ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 218/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8835 — Stadtwerke Olching/BAG Netz/NG Olching/Olching VerwaltungsGmbH) ( 1) |
|
2018/C 218/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8496 — Strabag/Max Bögl International/SMB) ( 1) |
|
2018/C 218/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8901 — HSBC/Global Payments) ( 1) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
2018/C 218/04 |
Komunikazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar il-Premju taċ-Ċittadin Ewropew — CIVI EUROPAEO PRAEMIUM |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 218/05 |
||
2018/C 218/06 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) u/jew l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tagħhom (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006) ( 1) |
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2018/C 218/07 |
||
2018/C 218/08 |
||
2018/C 218/09 |
||
2018/C 218/10 |
||
2018/C 218/11 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 218/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.8823 — Neste/Demeter Animal Fats and Proteins) ( 1) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 218/13 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
22.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8835 — Stadtwerke Olching/BAG Netz/NG Olching/Olching VerwaltungsGmbH)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 218/01)
Fit-28 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
it-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) -dokument li jġib in-numru 32018M8835. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
22.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8496 — Strabag/Max Bögl International/SMB)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 218/02)
Fl-14 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8496. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
22.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8901 — HSBC/Global Payments)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 218/03)
Fid-19 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8901. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
22.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/3 |
Komunikazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar il-Premju taċ-Ċittadin Ewropew
CIVI EUROPAEO PRAEMIUM
(2018/C 218/04)
Il-Kanċellerija tal-Premju taċ-Ċittadin Ewropew kellha l-laqgħa annwali tagħha fis-6 ta’ Ġunju 2018 taħt il-Presidenza tas-Sinjura Sylvie Guillaume, Viċi President tal-Parlament Ewropew.
F’dik il-laqgħa, tfasslet il-lista li ġejja tar-rebbieħa tal-premju għas-sena 2018.
Il-premijiet se jingħataw waqt ċerimonji pubbliċi ta’ premjazzjoni li se jsiru fl-Istati Membri tar-rebbieħa u se jkunu organizzati mill-Uffiċċji ta Kollegament tal-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, ir-rebbieħa se jiltaqgħu fil-Parlament Ewropew fi Brussell, f’avveniment ċentrali li se jsir fid-9 ta’ Ottubru 2018.
CIVI EUROPAEO PRAEMIUM
Rebbieħa
|
Alicja Szatkowska |
|
Αντρέας Μάτσης/Okan Dugli (Bi-communal Famagusta Initiative) |
|
Άνεμος ανανέωσης |
|
António Pinto Monteiro |
|
Antonio Silvio Caló |
|
Архимандрит Партений Фидановски |
|
Arrels Fundació |
|
Bjorn Formosa |
|
Čebelarska zveza Slovenije |
|
Centre Mondial de la Paix |
|
Dmitri Rõbakov |
|
Don Virginio Colmegna |
|
Ehrenamtlicher Dolmetscherdienst der Stadt Ludwigsburg |
|
Eurooppanuoret ry |
|
Fatta! |
|
Fo.B.A.P. ONLUS |
|
Förderverein der Sozialklinik Kalamata |
|
Fundação Francisco Manuel dos Santos |
|
HOPEgenesis |
|
Hrvatski ured za kreativnost i inovacije |
|
Iespējamā misija |
|
Inner City Helping Homeless |
|
Institut für Erinnerungskultur 2.0 NeverForgetWhy |
|
Irish Men’s Sheds Association |
|
J.C.A. Akerboom |
|
Κιβωτός του κόσμου |
|
La Maison des Femmes de Saint-Denis |
|
Laurent Festas |
|
MagiCAMP |
|
Matthäus Weiß, 1. Landesvorsitzender und der Verband Deutscher Sinti und Roma e.V. Landesverband Schleswig-Holstein |
|
Mihai Sora |
|
Nagycsaládosok Országos Egyesülete (NOE) |
|
Odile Linden |
|
Paola Scagnelli |
|
Pierre Maurice |
|
Plateforme citoyenne de soutien aux réfugiés |
|
Polish Jews Forum |
|
Post Bellum |
|
Pražský studentský summit |
|
Proyecto Integra de la Fundación Universidad Camilo José Cela |
|
Refugees Welcome Crawley |
|
Σενέρ Λεβέντ |
|
Spirit of Football e.V. |
|
Stichting De Aldenborgh |
|
Švento Jokūbo Kelio Savivaldybių Asociacija |
|
Szvorák Katalin |
|
Unidad de Gestión Clínica de Medicina Maternofetal, Genética y Reproducción (UGCMFG) del Hospital Universitario Virgen del Rocío |
|
Varga Erika |
|
Vzw/asbl HUMAIN |
|
Wielka Orkiestra Świątecznej Pomocy |
Il-Kummissjoni Ewropea
22.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-21 ta’ Ġunju 2018
(2018/C 218/05)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1538 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
127,59 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4520 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,87370 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,3248 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1496 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
126,60 |
NOK |
Krona Norveġiża |
9,4253 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,863 |
HUF |
Forint Ungeriż |
326,15 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3256 |
RON |
Leu Rumen |
4,6723 |
TRY |
Lira Turka |
5,4754 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5664 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5381 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,0528 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6846 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5714 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 280,79 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,7580 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,4977 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,3790 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 261,40 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6331 |
PHP |
Peso Filippin |
61,637 |
RUB |
Rouble Russu |
73,5577 |
THB |
Baht Tajlandiż |
37,995 |
BRL |
Real Brażiljan |
4,3567 |
MXN |
Peso Messikan |
23,5286 |
INR |
Rupi Indjan |
78,4145 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
22.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/6 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) u/jew l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tagħhom
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 218/06)
Id-Deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjoni
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-Deċiżjoni |
C(2018) 3734 |
Il-15 ta’ Ġunju 2018 |
Triossidu tal-kromu Numru tal-KE 215-607-8, Numru tal-CAS 1333-82-0 |
Souriau SAS, RD323, 72470, Champagné, Franza |
REACH/18/6/0 |
L-użu industrijali ta’ taħlita li fiha l-komposti tal-kromu eżavalenti (it-triossidu tal-kromu, id-dikromat tal-potassju jew id-dikromat tas-sodju) għall-konverżjoni tal-konnetturi ċirkolari u rettangolari miksija bil-kadmju sabiex jinkisbu prestazzjonijiet ta’ livell ogħla mir-rekwiżiti tal-istandards internazzjonali kif ukoll biex jifilħu għall-ambjenti diffiċli u għall-applikazzjonijiet ta’ sikurezza għolja (bħall-industriji militari, ajrunawtiċi, ajruspazjali, tal-minjieri, industriji lil hinn mill-kosta u nukleari jew għall-applikazzjoni fl-apparat ta’ sikurezza għall-vetturi tat-triq, il-vetturi ferrovjarji u l-bastimenti). |
fil-21 ta’ Settembru 2029. |
Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent li jiġu mill-użi tas-sustanza u ma hemm ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa li jista’ juża l-applikant qabel id-data tat-terminazzjoni. |
Amphenol Limited, Thanet Way, CT5 3JF, Whitstable, Kent, ir-Renju Unit |
REACH/18/6/2 |
||||||
Amphenol Socapex, 948, Promenade de l’Arve, 74311, THYEZ, Franza |
REACH/18/6/3 |
||||||
ITT Cannon, Cannonstrasse 1, 71384, Weinstadt-Beutelsbach, il-Ġermanja |
REACH/18/6/4 |
||||||
Connecteurs Electriques Deutsch, 17 rue Lavoisier - BP 117, 27091, Evreux, Franza |
REACH/18/6/5 |
||||||
Tyco Electronics UK Ltd, Faraday Road, SN3 5HH, Swindon, ir-Renju Unit |
REACH/18/6/7 |
||||||
Connecteurs Electriques Deutsch, 17 rue Lavoisier - BP 117, 27091, Evreux, Franza |
REACH/18/6/6 |
||||||
Tyco Electronics UK Ltd, Faraday Road, SN3 5HH, Swindon, ir-Renju Unit |
REACH/18/6/8 |
||||||
|
|
Dikromat tal-potassju Numru tal-KE 231-906-6, Numru tal-CAS 7778-50-9 |
Souriau SAS, RD323, 72470, Champagné, Franza |
REACH/18/6/1 |
L-użu industrijali ta’ taħlita li fiha l-komposti tal-kromu eżavalenti (it-triossidu tal-kromu, id-dikromat tal-potassju jew id-dikromat tas-sodju) fil-konverżjoni tal-kisi u l-passivazzjoni tal-konnetturi ċirkolari u rettangolari sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-istandards internazzjonali u r-rekwiżiti speċjali tal-industriji soġġetti għal ambjenti diffiċli. |
fil-21 ta’ Settembru 2024. |
|
Tyco Electronics UK Ltd, Faraday Road, SN3 5HH, Swindon, ir-Renju Unit |
REACH/18/6/9 |
||||||
Souriau SAS, RD323, 72470, Champagné, Franza |
REACH/18/6/10 |
||||||
|
|
Dikromat tas-sodju Numru tal-KE 234-190-3, Numru tal-CAS 10588-01-9, 7789-12-0 |
Amphenol Limited, Thanet Way, CT5 3JF, Whitstable, Kent, ir-Renju Unit |
REACH/18/6/12 |
|
|
|
|
|
Triossidu tal-kromu Numru tal-KE 215-607-8, Numru tal-CAS 1333-82-0 |
Amphenol Socapex, 948, Promenade de l’Arve, 74311, THYEZ, Franza |
REACH/18/6/14 |
|
|
|
ITT Cannon, Cannonstrasse 1, 71384, Weinstadt-Beutelsbach, il-Ġermanja |
REACH/18/6/16 |
||||||
Tyco Electronics UK Ltd, Faraday Road, SN3 5HH, Swindon, ir-Renju Unit |
REACH/18/6/18 |
||||||
Souriau SAS, RD323, 72470, Champagné, Franza |
REACH/18/6/11 |
||||||
Amphenol Limited, Thanet Way, CT5 3JF, Whitstable, Kent, ir-Renju Unit |
REACH/18/6/13 |
||||||
|
|
Dikromat tas-sodju Numru tal-KE 234-190-3, Numru tal-CAS 10588-01-9, 7789-12-0 |
Amphenol Socapex, 948, Promenade de l’Arve, 74311, THYEZ, Franza |
REACH/18/6/15 |
L-użu industrijali ta’ taħlita li fiha t-triossidu tal-kromu għall-inċiżjoni tal-konnetturi komposti użati mill-industriji soġġetti għall-ambjenti diffiċli biex tiżgura prinċipalment li d-depożitu adeżiv jissodisfa r-rekwiżiti tal-istandards internazzjonali. |
fil-21 ta’ Settembru 2021. |
|
|
|
Dikromat tal-potassju Numru tal-KE 231-906-6, Numru tal-CAS 7778-50-9 |
Connecteurs Electriques Deutsch, 17 rue Lavoisier - BP 117, 27091, Evreux, Franza |
REACH/18/6/17 |
|
|
|
|
|
Triossidu tal-kromu Numru tal-KE 215-607-8, Numru tal-CAS 1333-82-0 |
Souriau SAS, RD323, 72470, Champagné, Franza |
REACH/18/6/19 |
|
|
|
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1
(2) Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
22.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/10 |
Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
(2018/C 218/07)
STEDINA PUBBLIKA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONIGĦALL-PROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TA’ TARD
F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”), bħala l-Ministru responsabbli għall-estrazzjoni u għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat, b’dan joħroġ stedina pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi taħt kuntratt ta’ konċessjoni, abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), tal-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u tal-Att XLVIII tal-1993 dwar l-estrazzjoni (“l-Att dwar l-Estrazzjoni”), soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin.
1. |
Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jaġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’kooperazzjoni mas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (“Magyar Bányászati és Földtani Hivatal” — MBFSZ), f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar l-Estrazzjoni. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta jiġu evalwati minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni stabbilit mill-Ministru.
Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, il-Ministru se joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha l-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ, f’konformità mat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1). Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż. |
2. |
Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kull persuna fiżika Ungeriża jew barranija u għal kull organizzazzjoni trasparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, dment li dawn ikunu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta; jistgħu jiġu ppreżentati wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minn fosthom bħala rappreżentant, iżda jassumu obbligazzjoni in solidum għat-twettiq tal-kuntratt ta’ konċessjoni. L-offerenti domestiċi u barranin jitqiesu b’mod ugwali fil-proċedura tal-offerti.
Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent li jiffirma l-kuntratt ta’ konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) irid iwaqqaf kumpanija bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”) bl-użu tar-riżorsi tiegħu stess u fi żmien 90 jum minn meta jidħol fis-seħħ il-kuntratt ta’ konċessjoni; fiż-żmien meta titwaqqaf il-kumpanija u għad-durata tal-operat tagħha, id-Detentur tal-Konċessjoni jrid ikollu l-maġġoranza tal-ishma, tal-interessi tan-negozju u tad-drittijiet tal-vot tagħha u, bħala s-sid, irid jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdanha. Bħala operatur tal-estrazzjoni, il-Kumpanija tal-Konċessjoni se jkollha d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta’ konċessjoni. |
3. |
Durata tal-konċessjoni: 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-durata oriġinali tista’ tiġi estiża darba, sa massimu ta’ nofs id-durata oriġinali, mingħajr sejħa għall-offerti ulterjuri, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi kollha tagħhom, f’konformità mal-kuntratt u fiż-żmien debitu. |
4. |
Dejta dwar iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni:
Żona ddeżinjata għall-konċessjoni: iż-żona tinsab fil-muniċipalitajiet elenkati fit-tabella hawn taħt fil-kontej ta’ Borsod–Abaúj–Zemplén u ta’ Heves.
Saff ta’ materjal żejjed fuq iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: is-superfiċe u s-sodda ta’ blat: 5 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku Iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ma tinkludix iż-żoni ddeżinjati għall-kostruzzjoni ta’ sit ta’ minjiera għall-estrazzjoni tar-riżorsi minerali tal-idrokarbur. Il-koordinati tal-irkejjen li jiddelimitaw iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni jinsabu fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali, filwaqt li d-dejta dwar iż-żoni mnaddfa għal siti ta’ minjieri stabbiliti għal riżorsi minerali tal-idrokarbur, li mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, jinsabu fis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió” [“Konċessjonijiet”], kif ukoll fis-sit web tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium) (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium). Daqs taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: 1 271,76 km2. Mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ż-żoni għal siti ta’ minjieri li s-saff ta’ materjal żejjed tagħhom ikun jinsab f’punt ogħla mis-saff ta’ materjal żejjed taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, u li s-sodda ta’ blat tagħhom tkun tikkorrispondi jew testendi aktar mis-sodda ta’ blat taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni. |
5. |
Tariffa netta minima għall-konċessjoni: HUF 315 000 000 (tliet mija u ħmistax-il miljun forint) minbarra l-VAT, iżda fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal ammont fiss akbar. Ladarba jiġi ppubblikat ir-riżultat, l-offerent rebbieħ irid iħallas it-tariffa tal-konċessjoni fl-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni. |
6. |
Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ tariffa tal-parteċipazzjoni ta’ HUF 10 000 000 (għaxar miljun forint) minbarra l-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. |
7. |
Minbarra li jħallsu t-tariffa tal-parteċipazzjoni, biex l-offerta tagħhom tkun valida, l-offerenti jridu jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 50 000 000 (ħamsin miljun forint) sal-jum ta’ qabel l-iskadenza biex jitressqu l-offerti biex jiggarantixxu li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tiġi ċeduta lill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirnexxielu jieħu l-kuntratt iżda mbagħad ma jirnexxilux jikkonkludih, jew inkella jekk ma jħallasx it-tariffa tal-konċessjoni offruta skont l-ammont, il-mod u sal-iskadenza stipulati fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. |
8. |
Ir-rata l-aktar baxxa tar-royalty għall-estrazzjoni għall-produzzjoni konvenzjonali tal-idrokarbur, pagabbli abbażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni, se tkun ta’ 16 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru; fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal royalty ogħla għall-estrazzjoni, li jekk jintlaħaq qbil dwarha, tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u trid titħallas għad-durata tal-konċessjoni. Il-każijiet speċifikati fit-Taqsima 20(3)(e) u (i) kif ukoll fit-Taqsima 20(5) tal-Att dwar l-Estrazzjoni huma eċċezzjonijiet, fejn għandha tapplika r-rata prevalenti tar-royalty għall-estrazzjoni li hija speċifikata fl-Att dwar l-Estrazzjoni. |
9. |
Il-kundizzjonijiet u l-informazzjoni legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn relatati mal-proċedura tal-offerti, jinsabu fid-Dokument tal-Offerta. |
10. |
Id-Dokument tal-Offerta jista’ jinġabar mill-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary; tel +36 13012900) bejn it-8.00 u s-14.00 f’jiem tax-xogħol, sal-jum ta’ qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, ladarba tiġi ppreżentata prova dokumentarja adegwata li jkun tħallas il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta. Is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se joħroġ ċertifikat f’isem l-akkwirent.
Meta jixtri d-Dokument tal-Offerta, għall-finijiet li jiġi kkuntattjat u li jirċievi l-komunikazzjonijiet, l-akkwirent irid iressaq ukoll Skeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent għall-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió”. |
11. |
Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta huwa HUF 100 000 (mitt elf forint) minbarra l-VAT, li jrid jitħallas permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont qafas Nru 10032000-01417179-00000000 tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż li jintuża għall-approprjazzjonijiet. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment irid juri l-kodiċi TACHDV u isem l-akkwirent tad-Dokument tal-Offerta. Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta ma jistax jitħallas bi flus kontanti u la huwa parzjalment u lanqas kompletament rimborsabbli. Jekk id-Dokument tal-Offerta ma jasalx għand l-akkwirent, dan jingħata rifużjoni tal-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti. |
12. |
Jistgħu jitressqu biss offerti mingħand persuni li jkunu xtraw id-Dokument tal-Offerta u li jkunu ħallsu kemm it-tariffa tal-parteċipazzjoni kif ukoll il-garanzija tal-offerta. Jekk titressaq offerta konġunta, ikun biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tal-Offerta. |
13. |
L-offerti jridu jitressqu fiżikament fis-26 ta’ Settembru 2018 bejn l-10.00 u 12.00 fl-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary), bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. |
14. |
L-offerta ssir vinkolanti fuq l-offerent minn meta titressaq u tibqa’ vinkolanti sakemm tintemm il-proċedura tal-offerti. L-offerenti ma jistgħux jeskludu l-obbligazzjoni tagħhom jekk ma jirnexxilhomx iżommu mal-offerta tagħhom. |
15. |
Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni ma rnexxietx. Jekk il-proċedura tal-offerti tiġi ddikjarata li ma rnexxietx, ma tista’ tiġi ppreżentata l-ebda pretensjoni kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż irrappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru. |
16. |
L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklużiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni li trid tiġi stabbilita bilfors għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit tal-minjiera ssir definittiva, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona ta’ prospettar ikun ristrett għaż-żona tas-sit tal-minjiera. |
17. |
Kull offerent jista’ jressaq offerta waħda biss. |
18. |
Limitu ta’ żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum mill-iskadenza biex jitressqu l-offerti. |
19. |
L-Awtorità Kontraenti se tiżgura l-kundizzjonijiet ekwi u mhijiex se tapplika kriterji preferenzjali. |
20. |
Kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:
Il-kriterji ddettaljati għall-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tax-xogħol tal-konċessjoni, kif ukoll kif dan tal-aħħar għandu jitwettaq u jitlesta, huma speċifikati fid-Dokument tal-Offerta. |
21. |
Il-kuntratt ta’ konċessjoni
Il-kuntratt ta’ konċessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 90 jum minn meta jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss sa massimu ta’ 60 jum. L-offerent rebbieħ huwa intitolat iwettaq l-attività ekonomika esklużiva kkontrollata mill-Istat (prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarbur f’żona delimitata) u permessa mill-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar, f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt ta’ konċessjoni. Meta jressqu l-offerta, l-offerenti jridu jqisu t-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar l-Estrazzjoni, li tiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi, id-dritt jew il-permess ta’ prospettar ta’ operatur tal-estrazzjoni ma jistgħux ikopru territorju ta’ prospettar totali ta’ aktar minn 15 000-il km2. Meta jkun qed jiġi stabbilit it-territorju tal-prospettar, irid jitqies ukoll tat-territorju tal-prospettar tal-operatur tal-estrazzjoni li jikkontrolla – skont it-tifsira tal-Kodiċi Ċivili – l-operatur tal-estrazzjoni li jkun jixtieq jikseb id-dritt jew il-permess ta’ prospettar. F’każ ta’ offerti konġunti, kull offerent irid jissodisfa dan il-kriterju b’mod individwali. L-abbozz tal-kuntratt ta’ konċessjoni huwa mehmuż mad-Dokument tal-Offerta. |
22. |
L-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklużivament bl-Ungeriż u bil-miktub wara li jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta, skont il-mod stipulat fid-Dokument stess; is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se jpoġġi t-tweġibiet għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha permezz tal-indirizz tal-posta elettronika indikat fuq l-Iskeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent, li tkun tressqet meta jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta. |
Budapest, … … 2018.
Dr Miklós SESZTÁK
Ministru
(1) Fid-data li fiha qed tiġi ppubblikata din l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat u għall-estrazzjoni huwa l-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali, f’konformità mat-Taqsima 109(3) u (5) tad-Digriet tal-Gvern Nru 152/2014 tas-6 ta’ Ġunju 2014 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u membri tal-Gvern.
22.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/15 |
Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
(2018/C 218/08)
STEDINA PUBBLIKA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TA’ TISZAFÜRED
F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”), bħala l-Ministru responsabbli għall-estrazzjoni u għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat, b’dan joħroġ stedina pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi taħt kuntratt ta’ konċessjoni, abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), tal-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u tal-Att XLVIII tal-1993 dwar l-estrazzjoni (“l-Att dwar l-Estrazzjoni”), soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin.
1. |
Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jaġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’kooperazzjoni mas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (“Magyar Bányászati és Földtani Hivatal” — MBFSZ), f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar l-Estrazzjoni. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta jiġu evalwati minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni stabbilit mill-Ministru.
Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, il-Ministru se joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha l-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ, f’konformità mat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1). Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż. |
2. |
Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kull persuna fiżika Ungeriża jew barranija u għal kull organizzazzjoni trasparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, dment li dawn ikunu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta; jistgħu jiġu ppreżentati wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minn fosthom bħala rappreżentant, iżda jassumu obbligazzjoni in solidum għat-twettiq tal-kuntratt ta’ konċessjoni. L-offerenti domestiċi u barranin jitqiesu b’mod ugwali fil-proċedura tal-offerti.
Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent li jiffirma l-kuntratt ta’ konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) irid iwaqqaf kumpanija bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”) bl-użu tar-riżorsi tiegħu stess u fi żmien 90 jum minn meta jidħol fis-seħħ il-kuntratt ta’ konċessjoni; fiż-żmien meta titwaqqaf il-kumpanija u għad-durata tal-operat tagħha, id-Detentur tal-Konċessjoni jrid ikollu l-maġġoranza tal-ishma, tal-interessi tan-negozju u tad-drittijiet tal-vot tagħha u, bħala s-sid, irid jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdanha. Bħala operatur tal-estrazzjoni, il-Kumpanija tal-Konċessjoni se jkollha d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta’ konċessjoni. |
3. |
Durata tal-konċessjoni: 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-durata oriġinali tista’ tiġi estiża darba, sa massimu ta’ nofs id-durata oriġinali, mingħajr sejħa għall-offerti ulterjuri, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi kollha tagħhom, f’konformità mal-kuntratt u fiż-żmien debitu. |
4. |
Dejta dwar iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni:
Żona ddeżinjata għall-konċessjoni: Iż-żona tinsab fil-muniċipalitajiet elenkati fit-tabella hawn taħt fil-kontej ta’ Borsod–Abaúj–Zemplén, Hajdú–Bihar, Heves u Jász–Nagykun–Szolnok.
Saff ta’ materjal żejjed fuq iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: is-superfiċe u s-sodda ta’ blat: 5 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku Iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ma tinkludix iż-żoni ddeżinjati għall-kostruzzjoni ta’ sit ta’ minjiera għall-estrazzjoni tar-riżorsi minerali tal-idrokarbur. Il-koordinati tal-irkejjen li jiddelimitaw iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni jinsabu fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali, filwaqt li d-dejta dwar iż-żoni mnaddfa għal siti ta’ minjieri stabbiliti għal riżorsi minerali tal-idrokarbur, li mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, jinsabu fis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió” [“Konċessjonijiet”], kif ukoll fis-sit web tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium). Daqs taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: 654 km2. Mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ż-żoni għal siti ta’ minjieri li s-saff ta’ materjal żejjed tagħhom ikun jinsab f’punt ogħla mis-saff ta’ materjal żejjed taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, u li s-sodda ta’ blat tagħhom tkun tikkorrispondi jew testendi aktar mis-sodda ta’ blat taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni. |
5. |
Tariffa netta minima għall-konċessjoni: HUF 321 000 000 (tliet mija u wieħed u għoxrin miljun forint) minbarra l-VAT, iżda fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal ammont fiss akbar. Ladarba jiġi ppubblikat ir-riżultat, l-offerent rebbieħ irid iħallas it-tariffa tal-konċessjoni fl-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni. |
6. |
Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ tariffa tal-parteċipazzjoni ta’ HUF 10 000 000 (għaxar miljun forint) minbarra l-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. |
7. |
Minbarra li jħallsu t-tariffa tal-parteċipazzjoni, biex l-offerta tagħhom tkun valida, l-offerenti jridu jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 50 000 000 (ħamsin miljun forint) sal-jum ta’ qabel l-iskadenza biex jitressqu l-offerti biex jiggarantixxu li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tiġi ċeduta lill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirnexxielu jieħu l-kuntratt iżda mbagħad ma jirnexxilux jikkonkludih, jew inkella jekk ma jħallasx it-tariffa tal-konċessjoni offruta skont l-ammont, il-mod u sal-iskadenza stipulati fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. |
8. |
Ir-rata l-aktar baxxa tar-royalty għall-estrazzjoni għall-produzzjoni konvenzjonali tal-idrokarbur, pagabbli abbażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni, se tkun ta’ 16 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru; fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal royalty ogħla għall-estrazzjoni, li jekk jintlaħaq qbil dwarha, tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u trid titħallas għad-durata tal-konċessjoni. Il-każijiet speċifikati fit-Taqsima 20(3)(e) u (i) kif ukoll fit-Taqsima 20(5) tal-Att dwar l-Estrazzjoni huma eċċezzjonijiet, fejn għandha tapplika r-rata prevalenti tar-royalty għall-estrazzjoni li hija speċifikata fl-Att dwar l-Estrazzjoni. |
9. |
Il-kundizzjonijiet u l-informazzjoni legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn relatati mal-proċedura tal-offerti, jinsabu fid-Dokument tal-Offerta. |
10. |
Id-Dokument tal-Offerta jista’ jinġabar mill-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary; tel +36 13012900) bejn it-8.00 u s-14.00 f’jiem tax-xogħol, sal-jum ta’ qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, ladarba tiġi ppreżentata prova dokumentarja adegwata li jkun tħallas il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta. Is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se joħroġ ċertifikat f’isem l-akkwirent.
Meta jixtri d-Dokument tal-Offerta, għall-finijiet li jiġi kkuntattjat u li jirċievi l-komunikazzjonijiet, l-akkwirent irid iressaq ukoll Skeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent għall-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió”. |
11. |
Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta huwa HUF 100 000 (mitt elf forint) minbarra l-VAT, li jrid jitħallas permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont qafas Nru 10032000-01417179-00000000 tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż li jintuża għall-approprjazzjonijiet. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment irid juri l-kodiċi TFCHDV u isem l-akkwirent tad-Dokument tal-Offerta. Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta ma jistax jitħallas bi flus kontanti u la huwa parzjalment u lanqas kompletament rimborsabbli. Jekk id-Dokument tal-Offerta ma jasalx għand l-akkwirent, dan jingħata rifużjoni tal-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti. |
12. |
Jistgħu jitressqu biss offerti mingħand persuni li jkunu xtraw id-Dokument tal-Offerta u li jkunu ħallsu kemm it-tariffa tal-parteċipazzjoni kif ukoll il-garanzija tal-offerta. Jekk titressaq offerta konġunta, ikun biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tal-Offerta. |
13. |
L-offerti jridu jitressqu fiżikament fis-26 ta’ Settembru 2018 bejn l-10:00 u 12:00 fl-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary), bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. |
14. |
L-offerta ssir vinkolanti fuq l-offerent minn meta titressaq u tibqa’ vinkolanti sakemm tintemm il-proċedura tal-offerti. L-offerenti ma jistgħux jeskludu l-obbligazzjoni tagħhom jekk ma jirnexxilhomx iżommu mal-offerta tagħhom. |
15. |
Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni ma rnexxietx. Jekk il-proċedura tal-offerti tiġi ddikjarata li ma rnexxietx, ma tista’ tiġi ppreżentata l-ebda pretensjoni kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż irrappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru. |
16. |
L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklużiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni li trid tiġi stabbilita bilfors għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit tal-minjiera ssir definittiva, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona ta’ prospettar ikun ristrett għaż-żona tas-sit tal-minjiera. |
17. |
Kull offerent jista’ jressaq offerta waħda biss. |
18. |
Limitu ta’ żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum mill-iskadenza biex jitressqu l-offerti. |
19. |
L-Awtorità Kontraenti se tiżgura l-kundizzjonijiet ekwi u mhijiex se tapplika kriterji preferenzjali. |
20. |
Kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:
Il-kriterji ddettaljati għall-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tax-xogħol tal-konċessjoni, kif ukoll kif dan tal-aħħar għandu jitwettaq u jitlesta, huma speċifikati fid-Dokument tal-Offerta. |
21. |
Il-kuntratt ta’ konċessjoni
Il-kuntratt ta’ konċessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 90 jum minn meta jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss sa massimu ta’ 60 jum. L-offerent rebbieħ huwa intitolat iwettaq l-attività ekonomika esklużiva kkontrollata mill-Istat (prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarbur f’żona delimitata) u permessa mill-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar, f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt ta’ konċessjoni. Meta jressqu l-offerta, l-offerenti jridu jqisu t-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar l-Estrazzjoni, li tiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi, id-dritt jew il-permess ta’ prospettar ta’ operatur tal-estrazzjoni ma jistgħux ikopru territorju ta’ prospettar totali ta’ aktar minn 15 000-il km2. Meta jkun qed jiġi stabbilit it-territorju tal-prospettar, irid jitqies ukoll tat-territorju tal-prospettar tal-operatur tal-estrazzjoni li jikkontrolla — skont it-tifsira tal-Kodiċi Ċivili — l-operatur tal-estrazzjoni li jkun jixtieq jikseb id-dritt jew il-permess ta’ prospettar. F’każ ta’ offerti konġunti, kull offerent irid jissodisfa dan il-kriterju b’mod individwali. L-abbozz tal-kuntratt ta’ konċessjoni huwa mehmuż mad-Dokument tal-Offerta. |
22. |
L-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklużivament bl-Ungeriż u bil-miktub wara li jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta, skont il-mod stipulat fid-Dokument stess; is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se jpoġġi t-tweġibiet għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha permezz tal-indirizz tal-posta elettronika indikat fuq l-Iskeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent, li tkun tressqet meta jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta. |
Budapest, … … 2018.
Dr Miklós SESZTÁK
Ministru
(1) Fid-data li fiha qed tiġi ppubblikata din l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat u għall-estrazzjoni huwa l-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali, f’konformità mat-Taqsima 109(3) u (5) tad-Digriet tal-Gvern Nru 152/2014 tas-6 ta’ Ġunju 2014 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u membri tal-Gvern.
22.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/19 |
Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
(2018/C 218/09)
STEDINA PUBBLIKA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TA’ TISZATARJÁN
F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”), bħala l-Ministru responsabbli għall-estrazzjoni u għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat, b’dan joħroġ stedina pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi taħt kuntratt ta’ konċessjoni, abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), tal-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u tal-Att XLVIII tal-1993 dwar l-estrazzjoni (“l-Att dwar l-Estrazzjoni”), soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin.
1. |
Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jaġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’kooperazzjoni mas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (“Magyar Bányászati és Földtani Hivatal” — MBFSZ), f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar l-Estrazzjoni. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta jiġu evalwati minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni stabbilit mill-Ministru.
Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, il-Ministru se joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha l-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ, f’konformità mat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1). Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż. |
2. |
Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kull persuna fiżika Ungeriża jew barranija u għal kull organizzazzjoni trasparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, dment li dawn ikunu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta; jistgħu jiġu ppreżentati wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minn fosthom bħala rappreżentant, iżda jassumu obbligazzjoni in solidum għat-twettiq tal-kuntratt ta’ konċessjoni. L-offerenti domestiċi u barranin jitqiesu b’mod ugwali fil-proċedura tal-offerti.
Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent li jiffirma l-kuntratt ta’ konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) irid iwaqqaf kumpanija bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”) bl-użu tar-riżorsi tiegħu stess u fi żmien 90 jum minn meta jidħol fis-seħħ il-kuntratt ta’ konċessjoni; fiż-żmien meta titwaqqaf il-kumpanija u għad-durata tal-operat tagħha, id-Detentur tal-Konċessjoni jrid ikollu l-maġġoranza tal-ishma, tal-interessi tan-negozju u tad-drittijiet tal-vot tagħha u, bħala s-sid, irid jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdanha. Bħala operatur tal-estrazzjoni, il-Kumpanija tal-Konċessjoni se jkollha d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta’ konċessjoni. |
3. |
Durata tal-konċessjoni: 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-durata oriġinali tista’ tiġi estiża darba, sa massimu ta’ nofs id-durata oriġinali, mingħajr sejħa għall-offerti ulterjuri, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi kollha tagħhom, f’konformità mal-kuntratt u fiż-żmien debitu. |
4. |
Dejta dwar iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni:
Żona ddeżinjata għall-konċessjoni: iż-żona tinsab fil-muniċipalitajiet elenkati fit-tabella hawn taħt fil-kontej ta’ Borsod–Abaúj–Zemplén, Hajdú–Bihar, Jász–Nagykun–Szolnok u Szabolcs–Szatmár–Bereg.
Saff ta’ materjal żejjed fuq iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: is-superfiċe u s-sodda ta’ blat: 5 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku Iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ma tinkludix iż-żoni ddeżinjati għall-kostruzzjoni ta’ sit ta’ minjiera għall-estrazzjoni tar-riżorsi minerali tal-idrokarbur. Il-koordinati tal-irkejjen li jiddelimitaw iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni jinsabu fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali, filwaqt li d-dejta dwar iż-żoni mnaddfa għal siti ta’ minjieri stabbiliti għal riżorsi minerali tal-idrokarbur, li mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, jinsabu fis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió” [“Konċessjonijiet”], kif ukoll fis-sit web tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium). Daqs taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: 1 770,8 km2. Mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ż-żoni għal siti ta’ minjieri li s-saff ta’ materjal żejjed tagħhom ikun jinsab f’punt ogħla mis-saff ta’ materjal żejjed taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, u li s-sodda ta’ blat tagħhom tkun tikkorrispondi jew testendi aktar mis-sodda ta’ blat taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni. |
5. |
Tariffa netta minima għall-konċessjoni: HUF 318 000 000 (tliet mija u tmintax-il miljun forint) minbarra l-VAT, iżda fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal ammont fiss akbar. Ladarba jiġi ppubblikat ir-riżultat, l-offerent rebbieħ irid iħallas it-tariffa tal-konċessjoni fl-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni. |
6. |
Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ tariffa tal-parteċipazzjoni ta’ HUF 10 000 000 (għaxar miljun forint) minbarra l-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. |
7. |
Minbarra li jħallsu t-tariffa tal-parteċipazzjoni, biex l-offerta tagħhom tkun valida, l-offerenti jridu jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 50 000 000 (ħamsin miljun forint) sal-jum ta’ qabel l-iskadenza biex jitressqu l-offerti biex jiggarantixxu li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tiġi ċeduta lill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirnexxielu jieħu l-kuntratt iżda mbagħad ma jirnexxilux jikkonkludih, jew inkella jekk ma jħallasx it-tariffa tal-konċessjoni offruta skont l-ammont, il-mod u sal-iskadenza stipulati fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. |
8. |
Ir-rata l-aktar baxxa tar-royalty għall-estrazzjoni għall-produzzjoni konvenzjonali tal-idrokarbur, pagabbli abbażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni, se tkun ta’ 16 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru; fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal royalty ogħla għall-estrazzjoni, li jekk jintlaħaq qbil dwarha, tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u trid titħallas għad-durata tal-konċessjoni. Il-każijiet speċifikati fit-Taqsima 20(3)(e) u (i) kif ukoll fit-Taqsima 20(5) tal-Att dwar l-Estrazzjoni huma eċċezzjonijiet, fejn għandha tapplika r-rata prevalenti tar-royalty għall-estrazzjoni li hija speċifikata fl-Att dwar l-Estrazzjoni. |
9. |
Il-kundizzjonijiet u l-informazzjoni legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn relatati mal-proċedura tal-offerti, jinsabu fid-Dokument tal-Offerta. |
10. |
Id-Dokument tal-Offerta jista’ jinġabar mill-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary; tel +36 13012900) bejn it-8.00 u s-14.00 f’jiem tax-xogħol, sal-jum ta’ qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, ladarba tiġi ppreżentata prova dokumentarja adegwata li jkun tħallas il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta. Is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se joħroġ ċertifikat f’isem l-akkwirent.
Meta jixtri d-Dokument tal-Offerta, għall-finijiet li jiġi kkuntattjat u li jirċievi l-komunikazzjonijiet, l-akkwirent irid iressaq ukoll Skeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent għall-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió”. |
11. |
Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta huwa HUF 100 000 (mitt elf forint) minbarra l-VAT, li jrid jitħallas permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont qafas Nru 10032000-01417179-00000000 tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż li jintuża għall-approprjazzjonijiet. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment irid juri l-kodiċi TTCHDV u isem l-akkwirent tad-Dokument tal-Offerta. Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta ma jistax jitħallas bi flus kontanti u la huwa parzjalment u lanqas kompletament rimborsabbli. Jekk id-Dokument tal-Offerta ma jasalx għand l-akkwirent, dan jingħata rifużjoni tal-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti. |
12. |
Jistgħu jitressqu biss offerti mingħand persuni li jkunu xtraw id-Dokument tal-Offerta u li jkunu ħallsu kemm it-tariffa tal-parteċipazzjoni kif ukoll il-garanzija tal-offerta. Jekk titressaq offerta konġunta, ikun biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tal-Offerta. |
13. |
L-offerti jridu jitressqu fiżikament fis-27 ta’ Settembru 2018 bejn l-10:00 u 12:00 fl-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary), bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. |
14. |
L-offerta ssir vinkolanti fuq l-offerent minn meta titressaq u tibqa’ vinkolanti sakemm tintemm il-proċedura tal-offerti. L-offerenti ma jistgħux jeskludu l-obbligazzjoni tagħhom jekk ma jirnexxilhomx iżommu mal-offerta tagħhom. |
15. |
Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni ma rnexxietx. Jekk il-proċedura tal-offerti tiġi ddikjarata li ma rnexxietx, ma tista’ tiġi ppreżentata l-ebda pretensjoni kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż irrappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru. |
16. |
L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklużiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni li trid tiġi stabbilita bilfors għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit tal-minjiera ssir definittiva, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona ta’ prospettar ikun ristrett għaż-żona tas-sit tal-minjiera. |
17. |
Kull offerent jista’ jressaq offerta waħda biss. |
18. |
Limitu ta’ żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum mill-iskadenza biex jitressqu l-offerti. |
19. |
L-Awtorità Kontraenti se tiżgura l-kundizzjonijiet ekwi u mhijiex se tapplika kriterji preferenzjali. |
20. |
Kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:
Il-kriterji ddettaljati għall-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tax-xogħol tal-konċessjoni, kif ukoll kif dan tal-aħħar għandu jitwettaq u jitlesta, huma speċifikati fid-Dokument tal-Offerta. |
21. |
Il-kuntratt ta’ konċessjoni
Il-kuntratt ta’ konċessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 90 jum minn meta jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss sa massimu ta’ 60 jum. L-offerent rebbieħ huwa intitolat iwettaq l-attività ekonomika esklużiva kkontrollata mill-Istat (prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarbur f’żona delimitata) u permessa mill-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar, f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt ta’ konċessjoni. Meta jressqu l-offerta, l-offerenti jridu jqisu t-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar l-Estrazzjoni, li tiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi, id-dritt jew il-permess ta’ prospettar ta’ operatur tal-estrazzjoni ma jistgħux ikopru territorju ta’ prospettar totali ta’ aktar minn 15 000-il km2. Meta jkun qed jiġi stabbilit it-territorju tal-prospettar, irid jitqies ukoll tat-territorju tal-prospettar tal-operatur tal-estrazzjoni li jikkontrolla — skont it-tifsira tal-Kodiċi Ċivili — l-operatur tal-estrazzjoni li jkun jixtieq jikseb id-dritt jew il-permess ta’ prospettar. F’każ ta’ offerti konġunti, kull offerent irid jissodisfa dan il-kriterju b’mod individwali. L-abbozz tal-kuntratt ta’ konċessjoni huwa mehmuż mad-Dokument tal-Offerta. |
22. |
L-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklużivament bl-Ungeriż u bil-miktub wara li jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta, skont il-mod stipulat fid-Dokument stess; is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se jpoġġi t-tweġibiet għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha permezz tal-indirizz tal-posta elettronika indikat fuq l-Iskeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent, li tkun tressqet meta jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta. |
Budapest, … … 2018.
Dr Miklós SESZTÁK
Ministru
(1) Fid-data li fiha qed tiġi ppubblikata din l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat u għall-estrazzjoni huwa l-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali, f’konformità mat-Taqsima 109(3) u (5) tad-Digriet tal-Gvern Nru 152/2014 tas-6 ta’ Ġunju 2014 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u membri tal-Gvern.
22.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/24 |
Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
(2018/C 218/10)
STEDINA PUBBLIKA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TA’ ÚJSZILVÁS
F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”), bħala l-Ministru responsabbli għall-estrazzjoni u għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat, b’dan joħroġ stedina pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi taħt kuntratt ta’ konċessjoni, abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), tal-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u tal-Att XLVIII tal-1993 dwar l-estrazzjoni (“l-Att dwar l-Estrazzjoni”), soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin.
1. |
Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jaġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’kooperazzjoni mas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (“Magyar Bányászati és Földtani Hivatal” — MBFSZ), f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar l-Estrazzjoni. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta jiġu evalwati minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni stabbilit mill-Ministru.
Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, il-Ministru se joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha l-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ, f’konformità mat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1). Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż. |
2. |
Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kull persuna fiżika Ungeriża jew barranija u għal kull organizzazzjoni trasparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, dment li dawn ikunu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta; jistgħu jiġu ppreżentati wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minn fosthom bħala rappreżentant, iżda jassumu obbligazzjoni in solidum għat-twettiq tal-kuntratt ta’ konċessjoni. L-offerenti domestiċi u barranin jitqiesu b’mod ugwali fil-proċedura tal-offerti.
Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent li jiffirma l-kuntratt ta’ konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) irid iwaqqaf kumpanija bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”) bl-użu tar-riżorsi tiegħu stess u fi żmien 90 jum minn meta jidħol fis-seħħ il-kuntratt ta’ konċessjoni; fiż-żmien meta titwaqqaf il-kumpanija u għad-durata tal-operat tagħha, id-Detentur tal-Konċessjoni jrid ikollu l-maġġoranza tal-ishma, tal-interessi tan-negozju u tad-drittijiet tal-vot tagħha u, bħala s-sid, irid jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdanha. Bħala operatur tal-estrazzjoni, il-Kumpanija tal-Konċessjoni se jkollha d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta’ konċessjoni. |
3. |
Durata tal-konċessjoni: 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-durata oriġinali tista’ tiġi estiża darba, sa massimu ta’ nofs id-durata oriġinali, mingħajr sejħa għall-offerti ulterjuri, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi kollha tagħhom, f’konformità mal-kuntratt u fiż-żmien debitu. |
4. |
Dejta dwar iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni:
Żona ddeżinjata għall-konċessjoni: iż-żona tinsab fil-muniċipalitajiet elenkati fit-tabella hawn taħt fil-kontej ta’ Bács–Kiskun, Jász–Nagykun–Szolnok u Pest:
Saff ta’ materjal żejjed fuq iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: is-superfiċe u s-sodda ta’ blat: 5 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku Iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ma tinkludix iż-żoni ddeżinjati għall-kostruzzjoni ta’ sit ta’ minjiera għall-estrazzjoni tar-riżorsi minerali tal-idrokarbur. Il-koordinati tal-irkejjen li jiddelimitaw iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni jinsabu fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali, filwaqt li d-dejta dwar iż-żoni mnaddfa għal siti ta’ minjieri stabbiliti għal riżorsi minerali tal-idrokarbur, li mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, jinsabu fis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió” [“Konċessjonijiet”], kif ukoll fis-sit web tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium). Daqs taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: 1 050 km2. Mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ż-żoni għal siti ta’ minjieri li s-saff ta’ materjal żejjed tagħhom ikun jinsab f’punt ogħla mis-saff ta’ materjal żejjed taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, u li s-sodda ta’ blat tagħhom tkun tikkorrispondi jew testendi aktar mis-sodda ta’ blat taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni. |
5. |
Tariffa netta minima għall-konċessjoni: HUF 321 000 000 (tliet mija u wieħed u għoxrin miljun forint) minbarra l-VAT, iżda fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal ammont fiss akbar. Ladarba jiġi ppubblikat ir-riżultat, l-offerent rebbieħ irid iħallas it-tariffa tal-konċessjoni fl-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni. |
6. |
Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ tariffa tal-parteċipazzjoni ta’ HUF 10 000 000 (għaxar miljun forint) minbarra l-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. |
7. |
Minbarra li jħallsu t-tariffa tal-parteċipazzjoni, biex l-offerta tagħhom tkun valida, l-offerenti jridu jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 50 000 000 (ħamsin miljun forint) sal-jum ta’ qabel l-iskadenza biex jitressqu l-offerti biex jiggarantixxu li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tiġi ċeduta lill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirnexxielu jieħu l-kuntratt iżda mbagħad ma jirnexxilux jikkonkludih, jew inkella jekk ma jħallasx it-tariffa tal-konċessjoni offruta skont l-ammont, il-mod u sal-iskadenza stipulati fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. |
8. |
Ir-rata l-aktar baxxa tar-royalty għall-estrazzjoni għall-produzzjoni konvenzjonali tal-idrokarbur, pagabbli abbażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni, se tkun ta’ 16 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru; fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal royalty ogħla għall-estrazzjoni, li jekk jintlaħaq qbil dwarha, tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u trid titħallas għad-durata tal-konċessjoni. Il-każijiet speċifikati fit-Taqsima 20(3)(e) u (i) kif ukoll fit-Taqsima 20(5) tal-Att dwar l-Estrazzjoni huma eċċezzjonijiet, fejn għandha tapplika r-rata prevalenti tar-royalty għall-estrazzjoni li hija speċifikata fl-Att dwar l-Estrazzjoni. |
9. |
Il-kundizzjonijiet u l-informazzjoni legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn relatati mal-proċedura tal-offerti, jinsabu fid-Dokument tal-Offerta. |
10. |
Id-Dokument tal-Offerta jista’ jinġabar mill-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary; tel +36 13012900) bejn it-8.00 u s-14.00 f’jiem tax-xogħol, sal-jum ta’ qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, ladarba tiġi ppreżentata prova dokumentarja adegwata li jkun tħallas il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta. Is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se joħroġ ċertifikat f’isem l-akkwirent.
Meta jixtri d-Dokument tal-Offerta, għall-finijiet li jiġi kkuntattjat u li jirċievi l-komunikazzjonijiet, l-akkwirent irid iressaq ukoll Skeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent għall-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió”. |
11. |
Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta huwa HUF 100 000 (mitt elf forint) minbarra l-VAT, li jrid jitħallas permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont qafas Nru 10032000-01417179-00000000 tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż li jintuża għall-approprjazzjonijiet. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment irid juri l-kodiċi UJCHDV u isem l-akkwirent tad-Dokument tal-Offerta. Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta ma jistax jitħallas bi flus kontanti u la huwa parzjalment u lanqas kompletament rimborsabbli. Jekk id-Dokument tal-Offerta ma jasalx għand l-akkwirent, dan jingħata rifużjoni tal-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti. |
12. |
Jistgħu jitressqu biss offerti mingħand persuni li jkunu xtraw id-Dokument tal-Offerta u li jkunu ħallsu kemm it-tariffa tal-parteċipazzjoni kif ukoll il-garanzija tal-offerta. Jekk titressaq offerta konġunta, ikun biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tal-Offerta. |
13. |
L-offerti jridu jitressqu fiżikament fis-27 ta’ Settembru 2018 bejn l-10:00 u 12:00 fl-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary), bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. |
14. |
L-offerta ssir vinkolanti fuq l-offerent minn meta titressaq u tibqa’ vinkolanti sakemm tintemm il-proċedura tal-offerti. L-offerenti ma jistgħux jeskludu l-obbligazzjoni tagħhom jekk ma jirnexxilhomx iżommu mal-offerta tagħhom. |
15. |
Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni ma rnexxietx. Jekk il-proċedura tal-offerti tiġi ddikjarata li ma rnexxietx, ma tista’ tiġi ppreżentata l-ebda pretensjoni kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż irrappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru. |
16. |
L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklużiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni li trid tiġi stabbilita bilfors għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit tal-minjiera ssir definittiva, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona ta’ prospettar ikun ristrett għaż-żona tas-sit tal-minjiera. |
17. |
Kull offerent jista’ jressaq offerta waħda biss. |
18. |
Limitu ta’ żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum mill-iskadenza biex jitressqu l-offerti. |
19. |
L-Awtorità Kontraenti se tiżgura l-kundizzjonijiet ekwi u mhijiex se tapplika kriterji preferenzjali. |
20. |
Kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:
Il-kriterji ddettaljati għall-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tax-xogħol tal-konċessjoni, kif ukoll kif dan tal-aħħar għandu jitwettaq u jitlesta, huma speċifikati fid-Dokument tal-Offerta. |
21. |
Il-kuntratt ta’ konċessjoni
Il-kuntratt ta’ konċessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 90 jum minn meta jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss sa massimu ta’ 60 jum. L-offerent rebbieħ huwa intitolat iwettaq l-attività ekonomika esklużiva kkontrollata mill-Istat (prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarbur f’żona delimitata) u permessa mill-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar, f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt ta’ konċessjoni. Meta jressqu l-offerta, l-offerenti jridu jqisu t-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar l-Estrazzjoni, li tiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi, id-dritt jew il-permess ta’ prospettar ta’ operatur tal-estrazzjoni ma jistgħux ikopru territorju ta’ prospettar totali ta’ aktar minn 15 000-il km2. Meta jkun qed jiġi stabbilit it-territorju tal-prospettar, irid jitqies ukoll tat-territorju tal-prospettar tal-operatur tal-estrazzjoni li jikkontrolla — skont it-tifsira tal-Kodiċi Ċivili — l-operatur tal-estrazzjoni li jkun jixtieq jikseb id-dritt jew il-permess ta’ prospettar. F’każ ta’ offerti konġunti, kull offerent irid jissodisfa dan il-kriterju b’mod individwali. L-abbozz tal-kuntratt ta’ konċessjoni huwa mehmuż mad-Dokument tal-Offerta. |
22. |
L-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklużivament bl-Ungeriż u bil-miktub wara li jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta, skont il-mod stipulat fid-Dokument stess; is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se jpoġġi t-tweġibiet għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha permezz tal-indirizz tal-posta elettronika indikat fuq l-Iskeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent, li tkun tressqet meta jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta. |
Budapest, … … 2018.
Dr Miklós SESZTÁK
Ministru
(1) Fid-data li fiha qed tiġi ppubblikata din l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat u għall-estrazzjoni huwa l-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali, f’konformità mat-Taqsima 109(3) u (5) tad-Digriet tal-Gvern Nru 152/2014 tas-6 ta’ Ġunju 2014 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u membri tal-Gvern.
22.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/28 |
Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
(2018/C 218/11)
STEDINA PUBBLIKA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TA’ ZALAERDŐD
F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”), bħala l-Ministru responsabbli għall-estrazzjoni u għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat, b’dan joħroġ stedina pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi taħt kuntratt ta’ konċessjoni, abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), tal-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u tal-Att XLVIII tal-1993 dwar l-estrazzjoni (“l-Att dwar l-Estrazzjoni”), soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin.
1. |
Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jaġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’kooperazzjoni mas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (“Magyar Bányászati és Földtani Hivatal” — MBFSZ), f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar l-Estrazzjoni. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta jiġu evalwati minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni stabbilit mill-Ministru.
Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, il-Ministru se joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha l-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ, f’konformità mat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1). Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż. |
2. |
Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kull persuna fiżika Ungeriża jew barranija u għal kull organizzazzjoni trasparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, dment li dawn ikunu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta; jistgħu jiġu ppreżentati wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti jridu jinnominaw wieħed minn fosthom bħala rappreżentant, iżda jassumu obbligazzjoni in solidum għat-twettiq tal-kuntratt ta’ konċessjoni. L-offerenti domestiċi u barranin jitqiesu b’mod ugwali fil-proċedura tal-offerti.
Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent li jiffirma l-kuntratt ta’ konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) irid iwaqqaf kumpanija bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”) bl-użu tar-riżorsi tiegħu stess u fi żmien 90 jum minn meta jidħol fis-seħħ il-kuntratt ta’ konċessjoni; fiż-żmien meta titwaqqaf il-kumpanija u għad-durata tal-operat tagħha, id-Detentur tal-Konċessjoni jrid ikollu l-maġġoranza tal-ishma, tal-interessi tan-negozju u tad-drittijiet tal-vot tagħha u, bħala s-sid, irid jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdanha. Bħala operatur tal-estrazzjoni, il-Kumpanija tal-Konċessjoni se jkollha d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta’ konċessjoni. |
3. |
Durata tal-konċessjoni: 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-durata oriġinali tista’ tiġi estiża darba, sa massimu ta’ nofs id-durata oriġinali, mingħajr sejħa għall-offerti ulterjuri, jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi kollha tagħhom, f’konformità mal-kuntratt u fiż-żmien debitu. |
4. |
Dejta dwar iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni:
Żona ddeżinjata għall-konċessjoni: iż-żona tinsab fil-muniċipalitajiet elenkati fit-tabella hawn taħt fil-kontej ta’ Győr-Moson-Sopron, Vas, Veszprém u Zala.
Saff ta’ materjal żejjed fuq iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: is-superfiċe u s-sodda ta’ blat: 5 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku Iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ma tinkludix iż-żoni ddeżinjati għall-kostruzzjoni ta’ sit ta’ minjiera għall-estrazzjoni tar-riżorsi minerali tal-idrokarbur. Il-koordinati tal-irkejjen li jiddelimitaw iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni jinsabu fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali, filwaqt li d-dejta dwar iż-żoni mnaddfa għal siti ta’ minjieri stabbiliti għal riżorsi minerali tal-idrokarbur, li mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, jinsabu fis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió” [“Konċessjonijiet”], kif ukoll fis-sit web tal-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium). Daqs taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: 1 871 km2. Mhumiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni ż-żoni għal siti ta’ minjieri li s-saff ta’ materjal żejjed tagħhom ikun jinsab f’punt ogħla mis-saff ta’ materjal żejjed taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, u li s-sodda ta’ blat tagħhom tkun tikkorrispondi jew testendi aktar mis-sodda ta’ blat taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni. |
5. |
Tariffa netta minima għall-konċessjoni: HUF 342 000 000 (tliet mija u tnejn u erbgħin miljun forint) minbarra l-VAT, iżda fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal ammont fiss akbar. Ladarba jiġi ppubblikat ir-riżultat, l-offerent rebbieħ irid iħallas it-tariffa tal-konċessjoni fl-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni. |
6. |
Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ tariffa tal-parteċipazzjoni ta’ HUF 10 000 000 (għaxar miljun forint) minbarra l-VAT; dan l-ammont irid jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. |
7. |
Minbarra li jħallsu t-tariffa tal-parteċipazzjoni, biex l-offerta tagħhom tkun valida, l-offerenti jridu jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 50 000 000 (ħamsin miljun forint) sal-jum ta’ qabel l-iskadenza biex jitressqu l-offerti biex jiggarantixxu li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tiġi ċeduta lill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirnexxielu jieħu l-kuntratt iżda mbagħad ma jirnexxilux jikkonkludih, jew inkella jekk ma jħallasx it-tariffa tal-konċessjoni offruta skont l-ammont, il-mod u sal-iskadenza stipulati fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. |
8. |
Ir-rata l-aktar baxxa tar-royalty għall-estrazzjoni għall-produzzjoni konvenzjonali tal-idrokarbur, pagabbli abbażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni, se tkun ta’ 16 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru; fil-proċedura tal-offerti tista’ tiġi ppreżentata offerta għal royalty ogħla għall-estrazzjoni, li jekk jintlaħaq qbil dwarha, tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u trid titħallas għad-durata tal-konċessjoni. Il-każijiet speċifikati fit-Taqsima 20(3)(e) u (i) kif ukoll fit-Taqsima 20(5) tal-Att dwar l-Estrazzjoni huma eċċezzjonijiet, fejn għandha tapplika r-rata prevalenti tar-royalty għall-estrazzjoni li hija speċifikata fl-Att dwar l-Estrazzjoni. |
9. |
Il-kundizzjonijiet u l-informazzjoni legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn relatati mal-proċedura tal-offerti, jinsabu fid-Dokument tal-Offerta. |
10. |
Id-Dokument tal-Offerta jista’ jinġabar mill-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary; tel +36 13012900) bejn it-8.00 u s-14.00 f’jiem tax-xogħol, sal-jum ta’ qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, ladarba tiġi ppreżentata prova dokumentarja adegwata li jkun tħallas il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta. Is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se joħroġ ċertifikat f’isem l-akkwirent.
Meta jixtri d-Dokument tal-Offerta, għall-finijiet li jiġi kkuntattjat u li jirċievi l-komunikazzjonijiet, l-akkwirent irid iressaq ukoll Skeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent għall-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit web tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (www.mbfsz.gov.hu) billi tikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió”. |
11. |
Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta huwa HUF 100 000 (mitt elf forint) minbarra l-VAT, li jrid jitħallas permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont qafas Nru 10032000-01417179-00000000 tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż li jintuża għall-approprjazzjonijiet. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment irid juri l-kodiċi ZACHDV u isem l-akkwirent tad-Dokument tal-Offerta. Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta ma jistax jitħallas bi flus kontanti u la huwa parzjalment u lanqas kompletament rimborsabbli. Jekk id-Dokument tal-Offerta ma jasalx għand l-akkwirent, dan jingħata rifużjoni tal-prezz tax-xiri tad-Dokument tal-Offerta fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti. |
12. |
Jistgħu jitressqu biss offerti mingħand persuni li jkunu xtraw id-Dokument tal-Offerta u li jkunu ħallsu kemm it-tariffa tal-parteċipazzjoni kif ukoll il-garanzija tal-offerta. Jekk titressaq offerta konġunta, ikun biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tal-Offerta. |
13. |
L-offerti jridu jitressqu fiżikament fis-27 ta’ Settembru 2018 bejn l-10.00 u 12.00 fl-Uffiċċju ta’ Servizz għall-Klijenti tas-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż (indirizz: Columbus utca 17-23, 1145 Budapest, Hungary), bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. |
14. |
L-offerta ssir vinkolanti fuq l-offerent minn meta titressaq u tibqa’ vinkolanti sakemm tintemm il-proċedura tal-offerti. L-offerenti ma jistgħux jeskludu l-obbligazzjoni tagħhom jekk ma jirnexxilhomx iżommu mal-offerta tagħhom. |
15. |
Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni ma rnexxietx. Jekk il-proċedura tal-offerti tiġi ddikjarata li ma rnexxietx, ma tista’ tiġi ppreżentata l-ebda pretensjoni kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż irrappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru tal-Iżvilupp Nazzjonali bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru. |
16. |
L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklużiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni li trid tiġi stabbilita bilfors għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit tal-minjiera ssir definittiva, id-dritt tal-konċessjoni għaż-żona ta’ prospettar ikun ristrett għaż-żona tas-sit tal-minjiera. |
17. |
Kull offerent jista’ jressaq offerta waħda biss. |
18. |
Limitu ta’ żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum mill-iskadenza biex jitressqu l-offerti. |
19. |
L-Awtorità Kontraenti se tiżgura l-kundizzjonijiet ekwi u mhijiex se tapplika kriterji preferenzjali. |
20. |
Kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:
Il-kriterji ddettaljati għall-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tax-xogħol tal-konċessjoni, kif ukoll kif dan tal-aħħar għandu jitwettaq u jitlesta, huma speċifikati fid-Dokument tal-Offerta. |
21. |
Il-kuntratt ta’ konċessjoni
Il-kuntratt ta’ konċessjoni jrid jiġi konkluż fi żmien 90 jum minn meta jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss sa massimu ta’ 60 jum. L-offerent rebbieħ huwa intitolat iwettaq l-attività ekonomika esklużiva kkontrollata mill-Istat (prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarbur f’żona delimitata) u permessa mill-konċessjoni għad-durata ta’ din tal-aħħar, f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt ta’ konċessjoni. Meta jressqu l-offerta, l-offerenti jridu jqisu t-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar l-Estrazzjoni, li tiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi, id-dritt jew il-permess ta’ prospettar ta’ operatur tal-estrazzjoni ma jistgħux ikopru territorju ta’ prospettar totali ta’ aktar minn 15 000-il km2. Meta jkun qed jiġi stabbilit it-territorju tal-prospettar, irid jitqies ukoll tat-territorju tal-prospettar tal-operatur tal-estrazzjoni li jikkontrolla — skont it-tifsira tal-Kodiċi Ċivili — l-operatur tal-estrazzjoni li jkun jixtieq jikseb id-dritt jew il-permess ta’ prospettar. F’każ ta’ offerti konġunti, kull offerent irid jissodisfa dan il-kriterju b’mod individwali. L-abbozz tal-kuntratt ta’ konċessjoni huwa mehmuż mad-Dokument tal-Offerta. |
22. |
L-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklużivament bl-Ungeriż u bil-miktub wara li jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta, skont il-mod stipulat fid-Dokument stess; is-Servizz Ġeoloġiku u ta’ Estrazzjoni Ungeriż se jpoġġi t-tweġibiet għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha permezz tal-indirizz tal-posta elettronika indikat fuq l-Iskeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent, li tkun tressqet meta jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta. |
Budapest, … … 2018.
Dr Miklós SESZTÁK
Ministru
(1) Fid-data li fiha qed tiġi ppubblikata din l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi tal-Istat u għall-estrazzjoni huwa l-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali, f’konformità mat-Taqsima 109(3) u (5) tad-Digriet tal-Gvern Nru 152/2014 tas-6 ta’ Ġunju 2014 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u membri tal-Gvern.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
22.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/34 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.8823 — Neste/Demeter Animal Fats and Proteins)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 218/12)
1.
Fil-15 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Neste Oyj (il-Finlandja), |
— |
Int. Handelsmaatschappij Demeter BV (in-Netherlands), ikkontrollata minn Demeter Holding BV. |
Neste Oyj (Neste) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ G Int. Handelsmaatschappij Demeter BV kollha kemm hi (Demeter), li se tiġbor flimkien mill-ġdid l-attivitajiet tar-riżorsi u tal-forniment tax-xaħmijiet u l-proteini tal-annimali tal-grupp Demeter.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Neste: Neste hija kumpanija ta’ raffinar u ta’ kummerċjalizzazzjoni li tiffoka fuq fjuwil tat-traffiku b’livell baxx ta’ emissjonijiet u ta’ kwalità għolja. Għall-produzzjoni tagħha tal-fjuwil rinnovabbli, il-grupp Neste juża varjetà ta’ materja prima rinnovabbli, inklużi xaħmijiet tal-annimali.
— Demeter: Demeter hija attiva fil-qasam tax-xiri u l-bejgħ mill-ġdid ta’ xaħmijiet u proteini pproċessati tal-annimali.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8823 — Neste/Demeter Animal Fats and Proteins
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks: +32 22964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
22.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/36 |
Avviż għall-attenzjoni ta' Myrna Ajijul Mabanza u Abdulpatta Escalon Abubaka, li l-ismijiet tagħhom ġew miżjuda fil-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/888
(2018/C 218/13)
1.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni ta’ ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista mħejjija skont l-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b’mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1267(1999).Il-lista mħejjija minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:
— |
ISIL (Da'esh) u Al Qaida; |
— |
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati ma' ISIL (Da'esh) u Al Qaida; kif ukoll |
— |
persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta’ xi waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi jew huma kkontrollati minnhom, jew b’xi mod iservu ta’ appoġġ għalihom. |
Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità huma “assoċjati ma’” ISIL (Da'esh) u Al Qaida, jinkludu:
(a) |
il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta’ atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma’, taħt isem, f’isem jew b’appoġġ għal ISIL (Da'esh) u Al-Qaida jew minn kull ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata’ minnha jew derivat tagħha; |
(b) |
il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat lil xi ħadd minnhom; |
(c) |
ir-reklutaġġ għal xi wieħed minnhom; jew |
(d) |
xi forma oħra ta’ appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta’ xi wieħed minnhom. |
2.
Il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fit-18 ta’ Ġunju 2018 approva ż-żieda tal-entrati ta’ Myrna Ajijul Mabanza u Abdulpatta Escalon Abubaka mal-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida.Myrna Ajijul Mabanza u Abdulpatta Escalon Abubaka jistgħu, fi kwalunkwe waqt, jippreżentaw talba lill-Ombudsperson tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tan-NU msemmija hawn fuq. Dawn it-talbiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
United Nations - Office of the Ombudsperson |
Room TB-08041D |
New York, NY 10017 |
UNITED STATES OF AMERICA |
Tel: +1 2129632671 |
Faks: +1 2129631300/3778 |
Posta elettronika: ombudsperson@un.org |
Għal aktar informazzjoni mur fuq https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1267/aq_sanctions_list/procedures-for-delisting.
3.
Minbarra d-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) 2018/888 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da'esh) u Al Qaida (3). L-emenda, li saret skont l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, iżżid l-ismijiet ta’ Myrna Ajijul Mabanza u Abdulpatta Escalon Abubaka mal-lista fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament (“l-Anness I”).Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-individwi u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:
(1) |
l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli jagħmel disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikoli 2 u 2a); kif ukoll |
(2) |
il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta’ pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari lil kull individwu jew entità kkonċernata, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3). |
4.
L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jipprovdi għal proċess ta’ rieżami meta jiġu ppreżentati l-osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament (UE) 2018/888 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:
European Commission |
“Restrictive measures” |
Rue de la Loi/Wetstraat 200 |
B-1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
5.
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u tal-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament (UE) 2018/888 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
6.
Għall-korrettezza, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/Membri rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati għal bżonnijiet essenzjali jew għal pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dan ir-Regolament.
(1) ĠU L 255, 21.09.2016, p. 25.
(2) ĠU L 158 I, 21.6.2018, p. 1.
(3) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.