ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 199 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 199/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8913 — HPS/MDP/Capita) ( 1) |
|
2018/C 199/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8865 — AIG/Validus) ( 1) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 199/03 |
||
2018/C 199/04 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2018/C 199/05 |
Avviż tal-Gvern tar-Renju Unit dwar id-Direttiva 94/22/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi ( 1) |
|
2018/C 199/06 |
||
2018/C 199/07 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 199/08 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 199/09 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 199/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8855 — Otary/Eneco/Electrabel/JV) ( 1) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
11.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 199/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8913 — HPS/MDP/Capita)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 199/01)
Fid-29 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8913. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
11.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 199/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8865 — AIG/Validus)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 199/02)
Fid-29 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8865. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
11.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 199/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-8 ta’ Ġunju 2018
(2018/C 199/03)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1754 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
128,64 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4476 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,87733 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,2870 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1572 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
124,70 |
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5085 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,795 |
HUF |
Forint Ungeriż |
319,70 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2793 |
RON |
Leu Rumen |
4,6593 |
TRY |
Lira Turka |
5,2798 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5496 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5274 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,2222 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6734 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5702 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 263,46 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,3821 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,5333 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,3830 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 373,32 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6867 |
PHP |
Peso Filippin |
62,068 |
RUB |
Rouble Russu |
73,4773 |
THB |
Baht Tajlandiż |
37,683 |
BRL |
Real Brażiljan |
4,5149 |
MXN |
Peso Messikan |
24,0774 |
INR |
Rupi Indjan |
79,3420 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
11.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 199/3 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Ġunju 2018
dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid
(Oolde (DOP))
(2018/C 199/04)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
In-Netherlands bagħtu applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Oolde” skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(2) |
Il-Kummissjoni eżaminat dik l-applikazzjoni skont l-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 ta’ dak ir-Regolament huma ssodisfati. |
(3) |
Sabiex ikunu jistgħu jitressqu d-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li d-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) ta’ dak ir-Regolament u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li saret matul il-proċedura nazzjonali preliminari għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Oolde” jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Id-dokument uniku stabbilit skont l-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-isem “Oolde” (DOP) jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-protezzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2018.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
ANNESS
DOKUMENT UNIKU
“OOLDE”
PDO-NL-02230
Data tal-applikazzjoni: 18.8.2016
1. Isem/ismijiet li jrid(u) jiġi/u rreġistrat(i)
Oolde
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
1. |
Inbid |
3. |
Inbid likur |
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
8. |
Inbid semispumanti ta’ kwalità |
16. |
Inbid minn għeneb misjur iżżejjed |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/tal-inbejjed
Kategorija tal-inbid 1 — Inbid: Aħmar, robust, b’togħma ta’ frott
VARJETAJIET TA’ GĦENEB: Regent jew Pinotin jew Cabertin, jew cuvée ta’ dawn il-varjetajiet (il-proporzjon ivarja skont is-sena)
Regent Barrique: Kulur: aħmar, Aroma: pikkanti b’noti ħfief tal-annimali, Togħma: firxa aromatika li tinkludi frott ippreżervat u meraq ta’ konsistenza ħoxna, tannini morbidi
Pinotin Barrique: Kulur: aħmar, Aroma: meraq pikkanti, ikkonċentrat, dens u bil-frott, Togħma: frott aħmar skur bħaċ-ċirasa sewda, it-togħma tibqa għal ħafna ħin fil-ħalq
Cabertin Barrique: Kulur: aħmar, Aroma: frott tal-foresta, ġewż u ribes iswed, Togħma: frott aħmar skur bħat-tut, togħma rikka li tibqa’ fil-ħalq
Il-karatteristiċi analitiċi kollha huma f’konformità mad-definizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti tal-UE u fir-regolamenti ministerjali tan-Netherlands
— |
Qawwa massima alkoħolika totali (f’% tal-volum) |
— |
Aċidità massima volatili |
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit |
— |
Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni u, soġġett għall-approvazzjoni, aċidifikazzjoni |
Il-kontenut taz-zokkor ikun bejn 0,5 u 6 grammi kull litru
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
Qawwa minima alkoħolika reali (f’% tal-volum) |
11,5 |
Aċidità minima totali |
63,84 f’milliekwivalenti għal kull litru |
Kategorija tal-inbid 1 — Inbid: abjad, xott, b’togħma ta’ frott
VARJETAJIET TA’ GĦENEB: Cabernet Blanc
Kulur: abjad
Aroma: aromi friski tat-tuffieħ u tal-grejpfrut
Togħma: bilanċ tajjeb ta’ aċidità u tul
Il-karatteristiċi analitiċi kollha huma f’konformità mad-definizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti tal-UE u fir-regolamenti ministerjali tan-Netherlands
— |
Qawwa massima alkoħolika totali (f’% tal-volum) |
— |
Aċidità massima volatili |
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit |
— |
Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni u, soġġett għall-approvazzjoni, aċidifikazzjoni |
Il-kontenut taz-zokkor ikun bejn 1 u 8 grammi kull litru
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
Qawwa minima alkoħolika reali (f’% tal-volum) |
10,5 |
Aċidità minima totali |
77,14 f’milliekwivalenti għal kull litru |
Kategorija tal-inbid 1 — Inbid: abjad, xott, qawwi
VARJETAJIET TA’ GĦENEB: Solaris
Kulur: abjad
Aroma: noti ta’ vanilla u ħobż mixwi, frott misjur
Togħma: fil-bidu qawwi, fl-aħħar konsistenza kremuża rfinuta, b’biżżejjed minerali u aċidi
Il-karatteristiċi analitiċi kollha huma f’konformità mad-definizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti tal-UE u fir-regolamenti ministerjali tan-Netherlands
— |
Qawwa massima alkoħolika totali (f’% tal-volum) |
— |
Aċidità massima volatili |
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit |
— |
Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni u, soġġett għall-approvazzjoni, aċidifikazzjoni |
Il-kontenut taz-zokkor ikun bejn 1 u 8 grammi kull litru
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
Qawwa minima alkoħolika reali (f’% tal-volum) |
11,5 |
Aċidità minima totali |
77,14 f’milliekwivalenti għal kull litru |
Kategorija tal-inbid 1 — Inbid: rożè, robust, b’togħma ta’ frott
VARJETAJIET TA’ GĦENEB: Regent jew Pinotin jew Cabertin, jew cuvée ta’ dawn il-varjetajiet (il-proporzjon ivarja skont is-sena)
Kulur: roża
Aroma: frawli u marmellata ħafifa
Togħma: frott dens u mmerraq, kemxejn ħlewwa u togħma friska li tibqa’ fil-ħalq
Il-karatteristiċi analitiċi kollha huma f’konformità mad-definizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti tal-UE u fir-regolamenti ministerjali tan-Netherlands
— |
Il-kontenut massimu totali alkoħoliku |
— |
Il-kontenut massimu aċidu volatili |
— |
Il-kontenut massimu totali tad-diossidu tal-kubrit |
— |
Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni u, soġġett għall-approvazzjoni, aċidifikazzjoni |
Il-kontenut taz-zokkor ikun bejn 1 u 8 grammi kull litru
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
Qawwa minima alkoħolika reali (f’% tal-volum) |
10 |
Aċidità minima totali |
63,84 f’milliekwivalenti għal kull litru |
Kategorija tal-inbid 3 — Inbid likur: Aħmar
VARJETAJIET TA’ GĦENEB: Regent jew Pinotin jew Cabertin, jew cuvée ta’ dawn il-varjetajiet (il-proporzjon ivarja skont is-sena)
Kulur: aħmar
Aroma: ħelwa, ta’ frott aħmar/iswed, kemxejn pikkanti
Togħma: misjur, pikkanti
Il-karatteristiċi analitiċi kollha huma f’konformità mad-definizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti tal-UE u fir-regolamenti ministerjali tan-Netherlands
— |
Qawwa massima alkoħolika totali (f’% tal-volum) |
— |
Aċidità massima volatili |
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit |
— |
Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni u, soġġett għall-approvazzjoni, aċidifikazzjoni |
Il-kontenut taz-zokkor ikun bejn 50 u 100 grammi kull litru
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
Qawwa minima alkoħolika reali (f’% tal-volum) |
18 |
Aċidità minima totali |
63,84 f’milliekwivalenti għal kull litru |
Kategorija tal-inbid 3 — Inbid likur: abjad
VARJETAJIET TA’ GĦENEB: Solaris
Kulur: abjad
Aroma: frott misjur
Togħma: ta’ frott, robusta
Il-karatteristiċi analitiċi kollha huma f’konformità mad-definizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti tal-UE u fir-regolamenti ministerjali tan-Netherlands
— |
Il-kontenut massimu totali alkoħoliku |
— |
Il-kontenut massimu aċidu volatili |
— |
Il-kontenut massimu totali tad-diossidu tal-kubrit |
— |
Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni u, soġġett għall-approvazzjoni, aċidifikazzjoni |
Il-kontenut taz-zokkor ikun bejn 50 u 100 grammi kull litru
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
Qawwa minima alkoħolika reali (f’% tal-volum) |
18 |
Aċidità minima totali |
63,84 f’milliekwivalenti għal kull litru |
Kategorija tal-inbid 5 — Inbid spumanti ta’ kwalità: abjad, robust, b’togħma ta’ frott
VARJETAJIET TA’ GĦENEB: Cabernet Blanc
Kulur: abjad
Aroma: aromi friski tat-tuffieħ u tal-grejpfrut
Togħma: bilanċ tajjeb ta’ aċidità u t-togħma li tibqa’ għal ħin twil fil-ħalq, fil-bidu tinħass togħma aromatika li tfakkrek fil-ħaxix
Il-karatteristiċi analitiċi kollha huma f’konformità mad-definizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti tal-UE u fir-regolamenti ministerjali tan-Netherlands
— |
Qawwa massima alkoħolika totali (f’% tal-volum) |
— |
Aċidità massima volatili |
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit |
— |
Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni u, soġġett għall-approvazzjoni, aċidifikazzjoni |
Il-kontenut taz-zokkor ikun bejn 2 u 12 grammi kull litru
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
Qawwa minima alkoħolika reali (f’% tal-volum) |
10,5 |
Aċidità minima totali |
79,8 f’milliekwivalenti għal kull litru |
Kategorija tal-inbid 8 — Inbid semispumanti: Rożé
VARJETAJIET TA’ GĦENEB: Regent jew Pinotin jew Cabertin, jew cuvée ta’ dawn il-varjetajiet (il-proporzjon ivarja skont is-sena)
Kulur: roża
Aroma: frawli
Togħma: ħlewwa rfinuta u togħma friska li tibqa’ fil-ħalq
Il-karatteristiċi analitiċi kollha huma f’konformità mad-definizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti tal-UE u fir-regolamenti ministerjali tan-Netherlands
— |
Qawwa massima alkoħolika totali (f’% tal-volum) |
— |
Aċidità massima volatili |
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit |
— |
Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni u, soġġett għall-approvazzjoni, aċidifikazzjoni |
Il-kontenut taz-zokkor ikun bejn 1 u 8 grammi kull litru
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
Qawwa minima alkoħolika reali (f’% tal-volum) |
9 |
Aċidità minima totali |
77,17 f’milliekwivalenti għal kull litru |
Kategorija tal-inbid 16 — Inbid minn għeneb misjur iżżejjed, Abjad
VARJETAJET TA’ GĦENEB: Solaris
Kulur: abjad
Aroma: irriżervata, kemxejn seduċenti, b’noti ta’ liċċi u lanġas misjur
Togħma: togħma friska rfinuta
Il-karatteristiċi analitiċi kollha huma f’konformità mad-definizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-regolamenti tal-UE u fir-regolamenti ministerjali tan-Netherlands
— |
Qawwa massima alkoħolika totali (f’% tal-volum) |
— |
Aċidità massima volatili |
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit |
— |
Arrikkiment massimu, deaċidifikazzjoni u, soġġett għall-approvazzjoni, aċidifikazzjoni |
Il-kontenut taz-zokkor ikun bejn 20 u 80 grammi kull litru
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
Qawwa minima alkoħolika reali (f’% tal-volum) |
12 |
Aċidità minima totali |
73,15 f’milliekwivalenti għal kull litru |
5. Metodi tal-prassi enoloġika
a. Prassi enoloġika essenzjali
Kategorija tal-inbid 1 — Inbid: aħmar, b’togħma ta’ frott, qawwi
Il-prattika enoloġika speċifika
Fermentazzjoni tal-polpa għal mill-inqas erbat ijiem u maturazzjoni fi krietel tal-injam bejn ħames xhur u 17-il xahar
Kategorija tal-inbid 1 — Inbid: abjad, xott, b’togħma ta’ frott
Il-prattika enoloġika speċifika
Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura ta’ inqas minn 18-il °C (ħlief għal żieda fit-temperatura fil-bidu tal-fermentazzjoni u għall-inbejjed li ma jiffermentawx faċilment)
Kategorija tal-inbid 1 — Inbid: Abjad, xott, qawwi
Il-prattika enoloġika speċifika
Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura ta’ inqas minn 18-il °C (ħlief għal żieda fit-temperatura fil-bidu tal-fermentazzjoni u għall-inbejjed li ma jiffermentawx faċilment), maturazzjoni parzjali fi krietel tal-injam bejn xahrejn u sitt xhur
Kategorija tal-inbid 1 — Inbid: rożè, robust, b’togħma ta’ frott
Il-prattika enoloġika speċifika
Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura ta’ inqas minn 18-il °C (ħlief għal żieda fit-temperatura fil-bidu tal-fermentazzjoni u għall-inbejjed li ma jiffermentawx faċilment)
Kategorija tal-inbid 3 — Inbid likur: Aħmar
Il-prattika enoloġika speċifika
Fermentazzjoni tal-polpa għal mill-inqas erbat ijiem u maturazzjoni fi krietel tal-injam għal mill-inqas sentejn, żieda tal-alkoħol tal-inbid
Kategorija tal-inbid 3 — Inbid likur: Abjad
Il-prattika enoloġika speċifika
Fermentazzjoni tal-polpa għal mill-inqas erbat ijiem u maturazzjoni fi krietel tal-injam għal mill-inqas sentejn, żieda tal-alkoħol tal-inbid
Kategorija tal-inbid 5 — Inbid spumanti ta’ kwalità: Abjad, robust, b’togħma ta’ frott
Il-prattika enoloġika speċifika
Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura ta’ inqas minn 18-il °C (ħlief għal żieda fit-temperatura fil-bidu tal-fermentazzjoni u għall-inbejjed li ma jiffermentawx faċilment), it-tieni fermentazzjoni fil-flixkun skont it-tradizzjoni (metodu tradizzjonali)
Kategorija tal-inbid 8 — Inbid semispumanti: Rożé
Il-prattika enoloġika speċifika
Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura ta’ inqas minn 18-il °C (ħlief għal żieda fit-temperatura fil-bidu tal-fermentazzjoni u għall-inbejjed li ma jiffermentawx faċilment); huwa kkarbonizzat waqt li jitqiegħed fil-fliexken
Kategorija tal-inbid 16 — Inbid minn għeneb misjur iżżejjed: Abjad
Il-prattika enoloġika speċifika
Ħsad tard b’mill-inqas 110 Oechsle, produzzjoni tal-inbid permezz ta’ fermentazzjoni kiesħa
b. Rendimenti massimi
Regent aħmar
65 ettolitru għal kull ettaru
Pinotin aħmar
65 ettolitru għal kull ettaru
Cabertin aħmar
65 ettolitru għal kull ettaru
Cabernet Blanc abjad
65 ettolitru għal kull ettaru
Solaris abjad
65 ettolitru għal kull ettaru
Solaris abjad; inbid minn għeneb misjur iżżejjed
40 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona ddefinita
Id-definizzjoni u l-limiti tad-DOP Oolde (muniċipalità ta’ Lochem)
Iż-żona ġeografika hija Oolde, li tifforma parti mill-muniċipalità ta’ Lochem.
Oolde huwa distrett fi ħdan il-muniċipalità ta’ Lochem fil-provinċja ta’ Gelderland.
L-ismijiet u l-kultura tad-distretti huma ħajjin ferm fost il-popolazzjoni lokali.
L-erja totali ta’ Oolde hija ta’ 658 ettari.
Oolde huwa ddefinit mill-korsiji tal-ilma fuq il-fruntieri tiegħu tat-Tramuntana (Dortherbeek) u tan-Nofsinhar (Molenbeek). Lejn il-Punent, iż-żona għandha bħala fruntiera l-fruntiera muniċipali ta’ Gorssel. Il-fruntiera tal-Lvant hija parallela max-xtut ta’ Lindenbergsdijk, Stoomdijk u Broekdijk.
Id-DOP Oolde fih il-ħamrija “beek” (brook), bil-karatteristika tat-trab ġunġlieni li huwa importanti għall-vitikultura.
7. Għeneb tal-inbid ewlieni
|
Pinotin N |
|
Cabertin N (VB-91-26-17) |
|
Cabernet Blanc B (VB-91-26-1) |
|
Solaris |
|
Regent N |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/tar-rabtiet
Ħamrija
Il-konsistenza tal-ħamrija f’Oolde hija pjuttost kumplessa, u tvarja bejn firxa ta’ tipi ta’ ħamrija li għandhom ftit mill-karatteristiċi tagħhom li huma l-istess.
Id-DOP Oolde fih il-ħamrija “beek” (brook), bit-trab ġunġlieni karatteristiku (10 %-50 % tafal) li huwa importanti għall-vitikultura, b’saff ta’ ħamrija minerali irqaq minn 50 cm u b’persentaġġ ta’ lutum (partiċella tat-tafal) sa 12 %.
Il-klima u l-ambjent
Fil-fruntiera ta’ Oolde għandu hemm Twente, fejn il-medji tal-klima (1971-2000) għall-perjodu tat-tkabbir tal-inbid bejn Mejju u Settembru, segwit miċ-ċifri medji nazzjonali, huma kif ġej:
— |
Temperatura medja: 15,0 gradi Celsius (15,2) |
— |
Temperatura minima medja: 9,7 gradi Celsius (10,5) |
— |
Temperatura massima medja: 19,9 gradi Celsius (19,7) |
— |
Umdità relattiva medja: 78,8 %, (78,8 %) |
— |
Preċipitazzjoni medja: 64,9 mm, (64,9 mm), fix-xahar |
— |
Il-medja ta’ sigħat ta’ xemx: 174,2 siegħa, 185,1 siegħa fix-xahar. |
It-temperaturi ta’ billejl li huma kemxejn iktar baxxi jgħinu biex jipproduċu inbid li jkollu togħma friska tal-frott.
Varjetajiet ta’ Għeneb
Il-varjetajiet tal-għeneb li jintużaw fid-DOP Oolde u li jistgħu jiġu mkabbra sew fil-klima huma dawn li ġejjin għall-inbid abjad: Cabernet Blanc u Solaris, u għall-inbid l-aħmar: Regent, Pinotin u Cabertin. Dawn huma kklassifikati bħala vitis vinifera fil-bażi tad-dejta tal-Vitis International Variety Catalogue (VIVC) bi klassifikazzjoni tal-informazzjoni formali. Dawn il-varjetajiet huma inklużi wkoll fil-lista attwali tal-OIV (Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid).
L-aspetti umani (il-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid)
Qabel it-tħawwil, il-varjetajiet tal-għeneb jiġu magħżula bir-reqqa biex jikbru sew fl-art tal-irqajja’ msemmija u jipproduċu għeneb misjur mimli aromi. L-iktar tipi adattati ta’ stokkijiet ta’ kull varjetà jintgħażlu abbażi ta’ analiżi tal-ħamrija. Il-varjetajiet magħżula ġew ippruvati li għandhom iktar reżistenza għall-mard komuni, u dan jiġi ottimizzat permezz ta’ monitoraġġ kontinwu u protezzjoni ppjanata tal-pjanta tul is-sena. Dan iżid konsiderevolment is-sostennibilità tal-vitikultura.
Il-pjanti jinżergħu f’ringieli fil-vinji (direzzjoni mit-Tramuntana san-Nofsinhar) sabiex ikollhom l-ikbar esponiment possibbli għax-xemx. L-ispazju bejn ir-ringieli huwa ta’ 2,15 metri. Jitħalla spazju ta’ bejn 0,9 u 1,25 metru bejn il-pjanti sabiex kull pjanta tikseb biżżejjed nutrijenti mill-ħamrija (xi 2,2 metri kwadri kull pjanta).
Intgħażel il-metodu ta’ vitikultura de Guyot, bil-weraq li jitkabbar vertikalment u n-nebbieta li jiġu sostnuti b’wajers orizzontali. Iż-żbir tax-xitwa jsir bl-idejn biex jintgħażlu l-aħjar nebbieta li jkunu ilhom jitkabbru sena, u r-raħs inibbet fl-istaġun il-ġdid. Fl-istaġun tat-tkabbir, il-ħajt tal-weraq jiġi miżbur bil-magni. Il-weraq madwar in-nebbieta jinżabar b’metodu speċjali (bl-idejn u bil-magna) sabiex ix-xemx tkun tista’ tilħaq kemm jista’ jkun mill-għenieqed u dawn ikunu jistgħu jinxfu malajr wara li jixxarbu bix-xita. Ħajt tal-weraq li jiġi ġġestit sew jgħin il-formazzjoni taz-zokkor u s-sajran tal-għenieqed. Sabiex l-għenieqed jieħdu l-kulur, dawn jinżabru b’tali mod li l-għenieqed li jibqa’ jjitħallew jimmaturaw aħjar (zokkor, aromi). Wieħed mill-parametri biex jiġi ddeterminat jekk l-għeneb ikunx kiseb il-maturità u l-aromi korretti huwa l-ħamrija bbilanċjata u l-fertilizzazzjoni tal-weraq. Dan jiġi żgurat permezz ta’ analiżi tal-ħamrija ta’ kull sena ta’ 20 punt għal kull ettaru, segwit bi pjan ta’ fertilizzazzjoni addattat. Il-fertilizzazzjoni tal-weraq tintuża fil-mumenti xierqa biex jiġu evitati n-nuqqasijiet, eż. tal-manjeżju.
Waħda mill-iktar deċiżjonijiet importanti hija meta għandu jsir il-ħsad. Il-proċess ta’ maturazzjoni (formazzjoni ta’ zokkor, aċidi u aromi) huwa segwit mill-qrib billi jitkejlu l-valuri Oehsle u tal-PH u l-valutazzjoni viżwali tal-kundizzjoni tal-għeneb. Il-ħsad isir kompletament bl-idejn, u l-għeneb jintgħażel għall-ġbir abbażi tal-kwalità, sabiex jinkiseb inbid ta’ kwalità. Il-ħsad jista’ jiġi ppjanat malajr, jiġifieri jista’ jintgħażel l-aħjar żmien — mhux kmieni ħafna u mhux tard ħafna. Eżatt wara l-ħsad, l-għeneb maħsud jitkessaħ (għal madwar 4 °C) ħdejn il-vinji, sabiex l-għeneb jibqa’ f’kundizzjoni tajba waqt li jiġi ttrasportat għall-produzzjoni tal-inbid.
Il-produzzjoni tal-inbid abjad u rożé sseħħ permezz ta’ fermentazzjoni kiesħa biex jinkisbu l-inbejjed tipiċi b’togħma friska u tal-frott. L-inbejjed ħomor jiġu mmaturati fil-krietel tal-ballut biex jiksbu togħma iktar qawwija. L-inbid l-abjad jista’ wkoll isir iktar robust jekk jagħmel perjodu qasir ta’ maturazzjoni fil-btieti.
Barra minn hekk, il-kooperazzjoni intensiva mal-esperti tagħti kontribut importanti għall-eżistenza ta’ dawn l-inbejjed.
Il-produzzjoni tal-inbid tista’ titwettaq fiż-żona tad-Deżinjazzjoni tal-Oriġini Protetta jew fil-muniċipalità fil-qrib ta’ Hof van Twente.
Rabta kawżali
Il-kwalità tal-inbid hija influwenzata b’mod qawwi mill-interazzjoni bejn il-klima, il-ħamrija, il-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid.
Il-klima (kontinentali) li normalment ikun hemm tiżgura li tinkiseb il-maturazzjoni meħtieġa. It-temperaturi ta’ billejl fil-ħarifa li huma kemxejn iktar baxxi jiżguraw li jkun hemm biżżejjed tnaqqis fl-aċidi filwaqt li tinżamm it-togħma friska u li tfakkrek fil-frott karatteristika ta’ dan l-inbid.
It-temperaturi ta’ billejl fil-ħarifa li huma kemxejn iktar baxxi jiżguraw li jkun hemm biżżejjed tnaqqis fl-aċidi biex jinżamm il-bilanċ bejn il-ħlewwa u l-aċidità meħtieġa biex tinżamm il-karatteristika ta’ dan l-inbid tat-togħma friska u li tfakkrek fil-frott.
Il-ħamrija hija l-ħamrija “beek”, li għandha kontenut importanti ta’ tafal u bejn 5 % u 10 % ta’ materja organika. Il-ħamrija bit-trab ġulġlieni hija ideali għall-vitikultura minħabba li tipproċessa b’mod eċċellenti n-nutrijenti u l-ilma, u dan jippermetti li l-għeneb jiżviluppa bis-sħiħ l-aromi tiegħu u b’hekk jiġi prodott inbid qawwi.
Billi jżomm l-ilma għal ħin itwal, li huwa meħtieġ biex jingħaddew in-nutrijenti mill-ħamrija għall-pjanta, it-trab ġunġlieni jiżgura li n-nutrijenti preżenti fil-ħamrija jingħaddew għall-inbid, b’mod partikolari waqt il-perjodi ta’ nixfa. Dawn in-nutrijenti jiżguraw li l-pjanta tkun sostnuta sew waqt il-perjodu ta’ tisjir sabiex iz-zokkor u l-aromi jiżviluppaw b’mod sħiħ.
L-għeneb li jimmatura b’dan il-mod huwa essenzjali biex jinkiseb inbid li jagħtik is-sensazzjoni li jimlielek ħalqek kollu u jdum jintiegħem fil-ħalq.
Dan it-tip ta’ inbid huwa adattat sew biex jiġi mmaturat fil-btieti ħalli l-maturazzjoni tiżviluppa aktar.
Barra mill-klima u l-ħamrija, l-għarfien u l-għażliet ta’ dak li jkabbar id-dwieli u ta’ dak li jipproduċi l-inbid għandhom influenza kbira fuq il-kwalità tal-inbid: il-varjetà magħżula, it-tfassil tal-vinji, il-fertilizzazzjoni, il-metodu ta’ tkabbir, il-ġestjoni tal-weraq, iż-żbir tal-għenieqed, il-monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-vinji u l-proċess ta’ maturazzjoni, id-deċiżjoni meta għandu jsir il-ħsad, l-għażla tal-ħsad, u l-produzzjoni tal-inbid (fermentazzjoni kiesħa, maturazzjoni fl-injam).
Qed titfittex b’mod deliberat il-kooperazzjoni mal-esperti fil-gastronomija u fil-kummerċ tal-inbid għall-kontribut tagħhom biex jiġu prodotti inbejjed ta’ kwalità.
Din ir-rabta tapplika għall-inbid, għall-inbid spumanti ta’ kwalità, għall-inbid semispumanti, għall-inbid likur u għall-inbid minn għeneb misjur iżżejjed. Dawn l-aħħar tnejn huma affettwati iktar mill-azzjonijiet tal-bniedem.
Il-propretajiet organolettiċi u analitiċi tal-inbejjed prodotti, bħalma huma t-togħma karatteristika friska u tal-frott tal-inbejjed bojod u rożé u t-tannini morbidi tal-inbejjed ħomor, huma r-riżultat ta’ din ir-relazzjoni bejn il-ħamrija, il-klima u l-aspetti umani.
9. Kundizzjonijiet essenzjali oħra
Qafas ġuridiku:
Minn organizzazzjoni li tiġġestixxi d-DOP/IĠP, fejn previst mill-Istat Membru.
Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:
Eċċezzjoni fir-rigward tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika ddefinita
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Il-produzzjoni tal-inbid tista’ titwettaq fiż-żona tad-Deżinjazzjoni tal-Oriġini Protetta jew fil-muniċipalità fil-qrib ta’ Hof van Twente.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.rvo.nl/sites/default/files/2016/08/Productdossier-Oolde.pdf
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
11.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 199/13 |
Avviż tal-Gvern tar-Renju Unit dwar id-Direttiva 94/22/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 199/05)
Avviż tar-Renju Unit għall-31 Ċiklu ta’ ħruġ tal-liċenzji għat-tiftix taż-żejt u l-gass lil hinn mill-kosta
L-AWTORITÀ TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS
L-Att dwar il-Petroleum tal-1998 (The Petroleum Act 1998)
Ċiklu ta’ ħruġ ta’ liċenzji lil hinn mill-kosta
1. |
L-Awtorità taż-Żejt u l-Gass (Oil and Gas Authority - l-OGA) tistieden lill-persuni interessati biex japplikaw għal Liċenzji għall-Produzzjoni ta’ Idrokarburi f’żoni speċifiċi tal-Blata Kontinentali tar-Renju Unit. |
2. |
Id-dettalji kollha tal-offerta, inklużi l-listi u l-mapep taż-żoni inklużi fl-offerta flimkien ma’ gwida dwar il-liċenzji, it-termini li se jinkludu dawk il-liċenzji, u kif wieħed għandu japplika, huma disponibbli fis-sit web tal-OGA (ara hawn taħt). |
3. |
L-applikazzjonijiet kollha se jiġu ddeterminati, fejn applikabbli, skont it-termini tal-Hydrocarbons Licensing Directive Regulations 1995 (S.I. 1995 No. 1434), il-Petroleum Licensing (Applications) Regulations 2015 (SI 2015 No. 766) u l-Offshore Petroleum Licensing (Offshore Safety Directive) Regulations 2015 (SI 2015 No. 385). Fl-1 ta’ Ottubru 2016, il-funzjonijiet tas-Segretarju tal-Istat f’dan ir-rigward ġew trasferiti lill-Awtorità taż-Żejt u l-Gass skont The Energy (Transfer of Functions, Consequential Amendments and Revocation) Regulations 2016 (http://www.legislation.gov.uk/uksi/2016/912/pdfs/uksi_20160912_en.pdf), li jipprevedu li kulma jsir (jew li għandu effett daqslikieku sar) mis-Segretarju tal-Istat jew b’rabta miegħu fir-rigward ta’ dawn il-funzjonijiet trasferiti issa għandu effett, sakemm ikun meħtieġ biex jitkompla l-effett ta’ dan wara l-1 ta’ Ottubru 2016, daqslikieku sar mill-Awtorità taż-Żejt u l-Gass jew b’rabta magħha. Id-determinazzjonijiet se jsiru fil-kuntest tal-ħtieġa kontinwa għal esplorazzjoni mingħajr dewmien, bir-reqqa, effiċjenti u sikura sabiex ikunu identifikati r-riżorsi taż-żejt u tal-gass tar-Renju Unit filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-aspetti ambjentali. |
Qafas “Innovattiv”
4. |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji se jitqiesu fid-dawl tal-approċċ innovattiv adottat għall-Programmi ta’ Ħidma tal-Perjodu Inizjali (“Programmi ta’ Ħidma”) għal-Liċenzji. Dawn il-Programmi ta’ Ħidma se jinkorporaw il-kombinament flessibbli ta’ mhux aktar minn tliet fażijiet (A, B u C) fil-Perjodu Inizjali. Dan se jgħin biex jiġi żgurat li l-Programmi ta’ Ħidma għall-blokok li għalihom qed issir l-applikazzjoni jkunu xierqa għall-isfidi ġeotekniċi u ta’ tipi oħra li jridu jiġu indirizzati f’żona partikolari, filwaqt li jiġu ottimizzati l-fatturi elenkati fil-Paragrafu 3. Il-flessibilità li qed tingħata mill-kombinament ta’ mhux aktar minn tliet fażijiet tippermetti wkoll li l-applikanti jfasslu Programm ta’ Ħidma xieraq għall-pjanijiet u għar-rekwiżiti partikolari tagħhom. |
5. |
Il-Fażi A tal-Programm ta’ Ħidma tinkludi perjodu li fih se jitwettqu Studji Ġeotekniċi u Riproċessar Ġeofiżiku tad-Dejta; Il-Fażi B tal-Programm ta’ Ħidma se tkun perjodu fejn se tinġabar Dejta Siżmika Ġdida; Il-Fażi C tal-Programm ta’ Ħidma se tkun għat-tħaffir esploratorju u/jew ta’ valutazzjoni. L-applikanti jistgħu jiddeċiedu l-kombinament tal-Fażijiet, jekk isirux it-tliet Fażijiet kollha, jinbediex ix-xogħol direttament bil-Fażi B segwita mill-Fażi C, jinbediex ix-xogħol direttament bil-Fażi C, inkella direttament bil-Fażi A segwita mill-Fażi C. |
6. |
Il-Fażi A u l-Fażi B mhumiex obbligatorji u jistgħu ma jkunux adattati f’ċirkostanzi partikolari, iżda kull applikazzjoni trid tipproponi l-Fażi C, ħlief meta l-applikant jaħseb li ma tkun meħtieġa l-ebda esplorazzjoni u jipproponi li jmur direttament għall-iżvilupp (jiġifieri “direttament għat-Tieni Perjodu”). F’dan il-każ, jenħtieġ li l-applikazzjonijiet isiru skont il-gwida disponibbli fuq is-sit web tal-OGA. |
7. |
Il-liċenzji mogħtija f’dan iċ-ċiklu jista’ jkollhom Perjodu Inizjali ta’ mhux aktar minn disa’ snin. It-tul ta’ żmien tal-liċenzja u l-fażijiet se jkollhom bżonn ġustifikazzjoni fil-kuntest tal-programm ta’ ħidma propost, u se jkunu s-suġġett ta’ diskussjoni fil-waqt tal-applikazzjoni. |
8. |
L-applikazzjonijiet li l-fażi tal-bidu tagħhom hija l-Fażi A jew B se jiġu ġġudikati abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
9. |
Il-liċenzji bil-Fażi B għandhom jispeċifikaw perjodu ta’ żmien biex il-liċenzja tiskadi fi tmiem din il-fażi jekk id-Detentur tal-liċenżja ma jkunx issodisfa l-OGA bil-kapaċità teknika u finanzjarja tiegħu biex itemm il-Programm ta’ Ħidma. Għal liċenzji bil-Fażi A iżda bl-ebda Fażi B, il-liċenzja se tispeċifika wkoll perjodu biex il-liċenzja tiskadi fi tmiem din il-fażi jekk id-Detentur tal-liċenżja ma jkunx issodisfa lill-OGA bil-kapaċità teknika u finanzjarja tiegħu biex itemm il-Programm ta’ Ħidma. |
10. |
L-applikazzjonijiet li jibdew bil-Fażi C se jiġu ġġudikati abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
Gwida
11. |
Issib gwida ulterjuri fuq is-sit web tal-OGA: https://www.ogauthority.co.uk/licensing-consents/licensing-rounds/ |
Offerti għal-Liċenzji
12. |
Sakemm ma jkunx hemm bżonn ta’ Valutazzjoni Xierqa għal xi Blokka partikolari (ara l-Paragrafu 15 hawn isfel), kull offerta mill-Awtorità taż-Żejt u l-Gass ta’ liċenzja skont din l-istedina se ssir fi żmien tmintax-il xahar mid-data ta’ dan l-Avviż. |
13. |
L-Awtorità taż-Żejt u l-Gass ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għall-ebda kost imġarrab mill-applikant waqt il-kunsiderazzjoni jew il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu. |
Valutazzjonijiet Ambjentali
14. |
Is-Segretarju tal-Istat wettaq Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS) skont id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent taż-żoni kollha li se jiġu offruti f’dan il-Ċiklu. Is-sejbiet ta’ dik il-VAS jinsabu fuq is-sit web tal-Gvern tar-Renju Unit iddedikat għall-VAS tal-enerġija lil hinn mill-kosta:
https://www.gov.uk/offshore-energy-strategic-environmental-assessment-sea-an-overview-of-the-sea-process |
15. |
Il-liċenzji skont din l-istedina se jiġu offruti biss jekk, skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats (id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa):
|
16. |
Kuntatt: Ricki Kiff, Oil and Gas Authority, 21 Bloomsbury Street, London WC1B 3HF, United Kingdom.
Tel. +44 3000671637. Is-sit web tal-Awtorità taż-Żejt u l-Gass: https://www.ogauthority.co.uk/licensing-consents/licensing-rounds/ |
11.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 199/16 |
Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti għall-operat tas-servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(2018/C 199/06)
Stat Membru |
Spanja |
|||||||||
Rotta kkonċernata |
Gran Canaria – El Hierro |
|||||||||
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Sentejn (2) wara l-bidu tal-operat |
|||||||||
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
|||||||||
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mas-sejħa pubblika għall-offerti u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
|
11.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 199/16 |
Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti għall-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(2018/C 199/07)
Stat Membru |
Spanja |
|||||||||
Rotot ikkonċernati |
Badajoz–Madrid Badajoz–Barċellona |
|||||||||
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Tliet (3) snin wara l-bidu tal-operat, u sena (1) addizzjonali jekk ikun hemm bżonn ta’ estensjoni. |
|||||||||
Skadenza għat-tressiq tal-offerti |
Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
|||||||||
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mas-sejħa pubblika għall-offerti u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
11.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 199/17 |
Sejħa għall-proposti li taqa’ taħt il-programm ta’ ħidma multiannwali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020
(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1615)
(2018/C 199/08)
Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea, qiegħed b’dan jiftaħ sejħa għall-proposti sabiex jitqassmu għotjiet f’konformità mal-prijoritajiet u l-għanijiet definiti fil-programm ta’ ħidma multiannwali fil-qasam tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014–2020.
Qed jintlaqgħu proposti għal din is-sejħa:
|
CEF-Energy-2018-2 |
L-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-proposti huwa ta’ EUR 500 miljun.
L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-proposti hija l-Ħamis, 11 ta’ Ottubru 2018.
It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti huwa disponibbli fuq il-paġna web tas-sejħa għall-proposti:
https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-energy/calls/2018-cef-energy-calls-proposals/2018-2-call-proposals
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
11.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 199/18 |
Notifika li tikkonċerna l-miżuri antidumping u kumpensatorji fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: bidla fl-isem ta’ kumpanija soġġetta għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun
(2018/C 199/09)
L-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huma soġġetti għal dazji antidumping u dazji kumpensatorji definittivi imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/367 (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366 (2), kif emendati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570 (3).
Tliet kumpaniji li jinsabu fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin huma soġġetti għal rata ta’ dazju antidumping ta’ 36,2 % għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u dazji kumpensatorji ta’ 6,4 %, informaw lill-Kummissjoni li kienu bidlu isimhom kif imniżżel hawn taħt.
Il-kumpaniji talbu lill-Kummissjoni biex tikkonferma li l-bidla f’isimhom ma taffettwax id-dritt tal-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rata tad-dazju applikata lill-kumpaniji taħt l-isem li kellhom qabel.
Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni pprovduta u kkonkludiet li l-bidla tal-isem ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366, kif emendati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570.
Għalhekk, ir-referenzi fl-Anness 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366, l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570 għal:
Zhongli Talesun Solar Co., Ltd |
B922 |
jenħtieġ li jinqraw:
Suzhou Talesun Solar Technologies Co., Ltd |
B922 |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC B922 li qabel kien attribwit għal Zhongli Talesun Solar Co., Ltd għandu japplika għal Suzhou Talesun Solar Technologies Co., Ltd.
Ir-referenzi fl-Anness 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366, l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570 għal:
Wuxi LONGi Silicon Materials Co. Ltd Xi’an LONGi Silicon Materials Corp. |
B897 |
jenħtieġ li jinqraw:
Wuxi LONGi Silicon Materials Co. Ltd LONGi Green Energy Technology Co., Ltd. |
B897 |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC B897 li qabel kien attribwit għal Xi’an LONGi Silicon Materials Corp., flimkien ma’ Wuxi LONGI Silicon Materials Co. Ltd għandu japplika għal LONGi Green Energy Technology Co., Ltd. flimkien ma’ Wuxi LONGi Silicon Materials Co. Ltd.
Ir-referenzi fl-Anness 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366, l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570 għal:
LERRI Solar Technology (Zhejiang) Co. Ltd |
B898 |
jenħtieġ li jinqraw:
LONGi Solar Technology(Zhejiang)Co., Ltd |
B898 |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC B898 li qabel kien attribwit għal Lerri Solar Technology (Zhejiang) Co. Ltd għandu japplika għal LONGi Solar Technology(Zhejiang)Co., Ltd.
(1) ĠU L 56, 3.3.2017, p. 131.
(3) ĠU L 238, 16.9.2017, p. 22.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
11.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 199/20 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8855 — Otary/Eneco/Electrabel/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 199/10)
1.
Fl-1 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Otary RS NV (“Otary”, il-Belġju), ikkontrollata minn Dredging Environmental & Marine Engineering NV, Green Offshore NV, Elicio NV, SRIWE Environnement SA, Z-Kracht NV, Aspiravi Offshore II NV, Socofe SA u Power@Sea NV |
— |
Eneco Wind Belgium NV, li tappartjeni għall-Eneco Groep (“Eneco”, in-Netherlands), |
— |
Electrabel NV, li tappartjeni għall-grupp Engie (“Engie”, Franza), |
— |
SeaMade NV (“SeaMade”, il-Belġju). |
Otary, Eneco, u Engie jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ SeaMade.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tal-kontribuzzjoni ta’ assi u x-xiri ta’ ishma f’kumpanija li tikkostittwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Otary: l-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-operazzjoni ta’ tliet proġetti tar-riħ Belġjani fuq il-baħar
— Eneco: il-produzzjoni tal-elettriċità minn riżorsi sostenibbli, inkluż l-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-operazzjoni ta’ proġetti ta’ park eoliku, kif ukoll il-provvista tal-elettriċità u l-gass lil klijenti privati u kummerċjali,
— Engie: l-istadji kollha tal-katina tal-valur tal-elettriċità u l-gass naturali, inkluża l-ġenerazzjoni tal-provvista tal-elettriċità fir-reġjun tal-Benelux permezz ta’ Electrabel, kif ukoll servizzi tal-enerġija,
— SeaMade: il-ġenerazzjoni u l-provvista bl-ingrossa tal-elettriċità minn parks eoliċi fuq il-baħar Seastar u Mermaid li qed jiġu żviluppati fil-Belġju.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8855 — Otary/Eneco/Electrabel/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks: +32 22964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).