ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 191

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
5 ta' Ġunju 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 191/01

Il-lista tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa — Rapport mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) li jissuġġerixxi emendi għall-Annessi tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2017, inkluż it-tneħħija ta’ żewġ ġurisdizzjonijiet

1

2018/C 191/02

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

4

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 191/03

Rata tal-kambju tal-euro

5

2018/C 191/04

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

6

2018/C 191/05

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

6

2018/C 191/06

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

7


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

5.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/1


Il-lista tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa — Rapport mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) li jissuġġerixxi emendi għall-Annessi tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2017, inkluż it-tneħħija ta’ żewġ ġurisdizzjonijiet

(2018/C 191/01)

B’effett mill-jum tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-Annessi I u II tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2017 dwar il-lista tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa (1), kif emendati f’Jannar (2) u Marzu (3) 2018, huma sostitwiti bl-Annessi I u II li ġejjin:

ANNESS I

Il-lista tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa

1.   Is-Samoa Amerikana

Is-Samoa Amerikana ma tapplika l-ebda skambju awtomatiku ta’ informazzjoni finanzjarja, ma ffirmatx u ma rratifikatx, inkluż permezz tal-ġurisdizzjoni li hija dipendenti fuqha, il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, ma tapplikax l-istandards minimi tal-BEPS u ma impenjatx ruħha li tindirizza dawn il-kwistjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2018.

2.   Guam

Guam ma japplika l-ebda skambju awtomatiku ta’ informazzjoni finanzjarja, ma ffirmax u ma rratifikax, inkluż permezz tal-ġurisdizzjoni li huwa dipendenti fuqha, il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, ma japplikax l-istandards minimi tal-BEPS u ma impenjax ruħu li jindirizza dawn il-kwistjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2018.

3.   In-Namibja

In-Namibja mhijiex Membru tal-Forum Globali dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta’ Informazzjoni għal Skopijiet ta’ Taxxa, ma ffirmatx u ma rratifikatx il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, ma tapplikax l-istandards minimi tal-BEPS u ma impenjatx ruħha li tindirizza dawn il-kwistjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2019. Barra minn hekk in-Namibja għandha reġimi preferenzjali tat-taxxa li huma dannużi u ma impenjatx ruħha li temendhom jew tabolixxihom sal-31 ta’ Diċembru 2018.

4.   Palau

Palau tiffaċilita strutturi u arranġamenti offshore bl-għan li jiġu attirati profitti mingħajr sustanza ekonomika reali u rrifjutat li tidħol fi djalogu sinifikattiv biex taċċerta l-konformità tagħha mal-kriterju 2.2.

L-impenn ta’ Palau li tikkonforma mal-kriterji 1.1, 1.2, 1.3 u 3 ser jiġi sorveljat.

5.   Samoa

Samoa għandu reġim preferenzjali tat-taxxa li huwa dannuż u ma impenjax ruħu li jindirizza din il-kwistjoni sal-31 ta’ Diċembru 2018.

L-impenn ta’ Samoa li jikkonforma mal-kriterju 3 ser jiġi sorveljat.

6.   Trinidad u Tobago

Trinidad u Tobago ma ffirmatx u ma rratifikatx il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet ta’ Taxxa, kif emendata, għandha reġim ta’ taxxa preferenzjali dannuż u ma kkommettietx ruħha li tindirizza dawn il-kwistjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2018.

L-impenn ta’ Trinidad u Tobago li tikkonforma mal-kriterji 1.1, 1.2 u 3 ser jiġi sorveljat.

7.   Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti

Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti ma japplikaw l-ebda skambju awtomatiku ta’ informazzjoni finanzjarja, ma ffirmawx u ma rratifikawx, inkluż permezz tal-ġurisdizzjoni li huma dipendenti fuqha, il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, għandhom reġim preferenzjali tat-taxxa li huwa dannuż u ma impenjawx ruħhom b’mod ċar li jemendawh jew jabolixxuh, ma japplikawx l-istandards minimi tal-BEPS u ma impenjawx ruħhom li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2018.

ANNESS II

Sitwazzjoni attwali tal-kooperazzjoni mal-UE fir-rigward tal-impenji meħuda sabiex jimplimentaw il-prinċipji ta’ governanza tajba fil-qasam tat-taxxa

1.   Trasparenza

1.1   Impenn sabiex jiġi implimentat l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni, jew permezz tal-firma ta’ Ftehim Multilaterali tal-Awtoritajiet Kompetenti jew permezz ta’ ftehimiet bilaterali

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jimplimentaw skambju awtomatiku ta’ informazzjoni sal-2018:

Antigua u Barbuda, il-Bahamas, il-Bahrain, Curaçao, Dominica, Grenada, Hong Kong SAR, il-Macao SAR, il-Gżejjer Marshall, New Caledonia, l-Oman, il-Qatar, it-Tajwan u l-Emirati Għarab Magħquda

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jimplimentaw skambju awtomatiku ta’ informazzjoni sal-2019:

It-Turkija

1.2   Sħubija fil-Forum Dinji dwar it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni għal finijiet ta’ taxxa u klassifikazzjoni sodisfaċenti

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jsiru membri tal-Forum Globali u/jew ikollhom klassifikazzjoni sodisfaċenti sal-2018:

Anguilla, Curaçao, il-Gżejjer Marshall, New Caledonia u l-Oman

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jsiru membri tal-Forum Globali u/jew ikollhom klassifikazzjoni suffiċjenti sal-2019:

Il-Bożnija-Ħerzegovina, Cape Verde, Fiġi, il-Ġordan, is-Swaziland, it-Turkija u l-Vjetnam

1.3   Firma u ratifika tal-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka jew netwerk ta’ ftehimiet li jkopru l-Istati Membri kollha tal-UE

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jiffirmaw u jirratifikaw il-MAC jew li jkollhom fis-seħħ netwerk ta’ ftehimiet li jkopru l-Istati Membri kollha tal-UE sal-2018:

Antigua u Barbuda, il-Bahamas, il-Bahrain, Dominica, Grenada, Hong Kong SAR, il-Macao SAR, New Caledonia, l-Oman, il-Qatar, it-Tajwan u l-Emirati Għarab Magħquda

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jiffirmaw u jirratifikaw il-MAC jew li jkollhom fis-seħħ netwerk ta’ ftehimiet li jkopru l-Istati Membri kollha tal-UE sal-2019:

L-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Botswana, Cape Verde, Fiġi, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Ġamajka, il-Ġordan, il-Maldivi, il-Mongolja, il-Montenegro, il-Marokk, il-Perù, is-Serbja, is-Swaziland, it-Tajlandja, it-Turkija u l-Vjetnam

2.   Tassazzjoni ġusta

2.1   Eżistenza ta’ sistemi ta’ taxxa dannużi

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jemendaw jew jabolixxu r-reġimi identifikati sal-2018:

L-Andorra, Antigua u Barbuda, l-Armenja, Aruba, Barbados, il-Belize, il-Botswana, Cape Verde, il-Gżejjer Cook, Curacao, Dominica, Fiġi, Grenada, Hong Kong SAR, il-Ġordan, il-Korea (Repubblika ta’), Labuan, il-Liechtenstein, il-Macao SAR, il-Malasja, il-Maldivi, Mauritius, il-Marokk, il-Panama, Saint Kitts u Nevis, Saint Lucia, Saint Vincent u l-Grenadini, San Marino, is-Seychelles, l-Iżvizzera, it-Tajwan, it-Tajlandja, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Urugwaj u l-Vjetnam

2.2   Eżistenza ta’ sistemi tat-taxxa li jiffaċilitaw strutturi offshore li jattiraw profitti mingħajr attività ekonomika reali

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jindirizzaw it-tħassib relatat mas-sustanza ekonomika sal-2018:

Anguilla, il-Bahamas, il-Bahrain, Bermuda, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, il-Gżejjer Cayman, Guernsey, Isle of Man, Jersey, il-Gżejjer Marshall, il-Gżejjer Turks u Kajkos, l-Emirati Għarab Magħquda u Vanuatu

3.   Miżuri kontra l-BEPS

3.1   Sħubija fil-Qafas Inklużiv dwar il-BEPS jew implimentazzjoni ta’ standards minimi dwar il-BEPS

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jsiru membri fil-Qafas Inklużiv jew jimplimentaw l-istandard minimu dwar il-BEPS sal-2018:

Aruba, Antigua u Barbuda, il-Bahrain, il-Gżejjer Cook, Dominica, il-Gżejjer Faroe, Greenland, Grenada, il-Gżejjer Marshall, New Caledonia, Saint Kitts u Nevis, Saint Lucia, Saint Vincent u l-Grenadini, it-Tajwan, l-Emirati Għarab Magħquda u Vanuatu

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jsiru membri fil-Qafas Inklużiv jew jimplimentaw l-istandard minimu dwar il-BEPS sal-2019:

L-Albanija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, Cape Verde, Fiġi, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Ġordan, il-Montenegro, il-Marokk u s-Swaziland

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jsiru membri fil-Qafas Inklużiv jew jimplimentaw l-istandard minimu dwar il-BEPS jekk u meta t-tali impenn isir rilevanti:

Nauru, Niue


(1)  ĠU C 438, 19.12.2017, p. 5.

(2)  ĠU C 29, 26.1.2018, p. 2.

(3)  ĠU C 100, 16.3.2018, p. 4 u ĠU C 100, 16.3.2018, p. 5.


5.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/4


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2018/C 191/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Denis Valentinovich BEREZOVSKIY (Nru 4), is-Sur Andrei Aleksandrovich KLISHAS (Nru 11), is-Sur Aleksandr Borisovich TOTOONOV (Nru 14), is-Sur Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK (Nru 17), is-Sur Dmitry Olegovich ROGOZIN (Nru 22), is-Sur Valery Vladimirovich KULIKOV (Nru 28), is-Sur Mikhail Grigorievich MALYSHEV (Nru 30), il-Logutenent Ġeneral Igor Nikolaevich (Mykolayovich) TURCHENYUK (Nru 32), is-Sur Sergey Gennadevich TSYPLAKOV (Nru 47), is-Sur Igor Evgenevich KAKIDZYANOV (Nru 56), is-Sa Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA (Nru 60), is-Sur Nikolay Ivanovich KOZITSYN (Nru 71), is-Sur Alexander Nikolayevich TKACHYOV (Nru 81), is-Sa Oksana TCHIGRINA (Nru 89), is-Sur Andrei Nikolaevich RODKIN (Nru 102), is-Sur Aleksey Vasilevich NAUMETS (Nru 117), is-Sur Sergey Yurievich KOZYAKOV (Nru 120), is-Sur Alexandr Vasilievich SHUBIN (Nru 138), is-Sa Ekaterina FILIPPOVA (Nru 141), is-Sur Zaur Raufovich ISMAILOV (Nru 146) u s-Sur Aleksandr Yurevich PETUKHOV (Nru 164), u l-hekk imsejħa “Armata tax-Xlokk” (Nru 9), l-Intrapriża tar-Repubblika tal-Krimea “Azov distillery plant” (Nru 17), il-Paċi għar-Reġjun ta’ Luhansk (Nru 25), il-battaljun Sparta (Nru 30) u l-brigata Prizrak (Nru 33), il-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill qed jikkunsidra jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni u l-entitajiet huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsubin għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel il-11 ta’ Ġunju 2018, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi u miżmuma fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ser jiġu kkunsidrati meta jkunu riċevuti. B’rabta ma’ dan, l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati tinġibed għar-reviżjoni regolari mill-Kunsill tal-lista. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sat-2 ta’ Lulju 2018.


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


Il-Kummissjoni Ewropea

5.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta’ Ġunju 2018

(2018/C 191/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1737

JPY

Yen Ġappuniż

128,44

DKK

Krona Daniża

7,4434

GBP

Lira Sterlina

0,87673

SEK

Krona Żvediża

10,2583

CHF

Frank Żvizzeru

1,1546

ISK

Krona Iżlandiża

122,50

NOK

Krona Norveġiża

9,5030

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,696

HUF

Forint Ungeriż

318,64

PLN

Zloty Pollakk

4,2848

RON

Leu Rumen

4,6548

TRY

Lira Turka

5,4193

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5311

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5148

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2091

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6654

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5655

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 254,88

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,7053

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5166

HRK

Kuna Kroata

7,3790

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 281,57

MYR

Ringgit Malażjan

4,6655

PHP

Peso Filippin

61,647

RUB

Rouble Russu

72,6626

THB

Baht Tajlandiż

37,511

BRL

Real Brażiljan

4,3893

MXN

Peso Messikan

23,3661

INR

Rupi Indjan

78,7120


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


5.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/6


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 191/04)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 69, fin-Nota ta’ Spjega għas-subintestatura tan-NM “1211 90 86 Oħrajn”, jiżdied it-test li ġej fl-aħħar tal-ewwel paragrafu:

“7.

trab tal-faqqiegħ reishi (Ganoderma lucidum).”

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


5.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/6


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 191/05)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 182, fin-nota ta’ spjega għall-intestaturi tan-NM “3824 99 92 u 3824 99 93 Prodotti jew preparazzjonijiet kimiċi, magħmula primarjament minn komposti organiċi, li mhumiex imsemmija jew inklużi band’oħra”  (3) jiżdied it-test li ġej:

“Dawn is-subintestaturi jinkludu ż-żjut okso u l-frazzjonijiet tagħhom parzjalment jew kompletament soġġetti għall-esterifikazzjoni, għall-alkossilazzjoni, għall-kondensazzjoni jew għall-idroliżi. Dawn huma prodotti sekondarji tal-Frazzjoni Okso Tqila (HOF) tal-proċessi okso (inkluża s-sinteżi okso) li jinkludu prodotti sekondarji tal-idroformilazzjoni (ir-reazzjoni Fischer Tropsch mill-alkeni għall-aldeidi) u r-residwi ta’ distillazzjoni mill-preparazzjoni tal-alkoħoli okso. Dawn jinkludu prinċipalment aldeidi, eteri, etere-alkoħoli, alkoħoli, esteri u aċidi karbossiliċi b’xi ammonti minimi possibbli ta’ sustanzi oħra (bħall-olefini u l-paraffini).

Dawn is-subintestaturi ma jkoprux il-prodotti sekondarji tal-Frazzjoni Okso Ħafifa (LOF) tal-proċessi okso li huma magħmulin prinċipalment minn olefini u paraffini (l-intesatatura 2710).”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.

(3)  ĠU C 319, 26.9.2015, p. 1.


5.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/7


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 191/06)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

F’paġna 152, wara n-Nota ta’ Spejga għas-subintestatura “2939 69 00 Oħrajn”, jiddaħħlu t-testi li ġejjin:

2939 71 00

Kokaina, ekgonina, levometamfetamina, metamfetamina (INN), rakemat tal-metamfetamina; imluħa, esteri u derivattivi oħrajn tagħhom

Din is-subintestatura tinkludi alkalojdi riprodotti b’sintesi.”

2939 79

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għas-subintestatura 2939 71 00.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.