ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 95

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
13 ta' Marzu 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 95/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8767 — CDPQ/Hyperion Insurance Group) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 95/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/392, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/388 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

2

2018/C 95/03

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/388 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 95/04

Rata tal-kambju tal-euro

4

2018/C 95/05

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 95/06

Avviż tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

6

2018/C 95/07

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri antisussidji

7

2018/C 95/08

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju f’rombli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

8

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 95/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8771 — Total/Engie (Parti min-Negozju tal-Gass Naturali Likwifikat) ( 1 )

21

2018/C 95/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8764 — Sedgwick/Cunningham Lindsey) ( 1 )

22

2018/C 95/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8809 — Prime Credit 3/Oxalis Holding/Lennon/Tavani/Lo Giudice/Phoenix Asset Management) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

23

2018/C 95/12

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8839 — GIP/NTV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

25

2018/C 95/13

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8834 — Brookfield/Saeta) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

26

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 95/14

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

27


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8767 — CDPQ/Hyperion Insurance Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 95/01)

Fis-6 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8767. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

13.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/392, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/388 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2018/C 95/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/392 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/388 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel l-1 ta’ Ġunju 2018:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 69, 13.3.2018, p. 48.

(3)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(4)  ĠU L 69, 13.3.2018, p. 11.


13.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/388 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2018/C 95/03)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/388 (3).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li wieħed jista' jikkuntattja f'dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/388.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f'dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jiġu mwieġba f'konformità mat-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (4).

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(3)  ĠU L 69, 13.3.2018, p. 11.

(4)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


Il-Kummissjoni Ewropea

13.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ Marzu 2018

(2018/C 95/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2302

JPY

Yen Ġappuniż

131,04

DKK

Krona Daniża

7,4496

GBP

Lira Sterlina

0,88590

SEK

Krona Żvediża

10,1563

CHF

Frank Żvizzeru

1,1681

ISK

Krona Iżlandiża

123,10

NOK

Krona Norveġiża

9,5645

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,448

HUF

Forint Ungeriż

311,89

PLN

Zloty Pollakk

4,2013

RON

Leu Rumen

4,6618

TRY

Lira Turka

4,7212

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5641

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5782

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6447

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6854

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6172

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 312,16

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,5763

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7886

HRK

Kuna Kroata

7,4450

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 937,39

MYR

Ringgit Malażjan

4,8033

PHP

Peso Filippin

64,070

RUB

Rouble Russu

70,0482

THB

Baht Tajlandiż

38,542

BRL

Real Brażiljan

4,0087

MXN

Peso Messikan

22,9816

INR

Rupi Indjan

79,9785


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


13.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/5


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 95/05)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 198

4202 31 00 għal 4202 39 00

Oġġetti ta' tip li normalment jinġarru fil-but jew fil-borża tal-idejn

Jiddaħħal it-test li ġej wara t-test li hemm diġà:

“Il-covers tal-mowbajls ta’ dawn is-subintestaturi huma koperti mill-ewwel parti tat-test tal-intestatura u konsegwentement, jistgħu jkunu magħmula minn kwalunkwe materjal.

Dawn jistgħu jiġu ddisinjati għad-daqs ta’ mowbajl speċifiku jew ta’ mudelli differenti ta’ mowbajls li għandhom l-istess daqs.

Jistgħu jkollhom mekkaniżmu li jagħlaq jew le. Dawn jiksu l-mowbajl billi jkopru n-naħa ta’ wara, il-ġnieb u l-ġenb ta’ quddiem ta’ mowbajl sabiex jipproteġuh. Madankollu, il-covers sempliċi li jkopru biss in-naħa ta’ wara u l-ġnieb ta’ mowbajl huma esklużi, billi m’għandhomx il-karatteristiċi ta’ każijiet tal-intestatura 4202 u huma kklassifikati skont il-materjal kostitwenti.

Madanakollu, dawn is-subintestaturi ma jinkludux covers, kemm jekk bi stands jew le, għal kompjuters tablet, mini-tablet jew kotba elettroniċi, minħabba d-daqs tagħhom, mhumiex ikkunsidrati bħala oġġetti li normalment jinġarru fil-but jew fil-borża tal-idejn (il-klassifikazzjoni taħt is-subintestaturi 4202 91 80 sa 4202 99 00, skont il-materjal kostitwenti). Dawn il-covers tal-mowbajls huma koperti fl-ewwel parti tat-test tal-intestatura u jistgħu jkunu magħmula minn kwalunkwe materjal.”

Paġna 327:

Jiddaħħal it-test li ġej:

8473 30 80

Partijiet u aċċessorji oħra tal-magni tal-intestatura 8471

Din is-subintestatura ma tinkludix il-coverss, kemm jekk bl-istands jew le, għal kompjuters tablet jew mini-tablet (l-intestatura 4202 jew, jekk ma jkollhomx kopertura fuq quddiem, skont il-materjal kostitwenti tagħhom). Covers bħal dawn huma prinċipalment maħsuba biex jipproteġu n-naħa ta’ wara, il-ġnieb u n-naħa ta’ quddiem tat-tablet jew tal-mini-tablet u għalhekk ma jitqisux bħala aċċessorju tal-magni tal-intestatura 8471 għax ma jżidux il-firxa ta’ operazzjonijiet ta’ tablet jew ta’ mini-tablet u lanqas ma jagħtu servizz partikolari relatat mal-funzjoni ewlenija tal-magna.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/6


Avviż tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

(2018/C 95/06)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jkollhom iċ-ċans li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Terminu perentorju

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami fuq il-bażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, il-Belġju (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenzjar

Data tal-iskadenza (3)

moduli fotovoltajċi tas-siliċju Kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli)

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju antidumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummisjoni (UE) 2017/367 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 131).

3.9.2018


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna


13.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/7


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri antisussidji

(2018/C 95/07)

1.   Kif previst fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li, sakemm ma jitnediex rieżami f'konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri kompensatorji msemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidju u l-ħsara. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jkollhom iċ-ċans li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Terminu perentorju

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami fuq il-bażi ta' dak imsemmi hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Din in-notifika hija ppubblikata f'konformità mal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenzjar

Data tal-iskadenza (3)

Moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli)

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju antisussidji

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 li jimponi dazji kumpensatorji fuq l-importazzjoni ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2016/1037 (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1).

3.9.2018


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

(3)  Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.


13.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/8


Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju f’rombli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2018/C 95/08)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju f’rombli joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l- Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea, kif emendat mir-Regolament (UE) 2017/2321 (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba ġiet ippreżentata fl-14 ta’ Diċembru 2017 minn tmien produtturi tal-UE (ALEURO Converting Sp. Z o.o., CeDo Sp. z.o.o., Cuki Cofresco S.p.A., Fora Folienfabrik GmbH, ITS B.V., Rul-Let A/S, SPHERE SA u Wrapex Ltd), flimkien magħrufa bħala “l-applikanti” li jirrapreżentaw iktar minn 40 % tal- produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċertu fojl tal-aluminju f’rombli.

2.   Prodott li qed jiġi rieżaminat

Il-prodott suġġett għal dan ir-rieżami huwa fojl tal-aluminju bi ħxuna ta’ 0,007 mm jew aktar iżda inqas minn 0,021 mm, mhux rinfurzat, irrumblat iżda mhux maħdum aktar, imqabbeż jew le, f’rombli jiżnu mhux aktar minn 10 kg (“il-prodott li qed jiġi rieżaminat”), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7607 11 11 u ex 7607 19 10 (Kodiċijiet TARIC 7607111110 u 7607191010).

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma ta’ dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 217/2013 (3).

4.   Raġunijiet għar-rieżami

It-talba hija bbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li twassal għall-kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà li d-dumping jitkompla

L-applikanti jsostnu li mhux xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż konċernat minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fi ħdan it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

Biex jappoġġjaw l-allegazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti, l-applikanti għamlu referenza għar-riżultati tal-investigazzjoni antidumping oriġinali, għal informazzjoni dwar is-suq li tanalizza l-involviment tal-Istat Ċiniż fis-settur tal-metall mhux ferruż, kif ukoll provi u dokumenti ta’ politika oħra li jindikaw id-distorsjoni tal-prezzijiet tal-prodott upstream, l-aluminju, fil-pajjiż konċernat.

L-informazzjoni fir-rapport ippreżentat mis-servizzi tal-Kummissjoni fl-20 ta’ Diċembru 2017 li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi speċifiċi tas-suq fil-pajjiż ikkonċernat għandha tendenza tikkonferma wkoll id-distorsjonijiet sinifikanti allegati mill-applikanti. B’mod partikolari, il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat huma potenzjalment affettwati mill-fatturi msemmija, inter alia, fil-kapitolu “Settur tal-Aluminju” tar-rapport.

Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li jeżistu biżżejjed provi, skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, ta’ distorsjonijiet sinifikanti fi ħdan it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku sabiex jingħata bidu għal investigazzjoni fuq dik il-bażi.

B’hekk, fir-rigward tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, l-allegazzjoni ta’ tkomplija ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali maħdum fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew punti ta’ riferiment f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

4.2.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà li d-dannu jitkompla

L-evidenza prima facie li pprovdew l-applikanti turi li l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi rieżaminat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni, bir-riżultat li kien hemm effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

L-applikanti jallegaw il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ danni. F’dan ir-rigward l-applikanti pprovdew wkoll evidenza li turi li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni probabbilment jiżdied minħabba (i) l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata tal-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ii) l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini ta’ volum u prezzijiet u (iii) l-eżistenza ta’ miżuri ta’ difiża tal-kummerċ f’pajjiżi terzi oħra. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ miżuri, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniża jibqgħu f’livell baxx biżżejjed li jkun ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

Barra minn hekk, l-applikanti jallegaw li kwalunkwe żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat x’aktarx li twassal għal aktar ħsara għall-industrija tal-Unjoni, jekk dawn il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.   Proċedura

Wara li ġie ddeterminat, b’segwitu għal konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li teżisti biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan qed tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

Ir-rieżami tal-iskadenza se jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping tal-prodott li qed jiġi rieżaminat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

5.1.    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami”). L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Proċedura għad-determinazzjoni ta’ probabilità ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping

Waqt reviżjoni ta’ skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li jkunu saru lejn l-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u, irrispettivament mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tikkunsidra jekk is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu u jbiegħu il-prodott taħt rieżami fil-pajjiż ikkonċernat hijiex tali li t-tkomplija jew ir-rikorrenza tal-esportazzjonijiet bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni x’aktarx tkompli jew terġa’ sseħħ jekk il-miżuri jiskadu.

Għalhekk, il-produtturi kollha tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat, irrispettivament jekk ikunux esportaw jew le (4) l-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.2.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma hawnhekk mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi.

Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Biex jinkiseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi magħżula fil-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

Il-produtturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi li kkooperaw iżda mhumiex inklużi fil-kampjun”).

5.2.2.   Proċedura addizzjonali fir-rigward tal-pajjiż ikkonċernat soġġett għal distorsjonijiet sinifikanti

Skont il-punt (e) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, ftit wara l-bidu tal-investigazzjoni, permezz ta’ nota għall-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, tinforma lill-partijiet fl-investigazzjoni dwar is-sorsi rilevanti, inkluż l-għażla ta’ pajjiż terz xieraq rappreżentattiv, fejn ikun xieraq, li beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-partijiet fl-investigazzjoni għandhom jingħataw 10 ijiem sabiex jagħtu l-kummenti tagħhom mid-data li fiha dik in-nota tiddaħħal fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, pajjiż terz potenzjalment rappreżentattiv huwa t-Turkija. Bl-għan li finalment tagħżel pajjiż terz rappreżentant xieraq il-Kummissjoni se teżamina jekk hemmx livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż esportatur, jekk hemmx bejgħ u produzzjoni tal-prodott taħt rieżami u jekk hix disponibbli dejta rilevanti. F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż wieħed bħal dan, għandha tingħata preferenza, meta jkun il-każ, lill-pajjiżi li għandhom livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

Fir-rigward tas-sorsi rilevanti, il-Kummissjoni titlob lill-produtturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat sabiex jipprovdulha l-informazzjoni mitluba f’Anness III ta’ din in-Notifika fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li għandha bżonn għall-investigazzjoni fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fi ħdan it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tibgħat ukoll kwestjonarju lill-Gvern tal-pajjiż ikkonċernat.

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.2.3.   Investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati  (5)  (6)

Importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wassal għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li ntgħażlu għall-kampjun.

Sabiex tikseb tagħrif li tqis bħala meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati fil-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.3.    Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott rieżaminat huma mistiedna jieħdu sehem f’din l-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   Investigazzjoni dwar il-produtturi tal-Unjoni

Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex ittemm l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet proviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jista’ jiġi vverifikat mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta’ kuntatt mogħtija fit-Taqsima 5.7 iktar ’l isfel). Produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi l-produtturi tal-Unjoni li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom ikunu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li finalment intgħażlu biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.4.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi jridu juru, fl-istess limitu ta’ żmien, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi rieżaminat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom fi żmien l-iskadenza ta’ 15-il jum jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata f’format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.5.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.6.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.7.    Struzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu (a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża tal-kummerċ u (b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristrett”  (7). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni ‘Ristretta’ huma mitluba li jagħtu sommarji mhux kunfidenzjali skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati ‘Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati’. Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati tant li jippermettu fehim raġonevoli tas-sostanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġuni ġusta għat-talba għal trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitlubin, il-Kummissjoni tista’ tinjora din l-informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ ittra elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jitressqu fuq CD-ROM jew DVD personalment jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu tagħhom u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal iktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika:

TRADE-R684-ALU-FOIL-DUMPING@ec.europa.eu

TRADE-R684-ALU-FOIL-INJURY@ec.europa.eu

6.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskritti stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament antidumping bażiku.

Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u s-sejbiet għalhekk jissejsu fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament antidumping bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun iwassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata jinħtieġ li tikkuntattja l-Kummissjoni immedjatament.

7.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn terzi persuni għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jinħtieġ li ssir bil-miktub u jinħtieġ li jiġu speċifikati r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal seduta ta’ smigħ trid tkun ippreżentata fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Billi dan ir-rieżami fil-kuntest tal-iskadenza qed jitnieda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jitħassru jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li jkun iġġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

10.   Proċessar ta’ dejta personali

Id-dejta personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (8).


(1)  ĠU C 188, 14.6.2017, p. 21.

(2)  Regolament (UE) 2017/2321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 338, 19.12.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 217/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu fojl tal-aluminju f’rombli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 11).

(4)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi l-prodott li qed jiġi rieżaminat, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rieżaminat.

(5)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produttur esportatur. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu soċji rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew iktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom ir-relazzjonijiet segwenti bejniethom biss: konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformita mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(6)  Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.

(7)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/21


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8771 — Total/Engie (Parti min-Negozju tal-Gass Naturali Likwifikat)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 95/09)

1.

Fit-2 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Total S.A (“Total”, Franza),

Parti min-Negozju tal-Gass Naturali Likwifikat ta’ Engie (“Engie LNG”, Franza).

Total takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ partijiet min-negozju tal-gass naturali likwifikat (liquefied natural gas, “LNG”) li attwalment imwettaq minn Engie S.A. direttament jew indirettament permezz ta’ entitajiet fil-grupp korporattiv tagħha.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Total: produttur integrat tal-enerġija internazzjonali involuta f’kull segment tal-industrija taż-żejt u tal-gass, kemm upstream u kemm downstream, kif ukoll fis-setturi tal-enerġija rinnovabbli u tal-ġenerazzjoni tal-enerġija;

—   Engie LNG: firxa ta’ assi tal-LNG li huma proprjetà tal-kumpanija tal-enerġija Engie inklużi kuntratti għall-provvista, il-bejgħ u r-rigassifikazzjoni tal-LNG, ekwità u drittijiet kuntrattwali fuq assi tat-tbaħħir tal-LNG u impjanti ta’ likwifikazzjoni tal-gass, flimkien ma’ entitajiet legali assoċjati u persunal rilevanti f’diversi ġurisdizzjonijiet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8771 — Total/Engie (Parti tan-Negozju tal-Gass Naturali Likwifikat)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


13.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/22


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8764 — Sedgwick/Cunningham Lindsey)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 95/10)

1.

Fis-6 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Sedgwick, Inc. (“Sedgwick”, l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata minn KKR & Co. L.P. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika);

CL Intermediate Holdings I, B. V. (“Cunningham Lindsey”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

Sedhwick takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Cunningham Lindsey kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   KKR: ditta tal-investimenti fl-ekwità privata.

—   Sedgwick: fornitur dinji ta’ soluzzjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju. Sedgwick tipprovdi inter alia servizzi ta’ ġestjoni ta’ talbiet tal-assigurazzjoni tal-amministratur li jkun terza persuna (third party administrator, TPA) u servizzi ta’ perizja teknika permezz tas-sussidjarja tagħha T&H Holdings Inc (“Vericlaim”).

—   Cunningham Lindsey: fornitur dinji ta’ servizzi ta’ ġesjoni tat-talbiet tal-assigurazzjoni tat-TPA, servizzi ta’ perizja teknika, servizzi ta’ konsulenza dwar perizja, u servizzi ta’ riintegrazzjoni tal-proprjetà.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8764 — Sedgwick/Cunningham Lindsey

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


13.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/23


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8809 — Prime Credit 3/Oxalis Holding/Lennon/Tavani/Lo Giudice/Phoenix Asset Management)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 95/11)

1.

Fil-5 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Prime Credit 3 S.à r.l. (“PC3”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn AnaCap Financial Europe S.A. SICAV-RAIF (il-Lussemburgu), li tappartjeni għall-Anacap Group Holdings (“Anacap Group”, Guernsey).

Oxalis Holding S.à r.l. (“Oxalis”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Pacific Investment Management Company LLC (“PIMCO”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

Steve Lennon (l-Italja),

Paolo Lo Giudice (l-Italja),

Roberto Tavani (l-Italja),

Phoenix Asset Management S.p.A. (“PAM”, l-Italja).

PC3, Oxalis, Steve Lennon, Paolo Lo Giudice u Roberto Tavani jakkwistaw, fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ PAM kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   PC3: ditta ta’ ekwità privata ffokata fuq is-settur Ewropew tas-servizzi finanzjarji li prinċipalment tinvesti f’assi improduttivi li jinkludu self, kirjiet, garanziji jew obbligi oħra.

—   Oxalis: sussidjarja ta’ fondi ta’ investiment ikkontrollata ultimament minn PIMCO, li hija manager ta’ investimenti dinjija u tipprovdi servizzi finanzjarji, fost oħrajn, lill-gvernijiet, kumpaniji tal-assikurazzjoni, investituri high-net-worth, istituzzjonijiet finanzjarji, investituri tal-ħwienet u mezzi ta’ investiment kollettiv.

—   Steve Lennon, Paolo Lo Giudice u Roberto Tavani: l-azzjonisti oriġinali ta’ PAM, li bħalissa jeżerċitaw kontroll konġunt fuq PAM.

—   PAM: kumpanija Taljana, iffokata l-aktar fuq il-ġestjoni ta’ portafolli ta’ self improduttiv assigurat u mhux assigurat (non-performing loan, NPL).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8809 — Prime Credit 3/Oxalis Holding/Lennon/Tavani/Lo Giudice/Phoenix Asset Management

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


13.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/25


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8839 — GIP/NTV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 95/12)

1.

Fil-5 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Global Infrastructure Management, LLC (“GIP”, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Italo - Nuovo Trasporto Viaggiatori S.p.A. (“Italo”, l-Italja)

GIP takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll Italo kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   GIP: investitur dinji tal-infrastruttura fis-setturi tal-enerġija, tat-trasport u tal-ilma / l-iskart, ibbażat fl-Istati Uniti tal-Amerika,

—   Italo: L-ewwel operatur privat ta’ trasport ta’ passiġġieri b’ferroviji ta’ veloċità kbira fl-Italja, li jaħdem bil-marka “Italo”. Bħalissa, Italo tgħaqqad 19-il stazzjon f’14-il belt Taljana.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8839 — GIP / NTV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


13.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/26


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8834 — Brookfield/Saeta)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 95/13)

1.

Fis-6 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

TERP Spanish HoldCo S.L. (“TERP”, Spanja) ikkontrollata minn Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield Group”, il-Kanada),

Saeta Yield, S.A. (“Saeta”, Spanja), bħalissa kkontrollata minn Cobra Concessiones S.L. (“Cobra”, Spanja), GIP II Helios, S.à.rl. (“GIP”, il-Lussemburgu), Mutuactivos S.A.U., S.G.I.I.C. (“Mutuactivos”, Spanja) u Sinergia Advisors 2006, A.V., S.A. (“Sinergia”, Spanja).

Brookfield Group jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Saeta kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fis-7 ta’ Frar 2018.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Brookfield: grupp dinji li jiġġestixxi l-assi ffokat fuq investiment fil-proprjetà immobbli, l-infrastruttura, l-enerġija rinnovabbli u l-ekwità privata. Fil-portafoll tiegħu tal-enerġija, il-Brookfield Group iħaddem portafoll diversifikat ta’ assi li jiġġeneraw l-elettriċità minn sorsi rinnovabbli, li jikkonsistu f’faċilitajiet idroelettriċi u l-enerġija mir-riħ fl-Amerika ta’ Fuq, il-Kolombja, l-Brażil, l-Urugwaj u l-Ewropa,

—   Saeta: attiva fil-ġenerazzjoni u l-forniment bl-ingrossa tal-enerġija rinnovabbli. Il-faċilitajiet tagħha jinkludu għadd ta’ parks eoliċi u impjanti termali mix-xemx fi Spanja. Dawn jinkludu wkoll portafolli mir-riħ fil-Portugall u l-Urugwaj.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8834 — Brookfield/Saeta

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

13.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/27


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2018/C 95/14)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

BRIOCHE VENDÉENNE

Nru tal-UE: PGI-FR-02294 — 24.2.2017

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Vendée Qualité

Maison de l’Agriculture

21, boulevard Réaumur

85013 La Roche-sur-Yon Cedex

FRANCE

Tel.+33 251368251

Faks: +33 251368454

Posta elettronika: contact@vendeequalite.fr

Kompożizzjoni

Din l-assoċjazzjoni tlaqqa’ lill-operaturi kollha tal-qasam tal-IĠP “Brioche vendéenne” (furnara artiġjanali, manifatturi distributuri u artiġjani b’linja ta’ manifattura, industrijalisti, mtieħen u impriżi li jkissru l-bajd). Għalhekk, l-assoċjazzjoni għandha d-dritt leġittimu li titlob l-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda

Isem tal-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: aġġornament tad-dettalji ta’ kuntatt, taż-żona ġeografika, tal-istruttura ta’ kontroll, ta’ rekwiżiti nazzjonali, tal-annessi

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li għaliha ma jkunx ġie ppubblikat dokument uniku (jew ekwivalenti), li ma tistax titqies bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

5.1.    Intestatura “Deskrizzjoni tal-prodott”

Dan il-kapitolu qed isirulu emendi fi stil li essenzjalment jelimina r-ripetizzjonijiet.

Għalhekk, il-paragrafu:

“minħabba t-togħma tagħha: b’togħma konsistenti mar-riħa tagħha, jiġifieri aroma predominanti ta’ brandi jew brandi u xi essenza (ilma żahar jew vanilla), flimkien ma’ togħma inqas qawwija ta’ butir”

huwa sostitwit bil-paragrafu:

“minħabba t-togħma tagħha ddominata minn aroma li ġejja mill-użu tal-brandi u xi drabi ta’ xi essenza oħra (ilma żahar u/jew vanilla), flimkien ma’ togħma inqas qawwija ta’ butir”

Fis-sentenzi li jirrigwardaw l-irwejjaħ, l-espressjoni “u/jew” tieħu post il-kelma “jew”: “ilma żahar u/jew vanilla”, “ta’ vanilla u/jew ta’ ilma żahar”.

Il-possibbiltà li jitħalltu żewġ aromatizzanti oħrajn fl-istess taħlita b’hekk hija indikata b’mod espliċitu. Din tirrifletti l-prattika tal-operaturi li jinterpretaw il-kelma “jew” bħala li tista’ tfisser “u”.

Dawn l-emendi ma jaffettwawx il-prodott u lanqas ir-rabta kawżali.

5.2.    Intestatura “Prova tal-oriġini”

Jiżdied dan il-paragrafu:

“Il-biċċiet tal-għaġina li jkunu se jiġi ffriżati jiġu ppakkjati u identifikati qabel l-iffriżar. L-istruzzjonijiet tal-iffriżar eventwali tal-biċċiet tal-għaġina huma mogħtija fid-dokument tal-manifattura.”.

Din iż-żieda hija meħtieġa biex tiġġustifika t-traċċabbiltà tal-biċċiet ta’ għaġina ffriżati li huma awtorizzati fl-ispeċifikazzjonijiet emendati (ara l-punt 5.3. hawn taħt dwar il-metodu ta’ produzzjoni).

Dan il-kapitolu tal-ispeċifikazzjonijiet sarulu wkoll xi emendi fl-istruttura tiegħu (tneħħew ir-ripetizzjonijiet, saret distinzjoni bejn l-awtorizzazzjoni tal-operaturi u ż-żamma ta’ reġistri u dokumenti għat-traċċabbiltà, paragrafu ġie mċaqlaq…) biex il-kitba tiegħu tkun aktar ċara.

Il-provi tal-oriġini tal-prodott ma tmessewx.

5.3.    Intestatura “Metodu ta’ produzzjoni”

Materja prima (tabella tal-karatteristiċi)

—   Dqiq

Il-kliem: “45 sa 55 % dqiq tal-qamħ għall-ħobż tat-tip 55 jew 45”

jinbidel bi:

“42 sa 52 %

dqiq tal-qamħ għall-ħobż tat-tip 65, 55 jew 45”

L-ispeċifikazzjonijiet fis-seħħ jippermettu l-użu ta’ żewġ tipi ta’ dqiq tal-qamħ, it-tip 45 u t-tip 55. L-ispeċifikazzjonijiet emendati jintroduċu, tip ġdid ta’ dqiq, it-tip 65.

Id-dqiq tat-tip 65 huwa xi ftit aktar rikk u jintuża spiss fil-manifattura ta’ kejkijiet bħall-IĠP “Brioche vendéenne”. Huwa t-tweġiba teknoloġika għan-nuqqas ta’ proteini fil-varjetajiet attwali tal-qamħ li saret possibbli minħabba l-progress fit-tħin. L-introduzzjoni ta’ dan it-tip ġdid ta’ dqiq ma tbiddilx il-karatteristiċi organolettiċi u teknoloġiċi bħal-lewn, it-togħma tad-dqiq jew it-tlugħ tajjeb tal-għaġina.

L-ispeċifikazzjonijiet attwali jipprovdu proporzjon ta’ dqiq ta’ bejn 45 u 55 % tal-piż tal-għaġina. L-emenda baxxiet dan il-proporzjon għal rata ta’ bejn 42 u 52 %.

Dan it-tnaqqis fil-proporzjon tad-dqiq huwa possibbli minħabba r-rata ta’ assorbiment tad-dqiq attwali, speċjalment ta’ dak tat-tip 65. It-tnaqqis jippermetti li jiżdied il-proporzjon tal-ingredjenti l-oħrajn ta’ aktar kwalità bħall-bajd, il-butir, iz-zokkor jew il-brandi. Il-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tal-“Brioche vendéenne” jistgħu biss jissaħħu b’din l-emenda.

—   Butir

L-ispeċifikazzjonijiet fis-seħħ jindikaw rata ogħla minn 12,5 % ta’ “butir frisk jew ikkonċentrat”. Fl-ispeċifikazzjonijiet emendati żdied il-kliem “espress f’butir rikostitwit”.

Il-kalkolu tal-butir rikostitwit ġie miżjud f’qiegħ il-paġna:

“Il-perċentwal minimu ta’ butir li jrid jiddaħħal fir-riċetta huwa indikat b’referenza għall-butir fin b’kontenut ta’ 82 % xaħam tal-butir.

Jekk jintuża butir ikkonċentrat b’Y % xaħam tal-butir (Y ogħla minn 96 %), l-ekwivalenti f’butir rikostitwit huwa kkalkulat skont din il-formula:

Formula

Dawn iż-żidiet jippermettu li jiġi ċċarat il-proporzjon minimu ta’ butir, frisk jew ikkonċentrat fl-għaġina. Dan il-proporzjon jikkorrispondi għall-prattiki tal-manifatturi u jiżgura li jinżammu l-ispeċifiċitajiet tal-IĠP “Brioche vendéenne”.

—   Aroma alkolika

Il-kliem: “minimu ta’ 0,5 %:

brandi jew Rhum

Cognac mhux metilizzat b’minimu ta’ 44°”

jinbidel bi:

“≥ 0,5 %

brandi jew Rum jew minimu ta’ 44 % Cognac mhux metilizzat”

Din l-emenda telimina l-ambigwità. Hija tirregola l-prattiki tal-operaturi tas-settur li jużaw alkoħol għal kull taħlita u mhux taħlita ta’ Cognac mhux metilizzat mal-brandi jew mar-Rum.

—   L-aroma

Il-kliem: “Fakultattiv. Jekk jintużaw: vanilla naturali jew simili għal dik naturali, jew ilma żahar”

jinbidel bi:

“Fakultattiv. Essenza naturali tal-vanilla jew essenza b’togħma ta’ vanilla u/jew ilma żahar”

Dan il-kliem iqis l-iżvilupp fir-regolament relatat mad-definizzjoni tal-aromi u jirregola l-prattiki tal-operaturi tas-settur li tradizzjonalment jistgħu jitħajru jużaw aromatizzanti wieħed jew taħlita tat-tnejn.

Il-proċess ta’ manifattura (tabella)

—   L-iffriżar tal-biċċiet tal-għaġina:

L-ispeċifikazzjonijiet emendati jintroduċu l-possibbiltà li l-biċċiet tal-għaġina jiġu ffriżati waqt li jispeċifikaw:

“Temperatura ta’ inqas minn –12 °C

Tul massimu ta’ żmien fil-friża huwa ta’ 15-il jum”

Iż-żieda tal-iffriżar fil-proċess ta’ manifattura tinvolvi l-emenda ta’ diversi stadji: għall-mistrieħ, ġie miżjud li f’każ li tkun se tiġi ffriżata l-għaġina għandha titħalla tistrieħ għal mill-inqas 30 minuta; għall-fermentazzjoni bejn it-tmiem tal-għaġna u l-bidu tas-sajran (il-fażi tat-tħejjija), li sseħħ wara li l-prodott ikun inħall, it-tul ta’ ħin permess bejn il-ħruġ tal-biċċiet tal-għaġina mill-friża u l-ħami tagħhom huwa ta’ minimu sitt sigħat sa massimu ta’ 24 siegħa. Dan il-ħin jiżgura li s-silġ ikun niżel kollu u li l-għaġina titla’ tajjeb.

Dawn iż-żidiet ġew trasposti wkoll fid-dijagrammi tal-manifattura u tad-diversi tulijiet ta’ ħin skont il-metodu ta’ manifattura.

Din l-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet tintroduċi proċess tekniku ġdid fejn hemm fluss kontinwu bejn il-mistrieħ tal-biċċiet tal-għaġina, l-immaljar u l-iffriżar. Dan ser jgħin lill-operaturi ż-żgħar jivvalorizzaw it-tħejjija kollha tagħhom għall-brijoxxa IĠP “Brioche vendéenne”. Fil-fatt, ħafna operaturi jħejju volumi kbar ta’ għaġina biex jiksbu prodott omoġenju, skont it-tradizzjonijiet. Il-biċċiet tal-għaġina li jkunu se jiġu ffriżati jiġu ppakkjati u identifikati. L-operaturi se jkunu jistgħu jneħħuhom mis-silġ u jaħmuhom fi kwantitajiet iżgħar, skont il-bejgħ tagħhom. Il-limitu ta’ mhux aktar minn 15-il ġurnata maħżuna jiżgura li l-iffriżar ikun temporanju u li l-karatteristiċi tal-għaġina wżata għall-produzzjoni tal-IĠP “Brioche vendéenne” jiġu ppreżervati kemm jista’ jkun.

L-iffriżar tal-biċċiet tal-għaġina, li jwaqqaf għal ftit żmien l-attività tal-ħmira, ma għandux effett fuq l-għan tar-riżultat.

—   L-ifformar u l-immaljar

Is-sentenzi: “Brijoxxa mmaljata bi 3 strixxi jew f’għamla ta’ 3 strixxi” u “F’dak li jirrigwarda l-għamla u l-preżentazzjoni “metodu bi 3 strixxi”, iż-żewġ tekniki (“3 strixxi” u “strixxa waħda”, ifformati bl-idejn f’malju) jintużaw it-tnejn mill-manifatturi (artiġjani, industrijalisti u bejjiegħa bl-imnut): il-piż totali tal-biċċa/biċċiet tal-għaġina huwa l-istess fiż-żewġ każijiet [jiġifieri mill-inqas 300 g], bħar-riżultat finali wara l-ħami. (ara r-ritratt bil-kulur fil-bidu tal-fajl).”

huma sostitwiti bi:

“Brijoxxa fformata bl-idejn u mmaljata bi 3 strixxi jew bi strixxa waħda ifformata fi 3 strixxi”.

Din l-emenda tissimplifika l-kliem tal-ispeċifikazzjonijiet mingħajr ma tibdlu jew iżżid xi elementi oħrajn.

—   L-ippakkjar fil-boroż

L-ispeċifikazzjonijiet fis-seħħ jipprovdu li l-ippakkjar irid isir bejn “mill-inqas siegħa u nofs” sa “mhux aktar minn erba’ sigħat wara l-ħami”.

Fl-ispeċifikazzjonijiet emendati, il-ħin minimu ta’ siegħa u nofs qabel l-ippakkjar ġie eliminat. Din l-eliminazzjoni saret biex kull operatur jorganizza l-ippakkjar skont il-prattika u l-ambjent tax-xogħol tiegħu. L-għan aħħari tal-brijoxxa jibqa’ miżmum (il-preżervazzjoni tal-aromi u tal-irtubija).

Il-ħin massimu tat-tkessiħ baqa’ l-istess.

—   Tikkettar

Is-sentenza dwar l-avviżi regolatorji li jidhru fuq it-tikketta tħassret. Id-data sa meta l-prodott jibqa’ tajjeb għall-użu ġiet issostitwita bid-data “best before”. Dawn l-emendi jissodisfaw l-iżviluppi regolatorji fis-seħħ.

—   It-trasport

Ir-referenza għall-kundizzjonijiet ta’ trasport tal-“Brioche vendéenne” tneħħiet peress li din taqa’ taħt ir-regolamenti ġenerali.

—   Tqegħid fis-suq

Id-dispożizzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq tal-prodotti (“brijoxxa sħiħa, esposta f’post xott u protett mix-xemx”) tneħħiet peress li taqa’ taħt ir-regolamenti ġenerali u ma tirrigwardax il-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-“Brioche vendéenne”.

Il-proċess ta’ manifattura (dijagramma)

Il-kliem “l-ewwel Mistrieħ/fermentazzjoni”

jinbidel bi:

“Mistrieħ/l-ewwel fermentazzjoni”.

Din hija emenda teknika biex tiċċara li hemm mistrieħ wieħed biss u żewġ fermentazzjonijiet.

Il-kunċett ta’: “Metroloġija”

ġie sostitwit bl-indikazzjoni aktar ġenerali ta’: “Traċċabbiltà”.

Il-kelma “Ċertifikazzjoni” tneħħiet u minflokha ntużat il-kelma aktar ċara ta’ “għażla”.

Kompożizzjoni u riċetta — monitoraġġ tal-manifattura

Din il-parti tneħħiet mill-ispeċifikazzjonijiet peress li tinkludi dispożizzjonijiet mhux vinkolanti (pariri, tqabbil mal-brijoxxa Pariġina). L-elementi li jirrigwardaw l-għarfien (it-“tkabbir”) ġew inklużi fit-taqsima dwar ir-rabta maż-żona ġeografika.

5.4.    L-intestatura “Rabta maż-żona ġeografika”

Fl-ispeċifikazzjonijiet fis-seħħ, l-elementi dwar ir-rabta maż-żona ġeografika jinsabu f’diversi kapitoli. Ir-rabta hija deskritta b’mod differenti, pereżempju b’parti fuq l-istorja tar-reġjun, ir-rabta bejn din l-istorja reġjonali u t-tradizzjoni ta’ kif issir il-brijoxxa u l-iżvilupp tas-settur tal-“Brioche vendéenne”, parti oħra dwar ir-reputazzjoni dejjem tikber u evidenti tal-prodott, imbagħad parti oħra dwar il-piż ekonomiku tas-settur u l-involviment tal-professjonisti u l-aħħar parti dwar il-motivazzjoni tal-operaturi li jiksbu l-IĠP. L-emendi jikkonsistu fil-ġbir tal-informazzjoni kollha rilevanti u fir-riorganizzazzjoni tal-kapitolu skont il-partijiet mistennija li huma: “L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika”, “L-ispeċifiċità tal-prodott” u “Ir-rabta kawżali”. Barra minn hekk, minn mindu l-“Brioche vendéenne” ġiet rikonoxxuta bħala IĠP, ir-reputazzjoni ta’ din il-brijoxxa kompliet tikber u minħabba din il-fama kbira il-konsum tagħha wkoll kiber kif juru ċ-ċifri dwar il-konsum.

Għaldaqstant hija emenda fl-istil li tiffaċilita l-qari tar-rabta tal-“Brioche vendéenne” mal-ambjent ġeografiku tagħha, mingħajr ma ntmessu l-pedamenti ta’ din ir-rabta.

5.5.    L-intestatura “Tikkettar”

Il-parti tat-tikkettar ġiet aġġornata biex tieħu inkunsiderazzjoni r-regolamenti ġenerali fis-seħħ. L-Ispeċifikazzjoni attwali tipprevedi t-twaħħil obbligatorju ta’:

“—

L-isem għall-bejgħ: “Brioche vendéenne”

Origine Vendée

In-numru tat-tikketta jew id-data u l-ħin tal-manifattura

L-isem, l-indirizz u l-logo tal-korp ta’ ċertifikazzjoni

L-isem tal-grupp ta’ kwalità applikanti li tiegħu huwa membru l-manifattur.

il-logo tal-IĠP (jekk ikun il-każ)”

u fit-taqsima tat-tikkettar is-sommarju jipprovdi: “Prodott mibjugħ taħt l-isem ta’ “Brioche vendéenne”.”

Fl-abbozz tal-ispeċifikazzjonijiet emendati u fid-dokument uniku huwa speċifikat li t-tikkettar jinkludi l-informazzjoni li ġejja: “l-isem u l-indirizz tal-korp ta’ ċertifikazzjoni u l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-manifattur”.

It-twaħħil tad-denominazzjoni tal-bejgħ li tikkorrispondi għad-denominazzjoni tal-IĠP u l-logo tal-IĠP huma obbligatorji mill-4 ta’ Jannar 2016 li jneħħi l-bżonn li jinżammu dawn id-dispożizzjonijiet fl-ispeċifikazzjonijiet. Lanqas id-dispożizzjoni “OriġineVendée” ma tidher li hija aktar meħtieġa minħabba r-reputazzjoni tal-IĠP “Brioche vendéenne”. Id-dispożizzjoni “In-numru tat-tikketta jew id-data u l-ħin ta’ manifattura” hija informazzjoni dwar it-traċċabbiltà li l-impriżi jippjanaw fil-ħidma tagħhom sabiex jiżguraw il-monitoraġġ tal-lottijiet. Id-dispożizzjoni “L-isem tal-grupp ta’ kwalità applikant li tiegħu huwa membru l-manifattur.” tneħħiet u ġiet sostitwita minn “l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-manifattur” li tipprovdi aktar informazzjoni lill-konsumatur.

5.6.    L-intestatura “Oħrajn”

—   Aġġornament tad-dettalji

Id-dettalji tad-dipartiment kompetenti tal-Istat Membru ġew miżjuda u dawk tal-grupp applikant kif ukoll l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tiegħu, ġew aġġornati.

—   Żona ġeografika

Sabiex jiġu ċċarati l-fażijiet li jitwettqu fiż-żona ġeografika ġiet miżjuda din is-sentenza fl-ispeċifikazzjonijiet: “Iż-żona ġeografika fejn issir il-“Brioche vendéenne”, mill-għaġna sal-ippakkjar tal-prodott, testendi fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin:”

Għal kull dipartiment, il-lista tal-cantons ġiet sostitwita mil-lista tal-muniċipalitajiet relatati. Iż-żona ġeografika ma nbidlitx.

Il-mappa taż-żona ġeografika wkoll ġiet aġġornata. Tneħħa paragrafu relatat mal-ġustifikazzjoni tad-delimitazzjoni taż-żona tal-IĠP “Brioche vendéenne”, peress li l-kontenut tiegħu ġie inkluż fil-parti relatata mal-elementi li jiġġustifikaw ir-rabta mal-ambjent ġeografiku.

Rigward id-dokument uniku, il-lista tal-cantons ġiet aġġornata wara emenda amministrattiva fl-isem tal-cantons u tal-perimetru tagħhom. Dan l-aġġornament kien meħtieġ peress li wara r-reviżjoni tal-cantons li saret fi Franza f’dawn l-aħħar snin inbidlu l-isem u/jew il-perimetru ta’ ċerti cantons. Il-kitba tal-lista tal-cantons elenkata fis-sommarju nbidlet minħabba r-regolamenti Franċiżi, iżda ż-żona inkluża baqgħet l-istess

—   Struttura ta’ kontroll

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ kontroll inbidlu b’dawk tal-awtorità kompetenti ta’ kontroll. L-għan ta’ din l-emenda huwa li tiġi evitata l-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet fil-każ ta’ bidla fil-korp ta’ kontroll.

—   Rekwiżiti nazzjonali

Fl-ispeċifikazzjonijiet fis-seħħ il-punti ewlenin li jeħtieġu kontroll mhumiex indikati. Dawn ġew miżjuda fl-ispeċifikazzjonijiet emendati, skont ir-rekwiżiti nazzjonali.

—   Annessi

L-annessi tal-ispeċifikazzjonijiet fis-seħħ tneħħew. Fil-fatt kienu jikkonsistu f’elementi mhux vinkolanti mehmuża bħala eżempji (kummenti tal-istampa, tikketti, studji storiċi, eċċ.).

DOKUMENT UNIKU

“BRIOCHE VENDÉENNE”

Nru tal-UE: PGI-FR-02294 — 24.2.2017

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem/Ismijiet

“Brioche vendéenne”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’1

Il-“Brioche vendéenne” hija brijoxxa mmaljata, bil-wiċċ dehbi, b’forma regolari tonda, ovali jew rettangolari. Dejjem tinbiegħ friska, sħiħa jew imqatta’ ġo dixx tal-karti u ppakkjata f’borża. Il-brijoxxa tkun tiżen mill-inqas 300 gramma.

Il-qalba tagħha għandha lewn omoġenju u struttura kollha toqob li meta tittiekel tinħass ħafifa, tiġġebbed xi ftit iżda li tinħall faċilment fil-ħalq.

Ir-riħa tagħha hija kumplessa iżda bilanċjata bejn riħa ta’ butir, aroma ta’ brandi jew rum u xi drabi rwejjaħ oħrajn ta’ vanilla u/jew ta’ ilma żahar. It-togħma tagħha hija rikka, ħelwa u fragranti.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Id-dqiq użat ġej minn qamħ adatt għall-ħobż, li jikber fir-reġjuni taċ-ċereali li ġejjin: Centre, Grand Ouest (Pays de la Loire, il-Bretanja, in-Normandija, Poitou-Charentes), kif ukoll Beauce u Brie (referenzi ġeografiċi: “Code et nomenclature des régions agricoles de la France au 1er janvier 1971”, ippubblikat fl-1974 taħt l-awtorità konġunta tal-INSEE u tal-SCEES). Kemm il-manifatturi ż-żgħar u dawk industrijali kif ukoll id-distributuri jagħżlu dawn il-qmuħ ta’ dawn ir-reġjuni minħabba l-karatteristiċi tekonoloġiċi u l-kwalità tagħhom: id-dqiq irid ikollu kapaċità ta’ ħami ta’ mill-inqas 180 W; il-kontenut totali tal-proteini jrid ikun mill-inqas 10,5 %.

Il-bajd u l-ħalib ukoll ġejjin miż-żona ġeografika.

Il-butir ġej miż-żona ġeografika u mir-reġjun Grand-Ouest ta’ Franza (Pays de la Loire, il-Bretanja, in-Normandija u Poitou-Charentes).

Il-melħ ġej mill-kosta tal-Atlantiku bejn l-estwarju tal-Gironde u l-kosta tan-naħa t’isfel tal-Bretanja, b’mod partikolari l-île de Ré, Noirmoutier u Guérande.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-fażijiet kollha tal-produzzjoni tal-“Brioche vendéenne”, mill-għaġna sal-ħami tal-prodott iseħħu fiż-żona ġeografika.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

L-ippakkjar isir fiż-żona ġeografika.

L-ippakkjar isir malajr kemm jista’ jkun wara l-ħami biex jiġu ppreżervati l-karatteristiċi organolettici. L-ippakkjar veloċi ta’ dan il-prodott mimli zokkor jipproteġi kontra l-insetti, il-mikrobi u fl-istess ħin il-“Brioche vendéenne” tibqa’ ratba u bl-aromi intatti.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Mingħajr preġudizzju għar-regolamenti fis-seħħ, it-tikkettar jinkludi:

L-isem u l-indirizz tal-korp tal-ispezzjoni

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-manifattur.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Id-dipartiment ta’ Vendée: id-dipartiment kollu.

Id-dipartiment ta’ Loire-Atlantique: il-cantons ta’ Clisson, Machecoul, Pornic, Rezé-1, Rezé-2, Saint-Brevin-les-Pins, Saint-Philbert-de-Grand-Lieu, Saint-Sébastien-sur-Loire, Vallet, Vertou u l-partijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Indre u ta’ Nantes fin-Nofsinhar tal-Loire.

Id-dipartiment ta’ Maine et Loire: il-muniċipalitajiet ta’ Chalonnes-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Denée, Rochefort-sur-Loire u l-cantons ta’ Beaupréau, Chemillé-Melay, Cholet-1, Cholet-2, Doué-la-Fontaine, La Pommeraye, Les Ponts-de-Cé, Saint-Macaire-en-Mauges u Saumur, minbarra l-partijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Les Ponts-de-Cé u ta’ Saumur li jinsabu fit-Tramuntana tal-Loire.

Id-dipartiment ta’ Deux-Sèvres: il-muniċipalitajiet ta’ Allonne, Azay-sur-Thouet, Beaulieu-sous-Parthenay, La Boissière-en-Gâtine, Le Bourdet, Clavé, Les Groseillers, Mauzé-sur-le-Mignon, Mazières-en-Gâtine, Niort, Pougne-Hérisson, Priaires, Prin-Deyrançon, Le Retail, La Rochénard, Saint-Aubin-le-Cloud, Saint-Georges-de-Noisné, Saint-Georges-de-Rex, Saint-Hilaire-la-Palud, Saint-Lin, Saint-Marc-la-Lande, Saint-Pardoux, Secondigny, Soutiers, Usseau, Vernoux-en-Gâtine, Verruyes, Vouhé u l-cantons ta’ Autize-Égray, Bressuire, Cerizay, il-canton ta’ Frontenay-Rohan-Rohan minbarra l-muniċipalità ta’ Granzay-Gript, il-cantons ta’ Mauléon, Parthenay, La Plaine Niortaise, Saint-Maixent-l’École, Thouars u l-canton tal-Val du Thouet minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Airvault, Assais-les-Jumeaux, Availles-Thouarsais, Boussais, Le Chillou, Irais, Louin, Maisontiers, Marnes, Saint-Généroux, Saint-Jouin-de-Marnes, Saint-Loup-Lamairé u Tessonnière.

Id-dipartiment ta’ Charente-Maritime: il-cantons ta’ Aytré, Châtelaillon-Plage, La Jarrie, Lagord, Marans, Rochefort, La Rochelle-1, La Rochelle-2, La Rochelle-3, Surgères u l-canton ta’ Tonnay-Charente minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Échillais, Port-des-Barques, Saint-Nazaire-sur-Charente u Soubise.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

L-element naturali

Iż-żona ġeografika tal-“Brioche vendéenne” li tinsab fuq ix-xtut tal-Atlantiku bejn il-bliet portwarji ta’ Nantes u La Rochelle, tgawdi minn klima oċeanika moderata, li tivvaforixxi firxa wiesgħa ta’ produzzjonijiet. Id-diversità ġeoloġika tagħha hija l-oriġini ta’ ambjenti varjati:

il-Bocage ta’ Vendée, fin-naħa ta’ isfel tal-Massif Armorikan li huwa kkaratterizzat minn sistema agrarja ddedikata għat-trobbija tal-bhejjem fil-forom kollha tagħha;

il-Pjanura ta’ Vendée fuq in-naqal sekondarju, iddedikata l-aktar għaċ-ċereali;

fil-bur taż-żoni baxxi ’l ġewwa mill-kosta li spiss ikunu miksija bil-ħaxix;

mal-kosta, il-bwar salmastri rinomati u ċ-ċentri turistiċi tal-għawm li jagħmlu mid-dipartiment ta’ Vendée it-tieni destinazzjoni turistika Franċiża.

L-element uman

‘Il bogħod mir-rotot il-kbar ta’ komunikazzjoni, iż-żona ġeografika hija l-benniena ta’ komunità ta’ nies magħquda madwar valuri komuni u gastronomija rikka u varjata. Bħala reġjun marbut mar-reliġjon, il-festi tal-Għid li kienu jfissru t-tmiem tax-xitwa fl-aħħar tar-Randan, kienu okkażjoni ideali għall-pasti u kejkijiet mimlija zokkor, bajd u butir. Fil-Vendée, dawn il-kejkijiet kienu jiddistingwu ruħhom bil-qalba densa tagħhom, minħabba li l-fermentazzjoni tal-għaġina kienet tiġi interrotta. Dawn kienu jissejħu “pain de Pâques” (ħobż tal-Għid), “galette pacaude”, “alize” jew “gâche” (tipi ta’ ħobż ħelu f’forom differenti) (Association vendéenne du goût, Produits du terroir et recettes traditionnelles de Vendée (Prodotti lokali u riċetti tradizzjonali ta’ Vendée), Edizzjoni L’Étrave, 1995). “Sibt il-Għid huwa ddedikat kollu għall-produzzjoni ta’ dawn il-kejkijiet brijoxxi, spiss enormi” (Anne-Christine Beauviala u Nicole Vielfaure, Fêtes, coutumes et gâteaux, (Festi, drawwiet u kejkijiet) Edizzjoni C. Bonneton, 1978).

Fis-seklu dsatax, il-manifattura tal-kejkijiet, li sa dak iż-żmien kienet issir min-nisa tad-dar, għaddiet għand il-furnara. Huwa f’dan iż-żmien li fil-Vendée tfaċċat il-“brijoxxa mmaljata”, magħmula minn dqiq, bajd u butir, imħawra bil-brandi, xi ftit vanilla u ilma żahar. Huwa kejk tal-okkażjoni, assoċjat ma’ avvenimenti importanti bħall-Ewwel Tqarbina jew it-Tiġijiet. It-tradizzjoni kienet titlob li l-parrini tal-għarusa jagħtu brijoxxa kbira (Edmond Bocquier, La Terre vendéenne (Iż-Żona ta’ Vendée), Jannar 1906). Dan il-kejk kien jinġarr fuq speċi ta’ branda u kulħadd kien jiżfen madwarha (Abel Hugo, France pittoresque (Franza pittoreska), Edizzjoni Delloye, 1835). Din l-użanza għadha ssir sal-lum fil-Vendée.

Bil-wasla tal-ferrovija u mbagħad bl-iżvilupp tat-turiżmu fis-seklu għoxrin, l-ekonomija ta’ Vendée infirxet lil hinn mit-territorju. L-artiġjanat u l-industrija żviluppaw fil-kampanja u ħolqu mudell ekonomiku oriġinali (Jean Renard, La Vendée, un demi-siècle d’observation d’un géographe (Il-Vendée, nofs seklu ta’ osservazzjoni ta’ ġeografu) Presses universitaires de Rennes, 2004). L-artiġjani bdew jikkummerċjalizzaw il-prodott tagħhom, biex il-brijoxxi xterdu barra minn Vendée. F’April 1949, l-Association des Vendéens de Paris organizzat il-bejgħ tal-brijoxxa b’risq il-karità fil-belt kapitali. Kien f’din l-okkażjoni li tfaċċa l-isem ta’ “Brioche vendéenne”, biex jiddistingwiha mill-brijoxxi l-oħrajn (Frédéric Ziegerman, Le Guide des pays de France (Il-gwida tar-Reġjuni ta’ Franza), Edizzjoni Fayard, 1999).

Minn dakinhar, l-operaturi kollha adottaw ir-riċetta tal-prodott li ntirtet mit-tradizzjoni, b’fermentazzjoni doppja fit-tul, l-iffurmar u l-immaljar bl-idejn tal-biċċiet ta’ għaġina, ħami f’temperatura moderata u l-ippakkjar tal-prodott ftit wara li joħroġ mill-forn. Id-delimitazzjoni taż-żona ġeografika, li tinkludi Vendée amministrattiva u ż-żoni tal-madwar tad-dipartimenti ġirien, hija bbażata fuq il-lokalizzazzjoni ta’ dan l-għarfien, li tirrifletti ċ-ċaqliq tal-furnara u tal-apprendisti mħarrġa f’Vendée.

Speċifiċità tal-prodott

Il-“Brioche vendéenne” tintgħaraf mill-forma mmaljata tagħha li ntirtet minn iffurmar bl-idejn speċifiku msejjaħ “metodu bi 3 strixxi”. Fil-parti l-kbira tiġi ppreżentata f’forma rettangolari, iżda f’ċerti okkażjonijiet tista’ tkun ukoll ovali jew tonda. Hija tiġi b’qoxra minfuħa u kemmxejn dehbija. Tista’ tinbiegħ imqatta’ jew sħiħa. Titqiegħed fuq dixx tal-karti u tiġi ppakkjata f’borża trasparenti magħluqa.

Meta titqattal-qalba tkun kollha toqob, tiġġebbed xi ftit iżda ħafifa ħafna. It-togħma ta’ din il-qalba ratba u li ddub malajr fil-ħalq għandha aromi sottili ta’ butir u brandi jew rum, b’laqta ħafifa ta’ vanilla u/jew ilma żahar. It-togħma tagħha hija rikka minħabba l-proporzjon għoli ta’ butir u bajd, u aktar ħelwa mill-parti l-kbira tal-brijoxxi.

Rabta kawżali

Ir-rabta kawżali bejn l-ispeċifiċitajiet tal-prodott u l-ispeċifiċitajiet taż-żona hija bbażata kemm fuq kwalitajiet partikolari tal-prodott (kompożizzjoni, togħma, dehra, sawra) kif ukoll fuq ir-reputazzjoni tiegħu.

Kompożizzjoni u togħma marbuta mal-karatteristiċi taż-żona ġeografika

Tista’ tiġi stabbilita rabta bejn il-karatteristiċi tal-ambjent u l-ingredjenti li jifformaw il-“Brioche vendéenne”:

il-produzzjoni abbondanti ta’ butir u ħalib hija dovuta għall-klima oċeanika li jgawdi minnha r-reġjun, li tiffavorixxi t-trobbija tal-bovini, speċjalment fil-Bocage ta’ Vendée u fiż-żoni tal-bur;

minħabba din il-klima moderata u s-sistema agrarja ta’ għelieqi u arbuxelli jitrabbew ukoll kwantitajiet kbar ta’ tjur li jiżgura ammont kbir ta’ bajd, l-aktar qrib l-Għid;

il-ħamrija fertili tal-Pjanura ta’ Vendée u ż-żoni mnixxfa tal-bur ippermettew sa mill-Medju Evu l-iżvilupp tal-produzzjoni taċ-ċereali taħt il-protezzjoni tal-abbaziji;

minħabba li Cognac jinsab qrib in-Nofsinhar taż-żona ġeografika żviluppat il-produzzjoni artiġjanali tal-brandi li jintuża fil-produzzjoni ta’ dawn il-kejkijiet;

is-sitwazzjoni tal-kosta taż-żona, fejn hemm portijiet kbar, affettwat il-preżenza ta’ prodotti esoġeni bħar-rum, l-aromi tal-vanilla u tal-ilma żahar u z-zokkor tal-kannamieli;

il-kosta tal-Atlantiku ilha żmien żona importanti għall-produzzjoni tal-melħ, speċjalment madwar il-baċini ta’ Guérande, ta’ Noirmoutier u tal-île de Ré.

Minħabba li ilhom stabbiliti fit-territorju għal żmien twil, dawn l-ingredjenti ewlenin huma l-bażi tal-ispeċifiċità tal-prodott: il-bajd, il-ħalib u l-butir li jagħmlu għaġina ratba u li ddub, doża ġusta ta’ melħ u zokkor u t-taħlita aromatika ta’ alkoħol, vanilla u ilma żahar.

Dehra u sawra li ntirtu minn għarfien lokali speċifiku għaż-żona ġeografika

Rabta kawżali kbira tgħaqqad ċerti kwalitajiet tal-prodott, riżultat tal-metodi ta’ manifattura oriġinali, u l-lokalizzazzjoni ta’ dan l-għarfien fiż-żona ġeografika:

id-dehra tal-prodott, il-forma u l-malja tiegħu ġejjin mill-iffurmar bl-idejn tiegħu;

in-nefħa tal-“Brioche vendéenne”, il-qalba ħafifa mimlija toqob tagħha ġejjin mill-fermentazzjoni doppja bil-fażi tal-“pointage” (tlugħ) segwita mill-fażi tal-“apprêt” (mistrieħ);

il-lewn dehbieni u l-irtubija huma l-frott ta’ ħami kkontrollat f’forn adattat;

l-aromi fini tal-prodott huma ppreżervati minħabba li jiġi ppakkjat malajr.

Dawn il-prattiki li ġejjin mit-tradizzjoni, imorru lura għall-manifattura antika tal-kejkijiet tal-Għid jew tat-tiġijiet. Dawn għaddew mingħand in-nisa tad-dar għal għand il-furnara artiġjani, ġew ikkummerċjalizzati u llum għadhom jiġu mgħallma lill-apprendisti. Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Brioche vendéenne” tiġbor fiha lill-operaturi kollha li llum huma esperti f’dan l-għarfien ta’ kif jimmanifatturaw il-prodott.

Reputazzjoni marbuta ma’ karatteristiċi taż-żona ġeografika

Il-fama tal-prodott hija dovuta kemm għall-għeruq lokali tiegħu kif ukoll għat-tixrid kbir tiegħu lil hinn miż-żona oriġinali tiegħu. It-tnejn huma marbuta ma’ ċerti karatteristiċi speċifiċi għaż-żona ġeografika.

Għalhekk, ir-rabta tan-nies mal-wirt kulinari tagħhom huwa karatteristika partikolari ta’ Vendée u d-dintorni tagħha. Dan is-sens ta’ appartenenza għal komunità u identità reġjonali qawwija waqqfu tradizzjoni twila ta’ kejkijiet tal-Għid li ntirtet mill-“Brioche vendéenne”, li għadha tkun preżenti fil-festi u fit-tiġijiet. Il-kompetizzjonijiet ta’ din il-ġawhra gastronomika żammew dan l-entużjażmu.

Minħabba l-pożizzjoni tagħha, iż-żona ġeografika hija miftuħa għal turiżmu li żviluppa ħafna f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin. Is-sbuħija tal-kosta ta’ Vendée toffri opportunità unika għat-tixrid tar-reputazzjoni tal-“Brioche vendéenne”. Il-kuraġġ u l-entużjażmu tal-artiġjani u l-industrijalisti li ħadmu għall-promozzjoni tagħha huma parti minn kuntest ekonomiku kkaratterizzat mid-densità u d-dinamiżmu ta’ impriżi żgħar u medji stabbiliti fiż-żoni rurali. Il-prodott jirrappreżenta aktar minn 10 % tas-suq nazzjonali tal-kejkijiet (sors: panel SECODIP, 2001). Studju li sar minn OSER, Junior Entreprise de l’Ecole Supérieure d’Agriculture d’Angers (l-iskola superjuri tal-biedja ta’ Angers), sab li 45 % jafu bil-prodott. Dan il-perċentwal jitla’ għal 77 % fil-każ ta’ għarfien assistit (95 % fl-Ouest u 50 % fir-reġjun ta’ madwar Pariġi).

Il-“Brioche vendéenne” kienet partikolarment onorata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Arti Kulinari fi L’Inventaire du patrimoine culinaire de la France (L-inventarju tal-wirt kulinari ta’ Franza) iddedikat lill-Pays-de-la-Loire (Edizzjoni Albin Michel, 1993): “Ilha għal għexieren ta’ snin tagħmel suċċess kbir lil hinn mil-limiti tar-reġjun tagħha.”

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-14f3e5da-22af-4b8a-aca8-d88d7481ebb9/telechargement


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.