ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 211

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
18 ta' Ġunju 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 211/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 211/02

Kawża C-233/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Generalitat de Catalunya (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar — Libertà ta’ stabbiliment — Protezzjoni tal-ambjent u ppjanar tat-territorju — Għajnuna mill-Istat — Miżura selettiva — Ittra tal-Kummissjoni li tinforma li ma hijiex ser tittieħed azzjoni fuq ilment — Għajnuna eżistenti)

2

2018/C 211/03

Kawżi Magħquda C-324/16 u C-235/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Consejería de Economía y Hacienda del Principado de Asturias (C-234/16), Consejo de Gobierno del Principado de Asturias (C-235/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar — Libertà ta’ stabbiliment — Protezzjoni tal-ambjent u ppjanar tat-territorju — Għajnuna mill-Istat — Miżura selettiva)

3

2018/C 211/04

Kawżi Magħquda C-236/16 u C-237/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Diputación General de Aragón (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar — Libertà ta’ stabbiliment — Protezzjoni tal-ambjent u ppjanar tat-territorju — Għajnuna mill-Istat — Miżura selettiva)

4

2018/C 211/05

Kawża C-353/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – MP vs Secretary of State for the Home Department (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika tal-ażil — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 4 — Direttiva 2004/83/KE — Artikolu 2(e) — Kundizzjonijiet sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja — Artikolu 15(b) — Riskju ta’ perikolu serju għas-saħħa psikoloġika tal-applikant fil-każ li jintbagħat lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu — Persuna li ġiet issuġġettata għal tortura fil-pajjiż ta’ oriġini tagħha)

4

2018/C 211/06

Kawża C-34/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court – l-Irlanda) – Eamonn Donnellan vs The Revenue Commissioners (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet — Direttiva 2010/24/UE — Artikolu 14 — Dritt għal rimedju effettiv — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Possibbiltà għall-awtorità rikjesta li tirrifjuta l-assistenza għall-irkupru minħabba li t-talbiet ma ġewx debitament innotifikati)

5

2018/C 211/07

Kawża C-81/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Suceava – ir-Rumanija) – Zabrus Siret SRL vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Direttiva 2006/112/KE — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Dritt għar-rimbors tal-VAT — Tranżazzjonijiet li jaqgħu taħt perijodu ta’ taxxa li diġà kien suġġett għal kontroll fiskali konkluż — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Possibbiltà għall-persuna taxxabbli li tirrettifika d-dikjarazzjonijiet fiskali li diġà kienu suġġetti għal kontroll fiskali — Esklużjoni — Prinċipju ta’ effettività — Newtralità fiskali — Ċertezza legali)

6

2018/C 211/08

Kawżi Magħquda C-91/17 P u C-92/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ April 2018 – Cellnex Telecom SA, anciennement Abertis Telecom SA, Telecom Castilla-La Mancha SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, SES Astra (Appell — Għajnuna mill-Istat — Televiżjoni diġitali — Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati tal-Comunidad Autónoma ta’ Castilla-La Mancha (Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha, Spanja) — Sussidju favur operaturi ta’ pjattaformi tat-televiżjoni diġitali terrestri — Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Definizzjoni — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri)

6

2018/C 211/09

Kawża C-97/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Protezzjoni tan-natura — Direttiva 2009/147/KE — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Żona ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS) — Klassifikazzjoni bħala ŻPS it-territorji l-iktar adatti fin-numru u fid-daqs għall-konservazzjoni tal-ispeċji ta’ għasafar imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147 — Żona importanti għall-konservazzjoni tal-għasafar (ŻIKGĦA) — ŻIKGĦA Rila — Klassifikazzjoni parzjali taż-ŻIKGĦA Rila bħala ŻPS)

7

2018/C 211/10

Kawża C-66/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

7

2018/C 211/11

Kawża C-78/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

8

2018/C 211/12

Kawża C-139/18 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2018 minn CJ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-602/16, CJ vs Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

9

2018/C 211/13

Kawża C-167/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Canarias (Spanja) fit-2 ta’ Marzu 2018 – Unión Insular de CC.OO. de Lanzarote vs Swissport Spain Aviation Services Lanzarote S.L.

11

2018/C 211/14

Kawża C-176/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-7 ta’ Marzu 2018 – Club de Variedades Vegetales Protegidas vs Adolfo Juan Martínez Sanchís

11

2018/C 211/15

Kawża C-177/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de Madrid (Spanja) fis-7 ta’ Marzu 2018 – Almudena Baldonedo Martín vs Ayuntamiento de Madrid

12

2018/C 211/16

Kawża C-186/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fid-9-ta’ Marzu 2018 – José Cánovas Pardo S.L. vs Club de Variedades Vegetales Protegidas

13

2018/C 211/17

Kawża C-193/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Marzu 2018 – Google LLC vs Bundesrepublik Deutschland

14

2018/C 211/18

Kawża C-205/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Pitești (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Marzu 2018 – Maria-Cristina Dospinescu, Filofteia-Camelia Ganea, Petre Sinca, Luminița-Maria Ioniță, Maria Burduv u Raluca-Marinela Trașcă vs Spitalul Județean de Urgență Vâlcea

15

2018/C 211/19

Kawża C-233/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Brussel (il-Belġju) fid-29 ta’ Marzu 2018 – Zubair Haqbin vs Federal Agentschap voor de opvang van asielzoekers

16

2018/C 211/20

Kawża C-242/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fil-5 ta’ April 2018 – UniCredit Leasing EAD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika – Sofia pri Tsentralno upravlenie na NAP

16

2018/C 211/21

Kawża C-254/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-12 ta’ April 2018 – Syndicat des cadres de la sécurité intérieure vs Premier ministre, Ministre d’État, Ministre de l’Intérieur, Ministre de l’Action et des Comptes publics

17

2018/C 211/22

Kawża C-270/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-19 ta’ April 2018 – UPM France vs Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics

18

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 211/23

Kawża T-47/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Sigma Orionis vs REA (Klawżola ta’ arbitraġġ — Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Innovazzjoni Horizon 2020 — Sospensjoni tal-pagamenti ta’ ftehim ta’ sussidju wara awditu finanzjarju — Talba intiża għall-ħlas tal-ammonti dovuti mir-REA fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ sussidju)

19

2018/C 211/24

Kawża T-48/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Sigma Orionis vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-Seba’ Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) u l-Programm Qafas għar-riċerka u għall-innovazzjoni Horizon 2020 — Sospensjoni tal-pagamenti u xoljiment tal-kuntratti ta’ sussidju wara awditu finanzjarju — Talba għall-ħlas tal-ammonti dovuti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti ta’ sussidju — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

19

2018/C 211/25

Kawża T-168/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Grizzly Tools vs Il-Kummissjoni (Protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-konsumaturi u tal-ħaddiema — Direttiva 2006/42/KE — Klawżola ta’ salvagwardja — Miżura nazzjonali ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ apparat għall-ħasil bil-pressa — Rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u ta’ sigurtà — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-miżura ġustifikata — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament)

20

2018/C 211/26

Kawża T-428/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 2018 – Alpine Welten Die Bergführer vs EUIPO (ALPINEWELTEN Die Bergführer) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ALPINEWELTEN Die Bergführer — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

21

2018/C 211/27

Kawża T-429/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Laboratoires Majorelle vs EUIPO – Jardin Majorelle (LABORATOIRES MAJORELLE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali LABORATOIRES MAJORELLE — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti MAJORELLE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Trade marks preċedenti — Diviżjoni tal-applikazzjoni għal trade mark — Artikolu 44(6) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 50(6) tar-Regolament 2017/1001))

21

2018/C 211/28

Kawża T-195/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Talanton vs Il-Kummissjoni

22

2018/C 211/29

Kawża T-200/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2018 – Fersher Developments u Lisin vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE

23

2018/C 211/30

Kawża T-208/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Nessim Daoud et vs Il-Kunsill et

23

2018/C 211/31

Kawża T-214/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2018 – Briois vs Il-Parlament

24

2018/C 211/32

Kawża T-215/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2018 – QB vs BĊE

25

2018/C 211/33

Kawża T-216/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – Pozza vs Il-Parlament

26

2018/C 211/34

Kawża T-217/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – DK vs SEAE

27

2018/C 211/35

Kawża T-254/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products et al vs Il-Kummissjoni

28

2018/C 211/36

Kawża T-676/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2018 – UN vs Il-Kummissjoni

29


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 211/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 200, 11.6.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 190, 4.6.2018

ĠU C 182, 28.5.2018

ĠU C 166, 14.5.2018

ĠU C 161, 7.5.2018

ĠU C 152, 30.4.2018

ĠU C 142, 23.4.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Generalitat de Catalunya

(Kawża C-233/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar - Libertà ta’ stabbiliment - Protezzjoni tal-ambjent u ppjanar tat-territorju - Għajnuna mill-Istat - Miżura selettiva - Ittra tal-Kummissjoni li tinforma li ma hijiex ser tittieħed azzjoni fuq ilment - Għajnuna eżistenti))

(2018/C 211/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED)

Konvenut: Generalitat de Catalunya

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux taxxa fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

2)

Taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar li tiddependi, essenzjalment, mis-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom hija inqas minn 2 500 m2. Tali taxxa lanqas ma tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li l-attività tagħhom tikkonċerna l-ġardinaġġ, il-bejgħ ta’ vetturi, ta’ materjal għall-kostruzzjoni, ta’ makkinarju u ta’ provvisti industrijali u lanqas sa fejn jibbenefikaw minn tnaqqis tal-valur taxxabbli ta’ 60 % l-istabbilimenti li l-attività tagħhom tikkonċerna l-bejgħ ta’ għamara, ta’ prodotti sanitarji u ta’ bibien u twieqi kif ukoll ta’ prodotti ta’ DIY, sa fejn dawn l-istabbilimenti ma jikkawżawx ħsara għall-ambjent u għall-ippjanar tat-territorju daqstant kbira daqs l-istabbilimenti l-oħra, sitwazzjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.

Għall-kuntrarju, tali taxxa tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti kummerċjali kollettivi kbar li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom hija daqs il-livell ta’ 2 500 m2 jew iktar.

3)

F’ċirkustanzi bħal dawk deskritti mill-qorti tar-rinviju, l-għajnuna mill-Istat li tirriżulta minn sistema ta’ taxxa bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax tikkostitwixxi għajnuna eżistenti fis-sens tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, li l-formulazzjoni tiegħu hija riprodotta fl-Artikolu 1(b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Consejería de Economía y Hacienda del Principado de Asturias (C-234/16), Consejo de Gobierno del Principado de Asturias (C-235/16)

(Kawżi Magħquda C-324/16 u C-235/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar - Libertà ta’ stabbiliment - Protezzjoni tal-ambjent u ppjanar tat-territorju - Għajnuna mill-Istat - Miżura selettiva))

(2018/C 211/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED)

Konvenuti: Consejería de Economía y Hacienda del Principado de Asturias (C-234/16), Consejo de Gobierno del Principado de Asturias (C-235/16)

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux taxxa fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali.

2)

Taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, fuq l-istabbilimenti ta’ distribuzzjoni kbar li tiddependi, essenzjalment, mis-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom hija inqas minn 4 000 m2. Tali taxxa lanqas ma tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li l-attività tagħhom hija eżerċitata fis-settur tal-ġardinaġġ, tal-bejgħ ta’ vetturi, tal-materjal għall-kostruzzjoni, tal-makkinarju u tal-provvisti industrijali, u li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom ma taqbiżx l-10 000 m2, sa fejn dawn l-istabbilimenti ma jikkawżawx ħsara għall-ambjent u għall-ippjanar tat-territorju daqstant kbira daqs l-istabbilimenti l-oħra, sitwazzjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Diputación General de Aragón

(Kawżi Magħquda C-236/16 u C-237/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar - Libertà ta’ stabbiliment - Protezzjoni tal-ambjent u ppjanar tat-territorju - Għajnuna mill-Istat - Miżura selettiva))

(2018/C 211/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED)

Konvenut: Diputación General de Aragón

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux taxxa fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali.

2)

Taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, fuq l-istabbilimenti ta’ distribuzzjoni kbar li tiddependi, essenzjalment, mis-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom ma taqbiżx il-500 m2 u dawk li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom taqbeż dan il-limitu iżda li l-valur taxxabbli tagħhom ma jaqbiżx l-2 000 m2. Tali taxxa lanqas ma tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li jeżerċitaw l-attività tagħhom fis-settur tal-bejgħ ta’ makkinarju, ta’ vetturi, ta’ għodda u ta’ provvisti industrijali, ta’ materjal għall-kostruzzjoni, ta’ prodotti sanitarji u ta’ bibien u twieqi għall-professjonisti, ta’ għamara fi stabbilimenti individwali tradizzjonali u speċjalizzati u ta’ vetturi bil-mutur, kif ukoll il-ħwienet tal-ġonna u l-pompi tal-petrol, sa fejn dawn l-istabbilimenti ma jikkawżawx ħsara għall-ambjent u għall-ippjanar tat-territorju daqstant kbira daqs l-istabbilimenti l-oħra, sitwazzjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – MP vs Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-353/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika tal-ażil - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 4 - Direttiva 2004/83/KE - Artikolu 2(e) - Kundizzjonijiet sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja - Artikolu 15(b) - Riskju ta’ perikolu serju għas-saħħa psikoloġika tal-applikant fil-każ li jintbagħat lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu - Persuna li ġiet issuġġettata għal tortura fil-pajjiż ta’ oriġini tagħha))

(2018/C 211/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MP

Konvenut: Secretary of State for the Home Department

Dispożittiv

L-Artikolu 2(e) u l-Artikolu 15(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li kien ġie ttorturat, fil-passat, mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ oriġini tiegħu u li ma huwiex espost iktar għal riskju ta’ tortura fil-każ li jintbagħat lura f’dan il-pajjiż iżda fejn l-istat tas-saħħa fiżika u psikoloġika tiegħu jistgħu, f’każ bħal dan, jiddeterjoraw gravement, bir-riskju serju li dan iċ-ċittadin iwettaq suwiċidju, minħabba trawma li tirriżulta mill-atti ta’ tortura li kien il-vittma tagħhom, huwa eliġibbli għall-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja jekk jeżisti riskju reali ta’ ċaħda ta’ kura adattata għat-trattament tal-konsegwenzi fiżiċi jew mentali ta’ dawn l-atti ta’ tortura, ikkawżati intenzjonalment fuq l-imsemmi ċittadin tal-imsemmi pajjiż, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 326, 5.9.2016.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court – l-Irlanda) – Eamonn Donnellan vs The Revenue Commissioners

(Kawża C-34/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet - Direttiva 2010/24/UE - Artikolu 14 - Dritt għal rimedju effettiv - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Possibbiltà għall-awtorità rikjesta li tirrifjuta l-assistenza għall-irkupru minħabba li t-talbiet ma ġewx debitament innotifikati))

(2018/C 211/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Eamonn Donnellan

Konvenuti: The Revenue Commissioners

Dispożittiv

L-Artikolu 14(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE, tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix li awtorità ta’ Stat Membru tirrifjuta l-eżekuzzjoni ta’ talba għal irkupru dwar talba relatata ma’ sanzjoni pekunjarja imposta fi Stat Membru ieħor, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minħabba li d-deċiżjoni li timponi din is-sanzjoni ma tkunx ġiet debitament innotifikata lill-persuna kkonċernata qbale ma tkunsaret it-talba għal irkupru lill-imsemmija awtorità skont din id-direttiva.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Suceava – ir-Rumanija) – Zabrus Siret SRL vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava

(Kawża C-81/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Dritt għar-rimbors tal-VAT - Tranżazzjonijiet li jaqgħu taħt perijodu ta’ taxxa li diġà kien suġġett għal kontroll fiskali konkluż - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Possibbiltà għall-persuna taxxabbli li tirrettifika d-dikjarazzjonijiet fiskali li diġà kienu suġġetti għal kontroll fiskali - Esklużjoni - Prinċipju ta’ effettività - Newtralità fiskali - Ċertezza legali))

(2018/C 211/07)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Suceava

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zabrus Siret SRL

Konvenuta: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava

Dispożittiv

L-Artikoli 167, 168, 179, 180 u 182 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 kif ukoll il-prinċipji ta’ effettività, ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, b’deroga mit-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin stabbilit mid-dritt nazzjonali għar-rettifika tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), tipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, lil persuna taxxabbli milli twettaq tali rettifika sabiex tinvoka d-dritt tagħha għal tnaqqis għas-sempliċi raġuni li din ir-rettifika tirrigwarda perijodu li diġà kien suġġett għal kontroll fiskali.


(1)  ĠU C 161, 22.5.2017


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ April 2018 – Cellnex Telecom SA, anciennement Abertis Telecom SA, Telecom Castilla-La Mancha SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, SES Astra

(Kawżi Magħquda C-91/17 P u C-92/17 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati tal-Comunidad Autónoma ta’ Castilla-La Mancha (Komunità Awtonoma ta’ Castilla-La Mancha, Spanja) - Sussidju favur operaturi ta’ pjattaformi tat-televiżjoni diġitali terrestri - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Vantaġġ - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Definizzjoni - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri))

(2018/C 211/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Cellnex Telecom SA, li kienet Abertis Telecom SA, Telecom Castilla-La Mancha SA (rappreżentanti: J. Buendía Sierra u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti), SES Astra (rappreżentanti: F. González Díaz u V. Romero Algarra, abogados)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Cellnex Telecom SA u Telecom Castilla-La Mancha SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 24.04.2017.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-97/17) (1)

((“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Protezzjoni tan-natura - Direttiva 2009/147/KE - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Żona ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS) - Klassifikazzjoni bħala ŻPS it-territorji l-iktar adatti fin-numru u fid-daqs għall-konservazzjoni tal-ispeċji ta’ għasafar imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147 - Żona importanti għall-konservazzjoni tal-għasafar (ŻIKGĦA) - ŻIKGĦA Rila - Klassifikazzjoni parzjali taż-ŻIKGĦA Rila bħala ŻPS”))

(2018/C 211/09)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mihaylova u C. Hermes, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: E. Petranova u L. Zaharieva, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi naqset milli tinkludi l-integralità taż-żona importanti għall-konservazzjoni tal-għasafar li tkopri l-muntanja ta’ Rila bħala żona ta’ protezzjoni speċjali, ir-Repubblika tal-Bulgarija ma kklassifikatx it-territorji l-iktar adatti fin-numru u fid-daqs għall-konservazzjoni tal-ispeċi msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, b’tali mod li dan l-Istat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika tal-Bulgarija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 121, 18.4.2017.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/7


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-66/18)

(2018/C 211/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, L. Malferrari, B. De Meester u Talabér-Ritz K, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiddikjara li l-Ungerija naqset milli twettaq:

l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu XVII tal-GATS [Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi], billi imponiet fuq l-istituzzjonijiet ta’ tagħlim superjuri barranin li jinsabu barra miż-ŻEE l-obbligu li jikkonkludu ftehim internazzjonali bħala rekwiżit sabiex jipprovdu servizzi ta’ tagħlim, b’mod konformi mal-Artikolu 76(1)(a) tal-Liġi CCIV tal-2011 kif emendata.

l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/123/KE (1) u, f’kull każ, taħt l-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE, kif ukoll taħt l-Artikolu XVII tal-GATS, billi imponiet fuq l-istituzzjonijiet ta’ tagħlim superjuri barranin l-obbligu li jipprovdu kors ta’ tagħlim superjuri fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, b’mod konformi mal-Artikolu 76(1)(b) tal-Liġi CCIV tal-2011 kif emendata.

l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13, 14(3), u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’rabta mar-restrizzjonijiet deskritti iktar ’il fuq.

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-bażi ġuridika tal-provvista ta’ servizzi ta’ tagħlim superjuri fl-Ungerija hija l-Liġi CCIV tal-2011, dwar it-tagħlim superjuri nazzjonali, li l-Artikolu 76(1)(a) tagħha jipprevedi li istituzzjoni ta’ tagħlim superjuri barranija tista’ tipprovdi kors li jwassal għal diploma fit-territorju Ungeriż biss jekk il-Gvern Ungeriż u l-Gvern tal-Istat li fih tinsab is-sede tal-istituzzjoni ta’ tagħlim superjuri barranija jkunu kkonkludew ftehim internazzjonali vinkolanti dwar is-sostenn bħala prinċipju mogħti lill-istituzzjoni sabiex teżerċita attività fl-Ungerija, ftehim li, fil-każ ta’ Stat federali, ikun ibbażat fuq ftehim preċedenti konkluż mal-gvern ċentrali meta dan ma jkollux il-kompetenza li jikkonkludi ftehimiet internazzjonali vinkolanti.

Barra minn hekk, l-Artikolu 76(1)(b) tal-Liġi CCIV tal-2011 jistabbilixxi li l-istituzzjonijiet ta’ tagħlim superjuri barranin li jeżerċitaw attività fl-Ungerija mhux biss talli għandhom ikunu awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta’ tagħlim superjuri mill-Istat li fih tinsab is-sede tagħhom, iżda għandhom ukoll joffru, effettivament, kors ta’ tagħlim superjuri fil-pajjiż inkwistjoni.

Fis-27 ta’ April 2017, il-Kummissjoni bdiet proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra l-Ungerija fir-rigward tal-Liġi CCIV tal-2011 kif emendata.

Peress li qieset li r-risposta mogħtija mill-Ungerija ma kinitx sodisfaċenti, fl-14 ta’ Lulju 2017 il-Kummissjoni bagħtet opinjoni motivata lill-Ungerija u b’dan il-mod għaddiet għall-istadju sussegwenti tal-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.

Peress li qieset li lanqas ir-risposta għall-opinjoni motivata ma kienet sodisfaċenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq il-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiġi ddikjarat li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu XVII tal-GATS, l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/123/KE, l-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE u l-Artikoli 13, 14(3), u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentli tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU 2006, L 376, p. 36).


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/8


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-78/18)

(2018/C 211/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, L. Malferrari u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tiddikjara li billi introduċiet restrizzjonijiet b’mod diskriminatorju, mhux neċessarju u infondat fir-rigward ta’ donazzjonijiet barranin favur organizzazzjonijiet ċivili Ungeriżi permezz tal-külföldről támogatott szervezetek átláthatóságáról szóló 2017. évi LXXVI. Törvény (Liġi LXXVI tal-2017, dwar it-trasparenza tal-organizzazzjonijiet li jirċievu l-għajnuna ekonomika minn barra l-pajjiż), liema dispożizzjonijiet jimponu obbligi ta’ reġistrazzjoni, ta’ dikjarazzjoni u ta’ trasparenza għal ċerti kategoriji ta’ organizzazzjonijiet ċivili – dawk li jirċievu għajnuna ekonomika minn barra l-pajjiż diretta jew indiretta li tkun ogħla minn ammont speċifiku – u barra minn hekk jistabbilixxu l-possibbiltà li jiġu applikati sanzjonijiet fuq l-organizzazzjonijiet li ma jissodisfawx dawn l-obbligi, l-Ungerija naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE, u l-Artikoli 7, 8 u 12 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Liġi LXXVI tal-2017, dwar it-trasparenza tal-organizzazzjonijiet li jirċievu l-għajnuna ekonomika minn barra l-pajjiż timponi obbligi ta’ reġistrazzjoni, ta’ dikjarazzjoni u ta’ trasparenza fuq ċerti kategoriji ta’ organizzazzjonijiet ċivili – dawk li jirċievu għajnuna ekonomika minn barra l-pajjiż diretta jew indiretta li tkun ogħla minn ammont speċifiku – u barra minn hekk tistabbilixxi l-possibbiltà li jiġu applikati sanzjonijiet fuq l-organizzazzjonijiet li ma jissodisfawx dawn l-obbligi.

Fl-14 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni ressqed proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra l-Ungerija b’rabta mal-Liġi LXXVI tal-2017.

Peress li qieset li t-tweġiba mogħtija mill-Ungerija ma kinitx sodisfaċenti, il-Kummissjoni għaddiet għall-fażi segwenti tal-proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u, fil-5 ta’ Ottubru 2017, bagħtet opinjoni motivata lill-Ungerija.

Peress li qieset li lanqas it-tweġiba mogħtija għall-opinjoni motivata ma kienet sodisfaċenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissottometi l-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja bil-għan li din tiddikjara li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE u l-Artikoli 7, 8 u 12 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/9


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2018 minn CJ mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-602/16, CJ vs Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

(Kawża C-139/18 P)

(2018/C 211/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: CJ (rappreżentant: V. Kolias, Δικηγόρος)

Parti oħra fil-proċedura: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-13 ta’ Diċembru 2017 fil-kawża CJ vs ECDC (T-602/16, mhux ippubblikata, EU:T:2017:893);

konsegwentement, jekk dan l-appell jiġi ddikjarat fondat, tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni kkontestat tal-21 ta’ Settembru 2015;

tikkundanna lill-ECDC iħallas l-ispejjeż kollha tal-proċeduri fl-ewwel istanza u fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellant iressaq erba’ aggravji:

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali:

interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 3(1), moqri flimkien mal-Artikolu 3(3) tar-Regola ta’ Implimentazzjoni Nru 20 tal-ECDC sabiex tikkonkludi li l-evalwatur tal-appell ma għandux neċessarjament ikun il-President tal-Bord tal-Amministrazzjoni f’każijiet bħal dak inkwistjoni,

wettqet żball fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti meta kkonkludiet li, f’kull każ, ma kienx probabbli li l-President tal-Bord tal-Amministrazzjoni kien jiddeċiedi favur l-appellant,

interpretat b’mod żbaljat l-argument li subordinat tal-evalwatur ma jistax ikun l-evalwatur tal-appell, minħabba li huwa ma għandux l-indipendenza neċessarja fir-rigward tal-evalwatur.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali:

interpretat b’mod żbaljat l-Artikoli 7(1), 8(3) u (4) tar-Regola ta’ Implimentazzjoni Nru 20 tal-ECDC sabiex tikkonkludi li l-għanijiet u l-indikaturi ta’ prestazzjoni stabbiliti għal membru tal-persunal matul il-perijodu ta’ evalwazzjoni preċedenti jistgħu ma jiġux ikkunsidrati mill-evalwatur,

sussidjarjament, wettqet żball fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti meta kkonkludiet li l-għanijiet u l-indikaturi ta’ prestazzjoni kienu ġew debitament ikkunsidrati mill-evalwatur.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali:

interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “djalogu” fis-sens tal-Artikolu 8(9) tar-Regola ta’ Implimentazzjoni tal-ECDC,

sussidjarjament, wettqet żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni ġuridika ta’ “djalogu” ta’ evalwazzjoni meta qieset li tali djalogu jista’ jkun limitat, min-naħa tal-ECDC, għat-talba mill-validatur, lil membru tal-persunal, għal dokument li hija diġà kellha għad-dispożizzjoni tagħha; għall-mistoqsija mill-validatur, permezz tat-telefon mobbli tagħha, lill-membru tal-persunal, dwar “[l]iema aspetti tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni huwa jqis huma foloz?”; u għall-assenza mill-validatur li ssaqsi xi mistoqsija ulterjuri, wara li membru tal-persunal iwieġeb fuq il-mertu u joffri li jagħtiha kull informazzjoni ulterjuri iktar speċifika li hija tista’ tkun teħtieġ.

4.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali:

interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal meta essenzjalment kkonkludiet li, anki meta, membru tal-persunal jallega, in tempore non suspecto, amministrazzjoni finanzjarja ħażina, jipproduċi mill-inqas il-bidu ta’ prova f’dan is-sens, u dawn l-allegazzjonijiet huma vera, aġenzija tista’ korrettament tinkariga lill-istess persuni implikati permezz tal-allegazzjonijiet tiegħu sabiex jevalwaw il-prestazzjoni annwali tiegħu,

sussidjarjament, wettqet żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-allegazzjonijiet tal-appellant meta qieset li tali allegazzjonijiet ma kinux saru in tempore non suspecto u ma kinux veri jew sostnuti minn provi u li l-evalwaturi implikati permezz tal-allegazzjonijiet xorta waħda setgħu jevalwaw b’mod newtrali l-prestazzjoni tal-appellant.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Canarias (Spanja) fit-2 ta’ Marzu 2018 – Unión Insular de CC.OO. de Lanzarote vs Swissport Spain Aviation Services Lanzarote S.L.

(Kawża C-167/18)

(2018/C 211/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Canarias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Unión Insular de CC.OO. de Lanzarote

Konvenuta: Swissport Spain Aviation Services Lanzarote S.L.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (1) huwa applikabbli meta impriża ma tibqax l-offerent rebbiħ tas-servizzi pprovduti lil klijent minħabba x-xoljiment tal-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi fejn l-attività kienet prinċipalment tikkonsisti fil-provvista ta’ xogħol manwali (tindif tal-installazzjonijiet), u meta l-offerent rebbiħ il-ġdid tas-servizz jiħu parti essenzjali mill-persunal allokat għat-twettiq ta’ dan is-servizz, f’kuntest fejn it-teħid ta’ dawn il-kuntratti ta’ xogħol isir abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv għas-settur tat-tindif?

2)

L-interpretazzjoni tat-Tribunal Supremo (Spanja) li tgħid li, fil-każ ta’ trasferiment ta’ persunal abbażi tal-ftehim kollettiv, ma jkunx hemm trasferiment ta’ impriża, peress li r-rekwiżit marbut man-natura volontarja tat-trasferiment ma huwiex issodisfatt u li, konsegwentement, id-Direttiva 2001/23 ma hijiex applikabbli, hija konformi mal-imsemmija direttiva kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja?

3)

Jista’ jitqies li, konformament mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/23, fil-każ ta’ impriżi li jipprovdu servizzi, meta l-ftehim kollettiv għas-settur jimponi l-obbligu ta’ teħid tal-persunal, dan jikkostitwixxi suċċessjoni ta’ impriża u għalhekk trasferiment ta’ impriża fis-sens tal-imsemmija direttiva?

4)

Fil-każ ta’ risposti affermattivi għat-tliet domandi preċedenti, l-Artikolu 14 tal-ftehim kollettiv għat-tindif ta’ bini u postijiet tal-provinċja ta’ Las Palmas li jipprevedi li, fil-każ ta’ teħid tal-persunal abbażi tal-ftehim kollettiv, il-ħaddiema ttrasferiti ma jżommux id-drittijiet u l-obbligi li huma kellhom fi ħdan l-impriża ċessjonarja u l-kundizzjonijiet tax-xogħol miftehma bil-ftehim kollettiv, huwa konformi mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/23?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-7 ta’ Marzu 2018 – Club de Variedades Vegetales Protegidas vs Adolfo Juan Martínez Sanchís

(Kawża C-176/18)

(2018/C 211/14)

Lingwa tal-kawża: Spanja

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Club de Variedades Vegetales Protegidas

Konvenut: Adolfo Juan Martínez Sanchís

Domandi preliminari

1)

Meta bidwi jixtri pjanti ta’ varjetà ta’ pjanti minn mixtla (stabbiliment li jappartjeni lil terzi) u jħawwilhom qabel ma’ jkunu daħlu fis-seħħ l-effetti tal-għoti tal-protezzjoni ta’ din il-varjetà, sabiex l-attività mwettqa sussegwentement mill-bidwi, konsistenti fil-ħsad suċċessiv tas-siġar, tkun koperta mill-ius prohibendi previst fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 (1), għandhom jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu sa fejn dan jitqies li huwa “materjal maħsud”? Jew inkella din l-attività tal-ħsad tikkostitwixxi att ta’ produzzjoni jew ta’ riproduzzjoni tal-varjetà li jagħti lok għall-“materjal maħsud”, li l-projbizzjoni tagħha mill-proprjetarju tal-varjetà ta’ pjanti ma tirrikjedix l-osservanza tar-rekwiżiti tal-paragrafu 3?

2)

Hija konformi mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 , interpretazzjoni li s-sistema ta’ protezzjoni kumulattiva tikkonċerna l-atti kollha previsti fil-paragrafu 2 li jikkonċerna l-“materjal maħsud”, inkluż il-ħsad innifsu, jew inkella unikament l-atti sussegwenti għall-produzzjoni ta’ dan il-materjal maħsud, bħal fil-każ tad-detenzjoni jew tal-kummerċjalizzazzjoni tagħha?

3)

Fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-“materjal maħsud” tas-sistema ta’ estensjoni tal-protezzjoni kumulattiva prevista fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94, huwa neċessarju, sabiex jiġi ssodisfatt l-ewwel rekwiżit, li x-xiri tal-pjanti jkun twettaq wara li l-proprjetarju jkun kiseb il-protezzjoni Komunitarja tal-varjetà ta’ pjanti, jew huwa suffiċjenti li dan ikun ibbenefika, sa dakinhar, minn protezzjoni provviżorja, minkejja l-xiri jkun twettaq matul il-perijodu ta’ bejn il-pubblikazzjoni tat-talba għall-protezzjoni u d-dħul fis-seħħ tal-effetti tal-għoti tal-protezzjoni tal-varjetà ta’ pjanti?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390).


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de Madrid (Spanja) fis-7 ta’ Marzu 2018 – Almudena Baldonedo Martín vs Ayuntamiento de Madrid

(Kawża C-177/18)

(2018/C 211/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo de Madrid (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Almudena Baldonedo Martín

Konvenut: Ayuntamiento de Madrid

Domandi preliminari

1)

Interpretazzjoni tal-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas, fis-sens li sitwazzjoni bħal dik deskritta fil-kawża prinċipali, li fiha l-membru tal-persunal mhux permanenti jwettaq l-istess xogħol bħall-uffiċjal (liema uffiċjal ma jibbenefikax mid-dritt għal kumpens [minħabba terminazzjoni ta’ impjieg] peress li s-sitwazzjoni li minnha jista’ jirriżulta dan id-dritt ma teżistix fis-sistema legali tiegħu), ma hijiex klassifikabbli bħala sitwazzjoni deskritta fl-istess klawżola, hija korretta?

2)

Peress li d-dritt għall-ugwaljanza fit-trattament u l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni jikkostitwixxu prinċipju ġenerali [tad-dritt] tal-Unjoni (Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni u l-Artikolu 23 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem) stabbiliti f’direttiva, u peress li jitqiesu bħala drittijiet soċjali fundamentali (Artikoli 151 u 153 TFUE), interpretazzjoni fis-sens li jista’ jirriżulta dritt għal kumpens [minħabba terminazzjoni ta’ impjieg] tal-membru tal-persunal mhux permanenti, jew billi jiġi ekwiparat għal membru tal-persunal kuntrattwali għal żmien determinat, ġaladarba s-sitwazzjoni tagħhom (bħala membru tal-persunal u bħala impjieg) tiddependi biss mill-persuna pubblika li timpjega, jew permezz tal-applikazzjoni diretta vertikali rispettiva tad-dritt primarju [tal-Unjoni], sabiex b’hekk ikunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim Qafas Anness mad-Direttiva 1999/70/KE (1), hija konformi mal-istess ftehim qafas?

3)

Fil-każ tal-eżistenza ta’ użu abbużiv ta’ kuntratti temporanji ta’ impjieg sabiex jiġu ssodisfatti l-ħtiġijiet permanenti, mingħajr ma tkun teżisti raġuni oġġettiva, liema kuntratti ma jkunux jissodisfaw il-ħtieġa urġenti u imperattiva li tiġġustifikahom, fl-assenza ta’ sanzjonijiet jew limiti effettivi fid-dritt nazzjonali [Spanjol], kumpens, ekwiparabbli għal dak li jingħata fil-każ ta’ tkeċċija abbużiva, bħala sanzjoni adegwata, proporzjonata u dissważiva, huwa konformi mal-għanijiet li d-Direttiva 1999/70/KE tipprova tilħaq, bħala miżura għall-prevenzjoni tal-abbuż u sabiex konsegwentement jiġi eliminat il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, meta l-persuna li timpjega ma toffrix pożizzjoni permanenti lill-ħaddiem?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p 368)


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fid-9-ta’ Marzu 2018 – José Cánovas Pardo S.L. vs Club de Variedades Vegetales Protegidas

(Kawża C-186/18)

(2018/C 211/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: José Cánovas Pardo S.L.

Konvenut: Club de Variedades Vegetales Protegidas

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 96 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 (1) jipprekludi interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li, sakemm ikun iddekorra t-terminu ta’ tliet snin minn meta, ladarba tkun ingħatat il-protezzjoni Komunitarja ta’ varjetajiet ta’ pjanti, id-detentur ikun sar jaf bl-att li jikkostitwixxi ksur u bl-identità tal-parti responsabbli, l-azzjonijiet previsti fl-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament ikunu saru preskritti, anki jekk l-atti li jikkostitwixxu ksur ikunu baqgħu fis-seħħ sal-mument tat-tressiq tal-azzjoni?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, għandu jitqies li, konformement mal-Artikolu 96 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94, il-preskrizzjoni jkollha effett biss fir-rigward tal-atti speċifiċi li jikkostitwixxu ksur imwettqa barra mit-terminu ta’ tliet snin, iżda mhux fir-rigward ta’ dawk imwettqa matul l-aħħar tliet snin?

3)

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv, f’dan il-każ jistgħu jintlaqgħu l-azzjonijiet għal waqfien kif ukoll għal kumpens għad-danni biss fir-rigward ta’ dawn l-aħħar atti mwettqa matul l-aħħar tliet snin?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390).


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Marzu 2018 – Google LLC vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-193/18)

(2018/C 211/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Google LLC

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Domandi preliminari

1.

Il-kunċett ta’ “servizzi li jikkonsistu kompletament jew prinċipalment fit-trażmissjoni ta’ sinjali fuq netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” li jinsab fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva Qafas 2002/21/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi jew jista’ jinkludi s-servizzi ta’ posta elettronika fuq l-internet li huma disponibbli permezz tal-internet miftuħ mingħajr madankollu ma jinkludu aċċess għall-internet?

(a)

B’mod partikolari, il-kunċett għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prestazzjoni ta’ pproċessar informatiku li l-fornitur ta’ tali servizz ta’ posta elettronika jipprovdi permezz tas-server tal-posta elettronika tiegħu bl-attribuzzjoni tal-indirizzi IP tat-terminali fiżiċi involuti lill-indirizzi ta’ posta elettronika u billi jintroduċi – jew, bil-kuntrarju, billi jirċievi – fl-internet miftuħ, permezz ta’ diversi protokolli tal-familja tal-protokolli tal-internet, il-messaġġi elettroniċi diviżi f’pakketti ta’ data, hija biżżejjed sabiex tikkostitwixxi “trażmissjoni ta’ sinjali”, jew ikun hemm biss tali trażmissjoni meta dawn il-pakketti ta’ dati jitwasslu mill-fornituri (ta’ aċċess) tal-internet?

(b)

B’mod partikolari, il-kunċett għandu jiġi interpretat fis-sens li t-twassil permezz tal-internet miftuħ, mill-fornituri (ta’ aċċess) tal-internet, ta’ messaġġi elettroniċi diviżi f’pakketti ta’ data jista’ jiġi attribwit lill-fornitur ta’ tali servizz ta’ posta elettronika, b’tali mod li dan b’hekk jipprovdi wkoll servizz li jikkonsisti fit-“trażmissjoni ta’ sinjali”? Jekk ikun il-każ, taħt liema kundizzjoni jista’ jkun hemm tali attribuzzjoni?

(c)

Fil-każ li l-fornitur ta’ tali servizz ta’ posta elettronika jittrażmetti huwa stess sinjali jew fil-każ li, fi kwalunkwe każ, din il-prestazzjoni ta’ trażmissjoni ta’ sinjali mwettqa mill-fornituri (ta’ aċċess) tal-internet tista’ tiġi attribwita lilu: il-kunċett għandu, b’mod partikolari, jiġi interpretat fis-sens li, irrispettivament minn eventwali funzjonijiet addizzjonali bħalma huma l-editjar, iż-żamma u l-klassifikazzjoni ta’ messaġġi elettroniċi jew l-amministrazzjoni ta’ dettalji, u irrispettivament mill-isforzi tekniċi mwettqa mill-fornitur fir-rigward tad-diversi funzjonijiet, tali servizz ta’ posta elettronika jikkonsisti wkoll “kompletament jew prinċipalment” fi trażmissjoni ta’ sinjali minħabba li, fil-kuntest ta’ approċċ funzjonali mill-perspettiva tal-utent, hija l-funzjoni ta’ komunikazzjoni tas-servizz li hija l-funzjoni ewlenija?

2.

Fil-każ li l-kunċett imsemmi fl-ewwel domanda għandu jiġi interpretat fis-sens li bħala prinċipju ma jinkludix is-servizzi ta’ posta elettronika fuq l-internet li huma disponibbli fuq l-internet miftuħ mingħajr madankollu ma jinkludu aċċess għall-internet: il-kunċett jista’ madankollu jkopri, b’mod eċċezzjonali, is-sitwazzjoni fejn il-fornitur ta’ tali servizz jopera fl-istess ħin in-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi tiegħu stess li jkunu konnessi mal-internet u li, fi kwalunkwe każ, jistgħu jintużaw għall-finijiet tas-servizz ta’ posta elettronika? Jekk ikun il-każ, taħt liema kundizzjonijiet dan huwa possibbli?

3.

Kif għandu jiġi interpretat il-kriterju “normalment ipprovdut bi ħlas” li jinsab fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva Qafas 2002/21/KE?

(a)

B’mod partikolari, il-kriterju jeħtieġ il-pagament ta’ somma flus mill-utenti jew il-ħlas jista’ jikkonsisti fl-għoti, mill-utenti, ta’ korrispettiv ieħor li jkun ta’ interess ekonomiku għall-fornitur tas-servizz, sa fejn l-utenti, pereżempju, iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-fornitur, b’mod attiv, data personali jew data oħra jew sa fejn din id-data tinġabar b’xi mod ieħor mill-fornitur tas-servizz meta jintuża s-servizz?

(b)

B’mod partikolari, il-kriterju jeħtieġ li l-ħlas joriġina neċessarjament minn dak li jibbenefika wkoll mill-prestazzjoni tas-servizz jew finanzjament parzjali jew integrali tas-servizz minn terzi, pereżempju permezz ta’ reklamar muri fuq is-sit tal-internet tal-fornitur tas-servizz, jista’ jkun biżżejjed?

(c)

B’mod partikolari, il-kelma “normalment” tikkonċerna, f’dan il-kuntest, iċ-ċirkustanzi li fihom il-fornitur ta’ servizz partikolari jipprovdi dan is-servizz, jew iċ-ċirkustanzi li fihom huma ġeneralment ipprovduti servizzi identiċi jew komparabbli?


(1)  Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349).


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Pitești (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Marzu 2018 – Maria-Cristina Dospinescu, Filofteia-Camelia Ganea, Petre Sinca, Luminița-Maria Ioniță, Maria Burduv u Raluca-Marinela Trașcă vs Spitalul Județean de Urgență Vâlcea

(Kawża C-205/18)

(2018/C 211/18)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Pitești

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria-Cristina Dospinescu, Filofteia-Camelia Ganea, Petre Sinca, Luminița-Maria Ioniță, Maria Burduv u Raluca-Marinela Trașcă

Konvenuta: Spitalul Județean de Urgență Vâlcea

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 114(3) TFUE, 151 TFUE u 153 TFUE, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Qafas 89/391/KEE (1) u tad-direttivi speċifiċi suċċessivi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru jistabbilixxi termini u proċeduri li jipprekludu l-aċċess għall-ġustizzja bil-għan li jiġu kklassifikati l-postijiet tax-xogħol bħala li huma kkaratterizzati minn kundizzjonijiet speċjali, bil-konsegwenza li ma jiġux irrikonoxxuti, lill-ħaddiema ġodda li għadhom kemm ġew irreklutati, id-drittijiet għas-sigurtà u għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol li jirriżultaw mill-ivverifikar tal-imsemmija kundizzjonijiet, b’konformità mal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349).


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Brussel (il-Belġju) fid-29 ta’ Marzu 2018 – Zubair Haqbin vs Federal Agentschap voor de opvang van asielzoekers

(Kawża C-233/18)

(2018/C 211/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Zubair Haqbin

Konvenuta: Federal Agentschap voor de opvang van asielzoekers

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 20(1) sa (3) tad-Direttiva (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jiddetermina b’mod eżawrjenti l-każijiet fejn il-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali tal-akkoljenza jista’ jiġi limitat jew irtirat? Jew mill-Artikolu 20(4) u (5) jirriżulta li d-dritt għall-kundizzjonijiet materjali tal-akkoljenza jista’ wkoll jiġi rtirat bħala sanzjoni applikabbli f’każ ta’ ksur serju tar-regoli taċ-ċentri ta’ akkoljenza kif ukoll fil-każ ta’ aġir partikolarment vjolenti?

2)

L-Artikolu 20(5) u (6) għandu jiġi interpretat fis-sens li, qabel ma jiġu imposti sanzjonijiet jew qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar il-limitazzjoni jew l-irtirar tal-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali tal-akkoljenza u fil-kuntest ta’ dawn id-deċiżjonijiet, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw, matul il-perijodu tal-esklużjoni, id-dritt għal livell ta’ għajxien deċenti? Jew huwa possibbli li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu osservati billi jiġi vverifikat, wara d-deċiżjoni li tillimita jew tirtira l-kundizzjonijiet materjali tal-akkoljenza, jekk il-persuna suġġetta għad-deċiżjoni tgawdix minn livell ta’ għajxien deċenti u, jekk ikun il-każ, billi jiġu adottati miżuri korrettivi f’dak il-mument?

3)

L-Artikolu 20(4), (5) u (6) flimkien mal-Artikoli 14, 21, 22, 23 u 24 tad-Direttiva u mal-Artikoli 1, 3, 4 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura jew sanzjoni ta’ esklużjoni temporanja (jew definittiva) mid-dritt għall-kundizzjonijiet materjali tal-akkoljenza tista’ tittieħed kontra minuri u, b’mod iktar speċifiku, fir-rigward ta’ minuri mhux akkumpanjat?


(1)  Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 96).


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fil-5 ta’ April 2018 – UniCredit Leasing EAD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia pri Tsentralno upravlenie na NAP

(Kawża C-242/18)

(2018/C 211/20)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UniCredit Leasing EAD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia pri Tsentralno upravlenie na NAP

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjoni prevista fl-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), tippermetti, fil-każ ta’ xoljiment ta’ kuntratt ta’ leasing finanzjarju, it-tnaqqis tal-ammont taxxabbli u r-rimbors tal-VAT, ikkalkolata fuq il-bażi ta’ avviż ta’ reviżjoni li daħal fis-seħħ, fejn l-ammont taxxabbli jirrappreżenta t-total tal-pagamenti mensili dovuti fir-rigward tal-leasing għall-perijodu kollu tal-kuntratt?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: fil-każ li l-kuntratt ta’ leasing finanzjarju jiġi xolt minħabba n-nuqqas parzjali tal-ħlas tal-pagamenti dovuti fir-rigward tal-leasing, liema waħda mill-ipoteżijiet previsti fl-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2006/112 tista’ tiġi invokata mil-lessor fil-konfront ta’ Stat Membru sabiex jikseb it-tnaqqis tal-ammont taxxabbli għall-finijiet tal-VAT fir-rigward tal-ammonti tal-pagamenti dovuti li ma sarux fil-perijodu bejn il-waqfien tal-ħlas u l-mument li fih ġie xolt il-kuntratt, sa fejn dan ix-xoljiment ma għandux effett retroattiv, kif tikkonferma klawżola f’dan il-kuntratt stess?

3)

L-interpretazzjoni tal-Artikolu 90(2) tad-Direttiva 2006/112 tippermetti li jingħad li, f’każ bħal dak ineżami, hemm deroga mill-paragrafu 1 tal-istess dispożizzjoni?

4)

L-interpretazzjoni tal-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2006/112 tippermetti li jingħad li l-kunċett ta’ xoljiment użat f’din id-dispożizzjoni jkopri l-każijiet li fihom, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ leasing finanzjarju mingħajr għażla, il-lessor ma jistax jibqa’ jeżiġi mingħand il-lessee l-ħlas tal-pagamenti dovuti fir-rigward tal-leasing, u dan sa fejn xolja l-kuntratt ta’ leasing minħabba li ma kienx ġie onorat min-naħa tal-lessee, iżda, skont il-kuntratt, ikollu dritt għal kumpens fl-ammont tal-pagamenti kollha fir-rigward tal-leasing li ma jkunux tħallsu u li jkunu dovuti sat-tmiem tal-perijodu tal-leasing?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-12 ta’ April 2018 – Syndicat des cadres de la sécurité intérieure vs Premier ministre, Ministre d’État, Ministre de l’Intérieur, Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-254/18)

(2018/C 211/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Syndicat des cadres de la sécurité intérieure

Konvenuti: Premier ministre, Ministre d’État, Ministre de l’Intérieur, Ministre de l’Action et des Comptes publics

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6 u 16 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) għandhom jiġu interpretati bħala li jimponu perijodu ta’ referenza definit fuq bażi kontinwu jew bħala li jħallu lill-Istati Membri l-għażla li jagħtuh natura kontinwa jew fissa?

2)

Fil-każ fejn dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati bħala li jimponu perijodu ta’ referenza kontinwu, il-possibbiltà mogħtija mill-Artikolu 17 li ssir deroga mill-Artikolu 16(b) tista’ tikkonċerna, mhux biss il-perijodu ta’ referenza, iżda anki n-natura kontinwa tiegħu?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-19 ta’ April 2018 – UPM France vs Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-270/18)

(2018/C 211/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UPM France

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżenzjoni li huma jippermettu li tiġi applikata mill-Istati Membri għall-benefiċċju tal-produtturi żgħar tal-elettriku, sa fejn huma jintaxxaw il-prodotti tal-enerġija użati għall-produzzjoni ta’ dan l-elettriku, tkun tista’ tapplika f’sitwazzjoni bħal dik deskritta fil-punt 7 ta’ din id-deċiżjoni għall-perijodu qabel l-1 ta’ Jannar 2011, li matulu Franza, kif awtorizzata mid-Direttiva, ma kienet għadha stabbilixxiet la t-taxxa interna fuq il-konsum finali ta’ elettriku u lanqas, bħala konsegwenza, l-eżenzjoni ta’ din it-taxxa favur produtturi żgħar?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, kif għandhom jinqraw flimkien id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(1)(a) u dawk tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) fir-rigward tal-produtturi żgħar li jikkonsmaw l-elettriku li huma jipproduċu għall-bżonnijiet tal-attività tagħhom? B’mod partikolari, dawn jimplikaw tassazzjoni minima li tirriżulta mit-tassazzjoni tal-elettriku prodott b’eżenzjoni tal-gass naturali użat, jew inkella minn eżenzjoni tat-taxxa fuq il-produzzjoni tal-elettriku, f’liema każ l-Istat huwa għalhekk obbligat jintaxxa l-gass naturali użat?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).


Il-Qorti Ġenerali

18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Sigma Orionis vs REA

(Kawża T-47/16) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Innovazzjoni ‘Horizon 2020’ - Sospensjoni tal-pagamenti ta’ ftehim ta’ sussidju wara awditu finanzjarju - Talba intiża għall-ħlas tal-ammonti dovuti mir-REA fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ sussidju”))

(2018/C 211/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sigma Orionis SA (Valbonne, Franza) (rappreżentanti: S. Orlandi, u T. Martin, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou u V. Canetti, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża għall-kundanna tar-REA sabiex tħallas lir-rikorrenti ammonti dovuti fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Innovazzjoni “Horizon 2020”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sigma Orionis SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 98, 14.3.2016.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Sigma Orionis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-48/16) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) u l-Programm Qafas għar-riċerka u għall-innovazzjoni ‘Horizon 2020’ - Sospensjoni tal-pagamenti u xoljiment tal-kuntratti ta’ sussidju wara awditu finanzjarju - Talba għall-ħlas tal-ammonti dovuti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti ta’ sussidju - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2018/C 211/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sigma Orionis SA (Valbonne, Franza) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u M. Siekierzyńska, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrenti l-ammonti dovuti fuq il-bażi ta’ kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) u tal-Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Innovazzjoni “Horizon 2020” u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet wara l-ksur mill-Kummissjoni tal-obbligi tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sigma Orionis SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 98, 14.3.2016.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Grizzly Tools vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-168/16) (1)

((“Protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-konsumaturi u tal-ħaddiema - Direttiva 2006/42/KE - Klawżola ta’ salvagwardja - Miżura nazzjonali ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ apparat għall-ħasil bil-pressa - Rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u ta’ sigurtà - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-miżura ġustifikata - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament”))

(2018/C 211/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Grizzly Tools GmbH & Co.KG (Großostheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Fischer, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Zavvos u K. Petersen, sussegwentement K. Petersen, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/175 tat-8 ta’ Frar 2016 dwar miżura meħuda minn Spanja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ tip ta’ apparat għall-ħasil bil-pressa (pressure washer) (ĠU 2016, L 33, p. 12).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grizzly Tools GmbH & Co.KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 270, 25.7.2016.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 2018 – Alpine Welten Die Bergführer vs EUIPO (ALPINEWELTEN Die Bergführer)

(Kawża T-428/17) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ALPINEWELTEN Die Bergführer - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2018/C 211/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Alpine Welten Die Bergführer GmbH & Co. KG (Berghülen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T.-C. Leisenberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: W. Schramek u A. Söder, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2017 (Każ R 1339/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ALPINEWELTEN Die Bergführer bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alpine Welten Die Bergführer GmbH & Co.KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 277, 21.8.2017.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Laboratoires Majorelle vs EUIPO – Jardin Majorelle (LABORATOIRES MAJORELLE)

(Kawża T-429/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali LABORATOIRES MAJORELLE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti MAJORELLE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Trade marks preċedenti - Diviżjoni tal-applikazzjoni għal trade mark - Artikolu 44(6) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 50(6) tar-Regolament 2017/1001)”))

(2018/C 211/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoires Majorelle (Pariġi, Franza) (rappreżentant: G. Odinot, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Jardin Majorelle (Marrakech, il-Marokk)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1238/2016-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jardin Majorelle u Laboratoires Majorelle.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laboratoires Majorelle hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 309, 18.9.2017.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/22


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Talanton vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-195/18)

(2018/C 211/28)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Talanton, Anonimi Emporiki — Simvouleftiki – Ekpaideftiki Etairia Dianomon, Parochis Ipiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon (Palaio Faliro, il-Greċja) (rappreżentant: K. Damis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitolob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna perizja dwar in-nuqqasijiet fil-kontrolli mwettqa f’isem il-konvenut;

tiżgura, minn naħa waħda, li (a) in-nota ta’ debitu 3241801228, mibgħuta lir-rikorrent fil-15 ta’ Jannar 2018, u li biha l-konvenuta titlob il-ħlas lura ta’ EUR 481 835,56, għall-kuntratt ta’ xogħlijiet FP7-215952 PERFORM, abbażi tal-konklużjonijiet tal-awditu 11-ΒΑ135-006, tikkostitwixxi ksur tal-obbligi kuntrattwali tiegħu, peress li l-ispejjeż eliġibbli għall-kuntratt inkwistjoni jammontaw għal EUR 605 217, li minnhom EUR 490 711 huma kontribuzzjoni tal-Unjoni, u li r-rikorrent għandu jirrimborsa lill-konvenuta l-ammont ta’ EUR 21 171, u mhux l-ammont ta’ EUR 481 835,56, u min-naħa l-oħra, li (b) in-nota ta’ debitu 3241801229, mibgħuta lir-rikorrent fil-15.1.2018, u li biha l-konvenuta titlob il-ħlas lura ta’ EUR 29 694,10 bħala l-ammont ta’ likwidazzjoni tad-danni, tikkostitwixxi ksur korrispondenti tal-obbligi kuntrattwali tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-eżekuzzjoni f’bona fide tal-kuntratt u fuq il-projbizzjoni ta’ applikazzjoni illegali tal-klawżoli kuntrattwali:

ir-rikorrent jiddikjara li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ bona fide, peress li l-verifika ppjanata saret b’mod illegali minn terz, li huwa estranju għall-persunal tal-kuntrattur maħtur mill-konvenuta jew tas-sottokuntrattur approvati espressament minn din tal-aħħar, li dwarha, matul it-twettiq tal-verifika, tqajmu kwistjonijiet ta’ imparzjalità, għalkemm aġixxa b’mod illeġittimu.

2.

It-tieni aggravju, dwar il-klawżola ta’ arbitraġġ:

ir-rikorrent ipproduċa provi alternattivi suffiċjenti inklużi affidavits, ittri rilevanti tal-persunal tar-rikorrent, dokumenti prodotti matul il-fażi ta’ tqettiq, qatt ikkontestati, u li l-konvenut ma ħaditx inkunsiderazzjoni;

ir-rikorrent jistabbilixxi fid-dettall disa’ u tletin raġuni għaliex ir-rapport ta’ verifika huwa impreċiż, defiċjenti, mhux affidabbli u jwassal għal konklużjonijiet żbaljati.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/23


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2018 – Fersher Developments u Lisin vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE

(Kawża T-200/18)

(2018/C 211/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fersher Developments LTD (Nikosija, Ċipru) u Vladimir Lisin (rappreżentant: R. Nowinski, Barrister)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-Unjoni Ewropea sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu sostnut mir-rikorrenti minħabba fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni tal-Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kondizzjonalità ekonomika fl-ammonti stabbilit fit-talba jew f’dak l-ammont li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra li huwa dovut lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż legali sostnuti għas-tressiq ta’ din it-talba.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi essenzjalment identiċi jew simili għal dawk imqajma fil-Kawża T-161/15, Brinkman (Steel Trading) et vs Il-Kunsill u Il-BĊE.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/23


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Nessim Daoud et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-208/18)

(2018/C 211/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Magdy Milad Nessim Daoud (Blainville, il-Kanada), Larsennar Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) u Maxim Zakharchenko (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: A. Markides, M. Ioannides, C. Velaris u C. Velaris, avukati, A. Robertson, QC u G. Rothschild, barrister)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, Il-Grupp tal-Euro (rappreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea) u L-Unjoni Ewropea (rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ammonti indikati fit-tabella mehmuża mar-rikors, miżjudin bl-interessi dekorsi sa mis-26 ta’ Marzu 2013 sal-għoti tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali,

jew, sussidjarjament,

tikkonstata li l-konvenuti sostnew responsabbiltà mhux kuntrattwali u tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġi stabbilit it-telf riparabbli effettivament subit mir-rikorrenti;

u, fi kwalunkwe każ,

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi essenzjalment identiċi jew simili għal dawk imqajma fil-Kawża T-147/18, APG Intercon et vs Il-Kunsill et.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/24


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2018 – Briois vs Il-Parlament

(Kawża T-214/18)

(2018/C 211/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Steeve Briois (Hénin-Beaumont, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Frar 2018 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Steeve Briois 2017/2221(IMM) li tadotta r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali A8-0011/20187;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lil Steeve Briois is-somma ta’ EUR 35 000 bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lil Steeve Briois is-somma ta’ EUR 5 000 bħala spejjeż li jistgħu jiġu rkuprati;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 fuq il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, il-“Protokoll”), sa fejn id-dikjarazzjoni ta’ S. Briois li tat lok għal proċeduri kriminali fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu tikkostitwixxi opinjoni espressa fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet parlamentari tiegħu fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9 tal-Protokoll, sa fejn il-Parlament Ewropew ikkunsidra b’mod żbaljat kemm il-formulazzjoni kif ukoll l-ispirtu ta’ din id-dispożizzjoni billi adotta d-deċiżjoni li jneħħi l-immunità ta’ S. Briois u għaldaqstant din id-deċiżjoni hija vvizzjata b’invalidità.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrent iqis li l-Parlament Ewropew kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fir-rigward tiegħu meta mqabbel ma’ deputati oħra f’sitwazzjonijiet, jekk mhux identiċi, minn tal-inqas paragunabbli u konsegwentement dan tal-aħħar kiser ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba li jġib miegħu l-obbligu għall-istituzzjoni kompetenti li teżamina, b’reqqa u b’imparzjalità, l-elementi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni.

Fit-tieni lok, ir-rikorrent iqis li sensiela ta’ indizji tippermetti li jiġi konkluż li hemm każ manifest ta’ fumus persecutionis kontrih.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn id-drittijiet tar-rikorrent u l-prinċipju ta’ kontradittorju ma ġewx suffiċjentement żgurati mis-smigħ tiegħu quddiem il-Kumitat Legali. Għalhekk, ir-rikorrent isostni li l-fatt li ma ġiex mistieden jesprimi l-fehmiet tiegħu fl-assemblea plenarja fir-rigward tat-tneħħija tal-immunità tiegħu mhux biss huwa kuntrarju għall-prinċipji ġenerali tal-liġi iżda wkoll f’kuntradizzjoni mas-sempliċi sens komun u mal-parti l-kbira tal-użanzi parlamentari.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/25


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2018 – QB vs BĊE

(Kawża T-215/18)

(2018/C 211/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: QB (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni għall-perijodu 2016 u d-deċiżjoni tat-23 ta’ Mejju 2017, innotifikata fit-28 ta’ Ġunju 2017, li ċċaħħad lir-rikorrenti mill-benefiċċju ta’ avvanz fis-salarju;

sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni ta’ Settembru 2017 u d-deċiżjoni impliċita li jiċħdu, rispettivament, l-azzjoni amministrattiva u l-ilment tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-kumpens għad-dannu morali evalwat ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 15 000;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-linji gwida tal-evalwazzjoni u tal-proċedura tal-Annual Salary and Bonus Review (ASBR), ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ksur tad-dmir ta’ premura, imwettqa mill-konvenut bl-adozzjoni tar-rapport ta’evalwazzjoni għall-perijodu 2016 (iktar ’il quddiem “ir-rapport ta’ evalwazzjoni kontenzjuż”). Ir-rikorrenti tinvoka, b’mod partikolari, l-ilmenti li ġejjin:

ir-rapport ta’ evalwazzjoni kontenzjuż ġie redatt minn membru tal-persunal tad-DG-H u mhux mill-evalwaturi;

ir-rapport ta’ evalwazzjoni kontenzjuż ġie deċiż meta l-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti kien diġà ġie magħluq b’mod definittiv;

il-perijodu ta’ evalwazzjoni previst fir-rapport ta’ evalwazzjoni kontenzjuż kien jinvolvi żmien qasir wisq għat-twettiq tal-evalwazzjoni annwali;

ir-rapport ta’ evalwazzjoni kontenzjuż ma huwiex għodda ta’ prestazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest li bih huwa vvizzjat ir-rapport ta’ evalwazzjoni kontenzjuż, sa fejn, minn naħa l-evalwazzjoni hija bbażata parzjalment fuq xogħol mhux lest minħabba leave tal-mard, u, min-naħa l-oħra, evalwazzjoni pożittiva ta’ manager terz ġiet irregolarment ikkummentata u ridotta fil-portata tagħha mill-evalwaturi li barra minn hekk ma ħadux inkunsiderazzjonijiet l-għanijiet.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tat-23 ta’ Mejju 2017 li ċċaħħad lir-rikorrenti mill-benefiċċju ta’ avvanz fis-salarju (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ASBR”) hija bbażata fuq rapport ta’ evalwazzjoni li huwa illegali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni ASBR ittieħdet minn awtorità li ma hijiex kompetenti, sa fejn din ittieħdet minn persuna temporanjament maħtura għal 6 xhur li ma kellhiex il-kwalità meħtieġa sabiex tieħu l-imsemmija deċiżjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq diversi żbalji manifesti li bihom hija vvizzjata d-deċiżjoni ASBR, sa fejn l-imsemmija deċiżjoni ma setgħetx tikkonstata underperformance fil-mument li din ġiet adottata.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-linji gwida ASBR u tal-proċedura ASBR u ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta, sa fejn id-deċiżjoni ASBR hija nieqsa minn motivazzjoni.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/26


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – Pozza vs Il-Parlament

(Kawża T-216/18)

(2018/C 211/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Geoffray Pozza (Waldbillig, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi,

id-deċiżjoni li ma jibqax jitħallas l-allowance tal-espatrijazzjoni mill-1 ta’ Mejju 2017 hija annullata;

il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, sa fejn il-Paralment allegatament interpreta b’mod żbaljat din id-dispożizzjoni meta ħa id-deċiżjoni li ma jibqax iħallas l-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Parlament ma għandux kompetenza sabiex jieħu d-deċiżjoni kkontestata, peress li t-trasferiment interistituzzjonali ta’ uffiċjal ma jikkostitwixxix reklutaġġ ġdid u, konsegwentement, il-Parlament ma setax juża l-pretest tat-trasferiment tar-rikorrent sabiex jistabbilixxi, għat-tieni darba, id-dritt tiegħu għall-allowance tal-espatrijazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi kif ukoll tad-deċiżjoni preċedenti tal-Qorti tal-Awdituri li tistabbilixxi d-drittijiet tar-rikorrent, sa fejn kull att amministrattiv adottat minn istituzzjoni għandu preżunzjoni ta’ legalità u fejn, f’dan il-każ, id-deċiżjoni preċedenti tal-Qorti tal-Awdituri allegatament tat aspettattiva leġittima lir-rikorrent li ser jibqa’ jieħu l-allowance tal-espatrijazzjoni sakemm jibqa’ assenjat għal-Lussemburgu.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/27


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – DK vs SEAE

(Kawża T-217/18)

(2018/C 211/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: DK (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddeċiedi li:

id-deċiżjoni tat-23 ta’ Mejju 2017 li timponilu sanzjoni dixxiplinari li permezz tagħha l-ammont nett tal-pensjoni tal-irtirar tiegħu huwa mnaqqas b’20 %, jiġifieri li jinżamm ammont ta’ EUR 1 015 fix-xahar, sat-30 ta’ Settembru 2025 taħt l-Artikolu 9(2) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, hija annullata;

sussidjarjament, li s-SEAE huwa kkundannat iħallas lir-rikorrent somma, li l-ammont tagħha huwa ffissat ex aequo et bono, bħala kumpens għad-dannu mġarrab;

is-SEAE huwa, fi kwalunkwe każ, ikkundannat għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li jivvizzjaw id-deċiżjoni kkontestata sa fejn, minn naħa, l-Awtorità tal-Ħatra ħadet inkunsiderazzjoni dannu għall-integrità tal-istituzzjoni mir-rikorrent li madankollu kien diġà ġie kkumpensat, u, min-naħa l-oħra, it-tul tas-sanzjoni dixxiplinari imposta huwa arbitrarju sa fejn ġie ffissat inkonnessjoni mal-età legali tal-irtirar tar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li jivvizzja d-deċiżjoni kkontestata minħabba l-assenza illegali li tittieħed inkunsiderazzjoni l-anzjanità tal-fatti, minħabba l-assenza li jittieħed inkunsiderazzjoni l-ksur tal-Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal matul il-proċedura kriminali, kif ukoll minħabba l-assenza li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-familja tar-rikorrent.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/28


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products et al vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-254/18)

(2018/C 211/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (Beijing, iċ-Ċina) u 9 oħra (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/140 tad-29 ta’ Jannar 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja (ĠU 2018, L 25, p. 6), sa fejn jirrelata maċ-CCME, il-kumpanniji individwali u l-membri kkonċernati, u

tikkundfanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi ta’ dritt.

1.

L-ewwel motiv ta’ dritt ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 3(2), (3), (5), (6) u (7) kif ukoll l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, b’mod partikolari meta li użat data ta’ importazzjoni mhux affidabbli, data makroekonimika ta’ dannu mhux affidabbli u data ta’ profittabbiltà mhux affidabbli, u meta ma awtorizzatx li partijiet oħra kkonċernati jikkummentaw dwar l-għażla finali tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari meta ma qisitx l-assenza ta’ simultanjetà u meta naqset milli tiżgura li d-danni kkawżati minn fatturi oħra ma jiġux attribwiti lill-importazzjonijiet Ċiniżi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur, mill-Kummissjoni, tad-drittjiet ta’ difiża tar-rikorrenti u tal-Artikoli 6(7), 19(1) sa (3), 20(2) u 20(4) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari meta rrifjutat li tagħti kwalunkwe aċċess għall-kalkolu tad-dannu, tal-effetti tal-prezz u għall-kalkoli tal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu u għad-determinazzjoni tal-valur normali, u saħansitra rrifjutat li tagħti d-data rikjesta fil-forma ta’ verżjoni aggregata, u meta ma żvelatx diversi elementi rilevanti ta’ informazzjoni, minkejja talbiet ripetuti għal dan il-għan.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi kollha tan-numri ta’ kontroll tal-prodott fil-paragun tal-prezzijiet, meta ma tatx l-informazzjoni neċessarja dwar il-karatteristiċi tal-prodott apparti minn dawk li jirriżultaw min-numri tal-kontroll tal-prodott oriġinali, u meta ċaħdet b’mod żbaljat it-talba għal aġġustament tal-valur normali li jindirizza l-irregolaritajiet li jirriżultaw mill-volum baxx ta’ produzzjoni fl-Indja, il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 2(1), 3(2)(a), 3(3) u 9(4) tar-Regolament bażiku u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li meta għamlet aġġustament 'il fuq tal-valur normali għat-taxxi indiretti, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 2(10)(b) u l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li meta bbażat ruħha fuq data minn produttur Indjan wieħed biss għad-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-bejgħ, kif ukoll dawk ġenerali u aministrattivi u l-profitt użat għall-valur normali kostrutt, minflok ma użat l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli fir-rigward tal-pajjiż analogu, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.


18.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2018 – UN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-676/17) (1)

(2018/C 211/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 402, 27.11.2017.