill-awtorità tat-taxxa matul l-istħarriġ tad-destinatarju tal-fatturi, fid-dawl tal-fatt li l-imsemmi destinatarju ma għandux, fil-proċedura tal-istħarriġ implimentata mill-persuna li ħarġet il-fatturi, drittijiet marbutin mal-locus standi, u ma tistax għalhekk lanqas teżerċita dritt ta’ rikors fil-kuntest ta’ proċedura tal-istħarriġ li l-konstatazzjonijiet tagħha għandhom jitqiesu ex officio mill-awtorità tat-taxxa fil-proċedura tal-istħarriġ li tikkonċerna l-obbligu tat-taxxa tad-destinatarju u jistgħu jinżammu fir-responsabbiltà ta’ dan tal-aħħar, u fid-dawl tal-fatt li l-awtorità tat-taxxa ma tqegħedx għad-dispożizzjoni tad-destinatarju l-fajl rilevanti tal-istħarriġ li twettaq mill-persuna li ħarġet il-fatturi, b’mod partikolari d-dokumenti wara kwalunkwe sejba, il-minuti u d-deċiżjonijiet amministrattivi, iżda tikkommunikalha biss parti, f’forma ta’ sommarju, peress li l-awtorità tat-taxxa tagħti b’hekk konjizzjoni tal-fajl lid-destinatarju biss indirettament, billi tagħmel għażla skont kriterji li huma xierqa għaliha u li fuqhom il-parti l-oħra ma tista’ teżerċita ebda stħarriġ?

(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Piotrkowie Trybunalskim (il-Polonja) fid-19 ta’ Marzu 2018 – Proċeduri kriminali kontra B.S.

(Kawża C-195/18)

(2018/C 221/08)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Piotrkowie Trybunalskim

Partijiet fil-kawża prinċipali

B.S.

Prokuratura Okręgowa w Piotrkowie Trybunalskim

Łódzki Urząd Celno-Skarbowy w Łodzi

Urząd Celno-Skarbowy w Piotrkowie Trybunalskim

Domanda preliminari

L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1), moqri flimkien mal-Anness Nru 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott li fir-rigward tiegħu, għall-ksib tal-most, intużaw estratti tax-xgħir, ġulepp tal-glukożju, aċidu ċitriku u ilma, jista’ jkun birra magħmula mix-xgħir li taqa’ taħt il-kodiċi NM 2203 tan-Nomenklatura Magħquda, inkluż meta l-porporzjon tal-ingredjenti li ma fihomx ix-xgħir li jinsabu fil-most huwa predominanti meta mqabbel mal-proporzjon tal-ingredjenti li fihom ix-xgħir u meta l-ġulepp tal-glukożju jiżdied fil-most qabel il-proċess ta’ fermentazzjoni tiegħu, u skont liema kriterji għandu jiġi ddeterminat il-proporzjon tal-ingredjenti li fihom ix-xgħir u ta’ dawk li ma fihomx ix-xgħir fil-most primittiv sabiex il-prodott miksub jiġi kklassifikat bħala birra li taqa’ taħt il-kodiċi NM 2203?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9,Vol. 1, p. 206.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Marzu 2018 – ML

(Kawża C-220/18)

(2018/C 221/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Persuna mħarrka: ML

Domandi preliminari

1)

Fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq (1), liema sinjifikat għandhom il-possibbiltajiet ta’ protezzjoni ġuridika li l-Istat Membru emittenti jagħti lill-persuni detenuti fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni tagħhom?

a)

Meta l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni jkollhom provi tal-eżistenza ta’ nuqqasijiet sistematiċi jew ġeneralizzati tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Istat Membru emittenti, fir-rigward ta’ ċerti gruppi ta’ persuni jew ta’ ċerti ċentri ta’ detenzjoni, jista’ jiġi eskluż, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq, riskju reali li l-persuna taħt prosekuzzjoni tkun suġġetta għal trattament inuman jew degradanti fil-każ li hija tkun estradita, ta’ natura tali li jipprevjeni li tingħata l-estradizzjoni, mis-sempliċi fatt li dawn il-possibbiltajiet ta’ protezzjoni ġuridika huma fis-seħħ, mingħajr ma jkun hemm il-bżonn ta’ stħarriġ ulterjuri tal-kundizzjonijiet konkreti ta’ detenzjoni?

b)

F’dan ir-rigward, huwa ta’ rilevanza l-fatt li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ma kkonstatat ebda indikazzjoni li dawn il-possibbiltajiet ta’ protezzjoni ġuridika ma jagħtux lill-persuna detenuta prospett realistiku ta’ titjib tal-kundizzjonijiet inadegwati ta’ detenzjoni?

2)

Jekk, skont ir-risposta għall-ewwel domanda, is-sempliċi eżistenza ta’ dawn il-possibbiltajiet ta’ protezzjoni ġuridika għall-persuni detenuti mingħajr ma l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni ma jwettqu stħarriġ ulterjuri tal-kundizzjonijiet konkreti ta’ detenzjoni fl-Istat Membru emittenti, ma teskludix riskju reali li l-persuna taħt prosekuzzjoni tkun suġġetta għal trattament inuman jew degradanti:

a)

id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-istħarriġ tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Istat Membru emittenti minn awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni għandhom jindirizzaw iċ-ċentri ta’ detenzjoni jew il-faċilitajiet korrettivi kollha li fihom il-persuna taħt prosekuzzjoni tista’ eventwalment tiġi detenuta? Dan japplika wkoll jekk id-detenzjoni hija biss temporanja jew titwettaq għal perijodu tranżitorju f’ċentri ta’ detenzjoni speċifiċi? Jew l-istħarriġ jista’ jiġi limitat għaċ-ċentru ta’ detenzjoni li fih, skont l-indikazzjonijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membru emittenti, il-persuna taħt prosekuzzjoni aktarx ser tiġi detenuta għall-parti l-kbira taż-żmien?

b)

F’dan ir-rigward, huwa neċessarju li kull darba jiġu mistħarrġa kompletament il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni kkonċernati, billi jiġu vverifikati kemm iż-żona ta’ spazju personali għal kull persuna detenuta kif ukoll il-kundizzjonijiet l-oħra ta’ detenzjoni? Għandhom jiġu evalwati l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni hekk kif ivverifikati fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti EDB tat-30 ta’ Ottubru 2016 (Muršić vs Il-Kroazja, Nru 7334/13)?

3)

Jekk, skont ir-risposta għat-tieni domanda, għandu jkun rrikonoxxut li l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni għandhom l-obbligu li jistħarrġu iċ-ċentri ta’ detenzjoni kollha:

a)

l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni jistgħu ma jwettqux stħarriġ tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni ta’ kull ċentru ta’ detenzjoni inkwistjoni billi jqisu li l-Istat Membru emittenti ta assigurazzjoni ġenerali li ma hemmx riskju li l-persuna taħt prosekuzzjoni tkun suġġetta għal trattament inuman jew degradanti?

b)

jew, minflok ma jistħarrġu l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni ta’ kull ċentru ta’ detenzjoni inkwistjoni, l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni jistgħu jqisu l-estradizzjoni ammissibbli bil-kundizzjoni li l-persuna taħt prosekuzzjoni ma tkunx suġġetta għal tali trattament?

4)

Jekk, skont ir-risposta għat-tielet domanda, l-assigurazzjonijiet mogħtija jew il-kundizzjonijiet stabbiliti ma jkunux jistgħu jeżentaw lill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni milli jistħarrġu il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni ta’ kull ċentru ta’ detenzjoni inkwistjoni fl-Istat Membru emittenti:

a)

l-obbligu tal-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni li jistħarrġu l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni jestendi għaċ-ċentri ta’ detenzjoni kollha inkwistjoni meta l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru emittenti jindikaw li t-tul tad-detenzjoni tal-persuna taħt prosekuzzjoni mhux ser ikun itwal minn tliet ġimgħat, bla ħsara għall-okkorrenza ta’ ċirkustanzi li jipprekludu dan?

b)

Dan japplika wkoll meta l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni ma jaslux sabiex jiddeterminaw jekk dawn l-indikazzjonijiet ingħatawx mill-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti jew jekk humiex ġejjin minn waħda mill-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru emittenti li aġixxew fuq it-talba għal assistenza tal-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti?


(1)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).

Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet Kwadru 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b’hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta’ persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża (ĠU 2009, L 81, p. 24).


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-28 ta’ Marzu 2018 – VIPA Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. vs Országos Gyógyszerészeti és Élelmezés-egészségügyi Intézet

(Kawża C-222/18)

(2018/C 221/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VIPA Kereskedelmi és Szolgáltató Kft.

Konvenut: Országos Gyógyszerészeti és Élelmezés-egészségügyi Intézet

Domanda preliminari

L-Artikoli 3(k) u 11(1) tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija kuntrarja għall-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tar-riċetti tat-tabib u għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, u għaldaqstant inkompatibbli ma’ dan il-prinċipju u din il-libertà, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-riċetti mediċi jinqasmu f’żewġ kategoriji u hija biss waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji ta’ riċetti tat-tabib li tippermetti l-għoti ta’ prodott mediċinali lil tabib li jeżerċita l-attività tiegħu fil-qasam ta’ kura tas-saħħa fi Stat differenti mill-Istat Membru inkwistjoni?


(1)  ĠU 2011, L 88, p. 45.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Oldenburg (il-Ġermanja) fit-3 ta’ April 2018 – Proċedura dwar multa fil-konfront ta’ NK

(Kawża C-231/18)

(2018/C 221/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Oldenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

NK

Partijiet oħra: Staatsanwaltschaft Oldenburg, Staatliches Gewerbeaufsichtsamt Oldenburg

Domandi preliminari

1)

Negozjant tal-bhejjem bl-ingrossa, li jixtri annimali ħajjin mingħand bidwi u li jittrasportahom lejn biċċerija u jbigħhom lil din il-biċċerija li tinsab iktar minn 100 km ’il bogħod, jista’ jagħmel użu mill-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 13(1)(p) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 561/2006 (1)) – “vetturi wżati għat-trasport ta’ annimali ħajjin mill-irziezet lejn is-swieq lokali u viċi-versa jew mis-swieq lejn il-biċċeriji lokali f’distanza ta’ mhux aktar minn 100 km” – minħabba li x-xiri minn bidwi jikkostitwixxi “suq” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jew minħabba li l-impriża tal-kummerċ tal-bhejjem għandha titqies li hija “suq”?

Fil-każ li dan ma huwiex “suq” fis-sens tat-tifsira ta’ din id-dispożizzjoni:

2)

In-negozjant tal-bhejjem bl-ingrossa, li jixtri annimali ħajjin mingħand bidwi u li jittrasportahom lejn biċċerija u jbigħhom lil din il-biċċerija li tinsab f’distanza ta’ mhux iktar minn 100 km, jista’ jinvoka l-applikazzjoni mutatis mutandis ta’ din l-eċċezzjoni?


(1)  Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU 2006, L 102, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 195, p. 83).


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil de Madrid (Spanja) fil-11 ta’ April 2018 – Sociedad Estatal Correos y Telégrafos, S.A. vs Asendia Spain, S.L.U.

(Kawża C-259/18)

(2018/C 221/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sociedad Estatal Correos y Telégrafos, S.A.

Konvenuta: Asendia Spain, S.L.U.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (1) (imsejħa d-direttiva postali), fil-formulazzjoni tagħha li tirriżulta mid-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008 (2), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-garanzija mogħtija lill-operatur postali nnominat għall-provvista ta’ servizz postali universali tinkludi li dan ikun l-uniku wieħed awtorizzat jiddistribwixxi mezzi ta’ postaġġ minbarra bolol?

2)

F’każ li d-domanda preċedenti tingħata risposta pożittiva, huwa kompatibbli mal-leġiżlazzjoni postali tal-Unjoni Ewropea ir-rekwiżit li l-operaturi postali privati għandu jkollhom stabbilimenti ta’ bejgħ fiżiċi miftuħa għall-pubbliku sabiex ikunu jistgħu jiddistribwixxu u jikkummerċjalizzaw mezzi ta’ postaġġ minbarra bolol?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71.

(2)  Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU 2008, L 52, p. 3).


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-20 ta’ April 2018 – Verein für Konsumenteninformation vs TVP Treuhand- und Verwaltungsgesellschaft für Publikumsfonds mbH & Co KG

(Kawża C-272/18)

(2018/C 221/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verein für Konsumenteninformation

Konvenuta: TVP Treuhand- und Verwaltungsgesellschaft für Publikumsfonds mbH & Co KG

Domandi preliminari

1)

L-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni prevista fl-Artikolu 1(2)(e) tal-Konvenzjoni dwar il-Liġi Applikabbli għal Obbligazzjonijiet Kuntrattwali (“Konvenzjoni ta’ Ruma”) u fl-Artikolu 1(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (1) tkopri wkoll il-ftehimiet konklużi bejn benefiċjarju u fiduċjarju li għandu parteċipazzjoni f’soċjetà in akkomandita għan-nom tal-benefiċjarju, b’mod partikolari meta jkun hemm konnessjoni bejn l-istatuti tas-soċjetà u l-ftehim fiduċjarju?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (“Direttiva dwar il-klawżoli inġusti”) (2) għandu jiġi interpetat fis-sens li klawżola fi ftehim fiduċjarju konkluż bejn professjonist u konsumatur dwar il-ġestjoni ta’ parteċipazzjoni f’soċjetà in akkomandita, li ma kinitx innegozjata individwalment u li tipprovdi li hija applikabbli l-liġi tal-Istat fejn is-soċjetà in akkomandita jkollha s-sede tagħha, hija inġusta jekk l-għan waħdieni tal-ftehim fiduċjarju jkun l-ġestjoni ta’ parteċipazzjoni f’soċjetà in akkomandita u l-benefiċjarju jingħata d-drittijiet u l-obbligi ta’ azzjonist dirett?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda:

Din ir-risposta tkun differenti jekk, sabiex jipprovdi s-servizzi dovuti, il-professjonist ma jkunx obbligat imur fl-Istat tal-konsumatur sabiex iwettaq l-obbligi tiegħu iżda jkun marbut jittrasferixxi l-ħlas tad-dividendi jew benefiċċji finanzjarji oħra li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni, kif ukoll jittrażmetti informazzjoni relatata mal-iżvolġiment tal-attività tas-soċjetà? Il-kwistjoni tal-applikabbiltà tar-Regoalment Ruma I jew tal-Konvenzjoni ta’ Ruma hija rilevanti f’dan ir-rigward?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda:

Din ir-risposta tibqa’ valida jekk, barra minn hekk, it-talba għas-sottoskrizzjoni tal-konsumatur tkun ġiet iffirmata fl-Istat ta’ residenza tiegħu, il-professjonist jipprovdi informazzjoni dwar is-soċjetà in akkomandita anki fuq l-internet, u jkun ġie stabbilit kont bankarju fl-Istat tal-konsumatur, li fih il-konsumatur irid jiddepożita somma għall-parteċipazzjoni, minkejja li l-professjonist ma jkollu ebda dritt li jiddisponi minn dan il-kont bankarju? Il-kwistjoni tal-applikabbiltà tar-Regoalment Ruma I jew tal-Konvenzjoni ta’ Ruma hija rilevanti f’dan ir-rigward?


(1)  ĠU 2008, L 177, p 6

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2018 – Milan Vinš vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-275/18)

(2018/C 221/14)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Milan Vinš

Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

Domandi preliminari

1)

Id-dritt għall-eżenzjoni mill-VAT fuq oġġetti intiżi għall-esportazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 146 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jista’ jiġi suġġett għat-tqegħid minn qabel tal-oġġetti kkonċernati taħt sistema doganali partikolari (kif jipprevedi l-Artikolu 66 tal-Liġi Ċeka Nru 235/2004 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud)?

2)

Tali leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tkun iġġustifikata fid-dawl tal-Artikolu 131 tad-Direttiva dwar il-VAT bħala kundizzjoni intiża li tipprevjeni kwalunkwe evażjoni, evitar u abbuż?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/13


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-304/18)

(2018/C 221/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková, M. Owsiany Hornung, F. Tomat, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi rrifjutat li tqiegħed għad-dispożizzjoni riżorsi proprji tradizzjonali li jammontaw għal EUR 2 120 309,50 relatati mal-avviż ta’ nuqqas eżiġibbiltà IT(07)08-917, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE Euratom (1) l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE Euratom (2), l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE Euratom (3), u l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE (4) kif ukoll l-Artikoli 6, 10, 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/1989 (5),l-Artikoli 6, 10, 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 (6) u l-Artikoli 6, 10, 12 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) nNru 609/2014 (7)

tikkundanna lil Ir-Repubblika Taljan għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-elementi fil-pussess tal-Kummissjoni, ibbażati fuq il-komunikazzjonijiet u l-informazzjoni pprovduta mir-Repubblika Taljana matul il-proċeduri prekontenzjużi, jindikaw li, fil-kuntest ta’ operazzjoni kontra l-frodi bil-għan tal-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta’ tabakk maħdum barrani, matul l-1997 l-awtoritajiet Taljani kienu aċċertaw id-dejn doganali inkwistjoni, daħħluh fil-kontabbiltà separati u sussegwentement infurmaw lid-debitur bl-ammont ta’ dazju dovut. Peress li d-dejn inkwistjoni kien imdaħħal f’kontabbiltà separata (kontabbiltà B) u ma kienx ġie kkontestat, l-awtoritajiet Taljani kellhom jipproċedu fil-pront bl-irkupru tiegħu, ħaġa li huma ma għamlux. L-awtoritajiet Taljani stennew l-eżitu tal-proċedimenti kriminali relatati mibdija kontra d-debituri qabel ma bdew il-proċedura ta’ rkupru, proċedimenti li ntemmu madwar 6 snin wara t-tnissil u l-istabbiliment tad-dejn.

Id-dazji doganali huma riżorsi proprji tal-Unjoni, li għandhom jinġabru mill-Istati Membri u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni. L-obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu d-dritt tal-Unjoni għar-riżorsi proprji jitnissel meta r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni doganali jkunu sodisfatti (determinazzjoni tal-ammont ta’ dazji li jirriżultaw mid-dejn doganali u l-identità tal-persuna taxxabbli).

Barra minn hekk, ir-regolament ta’ implimentazzjonijipprevedi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-ammonti li jikkorrispondu għad-dazji stabbiliti jitqegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni. L-Istati Membri huma eżentati mill-obbligu li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammonti li jikkorrispondu għad-dazji stabbiliti biss jekk il-ġbir ma setax isir minħabba forza maġġuri jew jekk jidher li sar definittivament impossibbli li twettaq l-irkupru għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu imputati lilhom. Jekk Stat Membru jonqos milli jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammont ta’ riżorsi proprji stabbiliti, mingħajr ma sseħħ xi waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regolament ta’ implimentazzjoni, dak l-Istat Membru jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Kwalunkwe dewmien fit-tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji jimponi wkoll l-obbligu fuq l-Istat Membru kkonċernat li jħallas l-interessi moratorji għall-perijodu kollu ta’ dewmien.

Peress li l-awtoritajiet Taljani diemu madwar sitt snin qabel ma bdew il-proċeduri ta’ rkupru tad-dejn inkwistjoni u peress li dan id-dewmien huwa esklużivament imputabbli lill-awtoritajiet Taljani, ir-Repubblika Taljana ma tistax issostni li ħadet il-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li l-ammonti korrispondenti għad-dazji stabbiliti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni. L-awtoritajiet Taljani dejjem irrifjutaw li jqiegħdu l-ammont stabbilit għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għalhekk tqis li fil-każ inkwistjoni r-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8 tad-deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji u l-Artikoli 6, 10, 11 u 17 (li issa saru l-Artikoli 6, 10, 12 u 13) tar-regolament ta’ implimentazzjoni.


(1)  94/728/KE, Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Ottubru 1994, dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 293, p. 9).

(2)  2000/597/KE, Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 200).

(3)  2007/436/KE, Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 163, p. 17).

(4)  2014/335/UE, Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, p. 105).

(5)  Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 li jimplimenta d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU L 155, p. 1).

(6)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169).

(7)  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 168, p. 39).


Il-Qorti Ġenerali

25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Distillerie Bonollo et vs Il-Kunsill

(Kawża T-431/12) (1)

((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li joriġina miċ-Ċina - Modifika tad-dazju antidumping definittiv - Eżami mill-ġdid intermedju parzjali - Rikors għal annullament - Inċidenza diretta u individwali - Ammissibbiltà - Determinazzjoni tal-valur normali - Valur normali maħdum - Bdil ta’ metodu - Trattament individwali - Artikolu 2(7)(a) u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li saru l-Artikolu 2(7)(a) u l-Artikolu 11(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036] - Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”))

(2018/C 221/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Distillerie Bonollo SpA (Formigine, l-Italja), Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA (Borgoricco, l-Italja), Distillerie Mazzari SpA (Sant’Agata sul Santerno, l-Italja), Caviro Distillerie Srl (Faenza, l-Italja) u Comercial Química Sarasa, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: R. MacLean, solicitor u A. Bochon, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch, avukat, u N. Chesaites, barrister, sussegwentement minn G. Berrisch u finalment minn N. Tuominen, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. França u A. Stobiecka-Kuik, sussegwentement M. França u J.-F. Brakeland, aġenti), u Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd (Changzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: E. Vermulst, S. Van Cutsem, F. Graafsma u J. Cornelis, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 626/2012 tas-26 ta’ Ġunju 2012, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni [tal-Kunsill] (UE) Nru 349/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2012, L 182, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 626/2012 tas-26 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni [tal-Kunsill] (UE) Nru 349/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat.

2)

Id-dazju antidumping impost permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 626/2012 għandu jinżamm f’dak li jirrigwarda l-prodotti ta’ Ninghai Organic Chemical Factory sakemm il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jkunu ħadu l-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din is-sentenza.

3)

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Distillerie Bonollo SpA, Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA, Distillerie Mazzari SpA, Caviro Distillerie Srl u Comercial Química Sarasa, SL.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

5)

Changmao Biochemical Engineering għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 366, 24.11.2012.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – El Corte Inglés vs EUIPO – WE Brand (EW)

(Kawża T-241/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva EW - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti WE - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 221/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Botis u J. Ivanauskas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: WE Brand Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: R. van Oerle u L. Bekke, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Frar 2016 (Każ R 426/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn WE Brand u El Corte Inglés.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Frar 2016 (Każ R 426/2015-2) hija annullata.

2)

L-EUIPO u WE Brand Sàrl għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti minn El Corte Inglés, SA.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – HK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-574/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Pensjoni tas-superstiti - Kundizzjonijiet għall-għoti - Kundizzjoni ta’ anzjanità taż-żwieġ - Sħubija mhux matrimonjali - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal”))

(2018/C 221/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: HK (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Bauer u M. Veiga, sussegwentement minn M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent il-benefiċċju tal-pensjoni tas-superstiti u, de la décision de la Commission refusant d’octroyer au requérant le bénéfice de la pension de survie et, u jekk meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, li tikseb kumpens għad-danni materiali allegatament subiti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħuda.

2)

HK huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Numru F-151/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Malta vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-653/16) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni - Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru - Dokumenti skambjati fil-kuntest tas-sistema ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd - Artikolu 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 - Aċċess tal-pubbliku bħala riżultat ta’ applikazzjoni ppreżentata minn organizzazzjoni mhux governattiva - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kooperazzjoni leali - Għażla tal-bażi legali”))

(2018/C 221/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentant: A. Buhagiar, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2016 dwar applikazzjoni konfermatorja ppreżentata minn Greenpeace għal aċċess għal dokumenti dwar kunsinna allegatament irregolari ta’ tonn ħaj mit-Tuneżija lejn fish farm għat-tkabbir tat-tonn li jinsab f’Malta, sa fejn tagħti lil Greenpeace aċċess għad-dokumenti li joriġinaw mill-awtoritajiet Maltin.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Lulju 2016 dwar applikazzjoni konfermatorja ppreżentata minn Greenpeace għal aċċess għal dokumenti dwar kunsinna allegatament irregolari ta’ tonn ħaj, mit-Tuneżija lejn Malta, hija annullata sa fejn tagħti lil Greenpeace aċċess għad-dokumenti elenkati fl-Anness B tagħha bin-numri 112 sa 230.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 428, 21.11.2016.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Gall Pharma vs EUIPO – Pfizer (Styriagra)

(Kawża T-662/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Styriagra - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea VIAGRA - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 221/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gall Pharma GmbH (Judenburg, l-Awstrija) (rappreżentanti: inizjalment D. Reichelt u L. Figura, sussegwentement T. Schafft, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pfizer Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 724/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pfizer u Gall Pharma.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gall Pharma GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 441, 28.11.2016.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Mejju 2018 – Luxottica Group vs EUIPO – Chen (BeyBeni)

(Kawża T-721/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BeyBeni - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti Ray-Ban - Raġuni assoluta għal rifjut - Ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2018/C 221/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Luxottica Group SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: E. Ochoa Santamaría u I. Aparicio Martínez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Xian Chen (Wenzhou, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 675/2015-5), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn Luxottica Group u X. Chen.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 675/2015-5), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn Luxottica Group u X. Chen, hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 454, 5.12.2016.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – J-M.-E.V. e hijos vs EUIPO – Masi (MASSI)

(Kawża T-2/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MASSI - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MASI - Artikolu 56(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 63(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Awtorità ta’ res judicata - Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament 2017/1001) - Trade mark li hija magħrufa sew fis-sens tal-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi”))

(2018/C 221/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: J-M.-E.V. e hijos, SRL (Granollers, Spanja) (rappreżentanti: M. Ceballos Rodríguez u J. Güell Serra, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alberto Masi (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: C. Ceriani, S. Giudici u A. Ferreri, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2016 (R 793/2015-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn A. Masi u J-M.-E.V. e hijos.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Ottubru 2016 (R 793/2015-1), hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn J-M.-E.V. e hijos, SRL.

3)

Alberto Masi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 63, 27.2.2017.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – Skyleader vs EUIPO – Sky International (SKYLEADER)

(Kawża T-34/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SKYLEADER - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-provi prodotti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni - Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li issa sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 [li issa sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001] - Regola 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li issa sar l-Artikolu 19(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430]”))

(2018/C 221/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Skyleader a.s. (Ústí nad Labem, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: K. Malmstedt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sky International AG (Zoug, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Barry, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appeel tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2016 (Każ R 805/2016-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Sky International u Skyleader.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Skyleader a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk indispensabbli sostnuti minn Sky international AG għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 78, 13.3.2017.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – Bernard Krone Holding vs EUIPO (Mega Liner)

(Kawża T-187/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Mega Liner - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)”))

(2018/C 221/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bernard Krone Holding SE & Co. KG (Spelle, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Weeg u K. Lüken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer u W. Schramek, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ Jannar 2017 (Każ R 442/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Mega Liner bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Il-punt 2 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tad-9 ta’ Jannar 2017 (Każ R 442/2016-1), huwa annullat.

2)

L-EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Bernard Krone Holding SE & Co. KG fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 161, 22.5.2017.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – Bernard Krone Holding vs EUIPO (Coil Liner)

(Kawża T-188/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Coil Liner - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)”))

(2018/C 221/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bernard Krone Holding SE & Co. KG (Spelle, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Weeg u K. Lüken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer u W. Schramek, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 (Każ R 443/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Coil Liner bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Il-punt 2 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Jannar 2017 (Każ R 443/2016-1) huwa annullat.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Bernard Krone Holding SE & Co. KG fil-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 161, 22.5.2017.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – CeramTec vs EUIPO – C5 Medical Werks (Forma ta’ parti ta’ proteżi tal-ġenbejn et)

(Kawżi magħquda T-193/17, T-194/17 u T-195/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea - Forma ta’ parti ta’ proteżi tal-ġenbejn - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta parti ta’ proteżi tal-ġenbejn - Trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti fi sfumatura ta’ roża - Irtirar tat-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u għeluq tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Rikors tal-proprjetarju ta’ trade mark intiż għall-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ għeluq - Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 221/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CeramTec GmbH (Plochingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Renck u E. Nicolás Gómez, sussegwentement A. Renck, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: C5 Medical Werks (Grand Junction, Colorado, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Naumann, avukat)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2017 (Każijiet R 929/2016-4, R 928/2016-4 u R 930/2016-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn C5 Medical Werks u CeramTec.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

CeramTec GmbH hija kkundannata li tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u ta’ C5 Medical Werks.


(1)  ĠU C 161, 22.5.2017.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – SB vs EUIPO

(Kawża T-200/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dmir ta’ premura - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età”))

(2018/C 221/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SB (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Tóth u A. Lukošiūtė, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2016 li tirrifjuta li jsir it-tieni tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrenti kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ dan id-direttur tad-19 ta’ Diċembru 2016 li tiċħad l-ilment imressaq minnha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

SB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 178, 6.6.2017.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Raise Conseil vs EUIPO – Raizers (RAISE)

(Kawża T-463/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali RAISE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) - Karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 2017/1001) - Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1) u (2) tar-Regolament Nru 2017/1001”)

(2018/C 221/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Raise Conseil (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: F. Fajgenbaum u T. Lachacinski, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Raizers (Pariġi) (rappreżentant: E. Fortunet, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1606/2016-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Raizers u Raise Conseil.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Raise Conseil hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 330, 2.10.2017.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2018 – Allegropharma vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-354/15) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna li tipprevedi l-għoti ta’ deroga mit-tnaqqis obbligatorju fuq ċerti prodotti mediċinali - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Att li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà”))

(2018/C 221/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Allergopharma GmbH & Co. KG (Reinbek, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Müller-Ibold, u F.-C. Laprévote, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u T. Maxian Rusche, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Bencard Allergie GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Fiegler, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1300 tas-27 ta’ Marzu 2015 dwar l-iskema ta’ għajnuna –Għajnuna lil kumpaniji farmaċewtiċi Ġermaniżi f’diffikultajiet finanzjarji permezz tal-eżenzjonijiet mir-roħs mandatarju SA.34881 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2012/CP) (ĠU 2015, L 199, p. 27).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Allergopharma GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Bencard Allergie GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 328, 5.10.2015.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 – Winkler vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-916/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Trasferiment ta’ drittijiet nazzjonali tal-pensjoni - Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att li ma jikkawżax preġudizzju - Inammissibbiltà manifesta”))

(2018/C 221/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Bernd Winkler (Grange, l-Irlanda) (rappreżentant: A. Kässens, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tan-nota tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2016 dwar proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fl-iskema tal-pensjoni tal-instituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, meta ssir talba għal trasferiment ta’ drittijiet tal-pensjoni li jkunu ġew akkwistati mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrent minħabba illegalitajiet mwettqa mill-Kummissjoni waqt l-ipproċessar tal-imsemmija talba għal trasferiment.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bernd Winkler huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 46, 13.2.2017.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Siberian Vodka vs EUIPO – Schwarze und Schlichte (DIAMOND ICE)

(Kawża T-234/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjon Ewropea - Trade mark verbali DIAMOND ICE - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti DIAMOND CUT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2018/C 221/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Siberian Vodka AG (Herisau, l-Isvizzera) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Schwarze und Schlichte Markenvertrieb GmbH & Co. KG (Oelde, il-Ġermanja) (rappreżentant A. Zafar, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2017 (Każ R 1171/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Schwarze und Schlichte Markenvertrieb u Siberian Vodka.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Siberian Vodka AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 195, 19.6.2017.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ April 2018 – Iordăchescu et vs Il-Parlament et

(Kawża T-298/17) (1)

((“Rikors għal annullament - Direttiva 2014/40/UE - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Talba għad-danni - Rikors promotur - Ksur tar-rekwiżiti formali - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni”))

(2018/C 221/32)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Adrian Iordăchescu (Bukarest, ir-Rumanija), Florina Iordăchescu (Bukarest), Mihaela Iordăchescu (Bukarest) u Cristinel Iordăchescu (Bukarest) (rappreżentant: A. Cuculis, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u C. Ionescu Dima, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Karlsson u O. Segnana, aġenti) u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Stancu u J. Tomkin, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU 2014, L 127, p. 1), u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament mġarrab mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Adrian Iordăchescu, Florina Iordăchescu, Mihaela Iordăchescu u Cristinel Iordăchescu huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/27


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – VQ vs BĊE

(Kawża T-203/18 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Kompiti fdati lil BĊE mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Setgħat tal-BĊE - Setgħat ta’ sorveljanza speċifiċi - Sanzjonijiet amministrattivi - Pubblikazzjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2018/C 221/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: VQ (rappreżentant: G. Cahill, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: E. Koupepidou, E. Yoo u M. Puidokas, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ECB-SSM-2018-ESSAB-4, SNC-2016-0026 tal-Kunsill tal-Gvernaturi tal-BĊE, tal-14 ta’ Marzu 2018, dwar sanzjoni pekunjarja u l-pubblikazzjoni tagħha fis-sit Internet tal-BĊE.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/27


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – Czarnecki vs Il-Parlament

(Kawża T-230/18 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Viċi President tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni tal-Parlament li jintemm il-mandat ta’ Viċi President - Talba għal miżuri provviżorji - Ordni - Inammissibbiltà”))

(2018/C 221/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ryszard Czarnecki (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz u S. Alonso de León, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Frar 2018 li tapprova t-tmiem antiċipat tal-funzjoni ta’ Viċi President tal-Parlament tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Parlament jiġi ordnat iżomm il-mandat ta’ Viċi Presenti tal-Parlament tar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/28


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2018 – Abaco Energy et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-186/18)

(2018/C 221/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Abaco Energy, SA (Madrid, Spanja), u 1 660 oħra (rappreżentanti: P. Holtrop, P. Kuypers u M. de Wit, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7384 finali tal-10 ta’ Novembru 2017 fil-Każ SA.40348 (2015/NN) dwar is-sostenn għall-ġenerazzjoni tal-elettriku minn riżorsi tal-enerġija rinnovabbli, koġenerazzjoni u skart; (1)

tordna lill-Kummissjoni toħroġ evalwazzjonijiet separati tal-iskema preċedenti u tal-iskema attwali, skont id-dritt tal-Unjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ diliġenza tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha l-obbligu li twettaq b’mod diliġenti l-obbligi tagħha taħt it-Trattati. Il-Kummissjoni kellha l-opportunità, l-informazzjoni u r-riżorsi meħieġa sabiex tevalwa l-iskema preċedenti bħala parti mill-evalwazzjoni tagħha fl-għoti tad-deċiżjoni u kif meħtieġ skont il-liġi. Bi ksur tal-istandards mistennija minnha taħt it-Trattati, il-Kummissjoni naqset milli twettaq dan l-obbligu billi naqset milli twettaq evalwazzjoni indipendenti tal-iskema preċedenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ fatt manifest.

Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ fatt manifest meta kkonstatat li l-iskema preċedenti ġiet assorbita mill-iskema attwali. Huwa manifest li ma kien hemm ebda assorbiment u li minflok, f’kull żmien rilevanti, kien hemm żewġ skemi kompletament separati, li kull waħda minnhom kienet teħtieġ l-evalwazzjoni tagħha sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi manifest.

Il-Kummissjoni naqset milli tapplika korrettament il-Linji Gwida vinkolanti tal-Kummissjoni opportuni, b’mod li aġixxiet b’mod kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonstatat li peress li fil-fehma tagħha kien hemm assorbiment tal-iskema preċedenti mill-iskema attwali, ma kienx hemm ħtieġa ta’ evalwazzjoni tal-iskema preċedenti. Ir-rikorrenti jargumentaw li, b’din il-konstatazzjoni, il-Kummissjoni aġixxiet b’mod kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti.

Il-Kummissjoni ma pprovdietx motivazzjoni suffiċjenti li tippermetti lir-rikorrenti jifhmu l-bażi li fuqha l-Kummissjoni tat id-deċiżjoni. Ma joħorġux ċar mid-deċiżjoni (i) ir-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni kkonstatat li l-iskema preċedenti ġiet assorbita mill-iskema attwali, u (ii) il-bażi li fuqha l-assorbiment ta’ skema minn oħra jipprekludi l-ħtieġa ta’ evalwazzjoni tal-ewwel skema għall-konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. It-tnejn kienu konstatazzjonijiet importanti li wasslu lill-Kummissjoni sabiex tadotta d-deċizjoni. Għaldaqstant, ir-rikorrenti ġew imċaħħda mid-dritt fundamentali tagħhom li jingħataw deċiżjoni li tippermettilhom jifhmu kif u għaliex il-Kummissjoni wasslet għall-konklużjonijiet espressi fid-deċiżjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq abbuż ta’ poter u ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni ma pprovdietx motivazzjoni suffiċjenti li tippermetti lir-rikorrenti jifhmu l-bażi li fuqha l-Kummissjoni tat id-deċiżjoni. Ma joħorġux ċar mid-deċiżjoni (i) ir-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni kkonstatat li l-iskema preċedenti ġiet assorbita mill-iskema attwali, u (ii) il-bażi li fuqha l-assorbiment ta’ skema minn oħra jipprekludi l-ħtieġa ta’ evalwazzjoni tal-ewwel skema għall-konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. It-tnejn kienu konstatazzjonijiet importanti li wasslu lill-Kummissjoni sabiex tadotta d-deċizjoni. Għaldaqstant, ir-rikorrenti ġew imċaħħda mid-dritt fundamentali tagħhom li jingħataw deċiżjoni li tippermettilhom jifhmu kif u għaliex il-Kummissjoni wasslet għall-konklużjonijiet espressi fid-deċiżjoni.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Il-Kummissjoni injorat l-interessi tar-rikorrenti billi ma pprovdietx evalwazzjoni indipendenti tal-iskema preċedenti, biex b’hekk kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  OJ 2017 C 442, p. 1


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/29


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2018 –PV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-224/18)

(2018/C 221/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PV (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara din it-talba ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tordna li:

tgħaqqad dan ir-rikors mal-kawża pendenti T-786/16 konformement mal-prinċipju tal-konnettività u mal-Artikolu 68 tar-Regolament ikkonsolidat tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Marzu 2015;

tikkunsidra l-fastidju psikoloġiku kif stabbilit u tikkonferma l-użu ta’ “dikjarazzjonijiet intenzjonalment foloz”, b’tali mod li dawn l-irregolaritajiet ma jiġux ittollerati mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea;

tannulla l-proċedura CMS 17/025 f’dawn l-aspetti kollha u tannulla d-deċiżjoni li fuqha huwa bbażat l-ilment R/8/18;

tannulla d-deċiżjoni ta’ “iffissar għal żero” tas-salrju tar-rikorrent mill-1 ta’ Ottubru 2017;

tannulla d-deċiżjoni li tikkostrinġi lir-rikorrent sabiex jipparteċipa fl-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni FP 2016 (sena kalendarja 2016) kif ukoll iċ-ċaħda tal-ilment R/502/17 tas-16 ta’ Marzu 2018, minħabba fastidju psikoloġiku u inkapaċità għax-xogħol;

tannulla d-deċiżjoni li ġġiegħel lir-rikorrent jipparteċipa fl-eżerċizzjuta’ evalwazzjoni FP 2017 (sena kalendarja 2017), minħabba fastidju psikoloġiku u li tannulla d-deċiżjoni li għaliha tressaq l-ilment R/121/18;

tannulla d-deċiżjoni u kif ukoll tiċħad l-ilment R/413/17 tal-15 ta’ Jannar 2018 li permezz tagħha r-rikorrent ġie riallokat fid-DG SCIC, bil-ksur tal-prinċipju ta’ premura l-iktar elementari;

tannulla d-deċiżjoni tal-PMO ([X]) tat-12 ta’ Settembru 2017 li ddeċidiet il-kumpens tan-nota ta’ debitu Nru ABAC 324170991 tal-20 Lulju 2017 fl-ammont ta’ EUR 42 704,74 mas-salarji mhux imħallsa tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Awwissu 2016 sat-30 ta’ Settembru 2017, kif ukoll iċ-ċaħda tal-ilment R/482/17 tad-9 ta’ Marzu 2018;

u tagħti id-danni li ġejjin abbażi tal-Artikolu 340 TFUE:

tordna l-kumpens għad-dannu psikoloġiku ta’ EUR 98 000 li jirriżulta minn dawn id-deċiżjonijiet ikkontestati;

fir-irigward tad-dannu materjali, tagħti:

jew ammont ta’ EUR 23 190,44 ta’ salarji arretrati għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2017 sat-30 ta’ April 2018 jekk il-Qorti Ġenerali tqis li r-rikorrent huwa intitolat għall-intier tas-salrju tiegħu;

jew ammont ta’ EUR 7 612,87 ta’ salarji arretrati għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2017 sat-30 ta’ April 2018 jekk il-Qorti Ġenerali tqis li r-rikorrent huwa intitolat biss għad-differenza tas-salarju bejn is-salarju tiegħu mal-Kummissjoni u dak li kellu fis-settur privat;

finalment li tagħti d-danni globali ta’ EUR 121 990,44, jew EUR 105 612,87 bl-interessi moratorji sal-jum tal-ħlas sħiħ;

u fil-każijiet kollha:

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 1, 3, 4 u 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) kif ukoll tal-punt 2 tal-Artikolu 1e u l-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“Istatut”) li tistabilixxi l-projbizzjoni tal-fastidju psikoloġiku.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 21a, 22b u 23 tal-Istatut li d-dsipożizzjonijiet tagħhom jistabilixxu l-projbizzjoni li jitwettqu l-atti illegali, b’mod partikolari billi r-rikorrent kien ġie kostrett jipparteċipa fl-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tal-2016 filwaqt li ma kienx hemm ebda xogħol mogħti minħabba inkapaċità għax-xogħl u minħabba r-revoka mill-1 ta’ Awwissu 2016.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur ta-Artikolu 41 tal-Karta u tal-Artikolu 11a tal-Istatut fir-rigward tal-kunflitti ta’ interessi diretti.

4.

Ir-raba’ motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ premura u ta’ assistenza, li ġie mwettaq permezz tad-deċiżjoni ta’ riallokazzjoni tar-rikorrent fid-DG SCIC.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-prinċipju tad-dritt tal-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq u tal-prinċipju ta’ legalità.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-punt 3 tal-Artikolu 9 tal-Anness IX tal-istatut u tal-prinċipju legali “non bis in idem”, li jivvizja l-proċedura dixxiplinarja CMS 17/025 mibdija kontra r-rikorrent.

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta u b’mod iktar partikolari tat-termini raġonevoli għall-proċedura dixxiplinarja msemmija iktar ’il fuq.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/31


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2018 – Manéa vs CdT

(Kawża T-225/18)

(2018/C 221/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Camelia Manéa (Echternach, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenut: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tad-29 ta’ Mejju 2017 tad-Direttriċi taċ-Ċentru tat- Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea li ma ġġeddidx, b’effett mit-12 ta’ Novembru 2015, il-kuntratt ta’ reklutaġġ għal żmien determinat tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju, li għaldaqstant intemm effettivament fil-31 ta’ Jannar 2016;

tordna r-reintegrazzjoni tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju taċ-Ċentru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019 jew, jekk dan ma huwiex possibbli, tikkundanna lill-konvenut iħallasha kumpens għad-dannu materjali u morali li rriżultalha mit-telf ta’ reklutaġġ għal żmien indeterminat, somma li tikkorrispondi għar-remunerazzjoni li hija kienet tirċievi li kieku hija baqgħet fis-servizz taċ-Ċentru għal erba’ snin, imnaqqsa jekk ikun il-każ b’ remunerazzjonijiet jew kumpens li hija tista’ tirċievi barra minn hekk, u sabiex tħallas lis-sistema komunitarja tal-pensjonijiet il-kontribuzzjonijiet korrispondenti;

tikkundanna liċ-Ċentru tat-Traduzzjoni jħallasha bħala kumpens għad-danni morali u materjali li rriżultawlha mid-deċiżjoni tat-12 ta’ Novembru 2015 is-somma ta’ EUR 11 136 bħala dannu morali tagħha, is-somma ta’ EUR 12 000 bħala t-telf ta’ remunerazzjoni tagħha, u s-somma ta’ EUR 9 674 rappreżentanti l-ispejjeż ta’ assistenza tagħha;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu li r-rikorrenti terġa’ titpoġġa fis-sitwazzjoni legali eżistenti qabel l-att irtirat, fuq żbalji ta’ fatt, fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni jew fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, u fuq il-ksur tal-interess tas-servizz, sa fejn id-deċiżjoni l-ġdida ta’ nuqqas ta’ reklutaġġ mill-ġdid tar-rikorrenti sa mill-31 ta’ Jannar 2016 kienet ibbażata fuq elementi li, kuntrarjament għal dak li hija qieset, ma kinux jeżistu meta qamet il-kwistjoni tar-reklutaġġ mill-ġdid tagħha f’Novembru 2015.

2.

It-tieni motiv, ibbażat, fl-ewwel lok, fuq il-ksur tal-politika tal-persunal iddefinita mill-Kunsill ta’ Amministrazzjoni, sa fejn ġie meqjus fid-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ reklutaġġ mill-ġdid li kien fl-interess tas-servizz li tiġi implementata politika ta’ sostituzzjoni tal-membri tal-persunal temporanji b’membri tal-persunal bil-kuntratt. Fit-tieni lok, dan il-motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni sa fejn ġie meqjus li s-sostituzzjoni tar-rikorrenti minn membru tal-persunal bil-kuntratt kienet iġġustifikata bir-riorganizzazzjoni tad-Dipartiment ta’ Appoġġ għat-Traduzzjoni, u, fit-tielet lok, fuq żball ta’ fatt sa fejn ġie meqjus li dan kien il-każ.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u/jew fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, sa fejn ġie deċiż, retroattivament u għar-raġuni unika tal-interess tas-servizz, li r-rikorrenti ma tiġix irreklutata mill-ġdid minflok tiġi kkumpensata, filwaqt li, skont hi, il-modifika tad-deċiżjoni rtirata kienet impossibbli jew partikolarment diffiċli. Barra minn hekk, din id-deċiżjoni ma hijiex neċessarja sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-miżura, ma tikkostitwixxix rieżami komplet taċ-ċirkustanzi tal-każ, tmur kontra l-aspettattivi leġittimi u ma tissodisfax l-obbligu li jiġu kkumpensati d-danni li jirriżultaw minn irregolaritajiet oħrajn li d-deċiżjoni inizjali kienet ivvizzjata bihom.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/32


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2018 – Martini-Sportswear vs EUIPO – Olympique de Marseille (M)

(Kawża T-237/18)

(2018/C 221/38)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Martini-Sportswear GmbH (Annaberg, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Lang, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Olympique de Marseille SASP (Marseille, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva M li tindika l-Unjoni Ewropea –Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 238 066 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 1755/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-25 ta’ Mejju 2017;

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata, sabiex tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/33


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – IFSUA vs Il-Kunsill

(Kawża T-251/18)

(2018/C 221/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: International Forum for Sustainable Underwater Activities (IFSUA) (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: T. Gui Mori, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Abbażi ta’ dak previst fl-Artikolu 263(4) in fine tat-TFUE, ir-rikorrent IFSUA, direttament ikkonċernat, jitlob lill-Qorti Ġenerali tannulla, abbażi ta’ kriterju ċar ta’ separabbiltà ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 9(4) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (UE), tat-23 ta’ Jannar 2018 (ĠU tal-31 ta’ Jannar 2018), li għandu jiġi mifhum bħala “att regolatorju” ta’ eżekuzzjoni ta’ miżuri restrittivi u tat-TAC (qabdiet totali permissibbli) tal-possibbiltajiet ta’ sajd rikreattiv.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (1), li qiegħed jiġi mitlub l-annullament parzjali tiegħu.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent jippreċiża li huwa qiegħed jitlob l-annullament tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq sa fejn, l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għad-differenti modalitajiet ta’ sajd rikreattiv, attivitajiet li ma jifformawx parti mill-politika komuni tas-sajd, twassal għal projbizzjoni totali tas-sajd tal-ispnotta Ewropea (Dicentrarchus labrax), unikament diretta lejn is-sajjieda ta’ taħt l-ilma, u b’hekk tqiegħed f’riskju s-sopravivenza tal-attività, tal-isport stess u tal-industrija tas-settur.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 2(5), 3(d), 4(d) u 6(d) u (e) tat-TFUE, sa fejn id-dispożizzjonijiet ikkontestati jikkostitwixxu miżuri li direttament jipprojbixxu s-sajd rikreattiv u sportiv ta’ taħt l-ilma tal-ispnotta Ewropea, mingħajr mal-Kunsill ma għandu kompetenzi, lanqas kondiviżi, f’dan ir-rigward.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur, permezz tal-Artikoli 2(2) u 9(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2018/120, tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, peress li dawn id-dispożizzjonijiet jitbegħdu b’mod ċar mill-ambitu tal-kompetenzi mogħtija u mill-iżvilupp storiku ta’ dan l-ambitu.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur, permezz tal-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 9(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2018/120, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ dak ta’ nondiskriminazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba l-applikazzjoni, fl-istess att ta’ implimentazzjoni li jirregola l-possibbilitajiet ta’ sajd tal-ispnotta Ewropea iżda bi kriterji differenti, ta’ dispożizzjonijiet diretti kemm lejn is-sajd kummerċjali kif ukoll lejn is-sajd rikreattiv. Skont ir-rikorrent, dawn iż-żewġ kategoriji ma humiex strettament paragunabbli inkwantu destinatarji tal-istess pakkett ta’ miżuri.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur, permezz tal-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 9(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2018/120, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 43(3) TFUE. F’dan ir-rigward ir-rikorrent jallega li, fir-Regolament li huwa s-suġġett ta’ din it-tilwima, l-iffissar tal-possibbiltajiet ta’ sajd għall-ispnotta Ewropea, kemm għas-sajd kummerċjali kif ukoll għas-sajd rikreattiv, jissodisfa l-għan li titnaqqas b’mod sinjifikattiv il-mortalità tal-popolazzjoni tat-Tramuntana sabiex ikun jista’ jkun hemm żieda żgħira tal-bijomassa, u li dan il-għan jista’ jintlaħaq permezz ta’ miżura inqas restrittiva minn dik li tikkonsisti fi projbizzjoni radikali tas-sajd ta’ taħt l-ilma tal-ispnotta Ewropea. Fi ħdan dan il-motiv ir-rikorrent jallega wkoll ksur tal-Artikoli 12, 16, 37 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta’ Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU 2018 L 27, p. 1).


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/34


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2018 – Iberpotash vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/18)

(2018/C 221/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iberpotash, SA (Suria, Spanja) (rappreżentanti: N. Niejahr u B. Hoorelbeke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (EU) 2018/118 tal-31 ta’ Awwissu 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35818 (2016/C) (ex 2015/NN) (ex 2012/CP) implimentata minn Spanja għal Iberpotash (innotifikata bid-dokument C(2017) 5877); (1)

sussidjarjament:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikkonstata li l-Miżura 1 tinkludi għajnuna mill-Istat u tordna l-irkupru tagħha bl-interessi mingħand ir-rikorrenti; u/jew

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiddetermina l-għajnuna illegali iżda kompatibbli rċevuta mir-rikorrenti li tinsab inkluża fil-Miżura 4 fl-ammont ta’ EUR 3 902 461,30, u l-għajnuna illegali li għandha tiġi rkuprata bl-interessi mingħand ir-rikorrenti fl-ammont ta’ EUR 3 958 109,70;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrenti marbuta ma’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni allegatament kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi kkonstatat li l-Miżura 1 tinvolvi trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni allegatament kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi kkonstatat li l-Miżura 1 tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lir-rikorrenti. Sussidjarjament, hija tallega li l-Kummissjoni naqset milli tiddetermina korrettament l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, jekk hemm, fil-kuntest tal-Miżura 1, bi ksur tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament Proċedurali. (2)

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li, sussidjarjament, il-Kummissjoni allegatament kisret l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Proċedurali fir-rigward tal-Miżura 1 billi ordnat l-irkupru peress li dan l-irkupru jikser l-aspettattivi leġittimi u/jew il-priċnipju ta’ ċertezza legali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni allegatament kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi kkonstatat li l-Miżura 4 tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lir-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li, sussidjarjament, il-Kummissjoni allegatament kisret l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Proċedurali billi naqset milli tiddetermina korrettament l-ammont ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli, jekk hemm, fil-kuntest tal-Miżura 4.


(1)  ĠU 2018 L 28, p. 25.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/35


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – Zakłady Chemiczne “Siarkopol” Tarnobrzeg vs EUIPO – EuroChem Agro (Unifoska)

(Kawża T-259/18)

(2018/C 221/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zakłady Chemiczne “Siarkopol” Tarnobrzeg sp. z o.o. (Tarnobrzeg, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: EuroChem Agro GmbH (Mannheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewopea “Unifoska” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 015017841

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 1503/2017-5.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO għal eżami mill-ġdid;

jew

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata billi tiddeċiedi fis-sens tal-assenza ta’ motivi għal rifjut ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea 01501784 “Unifoska” għall-prodotti kollha fil-klassi 1 u li t-trade mark tiġi rreġistrata;

tilqa’ t-talba tar-rikorrenti għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/36


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – Gruppo Armonie vs EUIPO (mo.da)

(Kawża T-264/18)

(2018/C 221/42)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Gruppo Armonie SpA (Casalgrande, l-Italja) (rappreżentant: G. Medri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “mo.da” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 430 035

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 2065/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/36


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – EBM Technologies vs EUIPO (MobiPACS)

(Kawża T-272/18)

(2018/C 221/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: EBM Technologies (Tajpei, it-Tajwan) (rappreżentanti: J. Liesegang, M. Jost, N. Lang, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “MobiPACS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 400 061

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 2145/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 42(1) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/37


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2018 – Nemius Group vs EUIPO (DENTALDISK)

(Kawża T-278/18)

(2018/C 221/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nemius Group GmbH (Obertshausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Bildhäuser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “DENTALDISK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 804 204

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 741/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn l-Uffiċċju ċaħad ir-resġistrazzjoni għall-klassijiet 10 u 35, klassijiet li għalihom ir-reġistrazzjoni għandha wkoll tiġi ppubblikata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill