ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 112

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
26 ta' Marzu 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 112/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 112/02

Kawżi Magħquda C-360/15 u C-31/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-30 ta’ Jannar 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden, Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amersfoort vs X BV (C-360/15), Visser Vastgoed Beleggingen BV vs Raad van de gemeente Appingedam (C-31/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Servizzi fis-suq intern — Direttiva 2006/123/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 2(2)(ċ) — Esklużjoni tas-servizzi u tan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Punt 1 tal-Artikolu 4 — Kunċett ta’ servizz — Kummerċ bl-imnut tal-prodotti — Kapitolu III — Libertà ta’ stabbiliment tal-fornituri — Applikabbiltà f’sitwazzjonijiet purament interni — Artikolu 15 — Rekwiżiti li għandhom jiġu evalwati — Limitu territorjali — Pjan urban li jipprojbixxi l-attività ta’ kummerċ bl-imnut ta’ prodotti mhux goffi f’żoni ġeografiċi li jinsabu ’l barra miċ-ċentru tal-belt — Protezzjoni tal-ambjent urban — Awtorizzazzjoni ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/20/KE — Piżijiet pekunjarji marbuta mad-drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet intiżi għal netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi)

2

2018/C 112/03

Kawża C-261/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Frar 2018 – Kühne + Nagel International AG, Kühne + Nagel Management AG, Kühne + Nagel Ltd, Kühne + Nagel Ltd, Kühne + Nagel Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Artikolu 101 TFUE — Iffissar tal-prezz — Servizzi ta’ tranżitu internazzjonali bl-ajru — Ftehim ta’ ipprezzar li għandu effett fuq il-prezz finali tas-servizzi)

3

2018/C 112/04

Kawża C-263/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Frar 2018 – Schenker Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Artikolu 101 TFUE — Iffissar tal-prezz — Servizzi ta’ tranżitu internazzjonali bl-ajru — Ftehim ta’ ipprezzar li għandu effett fuq il-prezz finali tas-servizzi)

3

2018/C 112/05

Kawża C-264/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Frar 2018 – Deutsche Bahn AG, Schenker AG, Schenker China Ltd, Schenker International (H.K.) Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Artikolu 101 TFUE — Iffissar tal-prezzijiet — Servizzi ta’ trasport internazzjonali bl-ajru — Ftehim ta’ tarifikazzjoni li għandu effett fuq il-prezz finali tas-servizzi)

4

2018/C 112/06

Kawża C-271/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Frar 2018 – Panalpina World Transport (Holding) Ltd, Panalpina Management AG, Panalpina China Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Artikolu 101 TFUE — Iffissar tal-prezzijiet — Servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija internazzjonali bl-ajru — Ftehim ta’ tarifikazzjoni li għandu effett fuq il-prezz finali tas-servizzi)

4

2018/C 112/07

Kawża C-106/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Okręgowy w Szczecinie – il-Polonja) – Paweł Hofsoe vs LVM Landwirtschaftlicher Versicherungsverein Münster AG Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Artikolu 11(1)(b) u Artikolu 13(2) — Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae — Kunċett ta’ parti li tkun ġarrbet il-ħsara — Professjonist fis-settur tal assigurazzjoni — Esklużjoni

5

2018/C 112/08

Kawża C-625/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-3 ta’ Novembru 2017 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG

5

2018/C 112/09

Kawża C-641/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Novembru 2017 – College Pension Plan of British Columbia vs Finanzamt München III

6

2018/C 112/10

Kawża C-645/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Novembru 2017 – Emirates Airlines – Direktion für Deutschland vs Aylin Wüst, Peter Wüst

7

2018/C 112/11

Kawża C-649/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Novembru 2017 – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs Amazon EU Sàrl

7

2018/C 112/12

Kawża C-666/17 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2017 minn AlzChem AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-7 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-451/15, AlzChem AG vs Il-Kummissjoni

8

2018/C 112/13

Kawża C-673/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Novembru 2017 – Planet49 GmbH vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

9

2018/C 112/14

Kawża C-681/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Diċembru 2017 – slewo // schlafen leben wohnen GmbH vs Sascha Ledowski

10

2018/C 112/15

Kawża C-682/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Diċembru 2017 – ExxonMobil Production Deutschland GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

11

2018/C 112/16

Kawża C-688/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-8 ta’ Diċembru 2017 – Bayer Pharma AG vs Richter Gedeon Vegyészeti Gyár Nyrt., Exeltis Magyarország Gyógyszerkereskedelmi Kft.

12

2018/C 112/17

Kawża C-690/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Diċembru 2017 – ÖKO-Test Verlag GmbH vs Dr. Rudolf Liebe Nachf. GmbH & Co.KG

13

2018/C 112/18

Kawża C-691/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-11 ta’ Diċembru 2017 – PORR Építési Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

13

2018/C 112/19

Kawża C-697/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Diċembru 2017 – Telecom Italia SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Infrastrutture e telecomunicazioni per l’Italia SpA (Infratel Italia SpA)

14

2018/C 112/20

Kawża C-702/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Unareti SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico et

15

2018/C 112/21

Kawża C-709/17 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2017 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-10 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-435/15, Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

16

2018/C 112/22

Kawża C-710/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-18 ta’ Diċembru 2017 – CCC – Consorzio Cooperative Costruzioni Soc. Cooperativa vs Comune di Tarvisio

16

2018/C 112/23

Kawża C-712/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-20 ta’ Diċembru 2017 – EN.SA. Srl vs Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso

17

2018/C 112/24

Kawża C-715/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

18

2018/C 112/25

Kawża C-718/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

19

2018/C 112/26

Kawża T-719/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 –Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

19

2018/C 112/27

Kawża C-728/17 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2017 minn Il-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-13 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-572/16, Brouillard vs Il-Kummissjoni

20

2018/C 112/28

Kawża C-25/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okrazhen sad Blagoevgrad (il-Bulgarija) fis-16 ta’ Jannar 2018 – Bryan Andrew Ker vs Pavlo Postnov, Natalia Postnova

21

2018/C 112/29

Kawża C-33/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour du travail de Liège (il-Belġju) fit-18 ta’ Jannar 2018 – V vs Institut national d’assurances sociales pour travailleurs indépendants, Securex Integrity ASBL

22

2018/C 112/30

Kawża C-37/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fid-19 ta’ Jannar 2018 – Vueling Airlines SA vs Jean-Luc Poignant

23

2018/C 112/31

Kawża C-43/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (il-Belġju) fl-24 ta’ Jannar 2018 – Compagnie d’entreprises CFE SA vs Région de Bruxelles-Capitale

24

2018/C 112/32

Kawża C-51/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

25

2018/C 112/33

Kawża C-61/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

25

2018/C 112/34

Kawża C-76/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

26

2018/C 112/35

Kawża C-77/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

27

2018/C 112/36

Kawża C-79/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

28

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 112/37

Kawża T-74/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2018 – POA vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti li jikkonċernaw l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ isem skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 — Dokumenti li joriġinaw mill-Kummissjoni — Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru — Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 — Rifjut ta’ aċċess — Obbligu ta’ motivazzjoni — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji — Portata tal-kontroll imwettaq mill-istituzzjoni u tal-istħarriġ imwettaq mill-qorti tal-Unjoni fuq il-motivi ta’ oppożizzjoni invokati mill-Istat Membru)

29

2018/C 112/38

Kawża T-879/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2018 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Marpefa (Vieta) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Vieta — Użu ġenwin tat-trade mark — Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti — Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Awtorità ta’ res judicata]

30

2018/C 112/39

Kawża T-118/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2018 – Institute for Direct Democracy in Europe vs Il-Parlament (Dritt istituzzjonali — Parlament Ewropew — Deċiżjoni li jingħata sussidju lil fondazzjoni politika għas-sena finanzjarja 2017 u li tipprevedi l-prefinanzjament b’rata ta’ 33 % tal- ammont massimu tas-sussidju u l-obbligu li tingħata garanzija bankarja ta’ prefinanzajment — Rikors għal anmnullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ imparzjalità — Drittijiet tad-difiża — Regolament Finanzjarju — Regoli li jimplementaw ir-Regolament Finanzjarju — Regolament (KE) Nru 2004/2003 — Proporzjonalità)

30

2018/C 112/40

Kawża T-759/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2018 – Campailla vs L-Unjoni Ewropea Rikors għad-danni — Dritt istituzzjonali — Responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea — Deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Ġenerali u mill-Qorti tal-Ġustizzja — Rikors miċħud mill-Qorti Ġenerali bħala inammissibbli — Appell miċħud bħala inammissibbli minħabba nuqqas ta’ rappreżentanza — Rikors manifestament inammissibbli

31

2018/C 112/41

Kawża T-265/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – ExpressVPN vs EUIPO (EXPRESSVPN) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva EXPRESSVPN — Raġuni assoluta għal rifjut — Talba għal bidla — Kap ta’ talbiet uniku — Inammissibbiltà)

32

2018/C 112/42

Kawża T-14/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2018 – Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

32

2018/C 112/43

Kawża T-19/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

33

2018/C 112/44

Kawża T-20/18: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2018 – CV vs Il-Kummissjoni

34

2018/C 112/45

Kawża T-26/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Franza vs Il-Kummissjoni

35

2018/C 112/46

Kawża T-29/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Planet vs Il-Kummissjoni

36

2018/C 112/47

Kawża T-31/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2018 – Izuzquiza u Semsrott vs Frontex

36

2018/C 112/48

Kawża T-33/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2018 – Pracsis u Conceptexpo Project vs Il-Kummissjoni u EACEA

37

2018/C 112/49

Kawża T-39/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2018 – VF vs BĊE

38

2018/C 112/50

Kawża T-52/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2018 – Teollisuuden Voima vs Il-Kummissjoni

39

2018/C 112/51

Kawża T-53/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2018 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

40

2018/C 112/52

Kawża T-58/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2018 – Mahr vs EUIPO – Especialidades Vira (Xocolat)

41

2018/C 112/53

Kawża T-59/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2018 – Endoceutics vs EUIPO – Merck (FEMIVIA)

42

2018/C 112/54

Kawża T-67/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2018 – Pobelte vs Il-Kummissjoni

42

2018/C 112/55

Kawża T-68/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2018 – Fränkischer Weinbauverband vs EUIPO (Forma ta’ flixkun)

44

2018/C 112/56

Kawża T-69/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2018 – Verband Deutscher Alten und Behindertenhilfe u CarePool Hannover vs Il-Kummissjoni

44

2018/C 112/57

Kawża T-70/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2018 – Sonova Holding vs EUIPO (HEAR THE WORLD)

45

2018/C 112/58

Kawża T-71/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2018 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

45

2018/C 112/59

Kawża T-74/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Visi/one vs EUIPO – EasyFix (Displays tal-informazzjoni għal vetturi)

47

2018/C 112/60

Kawża T-75/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – MPM-Quality vs EUIPO – Elton Hodinářská (MANUFACTURE PRIM 1949)

47

2018/C 112/61

Kawża T-78/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – AB Mauri Italy vs EUIPO – Lesaffre et Compagnie (FERMIN)

48


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 112/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 104, 19.3.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 94, 12.3.2018

ĠU C 83, 5.3.2018

ĠU C 72, 26.2.2018

ĠU C 63, 19.2.2018

ĠU C 52, 12.2.2018

ĠU C 42, 5.2.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-30 ta’ Jannar 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden, Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amersfoort vs X BV (C-360/15), Visser Vastgoed Beleggingen BV vs Raad van de gemeente Appingedam (C-31/16)

(Kawżi Magħquda C-360/15 u C-31/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Servizzi fis-suq intern - Direttiva 2006/123/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 2(2)(ċ) - Esklużjoni tas-servizzi u tan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Punt 1 tal-Artikolu 4 - Kunċett ta’ “servizz” - Kummerċ bl-imnut tal-prodotti - Kapitolu III - Libertà ta’ stabbiliment tal-fornituri - Applikabbiltà f’sitwazzjonijiet purament interni - Artikolu 15 - Rekwiżiti li għandhom jiġu evalwati - Limitu territorjali - Pjan urban li jipprojbixxi l-attività ta’ kummerċ bl-imnut ta’ prodotti mhux goffi f’żoni ġeografiċi li jinsabu ’l barra miċ-ċentru tal-belt - Protezzjoni tal-ambjent urban - Awtorizzazzjoni ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/20/KE - Piżijiet pekunjarji marbuta mad-drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet intiżi għal netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi))

(2018/C 112/02)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qrati tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden, Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amersfoort (C-360/15), Visser Vastgoed Beleggingen BV (C-31/16)

Konvenuti: X BV (C-360/15), Raad van de gemeente Appingedam (C-31/16)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li din ma tapplikax għal tariffi li huma marbuta mad-drittijiet tal-impriżi li huma awtorizzati jipprovdu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jinstallaw kejbils għal netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.

2)

Il-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività ta’ kummerċ bl-imnut ta’ prodotti tikkostitwixxi “servizz” għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-direttiva.

3)

Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123, dwar il-libertà ta’ stabbiliment tal-fornituri, għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw ukoll għal sitwazzjoni li l-elementi rilevanti kollha tagħha huma limitati fi ħdan Stat Membru wieħed biss.

4)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li regoli inklużi fi pjan urban ta’ komun jipprojbixxu l-attività ta’ kummerċ bl-imnut ta’ prodotti mhux goffi f’żoni ġeografiċi li jinsabu ’l barra miċ-ċentru tal-belt ta’ dan il-komun, sakemm il-kundizzjonijiet kollha elenkati fl-Artikolu 15(3) ta’ din id-direttiva jkunu ssodisfatti, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 346, 19.10.2015.

ĠU C 136, 18.4.2016.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Frar 2018 – Kühne + Nagel International AG, Kühne + Nagel Management AG, Kühne + Nagel Ltd, Kühne + Nagel Ltd, Kühne + Nagel Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-261/16 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 101 TFUE - Iffissar tal-prezz - Servizzi ta’ tranżitu internazzjonali bl-ajru - Ftehim ta’ ipprezzar li għandu effett fuq il-prezz finali tas-servizzi))

(2018/C 112/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Kühne + Nagel International AG, Kühne + Nagel Management AG, Kühne + Nagel Ltd, Kühne + Nagel Ltd, Kühne + Nagel Ltd (rappreżentanti: U. Denzel, C. von Köckritz u C. Klöppner, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes, H. Leupold u G. Meessen, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Kühne + Nagel International AG, Kühne + Nagel Management AG, Kühne + Nagel Ltd [Uxbridge (ir-Renju Unit)], Kühne + Nagel Ltd [Shanghai (iċ-Ċina)] u Kühne + Nagel Ltd [Hong-Kong (iċ-Ċina)] huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Frar 2018 – Schenker Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-263/16 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 101 TFUE - Iffissar tal-prezz - Servizzi ta’ tranżitu internazzjonali bl-ajru - Ftehim ta’ ipprezzar li għandu effett fuq il-prezz finali tas-servizzi))

(2018/C 112/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Schenker Ltd (rappreżentanti: F. Montag u M. Eisenbarth, Rechtsanwälte, F. Hoseinian, advokat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes, H. Leupold u G. Meessen, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Schenker Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Frar 2018 – Deutsche Bahn AG, Schenker AG, Schenker China Ltd, Schenker International (H.K.) Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-264/16 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 101 TFUE - Iffissar tal-prezzijiet - Servizzi ta’ trasport internazzjonali bl-ajru - Ftehim ta’ tarifikazzjoni li għandu effett fuq il-prezz finali tas-servizzi))

(2018/C 112/05)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Deutsche Bahn AG, Schenker AG, Schenker China Ltd, Schenker International (H.K.) Ltd (rappreżentanti: F. Montag u M. Eisenbarth, Rechtsanwälte), F. Hoseinian, advokat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes, H. Leupold u G. Meessen, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Deutsche Bahn AG, Schenker AG, Schenker China Ltd, Schenker International (H.K.) Ltd huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Frar 2018 – Panalpina World Transport (Holding) Ltd, Panalpina Management AG, Panalpina China Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-271/16 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 101 TFUE - Iffissar tal-prezzijiet - Servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija internazzjonali bl-ajru - Ftehim ta’ tarifikazzjoni li għandu effett fuq il-prezz finali tas-servizzi))

(2018/C 112/06)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Panalpina World Transport (Holding) Ltd, Panalpina Management AG, Panalpina China Ltd (rappreżentanti: S. Mobley, A. Stratakis u A. Gamble, solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, G. Meessen u P.J.O. Van Nuffel, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Panalpina World Transport (Holding) Ltd, Panalpina Management AG u Panalpina China Ltd huma kkundannati li jbatu, barra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Okręgowy w Szczecinie – il-Polonja) – Paweł Hofsoe vs LVM Landwirtschaftlicher Versicherungsverein Münster AG

(Kawża C-106/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 11(1)(b) u Artikolu 13(2) - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni - Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae - Kunċett ta’ “parti li tkun ġarrbet il-ħsara” - Professjonist fis-settur tal assigurazzjoni - Esklużjoni)

(2018/C 112/07)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Szczecinie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Paweł Hofsoe

Konvenuta: LVM Landwirtschaftlicher Versicherungsverein Münster AG

Dispożittiv

L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, moqri flimkien mal-Artikolu 11(1)(b) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jista’ jiġi invokat minn persuna fiżika, li l-attività professjonali tagħha tikkonsisti b’mod partikolari li tirkupra talbiet ta’ kumpens mingħand assiguraturi u li tinvoka kuntratt ta’ ċessjoni ta’ kreditu konkluż mal-vittma ta’ inċident tat-traffiku, sabiex tinbeda kawża ċivili kontra l-assiguratur tal-persuna responsabbli għal dan l-inċident, li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fi Stat Membru ieħor minn dak tad-domiċilju tal-persuna li ġarrbet il-ħsara, quddiem qorti ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar.


(1)  ĠU C 202, 26.06.2017.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-3 ta’ Novembru 2017 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG

(Kawża C-625/17)

(2018/C 112/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG

Konvenut: Finanzamt Feldkirch

Domanda preliminari

Leġiżlazzjoni li tipprevedi taxxa fuq it-total tal-karta tal-bilanċ ta’ stabbilimenti ta’ kreditu, minħabba l-fatt li l-obbligu li titħallas it-taxxa huwa impost fuq it-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata (mhux inkluż fil-kontijiet annwali kkonsolidati tal-grupp), tmur kontra l-libertà li jiġu pprovduti servizzi prevista fl-Artikoli 56 et seq. TFUE u/jew il-libertà ta’ moviment tal-kapital u tal-pagamenti prevista fl-Artikolu 63 TFUE, meta stabbiliment ta’ kreditu stabbilit fl-Awstrija jkollu jħallas it-taxxa fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet bankarji mwettqa ma’ klijenti mill-bqija tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li dan ma huwiex il-każ ta’ stabbiliment ta’ kreditu stabbilit fl-Awstrija li jwettaq dawn it-tranżazzjonijiet inkwantu kumpannija omm ta’ grupp ta’ stabbilimenti ta’ kreditu permezz ta’ stabbiliment ta’ kreditu li huwa membru tal-grupp li huwa stabbilit fi Stat ieħor tal-Unjoni Ewropea u li l-karta tal-bilanċ tiegħu għandha, minħabba l-appartenenza tiegħu għall-grupp, tiġi kkonsolidata mal-karta tal-bilanċ tal-istabbiliment ta’ kreditu li għandu l-kwalità ta’ kumpannija omm?


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Novembru 2017 – College Pension Plan of British Columbia vs Finanzamt München III

(Kawża C-641/17)

(2018/C 112/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: College Pension Plan of British Columbia

Konvenut: Finanzamt München III

Domandi preliminari

1)

Il-moviment liberu tal-kapital stabbilit mill-Artikolu 63(1) flimkien mal-Artikolu 65 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar professjonali mhux residenti li hija analoga, minħabba l-istruttura essenzjali tagħha, għal fond ta’ pensjoni Ġermaniż, ma tibbenefika minn ebda eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul mill-kapital fir-rigward ta’ dividendi rċevuti, filwaqt li dividendi korrispondenti mħallsa lil fondi ta’ pensjoni nazzjonali ma jwasslux għal żieda tat-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta jew iwasslu unikament għal żieda relattivament żgħira tagħha peress li għandhom il-possibbiltà li jnaqqsu, fil-kuntest tal-proċedura ta’ stima tat-taxxa, il-profitt taxxabbli tagħhom billi jnaqqsu l-provvedimenti għall-obbligi tal-ħlas tal-pensjoni u jinnewtralizzaw, permezz ta’ imputazzjoni u – sa fejn l-ammont tat-taxxa fuq il-kumpanniji li għandha titħallas huwa inqas mill-ammont imputabbli – permezz ta’ rimbors, it-taxxa fuq id-dħul mill-kapital imħallsa?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, ir-restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapital li tirriżulta mill-punt 2 tal-Artikolu 32(1) tal-Körperschaftsteuergesetz hija ammissibbli fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, b’applikazzjoni tal-Artikolu 63 flimkien mal-Artikolu 64(1) TFUE, minħabba li timplika l-provvista ta’ servizzi finanzjarji?


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Novembru 2017 – Emirates Airlines – Direktion für Deutschland vs Aylin Wüst, Peter Wüst

(Kawża C-645/17)

(2018/C 112/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Emirates Airlines – Direktion für Deutschland

Konvenuti: Aylin Wüst, Peter Wüst

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 261/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għeluq temporanju ta’ ajruport wara inċident subit minn ajruplan fl-inżul jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja?

2)

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għeluq temporanju ta’ ajruport jikkostitwixxi wkoll ċirkustanza straordinarja, meta l-ajruplan li ssubixxa l-inċident kien jappartjeni mal-flotta tat-trasportatur tal-ajru li jinvoka l-eżistenza ta’ ċirkustanza straordinarja fir-rigward ta’ titjira li ddewmet wara dan l-għeluq tal-ajruport?

3)

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għat-tieni domanda:

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dewmien tal-wasla ta’ iktar minn tliet sigħat “huwa kkawżat” minn din iċ-ċirkustanza straordinarja, anki meta l-ajruplan li ssubixxa l-inċident kien jappartjeni mal-flotta tal-istess trasportatur tal-ajru bħal dak li jinvoka ċirkustanza straordinarja fir-rigward ta’ titjira li ddewmet wara l-għeluq tal-ajruport?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Novembru 2017 – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs Amazon EU Sàrl

(Kawża C-649/17)

(2018/C 112/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Konvenuta: Amazon EU Sàrl

Domandi preliminari

Id-domandi segwenti dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur (1) tressqu għal deċiżjoni preliminari:

1.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu dispożizzjoni li — bħad-dispożizzjoni li tinsab fit-tieni punt tal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 246a(1) tal-EGBGB (Liġi introduttorja tal-Kodiċi Ċivili) — tobbliga lill-kummerċjant jipprovdi lill-konsumatur in-numru tat-telefon tiegħu (mhux biss meta jkun hemm bżonn, iżda f’kull każ), fil-kuntest tal-konklużjoni ta’ kuntratti mill-bogħod qabel ma jiġi aċċettat il-kuntratt?

2.

L-espressjoni “gegebenenfalls” (“fejn xieraq”) użata (fil-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża) fl-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83/UE, tfisser li kummerċjant għandu jipprovdi biss informazzjoni dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni diġà effettivament disponibbli fl-impriża tiegħu, fis-sens li dan ma huwiex meħtieġ li jistabbilixxi konnessjoni ġdida bit-telefon jew bil-fax jew fil-forma ta’ indirizz tal-posta elettronika, meta jiddeċiedi li jibda joffri kuntratti mill-bogħod fl-impriża tiegħu?

3.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda:

L-espressjoni “gegebenenfalls” (“fejn xieraq”) użata (fil-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża) fl-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83/UE, tfisser li huma disponibbli biss dawk il-mezzi ta’ komunikazzjoni li jkunu diġà disponibbli f’impriża li jkunu effettivament jintużaw ukoll mill-kummerċjant sabiex jikkuntattja lil konsumaturi meta jidħol f’kuntratti mill-bogħod, jew huma disponibbli wkoll dawk il-mezzi ta’ komunikazzjoni fl-impriża li sa dak iż-żmien il-kummerċjant kien juża biss għal skopijiet oħra, bħall-komunikazzjoni ma’ kummerċjanti oħra jew mal-awtoritajiet?

4.

Il-lista tal-mezzi ta’ komunikazzjoni speċifikata fl-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83/UE, jiġifieri n-numru tat-telefon, tal-fax jew l-indirizz tal-posta elettronika, hija eżawrjenti, jew il-kummerċjant jista’ wkoll juża mezzi ta’ komunikazzjoni oħra li ma humiex imsemmija hemm, bħal chat fuq l-internet jew sistema ta’ telefonata lura, kemm-il darba dawn ikunu jiżguraw kuntatt malajr u komunikazzjoni effiċjenti?

5.

L-applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ trasparenza tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/83/UE, li jgħid li l-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur l-informazzjoni dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83/UE b’mod ċar u komprensibbli, teħtieġ li l-informazzjoni tingħata malajr u b’mod effiċjenti?


(1)  ĠU 2011, L 304, p. 64


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/8


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2017 minn AlzChem AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-7 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-451/15, AlzChem AG vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-666/17 P)

(2018/C 112/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: AlzChem AG (rappreżentanti: A. Borsos, avocat, J. A. Guerrero Pérez, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tal-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

1)

L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni ta’ preżunzjoni ġenerali fir-rigward tal-eċċezzjoni għall-protezzjoni tal-għan tal-investigazzjonijiet tal-UE

żball ta’ liġi tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-preżunzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ eċċezzjoni għal talbiet għal aċċess għal dokumenti preeżistenti speċifiċi u identifikati;

żball ta’ liġi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-għan tal-investigazzjonijiet għaddejin fil-kuntest ta’ talbiet għal aċċess għal dokumenti preeżistenti speċifiċi u identifikati;

żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-interess pubbliku superjuri li jiġi żgurat stħarriġ ġudizzjarju effettiv (Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali); u

żball ta’ liġi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dritt fundamentali ta’ aċċess għal dokumenti (Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali).

2)

It-tieni aggravju bbażat fuq nuqqas ta’ għoti ta’ raġunijiet fir-rigward tar-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti f’verżjoni mhux kunfidenzjali jew fil-bini tal-Kummissjoni.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Novembru 2017 – Planet49 GmbH vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

(Kawża C-673/17)

(2018/C 112/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Planet49 GmbH

Konvenuta: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Domandi preliminari

1.

a)

Il-kunsens previst fl-Artikolu 5(3) u fl-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2002/58/KE (1) moqrija flimkien mal-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE (2) huwa validament mogħti meta l-ħażna ta’ informazzjoni jew l-aċċess għal informazzjoni maħżuna f’tagħmir terminali tal-utent huma awtorizzati minn kaxxa inkroċjata awtomatikament li l-utent għandu jikklikkja fuqha sabiex jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu?

b)

L-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2002/58/KE moqrija flimkien mal-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE għandhom jiġu applikati b’mod differenti skont jekk l-informazzjoni maħżuna jew ikkonsultata hijiex data personali?

c)

Fiċ-ċirkustanzi evokati fid-domanda preliminari 1(a), jeżisti kunsens effettiv fis-sens tal-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/679 (3)?

2.

Liema hija l-informazzjoni li l-fornitur tas-servizz għandu jagħti lill-utent fil-kuntest ta’ informazzjoni ċara u komprensiva skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2002/58/KE? Din tinkludi wkoll it-tul ta’ funzjonament tal-cookies u l-kwistjoni dwar jekk terzi jiksbux aċċess għall-cookies?


(1)  Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514).

(2)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).

(3)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1).


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Diċembru 2017 – slewo // schlafen leben wohnen GmbH vs Sascha Ledowski

(Kawża C-681/17)

(2018/C 112/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: slewo // schlafen leben wohnen GmbH

Konvenuta: Sascha Ledowski

Domandi preliminari

Id-domandi li ġejjin, dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 16(e), kif ukoll, jekk ikun meħtieġ, tal-Artikolu 6(1)(k) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), huma mibgħuta lill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE:

1)

L-Artikolu 16(e) tad-Direttiva 2011/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħmlu parti mill-oġġetti li ma jistgħux jiġu rritornati minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa jew ta’ iġjene previsti fl-imsemmija dispożizzjoni, oġġetti (bħal saqqijiet) li jistgħu jiġu f’kuntatt dirett mal-ġisem tal-bniedem meta dawn jintużaw għall-iskop li għalih huma intiżi, iżda li l-kummerċjant jista’ jrendi mill-ġdid fi stat tajjeb għall-kummerċjalizzazzjoni b’miżuri (ta’ tindif) xierqa?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

a)

Liema kundizzjonijiet ta’ ippakkjar ta’ oġġett għandhom ikunu ssodisfatti sabiex dan l-oġġett ikun jista’ jitqies li kien issiġillat fis-sens tal-Artikolu 16(e) tad-Direttiva 2011/83?

u

b)

L-informazzjoni li l-kummerċjant għandu jipprovdi skont l-Artikolu 6(1)(k) tad-Direttiva 2011/83 qabel ma l-kuntratt jorbot lill-konsumatur, għandha tattira l-attenzjoni ta’ dan tal-aħħar għall-fatt li huwa jitlef id-dritt ta’ rtirar tiegħu jekk huwa jneħħi l-issiġillar tal-oġġett, b’riferiment konkret għall-oġġett mixtri (f’dan il-każ, saqqu) u għall-fatt li dan huwa ssiġillat?


(1)  ĠU 2011, L 304, p. 64.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Diċembru 2017 – ExxonMobil Production Deutschland GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-682/17)

(2018/C 112/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ExxonMobil Production Deutschland GmbH

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

1)

Impjant li jimmanifattura prodott li l-produzzjoni tiegħu ma taqax taħt l-attivitajiet imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE (1) (bħal, f’dan il-każ, il-produzzjoni tal-kubrit) u li, fl-istess waqt, iwettaq l-attività ta’ “kombustjoni ta’ karburanti f’impjanti b’potenza termali totali ta’ iktar minn 20 MW”, liema attività hija suġġetta għall-obbligu ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra skont l-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, jikkostitwixxi impjant ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku fis-sens tal-Artikolu 3(u) tad-Direttiva 2003/87/KE, fil-każ fejn faċilità sekondarja fl-istess impjant tipproduċi wkoll elettriku għall-imsemmi impjant u proporzjon (żgħir) ta’ dan l-elettriku jingħata lin-netwerk pubbliku tal-elettriku bi ħlas?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

Fil-każ fejn impjant bħal dak deskritt fl-ewwel domanda jkun impjant ta’ produzzjoni tal-elettriku fis-sens tal-Artikolu 3(u) tad-Direttiva 2003/87/KE, dan l-impjant ikun eliġibbli għal allokazzjoni ta’ kwoti għas-sħana konformement mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (2), anki meta s-sħana tissodisfa l-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3(c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE iżda ma taqax fil-kategoriji msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10a(1), fl-Artikolu 10a(3) u fl-Artikolu 10a(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, jiġifieri sħana li tirriżulta mill-kombustjoni ta’ gass tal-iskart għall-produzzjoni tal-elettriku, tisħin distrettwali u koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja?

3)

Jekk allokazzjoni ta’ kwoti għas-sħana prodotta fl-impjant inkwistjoni tkun possibbli fid-dawl tar-risposti għall-ewwel żewġ domandi preliminari:

Is-CO2 irrilaxxat fl-atmosfera bħala parti mill-ipproċessar tal-gass naturali (fil-forma ta’ gass aċiduż) matul il-“proċess Claus”, fejn is-CO2 inerenti fil-gass naturali huwa sseparat mit-taħlita ta’ gass, jikkostitwixxi emissjonijiet li jirriżultaw, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(h) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, mill-proċess imsemmi fil-punt (v) tal-Artikolu 3(h)?

a)

Emissjonijiet jistgħu jokkorru, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(h) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, “minħabba” proċess li fih is-CO2 inerenti fil-materja prima huwa fiżikament isseparat mit-taħlita ta’ gass u rrilaxxat fl-atmosfera, minkejja li dan il-proċess fih innifsu ma jagħtix lok għal diossidju tal-karbonju addizzjonali, jew din id-dispożizzjoni neċessarjament teżiġi li s-CO2 irrilaxxat fl-atmosfera jokkorri l-ewwel darba minħabba dan il-proċess?

b)

Hemm “użu” fis-sens tal-punt (v) tal-Artikolu 3(h) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, meta l-gass naturali fl-istat oriġinali tiegħu jintuża għall-produzzjoni tal-kubrit matul il-“proċess Claus” u li, f’dan il-kuntest, is-CO2 inerenti għall-gass naturali huwa rrilaxxat fl-atmosfera mingħajr ma jkun parti mir-reazzjoni kimika tal-proċess? Jew inkella t-terminu “użu” jimplika neċessarjament li l-karbonju huwa parti minn, jew saħansitra huwa neċessarju, għar-reazzjoni kimika li tkun seħħet?

4)

Fil-każ li r-risposta għat-tielet domanda tkun fl-affermattiv: meta impjant suġġett għall-obbligu ta’ skambji ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra jissodisfa kemm il-kundizzjonijiet materjali sabiex jikkostitwixxi subimpjant suġġett għal parametri referenzjarji ta’ sħana kif ukoll il-kundizzjonijiet sabiex jikkostitwixxi subimpjant b’emissjonijiet tal-proċess, liema huwa l-parametru referenzjarju għal allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra gratuwiti? Id-dritt għal allokazzjoni ta’ kwoti abbażi tal-parametru referenzjarju tas-sħana jipprevali fuq id-dritt għal allokazzjoni ta’ emissjonijiet tal-proċess jew inkella, minħabba l-prinċipju ta’ speċjalità, id-dritt għal allokazzjoni ta’ emissjonijiet tal-proċess jipprevali fuq id-dritt għal allokazzjoni ta’ kwoti abbażi tal-parametru referenzjarju tas-sħana u tal-parametru referenzjarju ta’ kombustibbli?


(1)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 130, p. 1).


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-8 ta’ Diċembru 2017 – Bayer Pharma AG vs Richter Gedeon Vegyészeti Gyár Nyrt., Exeltis Magyarország Gyógyszerkereskedelmi Kft.

(Kawża C-688/17)

(2018/C 112/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bayer Pharma AG

Konvenuti: Richter Gedeon Vegyészeti Gyár Nyrt. u Exeltis Magyarország Gyógyszerkereskedelmi Kft.

Domandi preliminari

1)

L-espressjoni “kumpens xieraq” li tinsab fl-Artikolu 9(7) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li huma l-Istati Membri li għandhom jiddefinixxu r-regoli ta’ dritt sostantiv dwar ir-responsabbiltà tal-partijiet kif ukoll dwar il-portata u l-modalitajiet tal-kumpens li abbażi tagħhom il-qrati tal-Istati Membri jistgħu jordnaw lill-applikant jikkumpensa lill-konvenut għad-dannu kkawżat minn miżuri li ġew sussegwentement annullati mill-qorti jew li sussegwentement waqfu milli jiġu applikati wara azzjoni jew ommissjoni tal-applikant, jew fil-każijiet meta il-qorti sussegwentement ikkonstatat li ma kienx hemm ksur jew theddida ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda preliminari, l-Artikolu 9(7) tal-imsemmija direttiva jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li għandhom jiġu applikati, fir-rigward tal-kumpens imsemmi f’din id-dispożizzjoni tad-direttiva, ir-regoli ġenerali tal-Istat Membru dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-kumpens li jipprovdu li l-qorti ma tistax tikkundanna lill-applikant jikkumpensa d-dannu kkawżat minn miżuri provviżorji li sussegwentement irriżulta li huma infondati minħabba l-annullament tal-privattiva, liema dannu jirriżulta mill-fatt li l-konvenut ma aġixxiex konformement ma’ dak li huwa ġeneralment mistenni fis-sitwazzjoni partikolari jew meta, għall-istess raġuni, il-konvenut huwa responsabbli għall-okkorrenza tad-dannu, sa fejn l-applikant, meta talab il-miżuri provviżorji, ikun aġixxa konformement ma’ dak li huwa ġeneralment mistenni fis-sitwazzjoni partikolari?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Diċembru 2017 – ÖKO-Test Verlag GmbH vs Dr. Rudolf Liebe Nachf. GmbH & Co.KG

(Kawża C-690/17)

(2018/C 112/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ÖKO-Test Verlag GmbH

Konvenuta: Dr. Rudolf Liebe Nachf. GmbH & Co.KG

Domandi preliminari

1)

Hemm użu illegali ta’ trade mark individwali fis-sens tal-punt (b) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), tar-Regolament (UE) 2017/1001 (2) jew tal-punt (b) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95/KE (3) meta

it-trade marka individwali hija mwaħħla fuq prodott li fir-rigward tiegħu ma hijiex protetta,

it-twaħħil tat-trade mark individwali minn terz huwa pperċepit mill-pubbliku bħala siġill ta’ test, jiġifieri fis-sens li l-prodott ġie mmanifatturat u mqiegħed fis-suq minn terz li ma huwiex taħt il-kontroll tal-proprjetarju tat-trade mark, iżda li l-proprjetarju tat-trade mark ittestja ċerti karatteristiċi ta’ dan il-prodott u fuq il-bażi ta’ dan attribwixxilu ċerta evalwazzjoni li hija msemmija fis-siġill ta’ test,

u t-trade mark individwali hija b’mod partikolari rreġistrata għal “informazzjoni u konsulenza għall-konsumatur fl-għażla ta’ prodotti u servizzi, speċjalment bl-użu ta’ riżultati ta’ testijiet u investigazzjonijiet kif ukoll permezz tal-kwalità”?

2)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fin-negattiv lill-ewwel domanda preliminari:

Hemm użu illegali fis-sens tal-punt (c) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2008/95/KE meta

it-trade marka individwali tgawdi minn reputazzjoni biss bħala siġill ta’ test hekk kif deskritt fl-ewwel domanda u

it-trade marka individwali hija użata minn terz bħala siġill ta’ test?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).

(2)  Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, L 154, p. 1).

(3)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 2008, L 299, p. 25).


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-11 ta’ Diċembru 2017 – PORR Építési Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-691/17)

(2018/C 112/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PORR Építési Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE (1), u b’mod iktar partikolari l-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività, għandhom jiġu interpetati fis-sens li dawn jipprekludu prassi li skontha l-awtorità fiskali ta’ Stat Membru, fil-każ li ma tkun twettqet ebda frodi fiskali, tiċħad, fil-mument li fih tistabilixxi t-taxxa, id-dritt għal tnaqqis li jista’ jiġi eżerċitat abbażi ta’ fattura tal-VAT maħruġa konformement mas-sistema ta’ tassazzjoni ordinarja, peress li tqis li għall-korrettezza, fir-rigward ta’ din it-tranżazzjoni, kellha tinħareġ fattura skont is-sistema ta’ tassazzjoni ta’ inverżjoni tal-ħlas u qabel ma tiċħad dan id-dritt għal tnaqqis hija ma tkunx eżaminat

jekk l-emittenti tal-fattura setax jirrimborsa lid-destinatarju ta’ din tal-aħħar, l-ammont tal-VAT imħallas indebitament, u

jekk l-emittenti tal-fattura setax legalment (skont id-dritt intern tal-Istat Membru) jirrettifikaha biex b’hekk jikseb mingħand l-awtorità fiskali l-irkupru tat-taxxa mħallsa indebitament minnu stess?

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE, u b’mod iktar partikolari l-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività, għandhom jiġu interpetati fis-sens li dawn jipprekludu prassi li skontha l-awtorità fiskali ta’ Stat Membru tiċħad, fil-mument li fih tistabilixxi t-taxxa, id-dritt għal tnaqqis li jista’ jiġi eżerċitat abbażi ta’ fattura tal-VAT maħruġa konformement mas-sistema ta’ tassazzjoni ordinarja, peress li tqis li, għall-korrettezza, fir-rigward ta’ din it-tranżazzjoni, kellha tinħareġ fattura skont is-sistema ta’ tassazzjoni ta’ inverżjoni tal-ħlas u li skontha, fil-mument li fih tistabbilixxi t-taxxa, l-awtorità fiskali ma tkunx iddeċidiet li tirrimborsa lid-destinatarju tal-fattura, it-taxxa mħallsa indebitament minkejja l-fatt li l-emittenti tal-fattura jkun ħallas l-ammont tal-VAT lill-awtorità tal-ġbir tat-taxxi?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Diċembru 2017 – Telecom Italia SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Infrastrutture e telecomunicazioni per l’Italia SpA (Infratel Italia SpA)

(Kawża C-697/17)

(2018/C 112/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Telecom Italia SpA

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Infrastrutture e telecomunicazioni per l’Italia SpA (Infratel Italia SpA)

Domanda preliminari

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2014/24/UE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li din teżiġi identiċità totali kemm legali kif ukoll ekonomika bejn l-operaturi magħżula minn qabel u dawk li jippreżentaw l-offerti fil-kuntest tal-proċedura ristretta u, b’mod partikolari, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi ftehim konkluż bejn il-kumpanniji holding li jikkontrollaw żewġ operaturi magħżula minn qabel f’xi mument bejn l-għażla minn qabel u l-preżentazzjoni tal-offerti meta: a) dan il-ftehim ikollu bħala l-għan u l-effett tiegħu (fost oħrajn) it-twettiq ta’ amalgamazzjoni billi waħda minn dawn l-impriżi magħżula minn qabel tiġi assorbita minn oħra bħalha (tranżazzjoni barra minn hekk awtorizzata mill-Kummissjoni); b) l-effetti tat-tranżazzjoni ta’ amalgamazzjoni jkunu mmaterjalizzaw wara l-preżentazzjoni tal-offerta mill-impriża li assorbiet lill-oħra (li hija r-raġuni li għaliha, fil-mument tal-preżentazzjoni tal-offerta, il-kompożizzjoni tagħha baqgħet inoltrata meta mqabbla ma’ dik eżistenti fil-mument tal-għażla minn qabel); ċ) l-impriża sussegwentement assorbita (li l-kompożizzjoni tagħha baqgħet inoltrata fid-data tal-iskadenza tat-terminu għall-preżentazzjoni tal-offerti) fi kwalunkwe każ tkun irrinunċjat għall-parteċipazzjoni fil-proċedura ristretta, probabbilment sabiex teżegwixxi l-programm kuntrattwali previst fil-ftehim konkluż bejn il-kumpanniji holding?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014 L 94, p. 65).


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Unareti SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico et

(Kawża C-702/17)

(2018/C 112/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Unareti SpA

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Presidenza del Consiglio dei Ministri – Dipartimento per gli Affari Regionali, Autorità Garante per l’Energia Elettrica il Gas e il Sistema Idrico – Sede di Milano, Presidenza del Consiglio dei Ministri – Conferenza Stato Regioni ed Unificata, Ministero per gli affari regionali, Dipartimento per gli affari regionali e le autonomie, Conferenza Unificata Stato Regioni e Enti Locali

Domanda preliminari

B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja qed tintalab tistabbilixxi jekk dawn il-prinċipji u liġijiet jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, kif deskritta hawn fuq, li tipprevedi l-applikazzjoni retroattiva tal-kriterji għad-determinazzjoni tal-ammont tar-rimborsi dovuti lill-ex konċessjonarji, b’effett fuq relazzjonijiet kuntrattwali preċedenti, jew jekk l-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji hijiex iġġustifikata, anki fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, mill-ħtieġa li jiġu protetti l-interessi pubbliċi ta’ importanza Ewropea, li jirrelataw mal-ħtieġa li titjieb il-protezzjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq inkwistjoni u li tingħata protezzjoni ikbar lill-utenti tas-servizz, li jistgħu jbatu, indirettament, l-effetti ta’ żieda eventwali tas-somom dovuti lill-ex konċessjonarji?


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/16


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2017 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-10 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-435/15, Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-709/17 P)

(2018/C 112/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, A. Demeneix, M. França, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd, European Bicycle Manufacturers Association

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-435/15 Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd vs Il-Kummissjoni, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza, u tikkundanna r-rikorrenti għall-ispejjeż;

jew inkella,

tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għall-eżami mill-ġdid; tirriżerva l-ispejjeż tal-kawża fl-ewwel istanza u fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell ippreżentat mill-Kummissjoni jikkonċerna s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-435/15. F’dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali annullat, sa fejn jikkonċerna lil Kolachi Raj, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/776 (1) tat-18 ta’ Mejju 2015 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal fuq importazzjonijiet ta’ roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le.

Il-Kummissjoni tibbaża, insostenn tal-appell tagħha, fuq aggravju wieħed biss.

Il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 13(2)(b) tar-regolament bażiku ta’ antidumping. L-ewwel nett, fis-sentenza kkontestata, il-Qorti Ġenerali użat regoli tal-oriġini fl-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku u fl-interpretazzjoni tal-kelma “minn” użata fl-Artikolu 13(2)(b) tiegħu. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali rristrinġiet b’mod żbaljat it-tip ta’ prova li l-Kummissjoni tista’ tuża biex turi li xi partijiet ġew “mill”-pajjiż suġġett għall-miżuri ta’ antidumping. Il-Kummissjoni tqis li l-interpretazzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali ma hijiex skont it-test, il-kuntest u l-iskop tal-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku, u lanqas skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar miżuri ta’ anti-evażjoni.


(1)  ĠU 2015, L 122, p. 4.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-18 ta’ Diċembru 2017 – CCC – Consorzio Cooperative Costruzioni Soc. Cooperativa vs Comune di Tarvisio

(Kawża C-710/17)

(2018/C 112/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CCC – Consorzio Cooperative Costruzioni Soc. Cooperativa

Konvenut: Comune di Tarvisio

Domanda preliminari

Dispożizzjoni bħal dik fl-Artikolu 53(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tas-16 ta’ April 2006, li tawtorizza l-parteċipazzjoni ta’ impriża li tagħmel użu minn disinjatur ta’ proġett “indikat” li, peress li ma huwiex offerent, ma jistax jinvoka l-kwalità ta’ terz (avvalimento), hija kompatibbli mal-Artikolu 48 tad-Direttiva 2004/18/KE (1)?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-20 ta’ Diċembru 2017 – EN.SA. Srl vs Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso

(Kawża C-712/17)

(2018/C 112/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EN.SA. Srl

Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso

Domandi preliminari

F’sitwazzjoni fejn tranżazzjonijiet meqjusa bħala fittizji ma kkawżawx dannu lit-Teżor Pubbliku u ma taw ebda vantaġġ fiskali lill-persuna taxxabbli, id-dritt nazzjonali, jiġifieri l-applikazzjoni tal-Artikoli 19 (dwar it-tnaqqis) u 21(7) (fatturazzjoni tat-tranżazzjonijiet) tad-decreto del Presidente della Repubblica (id-Digriet tal-President tar-Repubblika) Nru 633, tas-26 ta’ Ottubru 1972, u tal-Artikolu 6(6) tad-decreto legislativo (id-Digriet Leġiżlattiv) Nru 471, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (ksur tal-obbligi fil-qasam tad-dokumenti ta’ kontabbiltà, reġistrazzjoni u individwalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet), huwa konformi mal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, kif elaborati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, peress li l-implementazzjoni simultanja ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt intern tiddetermina:

a)

in-nuqqas ta’ tnaqqis repetut tat-taxxa fuq l-akkwist miċ-ċessjonarju u dan għal kull waħda mit-tranżazzjonijiet kontenzjużi li jinvolvu l-istess suġġett u li għandhom l-istess valur taxxabbli;

b)

l-applikazzjoni tat-taxxa u l-ħlas tagħha miċ-ċedent (u l-esklużjoni tal-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament) għat-tranżazzjonijiet ta’ ċessjoni korrispondenti u paralleli, ukoll ikkunsidrati bħala fittizji;

c)

l-applikazzjoni ta’ multa għal ammont daqs dak tat-taxxa meqjusa li ma titnaqqasx.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/18


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-715/17)

(2018/C 112/24)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Stobiecka-Kuik u G. Wils, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi ma indikatx f’intervalli regolari, jew tal-inqas kull tliet xhur, numru xieraq ta’ applikanti li jistgħu jiġu rrilokati malajr fit-territorju tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja, b’effett mis-16 ta’ Marzu 2016, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u taħt l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 kif ukoll, konsegwentement, l-obbligi ta’ rilokazzjoni oħra li huma previsti fl-Artikolu 5(4) sa (11), taż-żewġ deċiżjonijiet tal-Kunsill imsemmija iktar ’il fuq;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-mekkaniżmu provviżorju ta’ rilokazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ urġenza ġie stabbilit minn żewġ deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati f’Settembru 2015, jiġifieri d-Deċiżjoni (UE) 2015/1523 (1) u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 (2), li skont dawn l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jirrilokaw persuni li għandhom bżonn protezzjoni internazzjonali mill-Italja u mill-Greċja.

Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill jimponu fuq l-Istati Membri l-obbligu li jipproponu postijiet għall-bżonnijiet tar-rilokazzjoni, kull tliet xhur, sabiex jiġi ggarantit il-funzjonament tajjeb tal-proċedura ta’ rilokazzjoni, b’mod ordnat. Minkejja li kważi l-Istati Membri kollha kienu ħadu passi sabiex jiżguraw l-osservanza tal-impenji tagħhom f’din il-kwistjoni, inkluż għar-rilokazzjoni, il-Polonja ma wettqet ebda rilokazzjoni, u minn Diċembru 2015, ma pproponiet ebda post disponibbli għal rilokazzjoni.

Fis-16 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni bdiet proċedura ta’ ksur kontra r-Repubblika tal-Polonja.

Billi qieset li t-tweġiba pprovduta mill-Polonja kienet insodisfaċenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli bl-istadju segwenti tal-proċedura ta’ ksur, billi indirizzat opinjoni motivata lil dan l-Istat fis-26 ta’ Lulju 2017.

Billi qieset it-tweġiba għall-opinjoni motivata wkoll bħala insodisfaċenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta rikors kontra l-Polonja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, minħabba n-nuqqas ta’ osservanza, minn dan l-istess Stat, tal-obbligi legali tiegħu fil-qasam ta’ rilokazzjoni.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 tal-14 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja (ĠU 2015, L 239, p. 146).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tat-22 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja (ĠU 2015, L 248, p. 80).


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/19


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-718/17)

(2018/C 112/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Tokár u G. Wils, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li billi ma kkomunikatx, f’intervalli regolari u mill-inqas kull tliet xhur, in-numru ta’ applikanti li jistgħu jiġi rrilokati b’mod rapidu fit-territorju tagħha, l-Ungerija naqset mill-obbligi tagħha imposti mill-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 u, konsegwentement, naqset mill-obbligi oħra tagħha ta’ rilokazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(4) sa (11) tal-istess deċiżjoni;

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Iż-żewġ deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill f’Settembru 2015, jiġifieri, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 (1) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 (2), jistabbilixxu skema ta’ rilokazzjoni temporanja u ta’ emerġenza, li fil-kuntest tiegħu l-Istati Membri jassumu l-obbligu li jirrilokaw persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali mit-territorji tal-Italja u tal-Greċja.

Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill jobbligaw lill-Istati Membri joffru kull tliet xhur postijiet għall-applikanti li jistgħu jiġi rrilokati, fejn b’dan il-mod jiġi ggarantit ipproċessar rapidu u ordnat tal-proċedura ta’ rilokazzjoni. Minkejja li kważi l-Istati Membri kollha rrilokaw lill-applikanti u assumew obbligi f’dan ir-rigward, l-Ungerija ma adottat ebda tip ta’ miżura sa mill-bidu tal-iskema ta’ rilokazzjoni.

Fis-16 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni bdiet proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra l-Ungerija fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601.

Peress li qieset li t-tweġiba mogħtija mill-Ungerija ma kinitx sodisfaċenti, il-Kummissjoni għaddiet għall-pass sussegwenti tal-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u, fis-26 ta’ Lulju 2017, bagħtet lill-Ungerija avviż motivat.

Peress li qieset li t-tweġiba mogħtija għall-avviż motivat lanqas ma kienet sodisfaċenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex din tiddikjara li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha fil-qasam tar-rilokazzjoni.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 tal-14 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja (ĠU 2015, L 239, p. 146).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tat-22 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja (ĠU 2015, L 248, p. 80).


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/19


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 –Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża T-719/17)

(2018/C 112/26)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková u G. Wils, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

Fir-rikors tagħha indirizzat lill-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1.

tikkonstata li, meta naqset milli tikkomunika f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tliet xhur, in-numru xieraq ta’ applikanti li jistgħu jiġu rrilokati malajr fit-territorju tagħha, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 (1) tal-14 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja, u skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 (2) tat-22 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja, kif ukoll l-obbligi l-oħra relatati mar-rilokazzjoni previsti fl-Artikolu 5(4) sa (11) taż-żewġ deċiżjonijiet tal-Kunsill iċċitati iktar 'il fuq;

2.

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F’Settembru 2015, il-Kunsill adotta programm provviżorju għal rilokazzjonijiet ta’ emerġenza, permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet, jiġifieri d-Deċiżjoni (UE) 2015/1523 u Deċiżjoni (UE) 2015/1601, li skonthom l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jirrilokaw mill-Italja u l-Greċja lil persuni bi ħtieġa ċara ta’ protezzjoni internazzjonali.

Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill jipprevedu l-obbligu għall-Istati Membri li jipproponu postijiet diponibbli għar-rilokazzjoni kull tliet xhur sabiex jiżguraw proċedura ta’ malajr u xierqa ta’ rilokazzjoni. Filwaqt li prattikament l-Istati kollha għamlu rikolkazzjoni u kkonformaw ruħhom mal-impenji tagħhom f’dan il-qasam, minn Awwissu 2016, ir-Repubblika Ċeka ma għamlet l-ebda rilokazzjoni u ġà ikar minn sena lanqas ma pproponiet postijiet ġodda.

Fil-15 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni nediet proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra r-Repubblika Ċeka.

Peress li t-tweġiba ta’ dan l-Istat Membru ma tqisitx sodisfaċenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproċedi għall-istadju li jmiss fil-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu billi adottat opinjoni motivata fis-26 ta’ Lulju 2017.

Peress li t-tweġiba għal din l-opinjoni ma tqisitx sodisfaċenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra r-Repubblika Ċeka għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi fil-qasam ta’ rilokazzjoni.


(1)  ĠU L 239, p. 146.

(2)  ĠU L 248, p. 80.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/20


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2017 minn Il-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-13 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-572/16, Brouillard vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-728/17 P)

(2018/C 112/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mihaylova, G. Gattinara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Alain Laurent Brouillard

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2017, Brouillard vs Il-Kummissjoni (T-572/16);

tiċħad ir-rikors tal-ewwel istanza;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju huwa bbbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żball ta’ liġi u ta’ żnaturament. Dan l-aggravju huwa maqsum fi tliet partijiet u jikkonċerna l-punti 36, 39, 43 sa 56 u 62 u 63 tas-sentenza appellata.

Permezz tal-ewwel parti, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-interpretazzjoni tal-avviż tal-kompetizzjoni. Fil-punti 36, 45, 47-56 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat, minn naħa, li l-aġġettiv “sħiħa”, użat fl-espressjoni “formazzjoni ġuridika sħiħa”, inkluża fl-avviż tal-kompetizzjoni, ma kienx jagħmel riferiment għall-kontenut tad-diploma rikjesta u, min-naħa l-oħra, li l-kelma “korrispondenti”, inkluża fl-espressjoni “diploma korrispondenti tal-inqas għal livell ta’ profiċjenza” , ma kinitx tikkorrispondi mad-diploma iżda għall-formazzjoni. Bl-istess mod, il-Kummissjoni tqis li interpretazzjoni kuntestwali u teleoloġika bl-ebda mod ta’ tapoġġja l-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali, peress li l-interpretazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni għandha ssir fid-dawl tad-deskrizzjoni tal-kompiti tal-postijiet previsti, li, skont l-Anness I tal-avviż tal-kompetizzjoni, kienu kompiti ta’ traduzzjoni li għandhom jitwettqu minn “ġuristi bi kwalifiki għoljin ħafna”.

Permezz tat-tieni parti, il-Kummissjoni tinvoka żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3)(c)(i) tar-Regoli tal-Persunal fil-punti 46-49 u 52-53 tas-sentenza appellata. Il-Kummissjoni tqis li din id-dispożizzjoni tar-Regoli tal-Persunal ma hijiex rilevanti għall-proċeduri ta’ reklutaġġ u, fuq kollox, ma tipprekludix lil amministrazzjoni, waqt l-istabbiliment tal-kontenut ta’ avviż ta’ kompetizzjoni, milli timponi kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni iktar severi mill-kriterji previsti minn dik id-dispożizzjoni. Għall-kuntrarju ta’ dak meqjus mill-Qorti Ġenerali, avviż ta’ kompetizzjoni ma jistax jiġi interpretat fid-dawl ta’ din id-dispożizzjoni tar-Regoli tal-Persunal.

Permezz tat-tielet parti, il-Kummissjoni tinvoka żnaturament tal-kontenut tal-master għal għanijiet professjonali tal-Università ta’ Poitiers u tal-att ta’ kandidatura tar-rikorrent fl-ewwel istanza. Il-Kummissjoni tqis li jirriżulta b’mod manifest minn dawn iż-żewġ provi li r-rikorrent ma kellux diploma, li tirrikonoxxi master 2 fil-liġi ta’ ħames snin ta’ studju, kif rikjest mill-avviż tal-kompetizzoni. Għaldaqstant, il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fil-punti 39 u 43-44, 52-54 tas-sentenza appellata huma żbaljati.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tar-regoli li jirregolaw id-delimitazzjoni tas-setgħat ta’ bord tal-għażla tal-kompetizzjoni waqt il-verifika tal-eżistenza ta’ diploma ta’ kandidat. Dan it-tieni aggravju, li jirrigwarda l-punti 37, 52 u 54-56 tas-sentenza appellata, huwa intiż li jikkontesta r-raġunament tal-Qorti Ġenerali li l-bord tal-għażla għandu jaċetta d-diploma tar-rikorrent fl-ewwel istanza sempliċiment abbażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw l-għoti tad-diploma.

It-tielet aggravju, li jikkonċerna l-punti 39, 44, 47-48, 52, 57-61 tas-sentenza appellata, huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbigu ta’ motivazzjoni safejn il-qorti Ġenerali ma indikatx b’mod suffiċjenti fuq il-bażi ta’ liema elementi tal-fajl, ir-rikorrent fl-ewwel istanza kellu diploma li tippermettilu li jissodisfa l-kundizzjoni rikjesta mill-avviż tal-kompetizzjoni. Barra min hekk, il-Qorti Ġenerali tikkontradixxi lilha nnifisha peress li, filwaqt li ddikjarat li l-formazzjoni ġuridika sħiħa u d-diploma li tirrikonoxxi ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji kienu żewġ konklużjonijiet differenti, hija kkonstatat l-eżistenza ta’ diploma, mingħajr ma indikat liema element seta’ jitqies bħala li jistabblixxi l-eżistenza ta’ formazzjoni ġuridika sħiħa. Fl-aħħar, il-Qorti Ġenerali ma spjegatx b’mod suffiċjenti għaliex, fis-sentenza li ngħatat fil-Kawża T-420/13, li issa kisbet l-awtorità ta’ res judicata, id-diploma tar-rikorrent ġiet irrifjutata fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt ta’ servizzi ta’ traduzzjoni bħala “freelance” għall-amministrazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li din l-istess diploma tista’ issa tiġġustifika li l-istess rikorrenti jinħatar ġurista-lingwista tal-post fid-dipartimenti tat-traduzzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okrazhen sad Blagoevgrad (il-Bulgarija) fis-16 ta’ Jannar 2018 – Bryan Andrew Ker vs Pavlo Postnov, Natalia Postnova

(Kawża C-25/18)

(2018/C 112/28)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Okrazhen sad Blagoevgrad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bryan Andrew Ker

Konvenuti: Pavlo Postnov, Natalia Postnova

Domandi preliminari

1.

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati taħt l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1), id-deċiżjonijiet ta’ soċjetajiet legali li ma għandhomx personalità ġuridika, maħluqa permezz tal-liġi minħabba dritt speċjali ta’ proprjetà fir-rigward ta’ drittijiet partikolari, li jittieħdu permezz ta’ maġġoranza tal-membri ta’ dawn is-soċjetajiet iżda li jorbtu lill-membri kollha, inklużi dawk li ma jkunux ivvotaw, għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu s-sors ta’ “obbligu kuntrattwali”?

2.

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: fir-rigward ta’ tali deċiżjonijiet għandhom jiġu applikati r-regoli dwar id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet kuntrattwali previsti fir-Regolament (KE) Nru 593/2008 (2)?

3.

Fil-każ li r-risposti għall-ewwel u għat-tieni domanda jkunu fin-negattiv: fir-rigward ta’ tali deċiżjonijiet għandhom jiġu applikati r-regoli previsti fir-Regolament (KE) Nru 864/2007 (3) u r-regoli ta’ liema wieħed mis-sorsi ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali msemmija fir-Regolament għandhom jiġu applikati?

4.

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel jew għat-tieni domanda tkun fil-pożittiv: id-deċiżjonijiet ta’ soċjetà legali li ma għandhiex personalità ġuridika dwar spejjeż għall-manteniment ta’ bini għandhom jitqiesu li huma “kuntratt għall-provvista ta’ servizzi” fis-sens tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 593/2008 jew bħala kuntratt relatat ma’ “dritt in rem” jew ma’ “kiri” fis-sens tal-Artikolu 4(1)(ċ) tal-istess regolament?


(1)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU 2008, L 177, p. 6).

(3)  Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”) (ĠU 2007, L 199, p. 40).


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour du travail de Liège (il-Belġju) fit-18 ta’ Jannar 2018 – V vs Institut national d’assurances sociales pour travailleurs indépendants, Securex Integrity ASBL

(Kawża C-33/18)

(2018/C 112/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: V

Konvenuti: Institut national d’assurances sociales pour travailleurs indépendants, Securex Integrity ASBL

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 87(8) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna li, qabel l-1 ta’ Mejju 2010, bdiet teżerċita attività bħala persuna impjegata fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u attività bħala persuna li taħdem għal rasha fil-Belġju, għandha, sabiex tiġi suġġetta għal-leġiżlazzjoni applikabbli skont ir-Regolament 883/2004, tippreżenta talba espressa f’dan is-sens, anki jekk hija ma kienet suġġetta għall-ebda ssuġġettar għat-taxxa fil-Belġju qabel l-1 ta’ Mejju 2010 u kienet suġġetta għal-leġiżlazzjoni Belġjana dwar l-istatus soċjali tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom b’mod retroattiv biss, wara l-iskadenza tat-terminu ta’ tliet xhur li beda jiddekorri fl-1 ta’ Mejju 2010?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, it-talba msemmija fl-Artikolu 87(8) tar-Regolament 883/2004, imressqa fiċ-ċirkustanzi msemmija iktar ’il fuq, twassal għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istat kompetenti skont ir-Regolament 883/2004 b’effett retroattiv mill-1 ta’ Mejju 2010?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fid-19 ta’ Jannar 2018 – Vueling Airlines SA vs Jean-Luc Poignant

(Kawża C-37/18)

(2018/C 112/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vueling Airlines SA

Konvenut: Jean-Luc Poignant

Domandi preliminari

1)

L-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tagħha A Rosa Flussschiff, C-620/15, lill-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71/KEE (1), fil-verżjoni emendata u aġġornata tiegħu bir-Regolament (KE) Nru 118/97 (2), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005 (3), tapplika għal tilwima dwar il-ksur ta’ xogħol mhux iddikjarat li fih iċ-ċertifikati E101 inħarġu skont l-Artikolu 14(1)(a), b’applikazzjoni tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 574/72/KE tal-21 ta’ Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71 (4), filwaqt li s-sitwazzjoni kienet taqa’ taħt l-Artikolu 14(2)(a)(i) għall-persuni impjegati li jeżerċitaw l-attività tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru li huma ċittadini tiegħu u li fih l-impriża ta’ trasport bl-ajru stabbilita fi Stat Membru ieħor għandha fergħa u s-sempliċi qari taċ-ċertifikat E101 li jsemmi ajruport bħala l-post ta’ attività tal-persuna impjegata u impriża tal-ajru bħala l-persuna li timpjega kien jippermetti li jiġi dedott li dan kien inkiseb b’mod frawdolenti?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li qorti nazzjonali, marbuta b’applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tagħha bl-awtorità ta’ res judicata minn qorti kriminali fuq il-qorti ċivili, tislet il-konsegwenzi minn deċiżjoni ta’ qorti kriminali mogħtija b’mod inkompatibbli mar-regoli tad-dritt tal-Unjoni Ewropea billi tikkundanna ċivilment lil persuna li timpjega tħallas danni lil persuna impjegata minħabba s-sempliċi fatt li din il-persuna li timpjega ġiet ikkundannata kriminalment għal xogħol mhux iddikjarat?


(1)  Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-2 ta’ Diċembru 1996 li jemenda u jaġġorna r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3).

(3)  Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità u (KEE) Nru. 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71 (ĠU L 117, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83).


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (il-Belġju) fl-24 ta’ Jannar 2018 – Compagnie d’entreprises CFE SA vs Région de Bruxelles-Capitale

(Kawża C-43/18)

(2018/C 112/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Compagnie d’entreprises CFE SA

Konvenut: Région de Bruxelles-Capitale

Domandi preliminari

1)

Id-deċiżjoni li permezz tagħha korp ta’ Stat Membru jistabbilixxi żona speċjali ta’ konservazzjoni, skont id-Direttiva [tal-Kunsill] 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), li tinkludi għanijiet ta’ konservazzjoni u miżuri preventivi ġenerali ta’ valur leġiżlattiv, tikkostitwixxi pjan jew programm fis-sens tad-Direttiva 2001/42/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001] dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (2)?

2)

B’mod iktar partikolari, tali deċiżjoni hija koperta mill-Artikolu 3(4), bħala pjan jew programm li jiddefinixxi l-qafas li fih l-implementazzjoni tal-proġetti tista’ tiġi awtorizzata fil-futur, b’tali mod li l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk jistax ikollha effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent skont il-paragrafu 5?

3)

L-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti [pjanijiet u programmi] fuq l-ambjent għandu jiġi interpretat fis-sens li din l-istess deċiżjoni hija eskluża mill-applikazzjoni tal-Artikolu 3(4) tagħha?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/25


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-51/18)

(2018/C 112/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Gossement, B.-R. Killmann, Bevollmächtigte)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi kollha tagħha taħt l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-VAT, peress li tintaxxa l-VAT fuq ir-remunerazzjoni dovuta lid-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin::

L-Awstrija tissuġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud, ir-remunerazzjoni dovuta lill-awtur bħala dritt tal-bejgħ mill-ġdid ta’ xogħol oriġinali tal-arti fl-Awstrija, dritt li ġie introdott permezz tal-implementazzjoni tad-Direttiva 2001/84/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti. Għaldaqstant l-Awstrija tikser l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-VAT.

Fil-każ tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid, ma hemm l-ebda relazzjoni ta’ skambju bejn l-awtur u d-debitur. Ir-remunerazzjoni li għandha titħallas lill-awtur mid-dritt tal-bejgħ mill-ġdid tirriżulta mil-liġi, li hija mfassla b’tali mod li l-bejjiegħ – jew min kien involut fil-bejgħ mill-ġdid – għandu jħallas lill-awtur mingħajr ma l-awtur jipprovdi servizzi. Il-provvista ta’ servizz mill-awtur seħħet qabel il-bejgħ mill-ġdid meta fil-fatt l-awtur qiegħed ix-xogħol oriġinali tiegħu għall-ewwel darba fis-suq.

Ir-remunerazzjoni li tirriżulta mid-dritt tal-bejgħ mill-ġdid pagabbli lill-awtur għalhekk ma hijiex ekwivalenti għal kwalunkwe servizz mill-awtur, iżda r-remunerazzjoni hija bbażata biss fuq il-prezz miksub fuq il-bejgħ mill-ġdid, li l-ammont tiegħu ma jistax jiġi influwenzat mill-awtur. L-awtur huwa intitolat għar-remunerazzjoni, mingħajr ma jkollu għalfejn jipprovdi servizz – kemm permezz ta’ teħid ta’ azzjoni jew ta’ ommissjoni – jew li jista’ jirrealizzaha jew a fortiori. Konsegwentement, ir-remunerazzjoni li tirriżulta mid-drittijiet tal-awtur sussegwenti ma hijiex korrispettiv għal provvista jew għal servizz fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-VAT.


(1)  Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju ta’ l-awtur ta’ xogħol oriġinali ta’ l-arti (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 240.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/25


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-61/18)

(2018/C 112/33)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen, K. Walkerová, G. Koleva)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, peress li naqset milli tadotta, sa mhux iktar tard mit-18 ta’ Settembru 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu (1), jew, fi kwalunkwe każ, peress li naqset milli tinnotifika tali liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 15(1) tal-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Bulgarija, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, tħallas pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 14 089,60 għal kull jum b’effett mid-data tal-għoti tas-sentenza li tikkonstata li r-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ruħhom mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva sat-18 ta’ Settembru 2016. Huma għandhom jinnotifikawhom minnufih lill-Kummissjoni. Fl-assenza ta’ notifika tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-direttiva, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

2.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni titlob li r-Repubblika tal-Bulgarija tiġi kkundannata tħallas pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 14 089,60 għal kull jum. L-ammont tal-pagamenti ta’ penalità huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-gravità u tat-tul tal-ksur, kif ukoll fuq il-bażi tal-effett dissważiv u tal-kapaċità ta’ ħlas ta’ dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU 2014, L 257, p. 135.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/26


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-76/18)

(2018/C 112/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen, P. Ondrůšek, M. Noll-Ehlers, Bevollmächtigte)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li l-konvenuta naqset milli twettaq l-obbligi kollha tagħha skont id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist [l-għoti ta’ kuntratti] minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1) peress li naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi necessarji sabiex tikkonforma ruħha ma’ din id-direttiva, jew f’kull każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni;

tikkundanna lill-konvenuta, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 42 377 għal kull jum għall-ksur tal-obbligu tagħha li tikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni;

tikkundanna lill-kovenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 106(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, l-Istati Membri kienu obbligati jadottaw, sa mhux iktar tard mit-18 ta’ April 2016, il-miżuri nazzjonali neċessarji sabiex id-dritt nazzjonali tagħhom ikun konformi mal-obbligi imposti minn din id-direttiva. Peress li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tittrasponi din id-direttiva jew sabiex tinnotifika lill-Kummissjoni b’dawk id-dispożizzjonijiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni qed titlob ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità mir-Repubblika tal-Awstrija ta’ EUR 42 377 għal kull jum. L-ammont tal-pagamenti ta’ penalità ġie kkalkolat fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-gravità u tat-tul tal-ksur kif ukoll tal-effett dissważiv skont il-kapaċitajiet finanzjarji ta’ dak l-Istat Membru.


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 243.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/27


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-77/18)

(2018/C 112/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Noll-Ehlers, P. Ondrůšek u G. von Rintelen, Bevollmächtigte)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2014/24/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku [dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, peress li naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi necessarji sabiex tittrasponi din id-direttiva, jew billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 42 377 għal kull jum għall-ksur tal-obbligu tagħha li tikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2014/24/UE, l-Istati Membri kienu obbligati jadottaw, sa mhux iktar tard mit-18 ta’ April 2016, il-miżuri nazzjonali neċessarji sabiex id-dritt nazzjonali tagħhom ikun konformi mal-obbligi imposti minn din id-direttiva. Peress li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tittrasponi din id-direttiva jew sabiex tikkomunika lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni qed titlob pagamenti ta’ penalità mir-Repubblika tal-Awstrija ta’ EUR 42 377 għal kull jum. L-ammont tal-pagamenti ta’ penalità ġie kkalkolat fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-gravità u tat-tul tal-ksur kif ukoll tal-effett dissważiv skont il-kapaċitajiet finanzjarji ta’ dak l-Istat Membru.


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 65.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/28


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-79/18)

(2018/C 112/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen, P. Ondrůšek, M. Noll-Ehlers, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (1) peress li naqset milli tadotta – bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 46 u 47 fil-Bundesländer ta’ Vjenna, Steiermark u Kärnten – il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi necessarji sabiex tittrasponi din id-direttiva, jew li ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

tikkundanna lill-konvenuta, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 52 972 għal kull jum għall-ksur tal-obbligu tagħha li tikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 51(1) tad-Direttiva 2014/24/UE, l-Istati Membri kienu obbligati jadottaw, sa mhux iktar tard mit-18 ta’ April 2016, il-miżuri nazzjonali neċessarji sabiex id-dritt nazzjonali tagħhom ikun konformi mal-obbligi imposti minn din id-direttiva. Peress li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tittrasponi din id-direttiva jew sabiex tikkomunika lill-Kummissjoni dawn id-dispożizzjonijiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni qiegħda titlob pagamenti ta’ penalità mir-Repubblika tal-Awstrija ta’ EUR 52 972 għal kull jum. L-ammont tal-pagamenti ta’ penalità ġie kkalkolat b’teħid inkunsiderazzjoni tal-gravità u tat-tul tal-ksur kif ukoll tal-effett dissważiv skont il-kapaċitajiet finanzjarji ta’ dak l-Istat Membru.


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 1.


Il-Qorti Ġenerali

26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2018 – POA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-74/16) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jikkonċernaw l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ isem skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 - Dokumenti li joriġinaw mill-Kummissjoni - Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru - Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 - Rifjut ta’ aċċess - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji - Portata tal-kontroll imwettaq mill-istituzzjoni u tal-istħarriġ imwettaq mill-qorti tal-Unjoni fuq il-motivi ta’ oppożizzjoni invokati mill-Istat Membru”))

(2018/C 112/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pagkyprios organismos ageladotrofon (POA) Dimosia Ltd (Latsia, Ċipru) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni Ares(2015)5632670 tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2015 li tiċħad l-applikazzjoni konfermatorja sottomessa permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Settembru 2015, li fiha r-rikorrenti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3 p. 331), talbet aċċess għal dokumenti li jikkonċernaw, minn naħa, l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni CY/PDO/0005/01243 ta’ “Halloumi” bħala denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP), skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU 2012 L 343, p. 1), u, min-naħa l-oħra, l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni preċedenti CY/PDO/0005/00766 ta’ “Halloumi” bħala DOP.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pagkyprios organismos ageladotrofon (POA) Dimosia Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 145, 25.4.2016.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2018 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Marpefa (Vieta)

(Kawża T-879/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Vieta - Użu ġenwin tat-trade mark - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti - Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Awtorità ta’ res judicata”])

(2018/C 112/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Marpefa, SL (Barċellona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 1010/2016-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Sony Computer Entertainment Europe Ltd u Marpefa,

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 1010/2016-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Sony Computer Entertainment Europe Ltd u Marpefa, SL hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 53, 20.2.2017.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2018 – Institute for Direct Democracy in Europe vs Il-Parlament

(Kawża T-118/17) (1)

((“Dritt istituzzjonali - Parlament Ewropew - Deċiżjoni li jingħata sussidju lil fondazzjoni politika għas-sena finanzjarja 2017 u li tipprevedi l-prefinanzjament b’rata ta’ 33 % tal- ammont massimu tas-sussidju u l-obbligu li tingħata garanzija bankarja ta’ prefinanzajment - Rikors għal anmnullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ imparzjalità - Drittijiet tad-difiża - Regolament Finanzjarju - Regoli li jimplementaw ir-Regolament Finanzjarju - Regolament (KE) Nru 2004/2003 - Proporzjonalità”))

(2018/C 112/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Institute for Direct Democracy in Europe ASBL (IDDE) (il-Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Plasschaert u É. Montens, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew FINS-2017-28, tal-15 ta’ Diċembru 2016, dwar l-għoti ta’ sussidju lir-rikorrent, sa fejn din id-deċiżjoni tissospendi l-ħlas tal-imsemmi sussidju għas-sena finanzjarja 2017 u sa fejn tillimita l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju suġġett għall-għoti ta’ garanzija bankarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Institute for Direct Democracy in Europe ASBL (IDDE) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll sostnuti mill-Parlament Ewropew, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 121, 18.4.2017.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2018 – Campailla vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża T-759/16) (1)

(“Rikors għad-danni - Dritt istituzzjonali - Responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea - Deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Ġenerali u mill-Qorti tal-Ġustizzja - Rikors miċħud mill-Qorti Ġenerali bħala inammissibbli - Appell miċħud bħala inammissibbli minħabba nuqqas ta’ rappreżentanza - Rikors manifestament inammissibbli”)

(2018/C 112/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Massimo Campailla (Holtz, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Konvenuta: L-Unjoni Ewropea irrappreżentanta mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Inghelram u L. Tonini Alabiso, sussegwentement J. Inghelram u V. Hanley-Emilsson, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba d-digriet tas-6 ta’ Ottubru 2011, Campailla vs Il-Kummissjoni (C-265/11 P, mhux ippubblikat, EU:C:2011:644).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Massimo Campailla għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 78, 13.3.2017.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – ExpressVPN vs EUIPO (EXPRESSVPN)

(Kawża T-265/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva EXPRESSVPN - Raġuni assoluta għal rifjut - Talba għal bidla - Kap ta’ talbiet uniku - Inammissibbiltà”))

(2018/C 112/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ExpressVPN Ltd (Glen Vine, Il-Gżira ta’ Man) (rappreżentant: A. Muir Wood, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Frar 2017 (Każ R 1352/2016-5), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea Nru 1265562 tat-trade mark figurattiva EXPRESSVPN.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ExpressVPN hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 202, 26.6.2017.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/32


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2018 – Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-14/18)

(2018/C 112/42)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, E. Leftheriotou u E. Chroni)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, safejn din teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċerti spejjeż sostnuti mir-Repubblika Ellenika fil-qasam tal-għajnuna diretta matul is-sena tat-talba 2014 u li jirrappreżentaw 5 % tal-ammont totali tal-ispejjeż sostnuti għall-finijiet ta’ għajnuna għall-artijiet agrikoli, f’ammont gross ta’ EUR 18 583 893,42 (ammont nett ta’ EUR 12 482 555,68);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-Rpeubblika Ellenika.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-korrezzjoni finanzjarja kkontestata ta’ 5 % għall-għajununa għas-superfiċji tal-artijiet agrikoli, ġiet imposta mingħajr raġuni, hija msejsa fuq żball fattwali u tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1) u tal-Artikolu 53(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni […] (ĠU 2013, L 347, p. 549), konġuntement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12(1) sa (6) u 8 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU 2014, L 255, p. 18), kif ukoll fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-linji gwida inklużi fid-dokumenti VI533097 u C(2015) 3675 finali tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ġunju 2015. Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika tinvoka il-kumulu mhux awtorizzat ta’ korrezzjoni doppja għall-istess raġuni, kif ukoll ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/33


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-19/18)

(2018/C 112/43)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, R. Krasuckaitė, R. Dzikovič, G. Taluntytė, V. Vasiliauskienė, M. Palionis u A. Dapkuvienė)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

1.

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2014 tat-8 ta’ Novembru 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), sa fejn tipprevedi l-impożizzjoni, fuq il-Litwanja, ta’ korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 9 745 705,88 fir-rigward tal-infiq marbut mal-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali;

2.

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2014 tat-8 ta’ Novembru 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), sa fejn tipprevedi l-impożizzjoni, fuq il-Litwanja, ta’ korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 546 351,91 fir-rigward tal-infiq marbut mal-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali;

3.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

I.

Billi imponiet korrezzjoni ta’ EUR 9 745 705,88 għal nuqqas f’kontrolli ewlenin, il-Kummissjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Kummissjoni”) kisret l-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 sa fejn, meta ddeċidiet dwar il-gravità tan-nuqqas ta’ konformità, dwar in-natura tal-ksur u dwar id-dannu finanzjarju kkawżat lill-Unjoni Ewropea u:

1.

billi bbażat ruħha fuq interpretazzjoni inkorretta tal-Artikolu 24(1) u (2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011, b’mod żbaljat hija kkonkludiet li l-evalwazzjonijiet tal-eliġibbiltà tal-applikanti mwettqa fil-Litwanja huma insuffiċjenti peress li:

1.1

il-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet Litwani fir-rigward tar-rabta bejn impriża u impriża konnessa jew impriża msieħba li tinsab barra l-pajjiż ma kinux magħmula bir-reqqa meħtieġa għall-għan li l-istatus tal-applikanti jiġi kkonfermat bħala dak ta’ impriżi żgħar jew ta’ daqs medju;

1.2

fil-Litwanja, il-monitoraġġ ta’ proġetti rrikonoxxuti bħala riskjużi minħabba suspett ta’ kundizzjonijiet artifiċjali huwa ineffettiv;

2.

billi bbażat ruħha fuq interpretazzjoni inkorretta tal-Artikolu 24(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011, b’mod żbaljat hija kkonkludiet li l-kwalità tal-kontrolli mwettqa fil-Litwanja tan-natura raġonevoli tal-ispejjeż kienet insuffiċjenti;

3.

billi bbażat ruħha fuq interpretazzjoni inkorretta tal-Artikolu 26(1)(d) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011, b’mod żbaljat ikkonkludiet li s-sistema ta’ kontrolli fuq il-post applikata fil-Litwanja hija insuffiċjenti;

4.

billi bbażat ruħha fuq interpretazzjoni inkorretta tal-Artikolu 24(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011, b’mod żbaljat hija kkonkludiet li l-oġġetti akkwistati f’wieħed mill-proġetti li ġew ikkontrollati kienu essenzjalment użati għal għanijiet differenti minn dawk tal-proġett.

II.

Billi imponiet korrezzjoni ta’ EUR 546 351,91 għal nuqqas f’kontrolli ewlenin u anċillari, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 sa fejn, meta ddeċidiet dwar il-gravità tan-nuqqas ta’ konformità, dwar in-natura tal-ksur u dwar id-dannu finanzjarju kkawżat lill-Unjoni Ewropea:

1.

hija naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-kalkoli mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Litwanja f’dak li jikkonċerna d-dannu finanzjarju kkawżat lill-Unjoni Ewropea li huwa konness ma’ diverġenzi tas-sistema ta’ penalità li jirrigwardaw ksur fir-rigward tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni ta’ annimali u li ma hemmx provvediment għalihom fil-miżuri rilevanti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tas-sena ta’ talba 2014;

2.

hija naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-kalkoli mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Litwanja fir-rigward tad-dannu finanzjarju kkawżat lill-Unjoni Ewropea li huwa konness ma’ evalwazzjoni klementi wisq tan-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali, fir-rigward tas-sena ta’ talba 2014;

3.

ukoll billi bbażat ruħha fuq interpretazzjoni inkorretta tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, b’mod żbaljat hija kkonkludiet li fil-Litwanja l-analiżi tar-riskju ma kinitx tikkonforma ma’ dak ir-regolament peress li l-fatturi ta’ riskju marbuta mal-annimali ma kinux inklużi fiha;

4.

ukoll billi bbażat ruħha fuq interpretazzjoni inkorretta tal-Artikolu 84 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, b’mod żbaljat hija kkonkludiet li l-monitoraġġ imwettaq fil-Litwanja tar-riżultati ta’ kontrolli ma kienx jikkonforma ma’ dak ir-regolament, peress li l-istatistika kienet ipprovduta mingħajr osservanza sħiħa tal-mudelli tal-Kummissjoni.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/34


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2018 – CV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-20/18)

(2018/C 112/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CV (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-15 u tal-20 ta’ Marzu 2017 u tat-18 ta’ Ottubru 2017;

talloka lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 1 475 bħala dannu materjali flimkien mal-interessi legali bir-rata ta’ 2,25 %, ikkalkolati mill-ħlas ta’ din is-somma, inkella mill-jum li ġie ppreżentat l-ilment, inkella mill-jum tat-tressiq tar-rikors, kif ukoll l-ammont ta’ EUR 1 bħala dannu morali;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-irregolarità tal-proċedura amministrattiva li ppreċediet l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet kontenzjużi, inkluż quddiem il-Kumitat Mediku, li permezz tagħhom it-talba għar-rikonoxximent li l-marda tar-rikorrent hija kkaġunata mix-xogħol ġiet miċħuda u ċerti spejjeż u onorarji tal-membri tal-Kumitat Mediku ġew attribwiti lilha.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq minn tabib fir-rapporti tiegħu.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjonijiet ikkontestati.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/35


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-26/18)

(2018/C 112/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Alabrune, D. Colas, A.-L. Desjonquères u S. Horrenberger, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017)7263 finali tat-8 ta’ Novembru 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), innotifikata lill-Gvern Franċiż fid-9 ta’ Novembru 2017, inkwantu:

tinkludi korrezzjoni ta’ EUR 2 246 700 minħabba t-teħid inkunsiderazzjoni tal-partikolaritajiet topografiċi fil-kuntest tal-KAAT allegatament mhux konformi, f’dak li jikkonċerna id-“Defiċjenzi fis-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula agrikoli (LPIS)” għas-snin tat-talba 2013 u 2014;

tinkludi korrezzjoni f’somma f’daqqa dwar l-artijiet kollha li jinkludu tal-inqas żona kkwalifikata bħala “landes et parcours” u mhux biss fuq iż-żoni kkwalifikati bħala “żoni ineliġibbli (‘landes et parcours’)” għas-snin tat-talba 2013 u 2014;

f’dak li jikkonċerna l-“[Iż]ball l-Aktar Probabbli FAEŻR SIAK – 2014-2020” fil-kuntest tal-investigazzjoni CEB/2016/047, u

tapplika korrezzjoni f’somma f’daqqa ta’ 100 % għad-dipartimenti ta’ Haute-Corse għas-snin tat-talba 2013-2014, f’dak li jikkonċerna is-“Sistema ta’ kontroll defiċjenti ħafna, Korsika”;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(1) u l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet tali ksur billi kkunsidrat, minn naħa, li elementi bħall-spuntar ta’ blat, għadajjar jew boskijiet żgħar, previsti mil-leġiżlazzjoni Franċiża ma humiex kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin (KAAT) u, min-naħa l-oħra, li dawn id-dispożizzjonijiet jimponu l-protezzjoni individwali ta’ kull element tal-pajsaġġ u, konsegwentement, li dawn l-elementi ma setgħux jiġu inklużi fis-superfiċi totali tal-artijiet agrikoli.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tikkunsidra li, għalkemm il-kawża tikkonċerna biss iż-żoni kkwalifikati bħala “landes et parcours”, il-Kummissjoni adottat korrezzjoni bbażata fuq l-artijiet tal-fajl kollha billi inkludiet tali żoni, inkluż għalhekk fuq il-parti minn dawn l-artijiet li ma humiex tali żoni, u fi kwalunkwe każ injorat iċ-ċifri mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-argument li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq data li kkunsidrat bi ksur tal-Artikolu 6(1) u tal-Anness III tar-Regolament Nru 73/2009 iċċitat iktar 'il fuq, sabiex tagħmel korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 13 127 243,30 f’dak li jikkonċerna l-perijodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 tal-FEAŻR (ir-“RŻR 3”).

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni f’dak li jikkonċerna s-“Sistema ta’ kontroll defiċjenti ħafna, Korsika” għas-snin tat-talba 2013 u 2014 fid-deċiżjoni kkontestata, sa fejn il-Kummissjoni tapplika korrezzjoni f’somma f’daqqa ta’ 100 % għad-dipartiment ta’ Haute-Corse.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/36


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Planet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-29/18)

(2018/C 112/46)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Planet (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni li permezz tagħha din ċaħdet taċitament it-talba tar-rikorrent sabiex ikollha aċċess għad-dokumenti tas-sejħa għal offerti li tirrigwarda l-proġett EuropeAid/137681/IH/SER/ROC/4; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, Planet titlob l-annullament tad-deċiżjoni taċita tal-Kummissjoni, li permezz tagħha din ċaħdet it-talba ta’ Planet sabiex ikollha aċċess, bis-saħħa tar-Regolament Nru 1049/2001, għad-dokumenti li jirrigwardaw il-proċedura ta’ kuntratt numru EuropeAid/137681/IH/SER/ROC/4.

Planet issostni li d-deċiżjoni ta’ ċaħda taċita tal-Kummissjoni għandha tiġi annullata, għar-raġuni li hija ma fihiex motivazzjoni, li hija obbligatorja fid-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 296 TFUE u li tikkostitwixxi rekwiżit formali essenzjali għall-atti tal-Unjoni.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/36


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2018 – Izuzquiza u Semsrott vs Frontex

(Kawża T-31/18)

(2018/C 112/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Luisa Izuzquiza (Madrid, Spanja) u Arne Semsrott (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hilbrans u R. Callsen, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Frontex tal-10 ta’ Novembru 2017 (referenza: CGO/LAU/18911c/2017) li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għall-isem, għall-bandiera u għat-tip ta’ kull bastiment stazzjonat mill-Frontex fil-Mediterran Ċentrali taħt l-Operazzjoni Konġunta Triton fil-perijodu ta’ mill-1 ta’ Ġunju 2017 sat-30 ta’ Awwissu 2017, it-tnejn inklużi;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż ta’ kull intervenjent, anki jekk ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Frontex kisret ir-Regolament Nru 1049/2001 (1) billi naqset milli twettaq eżami individwali ta’ kull dokument mitlub sabiex tevalwa jekk l-eċċezzjoni invokata kinitx applikabbli.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Frontex kisret l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) ta’ dan ir-regolament, li jirrigwarda s-sigurtà pubblika, għaliex parti deċiżiva tar-raġunijiet mogħtija sabiex tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni hija żbaljata fil-fatt: bastimenti stazzjonati għall-operazzjoni ma jistgħux jiġu intraċċati permezz ta’ mezzi aċċessibbli għall-pubbliku.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Frontex kisret l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) ta’ dan ir-regolament, li jirrigwarda s-sigurtà pubblika, għaliex ir-raġunijiet mogħtija sabiex tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni ma jqisux il-fatt li r-rikorrenti talbu biss informazzjoni dwar bastimenti li kienu ġew stazzjonati fil-passat.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Frontex kisret l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) ta’ dan ir-regolament, li jirrigwarda s-sigurtà pubblika, għaliex il-konvenuta ma qisitx – u ma weġbitx għal dan l-argument imressaq mir-rikorrenti – li parti mill-informazzjoni mitluba kienet diġà ġiet ippubblikata fuq Twitter fir-rigward ta’ xi wħud mill-bastimenti stazzjonati taħt l-Operazzjoni Konġunta Triton fl-2017 u informazzjoni paragunabbli fir-rigward ta’ bastimenti stazzjonati taħt l-Operazzjoni Konġunta Triton fl-2016 kienet diġà ġiet ippubblikata.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Frontex kisret l-Artikolu 4(6) ta’ dan ir-regolament għaliex anki jekk ir-riskju – li fil-fatt ma jeżistix – li netwerks kriminali jevitaw is-sorveljanza mal-fruntiera jkun preżunt veru, dan jista’ possibbilment biss jiġġustifika r-rifjut ta’ informazzjoni dwar l-isem tal-bastimenti stazzjonati iżda mhux dwar it-tip tagħhom u dwar il-bandiera tagħhom.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Frontex kisret l-Artikolu 4(6) ta’ dan ir-regolament billi ma kkunsidratx li tagħti aċċess parzjali għall-informazzjoni mitluba, anki jekk l-informazzjoni dwar xi wħud mill-bastimenti kienet diġà ġiet ippubblikata.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/37


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2018 – Pracsis u Conceptexpo Project vs Il-Kummissjoni u EACEA

(Kawża T-33/18)

(2018/C 112/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Pracsis SPRL (Brussell, il-Belġju) u Conceptexpo Project (Wavre, il-Belġju) (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati li jagħtu lil Cecoforma l-kuntratt qafas tas-sejħa għal offerti EACEA/2017/01 kif ukoll il-kuntratt iffirmat bejn EACEA u Cecoforma;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea u lill-EACEA jħallsu in solidum is-somma ta’ miljun euro lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-obbligu ta’ trasparenza.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-obbligu ta’ motivazzjoni u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/38


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2018 – VF vs BĊE

(Kawża T-39/18)

(2018/C 112/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: VF (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors odjern bħala ammissibbli u fondat;

tannulla ir-rapport ta’ evalwazzjoni 2016 tar-rikorrent u l-annual salary and bonus review tiegħu (“ASBR”), tal-24 ta’ Mejju 2017 u nnotifikati l-sistess jum;

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tat-13 ta’ Settembru 2017 li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għar-reviżjoni amministrattiva tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu tal-2016 u tal-ASBR;

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-20 ta’ Diċembru 2017, innotifikata lir-rikorrenti fil-21 ta’ Diċembru 2017, li tiċħad l-ilment li huwa ppreżenta kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu tal-2016 u kontra l-ASBR;

tannulla d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konverżjoni tal-kuntratt tar-rikorrent tas-6 ta’ Marzu 2017;

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tas-7 ta’ Lulju 2017 li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għar-reviżjoni amministrattiva tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konverżjoni tal-kuntratt tiegħu;

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-15 ta’ Novembru 2017, innotifikata lir-rikorrent fil-21 ta’ Novembru 2017, li tiċħad l-ilment li huwa ppreżenta kontra in-nuqqas ta’ konverżjoni tal-kuntratt tiegħu;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni morali u materjali suniti mir-rikorrent; u

tikkundanna lill-konvenut għad-danni subiti mir-rikorrent fil-kuntest tar-rikors odjern.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-ħames motivi li ġejjin:

1.

fir-rigward tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konverżjoni

illegalità tal-linja politika ta’ konverżjoni: ksur tal-Artikolu 10(c) tal-kundizzjonjiet tal-impjieg tal-persunal tal-BĊE (“CdE”) u tal-Artikolu 2.0 tar-Regolamenti tal-Persunal u ksur tal-ġerarkija tar-regoli;

illegalità: l-Artikolu 10(c) taċ-CdE u l-Artikolu 2.0 tar-Regolamenti tal-Persunal jiksru d-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 (1) dwar il-ftehim qafas CES, UNICE u CEEP dwar ix-xogħol għal żmien determinat, u l-premessa 6 tal-ftehim qafas CES, UNICE u CEEP dwar ix-xogħol għal żmien determinat;

id-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konverżjoni ġiet adottata abbażi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni u ta’ ASBR illegali.

2.

Fir-rigward tar-rapport ta’ evalwazzjoni:

irregolarità proċedurali u assenza ta’ djalogu;

ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u dmir ta’ premura, u assenza ta’ informazzjoni;

żball manifest ta’ evalwazzjoni.

3.

Fir-rigward tad-deċiżjoni ASBR:

illegalità tal-linji gwida tal-ASBR, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali;

assenza debita spjegazzjoni fir-rigward tal-kuntest tal-korrispettiv salarjali tar-rikorrent, assenza ta’ trasparenza u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni;

żball manifest ta’ evalwazzjoni.


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/39


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2018 – Teollisuuden Voima vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-52/18)

(2018/C 112/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Teollisuuden Voima Oyj (Eurajoki, il-Finlandja) (rappreżentanti: M. Powell, solicitor, Y. Utzschneider u K. Struckmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017)3777 finali mogħtija fid-29 ta’ Mejju 2017 li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE l-konċentrazzjoni li tikkonċerna x-xiri minn EDF tal-impriża New NP (Każ COMP/M.7764-EDF/Areva reactor business) (ĠU 2017, C 377, p. 5); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni manifesti li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata u li jirrigwardaw id-definizzjoni tas-suq ta’ prodotti li jikkonċernaw l-assemblaġġ ta’ kombustibbli nukleari.

Fid-dawl ta’ dawn l-iżbalji, id-deċiżjoni kkontestata waslet għall-konklużjoni żbaljata li, fi ħdan is-suq tal-assemblaġġ tal-kombustibbli intiż għar-reatturi tat-tip reattur bl-ilma ppressurizzat, ma jeżisti ebda suq distint li jikkonċerna l-assemblaġġ ta’ kombustibbli intiż għar-reatturi tat-tip reattur bl-ilma ppressurizzat Ewropew. Fid-dawl tal-iżbalji mwettqa fid-definizzjoni tas-suq, id-deċiżjoni kkontestata ma evalwatx l-effetti tax-xiri minn EDF tal-impriża ta’ reatturi nukleari tal-grupp Areva (iktar ’il quddiem l-“Operazzjoni”), fuq dan is-suq ta’ prodotti iktar dejjaq.

Barra minn hekk, l-eżami fil-fond tal-iktar suq estiż tal-assemblaġġ ta’ kombustibbli intiżi għar-reatturi bl-ilma ppressurizzat huwa vvizzjat bi żbalji ta’ evalwazzjoni supplimentari.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni manifesti li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata u li jirrigwardaw id-definizzjoni tas-suq ta’ prodotti għas-servizzi nukleari.

Minħabba dawn l-iżbalji, id-deċiżjoni kkontestata waslet għall-konklużjoni żbaljata li fi ħdan is-suq tas-servizzi nukleari intiżi għan-nuclear steam supply systems (sistemi ta’ ġenerazzjoni ta’ fwar, iktar ’il quddiem in-“NSSS”) eżistenti, ma jeżistix suq ta’ prodotti distinti għal dawn is-servizzi meta dawn ikunu intiżi għar-reatturi tat-tip reattur bl-ilma ppressurizzat Ewropew. Fid-dawl tal-iżbalji mwettqa fid-definizzjoni tas-suq, id-deċiżjoni kkontestata ma evalwatx l-effetti tal-Operazzjoni fuq dan is-suq ta’ prodotti iktar dejjaq.

Barra minn hekk, l-eżami fil-fond tas-suq iktar estiż tas-servizzi nukleari intiżi għan-NSSS eżistenti huwa vvizzjat bi żbalji ta’ evalwazzjoni supplimentari.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni manifesti li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata u li jirrigwardaw id-definizzjoni tas-suq ġeografiku tas-suq, downstream, tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-elettriku bl-ingrossa.

Din id-definizzjoni żbaljata tas-suq ġeografiku wasslet għal żbalji supplimentari fl-evalwazzjoni tal-effetti tal-Operazzjoni.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/40


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2018 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-53/18)

(2018/C 112/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, u M. Winkelmüller, F. van Schewick u M. Kottmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1995 tas-6 ta’ Novembru 2017 dwar iż-żamma f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard armonizzat EN 13341:2005 + A1:2011 dwar tankijiet statiċi termoplastiċi għall-ħażna ’l fuq mill-art ta’ żjut tat-tisħin domestiċi, pitrolju u fjuwils tad-diżil f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2017, L 288, p. 36)

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1996 tas-6 ta’ Novembru 2017 dwar iż-żamma f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard armonizzat EN 12285-2:2005 dwar tankijiet tal-azzar maħdumin fil-ħanut tax-xogħol skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2017, L 288, p. 39) kif ukoll

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE. Id-deċiżjonijiet ikkontestati ma jiħdux inkunsiderazzjoni l-kwistjoni ċentrali skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 (1), dwar jekk l-istandards armonizzati kkonċernati humiex konformi mal-mandat korrispondenti u jekk dawn l-istandards jistgħux jiggarantixxu l-osservanza tar-rekwiżiti fundamentali applikabbli għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Isegwi li la r-rikorrenti u lanqas il-Qorti Ġenerali ma huma f’pożizzjoni li jevalwaw fuq liema kunsiderazzjonijiet essenzjali ta’ liġi u ta’ fatt bbażat ruħha fuqhom il-konvenuta.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur ta’ dispożizzjonijiet sostantivi tar-Regolament (UE) Nru 305/2011

L-ewwel nett, id-deċiżjonijiet ikkontestati jiksru l-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Kuntrarjament għal dawn id-dispożizzjonijiet, il-konvenuta tidher li ma eżaminatx sa fejn l-istandards armonizzati kkonċernati huma konformi mal-mandati korrispondenti. Isegwi li hija naqset milli tikkunsidra li tali konformità effettivament ma teżistix.

It-tieni nett, id-deċiżjonijiet ikkontestati jiksru l-Artikolu 18(2) moqri flimkien mal-Artikolu 3(1) u (2) kif ukoll mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Il-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-istandards armonizzati kkontestati ma jinkludux metodi u kriterji ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni korrispondenti għall-karatteristiċi essenzjali tagħhom dwar ir-reżistenza mekkanika u l-istabbiltà strutturali kif ukoll ir-reżistenza għall-frammentazzjoni jew il-kapaċità tat-tagħbija ta’ tankijiet għal użu, previsti mill-kamp ta applikazzjoni tal-istandards fiż-żoni ta’ terremoti u ta’ għargħar u li għalhekk huma insuffiċjenti fir-rigward ta’ tliet karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni u li bħala konsegwenza dan jipperikola l-osservanza tar-rekwiżiti fundamentali applikabbli għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.

It-tielet nett, il-konvenuta wettqet żball ta’ evalwazzjoni sa fejn, kuntrarjament għall-Artikolu 18(2) tar-Regolament Nru 305/2011, ċaħdet bħala inammissibbli ż-żieda ta’riżerva mitluba mir-rikorrenti għall-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandards armonizzati kkontestati.

Fl-aħħar nett, fl-adozzjoni tal-atti kkontestati, il-konvenuta kienet wettqet żball ta’ evalwazzjoni ieħor sa fejn ċaħdet it-talba sussidjarja tar-rikorrenti għat-tħassir tar-referenza ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-istandards ikkonċernati billi rreferiet għal possibbiltà, skont il-Kummissjoni, ta’limitazzjoni jew ta’ projbizzjoni mill-Istati Membri.


(1)  Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU 2011 L 88, p. 5).


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/41


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2018 – Mahr vs EUIPO – Especialidades Vira (Xocolat)

(Kawża T-58/18)

(2018/C 112/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ramona Mahr (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Rohracher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Especialidades Vira, SL (Martorell, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Xocolat” –Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 335 574

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 541/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 1001/2017.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/42


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2018 – Endoceutics vs EUIPO – Merck (FEMIVIA)

(Kawża T-59/18)

(2018/C 112/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Endoceutics, Inc. (Quebec, Quebec, il-Kanada) (rappreżentant: M. Wahlin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea“FEMIVIA” Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 148 986

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 280/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-EUIPO u l-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) Regolament Nru 2017/1001.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/42


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2018 – Pobelte vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-67/18)

(2018/C 112/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Probelte, SA (Murcia, Spanja) (rappreżentanti: C. Mereu u S. Saez Moreno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2065 tat-13 ta’ Novembru 2017 li jikkonferma l-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva 8-idrossikwinolina, kif stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 540/2011 u li jimmodifika r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 fir-rigward tal-inklużjoni tas-sustanza attiva 8-idrossikwinolina fil-lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni (1) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret id-drittijiet tad-difiża tagħha kif ukoll l-aspettattivi leġittimi tagħha billi adottat id-deċiżjoni kkontestata li tiċħad it-talba tagħha sabiex jinbidlu l-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanza 8-idrossikwinolina u billi inkludiet din is-sustanza fil-lista ta’ sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni.

B’mod iktar speċifiku, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata għall-motivi segwenti:

1.

Iċ-ċaħda tat-talba sabiex jinbidlu l-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanza 8-idrossikwinolina skont ir-Regolament (EU) Nru 540/2011 (2).

Drittijiet tad-difiża: il-konvenuta ma ssuġġettatx għal evalwazzjoni bejn il-pari d-data l-ġdida li r-rikorrenti kienet awtorizzata espliċitament tippreżenta fil-kuntest tal-proċedura ta’ bidla li tikkonċerna s-sustanza 8-idrossikwinolina skont ir-Regolament Nru 1107/2009 (3). B’hekk, il-konvenuta ċaħdet lir-rikorrenti mid-dritt tagħha li tesponi l-opinjoni tagħha b’mod korrett u effettiv. Bl-istess mod, il-konvenuta inkludiet is-sustanza 8-idrossikwinolina fil-lista ta’ sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni mingħajr ma ħadet debitament inkunsiderazzjoni d-data l-ġdida tar-rikorrenti dwar il-provi kliniċi.

Aspettattivi leġittimi: il-konvenuta ma ssuġġettatx għal evalwazzjoni bejn il-pari d-data l-ġdida li r-rikorrenti kienet awtorizzata espliċitament tippreżenta fil-kuntest tal-proċedura ta’ bidla li tikkonċerna s-sustanza 8-idrossikwinolina skont ir-Regolament Nru 1107/2009, minkejja li kienet informat lir-rikorrenti li dan kien ser ikun il-każ. B’hekk, il-konvenuta kisret l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti li d-data l-ġdida tagħha kienet ser tiġi suġġetta għal evalwazzjoni bejn il-pari mill-Istati Membri kollha.

Żball manifest ta’ evalwazzjoni: kien ċar mill-perspettiva xjentifika li d-data kienet insuffiċjenti u li, għalhekk, id-data l-ġdida ppreżentata mir-rikorrenti kienet ser tgħin sabiex jimtlew il-lakuni ta’ klassifikazzjoni. Il-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-għarfien xjentifiku u tekniku attwali kollu relatat mas-sustanza 8-idrossikwinolina.

2.

L-emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 (4) għal dak li jirrigwarda l-inklużjoni tas-sustanza fil-lista ta’ sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni.

Drittijiet tad-difiża / aspettattivi leġittimi / żball manifest ta’ evalwazzjoni: nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti relatati mal-inklużjoni fil-lista ta’ sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni, konformement mal-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament Nru 1107/2009: il-konvenuta ma wettqitx evalwazzjoni tal-espożizzjoni sabiex tistabbilixxi jekk l-eċċezzjoni prevista fil-punt 4 tal-Anness II tistax tapplika għas-sustanza inkwistjoni. B’hekk, hija kisret id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Nru 1107/2009 kif ukoll id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u l-aspettattivi leġittimi tagħha. Il-konvenuta wettqet ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni.


(1)  ĠU 2017, L 295, p. 40

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU 2011, L 153, p. 1).

(3)  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009, L 309, p. 1).

(4)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU 2015, L 67, p. 18).


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/44


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2018 – Fränkischer Weinbauverband vs EUIPO (Forma ta’ flixkun)

(Kawża T-68/18)

(2018/C 112/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fränkischer Weinbauverband eV. (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Petri u M. Gilch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ flixkun) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 431 281

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 413/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/44


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2018 – Verband Deutscher Alten und Behindertenhilfe u CarePool Hannover vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-69/18)

(2018/C 112/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verband Deutscher Alten- und Behindertenhilfe, Landesverband Niedersachsen/Bremen und Hamburg/Schleswig-Holstein eV (Hannover, il-Ġermanja) u CarePool Hannover GmbH (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Unger, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7686 finali tat-23 ta’ Novembru 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.42268 (2017/E) – Għajnuna mill-Istat Ġermaniż dwar is-sostenn ta’ servizzi ta’ sigurtà soċjali u SA. 42877 (2017/E) – Deutschland CarePool Hannover GmbH.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet proċedurali

Il-ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jirriżulta mill-fatt li, minkejja diffikultajiet serji sabiex tiġi evalwata sitwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi, il-konvenuta ddeċidiet li ma tiftaħx proċedura ta’ investigazzjoni formali. B’mod partikolari, it-tul, il-kwalità tal-motivazzjoni tal-konvenuta, kif ukoll l-aġir tagħha matul il-proċedura ta’ eżami tal-għajnuna inkwistjoni jikkonfermaw din id-diffikultà serja fl-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk tinfetaħx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

Ksur ieħor tar-rekwiżiti formali essenzjali jirriżulta mill-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija insuffiċjentement motivata u għalhekk ma tissodisfax ir-rekwiżiti tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 107 TFUE et seq.

Minbarra dan jeżisti ksur tal-Artikolu 107 TFUE et seq., peress li l-konvenuta b’mod żbaljat ippreżumiet li diġà kien hemm miżura eżistenti. Ir-rikorrenti ssostni li l-għajnuna finanzjarja li hija s-suġġett tat-tilwima tikkostitwixxi miżuri ġodda li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ għajnuna.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/45


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2018 – Sonova Holding vs EUIPO (HEAR THE WORLD)

(Kawża T-70/18)

(2018/C 112/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sonova Holding AG (Stäfa, l-Isvizzera) (rappreżentant: R. Pansch u A. Sabellek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “HEAR THE WORLD” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 274 426

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 1645/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 2017/1001.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/45


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2018 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-71/18)

(2018/C 112/58)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/339/17 – Amministraturi (AD 7) fl-oqsma li ġejjin: 1. Ekonomija finanzjarja, 2. Makroekonomija; ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Novembru 2017, Nru 386 A.

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 263, 264 u 266 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma mxietx mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-566/10 P, kif ukoll mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi magħquda T-124/13 u T-191/31, li jiddikjaraw illeġittimi l-avviżi li, bħala lingwi li l-kandidati fil-kompetizzjonijiet ġenerali jistgħu jindikaw bħala Lingwa 2, jillimitaw l-għażla għall-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż biss.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 342 TFUE, kif ukoll tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament (KEE) Nru 1/58, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3)

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 12 KE, li issa huwa l-Artikolu 18 TFUE, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, tal-Artikolu 6(3) UE, tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Anness III għar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikolu 1d(1) u (6), u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 27 kif ukoll tal-Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn id-dispożizzjonijiet imsemmija jipprojbixxu li jiġi impost fuq iċ-ċittadini Ewropej u fuq l-istess uffiċjali tal-istituzzjonijiet restrizzjonijiet lingwistiċi li ma humiex previsti b’mod ġenerali u oġġettiv mir-regolamenti interni tal-istituzzjonijiet ikkontemplati fl-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1/58, u li sa issa ma humiex adottati, u jipprojbixxu l-introduzzjoni ta’ tali limitazzjonijiet fl-assenza ta’ interess tas-servizz speċifiku u motivat.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 6(3) UE, sa fejn jistabbilixxi l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi bħala dritt fundamentali li jirriżulta mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-eżistenza, f’din il-kawża, ta’ użu ħażin ta’ poter u l-ksur tar-regoli sostantivi inerenti għan-natura u għall-għan tal-avviżi ta’ kompetizzjoni, sa fejn, billi rrestrinġiet b’mod preventiv u b’mod ġeneralizzat l-għażla tal-Lingwa 2 għal tliet lingwi eliġibbli, il-Kummissjoni fil-fatt antiċipat il-verifika tal-kompetenzi lingwistiċi tal-kandidati, li għandha tabilħaqq titwettaq fl-ambitu tal-kompetizzjoni, għall-fażi tal-avviż u tar-rekwiżiti għall-ammissjoni. B’dan il-mod, l-għarfien lingwistiku jsir determinanti minflok l-għarfien professjonali.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artkolu 18 u tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1/58 u tal-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn, billi ġie previst li l-applikazzjonijiet ta’ parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż, u li bl-istess lingwa l-EPSO jibgħat lill-kandidati l-komunikazzjoni inerenti għall-iżvolġiment tal-kompetizzjoni, inkiser id-dritt taċ-ċittadini Ewropej sabiex jikkomunikaw mal-istituzzjonijet bil-lingwa proprja tagħhom, u ġiet introdotta diskriminazzjoni ulterjuri għad-dannu ta’ min ma għandux għarfien fil-fond ta’ dawk it-tliet lingwi.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58, tal-Artikolu 1d(1) u (6) kif ukoll tal-Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal, u tal-Artikolu 1(1)(f) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE (nuqqas ta’ motivazzjoni), kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u fuq distorsjoni tal-fatti.

F’dan ir-rigward jiġi sostnut li l-motivazzjoni mressqa mill-Kummissjoni toħloq distorsjoni tal-fatti, għaliex ma jirriżultax li t-tliet lingwi inkwistjoni huma l-lingwi l-iktar użati għat-traduzzjoni tad-dokumenti fi ħdan l-istituzzjonijiet, u hija sporporzjonata fir-rigward tar-restrizzjoni ta’ dritt fundamentali bħal dak li wieħed ma jsofrix minn diskriminazzjoni lingwistika. Fi kwalunkwe każ, jeżistu sistemi inqas restrittivi sabiex tiġi żgurata traduzzjoni mħaffa fi ħdan l-istituzzjonijiet.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/47


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Visi/one vs EUIPO – EasyFix (Displays tal-informazzjoni għal vetturi)

(Kawża T-74/18)

(2018/C 112/59)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Visi/one GmbH (Remscheid, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Bourree u M. Bartz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: EasyFix GmbH (Vjenna, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju Nru 1391114-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1424/2016-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/47


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – MPM-Quality vs EUIPO – Elton Hodinářská (MANUFACTURE PRIM 1949)

(Kawża T-75/18)

(2018/C 112/60)

Lingwa tar-rikors: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: MPM-Quality v.o.s. (Frýdek-Místek, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Kyjovský, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elton Hodinářská a.s. (Nové Město nad Metují, ir-Repubblika Ċeka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “Manufacture PRIM 1949” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 531 662

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 556/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 18 u tal-Artikolu 58 tar-Regolament Nru 1001/2017;

Ksur tal-Artikolu 10(3) et seq. u tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 1430/2017.


26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/48


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – AB Mauri Italy vs EUIPO – Lesaffre et Compagnie (FERMIN)

(Kawża T-78/18)

(2018/C 112/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AB Mauri Italy SpA (Casteggio, l-Italja) (rappreżentanti: B. Brandreth, Barrister u G. Hussey, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lesaffre et Compagnie (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “FERMIN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 999 613

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 2027/2016-4 u R 2254/2016-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.