ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 81

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
2 ta' Marzu 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

 

Il-529 Sessjoni Plenarja tal-KESE fit-18 u d-19 ta' Ottubru 2017

2018/C 81/01

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-potenzjal ta’ negozji żgħar tal-familja u tradizzjonali sabiex tingħata spinta lill-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku fir-reġjuni (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

1

2018/C 81/02

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-finanzjament tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-UE (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

9

2018/C 81/03

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-irħula u l-bliet iż-żgħar bħala xpruni għall-iżvilupp rurali — sfidi u opportunitajiet (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

16

2018/C 81/04

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-ġustizzja klimatika (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

22

2018/C 81/05

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Sħubijiet għall-iżvilupp tal-UE u l-isfida tal-ftehimiet internazzjonali dwar it-taxxa (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

29

2018/C 81/06

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali fir-reġjun Ewro-Mediterranju (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

37

2018/C 81/07

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar It-tranżizzjoni lejn ġejjieni Ewropew aktar sostenibbli — strateġija għall-2050 (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

44

2018/C 81/08

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Mudelli ekonomiċi sostenibbli ġodda (opinjoni esploratorja)

57

2018/C 81/09

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar It-tassazzjoni tal-ekonomija kollaborattiva — analiżi ta’ politiki fiskali possibbli b’rabta mat-tkabbir tal-ekonomija kollaborattiva (opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Estonjana)

65

2018/C 81/10

Opinjoni tal-Kumitat Eknomiku u Soċjali Ewropew dwar L-użu tal-art għall-produzzjoni tal-ikel sostenibbli u s-servizzi tal-ekosistema (opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Estonjana)

72

2018/C 81/11

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE (Eżami mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri) (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

81


 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

 

Il-529 Sessjoni Plenarja tal-KESE fit-18 u d-19 ta' Ottubru 2017

2018/C 81/12

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar a) Pakkett ta’ konformità Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta’Azzjoni dwar ir-rinfurzar ta’ SOLVIT: inwasslu l-benefiċċji tas-suq uniku liċ-ċittadini u lin-negozji [COM(2017) 255 final — SDW(2017) 210 final] (b) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ portal diġitali uniku li jipprovdi informazzjoni, proċeduri, u servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 [COM(2017) 256 final — 2017/0086 (COD)] (c) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura li permezz tagħhom il-Kummissjoni tista’ titlob lil impriżi u lil assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jipprovdu l-informazzjoni relatata mas-suq intern u ma’ oqsma relatati [COM(2017) 257 final — 2017/0087 (COD)]

88

2018/C 81/13

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom[COM(2017) 279 final — 2017/0111 (COD)]

95

2018/C 81/14

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-analiżi ta’ nofs it-terminu tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar is-Suq Uniku Diġitali — Suq Uniku Diġitali Konness għal kulħadd[COM(2017) 228 final]

102

2018/C 81/15

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Rapport tal-2016 dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni(COM(2017) 285 final)

111

2018/C 81/16

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-Rieżami ta’ nofs it-Terminu tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali[COM(2017) 292 final]

117

2018/C 81/17

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Dokument ta’ Riflessjoni dwar l-Approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja[COM(2017) 291 final]

124

2018/C 81/18

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Dokument ta’ Riflessjoni dwar il-Futur tal-Finanzi tal-UE[COM(2017) 358 final]

131

2018/C 81/19

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)(COM(2017) 343 final — 2017/0143 (COD))

139

2018/C 81/20

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Dokument ta’ Riflessjoni dwar id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa[COM(2017) 206] — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-istabbiliment tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali[COM(2017) 250 final] — Proposta għal Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali[COM(2017) 251 final]

145

2018/C 81/21

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistipola l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li temenda r-Regolamenti (UE) Nru 1288/2013, (UE) Nru 1293/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE[COM(2017) 262 final — 2017/0102(COD)]

160

2018/C 81/22

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Aġenda mġedda tal-UE għall-edukazzjoni għolja [COM(2017) 247 final] — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti għal bidu tajjeb fil-ħajja [COM(2017) 248 final]

167

2018/C 81/23

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd(COM(2017) 0424 final — 2017/0190(COD))

174

2018/C 81/24

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà — Strateġija għall-implimentazzjoni(COM(2017) 134 final)

176

2018/C 81/25

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta’ pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ ħlas ta’ tariffi tat-triq fl-Unjoni [COM(2017) 280 final — 2017/0128 (COD)]

181

2018/C 81/26

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi[COM(2017) 275 final — 2017/0114 (COD)] u Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar taxxi fuq vetturi bil-mutur[COM(2017) 276 final — 2017/0115 (CNS)]

188

2018/C 81/27

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-Ewropa attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kuħadd(COM(2017) 283 final)

195

2018/C 81/28

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea — il-Kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli

201

2018/C 81/29

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar L-iskambju u l-protezzjoni ta’ data personali fl-era tal-globalizzazzjoni[COM(2017) 7 final]

209

2018/C 81/30

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għall- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020)[COM(2017) 385 final — 2017/0163 (COD)]

215

2018/C 81/31

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-politika ekonomika taż-żona tal-euro għall-2017 (opinjoni addizzjonali)

216


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-529 Sessjoni Plenarja tal-KESE fit-18 u d-19 ta' Ottubru 2017

2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/1


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-potenzjal ta’ negozji żgħar tal-familja u tradizzjonali sabiex tingħata spinta lill-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku fir-reġjuni”

(opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2018/C 081/01)

Relatur:

Dimitris DIMITRIADIS

Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

26.1.2017

Bażi legali

L-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

 

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

 

 

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

Adottata fis-sezzjoni

7.9.2017

Adottata fil-plenarja

18.10.2017

Sessjoni plenarja Nru

529

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

199/0/1

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

F’għadd ta’ opinjonijiet, il-KESE esprima b’mod konsistenti l-attitudni pożittiva tiegħu lejn il-politiki tal-UE li l-għan tagħhom huwa li jappoġġjaw intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) (1). Madankollu, l-SMEs huma kategorija estremament eteroġena, jiġifieri jenħtieġ sforz speċjali sabiex is-sottogruppi differenti u b’mod partikolari n-negozji żgħar tal-familja u tradizzjonali (SFTBs) jiġu mmirati kif xieraq.

1.2.

Dan is-sottogrupp huwa importanti minħabba l-fatt li l-maġġoranza vasta tal-impjiegi fir-reġjuni tal-UE huma pprovduti minn dan it-tip ta’ negozju. Filwaqt li jafferma mill-ġdid il-konklużjonijiet preċedenti tiegħu u jfakkar fir-rakkomandazzjonijiet li saru fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu (2), l-għan tal-KESE huwa li jeżamina aktar bir-reqqa l-isfidi li l-SFTBs qegħdin jiffaċċjaw, filwaqt li jipprovdi analiżi dwarhom. Dan bl-għan li jkollu opportunità jinfluwenza t-tfassil tal-politika b’mod kostruttiv fil-livell tal-UE, dak nazzjonali u dak reġjonali.

1.3.

Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea (KE) tikkunsidra modi kif jiġu appoġġjati u promossi l-SFTBs, peress li dawn in-negozji huma element ewlieni fil-ħolqien ta’ attivitajiet ġodda u l-ġenerazzjoni ta’ dħul f’żoni b’riżorsi limitati. Huma qed iżidu l-valur fil-proċess ta’ żvilupp reġjonali, b’mod partikolari f’reġjuni anqas żviluppati, peress li għandhom għeruq fondi fl-ekonomija lokali, fejn jinvestu u jżommu l-impjiegi.

1.4.

Il-Kumitat jemmen li hemm potenzjal kbir ta’ żvilupp f’ħafna reġjuni li għadhom lura u li dan il-potenzjal li mhuwiex sfruttat biżżejjed jista’ jiġi realizzat permezz ta’ SFTBs lokali. Din l-isfida għandha tikkonċerna mhux biss lill-Kummissjoni Ewropea iżda wkoll lil atturi oħra li għandhom ikunu involuti b’mod intensiv, inklużi l-gvernijiet lokali u intermedjarji lokali bħall-organizzazzjonijiet tan-negozju u l-istituzzjonijiet finanzjarji.

1.5.

Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tqis il-fatt li l-SFTBs intlaqtu ħażin mill-iżviluppi u x-xejriet industrijali u ekonomiċi riċenti. Dawn qegħdin jitilfu l-kompetittività u qegħdin jiffaċċjaw żieda fid-diffikultajiet biex iwettqu l-operazzjonijiet tagħhom.

1.6.

Il-KESE jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-istrumenti tal-politika ta’ appoġġ ma jiffukawx fuq l-SFTBs u x’aktarx dawn mhumiex se jibbenefikaw minnhom b’mod sinifikanti. B’mod ġenerali, l-appoġġ għall-SMEs huwa mmirat lejn iż-żieda fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-SMEs u n-negozji ġodda. Mingħajr ma jixħet dubju fuq l-importanza ta’ dawn il-politiki inkwistjoni, il-KESE jixtieq jenfasizza li frazzjoni żgħira ħafna tal-SMEs kollha se tibbenefika minnhom u li tipikament, l-SFTBs mhumiex fosthom. Il-KESE jilqa’ l-intenzjoni tal-KE biex tirrevedi d-definizzjoni ta’ SME, li nbdiet mid-DĠ GROW u ġiet proviżorjament skedata għall-bidu tal-2019 (3).

1.6.1.

Id-definizzjoni attwali ta’ SME diġà hija skaduta, u għal din ir-raġuni l-Kumitat jemmen li r-reviżjoni ppjanata tista’ tkun utli biex tipprovdi fehim aktar adegwat tan-natura tal-SMEs u fit-tfassil ta’ politiki aħjar għalihom. Il-KESE jistieden lill-KE tinkludi valutazzjoni ta’ kif tiġi applikata d-definizzjoni attwali fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ politika tal-SMEs fil-livell tal-UE, dak nazzjonali u dak reġjonali fil-proċess ta’ konsultazzjoni, b’enfasi partikolari fuq l-SFTBs.

1.6.2.

Il-KESE jemmen li bħala minimu, ir-reviżjoni tad-definizzjoni għandha:

tikkanċella l-“kriterju tal-għadd tal-persunal” (4) bħala l-kriterju ewlieni u tipprovdi lill-SMEs bil-flessibilità li jagħżlu liema żewġ kriterji minn tlieta għandhom jissodisfaw, permezz tal-aktar approċċ aġġornat stabbilit fid-Direttiva 2013/34/UE (5);

twettaq analiżi bir-reqqa tal-livelli limiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Rakkomandazzjoni u taġġornahom kull meta dan ikun meħtieġ, anke billi tikkonverġihom ma’ dawk stabbiliti fid-Direttiva 2013/34/UE;

tivvaluta mill-ġdid u tirrevedi r-restrizzjonijiet fl-Artikolu 3 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni.

1.7.

Il-KESE jemmen li huwa importanti li l-SFTBs jiġu rikonoxxuti bħala sottogrupp speċifiku peress li huma tipikament isofru l-aktar minn fallimenti tas-suq. Għalhekk il-Kumitat jirrakkomanda t-tfassil ta’ politiki ta’ appoġġ imfassla apposta għalihom. Sabiex jiġu indirizzati l-problemi l-aktar urġenti, tali politiki għandhom mill-inqas ikunu mmirati biex:

jassistu biex jattiraw u jħarrġu l-forza tax-xogħol;

iħarrġu u jħarrġu mill-ġdid lill-maniġers/lis-sidien;

jipprovdu aċċess għal servizzi ta’ għoti ta’ parir u ta’ konsulenza;

itejbu l-aċċess għall-finanzjament;

jiżguraw aktar informazzjoni u taħriġ aħjar għall-persunal fl-assoċjazzjonijiet lokali tal-impjegaturi u fl-uffiċċji tal-banek lokali;

jipprovdu servizzi b’punt ta’ kuntatt waħdieni;

jirrevedu piżijiet amministrattivi lokali u dawk tal-UE;

jiżguraw aċċess għal aktar informazzjoni u informazzjoni aħjar dwar rekwiżiti regolatorji, ambjenti tan-negozji lokali u opportunitajiet tas-suq.

2.   Negozji żgħar tal-familja u tradizzjonali – kuntest u importanza

2.1.

Attwalment, għadd ta’ żviluppi u xejriet industrijali ta’ rilevanza attwali, fosthom id-diġitalizzazzjoni, l-Industrija 4.0, il-mudelli kummerċjali li jinbidlu b’rata mgħaġġla, il-globalizzazzjoni, l-ekonomija kollaborattiva u sorsi aktar innovattivi ta’ vantaġġi kompetittivi, jinsabu fiċ-ċentru tat-tfassil tal-politika tal-UE. Fl-istess ħin, għandu jiġi rikonoxxut li l-persuni għandhom ikunu kapaċi jgħixu fi kwalunkwe post fl-UE, anke f’bosta reġjuni li x’aktarx l-Industrija 4.0 mhux se tilħaq b’mod faċli.

2.2.

Mingħajr ma titnaqqas l-importanza ta’ dawn ix-xejriet ġodda u filwaqt li jiġu appoġġati l-isforzi politiċi bil-għan li jippromovuhom, jinħtieġ li jitfakkar li, attwalment, il-maġġoranza vasta tal-impjiegi fir-reġjuni tal-UE huma pprovduti minn SMEs tradizzjonali ħafna (6) u min-negozji żgħar tal-familja (7), li l-maġġoranza tagħhom għandhom storja twila kif ukoll it-tradizzjonijiet proprji tagħhom, esperjenzi u bosta stejjer ta’ suċċess mill-passat. Tipikament, dan il-grupp ta’ negozji jinkludi s-sottogruppi li ġejjin:

Intrapriżi żgħar, mikro u monointrapriżi;

SMEs tradizzjonali ħafna, li joperaw f’oqsma ddeterminati storikament u tradizzjonalment;

SMEs f’żoni remoti, bħalma huma bliet żgħar, irħula, reġjuni muntanjużi, gżejjer, eċċ.;

Kumpaniji żgħar tal-familja;

Kumpaniji artiġjanali;

Persuni li jaħdmu għal rashom.

2.3.

Kif iddikjarat qabel mill-KESE, l-SFTBs huma s-sinsla ta’ bosta ekonomiji madwar id-dinja u qed jikbru b’rata impressjonanti. Dawn għandhom rwol importanti fl-iżvilupp reġjonali u lokali u għandhom rwol distintiv u kostruttiv fil-komunitajiet lokali. In-negozji tal-familja huma kapaċi jirreżistu aħjar il-perjodi diffiċli ta’ reċessjoni u staġnar. Dawn l-intrapriżi għandhom karatteristiċi uniċi ta’ tmexxija peress li s-sidien tagħhom tassew jimpurtahom mill-prospetti fit-tul tan-negozju, l-aktar minħabba l-fatt li l-patrimonju, ir-reputazzjoni u l-futur tal-familja tagħhom ikunu f’riskju. Tipikament, it-tmexxija tagħhom hija evidenti mill-impenn mhux tas-soltu għall-kontinwità tal-kumpanija u tinvolvi trawwim aktar tenaċi tal-komunità tal-impjegati tagħhom u t-tfittxija għal rabtiet eqreb mal-klijenti biex isostnu n-negozju. Preċedentement, il-KESE stieden lill-KE biex timplimenta strateġija attiva biex tippromovi l-aħjar prattiki fin-negozji tal-familja fost l-Istati Membri (8).

2.4.

Fis-snin riċenti, bosta SFTBs iffaċċjaw żieda fid-diffikultajiet biex iwettqu l-operazzjonijiet tagħhom, minħabba li:

mhumiex mgħammra tajjeb sabiex jantiċipaw u jadattaw għal ambjent tan-negozju li jinbidel b’rata mgħaġġla;

il-mudelli tradizzjonali tagħhom tat-twettiq tan-negozju ma għadhomx daqshekk kompetittivi daqskemm kienu minħabba bidliet fil-mudelli tan-negozju – jiġifieri d-diġitalizzazzjoni, modi aktar effettivi ta’ kif wieħed imexxi negozju, l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda;

dawn għandhom aċċess limitat għar-riżorsi – pereżempju kapital finanzjarju, ta’ informazzjoni u uman, u potenzjal tal-espansjoni tas-suq, eċċ.;

jiffaċċjaw limitazzjonijiet organizzattivi, bħal nuqqas ta’ żmien, kwalità u sjieda u ġestjoni orjentati lejn il-futur, u inerzja lejn bidla fl-imġiba;

ftit li xejn jistgħu jsawru l-ambjent estern u għandhom inqas setgħa ta’ negozjar, iżda huma aktar dipendenti minnha (9).

2.5.

Hemm biss ftit inqas minn 23 miljun SMEs fl-UE, b’sehem ogħla ta’ SMEs bħala proporzjon tal-għadd totali ta’ intrapriżi fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-UE (10). L-SMEs mhux biss jirrappreżentaw 99,8 % tal-għadd totali tal-intrapriżi fis-settur tan-negozju mhux finanzjarju tal-UE (11), iżda dawn jimpjegaw ukoll kważi 67 % tal-għadd totali tal-impjegati u jiġġeneraw kważi 58 % tal-valur miżjud totali fis-settur tan-negozju mhux finanzjarju (12). L-intrapriżi mikro, inklużi l-kumpaniji ta’ persuna waħda, huma bil-bosta l-aktar irrappreżentati b’mod wiesa’ f’termini ta’ għadd ta’ kumpaniji.

3.   Linji tal-politika u prijoritajiet fil-livell tal-UE

3.1.

Regola komuni tirrigwarda s-semplifikazzjoni tal-appoġġ għall-SMEs sabiex jiżdiedu r-riċerka u l-innovazzjoni fl-SMEs u fl-iżvilupp tal-SMEs (13). Filwaqt li l-kapaċità tal-SMEs għall-innovazzjoni u biex isiru globali huma rikonoxxuti bħala l-aktar żewġ xpruniimportanti għat-tkabbir, ġeneralment l-SMEs juru dgħufijiet fir-rigward tat-tnejn li huma (14). Nofs it-tipoloġiji identifikati tal-istrumenti matul l-aħħar perjodu ta’ finanzjament isegwu għanijiet kważi b’mod esklusżv f’termini ta’ innovazzjoni. Dawn huma strumenti li jappoġġjaw l-innovazzjoni teknoloġika u dik mhux teknoloġika, l-ekoinnovazzjoni, il-ħolqien ta’ kumpaniji innovattivi, l-appoġġ għall-proġetti R&Ż, it-trasferiment tal-għarfien u tat-teknoloġija.

3.2.

Matul il-perjodu 2007-2013 (15), l-appoġġ tal-FEŻR għall-SMEs ammonta għal madwar EUR 47,5 biljun (76,5 % għall-appoġġ tan-negozji u 16 % tal-allokazzjoni totali tal-FEŻR għall-perjodu). Barra minn hekk, ġew identifikati madwar 246 000 SME benefiċjarji minn 18,5 miljun intrapriża. Il-paragun bejn l-għadd tal-benefiċjarji u l-għadd totali ta’ intrapriżi jindika b’mod ċar li dan l-ammont huwa kompletament insuffiċjenti u juri li l-UE naqset milli tappoġġja din il-kategorija ferm importanti ta’ intrapriżi. Il-KE ma tindirizzax din il-kwistjoni importanti minħabba nuqqas ta’ riżorsi u d-diversità kbira fil-karatteristiċi ta’ dawn il-kumpaniji.

3.3.

Matul l-istess perjodu, ġie applikat għadd relattivament kbir ta’ strumenti ta’ politika bi grad għoli ta’ varjabilità, li jvarja minn benefiċjarju wieħed sa 8 000-9 000 benefiċjarju. Il-ħolqien ta’ strumenti li jkunu applikabbli għal għadd ferm żgħir ta’ benefiċjarji huwa b’mod ċar ineffiċjenti. Dan iqajjem dubju dwar jekk huwiex siewi li jitfassal għadd daqshekk kbir ta’ strumenti. Barra minn hekk, għandhom jiġu analizzati l-effettività u l-effiċjenza tagħhom, billi jitqiesu r-riżorsi umani u finanzjarji involuti fid-disinn tagħhom meta mqabbel mal-effetti prodotti (jekk ikun hemm). Fl-istess ħin, studji tal-każijiet enfasizzaw proċess ta’ awtoselezzjoni jew “immirar dgħajjef”, li fihom sett speċifiku ta’ benefiċjarji (ġeneralment ikkaratterizzat minn kapaċità akbar ta’ assorbiment) kien immirat permezz tat-tfassil proprju ta’ strument ta’ politika partikolari.

3.4.

Reviżjoni komprensiva (16) ta’ total ta’ 670 strument ta’ politika fil-50 Programm Operazzjonali (PO) implimentati matul il-perjodu ta’ programmazzjoni tiżvela li d-distribuzzjoni bejn politiki differenti hija pjuttost inekwa. Din turi li inqas minn 30 % tal-istrumenti ta’ politika kollha kienu mmirati lejn il-ħtiġijiet tan-negozji tradizzjonali. Il-KESE diġà esprima l-appoġġ tiegħu għal kumpaniji innovattivi u b’rata għolja ta’ tkabbir (17). Iżda fl-istess waqt jiddispjaċih li l-istrumenti ta’ politika huma mmirati b’mod predominanti u sproporzjonat lejn l-għanijiet tal-innovazzjoni tal-SMEs, peress li l-maġġoranza kbira tal-SMEs tal-UE ma għandhom – u mhux se jkollhom fil-futur qarib – l-ebda potenzjal innovattiv u n-negozju prinċipali tagħhom ma jeħtiġx li jkollu potenzjal innovattiv. Huwa minnu li l-prodotti innovattivi jistgħu jiġu żviluppati bi spejjeż estremament baxxi u jista’ jkollhom potenzjal għoli ta’ tkabbir, iżda dan it-tip ta’ tkabbir huwa b’mod ċar l-eċċezzjoni u mhux in-norma għal negozji tradizzjonali u tal-familja, li jaħdmu b’filosofija totalment differenti. Xi innovazzjoni hija possibbli u rakkomandata, u l-ġenerazzjonijiet il-ġodda qed jibdew jinnovaw għaliex għadhom moħħhom miftuħ. Iżda fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-innovazzjoni hija biss frammentata u mhix parti min-negozju ewlieni ta’ dawn il-kumpaniji (18).

3.5.

L-SFTBs mhumiex fl-attenzjoni ċentrali tal-istrumenti ta’ politika ta’ appoġġ, kif jidher mill-fatt li minoranza ta’ strumenti ta’ politika (7 % biss tal-kontribut pubbliku totali) huma mmirati lejn SMEs li joperaw f’setturi partikolari, li l-aktar komuni minnhom huwa t-turiżmu. Dan jidher ukoll mill-fatt li madwar 54 % tal-SMEs benefiċjarji huma mis-setturi tal-manifattura u tal-ICT (10 %), b’16 % biss mis-setturi tal-bejgħ bl-ingrossa u tal-kummerċ bl-imnut u 6 % fl-attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel, li huma kkunsidrati bħala setturi tradizzjonali. Dan huwa aggravat mill-fatt li matul l-aħħar perjodu ta’ programmazzjoni, l-appoġġ għall-SMEs tfassal fid-dawl tal-kriżi ekonomika serja, filwaqt li tqieset il-ħtieġa li r-riżorsi jiġu trasferiti ’l bogħod mill-innovazzjoni lejn tkabbir aktar ġeneriku.

3.6.

Fl-istess ħin, id-data turi li għall-ħames snin wara l-bidu tal-kriżi fl-2008, l-għadd ta’ SMEs żdied, filwaqt li l-valur miżjud u l-għadd ta’ impjegati naqsu (19). Tali statistika tissuġġerixxi li matul dan il-perjodu l-“intraprenditorija ta’ neċessità” ħadet preċedenza fuq “intraprenditorja ta’ opporunità”. Ovvjament, il-persuni bdew jippruvaw jissuperaw il-kriżi u l-kumpaniji bdew jippruvaw jissopravvivu, iżda l-appoġġ ma kienx biżżejjed jew adegwat (20).

3.7.

Bosta studji riċenti pprovdew evidenza ċara li hemm differenzi sinifikanti bejn il-ħtiġijiet tal-SMEs fit-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Ewropa, b’differenzi sinifikanti fil-livell nazzjonali. Din il-fehma hija appoġġjata għalkollox fir-Rapport Annwali dwar l-SMEs Ewropej 2014/2015 tal-Kummissjoni Ewropea, li skontu l-grupp ta’ pajjiżi bl-aktar punti baxxi huma prinċipalment min-Nofsinhar tal-Ewropa. Dawn il-pajjiżi jirrapportaw rati ta’ suċċess estremament baxxi għall-proġetti, inkluż fil-komponent tal-SMEs tal-Orizzont 2020.

3.8.

Sfida serja addizzjonali għall-għoti ta’ appoġġ effettiv għall-SFTBs hija l-fatt li l-politiki ta’ promozzjoni huma fformulati l-aktar abbażi tad-daqs tal-kumpaniji li għandhom jiġu appoġġjati u mhux fuq karatteristiċi aktar rilevanti li għandhom impatt akbar fuq l-attivitajiet tagħhom. Dan l-approċċ jista’ jkun skadut u mmirat b’mod wisq ġenerali u dan jonqos milli jikkunsidra l-ħtiġijiet differenti ta’ gruppi differenti bħall-SFTBs. Għalhekk, fl-opinjonijiet tiegħu, il-KESE kontinwament enfasizza l-bżonn ta’ politiki ta’ promozzjoni tal-SMEs fl-Ewropa li jkunu mmirati aħjar u definiti b’mod aktar preċiż, kif ukoll il-bżonn li d-definizzjoni tal-SMEs tiġi aġġornata sabiex tirrifletti aħjar il-varjetà ta’ SMEs (21).

3.9.

Il-KESE huwa mħasseb dwar il-fatt li s’issa parti żgħira biss mill-appoġġ tal-FEŻR iġġenerat effetti ddokumentati (22) u b’hekk intwera li dan għandu effett reali fuq l-ekonomija. Dan jixħet dubju fuq l-impatt reali tal-fondi investiti sabiex jiġu appoġġjati l-SMEs u l-KESE jinsisti li għandha titwettaq valutazzjoni tal-impatt reali, inkluża analiżi tal-appoġġ mogħti lill-SFTBs.

3.10.

Il-FEŻR mhuwiex l-unika sors ta’ appoġġ għall-SFTBs. Sorsi oħra bħall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) (23), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (24) jew il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) (25), li jistgħu jintużaw b’mod separat jew permezz ta’ Strumenti Territorjali (Żvilupp Lokali Mmmexxi mill-Komunità (CCLD) u Investimenti Territorjali Integrati), jipprovdu wkoll appoġġ għall-SMEs. Iżda dawn mhumiex immirati lejn l-SFTBs, u parti żgħira ħafna ta’ finanzjament tingħata lil dawn l-intrapriżi. Skont ir-rappreżentanti tal-SFTBs, il-bżonnijiet tagħhom mhumiex mifhuma sew jew sodisfatti b’mod xieraq.

3.10.1.

Dan jista’ jiġi spjegat mill-fatt li meta jitfasslu l-istrumenti ta’ appoġġ ta’ politika, dawk li jfasslu l-politika u l-amministrazzjonijiet fil-livell tal-UE, nazzjonali u lokali huma stretti wisq f’ċerti modi u naqsu milli jikkunsidraw l-opinjonijiet tal-imsieħba kummerċjali u soċjali, bil-għan li jifhmu l-ħtiġijiet reali ta’ kumpaniji żgħar u ta’ dawk żgħar ħafna.

3.10.2.

Ovvjament, it-tort ma għandux jingħata biss lill-amministrazzjoni, iżda wkoll lill-organizzazzjonijiet intermedjarji talli naqsu milli jikkomunikaw b’mod effettiv il-ħtiġijiet reali tal-SMEs. Eżempju tajjeb ta’ dan huwa li l-SMEs jidhru li juru preferenza ċara għall-għoti lill-intrapriżi, b’kuntrast mal-enfasi li dejjem tikber fid-dibattitu tal-politika fuq il-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma, l-appoġġ li jista’ jitħallas lura u l-appoġġ indirett

3.10.3.

Is-sħubiji bejn l-intrapriżi u ċ-ċentri tar-riċerka u r-rikors għal atturi intermedjarji biex jipprovdu għajnuna lill-SMEs jidhru wkoll li huma inqas żviluppati minn dak li kien antiċipat, minkejja l-fatt li dawn is-suġġetti jattiraw attenzjoni kbira. Huwa argumentat li din id-diskrepanza tista’ tiġi spjegata parzjalment mill-kriżi, iżda matul reċessjoni ekonomika, dawk li jfasslu l-politika setgħu għażlu strumenti ta’ politika aktar “tradizzjonali” biex isostnu l-ekonomiji lokali fi żmien kritiku.

3.10.4.

Il-possibilità li jintużaw strumenti finanzjarji varji speċifiċi, hija prattikament impossibbli għall-SFTBs minħabba d-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tagħhom u n-nuqqas ta’ esperjenza u għarfien.

4.   L-eteroġeneità tal-SMEs teħtieġ li tiġi indirizzata

4.1.

Tipikament, l-intrapriżi żgħar għandhom esportazzjonijiet aktar baxxi bħala perċentwal tal-fatturat, meta mqabbla ma’ intrapriżi ta’ daqs medju u dawk kbar, u dan il-fatt jissuġġerixxi relazzjoni bejn id-daqs tad-ditta u l-kapaċitajiet tal-esportazzjonijiet.

4.2.

L-aċċess għall-finanzjament huwa problema serja għall-SMEs u l-istart-ups. F’rapport ta’ informazzjoni, il-KESE ġibed l-attenzjoni għall-fatt li provvista inadegwata ilha tillimita l-attivitajiet tal-SMEs sa mill-2008 (26). Filwaqt li reċentement is-sitwazzjoni tjiebet, aktar ma kienet żgħira d-ditta aktar kien kajman il-progress, u dan il-fatt jissuġġerixxi għal darb’oħra l-influwenza tad-daqs biex jiddetermina l-bżonnijiet u l-prestazzjoni tad-ditti. Barra minn hekk, l-SMEs jibbażaw prinċipalment fuq is-self mill-banek għall-finanzjament tagħhom, iżda s-sistema bankarja mhijiex imfassla b’mod adegwat għall-SMEs, partikolarment l-SFTBs.

4.3.

Reċentement, l-appoġġ finanzjarju ffoka prinċipalment fuq negozji ġodda – li jirrappreżentaw porzjon żgħir ħafna tal-SMEs fl-UE – iżda għadhom ma ġewx indirizzati b’mod adegwat la l-bżonn urġenti biex in-negozji li qegħdin jespandu jiġu ffinanzjati mill-kapital u lanqas il-bżonn li l-maġġoranza vasta tal-intrapriżi tradizzjonali sempliċiment jiffinanzjaw l-operazzjonijiet regolari tagħhom, li sofrew mill-kriżi reċenti. Hemm rapporti ta’ fallimenti bankarji, li jqiegħdu lil xi intrapriżi żgħar f’pożizzjoni li ma jibqgħux fin-negozju minħabba problemi sempliċi ta’ fluss ta’ flus.

4.4.

Diffikultà serja oħra li l-SMEs jesperjenzaw – b’kuntrast ma’ kumpaniji kbar – hija marbuta mal-aċċess għall-informazzjoni u s-swieq ġodda. Dawn isibuha aktar diffiċli wkoll biex jimpjegaw u jżommu forza tax-xogħol speċjalizzata ħafna u biex jikkonformaw maż-żieda fir-rekwiżti regolatorji u burokratiċi. Din is-sitwazzjoni ta’ żvantaġġ hija aggravata saħansitra aktar għall-SMEs f’reġjuni tal-UE inqas żviluppati, li jiffaċċjaw nuqqas ta’ opportunitajiet biex jikkooperaw ma’ ditti akbar bħala parti mill-katina ta’ valur tagħhom, inqas opportunitajiet biex ikunu parti minn raggruppamenti kompetittivi, tnaqqis fil-provvediment ta’ beni pubbliċi, aċċess għal inqas faċilitajiet u istituzzjonijiet ta’ appoġġ u ħafna drabi tnaqqis fil-popolazzjoni tal-klijenti. Dawn il-fatturi kollha jistgħu jirriżultaw ukoll fi spejjeż akbar biex idaħħlu l-oġġetti tagħhom fis-suq.

4.5.

Għalhekk, għall-SMEs tradizzjonali u dawk li jinsabu f’żoni tal-UE inqas żviluppati, mhumiex l-istrumenti ta’ politika li jiffukaw fuq il-promozzjoni tal-innovazzjoni, l-aċċess għal swieq ġodda, l-internalizzazzjoni, l-aċċess għal swieq kapitali, eċċ li huma ta’ importanza fundamentali, iżda pjuttost dawk li jgħinu lill-SMEs itejbu u joperaw aħjar l-operazzjonijiet ċentrali tagħhom, bħal dawk li jiffaċilitaw aċċess aħjar għall-finanzjament komuni mill-banek, l-informazzjoni, il-forza tax-xogħol speċjalizzata u l-opportunitajiet ta’ negozju immedjati (titjib fil-kummerċ ta’ kuljum). Barra minn hekk, għal dawn in-negozji, li jibdew jibdlu l-imġiba ma jagħmilx sens fuq perjodu ta’ żmien qasir, minħabba li l-ewwel jinħtieġ li jinbidel il-kuntest globali li fih dawn joperaw.

4.6.

Filwaqt li f’ċerti pajjiżi, l-inkubaturi tan-negozji jaħdmu mingħajr xkiel, f’oħrajn, l-effetti pożittivi tagħhom huma pjuttost limitati. Il-fattur ewlieni ta’ suċċess huwa kultura ta’ kondiviżjoni ta’ riżorsi organizzattivi u netwerks ta’ appoġġ, li fil-prinċipju mhumiex żviluppati sew fir-reġjuni tal-UE inqas żviluppati.

4.7.

Iż-żieda fl-importanza tal-produzzjoni ta’ kontenut ta’ għarfien bħala vantaġġ kompetittiv tkompli ttejjeb l-eteroġeneità tal-SMEs, filwaqt li jkun hemm diskriminazzjoni bejn SMEs bi tkabbir għoli u SMEs oħra li għandhom l-iżvilupp tagħhom imfixkel minn ostakli tradizzjonalment marbuta mad-daqs żgħir tagħhom, mal-post u mal-bażi tal-klijenti tagħhom.

4.8.

Il-KESE jistieden lill-KE tapprova l-approċċ “Aħseb l-ewwel fiż-Żgħir” u tagħti attenzjoni speċjali lill-SFTBs meta jitfasslu l-istrumenti ta’ politika.

4.9.

Kien hemm ħafna reġjuni li kienu għadhom lura fl-Ewropa 30 jew 40 sena ilu, reġjuni li kienu ġeografikament jew funzjonalment imbegħdin mill-muturi tat-tkabbir ekonomiku. Xi wħud minn dawn issa huma għonja minħabba gvernijiet lokali mhux korrotti, miftuħa u responsabbli, minħabba l-ħidma effiċjenti tal-organizzazzjonijiet tan-negozju u t-twaqqif ta’ netwerks tan-negozju lokali li jaħdmu tajjeb.

5.   Sfidi u modi sabiex jiġu indirizzati, bl-għan li jiġi promoss aħjar l-iżvilupp ta’ negozji żgħar tal-familja u tradizzjonali

5.1.

L-aċċess għall-finanzjament huwa problema magħrufa. Meta mqabbla ma’ ditti akbar, l-SFTBs juru varjabbiltà akbar fil-profittabbiltà, is-sopravvivenza u t-tkabbir – li tirrappreżenta l-problema partikolari li jiffaċċjaw fir-rigward tal-finanzjament. Ġeneralment, l-SMEs għandhom it-tendenza li jiġu kkonfrontati b’rati tal-imgħax ogħla, kif ukoll razzjonar tal-kreditu minħabba nuqqas ta’ kollateral. Id-diffikultajiet fil-finanzjament ivarjaw b’mod konsiderevoli bejn dawk il-kumpaniji li jikbru b’mod kajman u dawk li jikbru b’rata mgħaġġla.

5.2.

L-espansjoni fil-fondi ta’ riskju, is-swieq azzjonarji privati – inklużi swieq informali u investituri informali – il-finanzjament kollettiv u b’mod ġenerali l-iżvilupp tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali tejbu l-aċċess għall-kapital ta’ riskju għal kategoriji partikolari ta’ SMEs, iżda x’aktarx l-SFTBs mhux se jkunu jistgħu jibbenefikaw ħafna minn dawn l-iżviluppi u ser jibqgħu jiddependu ħafna fuq self tradizzjonali mill-bank. Anke għall-kumpaniji innovattivi, in-negozji ġodda u l-kumpaniji ta’ daqs medju, dawn l-istrumenti mhux dejjem jistgħu jużawhom faċilment u għad hemm differenzi konsiderevoli bejn il-pajjiżi minħabba l-livell ta’ żvilupp tas-swieq kapitali lokali u n-nuqqas ta’ leġislazzjoni xierqa.

5.3.

Il-politika tal-UE li tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament billi tipprovdi l-garanziji hija pass milqugħ tajjeb. Madankollu, l-iskema magħżula tidher li toħloq distorsjonijiet fuq is-suq tal-garanziji u, fl-aħħar mill-aħħar, konsegwenzi mhux intenzjonati fuq l-attività tal-istituzzjonijiet li jagħtu garanziji. Hija disponibbli evidenza empirika (Spanja hija studju tal-każ) li tindika li l-banek kummerċjali jissuġġerixxu b’mod espliċitu li l-mutwatarji eżistenti tagħhom jitolbu garanzija – tinħareġ direttament lilhom mill-UE fil-forma ta’ garanzija diretta – sabiex b’hekk il-bank ikun jista’ jkopri r-riskji attwali permezz tal-garanzija mingħajr il-ħtieġa li jżidu l-klassi tar-riskju tagħhom. “SMEs żvantaġġjati” (jiġifieri dawk li qegħdin jikkumbattu biex jiksbu l-kreditu) qegħdin jitħallew barra. Użu akbar ta’ flus pubbliċi, li jitwasslu permezz ta’ kontrogaranziji, se jżid l-effiċjenza fl-użu tal-flus pubbliċi u se jiġġenera effett ta’ lieva akbar fuq is-suq u fuq l-ekonomija usa’.

5.4.

Il-piżijiet regolatorji Ewropej u lokali jibqgħu ostaklu ewlieni għall-SFTBs, li għandhom tendenza li ma jkunux mgħammra tajjeb biex jindirizzaw il-problemi li jirriżultaw mir-regolamentazzjoni eċċessiva. Dan jeħtieġ li l-aċċess għall-informazzjoni dwar ir-regolamenti jsir faċilment disponibbli għalihom u jkun hemm provvediment aħjar ta’ informazzjoni dwar standards tekniċi u ambjentali. Dawk li jfasslu l-politika għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ konformità ma jkunux jiswew ħafna, kumplessi jew twal mingħajr bżonn. Barra minn hekk, għandu jkun hemm skrutinju sistematiku u bir-reqqa tar-regolamenti l-ġodda u tal-implimentazzjoni tagħhom mill-assoċjazzjonijiet lokali tan-negozju rilevanti.

5.5.

Huwa meħtieġ aċċess għal informazzjoni aħjar, u mhux biss fir-rigward ta’ rekwiżiti regolatorji. L-informazzjoni dwar l-ambjent kummerċjali lokali u dwar l-opportunitajiet tas-suq fil-livell reġjonali hija ta’ importanza fundamentali għan-negozji tradizzjonali u tal-familja. It-teknoloġiji moderni għandhom potenzjal kbir li jnaqqsu d-diskrepanza tal-informazzjoni jekk dawn jitfasslu b’mod faċli għall-utent. It-twaqqif ta’ one-stop shop ikun ta’ għajnuna kbira, fejn l-informazzjoni kollha meħtieġa li taffettwa l-istrateġiji u d-deċiżjonijiet tad-ditta ssir disponibbli f’post wieħed, kif diġà jeżisti f’ċerti pajjiżi. Miżuri li jħeġġu n-netwerks tal-informazzjoni jridu jfittxu li jadattaw il-bażijiet tad-data u jevitaw informazzjoni eċċessiva.

5.6.

Miżuri reċenti li jiffaċilitaw l-aċċess għas-swieq kienu ffukati primarjament fuq is-swieq internazzjonali. Il-politika f’dan il-qasam tfittex li tindirizza l-iżvantaġġi esperjenzati mill-SMEs minħabba li ma għandhomx aċċess għal riżorsi umani, għal swieq esterni u għat-teknoloġija. Iżda, kif diskuss hawn fuq, għall-intrapriżi żgħar tradizzjonali u l-intrapriżi tal-familja ħafna drabi dan ftit li xejn ikun rilevanti. Għalhekk, l-isforzi għandhom ikunu mmirati lejn koordinazzjoni aħjar bejn l-organizzaturi tal-missjonijiet kummerċjali fil-livell reġjonali u lejn l-għoti ta’ għajnuna aħjar biex jinstabu msieħba tan-negozju affidabbli. Possibilità oħra fl-istess qasam hija li jissaħħu l-isforzi sabiex jiżdied is-“sehem” li d-ditti żgħar jiksbu mill-kuntratti tal-gvern fl-akkwist pubbliku.

5.7.

Problema speċifika ħafna li negozji żgħar tradizzjonali u tal-familja ffaċċjaw reċentement hija l-aċċess għal ħaddiema kkwalifikati. Il-qagħda demografika f’żoni remoti u f’bosta reġjuni li għadhom lura fl-iżvilupp tagħhom qed tiddeterjora u bħala riżultat, f’bosta postijiet, hemm nuqqas sinifikanti ta’ ħaddiema kkwalifikati. Għalhekk, dawk l-intrapriżi jeħtieġu għajnuna biex jidentifikaw u jattiraw riżorsi umani u kif ukoll biex iħarrġuhom. Il-programmi ta’ taħriġ għandhom isiru fil-perjodi tas-sena meta jonqos ix-xogħol u għandhom jitfasslu apposta. Għandu jkun hemm sistema li toffri dawn il-programmi b’mod regolari, peress li l-kumpaniji żgħar jistgħu jiffaċċjaw proporzjonijiet għolja ta’ ħaddiema li jitilqu.

5.8.

Fin-negozji tal-familja, huwa komuni li t-tfal mill-istess familja jew le jaħdmu għall-kumpanija. Dan huwa tradizzjonali u huwa tajjeb għan-negozju peress li jiffaċilita t-tranżizzjoni bla xkiel tal-kumpanija minn ġenerazzjoni għall-oħra u jgħin biex ix-xogħol futur ikun familjari. F’każijiet bħal dawn, is-sidien/il-maniġers għandhom dejjem iqisu li l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema għandhom ikunu skont il-Konvenzjoni tal-ILO Nru. 182 u l-Konvenzjoni tal-ILO Nru. 138 dwar ix-Xogħol tat-Tfal.

5.9.

Jinħtieġ taħriġ, iżda mhux biss għall-impjegati tal-SFTBs. F’żoni rurali u remoti, l-impjegati tal-bank u l-assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi, ta’ spiss ma jkollhom l-ebda għarfien dwar il-programmi u l-possibilitajiet differenti mogħtija mill-KE u dwar id-dokumenti u l-proċeduri involuti. Dan in-netwerk ta’ intermedjarji huwa estremament importanti f’termini tal-effiċjenza tal-appoġġ tal-SFTBs. Il-programmi ta’ informazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn dawk l-intermedjarji għandhom jiġu promossi. Għandu jiġi organizzat ukoll punt uniku ta’ kuntatt għal kull tip ta’ finanzjament u programm.

5.10.

Miżura ta’ politika importanti għandha tkun li ttejjeb il-“kwalità” tas-sidien/il-maniġers tal-SFTBs peress li f’dawn il-kumpaniji kollox huwa direttament relatat ma’ dan il-fattur. Dan jista’ jsir jew permezz tal-inkoraġġiment tat-taħriġ u/jew billi jiġi pprovdut aċċess faċli għas-servizzi ta’ pariri u konsulenza. Għandu jiġi promoss it-tagħlim tul il-ħajja – l-għodod edukattivi online li huma marbuta ma’ oqsma bħal ippjanar tan-negozju, standards tal-produzzjoni, leġislazzjoni dwar il-konsumatur jew regolamenti oħra jistgħu jkunu pass fid-direzzjoni t-tajba.

5.11.

Miżura oħra hi li l-SFTBs jitħeġġu jinvestu l-qligħ tagħhom mill-ġdid. Jekk ikollhom inċentivi biex jagħmlu dan, dawn l-intrapriżi jsiru aktar stabbli, inqas dipendenti fuq self mill-banek u inqas vulnerabbli għall-kriżijiet.

5.12.

Ikun utli ħafna li jinġabru fil-qosor l-aħjar prattiki minn pajjiżi differenti b’setturi intensivi mil-lat tal-SFTBs, bħalma huma t-turiżmu, l-agrikoltura, is-sajd, eċċ. u jiġu ppreżentati lill-Istati Membri.

Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  Ara l-opinjonijiet tal-KESE Miżuri ta’ politika għall-SMEs ĠU C 27, 3.2.2009, p. 7, L-akkwist pubbliku internazzjonali ĠU C 224, 30.8.2008, p. 32, Att dwar in-Negozji ż-Żgħar ĠU C 182, 4.8.2009, p. 30, Derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ĠU C 54, 19.2.2011, p. 44L-aċċess tal-SMEs […] għall-finanzjament […] (EESC-2014-06006-00-00-RI-TRA).

(2)  Ara l-Opinjonijiet tal-KESE In-negozji tal-familja ĠU C 13, 15.1.2016, p. 8; Reviżjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar ĠU C 376, 22.12.2011, p. 51, Forom Differenti ta’ Intrapriża ĠU C 318, 23.12.2009, p. 22.

(3)  Valutazzjoni tal-Impatt tal-Bidu (2017)2868537 tat-8 ta’ Ġunju 2017.

(4)  L-Artikolu 4 tal-Anness, Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.

(5)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013.

(6)  In-negozji tradizzjonali żgħar huma dawk li żammew l-istess mudell kummerċjali għal perjodu twil ta’ żmien, u jservu komunitajiet relattivament żgħar – pereżempju ristoranti u kafetteriji żgħar, pompi tal-petrol indipendenti, furnara, lukandi tal-familja, kumpaniji żgħar fit-trasport u l-kummerċ, eċċ.

(7)  Ma hemm l-ebda definizzjoni ta’ intrapriża tal-familja, iżda pjuttost hemm diversi definizzjonijiet ta’ ħidma li evolvew matul is-snin. Dawn jenfasizzaw li l-intrapriżi tal-familja huma dawk fejn in-negozju huwa kkontrollat fil-parti l-kbira mill-familja permezz tal-involviment fis-sjieda u fil-pożizzjonijiet maniġerjali. (Sciascia u Mazzola, Family Business Review, Volum 21, Ħarġa 4, 2008). L-ammont totali tan-negozji mmexxija mill-familja huwa ta’ aktar minn 85 % tad-ditti kollha fil-pajjiżi tal-OECD. Xi wħud minnhom huma kumpaniji kbar ħafna, iżda din l-opinjoni tiffoka fuq negozji żgħar tal-familja.

(8)  Ara l-Opinjoni tal-KESE In-Negozji tal-Familja ĠU C 13, 15.1.2016, p. 8.

(9)  Diversi studji (pereżempju Parlament Ewropew, 2011, CSES, 2012, KE 2008, OECD, 1998).

(10)  Ir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE tal-Kummissjoni tiddefinixxi l-SMEs u dawn huma kklassifikati ulterjorament fi tliet kategoriji: ditti mikro, żgħar u ta’ daqs medju, skont l-għadd tal-persuni impjegati u l-fatturat. Is-sorsi statistiċi ewlenin ma jipprovdux data dwar l-intrapriżi ddefiniti bħala SMEs, minħabba applikazzjoni stretta tad-definizzjoni tal-SME msemmija hawn fuq. Id-data disponibbli hija bbażata fuq il-kriterju tad-daqs tal-impjieg. Għaldaqstant, l-istatistika rrappurtata f’din l-opinjoni hija bbażata fuq din id-definizzjoni. Għandu jiġu nnutat li, filwaqt li l-inklużjoni tal-kriterji tal-fatturat u/jew tal-kriterji tal-assi totali ma għandhiex tibdel l-istatistika bil-bosta, l-applikazzjoni tar-regoli li jikkonċernaw l-awtonomija tal-intrapriżi jista’ jkollha impatt sostanzjali fuq ir-riżultati; fi studju mwettaq fil-Ġermanja, l-applikazzjoni ta’ din ir-regola naqqset l-għadd totali ta’ “SMEs” b’9 % (CSES, 2012).

(11)  Is-settur tan-negozju mhux finanzjarju jikkonsisti mis-setturi kollha tal-ekonomiji tal-UE28 jew tal-Istati Membri, minbarra s-servizzi finanzjarji, is-servizzi tal-gvern, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-arti u l-kultura, l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd.

(12)  Rapport Annwali dwar l-SMEs Ewropej, 2014/2015, Kummissjoni Ewropea.

(13)  Final Report, Work Package 2, ex post evaluation of Cohesion Policy programmes 2007-2013, focusing on the European Regional Development Fund (ERDF) and the Cohesion Fund (CF), Contract: 2014CE16BAT002, http://ec.europa.eu/regional_policy/en/policy/evaluations/ec/2007-2013/.

(14)  Support to SMEs – Increasing Research and Innovation in SMEs and SME Development, Work Package 2, First Intermediate Report, Volume I: Synthesis Report, ex post evaluation of Cohesion Policy programmes, 2007-2013, focusing on the European Regional Development Fund (ERDF) and the Cohesion Fund (CF), Contract: 2014CE16BAT002, July 2015.

(15)  L-istess sors bħal dak għan-nota 13 f’qiegħ il-paġna.

(16)  L-istess sors bħal dak għan-nota 14 f’qiegħ il-paġna.

(17)  Ara l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KESE dwar Il-promozzjoni ta’ intrapriżi innovattivi bi tkabbir sostanzjali, ĠU C 75, 10.3.2017, p. 6.

(18)  Eżempju tajjeb huwa t-turiżmu rurali li llum il-ġurnata jiddependi bil-bosta fuq il-pjattaformi diġitali għall-kummerċjalizzazzjoni.

(19)  European Commission, SME Performance Review Dataset (2014 edition).

(20)  “Intraprenditur ta’ neċessità” huwa persuna li kellu jsir intraprenditur minħabba li ma kellux għażla aħjar. “Intraprenditur ta’ opporunità” huwa persuna li għażel b’mod attiv biex jibda intrapriża ġdida abbażi tal-perċezzjoni li teżisti opportunità ta’ negozju mhux sfruttata jew sfruttata inqas milli suppost. Hemm evidenza li tissuġġerixxi li l-effett fuq it-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp ivarja b’mod sinifikanti bejn l-intraprenditorija ta’ neċessità u dik ta’ opportunità. Ġeneralment, l-intraprenditorja ta’ neċessità ma għandha l-ebda effett fuq l-iżvilupp ekonomiku, filwaqt li l-intraprenditorija ta’ opportunità għandha effett pożittiv u sinifikanti.

(21)  ĠU C 383, 17.11.2015, p. 64.

(22)  Skont l-informazzjoni disponibbli mis-sistema tal-monitoraġġ u s-sorsi addizzjonali (pereżempju evalwazzjoni ad hoc), 12 % biss tal-istrumenti ta’ politika kollha jipprovdu evidenza qawwija tal-kisbiet pożittivi tagħhom. L-istrumenti ta’ politika li jistgħu jiġu vvalutati bħala ineffettivi jirrappreżentaw sa 5 % tat-total.

(23)  https://ec.europa.eu/fisheries/cfp/emff_en

(24)  https://ec.europa.eu/agriculture/cap-funding_en

(25)  http://ec.europa.eu/esf/home.jsp

(26)  Rapport ta’ informazzjoni tal-KESE dwar “L-aċċess tal-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja (midcaps) għall-finanzjament matul il-perjodu 2014-2020: opportunitajiet u sfidi”


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/9


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-finanzjament tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-UE”

(opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2018/C 081/02)

Relatur:

Jean Marc ROIRANT

Bażi legali

L-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

 

 

Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

30.3.2017

 

 

Kummissjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza

Adottata fis-sezzjoni speċjalizzata

27.9.2017

Adottata fil-plenarja

19.10.2017

Sessjoni plenarja Nru

529

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

188/15/10

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) jaqdu rwol ewlieni fil-promozzjoni ta’ ċittadinanza attiva fl-Ewropa. Id-demokrazija parteċipatorja tirrikjedi korpi intermedjarji sabiex iċ-ċittadini jiġu involuti u titħeġġeġ l-vuċi tagħhom f’kull spazju ċiviku. L-eżistenza ta’ soċjetà ċivili b’saħħitha, indipendenti u diversifikata tiddependi fuq finanzjamenti pubbliċi adatti.

1.2.

Lil hinn mid-diffikultà kbira ta’ aċċess għal fondi pubbliċi, ir-restrizzjoni tal-ispazju ċiviku, li qed isseħħ f’xi pajjiżi tal-UE, hija l-aktar element perikoluż għall-funzjonament tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għad-demokrazija Ewropea.

1.3.

Il-KESE jqis li għandu jiġi stabbilit qafas politiku u legali fil-livell Ewropew u nazzjonali sabiex irawwem l-iżvilupp ta’ soċjetà ċivili Ewropea, li tinkorpora l-attività tagħha fil-qafas tal-valuri li jirriflettu d-drittijiet fundamentali.

1.4.

Bħalma għamlu ċerti Stati Membri fil-livell nazzjonali permezz ta’ “Karti ta’ impenn reċiproku” jew “ftehimiet”, l-istituzzjonijiet Ewropej jistgħu jidħlu fi proċess ta’ djalogu ċivili Ewropew ġenwin. Jeħtieġ li jerġgħu jinbdew id-diskussjonijiet dwar statut tal-assoċjazzjoni Ewropea u dwar statut Ewropew tal-fondazzjonijiet, kif ukoll tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Artikolu 11 tat-TUE dwar id-djalogu strutturat mas-soċjetà ċivili.

1.5.

L-UE għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex iżommu jew jiżviluppaw inċentivi fiskali għad-donazzjonijiet privati, u jikkanalizzaw parti mid-dħul fiskali tagħhom lejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ). L-UE għandha wkoll tneħħi l-ostakli għal donazzjonijiet transkonfinali, billi tikkoordina r-regoli u l-proċeduri fiskali, u tinvesti fil-filantropija madwar l-UE.

1.6.

L-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jiżguraw li jippromovu immaġni pożittiva tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u jaraw li jżommu l-indipendenza tagħhom speċjalment bit-tisħiħ tal-kapaċità ta’ azzjoni u ta’ impenn tagħhom fl-innovazzjoni soċjali u l-parteċipazzjoni ċivika.

1.7.

Il-KESE jappella għal strateġija li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ soċjetà ċivili b’saħħitha u indipendenti fl-Ewropa, u għall-istabbiliment ta’ Koordinatur tal-UE dwar il-libertajiet tal-ispazju ċiviku li l-NGOs ikunu jistgħu jirrapportaw lilu dwar inċidenti relatati ma’ restrizzjoni b’rabta ma’ fastidju jew restrizzjoni ta’ xogħolhom.

1.8.

Rigward il-qafas finanzjarju pluriennali futur, il-KESE jappellla lill-awtoritajiet baġitarji sabiex iżidu l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili l-aktar permezz ta’ għotjiet operattivi u finanzjamenti pluriennali.

1.9.

Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi fond Ewropew għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-valuri fi ħdan l-UE (1), li jkun mgħammar b’baġit ambizzjuż, miftuħ direttament għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili madwar l-Ewropa u amministrat b’mod indipendenti, bl-istess mod bħall-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED) (2), bil-parteċipazzjoni ta’ r-rappreżentanti tal-KESE.

1.10.

Sabiex tiġi promossa d-demokrazija parteċipatorja, il-KESE jemmen li l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini għandu jkollu baġit ta’ EUR 500 miljun taħt il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (QFP), kif propost mill-Parlament Ewropew (3). Bl-istess mod, għandhom jiġu miżjuda l-azzjonijiet tal-Erasmus + immirati lejn is-soċjetà ċivili.

1.11.

Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta dwar sħubija mas-soċjetà ċivili fi ħdan il-Fondi Strutturali. Il-Kummissjoni għandha titlob ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali jużaw dispożizzjonijiet ta’ assistenza teknika, imfassla biex isaħħu l-bini ta’ kapaċità, għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

1.12.

Il-KESE huwa favur li ssir diskussjoni aktar profonda dwar kif jiġi żgurat aktar l-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fi programmi ta’ riċerka billi jitrawmu rabtiet bejn ir-riċerkaturi u s-soċjetà ċivili, u billi jiġi propost qasam ġdid dwar l-involviment taċ-ċittadini u d-demokrazija taħt il-pilastru tal-isfidi tas-soċjetà fil-programm qafas futur għar-riċerka.

1.13.

L-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-prijoritajiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandhom ikunu integrati fil-QFP futur.

1.14.

L-UE għandha żżomm u tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni mexxejja tagħha bħala donatur tal-għajnuna umanitarja u l-kooperazzjoni internazzjonali u tippromovi b’mod proattiv soċjetà ċivili żviluppata sew.

1.15.

Il-KESE jilqa’ wkoll bi pjaċir il-proposta tal-Kummissjoni fil-proposta tagħha dwar reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju biex il-ħin volontarju jiġi kkunsidrat bħala spiża eliġibbli (reazzjoni diretta għall-Opinjoni tal-KESE dwar “Għodod statistiċi biex jitkejjel il-volontarjat” (4)), kif ukoll biex tiġi ffaċilitata l-inklużjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura bħala kofinanzjamenti. Huwa jilqa’bi pjaċir ukoll ir-rapport tal-Parlament u jappella għas-semplifikazzjoni fis-superviżjoni tal- fondi, bħall-kontrodipendenza fir-rigward tal-valutazzjoni u l-awditjar, it-tħaffif fir-ritmu tat-tweġibiet lill-applikanti u l-iffirmar ta’ kuntratti u pagamenti. Il-KESE jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jaslu għal ftehim dwar it-test propost li jippermetti li l-ħinijiet li jagħmlu l-voluntiera jiġu vvalutati b’mod ġust.

1.16.

It-tisħiħ tas-soċjetà ċivili jfisser ukoll titjib fl-aċċess għall-finanzjamenti għall-iżgħar organizzazzjonijiet, kif ukoll għall-pubbliku l-aktar żvantaġġjat. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tipprovdi għal varjetà ta’ arranġamenti ta’ finanzjament u tissemplifika aktar il-formalitajiet amministrattivi, tipprovdi taħriġ u linji gwida dwar l-implimentazzjoni ta’ kuntratti u obbligi finanzjarji, filwaqt li tiżgura interpretazzjoni konsistenti mid-dipartimenti tagħha fir-regolametazzjoni dwar ir-regoli finanzjarji.

1.17.

Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tirreaġixxi minnufih b’miżuri rilevanti, inklużi proċeduri ta’ ksur kontra Stati Membri, meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali amministrattivi jew legali jirrestrinġu l-aċċess ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali tas-soċjetà ċivili għal fondi tal-UE, inkluż meta jiġu imposti kundizzjonijiet ta’ finanzjament li jillimitaw l-attivitajiet tagħhom ta’ promozzjoni.

2.   Introduzzjoni

2.1.

F’għadd ta’ opinjonijiet tiegħu l-KESE analizza l-kwistjonijiet tad-djalogu ċivili u tad-demokrazija rappreżentattiva, id-definizzjoni ta’ dawn il-kunċetti, ir-rappreżentattività tad-diversi partijiet interessati u l-miżuri li hemm bżonn fil-livell Ewropew. B’mod partikolari, il-KESE enfasizza li l-implimentazzjoni tal-Artikolu 11 tat-TUE (5) kienet essenzjali għall-UE sabiex tilħaq l-għan tagħha ta’ leġittimità f’għajnejn in-nies.

2.2.

Madankollu, il-kwistjoni ta’ kif il-finanzjamenti jistgħu jgħinu biex jiffaċilitaw iċ-ċittadinanza attiva u d-demokrazija parteċipatorja s’issa ma ġietx diskussa f’opinjoni speċifika.

2.3.

Fi żmien meta l-istituzzjonijiet tal-UE qegħdin iħejju sabiex jiddiskutu l-proposta dwar il-qafas finanzjarju pluriennali wara l-2020 u qegħdin fil-proċess li jiddeċiedu dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, hemm bżonn ta’ analiżi urġenti tas-sitwazzjoni tat-tqassim u l-effettività tal-finanzjamenti tal-Unjoni Ewropea għal dan il-qasam.

2.4.

Il-kwistjonijiet tal-finanzjament huma wkoll marbutin mar-rikonoxximent ta’ rwol u statut speċifiċi għad-diversi partijiet interessati tad-djalogu ċivili Ewropew. Il-KESE diġà tkellem diversi drabi dwar il-ħtieġa ta’ statut tal-assoċjazzjoni Ewropea (6).

2.5.

F’din l-Opinjoni, “organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili” tfisser l-organizzazzjonijiet mhux governattivi mingħajr skop ta’ qligħ li huma indipendenti mill-istituzzjonijiet pubbliċi u mill-interessi kummerċjali, li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, bħall-inklużjoni soċjali, il-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini, l-iżvilupp sostenibbli fil-forom kollha tiegħu, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-impjieg, id-drittijiet tal-konsumatur, l-għajnuna lill-migranti u lir-refuġjati, id-drittijiet fundamentali (7).

3.   Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

3.1.

Soċjetà ċivili li tkun impenjata, pluralista u indipendenti taqdi rwol kruċjali fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva tal-pubbliku fil-proċess demokratiku u l-governanza u t-trasparenza fil-livell tal-UE u dak nazzjonali. Din tista’ tikkontribwixxi wkoll għal politiki li jkunu aktar ġusti u aktar effiċjenti, u tappoġġja l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir inklużiv (8). Peress li huma kapaċi “jilħqu l-gruppi tal-popolazzjoni l-aktar fraġli u l-aktar żvantaġġati u jagħtu vuċi lil dawk li ma jsemmgħux leħenhom biżżejjed (…)” l-OSĊ jippermettu parteċipazzjoni akbar u jikkontribwixxu għad-definizzjoni tal-politiki Ewropej (9).

3.2.

Lil hinn mill-funzjonijiet ċiviċi u soċjali tagħhom, uħud mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma involuti wkoll fis-settur tal-ekonomija soċjali u solidari u jagħtu kontribut sinifikanti għall-ħolqien tal-impjiegi.

3.3.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom il-partikolarità li jiġbru flimkien fil-parti l-kbira voluntiera impenjati ħafna u impjegati dedikati f’varjetà ta’ proġetti. Il-volontarjat bħala espressjoni attiva tal-parteċipazzjoni ċivika li ssaħħaħ il-valuri Ewropej komuni bħas-solidarjetà u l-koeżjoni soċjali għandu jsib l-ambjent adatt (10).

3.4.

Demokrazija parteċipatorja ġenwina tenħtieġ korpi intermedjarji (trejdjunjins, organizzazzjonijiet ta’ impjegaturi u SMEs, NGOs, u atturi oħrajn li ma jagħmlux qligħ, eċċ.) sabiex jinvolvu liċ-ċittadini u jippromovu s-sjieda popolari u ċivika tal-kwistjonijiet Ewropej u jibnu Ewropa aktar ġusta, aktar inklużiva u bbażata fuq solidarità akbar. L-eżistenza ta’ soċjetà ċivili organizzata b’saħħitha u diversifikata hija bbażata fuq finanzjamenti pubbliċi adegwati u kuntest li jiffaċilita l-aċċess għad-diversi forom ta’ finanzjament privat.

4.   Id-diversi forom ta’ finanzjament

4.1.

Fil-livell tal-Unjoni Ewropea, hemm bosta programmi f’diversi setturi (edukazzjoni, kultura, soċjali, ċittadinanza, ambjent, drittijiet fundamentali, riċerka, kooperazzjoni internazzjonali, għajnuna umanitarja, saħħa, eċċ.) li jinkludu għanijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fil-forma ta’ proġetti. L-istituzzjonijiet introduċew ukoll għotjiet operattivi b’mod partikolari sabiex irawmu n-netwerking fost id-diversi organizzazzjonijiet nazzjonali attivi f’firxa ta’ setturi u kwistjonijiet tas-soċjetà. Għalhekk, dan is-sostenn finanzjarju jikkontribwixxi għall-formazzjoni ta’ “opinjoni pubblika Ewropea”.

4.2.

F’dak li jirrigwarda l-politiki tat-tkabbir u esterni, inkluż il-kooperazzjoni internazzjonali u l-għajnuna umanitarja, l-UE żviluppat politika proattiva sabiex tippromovi soċjetà ċivili żviluppata tajjeb, l-aktar permezz ta’ miżuri speċifiċi. L-UE hija wkoll waħda mill-kontributuri ewlenin fid-dinja għall-għajnuna għall-iżvilupp u għall-għajnuna umanitarja, u ċ-ċittadini Ewropej jappoġġjaw bis-sħiħ dan l-approċċ (11).

4.3.

Madankollu, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ politika interna, mill-2000 ma saritx iktar rivalutazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (b’mod partikolari skont l-Artikolu 11 tat-TUE), meta ġie ppubblikat dokument ta’ diskussjoni inizjali tal-Kummissjoni bħala parti mill-proċess ta’ riforma amministrattiva u li enfasizza l-ħtieġa li jinżamm livell għoli ta’ finanzjament pubbliku għal r-rwol tal-NGOs, li jitfassal approċċ konsistenti fid-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni u li tittejjeb il-ġestjoni tal-għotjiet.

4.4.

Il-finanzjament tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiffoka essenzjalment fuq il-qasam tal-għajnuna umanitarja u tal-kooperazzjoni internazzjonali. Skont id-data tal-2015 ġew allokati EUR 1,2 biljun għall-finanzjament lill-NGOs (madwar 15 % tal-intestatura “L-Ewropa fid-dinja”) (12) filwaqt li l-finanzjamenti tal-OSĊ f’oqsma oħrajn għadhom pjuttost limitati: 0,08 % tal-intestatura “tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali”, 2,5 % tal-intestatura “Sigurtà u ċittadinanza” u inqas minn 0,009 % tal-intestatura “tkabbir intelliġenti u inklużiv”. Għalhekk huwa urġenti li ssir valutazzjoni tal-ammonti, iżda wkoll tal-effettività tal-miżuri fis-seħħ.

5.   Id-disponibbiltà tal-fondi pubbliċi u r-restrizzjoni tal-ispazju ċiviku

5.1.

Studji u stħarriġiet reċenti, kif ukoll il-miżuri żviluppati f’ċerti pajjiżi tal-UE, juru wkoll li s-sitwazzjoni tal-ispazju ċiviku qed tiddeterjora fil-livell nazzjonali f’ċerti Stati Membri tal-UE (13). Ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarji wara l-2020, u r-reviżjoni li għaddejja bħalissa ta’ ċerti programmi ta’ finanzjament ma jistgħux jinjoraw din is-sitwazzjoni ġdida.

5.2.

Il-liġi Ungeriża reċenti dwar it-trasparenza tal-organizzazzjonijiet li jirċievu fondi barranin, adottata f’Ġunju 2017, ġiet ikkundannata mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Ewropa. Dan il-fatt juri l-ħtieġa li l-Kummissjoni tiżgura li l-miżuri meħuda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus ma jkollhomx konsegwenzi mhux mixtieqa fuq l-aċċess għall-finanzjament u s-self finanzjarju għall-OSĊ.

5.3.

F’ħafna pajjiżi Ewropej, qegħdin nassistu għall-iżvilupp ta’ miżuri li jintroduċu kundizzjonalità fis-sussidji lill-OSĊ, bil-konsegwenza li jillimitaw ir-rwol ta’ promozzjoni tagħhom jew il-kapaċità tagħhom li jiftħu proċeduri legali (14).

5.4.

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika f’diversi pajjiżi wasslet biex l-għajnuna pubblika lill-OSĊ titnaqqas u/jew issir disponibbli bħala sussidji għal żmien qasir. Il-forom ta’ finanzjament iffokati essenzjalment fuq proġetti jistgħu jġiegħlu lill-OSĊ jadattaw il-prijoritajiet tagħhom u jwassluhom biex jitbiegħdu mill-missjoni oriġinali tagħhom u mill-ħtiġijiet tas-soċjetà. F’xi pajjiżi, il-gvernijiet taw appoġġ ukoll lill-organizzazzjonijiet li jsegwu l-linja strateġika tagħhom (għad-detriment tal-organizzazzjonijiet l-oħrajn) u rawmu atmosfera ta’ konnivenza politika, u qed nassistu għal żieda fin-nuqqas ta’ trasparenza fl-għoti tas-sussidji.

5.5.

Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-kundizzjonalitajiet ex ante hija u tivvaluta l-programmi, kif ukoll fir-rigward tal-ftehimiet ta’ sħubija, b’mod partikolari fl-oqsma tal-impjieg, l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjonijiet, l-ambjent, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u d-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà, l-involviment u t-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (15), kif ukoll it-trasparenza tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti, u għas-sospensjoni tal-pagamenti meta dawn ma jiġux rispettati. Barra minn hekk, il-KESE jfakkar lill-Kummissjoni biex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Artikolu 125 dwar l-obbligu għall-awtoritajiet maniġerjali biex japplikaw proċeduri u kriterji ta’ għażla li jkunu trasparenti u mhux diskriminatorji. Il-KESE jistieden lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex, fir-rapport li jmiss tagħha, tivvaluta l-konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-proċeduri ta’ għażla għall-NGOs.

5.6.

Iż-żieda fl-estremiżmu u l-populiżmu u l-atti kollha antidemokratiċi huma sfida għall-acquis demokratiku kollu u toħloq klima ostili għall-korpi intermedjarji. Għalhekk, hemm bżonn li tiġi kkonfermata l-importanza tar-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u jiżdied l-appoġġ finanzjarju tal-UE għalihom.

5.7.

Il-KESE jappella għat-twaqqif ta’ Koordinatur tal-UE dwar il-libertajiet tal-ispazju ċiviku fejn l-NGOs ikunu jistgħu jirrapportaw inċidenti relatati ma’ fastidju jew restrizzjoni ta’ xogħolhom.

6.   Ir-rispons possibbli fil-livell Ewropew

6.1.

Il-KESE jqis li għandu jiġi stabbilit qafas politiku u legali fil-livell Ewropew u nazzjonali sabiex irawwem l-iżvilupp ta’ soċjetà ċivili Ewropea diversifikata, li tinkorpora l-attività tagħha fil-qafas tal-valuri li jirriflettu d-drittijiet fundamentali.

6.2.

L-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jiżguraw li jippromovu immaġni pożittiva tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u jaraw li jżommu l-indipendenza tagħhom speċjalment bit-tisħiħ tal-kapaċità ta’ azzjoni u ta’ impenn tagħhom fl-innovazzjoni soċjali u l-parteċipazzjoni ċivika li ħafna drabi hija marbuta mal-finanzjamenti.

6.3.

L-istituzzjonijiet Ewropej jistgħu jidħlu fi proċess ta’ rikonoxximent u ta’ sħubija mal-korpi rappreżentattivi assoċjattivi Ewropej, bħalma għamlu ċerti Stati Membri fil-livell nazzjonali permezz tal-adozzjoni ta’ “Karti ta’ impenn reċiproku” jew “ftehimiet”, u b’hekk joħolqu l-kundizzjonijiet għal djalogu ċivili Ewropew ġenwin u jimplimentaw l-Artikolu 11 tat-TUE u impenji internazzjonali relevanti oħrajn (16).

6.4.

Hemm bżonn urġenti wkoll li jitkomplew id-diskussjonijiet dwar l-istatut għall-assoċjazzjonijiet Ewropej – propost mill-Kummissjoni fl-1992 (17) – flimkien ma’ Statut għall-fondazzjonijiet Ewropej. Din l-inizjattiva għandha tippromovi r-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-kooperazzjoni bejniethom fil-livell Ewropew, bħala komplement għall-Istatut għal Kumpanija Ewropea adottat fl-2004 (18).

6.5.

Il-KESE jemmen li l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jippreservaw l-inċentivi fiskali eżistenti għad-donazzjonijiet privati u jiżviluppawhom aktar, kif ukoll jikkanalizzaw parti mid-dħul tagħhom mit-taxxa lill-OSĊ, filwaqt li jneħħu l-ostakli għad-donazzjonijiet transkonfinali permezz ta’ koordinazzjoni tal-liġijiet u l-proċeduri fiskali, kif ukoll l-investiment fil-filantropija madwar l-UE.

6.6.

Rigward il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) futur, il-KESE jistieden lill-awtoritajiet baġitarji sabiex iżidu l-finanzjament lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż permezz ta’ għotjiet operattivi u finanzjamenti pluriennali sabiex jgħinu fl-iżvilupp ta’ azzjonijiet fit-tul.

6.7.

Minn meta ġiet adottata l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ma kien hemm ebda programm reali għall-appoġġ lis-soċjetà ċivili fil-livell tad-drittijiet tal-bniedem għall-Istati Membri tal-UE. L-appoġġ essenzjali li ngħata lis-soċjetà ċivili fil-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fiż-żmien tal-adeżjoni tagħhom mal-UE ma nżammx b’mekkaniżmi oħrajn ta’ finanzjament. L-avvenimenti reċenti li seħħew biż-żieda fit-terroriżmu u gruppi estremisti u/jew partiti populisti wrew il-bżonn li jsir iktar investiment fis-soċjetà ċivili u li tiġi żgurata l-koeżjoni fost il-pajjiżi f’dak li għandu x’jaqsam mal-iżvilupp tas-soċjetà ċivili.

6.8.

Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tipproponi fond Ewropew għad-demokrazija, il-valuri u d-drittijiet tal-bniedem fl-UE (19), b’pakkett baġitarju ambizzjuż u miftuħ direttament għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili madwar l-Ewropa, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li għandhom l-għan li jippromovu t-trasparenza u jipproteġu l-valuri fundamentali tal-UE. Il-Fond għandu jkopri l-ispejjeż operattivi kif ukoll l-attivitajiet ta’ sorveljanza u ta’ litigazzjoni, u jkun ġestit b’mod indipendenti bl-istess mod bħall-Fond Ewropew għad-Demokrazija (20), bil-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-KESE.

6.9.

Il-programm għall-“Ewropa għaċ-Ċittadini” huwa l-uniku programm Ewropew li jikkontribwixxi speċifikament għat-tnaqqis tad-defiċit demokratiku billi jippermetti liċ-ċittadini Ewropej jipparteċipaw direttament fil-kostruzzjoni tal-Ewropa, iżda l-finanzjament tiegħu huwa limitat wisq. Fil-kuntest attwali ta’ dubji dwar il-valuri Ewropej u dawk demokratiċi, il-KESE jemmen li dan il-programm għandu jkollu baġit ta’ EUR 500 miljun fil-qafas finanzjarju li jmiss skont il-proposta tal-Parlament Ewropew (21). Bl-istess mod, għandhom jiġu miżjuda l-azzjonijiet tal-Erasmus + immirati lejn is-soċjetà ċivili.

6.10.

Il-parti l-kbira tal-OSĊ jsibu diffikultajiet biex jaċċessaw il-Fondi Strutturali, speċjalment minħabba l-kofinanzjamenti li jkunu meħtieġa. Konsegwentament, id-dispożizzjonijiet għall-assistenza teknika, maħsuba biex tappoġġja l-iżvilupp tal-kapaċitajiet, mhumiex użati biżżejjed u spiss huma riżervati għall-amministrazzjonijiet pubbliċi. Il-kodiċi ta’ kondotta Ewropea dwar is-sħubija mas-soċjetà ċivili, li huwa l-istrument ewlieni ma ġiex applikat kif suppost f’ħafna pajjiżi (22). Anke meta l-OSĊ jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-kumitati ta’ sorveljanza, ir-rwol tagħhom huwa limitat.

6.11.

Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tirreaġixxi malajr b’miżuri rilevanti, inklużi proċeduri ta’ ksur kontra Stati Membri, meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali amministrattivi jew legali jirrestrinġu l-aċċess ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali tas-soċjetà ċivili għal fondi tal-UE, inkluż meta jiġu imposti kundizzjonijiet ta’ finanzjament li jillimitaw l-attivitajiet tagħhom ta’ promozzjoni.

6.12.

Permezz tal-konnessjonijiet u l-kuntatt kontinwu tagħhom maċ-ċittadini u permezz tal-attivitajiet fuq il-post, l-assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma konxji mill-isfidi u l-ħtiġijiet tas-soċjetà; madankollu r-rwol tagħhom fir-riċerka huwa marġinali ħafna. Anke fil-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) hemm ostakli għall-aċċess tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-KESE jappella għal diskussjoni aktar profonda dwar kif għandhom jitrawmu r-rabtiet bejn ir-riċerkaturi u s-soċjetà ċivili, u jipproponi qasam ġdid dwar il-parteċipazzjoni ċivika u d-demokrazija taħt il-pilastru tal-isfidi tas-soċjetà fil-programm qafas futur għar-riċerka.

6.13.

Il-qgħad fost iż-żgħażagħ għadu qed jikber u jirrappreżenta waħda mill-aktar problemi urġenti li għandha quddiemha l-UE, b’numru dejjem akbar ta’ żgħażagħ f’riskju ta’ esklużjoni soċjali. F’dan il-kuntest, il-finanzjamenti Ewropej għandhom jappoġġjaw aktar lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jinvestu fl-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi taż-żgħażagħ permezz tat-tagħlim mhux formali.

6.14.

Fil-qasam tal-kultura, il-parti l-kbira tas-sussidji mhumiex adatti għall-ħtiġijiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li joperaw f’dan il-qasam, u għalhekk dan itellfilhom l-aċċess għad-diversi strumenti finanzjarji disponibbli, bħas-self. Hemm nuqqas ta’ ħidma ġenwina fuq id-dimensjoni kulturali Ewropea, f’perjodu fejn l-espressjonijiet dwar l-identità u dawk populisti qegħdin jinfirxu dejjem aktar. L-UE għandha wkoll tkompli tappoġġja, b’mod partikolari permezz tal-programm Ewropa Kreattiva, produzzjonijiet kulturali indipendenti, filwaqt li tinvesti fl-iżvilupp u s-sostenibilità tal-midja komunitarja lokali mingħajr skop ta’ qligħ.

6.15.

F’dak li jirrigwarda l-kooperazzjoni għall-iżvilupp, l-Unjoni Ewropea għandha tinvesti aktar f’azzjonijiet ta’ kooperazzjoni ffokati fuq il-popolazzjonijiet, inkluż fuq l-aspetti tal-ugwaljanza bejn is-sessi, ta’ governanza, tad-drittijiet tal-bniedem, tad-drittijiet ambjentali, ta’ reżiljenza għat-tibdil fil-klima u tal-protezzjoni soċjali, b’mod partikolari permezz ta’ approċċ tematiku skont il-pajjiż li jinkludi lis-soċjetà ċivili mill-qrib.

6.16.

Meta jitfassal il-QFP futur, għandhom jitqiesu wkoll l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-prijoritajiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

6.17.

It-tisħiħ tas-soċjetà ċivili jfisser ukoll titjib fl-aċċess għall-finanzjamenti għall-iżgħar organizzazzjonijiet, kif ukoll għas-setturi tas-soċjetà l-aktar żvantaġġjati. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi għal diversi modalitajiet ta’ finanzjament kif ukoll tagħmel sforz akbar għas-semplifikazzjoni tal-formalitajiet amministrattivi. Għandu jsir rikors aktar sistematiku għal mekkaniżmi ta’ għotjiet f’kaskata (sub-granting jew cascade funding), kif użat taħt l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem u fil-qafas tal- finanzjament taż-ŻEE. L-għotjiet għandhom jingħataw permezz ta’ operatur indipendenti nazzjonali fuq il-bażi ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti (23).

6.18.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant għad għandhom aċċess għall-fondi li huwa proporzjonalment limitat. Il-Kummissjoni Ewropea għandha ssaħħaħ il-kampanji ta’ informazzjoni tagħha dwar id-diversi fondi disponibbli għall-NGOs u tipprovdi aktar appoġġ għas-sħubijiet bejn l-organizzazzjonijiet.

6.19.

Ikun ukoll utli li jiġi stabbilit segwitu aktar sistematiku u appoġġ lill-organizzazzjonijiet benefiċjarji, kif ukoll lid-diversi Direttorati Ġenerali differenti responsabbli mill-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, billi jiġu offruti korsijiet ta’ taħriġ dwar l-obbligi kuntrattwali u l-awditi.

6.20.

Bażijiet tad-data li jkun fihom deskrizzjoni tal-proġetti li diġà tlestew u tal-eżempji ta’ prattika tajba għandhom ikunu aċċessibbli għall-kandidati potenzjali biex irawmu l-innovazzjoni u s-sħubiji. Il-Kummissjoni għandha tkompli bl-isforzi tagħha sabiex ittaffi l-piż amministrattiv fil-proċess tal-applikazzjonijiet kif ukoll fil-ġestjoni tal-finanzjamenti, inkluż billi tintroduċi sistema ta’ applikazzjoni onlajn unika għall-programmi differenti.

6.21.

L-evalwazzjoni tal-programmi mmexxija direttament mill-Kummissjoni għandha tkun aktar trasparenti u f’aktar dettall, minħabba n-numru kbir ta’ talbiet għal fondi Ewropej u r-rata baxxa ta’ suċċess. Barra minn hekk, jekk jingħata feedback lill-OSĊ li fallew, dawn itejbu lilhom infushom u tiżdied il-fiduċja fil-proċess tal-għażla.

6.22.

L-iskadenzi għan-notifiki tal-kuntratti, l-iffirmar tal-kuntratti u l-ħlasijiet għandhom jitnaqqsu b’mod sinifikanti sabiex jonqos il-bżonn ta’ self mill-banek minħabba nuqqas ta’ flus kontanti.

6.23.

Barra minn hekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tevalwa mill-ġdid l-ammonti ta’ kofinanzjament, partikolarment għal organizzazzjonijiet żgħar ħafna li jsibuha diffiċli ħafna biex jiksbu sorsi oħra ta’ finanzjament, jew għal organizzazzjonijiet involuti fil-promozzjoni, bħalma huma pereżempju l-organizzazzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumatur, l-assoċjazzjonijiet ambjentalisti, l-organizzazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem u dawk li jaħdmu favur il-promozzjoni taċ-ċittadinanza. Dan huwa partikolarment neċessarju peress li r-regoli ta’ kofinanzjament iżidu l-piż amministrattiv fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bir-riskji marbuta magħhom li jirriżultaw fuq id-donaturi u kkawżati mill-varjazzjonijiet fir-regoli kuntrattwali u finanzjarji.

6.24.

Il-KESE jilqa’ bi pjaċir ukoll is-suġġeriment tal-Kummissjoni fil-proposta tagħha ta’ reviżjoni tar-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji (24) biex il-ħin volontarju jiġi kkunsidrat bħala spiża eliġibbli, kif ukoll biex tiġi ffaċilitata l-inklużjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura bħala kofinanzjamenti. Din il-proposta hija reazzjoni diretta għat-talba tal-KESE, espressa fl-Opinjoni tiegħu dwar “Għodod statistiċi biex jitkejjel il-volontarjat” (25). Il-KESE jilqa’ bi pjaċir ukoll ir-rapport tal-Parlament kif ukoll il-proposta tal-Kunsill li tiġi introdotta eċċezzjoni għar-regola ta’ nuqqas ta’ qligħ għall-assoċjazzjonijiet li ma jagħmlux qligħ. Il-KESE jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jaslu għal ftehim dwar it-test propost li jippermetti li l-ħinijiet li jagħmlu l-voluntiera jiġu vvalutati b’mod ġust.

6.25.

Għandu jsir titjib fit-trasparenza fl-aċċess u l-kontroll tal-finanzjamenti permezz tad-definizzjoni ta’ linji gwida ċari dwar il-kontrolli mill-Kummissjoni, u, fil-każ ta’ finanzjamenti li jinvolvu diversi donaturi, billi jiġu kkunsidrati l-evalwazzjonijiet ex-ante u l-għażliet tal-imsieħba, kif ukoll permezz ta’ verifiki ex-post u awditi mwettqa minn donaturi oħrajn.

6.26.

Barra minn hekk, l-aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar l-ammonti u l-għan tal-finanzjamenti għandu jkun iffaċilitat permezz ta’ riforma fl-arranġamenti ta’ trasparenza finanzjarja tal-Kummissjoni. Dan għandu jinkludi pagamenti annwali minflok impenji pluriennali, u għandu jsir aktar affidabbli permezz tal-istandardizzazzjoni tal-bażijiet ta’ data tad-diversi programmi. Fl-istess waqt, l-NGOs għandhom ikomplu japplikaw l-ogħla standards ta’ trasparenza ta’ awtorappurtar.

6.27.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa djalogu kostruttiv u segwitu bejn id-diversi Direttorati Ġenerali u l-OSĊ bil-għan li ssir valutazzjoni tal-prattiki tajba u ħżiena u jiġi żviluppat approċċ aktar koerenti.

Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  Dan il-fond għandu jkollu l-istess għanijiet bħall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem: http://www.eidhr.eu/whatis-eidhr#.

(2)  SOC/563 – EESC-2017-01953-00-01-AS-TRA (FR/EN) 11/113 Dan il-fond għandu jkollu l-istess għanijiet bħall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR): http://www.eidhr.eu/whatis-eidhr#. L-EED huwa organizzazzjoni indipendenti, li tagħti għotjiet, u li nħolqot fl-2013 mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-UE biex titrawwem id-demokrazija fil-Viċinat Ewropew u lil hinn minnu.

(3)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Regolament li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”.

(4)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 11.

(5)  ĠU C 11, 15.1.2013, p. 8.

(6)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 163.

(7)  ĠU C 88, 11.4.2006, p. 41.

(8)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 163. ĠU C 88, 11.4.2006, p.41.

(9)  COM(2000) 11 final.

(10)  Is-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011.

(11)  Ara l-istħarriġ tal-2017: http://ec.europa.eu/echo/eurobarometer_fr.

(12)  EuropAid – Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp.

(13)  “Civic Space in Europe 2016”, Civicus Monitor.

(14)  Ara l-Lobbying Act fir-Renju Unit li jimpedixxi lill-NGOs milli jsemmgħu l-fehmiet tagħhom matul il-kampanji elettorali jew reċentament ir-Referendum on the EU membership and current reviews of the Electoral (Amendment) Act 2011 fl-Irlanda, li għandu l-għan li jipprevjeni lil partijiet terzi milli jinfluwenzaw il-kampanji elettorali iżda fejn l-interpretazzjoni ta’ “għanijiet politiċi” u l-livelli limitu għal donazzjonijiet individwali lill-NGOs ħolqu kontroversja, inkluż b’rabta mal-finanzjament ta’ kampanja favur l-abort.

(15)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(16)  Ara pereżempju l-obbligi skont l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità għal djalogu strutturat li huma appoġġjati minn finanzjament adegwat.

(17)  ĠU C 99, 21.4.1992, p. 1.

(18)  Statut għal Kumpanija Ewropea.

(19)  Dan il-fond għandu jkollu l-istess għanijiet bħall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem: http://www.eidhr.eu/whatis-eidhr#.

(20)  L-EED huwa organizzazzjoni indipendenti, li tagħti għotjiet, u li nħolqot fl-2013 mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-UE biex titrawwem id-demokrazija fil-Viċinat Ewropew u lil hinn minnu. L-Istati Membri kollha tal-UE huma membri tal-Bord tal-Gvernaturi tal-EED, flimkien mal-Membri tal-Parlament Ewropew u esperti tas-soċjetà ċivili.

(21)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Regolament li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”.

(22)  AEIDL – thematic network partnership.

(23)  Mid-term NGO evaluation released – EEA Grants.

(24)  COM(2016) 605 final

(25)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 11.


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/16


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-irħula u l-bliet iż-żgħar bħala xpruni għall-iżvilupp rurali — sfidi u opportunitajiet”

(opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2018/C 081/03)

Relatur:

Tom JONES

Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

22.9.2016

Bażi legali

Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

 

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

 

 

Sezzjoni kompetenti

L-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent

Adottata fis-sezzjoni

3.10.2017

Adottata fil-plenarja

18.10.2017

Sessjoni plenarja Nru

529

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

129/0/1

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

1.1.

Il-KESE jemmen li minkejja t-tnaqqis ta’ popolazzjonijiet bilanċjati u ta’ attività ekonomika tradizzjonali, f’ħafna rħula u bliet żgħar hemm evidenza biżżejjed ta’ prattika tajba biex inkunu ottimisti dwar il-ġejjieni sostenibbli f’ħafna insedjamenti rurali, jekk mhux kollha. Dawn l-insedjamenti jistgħu jkunu xpruni għal tiġdid rurali usa’ u għal żvilupp sostenibbli ta’ żoni rurali.

1.2.

Madankollu, dan l-ottimiżmu jiddependi fuq sforz sostnut, olistiku li jinvolvi n-nies u r-riżorsi finanzjarji fil-livelli kollha tal-gvern u fit-tliet setturi – privat, pubbliku u ċivili – kollha.

Rakkomandazzjonijiet

1.3.

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-Inizjattiva tal-Irħula Intelliġenti tal-Kummissjoni Ewropea, b’mod speċjali minħabba l-wegħdiet li saru rigward il-kooperazzjoni bejn id-Direttorati. Il-Programmi tal-Iżvilupp Rurali (PŻR) nazzjonali u reġjonali, li DĠ Agri qed jiġġestjona flimkien mal-Istati Membri, huma vitali iżda qatt ma jistgħu jinvestu biżżejjed riżorsi fl-inizjattiva mingħajr investimenti pubbliċi nazzjonali, reġjonali jew lokali oħrajn. Il-KESE jinnota u jappoġġa l-opinjoni emerġenti tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Irħula Intelliġenti (1).

1.4.

Il-banda wiesgħa veloċi – mobbli kif ukoll fissa – hija kruċjali għal irħula u bliet żgħar żviluppati b’mod intelliġenti, biex ikollhom xi tama ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali, u għandha tkun aċċessibbli bis-sħiħ, kif iggarantit taħt il-verifika rurali enfasizzata fid-Dikjarazzjoni Cork 2.0 tal-2016.

1.5.

Is-servizzi pubbliċi fl-edukazzjoni, it-taħriġ, is-saħħa u l-kura soċjali, kif ukoll il-kura tat-tfal, għandhom ikunu aċċessibbli, integrati u innovattivi fl-użu ta’ avvanzi teknoloġiċi.

1.6.

L-awtoritajiet tal-ippjanar f’żoni rurali għandhom jippromwovu proċess abilitanti għat-tiġdid ta’ bini żejjed fl-irħula u fil-bliet żgħar, biex jiżguraw rati kummerċjali baxxi għal negozji ġodda u kontribuzzjonijiet kumpensatorji minn proġetti ta’ ħwienet f’tarf il-bliet. Meta dawn il-binjiet rinnovati jsiru disponibbli għandhom jitqiesu l-bżonnijiet tal-NGOs lokali kif ukoll tas-settur privat u pubbliku.

1.7.

Il-konnettività ħażina tat-trasport hija sfida oħra u t-trasport kollettiv u x-xarabanks u l-karozzi proprjetà tal-komunità huma rakkomandati fejn is-settur privat joqgħod lura.

1.8.

Fejn possibbli, l-impjegaturi għandhom jiġu inkoraġġiti jappoġġjaw it-telexogħol, u jirrealizzaw il-benefiċċji potenzjali tas-sħubijiet rurali/urbani. Il-kontribuzzjoni kemm tat-turiżmu agrikolu u rurali, tal-attivitajiet relatati mas-saħħa u tal-markar tal-prodotti tal-biedja u tal-artiġjanat lokali, kif ukoll l-espansjoni tal-katalgu kulturali u storiku ta’ avvenimenti hija importanti ħafna f’dan il-kuntest. Permezz tal-appoġġ abilitanti tal-Programm ta’ Żvilupp Rurali, hemm skop li imprendituri kummerċjali jattiraw investiment esoġenu u jiżviluppaw u jikkummerċjalizzaw prodotti b’valur miżjud.

1.9.

Il-governanza fl-aktar livell lokali hija kwistjoni nazzjonali jew reġjonali. Madankollu, l-irħula u l-bliet żgħar jeħtieġu li jingħataw is-setgħa b’poteri akbar u aċċess għal riżorsi finanzjarji biex imexxu u jappoġġjaw ix-xewqat tal-kostitwenti tagħhom.

1.10.

LEADER u Gruppi ta’ Azzjoni Lokali għandhom ikunu appoġġjati bis-sħiħ fl-isforzi tagħhom għall-iżvilupp lokali – billi jinkoraġġixxu lin-negozji, kemm privati kif ukoll dawk mhux għall-profitti biex jibdew u jikbru – u biex jiżguraw spirtu komunitarju impenjat u ta’ appoġġ. B’kooperazzjoni mtejba, dawn l-isforzi jistgħu jiġu estiżi permezz tal-Iżvilupp Lokali mmexxi mill-Komunità (CLLD).

1.11.

Fuq kollox, in-nies fl-irħula u fil-bliet żgħar għandhom jimpenjaw ruħhom għal sens ta’ komunità li jinkoraġġixxi t-tmexxija minn ġewwa. L-iskejjel u l-mentors lokali għandhom jippromwovu t-tmexxija. Il-mexxejja emerġenti jeħtieġu l-appoġġ sħiħ tal-aġenziji ta’ konsulenza u l-NGOs, li għandhom aċċess għall-aħjar prattiki u impriżi simili rilevanti.

1.12.

L-irħula emerġenti li qed jiżviluppaw b’mod intelliġenti għandhom jiġu promossi fuq livell reġjonali, nazzjonali u tal-UE. L-istituzzjonijiet tal-UE u l-partijiet ikkonċernati tagħhom għandhom jorganizzaw jum ta’ ċelebrazzjoni annwali, biex jippromwovu l-komunitajiet ta’ suċċess u koeżivi tal-irħula u l-bliet żgħar.

1.13.

Biex jissaħħaħ u jiġi żviluppat sens veru ta’ sħubija bejn il-bliet jew l-irħula kbar u l-insedjamenti tal-viċinat tagħhom, il-KESE jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tad-dokument R.E.D. (2) tal-2016, “Making Europe Grow with its Rural Territories” (Nkabbru l-Ewropa bit-Territorji Rurali tagħha), u l-proġett pilota tal-Ġemellaġġ tal-Bliet (Twin Town) tal-Carnegie Trust. Il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u tal-ekonomija ċirkolari għandhom japplikaw għas-sħubijiet urbani u rurali.

1.14.

Il-Kumitat jappoġġja s-sejħa, li saret fil-Manifest Rurali Ewropew adottat mit-Tieni Parlament Rurali Ewropew f’Novembru 2015, għal kooperazzjoni akbar bejn il-komunitajiet, l-organizzazzjonijiet u l-awtoritajiet f’żoni rurali u urbani biex jinkiseb il-benefiċċju sħiħ ta’ rabtiet soċjali, kulturali u ekonomiċi li din il-kooperazzjoni tista’ ġġib; u għal skambju vigoruż ta’ ideat u prattika tajba bejn dawk involuti f’żoni rurali u urbani.

1.15.

Il-KESE jirrakkomanda li l-Bank Ewropew tal-Investiment jibni skemi ta’ appoġġ imfassla apposta għal negozji rurali żgħar, kemm intrapriżi privati kif ukoll soċjali, inklużi l-kooperattivi, kif imwiegħed fil-programm tiegħu għall-2017-2019.

1.16.

Il-Kunsill Ewropew tal-Bdiewa Żgħażagħ (CEJA) u korpi rappreżentattivi taż-żgħażagħ oħra għandhom jiġu appoġġjati biex joħolqu triq għall-forums taż-żgħażagħ fil-komunitajiet lokali li jiggalvanizzaw l-azzjoni dwar il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Jeħtieġu vuċi ferm aktar b’saħħitha fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ekonomiċi u soċjali; u li l-appoġġ għat-taħriġ, il-mentoraġġ u finanzjarju jeħtieġ li jitfassal għall-aspirazzjonijiet tagħhom.

1.17.

In-numru 11 fuq il-lista tan-NU tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli jirreferi għal bliet u komunitajiet. L-irħula u l-bliet żgħar sostenibbli għandhom jiġu inklużi taħt “komunitajiet”.

1.18.

Il-valuri kulturali li jinstabu fl-irħula u fil-bliet żgħar għandhom jingħataw post prominenti fil-pubbliċità għas--Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 u fl-inizjattivi matulha. Ir-residenti anzjani jistgħu jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni tat-tradizzjonijiet u l-kultura, u b’hekk għandhom jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom b’mod attiv f’dan il-qasam.

1.19.

Il-Kumitat jirrakkomanda l-kondiviżjoni ta’ “prattiki tajba” fil-livelli kollha. Dan diġà jsir minn ENRD, ELARD, Ecovast u ERP u jinsab fil-pubblikazzjoni “The best Village in the World” (3).

2.   Introduzzjoni

2.1.

Iż-żoni rurali huma parti essenzjali mill-Ewropa, u jipprovdu għan-negozji kritiċi tal-agrikoltura u l-forestrija. Il-komunitajiet ta’ bliet żgħar u rħula jinsabu f’dawn iż-żoni rurali u huma parti minnhom, u minn dejjem kienu postijiet fejn in-nies jgħixu kif ukoll jaħdmu.

2.2.

Il-bliet żgħar f’żoni rurali jipprovdu ċentru għal żona ta’ madwar fejn jinsabu l-irħula. Min-naħa l-oħra, il-bliet żgħar jinsabu fiż-żona ta’ ċentri urbani ewlenin. Kollha huma interdipendenti fuq xulxin. Huma sħab essenzjali fi sħubijiet rurali/urbani – kunċett li ġie promoss mid-DĠ Regio (4) u mill-OECD – fejn iż-żewġ imsieħba għandhom status indaqs fil-ġestjoni u fl-ippjanar tal-ġejjieni tagħhom. L-irħula u l-bliet żgħar madwar l-Ewropa ħabbtu wiċċhom ma’ ħafna tibdil – kemm ekonomiku kif ukoll soċjali – u qed ikomplu jiffaċċjaw il-ħtieġa li jadattaw għaċ-ċirkostanzi tal-ġurnata tal-lum.

2.3.

Flimkien mal-agrikoltura u l-forestrija, l-irħula u l-bliet żgħar huma s-“sinsla” taż-żoni rurali u jipprovdu l-impjiegi, is-servizzi u l-edukazzjoni biex jaqdu kemm lilhom infushom kif ukoll iż-żona ta’ madwar ta’ rħula. Min-naħa l-oħra, il-bliet żgħar huma parti miż-żona ta’ madwar ta’ rħula akbar u bliet. Dan jifforma relazzjoni bejn iż-żoni rurali u urbani li hija karatteristika ta’ kwalunkwe reġjun. Iż-żoni urbani u rurali jipprovdu servizzi għal xulxin – iż-żoni urbani huma dipendenti fuq żoni rurali għall-forniment tal-ikel u huma suq lest għall-prodotti tal-kampanja filwaqt li ż-żoni rurali joffru rikreazzjoni u trankwilità għar-residenti urbani.

2.4.

Hemm tradizzjoni qawwija f’ħafna żoni rurali ta’ sens ta’ “appartenenza” għal komunità. Din it-tradizzjoni qed tonqos u f’ħafna miż-żoni rurali aktar remoti kien hemm ukoll l-abbandun u n-nuqqas ta’ attenzjoni.

3.   Sfidi speċifiċi

3.1.

Il-komunitajiet rurali ħabbtu wiċċhom ma’ sfidi matul dawn l-aħħar ftit deċennji minħabba x-xewqa għaċ-ċentralizzazzjoni ta’ ħafna servizzi għall-ekonomiji ta’ skala, tibdil fit-trasport u l-ivvjaġġar u l-mod kif in-nies jgħixu fiż-żminijiet moderni. In-negozji tas-servizzi lokali qed jitilqu mill-komunitajiet rurali; ħafna ħwienet, servizzi bankarji u postali qed jisparixxu u l-iskejjel rurali żgħar qed jagħlqu.

3.2.

Iż-żoni rurali jaħbu l-qgħad għaliex iċ-ċifri huma żgħar meta mqabbla ma’ dawk bla xogħol f’żoni urbani – madankollu dawn jiffaċċjaw problema addizzjonali ta’ aċċess għall-għajnuna miċ-ċentri tal-impjiegi li huma bbażati f’żoni urbani u spiss isofru minn trasport pubbliku rurali li sejjer lura. Il-qgħad jista’ jkun baxx għaliex tant żgħażagħ telqu jfittxu t-taħriġ, l-edukazzjoni jew ix-xogħol, filwaqt li ħafna minn dawk li jibqgħu jaħdmu għal pagi baxxi.

3.3.

Il-finanzi pubbliċi, li huma tant importanti biex jappoġġjaw l-komunitajiet rurali, qed jiffaċċjaw domandi baġitarji dejjem jiżdiedu – minħabba ż-żieda ġenerali fl-għoli tal-ħajja u ż-żidiet fl-ispiża tal-għoti ta’ servizzi.

3.4.

L-investiment fit-toroq u fl-awtostradi jinkoraġġixxi l-użu tal-karozzi privati bħala l-aktar mod faċli biex tasal ix-xogħol. In-nies issa huma ferm aktar imħejjija biex jivvjaġġaw distanzi itwal imma min-naħa l-oħra dan wassal biex in-nies ikunu anqas dipendenti fuq ix-xogħol jew l-għoti ta’ servizzi fil-komunità lokali tagħhom.

3.5.

Inbidlu t-tendenzi tax-xiri tan-nies. Spiss jixtru mill-post fejn jaħdmu li normalment ikun f’raħal kbir jew f’belt minflok fir-raħal jew fil-belt żgħira tagħhom. U jixtru wkoll minn fuq l-Internet, bl-oġġetti jitwasslu fid-dar tagħhom. Dan kollu żied hekk kif bdew jagħlqu l-ħwienet lokali.

3.6.

Iż-żgħażagħ qed jitilqu minn żoni rurali biex isibu t-taħriġ, l-edukazzjoni u x-xogħol fil-bliet. Jekk ma jinżammux l-impjiegi fiż-żoni rurali se jkun diffiċli li jiġu attirati lura fil-komunitajiet rurali. Hemm ħtieġa urġenti biex il-leħen meqjus taż-żgħażagħ jitqiegħed fil-qalba tad-demokrazija lokali. L-organizzazzjonijiet rappreżentattivi taż-żgħażagħ għandhom jiġu appoġġati sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni fil-governanza. Bl-istess mod, huwa xieraq li jsir provvediment biex l-aġenziji ekonomiċi u soċjali jagħtu pariri u appoġġ finanzjarju li jaqbel għaż-żgħażagħ (“youth-proof”).

3.7.

Il-koeżjoni interġenerazzjonali qed tiġi sfidata mill-iżbilanċ numeriku bejn il-gruppi ta’ età. Id-disponibbiltà ta’ miżuri personalizzati ta’ impjieg, skejjel u kura tat-tfal, flimkien mal-akkomodazzjoni affordabbli f’żoni rurali hija kruċjali biex iż-żgħażagħ u l-familji bit-tfal jibqgħu jew jerġgħu lura fil-komunitajiet rurali. Persuni f’komunitajiet kultant ikollhom fehmiet differenti dwar l-attività ekonomika lokali. Irid ikun hemm djalogu u fehim għall-ibbilanċjar ta’ trankwillità ma’ inizjattivi ta’ ħolqien ta’ xogħol xierqa.

4.   Opportunitajiet

4.1.

L-Inizjattiva tal-Irħula Intelliġenti tal-Kummissjoni Ewropea hija vitali, b’mod speċjali minħabba l-wegħdiet ta’ ħidma konġunta li saru f’Direttorati konġunti. Il-Programm tal-Iżvilupp Rurali tad-DĠ Agri qatt ma jista’ jinvesti biżżejjed riżorsi fl-inizjattiva mingħajr DĠ oħrajn u mingħajr investiment pubbliku nazzjonali, reġjonali jew lokali. Din l-inizjattiva pilota, wara l-evalwazzjoni, jeħtieġ li tkun inkluża fi kwalunkwe Politika Agrikola Komuni ġdida u fi Programmi Reġjonali u varata biex tinkludi bliet żgħar bħala parti mir-“rinaxximent rurali”.

4.2.

Il-banda wiesgħa hija essenzjali għaż-żoni rurali kollha. It-titjib fil-kopertura tal-banda wiesgħa – mobbli kif ukoll statika – jista’ jgħin firxa wiesgħa ta’ attivitajiet, mhux biss fl-iżvilupp tan-negozji u tal-kapaċità ta’ “xogħol mid-dar”, iżda wkoll il-kwalità tal-ħajja ta’ kuljum tan-nies. Dan jista’ jippermetti t-tagħlim onlajn, l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ servizzi disponibbli onlajn. Il-prattiki tajba huma disponibbli fejn l-aċċess imtejjeb għall-Internet f’żoni rurali kien ta’ benefiċċju għall-komunitajiet. Għandu jkun disponibbli tagħlim bażiku li jippermetti b’mod speċjali liċ-ċittadini anzjani li jużaw l-Internet.

4.3.

Fejn possibbli, l-impjegaturi għandhom jiġu inkoraġġiti jappoġġjaw it-telexogħol, u jirrealizzaw il-benefiċċji potenzjali tas-sħubijiet rurali/urbani. Permezz tal-appoġġ abilitanti tal-Programm ta’ Żvilupp Rurali, hemm skop għall-imprendituri kummerċjali biex jattiraw l-investiment esoġenu, biex jiżviluppaw u jikkummerċjalizzaw prodotti ta’ valur miżjud, bħall-ikel, ix-xorb, il-pajsaġġ u l-wirt storiku, l-attivitajiet kulturali u tas-saħħa u rikreazzjonali, filwaqt li jiżguraw il-kontinwità tal-artiġjanat rurali u tal-ħiliet ambjentali.

4.4.

Is-servizzi pubbliċi fl-edukazzjoni, it-taħriġ, is-saħħa u l-kura soċjali għandhom jiġu integrati, raggruppati u jkunu innovattivi fl-użu ta’ avvanzi teknoloġiċi, biex jevitaw id-diskriminazzjoni u l-esklużjoni b’mod speċjali ta’ abitanti rurali ta’ età ikbar u adoloxxenti. L-uffiċċji tal-gvern imxerrda jistgħu jagħtu eżempju tat-tnaqqis fis-saturazzjoni u t-tniġġis tal-bliet u ż-żoni urbani, filwaqt li jippromwovu sens ta’ ġustizzja rurali. L-awtoritajiet lokali għandhom rwol ewlieni fl-ippjanar tagħhom għal żoni rurali u biex jiżguraw azzjoni pożittiva fil-komunitajiet rurali li tgħin biex il-ġejjieni kontinwu tagħhom jiġi inkoraġġit u appoġġjat. Jista’ jkun li s-servizzi jkunu jistgħu jikkondividu bini wieħed jew bini mhux użat biex jakkomodaw użi fin-negozju ġodda, li joħolqu impjiegi ġodda li jistgħu jipprovdu opportunitajiet għal aktar attività ekonomika. Meta dawn il-binjiet rinnovati jsiru disponibbli għandhom jitqiesu l-bżonnijiet tal-NGOs lokali kif ukoll tas-settur privat u pubbliku.

4.5.

Jeħtieġ li jsir xogħol biex jiġi żviluppat sens veru ta’ sħubija bejn il-bliet jew l-irħula kbar u l-insedjamenti tal-viċinat tagħhom biex jikkondividu, fuq termini aċċettati reċiprokament, sens ta’ appartenenza, markar, u investiment konġunt. Flimkien ma’ organizzazzjonijiet oħra li d-dokument R.E.D. irrakkomanda fl-2016 hemm strateġija politika Ewropea għal territorji rurali sal-2030 (5). Eżempju ieħor huwa l-proġett pilota Twin Town tal-Carnegie Trust. Il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u tal-ekonomija ċirkolari għandhom japplikaw għas-sħubijiet urbani u rurali.

4.6.

It-Tieni Parlament Rurali Ewropew f’Novembru 2015 adotta l-Manifest Rurali Ewropew. In-netwerk tal-ERP bi sħab f’40 pajjiż Ewropew qed isegwi t-temi definiti fil-Manifest. L-ERP jaħdem għal kooperazzjoni akbar bejn il-komunitajiet, l-organizzazzjonijiet u l-awtoritajiet f’żoni rurali u urbani biex jinkiseb il-benefiċċju sħiħ ta’ rabtiet soċjali, kulturali u ekonomiċi li din il-kooperazzjoni tista’ ġġib; u għal skambju vigoruż ta’ ideat u prattika tajba bejn dawk involuti f’żoni rurali u urbani. Ix-xogħol jitwettaq fost l-imsieħba kollha fuq temi differenti bħal: “Bliet żgħar”, “Servizz u Infrastruttura sostenibbli” u “Żvilupp Rurali Integrat u LEADER/CLLD”, li lkoll se jirriżultaw f’rapport li se jiġi ppreżentat u diskuss fit-Tielet Parlament Rurali Ewropew f’Venhorst, in-Netherlands, f’Ottubru 2017.

4.7.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jibni skemi ta’ appoġġ imfassla apposta għal negozji rurali żgħar, kemm intrapriżi privati kif ukoll soċjali, inkluż kooperattivi, kif imwiegħed fil-programm tiegħu għall-2017-2019 u bl-eżempju li ta bl-appoġġ tiegħu għal Niki’s Sweets f’Agros fil-Muntanji Troodos ta’ Ċipru.

4.8.

Is-settur tal-volontarjat huwa attiv ħafna f’żoni rurali u jgħin biex jikkoordina l-azzjonijiet u jgħin lin-nies jaħdmu flimkien. L-impriżi soċjali u komunitarji, bħat-300 kumpanija soċjo-ekonomika fid-Danimarka li huma permessi jużaw it-tikketta “RSV”, jiġifieri Kumpanija Soċjoekonomika Reġistrata (Virksomhed) jew il-Cletwr cafe f’nofs Wales, qed jikkontribwixxu dejjem iktar biex jissostitwixxui servizzi pubbliċi u privati mitlufa. Il-ħidma tagħhom hija konformi mal-ideat tar-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR). Huma importanti l-appoġġ u l-pariri ta’ organizzazzjonijiet bħall-Fondazzjoni Plunkett fl-istabbiliment u ż-żamma tas-sostenibbiltà tal-intrapriżi soċjali u komunitarji.

4.9.

Dawk li jgħixu fl-irħula u fil-bliet żgħar jirrappreżentaw l-aspetti kollha tal-ħajja, u kollha jeħtieġ li jkollhom leħen fil-komunità lokali tagħhom. L-aktar livell baxx ta’ amministrazzjoni pubblika – kunsilli parrokkjali jew muniċipalitajiet (żgħar) – għandu jkun involut fit-teħid tad-deċiżjonijiet lokali, u għandu jissaħħaħ u jingħata s-setgħa biex jissodisfa din il-ħtieġa. In-nies huma kburin bil-komunitajiet lokali tagħhom u dan jista’ jiġi rikonoxxut bħala riżorsa u jintuża biex jinkoraġġixxi oħrajn jinvolvu ruħhom. In-nies tan-negozju rtirati u dawk li ħadmu fis-setturi pubbliċi jew ċivili għandhom ħafna ħiliet x’joffru. Il-programmi Ewropej u l-programmi lokali jwettqu proġetti li ħeġġew lis-sħubijiet lokali jiżviluppaw fir-raħal jew fil-belt żgħira tagħhom u ħafna imprendituri komunitarji ħarġu minn dan il-proċess. Ġew mis-setturi kollha u żviluppaw f’ambaxxaturi għall-komunità tagħhom.

4.10.

L-irħula u l-bliet żgħar huma parti importanti mill-kultura tal-Ewropa. Spiss iżommu d-drawwiet u t-tradizzjonijiet lokali tagħhom. Dawn l-insedjamenti rurali huma normalment “storiċi” u l-arkitettura tirrifletti l-materjal tal-bini lokali tagħhom u l-istili matul ħafna sekli. Iċ-ċentri tal-bliet żgħar normalment żammew aktar negozji lokali u ma ġewx maħkuma mill-faċċati standard li jitolbu l-ktajjen ta’ ħwienet kbar, kif huwa l-każ fiċ-ċentri ta’ bliet akbar. L-insedjamenti rurali żgħar huma wkoll marbuta mill-qrib mal-pajsaġġi li jinsabu fihom u dan il-kuntest huwa parti kbira mill-ambjent tar-raħal u tal-belt żgħira li jirrifletti l-oriġini diversi ħafna tagħhom – pożizzjonijiet ta’ difiża fuq l-għoljiet, punti ta’ qsim tax-xmajjar, linji tan-nixxigħat, maġenb l-għadajjar, gżejjer jew kosta eċċ. Il-valuri kulturali li jinsabu fl-irħula u fil-bliet żgħar għandhom jingħataw post prominenti fil-pubbliċità għal, u fl-inizjattivi matul, is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018. Ir-residenti anzjani jistgħu jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni tat-tradizzjonijiet u l-kultura, u b’hekk għandhom jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom b’mod attiv f’dan il-qasam.

4.11.

Dawn l-irħula u l-bliet żgħar għandhom assi prezzjużi li jistgħu jibnu fuqhom biex jgħinuhom iżommu jew itejbu l-ekonomiji lokali tagħhom. Dawn huma interkonnessi mal-agrikoltura lokali, mal-forestrija u l-produzzjoni tal-enerġija kif ukoll mat-turiżmu agrikolu u rurali, mal-attivitajiet relatati mas-saħħa, mal-festivals kulturali u mal-protezzjoni ambjentali u l-edukazzjoni. Hemm mijiet ta’ eżempji madwar l-Ewropa, bħal Kozard fl-Ungerija u Alston Manor fl-Ingilterra, li jistgħu jintużaw biex oħrajn isegwu fuqhom. Ir-rapport “L-Importanza ta’ Bliet Żgħar” minn Ecovast huwa wkoll kontribuzzjoni siewja biex tiġi deskritta u mifhuma l-importanza tar-rwoli li għandhom l-irħula u l-bliet żgħar.

4.12.

Il-politiki rurali tal-ġejjieni b’mod entużjast qablu fil-Konferenza ta’ Cork 2.0 f’Settembru 2016 li għandhom jgħinu lill-Istati Membri u lir-reġjuni jiżviluppaw politiki rurali ta’ appoġġ u jinkoraġġixxu proġetti taħt il-programmi Ewropej. L-implimentazzjoni tal-verifika rurali deskritta f’Cork 2.0 hija essenzjali għall-UE, għall-Istati Membri u għar-reġjuni.

4.13.

Il-metodoloġija “LEADER” sponsorjata mill-UE u l-Iżvilupp Lokali mmexxi mill-Komunità (CLLD) jipprovdu għodod biex jassistu fit-tisħiħ u l-għoti tas-setgħa lill-komunitajiet rurali. LEADER u Gruppi ta’ Azzjoni Lokali jistgħu jappoġġjaw l-isforzi lokali biex jiġu żviluppati negozji, kemm privati kif ukoll mhux għall-profitti biex jibdew u jikbru, u biex jiżguraw spirtu komunitarju li jaħdem u ta’ appoġġ. Sal-2014 LEADER kienet appoġġjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, iżda sa mill-2015 anke Fondi Strutturali u ta’ Investiment oħrajn jistgħu jimplimentaw il-metodoloġija permezz ta’ ħidma b’aktar minn fond wieħed mas-CLLD. Dan ikun jirrikjedi kooperazzjoni mtejba, u eżempji tajba huma IRD Duhallow u SECAD ġewwa County Cork u PLANED ġewwa Wales, li implimentaw is-CLLD minn isfel għal fuq għal ħafna snin.

4.14.

Hemm ħafna proġetti rurali taħt il-Programmi Ewropej li b’kapaċità juru varjazzjoni kbira ta’ “prattika tajba” fil-bliet żgħar u fl-irħula. Il-prattika tajba turi wkoll il-ħtieġa għall-intermedjarji u l-valur tagħhom biex jappoġġjaw l-imprendituri u l-gruppi żgħar.

Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  Ir-rivitalizzazzjoni ta’ żoni rurali permezz ta’ Rħula Intelliġenti, (għad mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  R.E.D.: Ruralità – Ambjent – Żvilupp.

(3)  Minn Ulla Herlitz u Kollegi bħala eżempju prattiku tal-aħjar prattika – ENRD: Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali; ELARD: The European LEADER Association for Rural Development; Ecovast: The European Council for the Village and Small Towns.

(4)  L-Ecovast kien parti min-netwerk ta’ qabel RURBAN tad-DĠ Regio.

(5)  “Nkabbru l-Ewropa bit-Territorji Rurali tagħha”.


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/22


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-ġustizzja klimatika”

(opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2018/C 081/04)

Relatur:

Cillian LOHAN

Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

23.2.2017

Bażi legali

Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

 

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

 

 

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent

Adottata fis-sezzjoni

3.10.2017

Adottata fil-plenarja

19.10.2017

Sessjoni plenarja Nru

529

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

194/12/8

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-kunċett tal-ġustizzja klimatika jinkwadra t-tibdil fil-klima globali bħala kwistjoni politika u etika u mhux sempliċement kwistjoni strettament ambjentali. Din tipikament titqies fil-kuntest globali ta’ interdipendenza spazjali u temporali u tirrikonoxxi li dawk l-aktar vulnerabbli u l-ifqar fis-soċjetà ħafna drabi jkollhom isofru l-akbar impatt tal-effetti tat-tibdil fil-klima. Dan minkejja li dawk l-istess gruppi huma l-anqas responsabbli għall-emissjonijiet li xprunaw il-kriżi klimatika. B’mod aktar ġenerali, f’din l-Opinjoni, il-ġustizzja klimatika tirrikonoxxi l-ħtieġa li titqies il-ġustizzja tal-impatt ħafna drabi sproporzjonat tat-tibdil fil-klima fuq iċ-ċittadini u l-komunitajiet kemm fl-ekonomiji li qegħdin jiżviluppaw kif ukoll f’dawk żviluppati.

1.2.

Il-KESE jemmen li ċ-ċittadini kollha għandhom dritt għal ambjent nadif b’saħħtu, u li jistennew lill-gvernijiet jieħdu responsabbiltà għall-impenji nazzjonali u l-kontributi determinati fil-livell nazzjonali skont il-Ftehim ta’ Pariġi dwar l-ixpruni tat-tibdil fil-klima u t-theddid tat-tibdil fil-klima, b’rikonoxximent mhux biss tal-aspetti ambjentali u ekonomiċi aktar ovvji iżda wkoll tal-impatt soċjali.

1.3.

Il-KESE jipproponi li titfassal Karta tad-Drittijiet Klimatiċi tal-UE li tkun tiġbor fiha d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u tan-natura fil-kuntest tal-isfidi tal-kriżi tat-tibdil fil-klima globali. Filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol ta’ tmexxija tal-UE fil-promozzjoni ta’ approċċ b’saħħtu u ġust dwar il-klima fil-livell internazzjonali, il-KESE jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-gvernijiet nazzjonali sabiex jeżaminaw l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-ġustizzja klimatika fil-livelli kollha: globali, Ewropej, nazzjonali u tal-komunità. Il-Proċess tas-Semestru jista’ jintuża bħala għodda sabiex tintlaħaq din l-ambizzjoni. Il-ġustizzja klimatika tirrigwarda l-ġustizzja kemm għall-persuni kif ukoll għall-ambjent li minnu niddependu – it-tnejn huma interkonnessi. F’dan il-kuntest il-KESE jfakkar f’żewġ inizjattivi reċenti: il-Patt Globali għall-Ambjent u l-proġett ta’ Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Umanità.

1.4.

Is-sistemi ta’ produzzjoni u ta’ konsum għandhom jinbidlu biex jadattaw għat-tibdil fil-klima u biex jimmitigawh. Din it-tranżizzjoni ser ikollha isseħħ globalment u fil-kuntest settorjali, u l-UE tista’ taqdi rwol ta’ tmexxija. Jeħtieġ li l-aktar setturi tan-negozju u ħaddiema vulnerabbli jiġu identifikati u appoġġjati b’mod adegwat. B’mod partikolari, is-sistemi tal-ikel u l-partijiet interessati tagħhom jeħtieġ jiġu appoġġjati fit-tranżizzjoni. Il-konsum sostenibbli tal-ikel irid jibda fl-istadju upstream tal-preparazzjoni tal-ħamrija u l-ġestjoni tas-sistemi naturali sabiex jiġi pprovdut l-element kostitwenti primarju tal-ikel. L-UE għandha tipprovdi tmexxija ċara filwaqt li tippromovi l-ġestjoni sostenibbli u l-protezzjoni tal-ħamrija.

1.5.

Fil-kisba tat-tranżizzjoni, is-setgħa tal-konsumaturi tista’ tiġi sfruttata biss meta l-konsumaturi jkollhom l-għażla ta’ alternattivi etiċi sostenibbli li ma jwasslux għal tnaqqis sinifikanti fil-konvenjenza jew fil-kwalità f’termini ta’ servizz, użu jew aċċessibbiltà. Alternattivi vijabbli għall-konsumaturi jistgħu jiġu żviluppati permezz tal-mudelli ekonomiċi ġodda bħalma huma l-ekonomija diġitali, dik kollaborattiva u dik ċirkolari u permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali dwar it-tranżizzjoni settorjali u globali lejn dawn il-mudelli.

1.6.

Mekkaniżmi ta’ appoġġ, inkluż flus pubbliċi, strumenti ekonomiċi u inċentivi għandhom jintużaw sabiex ikun żgurat li jkun hemm infrastruttura u appoġġ adatt għall-konsumaturi li jkunu jixtiequ jagħżlu stil ta’ ħajja b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, inkluża assistenza sabiex jintlaħqu l-ispejjeż ogħla ta’ prodotti u servizzi etiċi/ta’ ħajja twila/sostenibbli, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li ma tiġix mhedda l-kompetittività.

1.7.

Jeħtieġ li jsir immappjar tal-ispostament tal-impjiegi f’ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, u jiġu identifikati l-opportunitajiet kemm jista’ jkun malajr. Dan jippermetti t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-aktar politiki effettivi sabiex ikun żgurat li l-ħaddiema jkunu protetti, u li l-kwalità tal-ħajja tagħhom tkun preservata permezz ta’ tranżizzjoni ġusta.

1.8.

Il-KESE jtenni s-sejħa tiegħu għal osservatorju Ewropew dwar il-faqar enerġetiku (1), li jkun ilaqqa’ flimkien il-partijiet interessati kollha biex jgħinu fid-definizzjoni ta’ indikaturi Ewropej tal-faqar enerġetiku. Il-ġustizzja għaċ-ċittadini kollha tfisser li jkun żgurat li tiġi pprovduta enerġija aċċessibbli, nadifa u affordabbli lil kulħadd.

1.9.

Il-KESE jitlob li jintemmu s-sussidji għall-karburanti fossili u bidla sabiex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni lejn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

1.10.

Politiki ta’ sostenibbiltà effettivi jiddependu fuq l-iżgurar li l-għajnuniet għat-transizzjoni jiġu identifikati b’mod ċar, prijoritizzati u ffinanzjati b’mod adatt. Fl-istess ħin, l-UE jeħtieġ tibda negozjati internazzjonali komprensivi ħafna lejn ftehim globali li jista’ jtaffi l-ixpruni tat-tibdil fil-klima u tappoġġja mudell ekonomiku globali aktar sostenibbli.

2.   Kuntest/Raġuni għal din l-opinjoni

2.1.

Din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja qed issir fil-kuntest tal-Pjan ta’ Ħidma tal-Osservatorju tal-Iżvilupp Sostenibbli għall-2017. Il-ġustizzja klimatika hija suġġett li jaffettwana lkoll iżda safrattant hemm nuqqas ta’ azzjoni dwaru fuq livell tal-UE. Din hija opportunità għall-KESE biex jieħu rwol ewlieni u jagħmel proposti inizjali, speċjalment fir-rigward tal-Ewropa. Ħafna aspetti tal-ġustizzja klimatika hemm bżonn jiġu diskussi aktar fil-fond, bħall-kwistjonijiet tat-tqassim tal-kwoti tal-emissjonijiet globali u individwali.

2.2.

Il-KESE jrid jieħu pożizzjoni istituzzjonali sabiex jipprovdi l-fehma tas-soċjetà ċivili organizzata tal-UE fid-dibattitu dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima u kif l-aħjar li jiġi indirizzat dak l-impatt b’mod ġust.

2.3.

Fil-kuntest tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU adottati internazzjonalment, il-Ftehim ta’ Pariġi, u fid-dawl tal-fatt li diġà qegħdin jinħassu l-impatti tat-tibdil fil-klima, jenħtieġ li jkun hemm sens akbar ta’ urġenza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-ġustizzja klimatika permezz ta’ azzjonijiet konkreti.

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

Il-kunċett tal-ġustizzja klimatika jinkwadra t-tibdil fil-klima globali bħala kwistjoni politika u etika u mhux sempliċement kwistjoni strettament ambjentali. Dan jirrikonoxxi li dawk l-aktar vulnerabbli u l-aktar fqar fis-soċjetà ħafna drabi jkollhom isofru l-akbar impatt tal-effetti tat-tibdil fil-klima. Il-kunċett jitqies tipikament f’kuntest globali ta’ interdipendenza spazjali u temporali, jiġifieri b’enfasi fuq ir-responsabbiltajiet ta’ pajjiżi li żviluppaw abbażi tal-isfruttar tar-riżorsi naturali.

3.2.

L-SDGs jmorru lil hinn minn dawk ta’ qabilhom (l-MDGs) peress li jirrikonoxxu r-responsabbiltà reċiproka, is-sjieda, l-azzjoni kollettiva u l-ħtieġa għal proċessi parteċipatorji inklużivi. Filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol ta’ tmexxija tal-UE fil-promozzjoni ta’ approċċ b’saħħtu u ġust dwar il-klima fil-livell internazzjonali, il-KESE jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-gvernijiet nazzjonali sabiex jaġixxu favur il-ġustizzja klimatika fil-livelli kollha: globali, Ewropej, nazzjonali u tal-komunità. Il-Proċess tas-Semestru jista’ jintuża bħala għodda sabiex tintlaħaq din l-ambizzjoni. B’mod aktar ġenerali, f’din l-Opinjoni, il-ġustizzja klimatika tirrikonoxxi l-ħtieġa li titqies l-ekwità tal-impatt ħafna drabi sproporzjonat tat-tibdil fil-klima fuq iċ-ċittadini u l-komunitajiet kemm fl-ekonomiji li qegħdin jiżviluppaw kif ukoll f’dawk żviluppati.

3.3.

Hemm problema ta’ reżistenza għall-politiki dwar it-tibdil fil-klima, u l-perċezzjoni tagħhom bħala politiki li jippenalizzaw liċ-ċittadin medju, lil setturi speċifiċi (eż. dawk agroalimentari jew tat-trasport), jew lil komunitajiet u individwi dipendenti fuq il-karburanti fossili minkejja l-benefiċċji ta’ politiki bħal dawn.

3.4.

Inizjattivi ta’ politika differenti jiffukaw fuq setturi u oqsma li huma influwenzati b’mod qawwi mill-isfidi klimatiċi, pereżempju s-saħħa, it-trasport, l-agrikoltura, l-enerġija. Il-ġustizzja klimatika tista’ tipprovdi approċċ integrat komprensiv sabiex ikun żgurat li t-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju tinkiseb b’mod ġust u ekwu.

3.5.

Importanti li jiġi nnotat li l-ġustizzja klimatika ma tirrigwardax biss ’il dawk direttament affettwati mill-impatti tat-tibdil fil-klima iżda wkoll lil dawk affettwati mill-ixpruni tat-tibdil fil-klima permezz tad-dipendenza fuq prodotti, servizzi u stili ta’ ħajja li huma assoċjati ma’ emissjonijiet għoljin u effiċjenza baxxa tar-riżorsi.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1.   Il-ġustizzja soċjali

4.1.1.

Il-KESE jemmen li ċ-ċittadini kollha għandhom dritt għal ambjent nadif b’saħħtu, u li jistennew lill-gvernijiet jieħdu responsabbiltà għall-impenji nazzjonali u l-kontributi determinati fil-livell nazzjonali skont il-Ftehim ta’ Pariġi dwar l-ixpruni tat-tibdil fil-klima u t-theddid tat-tibdil fil-klima, b’rikonoxximent mhux biss tal-aspetti ambjentali u ekonomiċi aktar ovvji iżda wkoll tal-impatt soċjali.

4.1.2.

Il-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali tal-UE għandu jservi bħala kumpass għal proċess imġedded ta’ konverġenza lejn kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien aħjar fost l-Istati Membri. Dan huwa bbażat fuq 20 prinċipju, li ħafna minnhom se jiġu affettwati jew direttament mit-tibdil fil-klima jew indirettament mill-ħtieġa ta’ tranżizzjoni lejn mudelli ekonomiċi ġodda.

4.1.3.

Fil-kuntest tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Drittijiet Soċjali, il-KESE jipproponi li jinbeda dibattitu dwar it-tfassil ta’ Karta tad-Drittijiet Klimatiċi. Din tiġbor fiha d-drittijiet taċ-ċittadini u n-natura fil-kuntest tal-isfidi tal-kriżi tat-tibdil fil-klima. F’dan il-kuntest, il-KESE jfakkar fil-proġett ta’ Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Umanità mfassal minn Corinne Lepage, bi tħejjija għall-COP21 fl-2015.

4.1.4.

Id-drittijiet tan-natura issa huma rikonoxxuti f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, permezz tal-proċess leġislattiv. Pereżempju, fin-Netherlands fl-2015, l-NGO Urgenda Foundation rebħet kawża klimatika kontra l-gvern. Il-Qorti Suprema Netherlandiża sostniet b’mod konsistenti l-prinċipju li l-gvern jista’ jinżamm legalment responsabbli għan-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni suffiċjenti sabiex jipprevjeni l-ħsara prevedibbli li tirriżulta mit-tibdil fil-klima. Kawżi simili qed jiġu ppreparati fil-Belġju u fin-Norveġja. Barra minn hekk, inizjattivi bħalma hu l-Patt Globali għall-Ambjent li tnieda fl-24 ta’ Ġunju 2017 jindirizzaw il-ħtieġa għal governanza ambjentali globali ġusta billi jissaħħu “d-drittijiet tal-bniedem tat-tielet ġenerazzjoni” permezz ta’ strument ta’ referenza universali u trasversali.

4.1.5.

Jeħtieġ li jiġi żgurat li dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà ma jkollhomx għalfejn jerfgħu piż inġust u li l-prezz tat-tranżizzjoni lejn mudell ekonomiku responsiv għall-klima jinfirex b’mod ġust madwar is-soċjetà. Pereżempju, il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas għandu jiġi applikat fil-livell ta’ dawk li joħolqu t-tniġġis u jagħmlu profitt minnu, pjuttost milli fil-livell tal-utent finali f’każijiet fejn ma tkun teżisti l-ebda alternattiva vijabbli. L-applikazzjoni bir-reqqa u rilevanti ta’ dan il-prinċipju importanti kienet eżaminata qabel mill-KESE (2).

4.1.6.

Se jkun hemm żieda f’kull tip ta’ migrazzjoni (inklużi refuġjati minħabba l-klima) minħabba l-persuni spostati (3). Diġà rajna kemm m’aħniex ippreparati tajjeb fl-UE biex inlaħħqu ma’ dan, u l-kwistjoni tal-piżijiet sproporzjonati madwar l-Istati Membri. Il-KESE diġà enfasizza kif proċessi ekonomiċi żbilanċjati jistgħu jżidu d-destabbilizzazzjoni f’dan il-kuntest (4).

4.1.7.

Fuq livell tal-UE, ma hemm l-ebda strument distint applikabbli għal “persuni spostati minħabba l-ambjent” kif instab minn studju riċenti tal-Parlament Ewropew dwar ir-Refuġjati minħabba l-Klima. Id-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja hija strument politikament ikkumplikat sabiex jindirizza kwalunkwe spostament tal-massa, u l-KESE jappoġġa l-pożizzjoni li t-Trattat ta’ Lisbona jipprovdi mandat wiesa’ biżżejjed biex tiġi riveduta l-politika tal-immigrazzjoni bil-għan li jiġi regolat l-istatus tal-“persuni spostati minħabba l-ambjent”.

4.2.   Is-settur agroalimentari

4.2.1.

Is-sistemi ta’ produzzjoni tal-ikel u d-dieti se jinbidlu biex jadattaw għat-tibdil fil-klima u biex jimmitigawh. Iċ-ċittadini kollha huma dipendenti fuq is-settur agroalimentari (eż. l-bdiewa, il-familji, dawk tul il-katina tal-provvista, il-konsumaturi) u għalhekk it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju għandha tiżgura li dawk affettwati jiġu faċilitati u appoġġati fit-tibdil. Din it-tranżizzjoni ser ikollha isseħħ globalment u fil-kuntest settorjali, u l-UE tista’ taqdi rwol ta’ tmexxija.

4.2.2.

It-tibdil fil-klima jġib sfidi enormi għall-agrikoltura Ewropea kemm bħala xprun kif ukoll bħala settur li jaffaċja l-aktar l-impatti.

4.2.3.

Is-settur jeħtieġ li jiġi definit mill-ġdid għall-kontribut tiegħu għas-sistemi ta’ assorbiment naturali, bħalma huma s-servizzi tal-ekosistema li jistgħu jtaffu parti mill-impatt tat-tibdil fil-klima. Dawn għandhom jiġu rikonoxxuti u l-finanzjament pubbliku, permezz tal-PAK, għandu jaġġusta sabiex jiġu appoġġati dawn is-servizzi pprovduti mis-settur agrikolu, bħala konsegwenza tal-objettiv tagħhom ta’ produzzjoni tal-ikel. Dan il-kunċett ġenerali huwa appoġġat f’Opinjoni adottata dan l-aħħar (5).

4.2.4.

Il-konsum sostenibbli tal-ikel irid jibda fl-istadju upstream tal-preparazzjoni tal-ħamrija u l-ġestjoni tas-sistemi naturali sabiex jiġi pprovdut l-element kostitwenti primarju tal-ikel. Il-KESE jenfasizza li jeħtieġ jitnieda dibattitu dwar il-bżonn ta’ Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija, u tingħata tmexxija ċara dwar l-importanza ta’ promozzjoni favur il-ġestjoni sostenibbli u l-protezzjoni tal-ħamrija (6). Il-protezzjoni tal-ħamrija u r-rwol tagħha fis-servizzi tal-ekosistema huma fokus għall-Presidenza Estonjana tal-Kunsill tal-UE fil-preżent (7).

4.2.5.

Il-KESE jippromovi l-kunċett ta’ produzzjoni u konsum sostenibbli. Il-kisba ta’ kunsens dwar il-ħtieġa ta’ bidla fl-attitudnijiet lejn il-konsum tal-laħam se tiddependi fuq l-identifikazzjoni tal-opportunitajiet u l-appoġġ meħtieġa sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għal dawk li jiddependu fuq dan is-settur tal-industrija agroalimentari.

4.2.6.

Dan huwa settur affettwat ukoll mill-ixpruni tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari d-dipendenza tiegħu fuq il-karburanti fossili, mill-produzzjoni tal-ikel, sal-ipproċessar, u t-trasport u l-imballaġġ. Il-politiki jeħtieġ li jiġu fformulati b’rikonoxximent tan-natura riġida (locked-in) tal-mudell agroalimentari eżistenti, u jridu jimmappjaw rotta li tista’ tintlaħaq għal ġejjieni sostenibbli għall-bdiewa u li ma jagħmilx ħsara lill-klima.

4.2.7.

Il-politiki ambjentali ma għandhomx għalfejn ikunu f’kunflitt mal-ħtiġijiet immedjati tas-settur tal-biedja, meta jitqiesu bħala applikazzjonijiet ta’ mekkaniżmi ta’ appoġġ sabiex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lejn soċjetà b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

4.3.   Il-konsumaturi

4.3.1.

Fil-kisba tat-tranżizzjoni, is-setgħa tal-konsumaturi tista’ tiġi sfruttata biss meta l-konsumaturi jkollhom l-għażla ta’ alternattivi etiċi sostenibbli li ma jwasslux għal tnaqqis sinifikanti fil-konvenjenza jew fil-kwalità f’termini ta’ servizz, użu jew aċċessibbiltà. Alternattivi vijabbli għall-konsumaturi jistgħu jiġu żviluppati permezz tal-mudelli ekonomiċi ġodda bħalma huma l-ekonomija diġitali, dik kollaborattiva u dik ċirkolari u permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali dwar it-tranżizzjoni settorjali u globali lejn dawn il-mudelli.

4.3.2.

Wisq drabi l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas jiġi applikat ħażin u jiġu imposti miżati fuq il-konsumaturi, meta dawn ma jkollhom l-ebda alternattiva vijabbli disponibbli. Il-konsumaturi jrid ikollhom l-alternattiva ta’ għażla qabel ma l-ipprezzar jista’ jsir strument effettiv sabiex jixpruna l-bidla fl-imġiba fid-direzzjoni meħtieġa.

4.3.3.

It-taxxa fuq il-basktijiet tal-plastik hija eżempju tajjeb ta’ konsumaturi li jiffaċċjaw taxxa żgħira, iżda li għandhom għażliet alternattivi disponibbli għalihom – jiġifieri li jġibu l-basket tagħhom stess jew jużaw kaxxa pprovduta mill-bejjiegħ bl-imnut. Meta jiġi applikat b’dan il-mod, tista’ tinkiseb bidla fl-imġiba fuq skala kbira.

4.3.4.

B’kuntrast, l-intaxxar tal-karburanti fossili (pereżempju l-petrol) fil-livell tal-konsumatur jista’ jikkawża skuntentizza u d-devjazzjoni tal-introjtu disponibbli għall-fjuwil. Dan jista’ jixpruna wkoll suq illegali sekondarju, filwaqt li jippreserva l-profitti tal-produttur tal-inkwinant. Dan huwa aggravat min-nuqqas ta’ delimitazzjoni ta’ dawn it-taxxi fil-biċċa l-kbira tal-każijiet. Iċ-ċittadini jħossu li l-politiki dwar it-tibdil fil-klima huma assoċjati mal-penalizzazzjoni inġusta ta’ dawk li ma għandhom l-ebda alternattiva ħlief li joperaw fi ħdan l-ekonomija bbażata fuq il-karburanti fossili.

4.3.5.

Għandu jsir investiment f’mekkaniżmi ta’ appoġġ, inkluż flus pubbliċi, strumenti ekonomiċi u inċentivi sabiex ikun żgurat li jkun hemm infrastruttura u appoġġ adatt għall-konsumaturi li jkunu jixtiequ jagħżlu stil ta’ ħajja b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, inkluża assistenza sabiex jintlaħqu l-ispejjeż ogħla ta’ prodotti u servizzi etiċi/ta’ ħajja twila/sostenibbli. Dan jista’ jieħu l-forma ta’ sħubijiet pubbliċi-privati. L-industrija tal-karozzi hija eżempju funzjonali tajjeb ta’ arranġamenti ta’ “back financing” mill-manifattur sabiex jittejjeb l-aċċess għall-karozzi ġodda għall-konsumaturi. Jistgħu jiġu offruti tipi simili ta’ sistemi ta’ appoġġ għal setturi oħra, pereżempju l-apparat domestiku, il-modifika (retrofitting) ta’ dar jew negozju.

4.3.6.

Hemm kontradizzjoni klimatika meta jintużaw il-flus pubbliċi sabiex jingħata appoġġ u jsir investiment f’sistemi u infrastrutturi li jżidu d-dipendenza tal-utent finali fuq il-fatturi li jwasslu għat-tibdil fil-klima, filwaqt li fl-istess issir ħidma sabiex l-impatti tat-tibdil fil-klima jitrażżnu u jiġu mmaniġġjati. Il-konsumaturi huma l-ewwel li jiffaċċjaw l-impatt ta’ dan. L-għażla bejn ħlas akbar biex jintużaw l-alternattivi niġġiesa jew inkella ma jintużawx mhijiex għażla “ġusta” li għandha tiġi offruta liċ-ċittadini.

4.3.7.

Hemm perċezzjoni li l-għażliet ta’ stil ta’ ħajja sostenibbli u ta’ konsum sostenibbli huma kompatibbli biss ma’ introjtu disponibbli għoli. L-għażliet etiċi, li ma jagħmlux ħsara lill-klima, u sostenibbli mhumiex aċċessibbli għal kulħadd indaqs. L-ipprezzar li jinkorpora l-ispejjeż klimatiċi (bħalma hi l-intensità tal-użu tar-riżorsi) tal-prodotti u s-servizzi għandu jkun appoġġjat minn qafas ta’ politika li jikkontesta din il-perċezzjoni u jżid l-aċċessibbiltà għall-konsumaturi kollha.

4.3.8.

Il-leġislazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur saret qabel ma n-Nazzjonijiet Uniti rrikonoxxiet fl-1999 li l-konsum sostenibbli huwa dritt bażiku tal-konsumatur, u għalhekk ma tagħmel l-ebda referenza għal dan (8). Il-KESE jtenni l-appell tiegħu għal politika dwar il-konsum sostenibbli. Dan huwa partikolarment rilevanti fil-kuntest tal-SDGs u l-inizjattiva tal-Ekonomija Ċirkolari.

4.3.9.

Mingħajr l-għażla alternattiva l-konsumatur ma titħallielu l-ebda triq għajr faqar impost/deċiżjonijiet ħżiena/għażliet mhux tajbin għas-saħħa/għażliet mhux sostenibbli u jiżviluppa diżgust għall-politiki “ambjentali” li jitqiesu bħala penalizzanti għall-utent finali. Sadanittant, dawk li jagħmlu profitt minn din is-sistema mhumiex iħallsu iżda qegħdin jagħmlu aktar flus, u b’hekk l-inugwaljanza tiżdied – taħt il-pretest tal-politika ambjentali u f’kontradizzjoni mal-prinċipji tas-sussidjarjetà.

4.4.   It-tranżizzjonijiet tax-xogħol

4.4.1.

Huwa essenzjali li jiġu protetti l-ħaddiema fit-tranżizzjoni, kemm dawk b’ħiliet baxxi jew mhux trasferibbli kif ukoll dawk f’pożizzjonijiet bi kwalifiki għoljin. Jeħtieġ li l-aktar setturi tan-negozju u ħaddiema vulnerabbli jiġu identifikati u appoġġjati b’mod adegwat. L-awtomatizzazzjoni tal-impjiegi, bħala parti mill-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, tista’ twassal għall-qerda ta’ ċerti impjiegi (9).

4.4.2.

It-taħriġ mill-ġdid u l-edukazzjoni huma wħud mill-mezzi sabiex tinkiseb din il-protezzjoni. Il-ħaddiema li l-impjiegi tagħhom jgħibu b’riżultat tat-tibdil fil-klima jew b’riżultat tal-ħtieġa li tintemm id-dipendenza fuq l-ixpruni tat-tibdil fil-klima ma għandhomx ikunu dawk li jħallsu l-prezz għal din il-bidla.

4.4.3.

L-identifikazzjoni bikrija tal-ħiliet meħtieġa sabiex jippermettu parteċipazzjoni sħiħa f’dawn il-mudelli ekonomiċi ġodda hija parti mis-soluzzjoni iżda daqstant ieħor dawn għandhom jiġu mmappjati fil-kuntest tal-impjiegi u d-dipendenzi eżistenti fuq il-mudell mhux sostenibbli tal-preżent.

4.4.4.

Importanti li fejn huwa possibbli jiġu protetti u ppreservati l-komunitajiet, u tiġi faċilitata t-tranżizzjoni bl-anqas ammont ta’ impatt fuq il-benesseri, kemm soċjali kif ukoll ekonomiku, ta’ dawk affettwati.

4.4.5.

Opportunitajiet ġodda huma identifikabbli b’mod ċar fil-mudelli ekonomiċi ġodda proposti, inkluża l-Ekonomija Funzjonali, Kollaborattiva u Ċirkolari. F’dan ir-rigward, l-UE għandha tniedi n-negozjati internazzjonali meħtieġa biex taħdem favur il-kisba ta’ mudell ekonomiku globali.

4.5.   Is-saħħa

4.5.1.

Hemm prezz għas-saħħa li jirriżulta mit-tibdil fil-klima, u l-ixpruni tat-tibdil fil-klima. Dan jista’ jitkejjel mill-imwiet u l-mard assoċjati mat-tniġġis tal-arja pereżempju, u jirrappreżenta prezz għas-soċjetà kif ukoll il-prezz għas-sistemi tal-kura tas-saħħa pubblika. Is-sistemi tal-kura tas-saħħa pubblika jeħtieġ li jikkunsidraw ir-rwol li t-tibdil fil-klima u l-ixpruni tat-tibdil fil-klima jaqdu fis-settur tagħhom.

4.5.2.

Hemm korrelazzjoni bejn is-saħħa u l-benesseri u l-aċċess għan-natura (IEEP). Bosta Stati Membri jiffaċċjaw sfidi tas-saħħa u soċjali bħall-obeżità, kwistjonijiet ta’ saħħa mentali, esklużjoni soċjali, storbju u tniġġis tal-arja, li jaffettwaw b’mod sproporzjonat lill-gruppi soċjoekonomikament żvantaġġati u vulnerabbli.

4.5.3.

L-investiment fin-natura mhux biss jindirizza t-tibdil fil-klima f’termini tad-divestiment mill-inkwinanti, iżda wkoll l-investiment fil-ħżin tal-karbonju f’ekosistemi naturali. Il-benefiċċji li jirriżultaw għas-saħħa huma doppji: il-prevenzjoni taż-żieda fil-mard u l-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja attiv li jwassal għal titjib fis-saħħa taċ-ċittadini u tal-komunitajiet. Ir-rikonoxximent ta’ dan l-aspett jgħin sabiex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet ta’ politika jkunu bbilanċjati, infurmati u bbażati fuq l-evidenza.

4.6.   L-enerġija

4.6.1.

Il-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli f’termini ta’ perċentwal tal-konsum tal-elettriku żdiedet b’aktar mid-doppju bejn l-2004 u l-2015 fl-UE (14 % għal 29 %). Madankollu fit-tisħin, il-bini u l-industrija, kif ukoll fit-trasport, ir-rekwiżiti enerġetiċi għadhom enormi. Qiegħed isir progress iżda minn bażi baxxa ħafna, pereżempju s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum ta’ fjuwil fit-trasport żdied minn 1 % għal 6 % fl-istess perjodu.

4.6.2.

Il-faqar enerġetiku huwa kwistjoni madwar l-Ewropa kollha u għalkemm it-tifsira u l-kuntest tiegħu jistgħu jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor, dan huwa eżempju ieħor tal-ħtieġa li jiġi żgurat li l-politiki dwar it-tibdil fil-klima jkunu ffukati fuq il-protezzjoni ta’ dawk li huma l-aktar vulnerabbli.

4.6.3.

Il-KESE jtenni s-sejħa tiegħu għal osservatorju Ewropew dwar il-faqar enerġetiku (10), li jkun ilaqqa’ flimkien il-partijiet interessati kollha biex jgħinu fid-definizzjoni ta’ indikaturi Ewropej tal-faqar enerġetiku. Il-ġustizzja għaċ-ċittadini kollha tfisser li jkun żgurat li tiġi pprovduta enerġija aċċessibbli, nadifa u affordabbli lil kulħadd.

4.6.4.

Il-politiki li jappoġġjaw l-indirizzar tal-problema enormi tal-faqar enerġetiku fl-UE jistgħu jkunu wkoll soluzzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti infrastruttura u provvista ta’ enerġija nadifa, permezz ta’ spostament tas-sussidji u l-koordinazzjoni tar-rieda politika.

4.6.5.

Il-politiki li jappoġġjaw is-sussidji għall-karburanti fossili, direttament jew indirettament, jammontaw għall-inverżjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas – min iniġġes jitħallas f’dawn il-każijiet. Ħafna minn dawn is-sussidji huma inviżibbli għall-utent finali iżda finalment jiġu minn flus pubbliċi. Opinjoni reċenti (11) diġà stabbiliet il-każ biex jintemmu s-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent (EHS) fl-UE, u Opinjoni oħra dwar l-immappjar tal-politiki dwar l-iżvilupp sostenibbli tal-UE (12) tenfasizza l-ħtieġa ta’ implimentazzjoni tal-impenji eżistenti biex jitneħħew l-EHS u l-ħtieġa għal promozzjoni vigoruża tar-riforma tat-taxxi ambjentali.

4.6.6.

L-appoġġ għandu jkun disponibbli għal kulħadd, is-sussidji għandhom jiffukaw fuq is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, is-sussidji għall-ixpruni tat-tibdil fil-klima għandhom jiġu eliminati b’mod urġenti, u l-eżenzjonijiet għandhom jiġu applikati b’mod aktar ġust, b’mod espliċitu mhux għal dawk li l-aktar jifilħu jħallsu, u mhux għal dawk li jagħmlu profitt mill-inkwinant. Is-sussidji għall-karburanti fossili fil-preżent huma b’rata ta’ $10 miljuni fil-minuta b’mod globali skont il-FMI. L-eliminazzjoni ta’ dawn is-sussidji żżid id-dħul tal-gvernijiet bi 3,6 % tal-PDG globali, tnaqqas l-emissjonijiet b’aktar minn 20 %, tnaqqas l-imwiet qabel iż-żmien mit-tniġġis tal-arja b’aktar min-nofs, u żżid il-benesseri ekonomiku globali b’$1,8 triljun (2,2 % tal-PDG globali). Din iċ-ċifra tissottolinja n-natura inġusta tas-sistema preżenti.

4.6.7.

Politiki ta’ sostenibbiltà effettivi jiddependu fuq l-assigurazzjoni li l-għajnuniet għat-transizzjoni jiġu identifikati b’mod ċar, prijoritizzati u ffinanzjati b’mod adatt.

Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  Opinjoni dwar Lejn azzjoni Ewropea kkoordinata għall-prevenzjoni u l-ġlieda tal-faqar fil-qasam tal-enerġija, ĠU C 341, 21.11.2013, p. 21.

(2)  Opinjoni dwar L-impatt tal-konklużjonijiet tal-COP21 dwar il-politika Ewropea tat-trasport, ĠU C 303, 19.8.2016, p. 10.

(3)  Opinjoni dwar L-integrazzjoni tar-refuġjati fl-UE, ĠU C 264, 20.7.2016, p. 19.

(4)  Kunsens Ewropew ġdid dwar l-Iżvilupp, ĠU C 246, 28.7.2017, p. 71.

(5)  Opinjoni dwar Tfassil mill-ġdid possibbli tal-Politika Agrikola Komuni, ĠU C 288, 31.8.2017, p. 10.

(6)  Opinjoni dwar L-Ekonomija Ċirkolari – fertilizzanti ĠU C 389, 21.10.2016, p. 80.

(7)  Opinjoni dwar Użu tal-art għall-produzzjoni tal-ikel sostenibbli u s-servizzi tal-ekosistema (ara paġna 72 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Opinjoni dwar Il-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv: mudell ta’ sostenibbiltà għas-seklu XXI, ĠU C 177, 11.6.2014, p. 1.

(9)  Opinjoni dwar It-tranżizzjoni lejn futur Ewropew iżjed sostenibbli – strateġija għall-2050 (ara paġna 44 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(10)  Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.

(11)  Opinjoni dwar Strumenti bbażati fuq is-suq għal ekonomija tal-UE effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, ĠU C 226, 16.7.2014, p. 1.

(12)  Opinjoni dwar Żvilupp sostenibbli: immappjar tal-politiki interni u esterni tal-UE, ĠU C 487, 28.12.2016, p. 41.


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/29


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Sħubijiet għall-iżvilupp tal-UE u l-isfida tal-ftehimiet internazzjonali dwar it-taxxa”

(opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2018/C 081/05)

Relatur:

Alfred GAJDOSIK

Korelatur:

Thomas WAGNSONNER

Data tad-deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

26.1.2017

Bażi legali

L-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

 

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

 

 

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni

Adottata fis-sezzjoni

28.9.2017

Adottata fis-sessjoni plenarja

18.10.2017

Sessjoni tal-plenarja Nru

529

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

182/0/1

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja politika ta’ żvilupp li tqis l-iżvilupp bħala proċess imwettaq bejn il-pajjiżi fuq termini ugwali, ibbażata fuq ir-rispett u deċiżjonijiet sovrani. Il-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) miftiehma fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) jitolbu sforzi kkoordinati f’livell globali. Qed jiġi enfasizzat li l-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU seta’ jaqdi rwol saħansitra ikbar bħala forum xieraq fejn jidħlu kwistjonijiet relatati mat-taxxa. Dan ifisser kieku li jiġi żgurat kemm l-orjentament lejn l-SDG tal-Aġenda 2030 u kemm il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kollha bħala partijiet ugwali.

1.2.

Fid-dawl tal-ftehimiet internazzjonali għar-riforma tal-leġislazzjoni fiskali internazzjonali, pereżempju permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti (BEPS) tal-OECD, ikun xieraq li ssir evalwazzjoni tal-effetti ta’ dawn l-isforzi riformatorji internazzjonali fuq l-SDG u li dawn tal-aħħar jiġu kkunsidrati aktar fil-kuntest tal-iżvilupp ulterjuri tal-politiki internazzjonali dwar it-taxxa. Il-KESE jinnota li biex jintlaħqu l-SDGs hemm bżonn ta’ riżorsi finanzjarji. Madankollu, ħafna pajjiżi qed iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi kbar meta jiġu biex jiġġeneraw dħul pubbliku permezz tad-dħul mit-taxxi. Ir-raġunijiet huma s-sistemi tat-taxxa fuq l-introjtu u tat-taxxa fuq il-bejgħ tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma diffiċli li jiġu implimentati u l-kompetizzjoni globali fil-qasam tat-taxxa b’rabta mat-taxxa korporattiva, kif ukoll id-disinn ta’ Ftehimiet dwar it-Taxxa Doppja, jistgħu jkunu wkoll parti mill-problema. Il-limitazzjonijiet tal-kapaċità u trażmissjoni inadegwata tal-informazzjoni huma fatturi oħra.

1.3.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Istati Membri għamlu sforzi konsiderevoli fil-kuntest tar-riforma internazzjonali sabiex jiġu indirizzati d-dgħufijiet fis-sistema internazzjonali tat-taxxa. Dawn l-isforzi qed jintlaqgħu b’sodisfazzjon u jridu jiġu appoġġjati u implimentati b’mod effikaċi u jispiċċaw jiġu soġġetti għal monitoraġġ regolari. Dawn ir-riformi huma mmexxija l-aktar mill-pajjiżi żviluppati ewlenin fi ħdan l-OECD. Ta’ min wieħed jeżamina l-possibbiltà li n-NU jkunu forum aktar adattat għall-iżvilupp globali tal-politika internazzjonali dwar it-taxxa, minħabba l-fatt li l-imsieħba tagħhom ġejjin mid-dinja kollha u fuq kollox jinkludu anki l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. Bla dubju, il-KESE huwa konxju tan-nuqqas ta’ riżorsi u ta’ persunal fi ħdan il-Kumitat dwar it-Taxxa tan-NU. Għalhekk, jenħtieġ li n-NU jiġu pprovduti b’mezzi suffiċjenti.

1.4.

Il-miżuri tal-UE għat-trasparenza fiskali internazzjonali kif ukoll dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-BEPS se jħallu effett anki fuq pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Parlament Ewropew (PE) u l-Kummissjoni Ewropea diġà esprimew fehmithom dwar kwistjonijiet relatati mal-punti ta’ intersezzjoni bejn il-politika fiskali u dik dwar l-iżvilupp. Tintlaqa’ b’sodisfazzjon il-Platform of Tax Good Governance żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea. Is-sett ta’ strumenti relatat mal-effetti kollaterali tal-konvenzjonijiet kontra t-taxxa doppja ppreżentat fil-pjattaforma f’dokument ta’ ħidma jista’ jiġi rrakkomandat bħala bażi ta’ riflessjoni għar-reviżjoni ta’ konvenzjonijiet kontra t-taxxa doppja ma’ pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp mill-Istati Membri.

1.5.

Il-KESE jinnota li f’rapport tal-PE tal-2015 intalbu għadd ta’ miżuri għat-titjib li għadhom ma ġewx implimentati. F’dan il-kuntest, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-opinjonijiet preċedenti tiegħu stess li fihom dikjarazzjonijiet fuq kollox dwar ir-rappurtar skont il-pajjiż u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, b’osservazzjonijiet dwar reġistri pubbliċi tal-proprjetarji. Il-KESE jinnota li qed tiġi żviluppata lista tal-ġurisdizzjonijiet fiskali li mhux qed jikkooperaw. Iħeġġeġ sforzi ikbar biex jiġu implimentati t-talbiet rispettivi tal-PE u jirrakkomanda biex tiġi indirizzata l-kritika eżistenti min-naħa tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi. Ikun utli li wieħed jappoġġja l-introduzzjoni ta’ dawn il-miżuri f’livell dinji permezz ta’ ftehimiet fiskali internazzjonali, bil-għan li jittejjeb il-livell ta’ informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet fiskali fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. L-għan irid ikun li jinkisbu l-istess standards madwar id-dinja, filwaqt li l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp ikun jista’ jkollhom sehem indaqs fl-abbozzar tagħhom.

1.6.

Il-KESE jappella biex tiġi żgurata koerenza bejn il-politiki internazzjonali dwar it-taxxa tal-Istati Membri u l-objettivi tal-politiki tal-iżvilupp, sabiex jiġu evitati kunflitti bejn il-politiki tat-taxxa tal-pajjiżi individwali u l-prijoritajiet ta’ żvilupp konġunti.

1.7.

Il-KESE jqis il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-politiki tat-taxxa internazzjonali tal-Istati Membri bħala mezz sabiex jiġi ttestjat l-impatt tal-Ftehimiet dwar it-Taxxa Doppja u inċentivi tat-taxxa fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Ikun tajjeb li dawn jiġu appoġġjati u jsiru prattika komuni. F’każijiet ta’ kunflitti potenzjali mal-politiki Ewropej tal-iżvilupp, tali analiżijiet jkunu utli anki min-naħa tal-Unjoni Ewropea. Il-konvenzjonijiet eżistenti kontra t-taxxa doppja għandhom jiġu riveduti filwaqt li dawk li jridu jiġu nnegozjati mill-ġdid għandhom jiġu kkonklużi billi jittieħed kont ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet.

1.8.

Il-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD, li bħalissa jintuża l-aktar, ġie żviluppat primarjament fid-dawl tal-interessi tal-pajjiżi industrijalizzati. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda li, meta jkunu qed jinnegozjaw konvenzjonijiet kontra t-taxxa doppja ma’ pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, l-Istati Membri tal-UE jieħdu aktar inkonsiderazzjoni l-bżonnijiet tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. Il-KESE jinnota li abbażi tal-konvenzjoni tal-OECD ġie żviluppat anki mudell ta’ konvenzjoni tan-NU, bil-għan li tiġi regolata t-tassazzjoni bejn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u dawk industrijalizzati u biex b’hekk l-istati tas-sors jingħataw aktar drittijiet li jintaxxaw.

1.9.

Il-KESE ilu jappoġġja l-investiment privat biex jitrawwem l-iżvilupp, meta tali żvilupp ikun konformi mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u d-drittijiet bażiċi ekonomiċi, ambjentali u soċjali, u meta jiġu rispettati l-konvenzjonijiet ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti. Iċ-ċertezza tad-dritt hija fattur importanti meta wieħed irid jappoġġja klima kummerċjali favorevoli għall-investimenti u b’hekk anki għall-investimenti diretti barranin. Peress li l-kwistjonijiet tat-tassazzjoni ma jistgħux jinfirdu mill-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, jenħtieġ li l-intrapriżi jħallsu t-taxxi kif dovut fil-post fejn jinħolqu profitti permezz ta’ valur miżjud (pereżempju produzzjoni, estrazzjoni ta’ materja prima).

1.10.

Il-KESE jinnota li l-UE u l-Istati Membri tagħha, fil-Kunsens Ewropew il-Ġdid dwar l-Iżvilupp, impenjaw ruħhom għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi msieħba tagħhom fl-estensjoni ta’ miżuri progressivi tat-tassazzjoni u kontra l-korruzzjoni u l-politiki ridistributtivi kif ukoll għall-ġlieda kontra l-flussi finanzjarji illeċiti. Jenħtieġ, però, li l-politika dwar it-taxxa tkun element saħansitra aktar importanti tal-politika Ewropea dwar l-iżvilupp. Il-KESE jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea rigward il-fora reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp li huma attivi fil-qasam tat-taxxa. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jaqdu funzjoni ta’ kontroll u appoġġ, anki fi ħdan il-qasam tat-taxxa, u għalhekk ta’ min wieħed jinvolvihom u jappoġġjahom aktar. L-appoġġ għal miżuri xierqa ta’ bini ta’ kapaċità fil-qasam tat-taxxa, inkluż it-tagħlim bejn il-pari u l-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar, se jkollhom impatt dejjiemi fuq il-proġetti ta’ żvilupp.

1.11.

Il-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa trid tkun parti integrali mir-responsabbiltà soċjali korporattiva fil-kuntest tal-obbligi ta’ rappurtar tal-intrapriżi.

1.12.

Il-KESE jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ klawżoli dwar il-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa fil-ftehimiet rilevanti kollha bejn l-UE u pajjiżi jew reġjuni terzi, bil-għan li jitmexxa ’l quddiem l-iżvilupp sostenibbli.

1.13.

Il-KESE jirrakkomanda li tiġi eżaminata l-possibbiltà li ftehimiet ta’ kummerċ ħieles ġodda jew riveduti bejn l-UE u l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp iservu ta’ opportunità biex jiġu analizzati anki l-konvenzjonijiet bilaterali dwar it-taxxa. Ikun tajjeb li tali eżami jsir b’valutazzjonijiet tal-impatt rigward l-effetti tal-politiki internazzjonali dwar it-taxxa tal-Istati Membri fuq il-miri tal-politiki tal-iżvilupp.

2.   Kummenti ġenerali

2.1.

Għadd ta’ studji (1) jqajmu l-kwistjoni ta’ jekk il-politika fiskali internazzjonali tal-Istati Membri, b’mod partikolari ħafna dispożizzjonijiet fil-konvenzjonijiet kontra t-taxxa doppja, hiex tmur kontra l-għanijiet tal-politika Ewropea dwar l-iżvilupp. Barra minn hekk, skont dawn l-istudji, il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp huma esportaturi netti ta’ kapital lejn il-pajjiżi industrijalizzati – fenomenu dovut, f’parti sinifikanti tiegħu, għal flussi tal-kapital li bihom qed jiġu evitati t-taxxi. Dan jgħodd l-aktar eżatt għal dawk il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp bl-inqas introjtu, għax hemmhekk kważi ma jeżistux sorsi ta’ finanzjament domestiċi.

2.2.

L-UE u l-Istati Membri tagħha flimkien huma l-ikbar donaturi tal-għajnuna għall-iżvilupp u għandhom rwol partikolarment importanti fit-tfassil ta’ ftehimiet dwar it-tassazzjoni. Huma impenjaw ruħhom biex jiksbu l-SDG, għalkemm huma biss ftit l-Istati Membri li jilħqu l-mira ta’ għajnuna ta’ 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING). L-effetti tal-Brexit fuq il-finanzjament fil-futur tal-kooperazzjoni Ewropea għall-iżvilupp mhumiex ċari. Hija ppjanata aktar azzjoni biex jiġi promoss l-investiment privat b’rabta mal-miri tal-politika dwar l-iżvilupp. Ir-riżorsi tal-ODA (Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp) jiddependu mill-politiki tad-donaturi.

2.3.

Għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, l-SDG jinkludu, fost l-oħrajn, il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi, appoġġ internazzjonali biex itejbu l-kapaċità domestika għall-ġbir tat-taxxi, tnaqqis fil-flussi finanzjarji illeċiti u sehem f’istituzzjonijiet ta’ governanza globali. Minn dan joħroġ fid-dieher li bażi stabbli tad-dħul pubbliku, sforzi biex jiġi miġġieled it-traffikar illeċitu ta’ ħruġ ta’ riżorsi, u sehem indaqs għall-pajjiżi kollha fit-tfassil tar-regoli tat-taxxa globali huma pilastri importanti tal-iżvilupp sostenibbli. It-tfal, in-nisa u gruppi vulnerabbli oħra fis-soċjetajiet tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jibbenefikaw mill-iżvilupp b’mod partikolarment sinifikanti (2).

2.4.

Il-flejjes mill-kooperazzjoni pubblika għall-iżvilupp mhumiex suffiċjenti għall-iffinanzjar tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, hemm bżonn ta’ riżorsi domestiċi, bħalma kien il-każ tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju fil-passat (3). Biex jiġu mmobilizzati dawn ir-riżorsi, jenħtieġ li jittejjeb il-ġbir tat-taxxi u li jintlaħaq dħul ikbar mit-taxxa permezz tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli kif ukoll it-twessigħ tal-bażi tat-taxxa.

3.   L-isfidi għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw

3.1.

It-tassazzjoni hija sors aktar stabbli ta’ finanzi minn tipi oħra ta’ dħul, iżda ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw isibuha aktar diffiċli minn pajjiżi żviluppati biex jiġġeneraw biżżejjed dħul mit-taxxa.

3.2.

F’dawn l-aħħar deċenni, il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ globali ġiet ferm imfittxija permezz tat-tnaqqis tat-tariffi ta’ importazzjoni u esportazzjoni, bil-għan li jitrawmu l-iżvilupp ekonomiku, l-investiment u l-prosperità tal-popolazzjoni inġenerali. Dawn l-effetti li fil-prinċipju huma pożittivi jagħmlu possibbli anki t-twessigħ tal-bażi tat-taxxa, sakemm l-amministrazzjonijiet fiskali jkunu f’pożizzjoni jisfruttawhom. Madankollu, b’hekk tnaqqas ukoll id-dħul tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp minn sorsi importanti u faċilment aċċessibbli. It-tkabbir u l-investimenti, però, iridu jiġu riflessi anki fl-istruttura tad-dħul tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp.

3.3.

Sabiex ipattu għat-telf fid-dħul, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ta’ spiss jintroduċu taxxi fuq il-bejgħ, li jista’ jkollhom effett rigressiv. Sistema fiskali magħmula minn tipi differenti ta’ taxxa tnaqqas id-dipendenza fuq it-tipi individwali ta’ taxxa u tiżgura dħul domestiku stabbli.

3.4.

Fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp ta’ spiss ikun diffiċli li tiġi implimentata t-tassazzjoni tal-proprjetà tal-art u tal-assi. Però minħabba r-rimunerazzjonijiet baxxi fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, it-taxxi fuq il-pagi u s-salarji jiġġeneraw dħul mit-taxxa relattivament baxx. It-taxxa fuq l-introjtu tinġabar fuq kollox mill-impjegati tas-settur pubbliku u n-nies li jaħdmu għal kumpaniji internazzjonali. Barra minn hekk, spiss ikun hemm ekonomija informali fuq skala kbira.

3.5.

Ir-rapport ta’ Mbeki nkluda d-dħul permezz tal-evitar tat-taxxa fil-“flussi finanzjarji illeċiti (4). Dan donnu jisboq d-dħul tar-riżorsi mill-kooperazzjoni għall-iżvilupp (5). Kooperazzjoni internazzjonali ikbar bejn l-awtoritajiet għat-trawwim tat-trasparenza u t-tisħiħ tal-miżuri leġislattivi u regolatorji hija importanti biex jitwaqqfu dawn il-flussi illeċiti. It-tisħiħ tad-drittijiet ta’ proprjetà fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw huwa diżinċentiv importanti wkoll għall-ħruġ ta’ kapital.

3.6.

It-taxxi korporattivi għandhom rwol aktar importanti fl-istruttura tad-dħul mit-taxxa tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp milli tal-pajjiżi industrijalizzati. Għalhekk jintlaqtu aktar minn strateġiji għall-evitar tat-taxxa. Fl-istess ħin, i r-rati nominali kif ukoll effettivi tat-taxxi korporattivi madwar id-dinja ilhom jonqsu sa mis-snin 1980, biex jinġibdu l-investimenti. Għall-intrapriżi, it-taxxa korporattiva hija indikatur importanti tal-klima ta’ investimenti. B’hekk inħolqot kompetizzjoni internazzjonali tat-taxxa, li minħabba l-istruttura tad-dħul tagħhom mit-taxxa hija aktar problematika għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp milli għall-pajjiżi industrijalizzati. L-effetti kollaterali tal-kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa huma kwistjoni li diġà tqajmet mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) (6). Barra minn hekk, għadd kbir ta’ pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp qed jiffaċċjaw għadd żgħir ta’ kumpaniji kbar li jinvestu u li għandhom sehem importanti mid-dħul kollu mit-taxxa korporattiva.

3.7.

Huwa diffiċli li l-awtoritajiet fiskali jivvalutaw il-prezzijiet tat-trasferiment skont il-prinċipju ta’ distakkament għal tranżazzjonijiet transkonfinali bejn il-kumpaniji fi ħdan grupp. L-awtoritajiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom kapaċità limitata biex jagħmlu dan, u l-manipulazzjoni tal-prezzijiet tat-trasferiment minħabba t-taxxa tibqa’ problema importanti.

3.8.

Il-konvenzjonijiet kontra t-taxxa doppja jiċċaraw id-dritt tal-pajjiżi kontraenti li jintaxxaw, jirregolaw l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet fiskali u b’hekk jagħtu ċertezza tad-dritt. Għalhekk, jistgħu jitqiesu bħala inċentivi għal investimenti diretti barranin mill-intrapriżi u fl-aħħar mill-aħħar jippromovu t-tkabbir. Il-konvenzjonijiet kontra t-taxxa doppja jista’ jkollhom effetti anki fuq id-dritt tal-pajjiżi tas-sors li jintaxxaw. Ir-rati tat-taxxi minn ras il-għajn fuq il-liċenzji, l-imgħax u d-dividendi s-soltu jkunu aktar baxxi mir-rati tat-taxxi domestiċi. Ċerti dispożizzjonijiet, bħal pereżempju definizzjoni ristrettiva tal-istabbiliment, jistgħu jillimitaw id-dritt tal-pajjiżi li jintaxxaw. Bla dubju, il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp huma interessati f’investimenti ulterjuri, iżda jistgħu jitilfu d-dritt li jintaxxaw. Il-Ftehimiet dwar l-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar it-Taxxa għalhekk jistgħu jkunu għażla aħjar, jekk pajjiż prinċipalment ifittex li jikseb informazzjoni dwar it-taxxa minn ġurisdizzjonijiet oħra.

3.9.

Bħala punt tat-tluq għan-negozjati jintuża l-aktar il-mudell ta’ konvenzjoni dwar it-taxxa tal-OECD, li huwa pjuttost immirat lejn l-interessi tal-pajjiżi industrijalizzati (7). Il-mudell ta’ konvenzjoni tan-NU huwa mfassal bħala alternattiva għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u jirrifletti aktar l-interessi tagħhom (8). B’mod ġenerali jipprevedi li l-pajjiżi tas-sors jingħataw aktar drittijiet li jintaxxaw mill-pajjiż tal-oriġini tal-kumpanija li tipproduċi.

3.10.

Il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jistgħu jiċċaħħdu mid-dħul mit-taxxa meta gruppi ta’ kumpaniji jistabbilixxu entitajiet bi skop speċjali f’pajjiżi differenti biex ikun hemm kompetizzjoni bejn għadd ta’ konvenzjonijiet kontra t-taxxa doppja sabiex inaqqsu t-taxxi. Jista’ jkun diffiċli wkoll għall-pajjiż tas-sors li jintaxxa s-servizzi u t-trasferimenti indiretti tal-assi abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet dwar it-Taxxa Doppja. Ikun tajjeb li jittieħed kont tax-xewqa għal opportunitajiet tajba għat-trasferiment ta’ teknoloġija, bil-għan li jiġi promoss it-tkabbir sostenibbli fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp.

3.11.

Hemm studji dwar it-telf ta’ dħul fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. L-organizzazzjoni mhux governattiva Olandiża, SOMO, stmat it-telf annwali tad-dħul mit-taxxa minn ras il-għajn fuq l-imgħax u d-dividendi li jirriżulta minn Ftehimiet dwar it-Taxxa Doppja bejn in-Netherlands u 28 pajjiż li qed jiżviluppaw għal EUR 554 miljun (9). Studju Awstrijak ikkkonkluda li għandhom jitwettqu l-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Ftehimiet dwar it-Taxxa Doppja għaliex dawn jistgħu jwasslu għal telf tad-dħul, anke jekk jiżdied l-investiment (10). Skont stimi mill-Unctad fil-“World Investment Report 2015”, minn gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali daħlu ħlasijiet ta’ madwar 730 biljun dollaru Amerikan fil-baġits tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. Madankollu, dan ir-rapport juri telf annwali ta’ dħul mit-taxxi fil-livell ta’ mitt biljun dollaru Amerikan, li minnhom jiċċaħħdu l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp billi l-investimenti barranin jitwettqu permezz ta’ ċentri tal-investimenti offshore (11). Tali telf tad-dħul jmur kontra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli deskritti hawn fuq.

4.   Miżuri f’livell nazzjonali, reġjonali u internazzjonali – il-kontribut tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha

4.1.

Qed isiru aktar sforzi biex il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jingħataw appoġġ fil-qasam tat-taxxa, pereżempju fil-qafas tal-Inizjattiva Fiskali ta’ Addis. Il-politika internazzjonali dwar it-taxxa taqa’ fil-kompetenza tal-Istati Membri. Il-Ftehimiet dwar it-Taxxa Doppja konklużi bilateralment, l-inizjattivi leġislattivi tal-UE huma essenzjalment limitati għal strumenti biex jitlesta s-suq intern. Rigward il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (Policy Coherence for Development – PCD) hemm kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea l-Istati Membri tagħha (12). L-effetti tas-sistema internazzjonali tat-taxxa fuq l-iżvilupp qed jiġu rrikonoxxuti u ttrattati anki min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea (13). Biex tiġi żgurata l-koerenza tal-politika għall-iżvilupp, jenħtieġ li jiġu eżaminati l-effetti fuq il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp tal-politiki tat-taxxa fl-UE li huma inkompatibbli mal-objettivi tal-politika għall-iżvilupp, u biex jitteħdu miżuri fejn xieraq.

4.2.

Fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti, qed issir ħidma fuq kwistjonijiet tat-taxxa permezz tal-proċess ta’ Finanzjament għall-Iżvilupp, l-Ecosoc u l-Kumitat dwar it-Taxxa tan-NU, kif ukoll permezz ta’ aġenziji speċjalizzati bħall-Unctad. Fuq talba tal-G20, ġew miftiehma riformi estensivi fi ħdan l-OECD bil-għan li jiġġieldu l-BEPS. Il-kwistjonijiet ewlenin hawnhekk jinkludu l-eliminazzjoni tal-għażla opportunistika tat-trattati, il-prattiki dannużi dwar it-taxxa minn gvernijiet (bħalma huma s-sistemi ta’ inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi u “deċiżjonijiet” ambigwi), diskrepanzi ibridi fit-trattament tat-taxxa tad-dejn, u l-ipprezzar u r-rappurtar ineffiċjenti tat-trasferimenti. Minħabba l-importanza tad-dħul mit-taxxa korporattiva għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp huwa mistenni li l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-BEPS ikollu effetti pożittivi fuqhom.

4.3.

Ħafna pajjiżi mhux membri tal-OECD, fosthom stati Afrikani, issieħbu mal-qafas komprensiv tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-BEPS tal-OECD. 103 pajjiżi qablu fuq l-adozzjoni ta’ konvenzjoni multilaterali ġdida dwar il-BEPS f’Ġunju tal-2017 li tissemplifika l-interpretazzjoni tal-konvenzjonijiet bilaterali dwar it-taxxa fid-dawl tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-BEPS. Tnediet pjattaforma għall-kollaborazzjoni dwar it-taxxa min-NU, l-OECD, il-FMI u l-Bank Dinji bl-intenzjoni li jintensifikaw il-kooperazzjoni internazzjonali dwar kwistjonijiet ta’ taxxa. L-inizjattiva tista’ tikkontribwixxi għal aktar koerenza bejn il-ħidmiet tal-OECD u l-korpi tan-NU. Jenħtieġ li jiġi mmonitorjat jekk hux qed jintlaħaq l-effett mixtieq.

4.4.

Il-KESE jirrikonoxxi l-isforzi tal-OECD rigward l-iżvilupp ulterjuri ta’ sistema fiskali internazzjonali aħjar. Madankollu, xi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (14) jikkritikaw li l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp m’għandhomx id-dritt tal-vot fi ħdan l-OECD. Ġew mistiedna biex jipparteċipaw biss wara li tfassal il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-BEPS. Fehma simili ġiet espressa mill-PE, li talab it-tisħiħ tal-korpi rispettivi tan-NU, sabiex isiru possibbli disinn u riforma internazzjonali tal-politika internazzjonali dwar it-taxxa fuq termini ugwali (15). F’dokument ta’ ħidma tal-FMI, esperti jesprimu wkoll it-tħassib tagħhom dwar l-impatt tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-BEPS fuq il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp (16).

4.5.

Sabiex jiġu evalwati l-effetti tal-passi riformatorji u dawn tal-aħħar jiġu adattati fejn xieraq, jenħtieġ li l-korpi rispettivi tan-NU, b’mod partikolari l-Kumitat dwar it-Taxxa tan-NU, jissaħħu u jingħataw aktar riżorsi. Fi kwalunkwe każ ikun tajjeb li l-Kummissjoni Ewropea tissorvelja l-implimentazzjoni tal-konvenzjoni multilaterali dwar il-BEPS iffirmata f’Ġunju 2017 u tkompli l-impenn tagħha favur l-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali dwar kwistjonijiet tat-taxxa bejn in-NU, l-OECD u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

4.6.   Miżuri attwali tal-Unjoni Ewropea b’impatt fuq il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp

4.6.1.

Il-pakkett ta’ miżuri biex jiġi miġġieled l-evitar tat-taxxa indirizza kwistjonijiet relatati mal-politiki tat-taxxa internazzjonali, jiġifieri lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-UE (17). L-informazzjoni mir-rappurtar skont il-pajjiż b’konformità mar-rekwiżiti (18) stabbiliti mill-UE, il-G20 u l-OECD hija strument importanti għall-awtoritajiet fiskali. Pubblikazzjoni ta’ data speċifika għal kull pajjiż tista’ tippermetti li pubbliku usa’, inkluż l-impjegati u l-investituri li jaġixxu b’mod responsabbli, iqis aħjar sa fejn l-intrapriżi qed iħallsu t-taxxi fil-post fejn jagħmlu l-profitti tagħhom. Il-KESE jinnota li f’rapport tal-PE tal-2015 intalbu għadd ta’ miżuri għat-titjib li għadhom ma ġewx implimentati. F’dan il-kuntest, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-opinjonijiet preċedenti tiegħu stess li fihom dikjarazzjonijiet fuq kollox dwar ir-rappurtar skont il-pajjiż u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, b’osservazzjonijiet dwar reġistri pubbliċi tal-proprjetarji. Il-KESE jinnota li qed tiġi żviluppata lista tal-ġurisdizzjonijiet fiskali li mhux qed jikkooperaw. Iħeġġeġ sforzi ikbar biex jiġu implimentati t-talbiet rispettivi tal-PE u jirrakkomanda biex tiġi indirizzata l-kritika eżistenti min-naħa tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi. Ikun utli li wieħed jappoġġja l-introduzzjoni ta’ dawn il-miżuri f’livell dinji permezz ta’ ftehimiet fiskali internazzjonali, bil-għan li jittejjeb il-livell ta’ informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet fiskali fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. L-għan irid ikun li jinkisbu l-istess standards madwar id-dinja, filwaqt li l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp ikun jista’ jkollhom sehem indaqs fl-abbozzar tagħhom.

4.6.2.

L-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni relatata mat-taxxa kien previst fi ħdan l-Unjoni Ewropea permezz ta’ bidliet li ssupplimentaw id-Direttiva dwar għajnuna reċiproka (19). Madankollu, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw għad fadlilhom jikkonkludu ftehimiet bilaterali ta’ assistenza reċiproka ma’ pajjiżi Ewropej. Għal dan il-għan hemm bżonn skambju reċiproku ta’ data u s-sigurtà tad-data, li ta’ spiss toħloq problema ta’ kapaċità għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

4.6.3.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Esterna għal Tassazzjoni Effettiva (20) tindirizza l-kwistjonijiet imqajma f’din l-opinjoni. Bħalissa qed titfassal lista komuni tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet fiskali li mhux qed jikkooperaw (21). Il-KESE laqa’ b’sodisfazzjon l-iżvilupp tal-lista. L-organizzazzjonijiet mhux governattivi, min-naħa l-oħra, jidhru aktar xettiċi rigward tali lista (22). Anki l-PE sejjaħ għal definizzjoni valida fil-livell dinji ta’ rifuġji fiskali bl-inklużjoni anki ta’ Stati Membri tal-UE u t-territorji tagħhom lil hinn minn xtuthom (23).

4.6.4.

Ir-rakkomandazzjoni dwar it-Trattati tat-Taxxa (24) tindirizza kwistjonijiet importanti relatati mal-Ftehimiet ta’ Taxxa Doppja u tħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu t-trattati tat-taxxa tagħhom biex jiġġieldu l-abbuż tat-trattati u l-għażla opportunistika tat-trattati. Min-naħa l-oħra, ma titlob l-ebda valutazzjoni tal-impatt tal-Ftehimiet ta’ Taxxa Doppja, b’mod partikolari rigward l-implikazzjonijiet tagħhom għall-koerenza tal-politika għall-iżvilupp jew l-effetti kollaterali. Il-“Platform of good tax governance”, li għandha tintlaqa’ b’sodisfazzjon u li qed tittratta kwistjonijiet tat-tassazzjoni internazzjonali bl-involviment ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ippreżentat dokument ta’ ħidma dwar dawn l-effetti (25). Jenħtieġ li dan jiġi kkunsidrat mill-Istati Membri.

4.6.5.

L-istrateġiji tal-evitar tat-taxxa ta’ spiss huma relatati ma’ sjieda tal-proprjetà ambigwa. B’segwitu għall-emenda għar-Raba’ Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus (26), ma nħoloq l-ebda reġistru tas-sjieda pubblikament aċċessibbli għal trusts jew kumpaniji oħra li jwettqu investimenti. Dawn ir-reġistri jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jinvestigaw każijiet ta’ suspett ta’ ħasil tal-flus u evażjoni tat-taxxa.

4.6.6.

Is-suġġerimenti dwar is-CCTB huma s-suġġett ta’ Opinjoni oħra tal-KESE (27). Fil-kuntest tal-parteċipazzjoni fi ftehimiet fiskali internazzjonali u r-rilevanza għall-amministrazzjonijiet fiskali tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, tali armonizzazzjoni – u l-informazzjoni li tirriżulta minnha –kieku tagħti eżempju u tħalli effetti fuq il-konvenzjonijiet kontra t-taxxa doppja ma’ pajjiżi terzi. L-informazzjoni fi ħdan l-Ewropa kieku tagħti indikazzjonijiet għal kalkoli komparattivi f’pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. L-għan irid ikun li jinkisbu l-istess standards madwar id-dinja, filwaqt li l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp ikun jista’ jkollhom sehem indaqs fl-abbozzar tagħhom.

4.6.7.

Il-KESE jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ klawżoli dwar il-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa fil-ftehimiet rilevanti kollha bejn l-UE u pajjiżi jew reġjuni terzi, bil-għan li jitmexxa ’l quddiem l-iżvilupp sostenibbli.

4.6.8.

Il-KESE jirrakkomanda li tiġi eżaminata l-possibbiltà li ftehimiet ta’ kummerċ ħieles ġodda jew riveduti bejn l-UE u l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp iservu ta’ opportunità biex jiġu analizzati anki l-konvenzjonijiet bilaterali dwar it-taxxa. Ikun tajjeb li tali eżami jsir b’valutazzjonijiet tal-impatt rigward l-effetti tal-politiki internazzjonali dwar it-taxxa tal-Istati Membri fuq il-miri tal-politiki tal-iżvilupp. Dan jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni ta’ talbiet mir-rapport tal-Parlament Ewropew.

5.   Azzjoni ulterjuri rakkomandata mill-KESE

5.1.

Skont il-pakkett kontra l-evitar tat-taxxa u għal raġunijiet ta’ PCD tal-Istati Membri u tal-UE, il-politiki tat-taxxa internazzjonali u l-konvenzjonijiet kontra t-taxxa doppja tal-Istati Membri jridu jkunu soġġetti għal valutazzjonijiet regolari tal-impatt (28). Sabiex tkun garantita koordinazzjoni aħjar bejn il-politika tal-iżvilupp tal-UE u l-politiki tal-Istati Membri dwar it-taxxa, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura li l-Istati Membri li jinnegozjaw konvenzjoni kontra t-taxxa doppja ma’ pajjiż fil-fażi tal-iżvilupp jikkunsidraw kif dovut il-politiki armonizzati tal-UE dwar l-iżvilupp. F’dan il-kuntest tintlaqa’ r-rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri kontra l-abbuż ta’ trattat dwar it-taxxa (29). Fid-dawl tal-għanijiet ta’ żvilupp ipproġettati, iridu jitqiesu aktar il-ħtiġijiet tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. F’dan il-kuntest, jenħtieġ ukoll li jitrawwem l-impenn tal-UE fil-livell tan-NU, għall-Kumitat dwar it-Taxxa, u li jitmexxa ’l quddiem il-bini ta’ kapaċità rigward forum globali li jinvolvi l-istati kollha b’termini ugwali.

5.2.

Għandhom jiġu previsti perjodi ta’ tranżizzjoni sabiex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jiġu inklużi f’miżuri li jippermettu l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni, waqt li tkun għadha qed tinħoloq il-kapaċità.

5.3.

Il-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa għandha tkun parti integrali mir-responsabbiltà soċjali korporattiva fil-kuntest tal-obbligi ta’ rappurtar tal-intrapriżi.

5.4.

Bil-pjani biex investituri privati jkunu involuti aktar mill-qrib fil-politika Ewropea għall-iżvilupp, il-kwistjonijiet ta’ konċessjonijiet tat-taxxa għal involviment relatat mal-politiki dwar l-iżvilupp isiru aktar rilevanti (30). Peress li l-kwistjonijiet tat-tassazzjoni ma jistgħux jinfirdu mill-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, jenħtieġ li l-intrapriżi jħallsu t-taxxi kif dovut fil-post fejn jinħolqu profitti permezz ta’ valur miżjud (31). Dan irid jiġi żgurat meta wieħed jappoġġja involviment mis-settur privat.

5.5.

Barra minn hekk, ta’ min wieħed jieħu ħsieb b’mod ġenerali biex l-għoti ta’ benefiċċji tat-taxxa ma jmurx kontra l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

5.6.

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-osservazzjonijiet tiegħu dwar reġistru pubbliku tas-sjieda benefiċjarja tal-kontijiet bankarji, in-negozji, it-trusts u t-tranżazzjonijiet (32) u jqis xieraq li tiġi promossa l-introduzzjoni ta’ dawn il-miżuri fil-livell dinji permezz ta’ ftehimiet internazzjonali dwar it-taxxa. Barra minn hekk, il-miżuri msemmija jridu jitqiesu primarjament permezz ta’ sforzi għall-bini ta’ kapaċità, bil-għan li tiġi appoġġjata l-ġlieda kontra l-flussi finanzjarji illeċiti fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. Peress li hemm biża’ li ħafna intrapriżi Ewropej li joperaw f’pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-rappurtar skont il-pajjiż, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-argumentazzjoni tiegħu dwar dan is-suġġett (33). Jirrakkomanda l-valutazzjoni tal-impatt ta’ regoli rilevanti oħra fuq il-pajjiżi filfażi tal-iżvilupp, b’mod partikolari ta’ dawk ir-regoli li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom huwa definit b’limiti ta’ fatturat annwali.

5.7.

L-UE u l-Istati Membri tagħha, fil-Kunsens Ewropew il-Ġdid dwar l-Iżvilupp, impenjaw ruħhom għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi msieħba tagħhom fl-estensjoni tal-miżuri progressivi tat-tassazzjoni u kontra l-korruzzjoni u l-politiki ridistributtivi kif ukoll għall-ġlieda kontra l-flussi finanzjarji illeċiti (34). Filwaqt li fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp qed jinbnew il-kapaċitajiet rilevanti tekniċi u ta’ persunal, sabiex tinkiseb parteċipazzjoni sħiħa fi ftehimiet internazzjonali, irid ikun hemm diġà, però, possibbiltajiet ta’ skambju tal-informazzjoni bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet miftiehma. L-impenn (35) tal-KE għall-promozzjoni ta’ fora (36) reġjonali lil hinn mill-Kumitat dwar it-Taxxa tan-NU qed jiġi rrikonoxxut u jrid jissaħħaħ. Ta’ min wieħed jieħu ħsieb biex f’dawn il-fora jkun hemm parteċipazzjoni qawwija tal-partijiet interessati u proċeduri solidi ta’ konsultazzjoni. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jaqdu funzjoni ta’ kontroll u appoġġ, anki fi ħdan il-qasam tat-taxxa, u għalhekk għandhom jingħataw appoġġ.

5.8.

Għandha tiġi kkunsidrata aktar is-sistema tat-taxxa ta’ pajjiż li qed jiżviluppa fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Il-bini ta’ kapaċitajiet huwa maħsub biex il-pajjiżi benefiċjarji jsiru aktar kapaċi jgħinu lilhom innifishom u biex jissaħħu l-effiċjenza tas-sistemi fiskali u l-leġittimità tal-istat. Inkisbu esperjenzi partikolarment pożittivi bl-iskambju dirett bejn amministrazzjonijiet fiskali bi sfidi simili (tagħlim bejn il-pari) u bil-kooperazzjoni bejn pajjiżi b’kundizzjonijiet ta’ żvilupp simili (pereżempju l-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar). Joħolqu l-possibbiltà ta’ allinjament ma’ xulxin fid-dawl ta’ sfidi simili u jippermettu l-iskambju ta’ “prattiki tajba” li jkunu wkoll konformi mal-kapaċitajiet.

5.9.

Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa għal koerenza politika għall-iżvilupp fil-qasam tat-taxxa, peress li l-miżuri meħudin fi ħdan l-UE għandhom effetti internazzjonali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Għalhekk, dawn l-effetti għandhom jiġu kkunsidrati u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikkonċernati għandhom jiġu involuti.

Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  Eurodad, The State of Finance for Developing countries, 2014; Braun & Fuentes Double Taxation Treaties between Austria and developing countries, Vjenna 2014; Farny et al. Tax Avoidance, Tax Evasion and Tax Havens, Vjenna, 2015.

(2)  PE, Riżoluzzjoni”dwar l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa bħala sfidi għall-governanza, il-protezzjoni soċjali u l-iżvilupp fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw P8_TA(2015)0265, punt 14.

(3)  Development Finance International & Oxfam, Financing the sustainable development goals, 2015.

(4)  AU/ECA, Illicit Financial Flows – Report of the High Level Panel on Illicit Financial Flows from Africa, (p. 23 u s-segwitu).

(5)  EPRS (Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew): The inclusion of financial services in EU free trade and association agreements: Effects on money laundering, tax evasion and avoidance, PE 579.326, p. 15.

(6)  FMI “Spillovers in international corporate taxation”, 2014.

(7)  Owens & Lang, The Role of Tax Treaties in Facilitating Development and Protecting the Tax Base, fi: Bloomberg Daily Tax Report, l-1 ta’ Mejju 2013.

(8)  Lennard (2009): The UN Model Tax Convention as Compared with the OECD Model Tax Convention – Current Points of Difference and Recent Developments, Asia-Pacific Tax Bulletin, vol. 49, No 08; V. Daurer u R. Krever (2012): Choosing between the UN and OECD Tax Policy Models: an African Case Study, EUI Working paper RSCAS 2012/60.

(9)  Mc Gauran, Should the Netherlands Sign Tax Treaties with Developing Countries, 2013.

(10)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1, Braun & Fuentes.

(11)  Unctad World Investment Report 2015, p. 200.

(12)  COM(2016) 740 final, ara wkoll l-Opinjoni tal-KESE dwar Kunsens Ewropew ġdid dwar l-Iżvilupp, ĠU C 246, 28.7.2017, p. 71.

(13)  C(2016) 271 final, COM(2016) 24 final, KE, Collect More Spend Better dwar tassazzjoni effettiva, 2015.

(14)  Christian Aid, dikjarazzjoni għall-istampa tad-19.7.2013, OECD Action Plan on tax dodging is step forward but fails developing countries; Oxfam, dikjarazzjoni għall-istampa tat-13.11.2014, Oxfam reaction to OECD’s roadmap to include developing countries in international tax reform.

(15)  Opinjoni tal-KESE dwar Kunsens Ewropew ġdid dwar l-Iżvilupp, ĠU C 246, 28.7.2017, p. 71, punt 13.

(16)  Crivelli, Ruud De Mooij, Keen, Base Erosion, Profit Shifting and Developing Countries, dokument ta’ ħidma tal-FMI WP/15/118.

(17)  COM ((2016) 25 final — 2016/010 (CNS), COM ((2016) 26 final — 2016/011 (CNS), ara l-Opinjoni tal-KESE dwar il- “Pakkett kontra l-Evitar tat-Taxxa”, ĠU C 264, 20.7.2016, p. 93.

(18)  Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar “Id-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa”, ĠU C 487, 28.12.2016, p. 62.

(19)  Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar “Pjan ta’ Azzjoni għall-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali”, ĠU C 133, 14.4.2016, p. 17.

(20)  Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar il-pakkett kontra l-evitar tat-taxxa, ĠU C 264, 20.7.2016, p. 93.

(21)  Disponibbli hawnhekk https://ec.europa.eu/taxation_customs/tax-common-eu-list_en (ġiet ikkonsultata l-aħħar fid-29.8.2017).

(22)  Pereżempju Tax Justice Network v. 23.2.2017, Verdict on Finance Ministers’ blacklist: “whitewashing tax havens”.

(23)  Ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna, punt 10.

(24)  Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar il-pakkett kontra l-evitar tat-taxxa, ĠU C 264, 20.7.2016, p. 93.

(25)  Dokument ta’ diskussjoni tal-Kummissjoni Ewropea għall-“Platform for Tax Good Governance”, Toolbox spill-over effects of EU tax policies on developing countries, Ġunju 2017, Platform/26/2017/EN.

(26)  COM ((2016) 450 final — 2016/0208 (CNS), ara l-Opinjoni tal-KESE dwar id-“Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus”, ĠU C 34, 2.2.2017, p. 121.

(27)  ĠU C 434, 15.12.2017, p. 58.

(28)  Ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna, punt 15.

(29)  Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar il-pakkett kontra l-evitar tat-taxxa, ĠU C 264, 20.7.2016, p. 93.

(30)  Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar “L-istabbiliment tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD”, ĠU C 173, 31.5.2017, p. 62.

(31)  Ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna, Sezzjoni A u Punt 6.

(32)  Ara b’mod partikolari l-punt 1.5 tal-Opinjoni tal-KESE dwar id-“Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus”, ĠU C 34, 2.2.2017, p. 121.

(33)  Ara b’mod partikolari l-punt 1.11 tal-Opinjoni tal-KESE dwar dwar it-trasparenza fiskali pubblika, ĠU C 487, 28.12.2016, p. 62.

(34)  COM(2016) 740 final, ara wkoll l-Opinjoni tal-KESE dwar Kunsens Ewropew ġdid dwar l-Iżvilupp, ĠU C 246, 28.7.2017, p. 71.

(35)  Ara l-Kummissjoni Ewropea, Collect More – Spend Better, 2015.

(36)  Pereżempju l-“African Tax Administrations Forum” (ATAF), l-“Inter-American Center of Tax Administrations” (CIAT) kif ukoll il-“Global Forum on Transparency and Exchange of Information for Tax Purposes” (CREDAF).


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/37


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali fir-reġjun Ewro-Mediterranju”

(opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2018/C 081/06)

Relatur:

Helena DE FELIPE LEHTONEN

Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

30.3.2017

Bażi legali

Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

 

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

 

 

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni

Adottata fis-sezzjoni

28.9.2017

Adottata fis-sessjoni plenarja

18.10.2017

Sessjoni tal-plenarja Nru

529

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

123/0/1

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

L-organizzazzjonijiet ekonomiċi u soċjali u s-soċjetà ċivili inġenerali ġew enfasizzati fid-Dikjarazzjoni ta’ Barċellona (1) tal-1995 bħala fattur neċessarju għall-promozzjoni tal-bini gradwali fil-Mediterran ta’ spazju ta’ paċi u stabbiltà, prosperità kondiviża u djalogu bejn il-kulturi u ċ-ċivilizzazzjonijiet fost il-pajjiżi, is-soċjetajiet u l-kulturi Mediterranji differenti. Attwalment, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Mediterran huma spazji ta’ inklużjoni, parteċipazzjoni u djalogu mal-awtoritajiet pubbliċi, fosthom dawk lokali, bil-għan li jippromovu d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali fir-reġjun tal-Mediterran. Il-KESE huwa tal-fehma li jeħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol tal-kunsilli ekonomiċi u soċjali (KES) fejn dawn jeżistu u li jiġi promoss il-ħolqien tagħhom fil-pajjiżi fejn għebu jew ma ġewx żviluppati, u b’hekk jissaħħu s-sinerġiji bejn l-atturi differenti involuti. Fil-promozzjoni ta’ dawn id-drittijiet, il-KES u l-organizzazzjonijiet ekonomiċi u soċjali jridu jibnu sħubijiet sabiex jagħmluhom aktar possibbli u effettivi.

1.2.

In-nisa huma vittmi tal-isterjotipi tas-sessi li jirriproduċu l-ostakli politiċi, ekonomiċi u edukattivi b’konsegwenzi kbar fuq l-iżvilupp tas-soċjetà. Il-KESE jħeġġeġ li jitnaqqsu d-distakki enormi attwali bejn id-dispożizzjonijiet leġislattivi u r-realtà. Biex dawn jitnaqqsu, iqis li huwa urġenti li jiġu pprovduti r-riżorsi biex dawk responsabbli jitħarrġu u jiġu sensibilizzati biex jissorveljaw l-applikazzjoni effettiva ta’ din il-leġislazzjoni. Sabiex jissaħħu d-drittijiet, il-KESE jirrakkomanda li l-amministrazzjonijiet lokali jiġu assoċjati mal-organizzazzjonijiet, l-atturi ekonomiċi u soċjali, is-soċjetà ċivili u n-netwerks tagħha fil-qasam tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel li jaħdmu f’oqsma differenti tas-soċjetajiet rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, l-universitajiet u ċentri ta’ studju speċjalizzati għandhom jappoġġjaw din il-ħidma.

1.3.

It-theddida tal-estremiżmu vjolenti għandha tiġi miġġielda billi jiġu indirizzati d-diversi kawżi tagħha li jmorru lil hinn mis-sigurtà. L-organizzazzjonijiet ekonomiċi u soċjali għandhom jaqdu rwol ewlieni fit-twettiq ta’ dan il-kompitu, bil-kooperazzjoni tal-istituzzjonijiet u n-netwerks iddedikati għad-djalogu interkulturali u bejn ir-reliġjonijiet differenti biex jagħmlu impatt ikbar u biex jinkludu fl-attivitajiet tagħhom il-patrimonju kulturali, l-espressjonijiet artistiċi u l-industriji kreattivi. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri tal-Unjoni għall-Mediterran jippromovu dawn l-attivitajiet ta’ djalogu interkulturali anke fost l-imsieħba soċjali, u b’hekk isaħħu l-korpi speċjalizzati li ilhom għal ħafna snin jaħdmu fil-Mediterran, bħall-Fondazzjoni Anna Lindh (2). F’dak li jirrigwarda l-patrimonju, il-KESE jħeġġeġ kollaborazzjoni ikbar fil-ħarsien tal-patrimonju kulturali, li llum il-ġurnata jinsab mhedded minnħabba kunflitti armati u organizzazzjonijiet vjolenti.

1.4.

Id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u dawk tax-xogħol huma essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku u ta’ soċjetà demokratika. Fost l-elementi prinċipali, hemm il-libertà ta’ intrapriża, il-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ azzjoni industrijali, in-negozjar kollettiv, u l-protezzjoni soċjali f’oqsma bħalma huma s-saħħa, l-edukazzjoni u t-tixjiħ. Kif diġà ġie indikat mill-ILO meta nħolqot u mid-Dikjarazzjoni ta’ Philadelphia, jeħtieġ li l-organizzazzjoni ekonomika tissejjes fuq il-“ġustizzja soċjali”. Barra minn hekk, dan għandu jkun l-għan ċentrali tal-politiki nazzjonali u internazzjonali kollha. Fid-Dikjarazzjoni ta’ Philadelphia jingħad li “l-ekonomija u l-finanzi huma mezzi għas-servizz tan-nies”.

1.5.

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni jaqdu rwol essenzjali biex isawru viżjonijiet u perċezzjonijiet reċiproċi u huma xprun essenzjali għat-titjib tad-djalogu interkulturali u għat-trawwim tar-rispett, it-tolleranza u l-għarfien reċiproku. Għaldaqstant, il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnedija ta’ proġetti li jiżguraw ir-rispett tad-diversità u li jħeġġu informazzjoni ħielsa minn preġudizzji, sterjotipi u perċezzjonijiet qarrieqa. Barra minn hekk, iħeġġeġ użu akbar ta’ dawn l-instrumenti ta’ osservazzjoni, taħriġ u sensibilizzazzjoni kontra r-razziżmu u l-Iżlamofobija fil-mezzi ta’ komunikazzjoni, u jħeġġeġ il-promozzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u pjattaformi konġunti ta’ żvilupp professjonali, kemm etiċi kif ukoll dawk tad-difiża tal-libertà tal-espressjoni.

1.6.

L-edukazzjoni hija t-triq prinċipali li twassal għall-mobbiltà soċjoekonomika u, għaldaqstant, għat-titjib potenzjali tal-kwalità tal-għajxien. Għall-kuntrarju, l-inugwaljanza f’dak li jirrigwarda l-opportunitajiet fl-edukazzjoni tipperikola l-istabbiltà u s-sigurtà tar-reġjun. Għaldaqstant, il-KESE jsejjaħ biex naħdmu flimkien sabiex intejbu l-kwalità tal-edukazzjoni primarja u sekondarja, tal-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ vokazzjonali permezz tal-iskambju ta’ esperjenzi fl-iżvilupp kurrikulari u fl-innovazzjoni metodoloġika. Min-naħa l-oħra, il-KESE jqis bħala essenzjali li jinqered id-distakk fl-għarfien bejn iż-żewġt ixtut tal-Mediterran u, fil-fatt, jipproponi li jiġu promossi netwerks ta’ għarfien u ta’ riċerka konġunti li jiffavorixxu t-trasmissjoni u ċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien, kif ukoll li tiġi promossa l-mobbiltà ta’ għalliema, studenti, akkademiċi, riċerkaturi, u li tiġi appoġġjata t-traduzzjoni tal-ħidma tagħhom, speċjalment lejn l-Għarbi u mill-Għarbi.

1.7.

L-edukazzjoni mhux formali hija komplement neċessarju għall-valur tagħha fil-ħolqien ta’ soċjetajiet iktar inklużivi u pluralistiċi. Il-KESE jqis li ghandhom jissaħħu s-sinerġiji bejn l-edukazzjoni formali u dik mhux formali u li għandu jiġi promoss dan it-tip ta’ edukazzjoni bħala strument għall-iżvilupp ta’ kultura ta’ paċi u ta’ tagħlim tul il-ħajja. Għaldaqstant, il-KESE jappella biex niddedikaw baġit iktar sostanzjali għall-edukazzjoni mhux formali u biex nippromovu t-trasferiment tal-esperjenzi u tal-għarfien bejn l-Ewropa u n-Nosfinhar tal-Mediterran.

1.8.

Bil-għan li nippromovu ekonomija inklużiva u kompetittiva, jenħtieġ li tiġi appoġġjata l-integrazzjoni diġitali u teknoloġika tal-persuni. B’dan il-għan, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li nappoġġjaw proġetti reġjonali u lokali li jħarrġu liċ-ċittadini fl-użu ta’ teknoloġiji ġodda, fl-intraprenditorja u fid-diġitalizzazzjoni, kif ukoll li nippromovu l-inizjattivi ta’ parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-promozzjoni tat-taħriġ diġitali u tal-ħolqien ta’ xogħol deċenti, pereżempju l-inizjattivi urbani ta’ innovazzjoni soċjali u diġitali (Labs).

2.   Sfond

2.1.

Fl-2011, it-tama għall-bidla fost iż-żgħażagħ Għarab heżżet sistemi politiċi li, b’mod mhux mistenni, spiċċaw taħt pressjoni sostanzjali. It-Tuneżija, l-Eġittu, il-Libja u l-Jemen waqqgħu lill-mexxejja politiċi tagħhom, iżda ċ-ċirkustanzi politiċi konkreti wasslu biex jieħdu toroq ferm differenti: mit-tranżizzjoni soda Tuneżina, promossa mis-soċjetà ċivili dinamika tagħha, għall-bidla tar-reġim fl-Eġittu, u għall-kunflitti miftuħa fil-Libja u fil-Jemen. Is-Sirja baqgħet mgħaddsa fi gwerra kiefra, li nxterdet fuq livell reġjonali u internazzjonali. Pereżempju, inħoloq ċaqliq traġiku ta’ popolazzjonijiet u movimenti migratorji mingħajr preċedent li ħolqu instabbiltà fir-reġjun Ewro-Mediterranju kollu.

2.2.

Lil hinn mill-bidla tar-reġim, sar tentattiv biex jinħolqu sistema iktar ġusta u inklużiva, libertajiet politiċi, ġustizzja soċjali, opportunitajiet u dinjità. L-aspettativi sfaw fix-xejn minħabba li ma ġewx riflessi fil-qasam soċjali. Iċ-ċirkustanzi politiċi konkreti, ġewwa u barra minn dawn il-pajjiżi, għenu biex ifixkluhom. Sitt snin wara, it-talbiet leġittimi għad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali għadhom ħajjin, mingħajr soluzzjoni, u għadhom jirrappreżentaw sors potenzjali ta’ instabbiltà għar-reġjun.

2.3.

Għalhekk, fil-fehma tal-KESE, il-ksib tal-paċi u d-demokrazija fir-reġjun kollu, kif ukoll ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tiegħu, huwa prijorità assoluta.

2.4.

Id-drittijiet fundamentali: irrevokabbli u inaljenabbli

2.4.1.

Il-KESE jħeġġeġ lill-pajjiżi kollha tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran biex jaderixxu mal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (3) u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (4). Fl-istess ħin, jenfasizza l-importanza tal-prinċipji u l-valuri sekulari, kif ukoll id-difiża tad-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali u etniċi, reliġjuzi u lingwistiċi (5).

2.4.2.

Il-KESE jenfasizza l-importanza ċentrali tad-difiża ta’ standards ta’ kwalità ta’ għajxien deċenti għal kulħadd. Il-KESE jenfasizza l-garanzija tal-aċċess għall-ilma tajjeb għax-xorb u għall-ikel fi kwantitajiet suffiċjenti bi prezzijiet affordabbli, l-aċċess suffiċjenti għall-enerġija biex tiġi evitata l-esklużjoni enerġetika kemm tal-individwu kif ukoll tal-komunità. Huwa jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi promoss ambjent deċenti u li tiġi żbiluppata l-provvista tal-kura tas-saħħa.

2.4.3.

Bl-istess mod u minħabba ċ-ċirkustanzi speċjali li jinsab għaddej minnhom ir-reġjun, id-dritt għal akkomodazzjoni adegwata jew, fin-nuqqas tagħha, għal refugju/kenn dinjituż għall-individwu u għall-familja, għandu jkun iggarantit kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali. Għaldaqsant, il-KESE jidhirlu li għandu jiġi żgurat id-dritt għar-rikostruzzjoni inklużiva u dinjituża fiż-żoni meqruda, kemm jekk dan ikun ir-riżultat ta’ katastrofi naturali kif ukoll ta’ kunflitti armati.

2.5.

Id-dritt għal xogħol deċenti: fattur ta’ stabbiltà soċjali u ta’ progress

2.5.1.

Il-KESE huwa tal-fehma li s-soċjetajiet tal-pajjiżi ġirien jeħtieġu sforz komuni favur inklużjoni u koeżjoni ikbar. Bl-istess mod, l-ekonomiji tagħhom għandhom jiġu riformati u mġedda biex jiġġeneraw postijiet tax-xogħol deċenti bħala element kruċjali għall-iżvilupp sostenibbli.

2.5.2.

Barra minn hekk, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati d-drittijiet li fuqhom għandhom jissejsu l-prinċipji deskritti. Għaldaqstant, irid jiġi ggarantit id-dritt għal xogħol deċenti f’dawn il-pajjiżi, indipendentement mill-isfond soċjali, ir-reliġjon jew in-nazzjonalità.

2.5.3.

Il-KESE jemmen li huwa indispensabbli li jittieħdu miżuri għall-promozzjoni tal-impjieg deċenti bħala fattur ta’ stabbiltà soċjali, skont dak li jippromovu d-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol u s-segwitu tagħha (6) u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali, u Kulturali (7) bħala sisien biex jiġi evitat il-faqar u jħeġġeġ l-iffirmar ta’ dawn id-dokumenti. Għaldaqstant, huwa fundamentali li jiġu ppreservati d-drittjiet fundamentali tax-xogħol bħad-dritt ta’ assoċjazzjoni, id-dritt li titwaqqaf trejdjunjin jew id-dritt tas-sħubija f’trejdjunjin li wieħed jagħżel, id-dritt tal-istrajkjar, ir-rikonoxximent effettiv tad-dritt ta’ negozjar kollettiv, kif ukoll id-dritt għal kundizzjonijiet ta’ sigurtà u iġjene fit-twettiq tax-xogħol u għal salarju.

2.5.4.

Jeħtieġ ukoll li jiġi żviluppat, kif ipproponiet l-ILO, id-dritt għall-akkomodazzjoni, biex tiġi protetta l-popolazzjoni kollha u, b’mod partikolari, l-aktar segmenti vulnerabbli tal-popolazzjoni. Huwa essenzjali wkoll li jiġi miġġieled il-ksur tad-drittijiet bażiċi bħalma huma l-isfruttament tat-tfal jew ix-xogħol furzat, u li jiġi promoss l-aċċess għax-xogħol tan-nisa jew tal-persuni b’diżabbiltà.

2.6.

L-intraprenditorja: xprun essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku

2.6.1.

L-Unjoni Ewropea tikkunsidra li l-ħames fatturi ewlenin għall-paċi, għall-istabbiltà, għas-sigurtà u għall-prosperità fiż-żona Ewro-Mediterranja huma: l-iżvilupp ekonomiku permezz tal-modernizzazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-ekonomiji; it-tisħiħ tal-ekosistema tan-negozji u l-intraprenditorja innovattiva; il-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol permezz ta’ taħriġ kwalifikat, speċjalment għaż-żgħażagħ; l-iżvilupp tas-settur privat, b’mod speċjali tal-SMEs; u s-sostenibbiltà enerġetika u ambjentali (8). Jenfasizza li l-ħolqien ta’ impjieg ta’ kwalità għolja huwa l-bażi għall-prosperità ekonomika u għat-tisħiħ tal-intraprenditorija tan-nisa u tas-sinerġiji intraprenditorjali fuq iż-żewġt ixtut tal-Mediterran.

Min-naħa tiegħu, il-KESE jemmen li dawn il-fatturi huma inseparabbli mill-iżvilupp soċjali, billi l-istabbiltà, is-sigurtà u l-prosperità huma dejjem ibbażati fuq l-integrazzjoni u l-koeżjoni soċjali.

2.6.2.

Il-Komunikazzjoni konġunta tiddefendi bħala fattur determinanti tal-iżvilupp ta’ dawn l-ekonomiji n-neċessità li tkun permessa l-intraprenditorjali privata, u li jiġi żgurat li tkun tista’ ssir taħt kundizzjonijiet ġusti. Jeħtieġ inħarsu qafas legali li jipprovdi garanziji għad-dritt għall-proprjetà privata, kif ukoll l-invjolabbiltà tiegħu, soġġetta għall-qafas legali.

2.6.3.

Il-KESE jagħti l-istess importanza lill-fatt li l-awtorjitajiet pubbliċi jipproteġu l-kompetenza libera u ġusta tal-ekonomija, li tiżgura li l-intraprendituri joperaw taħt kundizzjonijiet ugwali. B’dan il-mod iqis essenzjali li niggarantixxu t-trattament ġust fl-aċċess għall-finanzjament u d-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ mikrofinanzjament kif ukoll li tiġi żgurata amministrazzjoni pubblika ħielsa mill-korruzzjoni u b’mandat ta’ servizz pubbliku.

2.7.

Id-dritt għall-ħolqien u għall-innovazzjoni: garanzija ta’ ekonomija diversifikata u b’valur miżjud

2.7.1.

Id-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-Unjoni għall-Mediterran dwar l-Ekonomija Diġitali (9) tipproponi l-promozzjoni tal-impatt inklużiv u trasversali tat-teknoloġiji l-ġodda fl-oqsma kulturali, soċjali, ekonomiċi, governattivi u ta’ sigurtà.

2.7.2.

Il-KESE jappoġġja wkoll il-proposta tal-Komunikazzjoni konġunta dwar il-ħtieġa għad-diversifikazzjoni u l-iżvilupp tal-ekonomiji tar-reġjun Mediterran b’mod sostenibbli u inklużiv.

2.7.3.

Il-KESE huwa tal-fehma li, meta jkunu qed jitfasslu programmi ġodda, jeħtieġ li jinħolqu programmi mill-UE għaż-żona Ewro-Mediterranja għall-iżvilupp tal-innovazzjoni li jagħmluha possibbli li jitmexxa ’l quddiem il-progress ekonomiku tar-reġjun, filwaqt li jinżamm id-dritt individwali u kollettiv għall-kreattività u l-innovazzjoni. Dan id-dritt iġib miegħu r-rikonoxximent tad-dritt tal-proprjetà intellettwali, id-dritt tal-kondiviżjoni u t-tixrid ta’ din l-innovazzjoni u d-dritt ta’ aċċess għat-teknoloġiji l-ġodda.

2.7.4.

Il-KESE jirrikonoxxi bħala dritt, inerenti fl-att ta’ innovazzjoni, l-inklużjoni diġitali u l-aċċess liberu għall-Internet, kemm b’mod individwali kif ukoll b’mod kollettiv.

2.8.

Id-dritt għal edukazzjoni ta’ kwalità għolja: pilastru tal-iżvilupp uman

2.8.1.

L-edukazzjoni hija t-triq prinċipali li twassal għall-mobbiltà soċjoekonomika u għat-titjib potenzjali tal-kwalità tal-għajxien. Il-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP) (10) juri b’mod ċar li, minkejja li f’ħafna pajjiżi tar-reġjun l-edukazzjoni primarja laħqet standards universali u saru avvanzi konsiderevoli anke fl-edukazzjoni sekondarja, il-kwalità tagħha għadha lura. Il-Bank Dinji żviluppa programmi għal dan ir-reġjun bil-kooperazzjoni ta’ aġenziji oħra u tkun ħaġa tajba jekk il-Kummissjoni Ewropea taħdem f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, jidher li l-inugwaljanza konsiderevoli ta’ opportunitajiet fl-edukazzjoni qiegħda tnaqqas il-kuntratt soċjali fil-pajjiżi Għarab.

2.8.2.

Il-Pjan Direzzjonali tal-Unjoni għall-Mediterran (11) jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ l-edukazzjoni bħala fattur ewlieni fil-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol sostenibbli u kwalifikati, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ li m’għandhomx impjieg u li huma suxxettibbli li jadottaw prattiki okkupazzjonali ħżiena; ir-riċerka u l-innovazzjoni bħala bażi għall-modernizzazzjoni tal-ekonomiji; u s-sostenibbiltà bħala element trasversali biex ikun iggarantit l-iżvilupp soċjali u ekonomiku inklużiv.

2.8.3.

It-tisħiħ tal-kapital soċjali huwa kruċjali għall-istabbiltà u s-sigurtà tar-reġjun. Għaldaqstant, huwa importanti li niffaċilitaw l-edukazzjoni primarja u sekondarja, l-edukazzjoni għolja, l-aċċess għax-xjenza u l-għarfien xjentifiku, l-impjegabbiltà, is-saħħa, it-tisħiħ tal-pożizzjoni u l-mobbiltà taż-żgħażagħ, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, il-forums ta’ dibattitu u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali.

2.8.4.

Minkejja xi problemi fl-aċċess u l-universalità tal-edukazzjoni u l-ħtieġa ta’ titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni primarja u sekondarja, l-isfida prinċipali hi dik li jingħalaq id-distakk bejn it-taħriġ u l-impjieg. Għalhekk, huwa fundamentali li nippromovu strutturi li jorbtu s-suq tax-xogħol mas-sistema edukattiva, biex tkun iggarantita integrazzjoni sħiħa taż-żgħażagħ fis-soċjetà. Għal dan il-għan, il-KESE jqis bħala primordjali li nippromovu l-iskambju ta’ esperjenzi fl-iżvilupp kurrikulari u l-innovazzjoni metodoloġika, filwaqt li nippromovu t-trasferiment ta’ esperjenzi u prattiki, biex jintlaħqu kompetenzi u ħiliet adatti għall-ambjenti tax-xogħol. Huwa wkoll essenzjali li jiġu promossi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u li jingħataw valur akbar fil-konfront tal-isfida li jinħolqu 60 miljun post tax-xogħol matul l-għaxar snin li ġejjin fil-pajjiżi Għarab.

2.8.5.

L-atturi soċjali, l-istess bħal organizzazzjonijiet speċjalizzati oħra, użaw ir-rwol ċentrali tal-edukazzjoni mhux formali bħala għodda ewlenija u soluzzjoni, fuq perjodu twil ta’ żmien, biex niġġieldu kontra r-radikaliżmu u l-estremiżmu u għall-kontribut tagħha għall-integrazzjoni ta’ gruppi f’sitwazzjonijiet ta’ riskju, b’mod partikolari ż-żgħażagħ u n-nisa.

2.8.6.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rikonoxximent li l-edukazzjoni mhux formali taqdi rwol importanti peress li tikkomplementa l-edukazzjoni formali u jqis li għandhom jissaħħu s-sinerġiji bejniethom. Għalhekk, iqis li għandu jiżdied il-livell ta’ impenn politiku b’rabta mal-edukazzjoni mhux formali u li din tingħata baġit iktar sostanzjali, minħabba li tiffaċilita l-proċess ta’ maturazzjoni u integrazzjoni soċjali taż-żgħażagħ, filwaqt li tedukahom fil-parteċipazzjoni attiva u fl-iżvilupp tal-valuri demokratiċi, u hija strument tajjeb biex tissaħħaħ kultura ta’ paċi.

2.9.

Il-mobbiltà fil-qasam akkademiku u edukattiv: lejn l-għeluq tad-distakk fl-għarfien

2.9.1.

Il-mobbiltà taż-żgħażagħ tikkonstitwixxi parti essenzjali tar-risposta għall-isfidi li jiffaċċja l-Mediterran. Fil-fatt, il-migrazzjoni fil-pajjiżi Għarab hija sintomu tal-esklużjoni soċjali taż-żgħażagħ ferm kwalifikati. Għalhekk huwa indispensabbli li nippromovu migrazzjoni li tkun ta’ benefiċċju kemm għall-pajjiżi ta’ oriġini kif ukoll dawk ta’ destinazzjoni. Dan jimplika rikonoxximent akbar tal-kwalifiki u ċ-ċertifikazzjonijiet, kif ukoll titjib fil-qafas legali tal-kundizzjonijiet tad-dħul u residenza fl-UE applikabbli għaċ-ċittadini tal-pajjiżi ġirien għal skopijiet ta’ riċerka, studji, skambju ta’ studenti, taħriġ u volontarjat.

2.9.2.

Min-naħa l-oħra, wieħed mill-ikbar distakki li jeżistu bejn iż-żewġt ixtut tal-Mediterran huwa d-distakk fl-għarfien. Għalhekk, il-KESE jemmen li għandhom jittieħdu miżuri għall-promozzjoni tal-produzzjoni u ċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien xjentifiku u akkademiku u jipproponi l-ħolqien u l-promozzjoni ta’ netwerks konġunti ta’ għarfien u ta’ riċerka fil-livell Ewro-Mediterranju. Barra minn hekk, jikkunsidra li huwa fundamentali li nippromovu t-traduzzjoni ta’ din il-ħidma akkademika u xjentifika, speċjalment lejn l-Għarbi u mill-Għarbi.

2.9.3.

Il-KESE jisħaq ukoll dwar il-promozzjoni tal-mobbiltà tal-istudenti, l-għalliema, ir-riċerkaturi, l-akkademiċi u x-xjenzjati permezz ta’ kollokamenti, skambji u traineeships bħala element fundamentali għall-promozzjoni tal-kwalità akkademika u tal-impjegabbiltà taż-żgħażagħ, billi jissaħħu l-implimentazzjoni u s-segwitu tar-riżultati tal-Programm Erasmus Plus fil-pajjiżi tar-reġjun Ewro-Mediterranju, kif ukoll għaċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien u l-promozzjoni tad-djalogu interkulturali.

2.10.

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni u d-djalogu interkulturali: elementi fundamentali għat-tolleranza

2.10.1.

Il-pluraliżmu, l-indipendenza u l-professjonalità tal-mezzi ta’ komunikazzjoni lokali jiggarantixxu l-progress soċjali u jikkontribwixxu biex dawn ikunu jistgħu jixprunaw il-bidla fil-pajjiżi ġirien.

2.10.2.

Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li nippromovu d-djalogu u l-kooperazzjoni fil-mezzi ta’ komunikazzjoni fiż-żona Ewro-Mediterranja għat-titjib u t-tisħiħ tal-istandards professjonali u tal-oqfsa legislattivi. Huwa kruċjali wkoll li nikkontribwixxu għall-garanzija u l-protezzjoni tal-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni.

2.10.3.

Huwa indispensabbli li nirrikonoxxu r-rwol tal-mezzi ta’ komunikazzjoni fit-titjib tad-djalogu interkulturali u li niffavorixxu r-rispett, it-tolleranza u l-għarfien reċiproku. Fil-kuntest attwali ta’ żieda kbira fid-diskors kontra l-Punent fin-Nofsinhar u fid-diskors populist ta’ natura ksenofobika fl-Ewropa, huwa neċessarju iktar minn qatt qabel li nagħmlu sforz biex niġġieldu dan it-tip ta’ narrativi u nopponu l-viżjonijiet li jpoġġu f’kunflitt popli, kulturi u reliġjonijiet, abbażi ta’ approċċ estrem ta’ abjad jew iswed u mhux inklużiv.

2.10.4.

Għalhekk, il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnedija ta’ proġetti li jiżguraw ir-rispett tad-diversità eżistenti fl-Ewropa u jippromovu t-tolleranza u l-informazzjoni imparzjali, mingħajr sterjotipi u perċezzjonijiet qarrieqa, bħall-Osservatorju tal-Iżlamofobija fil-mezzi ta’ komunikazzjoni fi Spanja (12), li jippromovi informazzjoni mingħajr razziżmu. Min-naħa tiegħu, iħeġġeġ it-tnedija ta’ proġetti trasversali għal dan il-għan.

2.10.5.

Lil hinn mill-qasam tas-sigurtà, in-nuqqas ta’ opportunitajiet, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ, jista’ jkun wieħed mill-għeruq tal-instabbiltà u jingħaqad mal-kawżi tal-proċessi ta’ radikaliżmu. Qed issir evidenti n-neċessità li nimpedixxu u niġġieldu l-estremiżmu u r-razziżmu permezz tal-promozzjoni tad-djalogu interkulturali. Għalhekk, l-istituzzjonijiet u n-netwerks iddedikati għad-djalogu interkulturali u bejn ir-reliġjonijiet differenti għandhom isaħħu s-sinerġiji u l-komplementarjetajiet tagħhom biex jiksbu impatt iktar relevanti.

2.10.6.

Il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u tal-estremiżmu vjolenti għandha tinvolvi lill-KES tal-Mediterran, lill-atturi ekonomiċi u soċjali u lis-soċjetà ċivili inġenerali. Għal dan il-għan, jinħtieġu mekkaniżmi għall-iskambju u l-kooperazzjoni b’allokazzjoni baġitarja, u għandna nittrattaw ukoll kwistjonijiet relatati mal-ġustizzja, l-inugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, id-diskors ta’ mibegħda, in-nuqqas ta’ impjieg fost iż-żgħażagħ u l-illitteriżmu, bħala parti minn sforz usa’ ta’ deradikalizzazzjoni li jinkludi wkoll il-promozzjoni tad-djalogu interkulturali. F’dan ir-rigward, għandha tiġi enfasizzata l-ħidma li jwettqu n-Netwerk tal-UE ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN) (13) u ċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tiegħu.

2.10.7.

Il-KESE jqis bħala kruċjali li jitħeġġu l-iskambji bejn l-intellettwali, l-artisti u aġenti kulturali tar-reġjun peress li dawn huma atturi ewlenin għall-bidla soċjali, permezz tal-promozzjoni ta’ proġetti kondiviżi li jinvolvu l-promozzjoni tad-djalogu u tal-għarfien reċiproku. Barra minn hekk, iħeġġeġ koordinazzjoni u kollaborazzjoni ikbar fil-protezzjoni tal-patrimonju kulturali u sabiex isiru magħrufa u valorizzati d-dixxiplini u s-sensibilitajiet kulturali u artistiċi differenti li jinsabu fiż-żona Ewro-Mediterranja bħala element ta’ valur ta’ koeżjoni u ta’ għarfien reċiproku.

2.11.

Is-soċjetà ċivili u s-sinerġiji bejn l-atturi soċjali: spazji ta’ inklużjoni u dibattiti

2.11.1.

Il-kriżi ekonomika u l-ksenofobija fix-xatt tat-Tramuntana, iżda wkoll id-domanda għal-libertà tal-espressjoni u l-ġlieda għad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi tax-xatt tan-Nofsinhar huma elementi li jħallu impatt b’mod deċiżiv fil-kisba tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali tas-soċjetajiet tal-pajjiżi Ewro-Mediterranji.

2.11.2.

F’dan ir-rigward, ir-rapport ta’ Novembru 2015 tal-Parlament Ewropew dwar id-drittijiet tal-bniedem (14) juri li rridu nappoġġjaw aktar lis-soċjetà ċivili. Minkejja dan, il-viżibbiltà tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-pajjiżi fin-Nofsinhar għadha mhix biżżejjed, meta wieħed iqis l-isforz tagħhom u, xi kultant, ir-riskju li jieħdu, bħar-rwol li għandhom biex jagħtu spinta lit-tibdil soċjali. Il-KES tal-Mediterran jistgħu jaqdu rwol bħala pjattaformi ta’ tixrid, laqgħat u dibattitu f’dan ir-rigward.

2.11.3.

Il-KESE jinnota li l-assoċjazzjonijiet jirrappreżentaw spazju li jikkontribwixxi għall-inklużjoni soċjali. Barra minn hekk, jidhirlu li jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea tintensifika s-sostenn tagħha għall-proġetti li jitwettqu mis-soċjetà ċivili organizzata permezz tal-organizzazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tagħha, tal-assoċjazzjonijiet tagħha u tan-netwerks li dawn iħaddnu, kif ukoll li tintensifika s-sħubija u s-sinerġiji bejn l-atturi differenti involuti.

2.11.4.

Il-KESE huwa tal-fehma li l-Ministri Ewro-Mediterranji għandhom jikkooperaw fi proġetti konkreti mas-Summit tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali tal-Mediterran u istituzzjonijiet simili, mingħajr preġudizzju għall-provvista ta’ appoġġ lill-assoċjazzjonijiet ċiviċi u kulturali.

2.12.

In-nisa: il-qalba tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali

2.12.1.

Fit-tliet Konferenzi Ministerjali Ewro-Mediterranji dwar it-Tisħiħ tar-Rwol tan-Nisa fis-Soċjetà, li saru f’Istanbul (15) (2006), f’Marrakexx (16) (2009) u f’Pariġi (17) (2013), il-gvernijiet intrabtu li jimplimentaw l-impenji adottati: l-ugwaljanza tad-drittijiet bejn in-nisa u l-irġiel meta jiġu biex jipparteċipaw fil-ħajja politika, ekonomika, ċivili u soċjali; il-ġlieda kontra kull tip ta’ vjolenza u diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet, u ħidma bil-għan li jinbidlu l-attitudnijiet u l-imġiba biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel bil-għan li tissaħħaħ il-pożizzjoni tan-nisa, mhux biss fir-rigward tad-drittijiet, iżda wkoll fir-realtà.

2.12.2.

Minkejja t-tibdil legislattiv introdott fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran, il-UNDP jikkunsidra li għadna ’l bogħod milli niksbu l-ugwaljanza tan-nisa f’dawk li huma dirttijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali.

2.12.3.

Il-KESE josserva l-qabża kbira bejn id-dikjarazzjonijiet uffiċjali, il-proposti tal-istituzzjonijiet u l-leġislazzjoni attwali u r-realtà li jgħixu n-nisa kuljum fil-komunitajiet tagħhom u jwissi dwar il-ħtieġa li narmonizzaw il-liġijiet nazzjonali mal-kostituzzjonijiet u nagħlqu l-lakuni legali li għadhom jippermettu l-prattiki diskriminatorji fil-konfront tan-nisa.

2.12.4.

F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza n-neċessità li nipprovdu mezzi biex inħarrġu u nissensibilizzaw lill-gruppi responsabbli li jiżguraw l-applikazzjoni effettiva tal-leġislazzjoni – il-ġudikatura, il-forzi tas-sigurtà, in-negozji, l-edukaturi, il-mezzi ta’ komunikazzjoni, istituzzjonijiet bħall-KES, eċċ.

2.12.5.

Biex jissaħħu d-drittijiet u biex ikun hemm riżultati aħjar, il-KESE jirrakkomanda li nassoċjaw l-amministrazzjonijiet lokali mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-qasam tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, minħabba li għandhom informazzjoni aħjar fir-rigward tal-problemi u l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni. Din il-ħidma konġunta bejn diversi atturi tista’ tkun appoġġjata minn kontributi mis-settur akkademiku (universitajiet u ċentri ta’ studju speċjalizzati). Eżempju ta’ dan hija l-Fondazzjoni tan-Nisa tal-Ewro-Mediterran (18) li, flimkien mal-Federazzjoni tal-Lega tad-Drittijiet tan-Nisa, l-awtorità reġjonali tal-Marrakexx, l-Università Cadi Ayyad, il-Kummissjoni Reġjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem u entitajiet lokali oħra, wettqu kampanja ta’ sensibilizzazzjoni kontra ż-żwiġijiet prekoċi.

2.12.6.

Għalhekk, il-KESE jitlob lill-Ministri tal-Istati Membri tal-Unjoni għall-Mediterran li dawn l-oqsma jkomplu jiġu kkunsidrati fil-Konferenza Ministerjali li jmiss, kif ukoll jipprovdu l-mezzi finanzjarji għat-twettiq ta’ azzjonijiet u kampanji.

2.12.7.

Il-KESE jsostni li jekk ma jitqisux il-punti msemmija, dan se jkollu impatt kbir. Iż-żwiġijiet prekoċi, l-interruzzjoni bikrija tal-proċess edukattiv u, bħala konsegwenza, l-iżvalutar tal-mara fis-suq tax-xogħol u fil-politika huma xi wħud mill-elementi li jinfluwenzaw b’mod negattiv il-kisba tad-drittijiet, b’mod partikolari tan-nisa u l-bniet.

Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  http://ufmsecretariat.org/barcelona-declaration-adopted-at-the-euro-mediterranean-conference-2728-november-1995/

(2)  http://www.annalindhfoundation.org/

(3)  http://www.ohchr.org/EN/ProfessionalInterest/Pages/CCPR.aspx

(4)  http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:12012P/TXT&from=MT

(5)  http://www.ohchr.org/EN/ProfessionalInterest/Pages/Minorities.aspx

(6)  http://www.ilo.org/declaration/thedeclaration/textdeclaration/lang--en/index.htm

(7)  http://www.ohchr.org/en/professionalinterest/pages/cescr.aspx

(8)  http://eeas.europa.eu/archives/docs/enp/documents/2015/151118_joint-communication_review-of-the-enp_en.pdf

(9)  http://ufmsecretariat.org/wp-content/uploads/2014/09/UfMMinistersDeclarationEN.pdf

(10)  http://www.arabstates.undp.org/content/rbas/en/home/library/huma_development/arab-human-development-report-2016--youth-and-the-prospects-for-/.

(11)  http://ufmsecretariat.org/wp-content/uploads/2017/01/UfM-Roadmap-23-JAN-2017.pdf

(12)  http://www.observatorioislamofobia.org/

(13)  https://ec.europa.eu/home-affairs/what-we-do/networks/radicalisation_awareness_network

(14)  http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+REPORT+A8-2015-0344+0+DOC+XML+V0//MT

(15)  https://www.euromedwomen.foundation/pg/en/documents/view/4224/ministerial-conclusions-on-strengthening-role-of-women-in-society

(16)  https://www.euromedwomen.foundation/pg/en/documents/view/4756/second-ministerial-conclusions-on-strengthening-role-of-women-in-society

(17)  https://www.euromedwomen.foundation/pg/en/documents/view/4226/third-ministerial-conclusions-on-strengthening-role-of-women-in-society

(18)  https://www.euromedwomen.foundation/


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/44


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-tranżizzjoni lejn ġejjieni Ewropew aktar sostenibbli — strateġija għall-2050”

(opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2018/C 081/07)

Relatur:

is-Sinjura Brenda KING

Korelatur:

is-Sur Lutz RIBBE

Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

14.7.2016

Bażi legali

Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

 

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

 

 

Sottokumitat kompetenti

It-tranżizzjoni lejn ġejjieni Ewropew aktar sostenibbli – strateġija għall-2050

Adottata fis-sottokumitat

21.9.2017

Adottata fil-plenarja

18.10.2017

Sessjoni plenarja Nru

529

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

185/8/6

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Bħall-partijiet l-oħra kollha tad-dinja, l-Ewropa qed tiffaċċja tliet kwistjonijiet ewlenin: (1) l-eżawriment tar-riżorsi naturali tad-dinja, inkluż it-tibdil fil-klima u t-telfien tal-bijodiversità; (2) inugwaljanzi soċjali, inkluż il-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-persuni li jibqgħu lura fir-reġjuni b’industriji li qabdu t-triq tan-niżla; u (3) in-nuqqas ta’ fiduċja mill-pubbliku fil-gvern, fl-istabbiliment politiku u fl-UE u l-istrutturi ta’ governanza tagħha, kif ukoll istituzzjonijiet oħra.

1.2.

Jeħtieġ li dawn it-tliet kwistjonijiet ewlenin jiġu mifhuma fl-isfond tad-diġitalizzazzjoni (megatendenza kbira) u l-globalizzazzjoni, peress li dawn affettwaw b’mod sostanzjali s-swieq tax-xogħol tal-Ewropa, u se jkomplu jkollhom impatt saħansitra akbar fil-futur. Id-diġitalizzazzjoni b’mod partikolari tista’ jew tiffaċilita l-indirizzar tat-tliet problemi jew inkella taggravahom. Il-mistoqsija dwar jekk id-diġitalizzazzjoni hux se jkollha impatt pożittiv jew negattiv tiddependi fuq kif din tiġi ġestita mill-aspett politiku.

1.3.

Abbażi ta’ analiżi bir-reqqa tar-relazzjoni bejn dawn it-tliet kwistjonijiet ewlenin u d-diġitalizzazzjoni, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tħejji strateġija fit-tul għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa, bl-għan li tħeġġeġ miżuri li jsaħħu l-ekonomija tagħha sabiex jiksbu benefiċċji soċjali u ambjentali. Din l-opinjoni għandha l-għan li tippreżenta kwistjonijiet u input biex jiġu kkunsidrati fit-tħejjija tal-istrateġija fit-tul.

Xi persuni jirreżistu l-bidla. Fil-mument ta’ kisbiet teknoloġiċi kontinwi, xi persuni għandhom dritt akkwiżit li jżommu l-istatus quo. Persuni oħra jistgħu ma jħossuhomx siguri biex jippruvaw jadattaw għal soċjetà li dejjem tinbidel. Għal oħrajn, il-bidliet mhux qed isiru b’pass mgħaġġel biżżejjed (eż. sostenituri ta’ enerġija ekoloġika). Dawk li jfasslu l-politika għandhom iqisu dawn il-biżgħat u jindirizzaw il-problema direttament, minflok jirrikorru għal status quo. L-ewwel pass għandu jkun li jinbeda dibattitu miftuħ dwar il-kwistjonijiet u tissaħħaħ id-demokrazija parteċipatorja, inkluż l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

1.4.

“In-nuqqas ta’ azzjoni” mhijiex għażla. Se tkun meħtieġa rieda politika sabiex il-bidla titmexxa fid-direzzjoni t-tajba. Hemm ħtieġa għal interkonnessjonijiet aktar b’saħħithom bejn l-iżvilupp ekonomiku, il-protezzjoni ambjentali u l-politiki soċjali. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jisħaq li l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), flimkien mal-Ftehim ta’ Pariġi, u tranżizzjonijiet ġestiti sew lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u lejn l-ekonomija diġitali, se jsolvu kwistjonijiet maġġuri li qed tiffaċċja l-Ewropa u permezz t’hekk l-Ewropa ssir rebbieħa ta’ din ir-rivoluzzjoni industrijali ġdida. Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tiżviluppa b’urġenza l-politiki deskritti fil-Komunikazzjoni tagħha “Passi li jmiss” (Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni) (1) u tiffoka aktar fuq l-integrazzjoni bis-sħiħ tal-SDGs u l-Ftehim ta’ Pariġi fil-qafas tal-politika Ewropea u l-prijoritajiet attwali tal-Kummissjoni bl-għan li tistabbilixxi viżjoni għall-Ewropa ġusta u kompetittiva sas-sena 2050.

1.5.

Il-ħtieġa ta’ kontribut politiku qawwi ma għandhiex tiġi mifhuma b’mod żbaljat. Filwaqt li qafas regolatorju adegwat huwa indispensabbli għat-tiswir tat-tranżizzjoni, l-Ewropa għandha bżonn aġenda li taffettwa lis-soċjetà kollha kemm hi billi: taspira għal globalizzazzjoni ġusta; timmira li żżid il-kompetittività u tagħmel l-Ewropa mexxej fit-teknoloġiji ġodda; timmira li ma tħalli lil ħadd barra; telimina l-faqar u toħloq ambjent li jreġġa’ lura l-fiduċja tal-persuni fis-sistemi politiċi kif ukoll forom multilaterali ta’ governanza (2). Minbarra li twitti t-triq f’diversi oqsma ta’ politika, l-approċċi ta’ politika għandhom jimmiraw lejn l-attivazzjoni tal-potenzjal kbir ħafna tas-soċjetà ċivili. L-intraprenditorija soċjali, l-inizjattivi taċ-ċittadini u x-xogħol fil-komunità huma biss xi eżempji ta’ kif l-iżvilupp sostenibbli jista’ jintlaħaq permezz ta’ approċċ minn isfel għal fuq, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda t-tranżizzjoni meħtieġa lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju jew lejn l-ekonomija ċirkolari. Il-każ tal-enerġija rinnovabbli deċentralizzata huwa l-aħjar punt ta’ riferiment f’dan il-kuntest.

1.6.

Fil-futur qrib, il-Kummissjoni u l-KESE jeħtieġ iwettqu aktar ħidma flimkien fuq oqsma ta’ politika ewlenin strateġiċi li huma analizzati f’din l-opinjoni, pereżempju:

Il-kompetittività tal-UE f’dinja li qiegħda tinbidel;

l-impatt tad-diġitalizzazzjoni fuq is-suq tax-xogħol (inkluż ix-xogħol deċenti) u l-ambjent;

finanzi sostenibbli u t-tassazzjoni;

l-isfidi mill-iżvilupp ta’ mudelli ekonomiċi ġodda;

l-ostakli għad-deċentralizzazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija;

it-tagħlim tul il-ħajja f’era diġitali ġdida u fil-kuntest tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’użu baxx tal-karbonju;

il-promozzjoni ta’ koalizzjonijiet ta’ diversi partijiet interessati;

id-defiċit demokratiku fil-proċess leġislattiv tal-UE u l-isfida mġedda ta’ parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili;

l-integrazzjoni ta’ għarfien espert indipendenti fit-tfassil tal-politika flimkien mal-ħtieġa li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili;

mekkaniżmu ġdid Ewropew li jservi strateġija ta’ żvilupp sostenibbli.

1.7.

Hemm bżonn ta’ strateġija komprensiva u koerenti sabiex tiġi realizzata din it-taħlita ta’ politiki. Il-KESE jirrakkomanda li tali strateġija għandha tiġi mmirata fit-tul u li din għandha tkun espliċita, integrata b’mod orizzontali u vertikali, maniġġabbli u parteċipatorja. Għalhekk, il-KESE jqis li huwa kruċjali li jiġi żgurat li t-tranżizzjoni lejn l-2050 tkun imfassla u mwettqa bil-parteċipazzjoni sħiħa tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Bl-għan li tissaħħaħ id-demokrazija parteċipatorja, il-Kummissjoni jeħtieġ tirrifletti fuq id-dritt tagħha ta’ monopolju leġislattiv.

2.   Introduzzjoni

Fl-2016, il-Kummissjoni ppubblikat il-Komunikazzjoni tagħha dwar “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli”. Fl-Opinjoni tiegħu l-KESE jikkontribwixxi billi jagħmel rakkomandazzjonijiet għal strateġija li tindirizza l-isfidi li qed tiffaċċja l-Ewropa. L-Opinjoni titlob għal approċċ iffokat fuq il-persuni li jieħu inkunsiderazzjoni d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp minn perspettiva fit-tul. Dan l-approċċ għandu jegħleb il-perspettiva ta’ kunsiderazzjoni abbażi ta’ perjodu ta’ żmien qasir u l-ħsieb kompartimentalizzat prevalenti fl-istrateġiji attwali tal-UE.

3.   Megatendenza waħda u tliet kwistjonijiet globali

Fil-kuntest tad-diġitalizzazzjoni (megatendenza), se tkun strateġija ta’ sostenibbiltà li se jkollha tagħti tweġibiet għat-tliet kwistjonijiet imsemmija f’kapitolu 1 li huma globali fl-ambitu u li jaffettwaw l-Ewropa daqs il-kontinenti l-oħrajn kollha:

(1)

Kif għandhom jiġu ttrattati l-limitazzjonijiet planetarji u l-isfida ekoloġika globali, inklużi l-bidla fil-klima u t-telfien tal-bijodiversità?

(2)

Kif għandha tkun ir-reazzjoni għaż-żieda fl-inugwaljanzi soċjali f’dinja globalizzata?

(3)

U kif għandha tingħeleb l-erożjoni tal-appoġġ pubbliku għall-gvernijiet u l-istituzzjonijiet?

Is-soluzzjonijiet għal dawn il-problemi se jirrikjedu sforz konġunt mingħand dawk li jfasslu l-politika, il-politiċi u s-soċjetà ċivili. Barra minn hekk, ir-riskji u l-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni għandhom jingħataw attenzjoni speċjali. F’din it-taqsima, aħna nippreżentaw kwistjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati meta jinstabu soluzzjonijiet għat-tliet kwistjonijiet ewlenin (3).

3.1.   Megatendenza waħda: it-trasformazzjoni globali tal-ekonomija u tas-soċjetà permezz tad-diġitalizzazzjoni

3.1.1.

Il-pjattaforma ekonomija, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u l-Internet tal-oġġetti – l-iżviluppi globali f’dawn l-oqsma huma mifruxin u qed jaċċelleraw u xi darba jew oħra se jaffettwaw l-oqsma kollha tal-ekonomija u s-soċjetà. It-teknoloġija diġitali qed issir disponibbli għall-parti l-kbira tas-soċjetà, iżda xi gruppi jista’ ma jkollhomx aċċess għal dawn l-għodod diġitali estremament b’saħħithom.

3.1.2.

Il-konverġenza tat-teknoloġiji diġitali man-nanoteknoloġija, mal-bijoteknoloġija, max-xjenza tal-materjali, mal-ġenerazzjoni u l-ħażna tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll mal-quantum computing, għandha l-potenzjal li toħloq rivoluzzjoni industrijali ġdida (4). Sabiex l-Ewropa tersaq fuq quddiem fil-kompetizzjoni dinjija ġdida teknoloġika u ekonomika, hemm bżonn ta’ investimenti enormi u inizjattivi ġodda.

3.1.3.

Id-diġitalizzazzjoni għandha ħafna benefiċċji. Tagħti lok għal prodotti u servizzi ġodda li minnhom jibbenefikaw il-konsumaturi. Din għandha l-potenzjal li tgħin sabiex jintlaħqu wħud mill-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) billi tgħolli l-livelli tad-dħul globali, ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-persuni, toħloq opportunitajiet għal aktar mudelli demokratiċi u żżid l-għadd ta’ impjiegi ta’ kwalità, kif ukoll il-kompetittività ġenerali tal-UE – l-istess kif għamlu r-rivoluzzjonijiet industrijali preċedenti. Hemm ukoll perikli – ċerti studji jindikaw il-possibbiltà li d-diġitalizzazzjoni tista’ teqred ħafna iktar impjiegi milli tista’ toħloq.

3.1.4.

It-teknoloġija diġitali se tqarreb il-produzzjoni u l-konsum ħafna aktar lejn xulxin, filwaqt li timminimizza l-produzzjoni żejda. Dan għandu l-potenzjal li jnaqqas l-impronta ambjentali tal-UE. In-negozjar dirett ta’ oġġetti ekonomiċi – permezz ta’ tranżazzjonijiet bejn il-pari jew inkella permezz ta’ ekonomija ta’ kondiviżjoni – jista’ jnaqqas il-konsum tar-riżorsi. Pereżempju, it-teknoloġija diġitali tappoġġja t-tixrid ta’ servizzi tat-trasport kondiviżi u vetturi mingħajr sewwieq, li jistgħu jżidu s-sostenibbiltà ambjentali tas-sistemi ta’ mobilità tagħna.

3.1.5.

Madankollu, minnha nnifisha, id-diġitalizzazzjoni mhijiex sostenibbli. Hemm ostakli għad-dħul fis-suq u għall-ekonomiji ta’ skala li jistgħu jimpedixxu liċ-ċittadini milli jisfruttaw il-potenzjal tagħha. Id-diġitalizzazzjoni tista’ żżid l-inugwaljanza, b’mod partikolari minħabba l-potenzjal tagħha li tfixkel is-swieq tax-xogħol u l-propensità tagħha li toħloq polarizzazzjoni ma’ ħafna impjiegi li jirrikjedu ħiliet bażiċi jew medji suxxettibbli għall-awtomazzjoni. Ir-robotizzazzjoni u l-ekonomija tal-pjattaforma jistgħu jimponu theddida serja fuq bosta postijiet tax-xogħol Ewropej u dawn joħolqu riskji ġodda peress li l-maġġoranza tat-teknoloġiji rilevanti joperaw abbażi tad-data, inkluża b’mod speċjali d-data personali.

3.1.6.

L-opportunitajiet ġodda għall-ġenerazzjoni tal-ġid, li minnhom sikwit tibbenefika biss ċerta klassi ta’ nies: persuni b’livell għoli ta’ edukazzjoni b’ħiliet soċjali tajbin u tolleranza għal riskji għoljin. Il-benefiċjarji ewlenin tal-innovazzjonijiet diġitali għandhom it-tendenza li jkunu l-fornituri ta’ kapital intellettwali, finanzjarju u fiżiku: innovaturi, azzjonisti, investituri u ħaddiema bi kwalifiki għoljin. Hemm il-biża’ li t-teknoloġija diġitali se ssir waħda mir-raġunijiet ewlenin għall-istaġnar jew saħansitra għat-tnaqqis fid-dħul.

3.1.7.

Hemm bżonn ta’ politika attiva u komprensiva sabiex jiġu sfruttati l-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni, b’referenza għat-tliet problemi ewlenin deskritti hawn fuq. Ir-riskji li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni għandhom jiġu mmonitorjati u ġestiti wkoll. Il-KESE għandu jkompli jaħdem b’mod attiv fuq dawn il-kwistjonijiet.

3.2.   Il-limitazzjonijiet tal-pjaneta u l-isfida ekoloġika globali.

3.2.1.

Peress li l-Ewropa hija impenjata fil-ġlieda globali kontra tibdil fil-klima (jiġifieri l-Ftehim ta’ Pariġi) u hija favur il-protezzjoni tar-riżorsi naturali, din għandha bżonn b’mod urġenti li tnaqqas b’mod fundamentali l-impronta ambjentali tal-ekonomija tagħha. Il-kriżi ekoloġika diġà qed taffettwana. B’mod globali, it-tkabbir tal-popolazzjoni, it-tkabbir ekonomiku fit-tul ibbażat fuq il-karburanti fossili u l-użu insostenibbli tar-riżorsi u tal-art qegħdin ipoġġu pressjoni akbar fuq l-ambjent. Sfida ewlenija, riflessa wkoll fl-SDGs, hija li jiġi żgurat li l-iżvilupp ekonomiku jirrispetta l-limitazzjonijiet tal-pjaneta, kemm fir-rigward tal-protezzjoni tal-klima, l-użu u l-ġestjoni tar-riżorsi, il-kwalità tal-arja u tal-ilma, kif ukoll il-protezzjoni tal-bijodiversità terrestri u tal-baħar.

3.2.2.

Dekarbonizzazzjoni qawwija tal-ekonomija teħtieġ it-trasformazzjoni urġenti ta’ bosta setturi ekonomiċi. Din it-tranżizzjoni minn karburanti fossili għal sorsi ta’ enerġija rinnovabbli tirrikjedi aktar flessibbiltà fl-enerġija u għarfien espert. L-iżvilupp ġenerali ta’ enerġija mill-“prosumatur” (5) għandu jifforma wkoll parti importanti u sostenibbli mill-politika tal-UE dwar l-enerġija (6). Is-sistemi tat-trasport jirrikjedu bidliet strutturali permezz ta’ elettrifikazzjoni u car-sharing. L-akkomodazzjoni u l-infrastruttura għandhom bżonn jiġu aġġornati. Bijoekonomija avvanzata tista’ tkun fattur ewlieni li se jixpruna l-ekonomija biex issir ekoloġika.

3.2.3.

Jeħtieġ li l-Ewropa titbiegħed mill-mudell ekonomiku lineari attwali ta’ “ħu, agħmel, uża u armi” u timxi minflok lejn mudell ċirkolari li huwa ta’ natura restorattiva, li jiddependi fuq sorsi naturali rinnovabbli u li jżomm il-valur tal-prodotti, tal-materjali u tar-riżorsi fl-ekonomija fit-tul kemm jista’ jkun. Id-diġitalizzazzjoni tista’ tkun importanti f’dan il-kuntest (ara 3.1.4).

3.2.4.

It-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, ċirkolari u favur l-ambjent hija opportunità għall-UE sabiex iżżid il-kompetittività u r-reżiljenza tagħha. Din tista’ ttejjeb il-kwalità tal-ħajja u l-benesseri taċ-ċittadini tagħha. Din tnaqqas ukoll id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-karburanti u l-materja prima kritika u toħloq bażi stabbli għall-prosperità ekonomika.

3.2.5.

Madankollu, id-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika se jinvolvu sfidi soċjali (7), peress li l-postijiet tax-xogħol fl-industriji b’impronta ekoloġika għolja se jonqsu. Din għandha tiġi aċċettata bħala kompitu politiku strateġiku sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal li d-dekorbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika jimplikaw għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u t-titjib fis-sigurtà soċjali, sabiex b’hekk il-bilanċ nett ikun kemm jista’ jkun pożittiv.

3.2.6.

It-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju ġiet xprunata b’inizjattivi minn isfel għal fuq immexxijin miċ-ċittadini, l-awtoritajiet lokali, il-konsumaturi u l-intrapriżi innovattivi, fir-rigward tal-enerġija kif ukoll tal-ikel. Madankollu, minflok ma jiġu promossi inizjattivi rilevanti u minflok ma tiġi ġġenerata kritika massima madwar l-Ewropa, b’eżitu pożittiv għas-suq tax-xogħol u s-sigurtà soċjali, ta’ spiss il-progress ulterjuri jiġi mfixkel mis-sistemi amministrattivi u regolatorji. Mhuwiex magħruf b’mod wiesa’ li l-inizjattivi minn isfel għal fuq jistgħu jkunu għodda b’saħħitha sabiex jiġu eliminati l-problemi soċjali tad-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika. Sabiex jiġi żvelat dan il-potenzjal, hemm bżonn li jiġu eliminati l-ostakli strutturali li jipprevjenu lill-persuni b’nuqqas ta’ riżorsi milli jaċċessaw ir-riżorsi li jeħtieġu (b’mod partikolari informazzjoni kapitali u rilevanti).

3.3.   Iż-żieda tal-inugwaljanzi soċjali

3.3.1.

Filwaqt li l-globalizzazzjoni u l-progress teknoloġiku żiedu b’mod drammatiku l-kummerċ globali u l-ġid dinji, il-kombinazzjoni tal-globalizzazzjoni u tal-progress teknoloġiku kkontribwiet ukoll għal żieda fl-inugwaljanza soċjali (u ambjentali). Skont Oxfam, tmien individwi biss, li huma kollha rġiel, jipposjedu ġid daqs l-ifqar nofs tal-popolazzjoni tad-dinja.

3.3.2.

Fl-Ewropa, id-diskrepanza fl-inguwaljanza qed tiżdied. Skont studju reċenti tal-OECD, l-inguwaljanza fid-dħul laħqet l-ogħla livell li qatt intlaħaq fl-Ewropa. Fis-snin tmenin, id-dħul medju tal-aktar 10 % għonja tas-soċjetà kien seba’ darbiet ogħla minn dak tal-10 % l-aktar foqra. Illum, dan huwa 9,5 darbiet ogħla. L-inugwaljanza fil-ġid hija saħansitra ogħla: 10 % tal-unitajiet domestiċi l-aktar sinjuri għandhom 50 % tal-ġid totali, filwaqt li l-40 % l-inqas sinjuri għandhom ftit aktar minn 3 % (8).

3.3.3.

Waħda mir-raġunijiet għall-aggravar tal-inugwaljanza fl-Ewropa hija s-separazzjoni tat-tkabbir mid-dħul nett. Filwaqt li l-PDG taż-żona euro kiber b’aktar minn 16 % bejn l-2008 u l-2015 (aktar minn 17 % fl-UE-28), id-dħul nett disponibbli tal-unitajiet domestiċi staġna, peress li kiber bi 2 % biss għall-UE-28.

3.3.4.

Fl-24 pajjiż tal-OECD, il-produttività żdiedet b’27 % mill-1995, filwaqt li l-kumpens medju tax-xogħol waqa’ lura, peress li żdied b’22 % biss. Agħar minn hekk, iż-żieda fid-dħul mix-xogħol kienet iżgħar b’mod sinifikanti għall-grupp soċjali b’pagi nett aktar baxxi. Din l-inugwaljanza fil-paga aggravat matul l-aħħar 20 sena fil-pajjiżi Ewropej kollha minbarra Spanja. It-tendenza hija evidenti l-aktar fl-Ungerija, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka u r-Renju Unit (9).

3.3.5.

Hemm riskju li dan id-distakk se jikber minħabba n-natura dejjem tinbidel tax-xogħol. Pereżempju l-awtomazzjoni ta’ proċessi industrijali kumplessi permezz tar-robotika thedded li tnaqqas id-domanda għal ħaddiema mhux manwali b’ħiliet medji u anke livelli aktar baxxi ta’ ħaddiema mhux manwali b’ħiliet għolja, li attwalment iwettqu dawn il-kompiti kumplessi. Dan x’aktarx se jikkontribwixxi aktar għal polarizzazzjoni tas-suq tax-xogħol peress li l-impjiegi ġodda li jinħolqu se jaqgħu jew (anke) fil-grupp b’ħiliet għolja (l-iżvilupp u ż-żamma ta’ dawn il-prodotti/servizzi) jew fil-grupp b’ħiliet aktar baxxi orjentati aktar lejn is-servizz. Skont l-OECD, 9 % tal-impjiegi jinsabu f’riskju li jiġu awtomatizzati, filwaqt li għal 25 % oħrajn, nofs il-kompiti se jinbidlu b’mod sinifikanti.

3.3.6.

Ir-reazzjonijiet tal-gvernijiet għall-impatt tal-diġitalizzazzjoni għandhom it-tendenza li jkunu reattivi aktar milli proattivi u fil-parti l-kbira tagħhom huma diretti lejn il-mitigazzjoni tal-effetti sekondarji tad-diġitalizzazzjoni minflok ma jkunu mmirati biex jiġu utilizzati l-benefiċċji potenzjali tagħha. Ir-reazzjonijiet tal-gvernijiet hemm bżonn li jikkunsidraw aħjar l-isfida ta’ rappreżentanza u parteċipazzjoni tal-ħaddiema bħala aspett importanti tal-investiment fil-kapital uman f’suq tax-xogħol li qed jevolvi. Il-KESE jista’ jkompli janalizza bir-reqqa l-impatt tad-diġitalizzazzjoni fuq in-natura tax-xogħol.

3.4.   Gvernijiet u istituzzjonijiet li qed jitilfu l-appoġġ taċ-ċittadini

3.4.1.

Iż-żieda fl-inugwaljanza li parzjalment biss tirriżulta mill-globalizzazzjoni u l-progress teknoloġiku kkontribwiet għal telf ta’ fiduċja fil-gvernijiet, fl-istabbilimenti politiċi, fl-organizzazzjonijiet internazzjonali, fl-istituzzjonijiet u fil-governanza globali. Barra minn hekk, din ikkawżat żieda fil-movimenti populisti u deklin fil-partiti politiċi tradizzjonali. Fenomenu inkwetanti b’mod partikolari huwa l-assenteiżmu fost iż-żgħażagħ (biex ma nsemmux il-voti kontra s-sistema): fl-2015, kienu biss 63 % tal-Ewropej ta’ bejn il-15 u t-30 sena li vvotaw f’elezzjoni (10).

3.4.2.

Ħafna ċittadini Ewropej iħossuhom maqtugħin mit-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi fil-livell nazzjonali u Ewropew. Dawn jemmnu li l-proċessi demokratiċi tradizzjonali ma jippermettulhomx li jkollhom impatt fuq deċiżjonijiet fundamentali. L-approċċ b’diversi partijiet ikkonċernati (eż. skont l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli) huwa mudell demokratiku inklużiv u mod ta’ kif tingħeleb din l-isfiduċja.

3.4.3.

It-trasformazzjoni għas-sostenibbiltà ma tistax u ma għandhiex tiġi imposta “minn fuq”; din tirnexxi biss jekk tkun ibbażata fuq appoġġ wiesa’ u parteċipazzjoni attiva mill-maġġoranza tan-negozji, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-ħaddiema u ċ-ċittadini. Din għandha tkun kooperazzjoni “minn isfel għal fuq u minn fuq għal isfel”. Fit-tfassil tal-Aġenda 2030 intużaw alleanzi b’diversi partijiet ikkonċernati u dawn qegħdin jiżviluppaw fil-qasam tal-azzjoni klimatika (11). Dawn jistgħu jservu bħala pjan ta’ azzjoni għal mudell ta’ governanza demokratika inklużiv li jista’ jiġi applikat fis-setturi ta’ politika u jiffaċilitaw il-bidla u l-innovazzjoni trasformattivi.

3.4.4.

B’mod partikolari, il-ġenerazzjoni aktar żgħażugħa qed titlob forom mhux tradizzjonali ta’ impenn politiku, b’kuntrast għall-partiti politiċi u l-korpi konvenzjonali. Il-komunitajiet tal-enerġija, is-sħubiji bejn iċ-ċittadini u l-muniċipalitajiet għat-trawwim tal-effiċjenza enerġetika (eż. permezz ta’ mudelli ta’ kuntrattar) jew l-immaniġġjar tal-iskart, l-inizjattivi ta’ bliet fi tranżizzjoni, l-agrikoltura appoġġjata mill-komunità, il-blogs politiċi u formati online oħrajn, jew saħansitra l-inizjattivi tal-munita lokali huma forom alternattivi ta’ impenn politiku. Dawn il-forom ċertament mhux se jieħdu post ix-xogħol politiku tradizzjonali, iżda jistgħu jagħmlu kontribut importanti għas-soċjalizzazzjoni politika u l-integrazzjoni soċjali.

3.4.5.

L-użu tal-potenzjal tal-Internet huwa approċċ promettenti ieħor sabiex jiżblokka s-sitwazzjoni politika. L-informazzjoni qatt ma kienet disponibbli b’mod aktar liberu daqskemm hi fin-netwerk deċentralizzat mingħajr gwardjan klassiku. Dan jirriżulta fi sfidi ġodda għas-soċjetà, kif deher bil-fenomeni tal-aħbarijiet foloz jew li ma jiffokawx fuq il-fatti oġġettivi. Intant, bħalissa qegħdin nesperjenzaw ukoll żieda kbira ta’ forom mhux ġerarkiċi u alternattivi ta’ attiviżmu, kif ukoll użu qawwi ta’ netwerks soċjali online fost iċ-ċittadini, b’mod partikolari ż-żgħażagħ.

3.4.6.

Il-gvern elettroniku jista’ jwassal għal mudelli ta’ governanza li juru livell ta’ parteċipazzjoni pubblika mingħajr preċedent fit-tfassil tal-politika. L-UE għandha tħares lejn Stati Membri bħall-Estonja, fejn diġà sar progress konsiderevoli. Id-diġitalizzazzjoni tagħti ċ-ċans liċ-ċittadini jipparteċipaw fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet bi spiża relattivament baxxa. Madankollu, l-evidenza turi li teżisti wkoll “inklinazzjoni tal-klassi medja” (rappreżentazzjoni ogħla ta’ membri tal-klassi medja f’forums ta’ parteċipazzjoni) fir-rigward tal-parteċipazzjoni elettronika. Il-KESE jinsab f’qagħda tajba biex jidħol fi djalogu fil-livell tas-soċjetà ċivili dwar din il-kwistjoni.

4.   L-Ewropa li rridu

Ikkonfrontata bit-tliet kwistjonijiet globali u l-megatendenza tad-diġitalizzazzjoni ppreżentata hawn fuq, l-UE għandu jirnexxielha:

tisfrutta r-rivoluzzjoni diġitali sabiex tibni ekonomija ġdida u sostenibbli;

fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, ċirkolari u b’livelli baxxi ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, filwaqt li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għal kulħadd;

fil-bini ta’ mudell soċjali Ewropew reżiljenti;

fl-iżgurar ta’ sistema demokratika aktar deċentralizzata u aktar xprunata miċ-ċittadini, filwaqt li jsir użu tal-vantaġġi ta’ kooperazzjoni ekonomika ġusta f’livell globali.

4.1.

Il-KESE jemmen li l-SDGs, flimkien mal-Ftehim ta’ Pariġi (COP21), se jagħtu spinta lill-viżjoni tal-“Ewropa li rridu” (12)  (13). Hemm bżonn li l-Kummissjoni toħloq momentum għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-ftehimiet billi tiżviluppa l-politiki deskritti fil-komunikazzjoni tagħha “Passi li Jmiss” u tinkorporahom bis-sħiħ fil-qafas ta’ politika Ewropea u l-prijoritajiet tal-Kummissjoni attwali. “L-Ewropa li rridu”, bħall-Aġenda 2030 (jiġifieri l-SDGs), tqiegħed lill-individwu fil-qalba tas-soċjetà u l-ekonomija, u tagħti ċ-ċans lil kulħadd biex jiddeċiedi kif jixtieq jissodisfa l-ħtiġijiet tiegħu f’armonija mal-ambjent soċjali u ekoloġiku. Dan il-kunċett mhuwiex utopiku. Fir-realtà, l-Ewropa issa għandha l-mezzi teknoloġiċi u ekonomiċi biex twettaq din il-viżjoni: l-Internet tal-oġġetti u l-big data, il-kontroll ta’ proċessi kumplessi permezz ta’ applikazzjonijiet mobbli, “prosum” permezz tat-tnaqqis fl-iskala tal-produzzjoni u t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni (eż. enerġiji rinnovabbli, stampar 3D), modi ġodda ta’ tranżazzjoni u ta’ ħlas (blockchain, bitcoins u kuntratti intelliġenti), il-kooperattiviżmu u l-ekonomija ta’ kondiviżjoni bħala kunċetti kummerċjali ġodda u innovazzjonijiet oħrajn.

4.2.

Dawn l-innovazzjonijiet kollha għandhom il-potenzjal li jagħmlu l-viżjoni realtà, iżda dan jippreżumi strateġija li tipprovdi soluzzjonijiet għal tliet sfidi relatati mal-innovazzjoni. Din l-istrateġija tinkludi kunċett ġdid ta’ benesseri “lil hinn mill-PDG”, fejn l-prosperità ekonomika, l-inklużività soċjali, ir-responsabbiltà ambjentali u l-awtonomizzazzjoni ċivika jiġu segwiti b’mod integrat.

4.3.

“In-nuqqas ta’ azzjoni” mhijiex għażla: Jekk l-UE ma għandhiex ir-rieda jew mhijiex kapaċi tiżviluppa u timplimenta strateġija komprensiva, l-Ewropa mhux biss mhux se tissodisfa l-Aġenda 2030, iżda lanqas il-viżjoni ta’ “l-Ewropa li rridu”. Mingħajr ebda azzjoni, hemm riskju ta’ falliment fir-rigward ta’ kull sfida ewlenija: l-ordni tax-xogħol Ewropew se jinqered, id-dekarbonizzazzjoni u l-protezzjoni tar-riżorsi se jintemmu minħabba li l-ispejjeż soċjali tat-tranżizzjoni ekoloġika huma meqjusa għolja żżejjed u l-inugwaljanzi soċjali flimkien mal-aljenazzjoni se jiżdiedu, filwaqt li jimponu riskju għad-demokrazija.

4.4.

Huwa ferm importanti li l-istrateġija tinkludi b’mod preċiż rakkomandazzjonijiet tal-politika sabiex tgħin fl-indirizzar tat-tliet sfidi ewlenin li l-Ewropa tiffaċċja u b’hekk tagħmel l-“Ewropa li rridu” realtà.

5.   Sitt approċċi ta’ politika sabiex tinkiseb l-Ewropa li rridu

Hawnhekk, aħna nipproponu l-approċċi ta’ politika ewlenin li jipprovdu tweġibiet għat-tliet kwistjonijiet ewlenin (il-limitazzjonijiet planetarji, id-disparità soċjali, in-nuqqas ta’ appoġġ pubbliku) u l-megatendenza tad-diġitalizzazzjoni. Kull wieħed minn dawn l-approċċi jinkludi taħlita ta’ politiki li tinkludi sa sitt elementi:

l-innovazzjoni

ir-regolamentazzjoni/il-governanza

il-politika soċjali

l-aċċess miftuħ

l-edukazzjoni/it-taħriġ

ir-riċerka

Din it-taħlita ta’ politika għandha tiġi applikata f’mill-inqas erba’ oqsma ta’ politika: l-ekonomija ġusta, diġitali u ekoloġika (5.1), il-forom ġodda ta’ governanza (5.2), is-sostenibbiltà u s-settur finanzjarju (5.3) u l-promozzjoni tas-sostenibbiltà permezz tal-kummerċ internazzjonali (5.4). Aħna nipprovdu kwistjonijiet u kontribut li għandhom jiġu esplorati aktar mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-partijiet interessati fuq medda twila ta’ żmien.

5.1.   Ekonomija ġusta, diġitali u ekoloġika li tiġġenera l-prosperità u l-benessri

5.1.1.

Innovazzjoni: ir-rivoluzzjoni industrijali ġdida hija opportunità biex l-Ewropa ssir mexxej teknoloġiku u żżid il-kompetittività tagħha fis-swieq globalizzati. Il-ġenerazzjoni ta’ valur ekonomiku mingħajr spejjeż esterni għoljin għandha ssir il-mudell kummerċjali standard. Għandna bżonn kumpaniji innovattivi u profittabbli u l-intrapriżi biex jinvestu fi produzzjoni sostenibbli, li joħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja u biex tiġi ġġenerata l-bażi ekonomika dwar il-benessri tal-annimali. Għall-innovazzjonijiet li jikkontribwixxu għal Ewropa aktar sostenibbli, irid jiġi żviluppat qafas li jippremja lil dawk l-attivitajiet ekonomiċi mingħajr impronti esterni, jew li jnaqqsuhom b’mod radikali, jew b’konsum limitat tar-riżorsi. Dan jippermetti lill-innovaturi sostenibbli (kemm jekk huma ċittadini, negozji, bliet jew reġjuni) jikkompetu b’mod effettiv ma’ mudelli kummerċjali b’livell għoli ta’ sfruttar tar-riżorsi u/jew b’impronta ambjentali kbira. Appoġġ proattiv, eż. bl-aċċessibbiltà tal-mikrokreditu għall-SMES, iċ-ċittadini, l-unitajiet domestiċi privati, l-inizjattivi tal-komunità, in-negozji soċjali u l-mikrointrapriżi, għandu jingħata wkoll lill-innovaturi li joffru soluzzjonijiet ġodda għall-indirizzar tal-sfidi ambjentali u soċjali u li jaġixxu minn tal-ewwel biex jadottawhom (14). Hawnhekk, privattiva Ewropea unika tista’ tkun ta’ għajnuna, sakemm l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni ma jkunux projbittivi (15). Fir-rigward tal-SMEs, għandhom jiġu riveduti wkoll miżuri li fihom jingħata ċans ieħor sabiex jitnaqqas il-livell għoli attwali ta’ averżjoni għar-riskju fl-UE (16). Il-politika għandha tippermetti wkoll l-esperimentazzjoni madwar l-Ewropa kollha, b’mod partikolari fis-setturi tal-mobilità, l-iskart, l-enerġija, l-agrikoltura, l-edukazzjoni jew is-setturi tas-saħħa. Is-swieq ġodda jistgħu jinstabu permezz ta’ tranżizzjoni tal-akkwist pubbliku lejn servizzi diġitali, ekoloġiċi, ċirkolari u b’livelli baxxi ta’ emissjonijiet ta’ karbonju mogħtija b’mod soċjalment inklużiv.

5.1.2.

Regolamentazzjoni: qafas regolatorju għandu jissodisfa tliet għanijiet. L-ewwel, jeħtieġ li l-effetti esterni jiġu kkalkulati bl-aktar mod preċiż possibbli sabiex ikunu jistgħu jiġu żviluppati mudelli kummerċjali li jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ sostenibbiltà (17). It-tieni, ir-regolamenti għandhom jiggarantixxu li jiġu implimentati infrastrutturi diġitali żviluppati sew madwar l-Ewropa kollha, inkluż fiż-żoni rurali, kif ukoll li kulħadd jiġi pprovdut b’aċċess għalihom (inklużi tisħin intelliġenti, grilji tal-elettriku intelliġenti u netwerks tal-mobilità elettrika). Dawn għandhom jiġu ttrattati fis-sens legali bħala servizzi pubbliċi. Fl-aħħar, peress li d-diġitalizzazzjoni għandha t-tendenza li tiffavorixxi l-pjattaformi, hemm riskju ta’ monopolji fis-swieq diġitali ewlenin. Għalhekk, huma neċessarji politiki tal-antitrust attivi (18). Il-KESE ssuġġerixxa wkoll li l-Kummissjoni tikkunsidra modi kif il-pjattaformi Ewropej jistgħu jiġu promossi b’tali mod li jinżamm il-valur miżjud fl-ekonomiji lokali (19). Aġenzija tal-klassifikazzjoni indipendenti Ewropea għall-pjattaformi diġitali jista’ jkollha rwol importanti fl-ibbilanċjar tal-poter tas-suq tagħhom, filwaqt li topera bl-istess mandat fl-Istati Membri kollha biex tivvaluta l-governanza tal-pjattaformi fir-rigward tal-kompetizzjoni, l-impjieg u t-tassazzjoni (20).

5.1.3.

Politika soċjali: il-bidla kkawżata mid-dekarbonizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni (ara t-taqsima 3) huma sfida għas-sistemi tas-sigurtà soċjali f’termini ta’ ġestjoni tal-problema tat-telf tal-impjiegi u t-tnaqqis fid-dħul fiskali. Għalhekk jeħtieġ jiġu eżaminati u żviluppati approċċi u mudelli ġodda bl-għan li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-sigurtà soċjali fl-Istati Membri, u filwaqt li jingħata rispons għaċ-ċirkostanzi differenti tal-ħidma futura u jingħata appoġġ lill-ħaddiema u l-komunitajiet f’setturi u reġjuni affettwati mit-tranżizzjoni. Il-KESE kkunsidra l-isfidi tal-futur tax-xogħol fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u appella għal Strateġija koerenti tal-Impjiegi Ewropej li, fost l-oħrajn, tindirizza: l-investiment u l-innovazzjoni, l-impjieg u l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, il-kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti għal kulħadd, it-tranżizzjonijiet ġusti u bla intoppi appoġġjati minn politiki attivi tas-suq tax-xogħol, u l-involviment tal-partijiet interessati kollha, b’mod speċjali l-imsieħba soċjali. Barra minn hekk, l-investiment pubbliku għandu jappoġġja lill-komunitajiet, lir-reġjuni u lill-ħaddiema f’setturi li diġà qegħdin jiġu affettwati minn din it-tranżizzjoni, kif ukoll sabiex jiġu antiċipati u ffaċilitati r-ristrutturar u t-tranżizzjoni futuri għal ekonomija aktar ekoloġika u aktar sostenibbli (21).

5.1.4.

Aċċess miftuħ: l-isfruttar tal-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni għal ekonomija ekoloġika u ġusta jeħtieġ fuq kollox ftuħ ġenerali fl-ekonomija li jippermetti lill-persuni jieħdu sehem b’mod attiv u jibbenefikaw mill-opportunitajiet ta’ progress teknoloġiku (eż. il-kombinazzjoni ta’ data diġitali dwar l-enerġija mal-ġenerazzjoni tal-enerġija deċentralizzata). Għalhekk, huwa ferm importanti li jiġu eliminati l-ostakli għall-parteċipazzjoni ekonomika permezz ta’ swieq miftuħa, data miftuħa, sors miftuħ u standards miftuħa. Kull wieħed minn dawn l-elementi jrid jitqies bħala prinċipju ta’ gwida għall-programmi ta’ politika f’setturi strateġiċi: l-enerġija, it-trasport, il-loġistika u l-proċessi tal-produzzjoni. Jeħtieġ li l-kunċett tas-sovranità tad-data jiġi żviluppat u implimentat permezz tal-liġi Ewropea: iċ-ċittadini Ewropej għandu jkollhom id-dritt li jużaw id-data tagħhom stess għall-finijiet proprji tagħhom, sabiex jiddeterminaw liema data personali għandha tintuża minn partijiet terzi, jiddeċiedu kif tintuża d-data, ikunu infurmati dwar u jkollhom kontroll sħiħ tal-utilizzazzjoni tad-data u jħassru d-data.

5.1.5.

Edukazzjoni/taħriġ: kemm l-ekonomija ekoloġika kif ukoll l-ekonomija diġitali jirrikjedu ħiliet speċifiċi, b’mod partikolari minħabba li fil-futur, it-teknoloġija diġitali se tkun għodda importanti biex tintlaħaq id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija Ewropea (ara 3.1.4 u 3.2.3). Hemm bżonn li t-taħriġ għall-iżvilupp ta’ ħiliet formali u informali meħtieġa, inkluż fl-oqsma bħax-xogħol kollaborattiv/komunitarju u l-intraprenditorija (22), jiġi integrat fl-edukazzjoni ġenerali u fil-politiki tat-tagħlim tul il-ħajja. Aktar djalogu u analiżi jridu jitwettqu fuq din il-kwistjoni. L-użu mmirat tal-Fondi Strutturali huwa rrakkomandat sabiex jiġi żgurat appoġġ effettiv għall-indirizzar tad-diskrepanza attwali fil-ħiliet ekoloġiċi u diġitali, b’mod partikolari fir-reġjuni li diġà jinsabu fit-tranżizzjoni jew li se jiġu affettwati mit-tranżizzjoni fil-futur. Ir-riżorsi fis-sistemi edukattivi Ewropej se jkollhom jiġu diretti lejn l-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet f’oqsma fejn il-ħiliet umani mhumiex se jiġu sostitwiti minn sistemi ta’ intelliġenza artifiċjali jew fejn il-bnedmin huma meħtieġa biex jikkomplementaw dawk is-sistemi (jiġifieri kompiti fejn l-interazzjoni tal-bniedem hija vitali jew fejn il-bnedmin u l-magni jikkooperaw, kif ukoll kompiti li nixtiequ li l-bnedmin ikomplu jwettqu) (23).

5.1.6.

Ir-riċerka: ekonomija diġitali, ekoloġika u ġusta se tkun il-punt ta’ riferiment għal mudelli ekonomiċi li jgħoddu għall-futur. Politika ta’ riċerka mmirata sew, waħda li tkun imsejsa fuq analiżi tal-impatt ambjentali u soċjali tal-innovazzjonijiet, b’mod partikolari l-innovazzjonijiet diġitali, se tkun ir-rotta għal din l-ekonomija. F’dan il-kuntest, l-infiq għar-riċerka u l-iżvilupp għandu jkun disponibbli għall-innovaturi li jiżviluppaw teknoloġiji u servizzi diġitali ġodda li jindirizzaw l-isfidi ambjentali u/jew soċjali. Għandu jiġi żviluppat netwerk ta’ inkubaturi sabiex jappoġġjahom.

5.2.   Forom ġodda ta’ governanza

5.2.1.

L-innovazzjoni: il-parteċipazzjoni hija element ewlieni tad-demokrazija. L-elezzjonijiet u r-rappreżentanza huma metodu wieħed għall-organizzazzjoni tal-parteċipazzjoni, iżda hemm bżonn ta’ approċċi ġodda, innovattivi, inkluża l-parteċipazzjoni elettronika. Huwa importanti li t-tfassil tal-politika tradizzjonali jkun miftuħ għal forom mhux ġerarkiċi, soċjalment fluwidi u forom inqas formali ta’ attività politika, u li jrawwem inizjattivi xprunati mis-soċjetà ċivili u inizjattivi minn isfel għal fuq.

5.2.2.

Il-governanza: il-bidliet jirrikjedu djalogu trasparenti u aċċessibbli b’mod liberu bejn diversi partijiet ikkonċernati għall-proċessi leġislattivi kollha tal-UE fil-livell tal-UE u dak lokali. Is-“soċjetà ċivili” ma għandhiex titnaqqas għal soċjetà ċivili organizzata, iżda għandha tinkludi liċ-ċittadini kollha. Alleanzi ġodda huma ta’ importanzi partikolari għall-azzjoni klimatika u l-protezzjoni tar-riżorsi (24). Sabiex tissaħħaħ id-demokrazija parteċipatorja, il-kważi monopolju tal-Kummissjoni Ewropea fuq id-dritt tal-inizjattiva leġislattiva għandu jitneħħa favur aktar inizjattivi mill-Parlament Ewropew, flimkien ma’ inizjattivi leġislattivi minn isfel għal fuq, pereżempju billi jitneħħew il-problemi tekniċi, legali u burokratiċi fl-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (25).

5.2.3.

L-aċċess miftuħ: metodi ta’ crowdsourcing għal-leġislazzjoni kollha tal-UE huma approċċ adegwat sabiex jingħelbu l-ostakli strutturali li jagħmlu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE diffiċli. Meta jitfassal dan l-approċċ, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-aċċessibbiltà, l-inklużività u l-kontabbiltà. L-aċċess miftuħ għall-politika jista’ jkompli jiżdied permezz tal-pubblikazzjoni tal-attivitajiet u d-data kollha tal-UE b’mod online u faċli għall-utenti.

5.2.4.

It-taħriġ/l-edukazzjoni: il-programmi li jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini huma meħtieġa sabiex tiġi eliminata l-“inklinazzjoni (bias) tal-klassi medja” (ara t-taqsima 3.4.6) Tali programmi għandhom jiġu mfassla b’tali mod li jinvolvu dawk il-partijiet tal-popolazzjoni li għandhom it-tendenza li jastejnu minn parteċipazzjoni attiva fil-politika, l-ekonomija u s-soċjeta. Hemm bżonn li ssir enfasi fuq is-sensibilizzazzjoni u l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni bħala prinċipju bażiku tad-demokrazija fl-edukazzjoni ġenerali. Għandu jiġi rrimarkat li l-parteċipazzjoni attiva fil-proċessi tal-bini tar-rieda politika hija ta’ benefiċċju reċiproku għas-soċjetà u għaċ-ċittadin individwali, filwaqt li l-interessi u l-fehmiet tagħhom jittieħdu inkunsiderazzjoni. Hemm bżonn ta’ aktar finanzjament għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jmmiraw lejn dawk il-partijiet tal-popolazzjoni li mhumiex involuti u jsegwu l-għanijiet ta’ sostenibbiltà.

5.2.5.

Ir-riċerka: Jeħtieġ li x-xjenza soċjali tiffoka aktar fuq il-prattiki ta’ demokrazija alternattiva. Eżempju wieħed huwa l-possibbiltà tal-applikazzjoni ta’ metodoloġiji ta’ prototipi għall-politika. B’dan l-approċċ, is-soluzzjonijiet tal-politika jiġu mfassla fi żmien iqsar, imbagħad jiġu implimentati f’“suq ta’ ttestjar” u l-impatt tagħhom jiġi vvalutat eżattament wara abbażi tal-feedback miċ-ċittadini u l-partijiet interessati rilevanti oħrajn. Il-valutazzjoni tal-impatt isservi bħala bażi għal tibdil rilevanti fis-soluzzjonijiet tal-politika qabel ma jiġu implimentati.

5.2.6.

B’mod aktar ġenerali, hemm bżonn ta’ aktar riċerka dwar kif għandha tiġi riveduta r-rabta bejn l-għarfien espert (xjentifiku) u t-tfassil tal-politika u dwar kif għandha tiġi kkombinata l-integrazzjoni ta’ għarfien espert trasparenti u indipendenti bis-sħiħ fit-tfassil tal-politika bl-għan li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni ċivili.

5.3.   Is-sostenibbiltà u s-settur finanzjarju

5.3.1.

L-innovazzjoni: ekonomija diġitali, ekoloġika u ġusta tinkludi investiment enormi kemm f’faċilitajiet privati (eż. f’istallazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli jew fi stazzjonijiet tal-iċċarġjar għall-vetturi elettroniċi) u anke f’infrastruttura pubblika (eż. d-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tal-elettriku u tal-mobilità) Għalhekk, is-settur finanzjarju se jkollu rwol importanti biex jagħmel din l-innovazzjoni possibbli. Jeħtieġ li jiġu allokati riżorsi finanzjarji, inklużi riżorsi pubbliċi, għal investimenti li jappoġġjaw it-trasformazzjoni sostenibbli. Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-klima u tal-enerġija, hemm bżonn ta’ ambjent stabbli u prevedibbli u jeħtieġ li l-istrumenti finanzjarji innovattivi jikkatalizzaw finanzjament privat għal investimenti li mhumiex possibbli mod ieħor (26)  (27).

5.3.2.

Ir-regolamentazzjoni: l-għan tal-politika għandu jkun li tibni sistema finanzjarja privata aktar sostenibbli permezz tal-inklużjoni tal-fatturi tas-sostenibbiltà fil-valutazzjoni tar-riskji finanzjarji, l-estensjoni tar-responsabbiltajiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji għall-impatti mhux finanzjarji tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment, u ż-żieda tat-trasparenza fuq l-impatti soċjali u ambjentali tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment (28). Il-politiki għandhom jinkoraġġixxu wkoll lill-investituri biex jieħdu impenji volontarji biex jinvestu f’oġġetti li jsegwu prinċipji tas-sostenibbiltà. Għalhekk, l-ekoloġizzazzjoni tal-istandards bankarji hija essenzjali għat-tranżizzjoni tal-iffinanzjar privat minn investimenti konvenzjonali għal investimenti b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Il-banek ċentrali għandhom jiggwidaw l-allokazzjoni tal-kapital permezz ta’ politiki monetarji u mikroprudenzjali kif ukoll makroprudenzjali, inklużi l-istandards ta’ sostenibbiltà.

5.3.3.

Il-politika soċjali: l-unitajiet domestiċi se jsibu ruħhom taħt pressjoni bħala riżultat tad-diġitalizzazzjoni u tad-dekarbonizzazzjoni. Għalhekk, hemm bżonn ta’ riforma fiskali fundamentali sabiex jiżdied id-dħul disponibbli tal-unitajiet domestiċi u sabiex dan l-għan jiġi kkombinat mar-rekwiżiti tad-dekarbonizzazzjoni. Il-KESE jitlob sistema fiskali msejsa fuq l-internalizzar tal-ispejjeż ambjentali u l-użu ta’ dħul addizzjonali għat-tnaqqis tal-piż tat-taxxa fuq il-ħaddiema. It-tranżizzjoni għal tassazzjoni minn fuq ix-xogħol lejn ir-riżorsi tgħin sabiex jiġu kkoreġuti l-fallimenti tas-swieq, jinħolqu impjiegi ġodda sostenibbli u lokali, jiżdied id-dħul disponibbli tal-unitajiet domestiċi u jiġu inċentivizzati l-investimenti ekoinnovattivi (29).

5.3.4.

Ir-riċerka: s’issa, l-impatt tad-diġitalizzazzjoni u tat-tnaqqis fil-konsum tal-karburanti fuq il-finanzi pubbliċi (erożjoni fiskali) għadu mhux magħruf b’mod wiesa’. Ir-riċerka għandha tiffoka fuq dan l-aspett kif ukoll fuq il-kontribut ġenerali li politika ta’ finanzjament strateġiku tista’ tagħti lill-iżvilupp sostenibbli.

5.4.   Il-promozzjoni tas-sostenibbiltà permezz tal-kummerċ internazzjonaali

5.4.1.

L-innovazzjoni u l-opportunitajiet ta’ negozju: minħabba d-dimensjoni globali tat-tliet kwistjonijiet ewlenin, mhux se jkun biżżejjed li l-Ewropa ssir aktar sostenibbli permezz ta’ politika ċara dwar l-innovazzjoni. F’kooperazzjoni ma’ msieħba kummerċjali, l-Ewropa għandha tiżviluppa kunċetti ta’ innovazzjoni li jistgħu jiġu trasferiti lejn reġjuni oħra tad-dinja. Hawnhekk, il-kummerċ jista’ jgħin sakemm l-aspetti tas-sostenibbiltà jkunu kriterji ewlenin fil-politika kummerċjali internazzjonali, inklużi ftehimiet kummerċjali multilaterali u bilaterali. Għandu jiġi assenjat rwol speċjali lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO), li għandha tqis aktar il-politika ambjentali internazzjonali, bħall-Ftehim ta’ Pariġi jew il-Miri tal-Bijodiversità ta’ Aichi. Ladarba l-istandards rispettivi jkunu fis-seħħ, in-negozji, iċ-ċittadini, l-inizjattivi komunitarji, il-muniċipalitajiet u r-reġuni Ewropej ikunu jistgħu jiżviluppaw innovazzjonijiet importanti (prodotti u servizzi) li jistgħu jiġu esportati b’rispons għall-ħtieġa tad-dekarbonizzazzjoni u bl-użu tal-opportunitajiet ipprovduti mill-megatendenza tad-diġitalizzazzjoni. Dawn għandhom il-potenzjal li jsiru suċċessi tal-esportazzjoni. Fuq kollox, il-Kummissjoni Ewropea għandha taħdem mad-WTO u l-imsieħba ewlenin tagħha biex tagħmel użu mill-ftehimiet kummerċjali biex issaħħaħ l-ipprezzar tas-CO2 u kwalunkwe esternalità oħra li tagħmel ħsara lill-innovazzjoni sostenibbli.

5.4.2.

Ir-regolamentazzjoni: wieħed mis-sorsi taż-żieda fl-impronta ambjentali tal-ekonomiji tagħna huwa d-distanza dejjem tikber bejn il-postijiet tal-produzzjoni, tat-trasformazzjoni, tal-konsum u, xi drabi, tar-rimi/tal-irkupru tal-prodotti. Il-ħidma sabiex il-kummerċ internazzjonali jsir kompatibbli mal-iżvilupp sostenibbli tirrikjedi approċċ intelliġenti għal-liberalizzazzjoni li jikkunsidra u jsaħħaħ is-sistemi tal-produzzjoni lokali u fuq skala żgħira. Il-promozzjoni u l-appoġġ tal-politiki tal-ekonomija ċirkolari għandhom jiżguraw li s-sistemi jservu fit-tul, ikunu żgħar, lokali u nodfa. Għal attivitajiet industrijali speċifiċi, id-daqs taċ-ċirkwiti jista’ jkun kbir (30). Hemm bżonn li r-regolamentazzjoni tipprovdi tweġiba għal din il-problema permezz ta’ ftehimiet kummerċjali bilaterali u multilaterali.

5.4.3.

L-UE għandha tħeġġeġ lill-Bank Dinji u lill-Fond Monetarju Internazzjonali biex ikollhom rwol importanti fil-promozzjoni tar-riformi tas-sistema fiskali u finanzjarja sabiex b’hekk jinħoloq ambjent li jgħin lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jimmobilizzaw aktar ir-riżorsi proprji tagħhom. Dan għandu jinvolvi riforma fit-taxxa domestika, iżda dan ifisser ukoll il-mobilizzazzjoni tal-komunità internazzjonali fil-ġlieda komuni kontra l-evażjoni tat-taxxa, il-ħasil tal-flus u l-flussi illegali tal-kapital li qegħdin jirriżultaw fil-ħruġ ta’ aktar flus mill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp milli mill-ammont li jidħol permezz ta’ għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni Ewropea għandha tuża l-Aġenda 2030, infurmata mis-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli, bħala l-qafas għall-politiki u l-programmi esterni kollha ffinanzjati mill-UE (31).

5.4.4.

Il-politika soċjali: waħda mir-rotot għall-implimentazzjoni tal-SDGs u għall-promozzjoni ta’ politika kummerċjali progressiva li minnha jibbenefika kulħadd, hija permezz tal-implimentazzjoni ta’ approċċi ta’ diversi partijiet interessati dwar imġiba responsabbli fin-negozju. F’dawn l-approċċi n-negozji, l-NGOs, it-trejdjunjins, u l-gvernijiet jiddefinixxu flimkien kif tista’ tintlaħaq fil-prattika r-responsabbiltà favur ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem. Qed jiżdied it-tħassib dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-katini tal-provvista b’mod speċjali fir-rigward ta’ “minerali ta’ kunflitt” bħall-kobalt li jintuża fil-manifattura ta’ batteriji rikarikabbli li jintużaw fit-telefowns ċellulari, fil-laptops, fil-vetturi elettriċi, fl-inġenji tal-ajru u fl-għodod elettriċi. Il-kollaborazzjoni bejn diversi partijiet interessati hija kruċjali minħabba l-impenn għal tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, it-tkomplija fil-mixja lejn id-diġitalizzazzjoni u l-kumplessità ta’ mġiba responsabbli fin-negozju fil-ktajjen ta’ provvista internazzjonali. Għalhekk, il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon, u huwa lest li jkun sieħeb, fl-inizjattiva min-naħa tal-Gvern Netherlandiż biex tqajjem kuxjenza dwar l-azzjonijiet li jinvolvu diversi partijiet interessati jistgħu jgħinu biex ikun hemm fehim aħjar dwar mġiba responsabbli fin-negozju sinifikanti, speċjalment fi ktajjen tal-provvista kumplessi fejn it-tħaffir fil-minjieri isir bit-tfal jew b’xogħol tal’ skjavitù jew f’kondizzjonijiet perikolużi.

5.4.5.

L-aċċess miftuħ: ftehimiet kummerċjali ġodda għandhom ikunu msejsa fuq l-approvazzjoni miksuba permezz ta’ proċessi demokratiċi ġodda b’żieda fil-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-teħid konġunt tad-deċiżjonijiet. Il-kapitoli dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli (TSD) fil-ftehimiet kummerċjali eżistenti tal-UE mhux qed jiffunzjonaw tajjeb kif suppost. L-ewwel nett, il-kapitoli dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandhom jinkorporaw ftehimiet multilaterali globali (l-Aġenda 2030 u l-Ftehim ta’ Pariġi). It-tieni, il-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tas-soċjetà ċivili għandhom jiġu msaħħa u għandha tiġi inkluża analiżi minn perspettiva tas-soċjetà ċivili. It-tielet, il-mekkaniżmi ta’ infurzar għandhom japplikaw b’mod ugwali għall-kapitoli dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli infushom (32).

5.4.6.

Ir-riċerka: hemm bżonn ta’ aktar evidenza empirika sabiex jiġi vvalutat l-impatt tal-emerġenza rapida fil-kummerċ internazzjonali ta’ modi ġodda ta’ konsum u produzzjoni li qegħdin jestendu b’mod progressiv għas-servizzi transnazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq it-tassazzjoni transnazzjonali. Dan għandu jkun il-bażi għal deċiżjoni dwar jekk dawn għandhomx jiġu inklużi fir-regoli ġenerali tad-WTO jew jekk isirux parti mill-ftehimiet bilaterali u reġjonali, kif kien il-każ għall-Aġenda tax-Xogħol Deċenti.

5.4.7.

Aħna nfakkru lill-UE dwar ir-rakkomandazzjoni preċedenti tagħna li twettaq valutazzjoni sħiħa tal-impatt fuq l-effetti probabbli li l-implimentazzjoni tal-SDGs u tal-Ftehim ta’ Pariġi se jkollhom fuq il-politika kummerċjali tal-UE, inkluża l-agrikoltura.

6.   It-twaqqif ta’ strateġija għal ġejjieni Ewropew sostenibbli – erba’ kriterji

6.1.

Fit-taqsima 5, aħna identifikajna xi oqsma fejn huma meħtieġa miżuri politiċi sabiex tinbena Ewropa aktar sostenibbli f’kuntest soċjo-ekonomiku li qed jinbidel b’mod radikali. Jistgħu jiġu identifikati erba’ kriterji għall-istrateġija sostenibbli tal-Ewropa. Din trid tkun:

immirata lejn perjodu fit-tul;

espliċita;

integrata orizzontalment u vertikalment;

maniġġabbli;

Dawn l-erba’ kriterji huma mogħtija f’aktar dettal hawn taħt.

6.2.   Fokus fit-tul

6.2.1.

Ħsieb strateġiku jfisser l-iżvilupp ta’ perspettiva fit-tul imsejsa fuq il-viżjoni ta’ “l-Ewropa li rridu” deskritta fit-taqsima 4 u li tiġi stabbilita t-triq li għandha ssegwi l-Ewropa sabiex tagħmel din il-verżjoni realtà. Il-bidliet soċjali li rriżultaw mill-problemi globali u l-megatendenza tad-diġitalizzazzjoni deskritti fit-taqsima 3 se jibdew jidhru sa tliet deċennji oħra. Bosta deċiżjonijiet rilevanti, inklużi d-deċiżjonijiet tal-investiment, għandhom bżonn iż-żmien biex jibdew japplikaw. Għalhekk, il-perjodu ta’ tliet deċennji jidher li huwa raġonevoli għall-istrateġija tas-sostenibbiltà tal-Ewropa. L-għanijiet rilevanti u l-miżuri politiċi korrispondenti għandhom jiġu previsti fuq il-bażi ta’ dak iż-żmien (33). Dan l-approċċ ta’ “backcasting” ifisser li l-punt ta’ referenza jittieħed bħala xenarju tal-aħjar każ għall-2050 u li l-passi kollha li huma neċessarji sabiex jinkiseb dan l-aħjar każ huma identifikati minn dan ix-xenarju. Fokus fuq xenarju tal-aħjar każ jippermetti l-iżvilupp ta’ narrattiva pożittiva. It-tranżizzjoni mill-ekonomija intensiva fl-użu tar-riżorsi u tal-karbonju u mis-soċjetà ċentralizzata tas-seklu għoxrin ma tridx titqies bħala punittiva jew bħala t-tmiem tal-progress, iżda bħala era pożittiva u ġdida li toffri opportunitajiet attraenti għaċ-ċittadini.

6.3.   Espliċità

6.3.1.

Il-fokus fit-tul tal-istrateġija ta’ sostenibbiltà ma jimplikax li ma hemmx miżuri politiċi li għandhom jittieħdu fi żmien qasir. Minflok, element ċentrali tal-istrateġija ta’ sostenibbiltà għandu jkun li tiġi żviluppata l-katina ta’ miżuri politiċi li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi previsti għall-2050, li jibdew bil-programmi politiċi li jidħlu fis-seħħ fuq medda twila ta’ żmien, il-pjani ta’ politika b’effetti fuq terminu medju u l-miżuri speċifiċi mmirati lejn il-perjodu qasir. Sabiex jinkiseb l-ogħla livell ta’ effettività possibbli, jeħtieġ li tiġi identifikata b’mod ċar il-ġerarkija bejn il-programmi politiċi, il-pjani ta’ politika u l-miżuri politiċi. Fl-approċċi preċedenti għas-sostenibbiltà, speċjalment dawk żviluppati skont l-Istrateġija ta’ Lisbona u l-Istrateġija Ewropa 2020, kien hemm nuqqas ċar ta’ espliċità fir-rigward tal-miżuri politiċi speċifiċi. F’dan ir-rigward, l-istrateġija tas-sostenibbiltà Ewropea għandha tieħu l-Istrateġija ta’ Gothenburg għall-Iżvilupp Sostenibbli (34) bħala referenza, bl-enfasi ċara tagħha fuq il-miżuri politiċi li kienet imġedda fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Pjattaforma għall-azzjoni  (35).

6.4.   Integrazzjoni orizzontali u vertikali

6.4.1.

F’dak li għandu x’jaqsam mar-realizzazzjoni tal-approċċi politiċi deskritti fit-taqsima 5 u mal-implimentazzjoni tal-miżuri politiċi differenti stabbiliti fit-taqsima 5, ħaġa waħda għandha tittieħed b’serjetà kbira: ir-rabta mill-qrib tat-tliet sfidi globali mal-megatendenza tad-diġitalizzazzjoni. Għalhekk, strateġija ta’ suċċess trid tevita l-mod ta’ ħsieb kompartimentalizzat u tkun integrata orizzontalment, u tkopri s-sitt oqsma ta’ politika kollha. Tali strateġija komprensiva fit-tul tista’ sservi bħala suċċessur għall-istrateġija Ewropa 2020 attwali, filwaqt li tikkombina l-implimentazzjoni tas-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli universali, u tirrifletti impenn qawwi lejn il-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, mal-prijoritajiet tax-xogħol tal-Kummissjoni Ewropea (36).

6.4.2.

Politika ta’ sostenibbiltà ta’ suċċess trid tkun ukoll vertikalment olistika. L-iżvilupp sostenibbli se jkollu bżonn appoġġ fil-livelli politiċi kollha rilevanti (lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropew u globali). Għalhekk, jeħtieġ li jiġi definit b’mod ċar f’liema livelli politiċi għandhom jittieħdu l-passi rilevanti stabbiliti fil-qafas strateġiku. Il-KESE jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ qafas għal governanza u koordinazzjoni flimkien mal-istrateġija sabiex tiġi żgurata koerenza bejn il-miżuri ċentralizzati u deċentralizzati, kif ukoll sabiex is-soċjetà ċivili organizzata tiġi involuta fil-livelli nazzjonali u reġjonali. Is-Semestru Ewropew għandu jiġi żviluppat aktar sabiex jinkorpora mekkaniżmu għall-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-SDGs vertikalment.

6.5.   Maniġġabbiltà

6.5.1.

L-iżvilupp tas-sostenibbiltà jeħtieġ ġestjoni politika. Abbażi tal-għanijiet imkejla previsti għall-2050 (ara l-punt 6.2), għandhom jiġu stabbiliti miri intermedji li jservu bħala stadji importanti. Hija meħtieġa evalwazzjoni kontinwa sabiex jiġi mmonitorjat jekk il-katina ta’ miżuri politiċi espliċiti (ara l-punt 6.3) hijiex qed tipproduċi r-riżultati maħsuba. F’każ li r-riżultati ma jilħqux l-objettivi u l-miri, ikun meħtieġ li jiġi żgurat l-allinjament immedjat tal-miżuri politiċi.

6.5.2.

Sabiex jiġi vvalutat il-progress f’termini tal-qafas strateġiku fit-tul u x-xenarju tal-aħjar każ għall-2050, hija meħtieġa tabella ta’ valutazzjoni (scorecard) estensiva li tkun tirrifletti l-approċċ multisettorjali u kumpless deskritt f’din l-Opinjoni. Din it-tabella ta’ valutazzjoni għandha tinkludi indikaturi mis-sitt oqsma ta’ politika kollha sabiex tkun tirrifletti l-interkonnettività tat-tliet problemi globali u l-megatendenza tad-diġitalizzazzjoni deskritti fit-taqsima 2. Approċċ strateġiku u ġenwin ta’ sostenibbiltà se jkun possibbli biss jekk jitwettaq il-kompitu analitiku ħafna tal-iffissar ta’ indikaturi xierqa u l-inklużjoni tagħhom f’“tabella ta’ valutazzjoni olistika”. Jeħtieġ li tiġi ġestita wkoll il-koordinazzjoni orizzontali u vertikali tal-politika dwar is-sostenibbiltà (ara l-punt 6.4). Dawn it-tliet kompiti (il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, l-allinjament tal-miżuri politiċi u l-koordinazzjoni tal-integrazzjoni orizzontali u vertikali), jirrikjedu korpi amministrattivi li jistgħu jinżammu responsabbli. Waħda mis-soluzzjonijiet tista’ tkun direttorat ġenerali fil-livell tal-UE u korpi simili fil-livell nazzjonali.

6.5.3.

Barra minn hekk, il-KESE jirrikonoxxi li f’dinja li qed tinbidel malajr, jeħtieġ li l-komunitajiet jiġu evalwati b’indikaturi differenti mit-tkabbir ekonomiku. Għalhekk, il-KESE ssuġġerixxa li jintuża punt ta’ riferiment ġdid: “il-progress tas-soċjetajiet”. Din il-miżura tqis fatturi oħra minbarra t-tkabbir ekonomiku biex tivvaluta l-progress tal-komunità. Il-progress tas-soċjetajiet għandu jitqies bħala punt ta’ riferiment komplementarju għal dak tat-tkabbir ekonomiku, li jipprovdi stampa usa’ tas-sitwazzjoni fi ħdan komunità (37).

Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  SWD(2016) 390 final (mhux disponibbli bil-Malti).

(2)  Rimarki mis-Segretarju Ġenerali tan-NU fil-Forum Politiku ta’ Livell Għoli ta’ Lulju 2017 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli.

(3)  L-Ewwel Viċi President Frans Timmermans fis-sessjoni plenarja tal-KESE tal-15 ta’ Diċembru 2016.

(4)  Opinjoni tal-KESE dwar Suq intern diġitali inklużiv, ĠU C 161, 6.6.2013, p. 8.

(5)  Konsumaturi tal-enerġija attivi li jikkonsmaw kif ukoll jipproduċu l-elettriku.

(6)  Opinjoni tal-KESE dwar Kooperattivi tal-Prosumaturi fil-Qasam tal-Enerġija u l-Elettriku, ĠU C 34, 2.2.2017, p. 44.

(7)  Opinjoni tal-KESE dwar Il-Ġustizzja Klimatika, NAT 712 (ara paġna 22 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  OECD: “Understanding the Socio-Economic Divide in Europe” (Il-Fehim tad-Diviżjoni Soċjoekonomika fl-Ewropa). Rapport ta’ Sfond 2017.

(9)  Schwellnus, C., Kappeler, A. u Pionnier, P.: OECD Working Papers (Dokumenti ta’ Ħidma tal-OECD). Decoupling of Wages from Productivity: Macro-Level Facts.

(10)  Ewrobarometru.

(11)  Opinjoni tal-KESE dwar Koalizzjoni sabiex jiġu ssodisfati l-impenji tal-Ftehim ta’ Pariġi; ĠU C 389, 21.10.2016, p. 20.

(12)  Building the Europe We Want (Nibnu l-Ewropa li Rridu), studju mill-Forum ta’ Partijiet Interessati għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 2015.

(13)  Common appeal to European leaders by European Civil Society Organisations and Trade Unions (Appell komuni lill-mexxejja Ewropej mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tas-Soċjetà Ċivili u t-Trejdjunjins), 21 ta’ Marzu 2017.

(14)  Opinjoni tal-KESE dwar Mudelli ekonomiċi sostenibbli ġodda, SC/048 (ara paġna 57 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(15)  Opinjoni tal-KESE dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ĠU C 230, 14.7.2015, p. 72.

(16)  Opinjoni tal-KESE dwar Il-mexxejja li jmiss tal-Ewropa: l-Inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu, ĠU C 288, 31.8.2017, p. 20.

(17)  Opinjoni tal-KESE dwar Żvilupp sostenibbli: immappjar tal-politiki interni u esterni tal-UE, ĠU C 487, 28.12.2016, p. 41.

(18)  Opinjoni tal-KESE dwar L-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, ĠU C 71, 24.2.2016, p. 65.

(19)  Opinjoni tal-KESE dwar In-natura dejjem tinbidel tar-relazzjonijiet tax-xogħol u l-impatt tagħha fuq iż-żamma ta’ paga li tiggarantixxi l-għajxien, ĠU C 303, 19.8.2016, p. 54.

(20)  Opinjoni tal-KESE dwar l-Ekonomija Kollaborattiva, ĠU C 75, 10.3.2017, p. 33.

(21)  ĠU C 125, 21.4.2017, p. 10.

(22)  Opinjoni tal-KESE dwar Il-promozzjoni tal-kreattività, l-intraprenditorija u l-mobbiltà fl-edukazzjoni u t-taħriġ,ĠU C 332, 8.10.2015, p. 20.

(23)  Opinjoni tal-KESE dwar L-intelliġenza artifiċjali, ĠU C 288, 31.8.2017, p. 1.

(24)  Opinjoni tal-KESE dwar Koalizzjoni sabiex jiġu ssodisfati l-impenji tal-Ftehim ta’ Pariġi; ĠU C 389, 21.10.2016, p. 20.

(25)  Opinjoni tal-KESE dwar L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (reviżjoni), ĠU C 389, 21.10.2016, p. 35.

(26)  ĠU C 75, 10.3.2017, p. 57.

(27)  Opinjoni tal-KESE dwar Strumenti bbażati fuq is-suq – Ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fl-UE, ĠU C 226, 16.7.2014, p. 1 (il-punt 3.9.4).

(28)  Ir-rapport tal-UNEP dwar “Building a Sustainable Financial System in the European Union” (Il-bini ta’ Sistema Finanzjarja Sostenibbli fl-Unjoni Ewropea) Inkjesta tal-UNEP u t-2 Inizjattiva ta’ Investiment, Marzu 2016; ara wkoll rapporti oħrajn dwar il-finanzjament sostenibbli fuq http://web.unep.org/inquiry.

(29)  Opinjoni tal-KESE dwar Strumenti bbażati fuq is-suq – Ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fl-UE, ĠU C 226, 16.7.2014, p. 1 (il-punt 1.3).

(30)  Opinjoni tal-KESE dwar il-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari, ĠU C 264, 20.7.2016, p. 98, (il-punt 1.3).

(31)  Opinjoni tal-KESE dwar L-Aġenda 2030 – Unjoni Ewropea impenjata għall-iżvilupp sostenibbli globalment, ĠU C 34, 2.2.2017, p. 58.

(32)  Opinjoni tal-KESE dwar Kummerċ għal Kulħadd – Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment, ĠU C 264, 20.7.2016, p. 123, (il-punt 1.9).

(33)  Id-deċiżjoni tal-UNFCCC li takkumpanja l-Ftehim ta’ Pariġi ssemmi “strateġiji ta’ żvilupp għal livelli baxxi ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra għat-tul sa nofs is-seklu” (il-paragrafu 35).

(34)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Ewropa Sostenibbli għal Dinja Aħjar: Strateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli, COM(2001) 264.

(35)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-reviżjoni tal-Istrateġija ta’ Żvilupp Sostenibbli – Pjattaforma għall-azzjoni, COM(2005) 658 final.

(36)  Opinjoni tal-KESE dwar Il-passi li jmiss għal futur Ewropew sostenibbli — Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà, ĠU C 345, 13.10.2017, p. 91.

(37)  Opinjoni tal-KESE dwar Il-PDG u lil hinn minnu – l-involviment tas-soċjetà ċivili fl-għażla ta’ indikaturi komplementari, .ĠU C 181, 21.6.2012, p. 14.


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/57


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Mudelli ekonomiċi sostenibbli ġodda”

(opinjoni esploratorja)

(2018/C 081/08)

Relatur:

Anne CHASSAGNETTE

Korelatur:

Carlos TRIAS PINTÓ

Konsultazzjoni

Kummissjoni Ewropea, 7.2.2017

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

 

 

Kummissjoni kompetenti

Sottokumitat “Mudelli ekonomiċi sostenibbli ġodda”

Adottata fis-sottokumitat

25.9.2017

Adottata fis-sessjoni plenarja

18.10.2017

Sessjoni plenarja Nru

529

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

187/3/4

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-mudell ekonomiku bbażat fuq l-iskema “estrazzjoni, produzzjoni, pussess, rimi” qed jiġi ddubitat minħabba ż-żieda fl-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali li jaffettwaw l-Ewropa.

1.2.

Qegħdin nassistu għall-ħolqien ta’ ekonomija ibrida fejn l-arkitettura tradizzjonali tas-suq qed taffaċċja l-kompetizzjoni mill-invażjoni ta’ għadd kbir ta’ mudelli ġodda li jbiddlu r-relazzjonijiet bejn il-produtturi, id-distributuri u l-konsumaturi.

1.3.

Minbarra l-profittabbiltà ekonomika, uħud minn dawn il-mudelli ġodda bħall-ekonomija funzjonali, kollaborattiva jew finanzjarja responsabbli jfittxu li jwieġbu – jew jaħsbu li jwieġbu – għal kwistjonijiet importanti oħra għall-persuni u għad-dinja u li huma essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli, bħal pereżempju:

il-ġustizzja soċjali;

il-governanza parteċipattiva;

il-preservazzjoni tar-riżorsi u tal-kapital naturali.

1.4.

Għall-Unjoni Ewropea (UE), is-sostenn ta’ dawn l-innovaturi hija l-okkażjoni sabiex issir mexxejja ta’ mudelli ekonomiċi innovattivi li permezz tagħhom il-kunċetti ta’ prosperità ekonomika, ta’ protezzjoni soċjali ta’ kwalità u ta’ sostenibbiltà ambjentali jsiru inseparabbli u jimponu “marka Ewropea”. Għaldaqstant l-UE trid tkun ambizzjuża f’dak li jirrigwarda din il-kwistjoni.

1.5.

Biex dan isir, din l-opinjoni tagħmel l-10 rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

1.5.1.

Tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar tal-ħidma fi ħdan l-UE fuq l-ekonomija sostenibbli permezz tal-ħolqien ta’ struttura permanenti tal-ekonomija sostenibbli l-ġdida. Din l-istruttura ser tkun mgħammra b’mezzi ta’ valutazzjoni u ta’ komunikazzjoni, sabiex issegwi l-iżvilupp tal-mudelli ekonomiċi l-ġodda li għandhom il-potenzjal ta’ żvilupp sostenibbli u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ifformulati f’dan id-dokument. Struttura bħal din tippromovi d-djalogu bejn id-diversi partijiet interessati fuq skala Ewropea. Il-KESE jista’ jikkontribwixxi għal dan l-isforz billi joħloq fi ħdanu osservatorju tal-ekonomija l-ġdida, kif diġà ġie rrakkomandat f’diversi opinjonijiet.

1.5.2.

L-awtoritajiet pubbliċi tal-UE għandhom jappoġġjaw ir-riċerka, speċjalment ir-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli  (1) , sabiex:

ikun hemm fehim akbar dwar l-impatti reali tas-sostenibbiltà tal-mudelli ekonomiċi l-ġodda, tul iċ-ċiklu ta’ ħajja, u titkompla r-riċerka dwar l-ostakli għall-iżvilupp tal-mudelli l-ġodda;

jiġu żviluppati indikaturi għall-monitoraġġ ta’ tali mudelli ekonomiċi ġodda u tiġi msaħħa l-viżibbiltà tagħhom.

1.5.3.

Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-mudelli l-ġodda jissodisfaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà. Wara l-kunċetti tal-ekonomija sostenibbli l-ġdida, ċerti atturi jiżviluppaw mudelli li mhux bilfors ikunu sostenibbli fl-aspetti kollha. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra mhux biss l-opportunitajiet iżda wkoll ir-riskji potenzjali u l-pressjonijiet ta’ ċerti mudelli ekonomiċi ġodda, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet soċjali, tar-regolazzjoni tax-xogħol u tal-kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa inġusta.

1.5.4.

L-UE għandha tinkoraġġixxi u tappoġġja l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-informazzjoni biex jitjieb l-għarfien tal-mudelli ekonomiċi sostenibbli ġodda u tar-rwol tal-finanzi sostenibbli fost l-atturi kollha. Dan ifisser li ssir enfasi fuq il-kompatibbiltà u possibbilment kwalunkwe tensjoni u arbitraġġ li jeżistu bejn il-kwistjonijiet tas-sostenibbiltà, minn naħa, u l-profittabbiltà ekonomika, min-naħa l-oħra.

1.5.5.

Il-Kummissjoni trid tanalizza u tikkomplementa (mingħajr ma tissostitwixxi) l-inizjattivi privati li għandhom l-għan li jippromovu l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-esperjenzi bejn l-innovaturi, permezz ta’ netwerks, pjattaformi tal-Internet, konferenzi, eċċ. Il-KESE diġà jappoġġja dan it-tip ta’ inizjattivi billi, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, imexxi pjattaforma ġdida dwar l-ekonomija ċirkolari.

1.5.6.

L-awtoritajiet pubbliċi tal-UE għandhom jiżguraw li l-imħuħ wara l-mudelli ekonomiċi sostenibbli ġodda jkollhom aċċess għall-finanzjament fl-ewwel stadji tal-iżvilupp u fil-monitoraġġ tal-iżvilupp tagħhom. Huma għandhom bżonn għodod u definizzjonijiet biex jingħataw aċċess privileġġat għal mezzi ta’ finanzjament pubbliku u/jew biex jiġi iffaċilitat l-iffinanzjar tagħhom permezz ta’ investituri li huma soċjalment responsabbli.

1.5.7.

Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tiffavorixxi l-ittestjar tal-mudelli l-ġodda permezz ta’ fond ta’ finanzjament tal-innovazzjoni dedikat għall-mudelli sostenbbli u miftuħ għal sħubiji pubbliċi-privati. Għal dan il-għan, il-KESE jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota sabiex jinħoloq valur komuni u jiġu integrati n-netwerks tal-ekonomija l-ġdida.

1.5.8.

L-awtoritajiet pubbliċi tal-UE għandhom jintegraw lill-imħuħ wara dawn il-mudelli ekonomiċi ġodda fil-politiki settorjali diġà eżistenti tal-UE sabiex dawn jingħataw aktar viżibbiltà u jinħoloq “effett ta’ lieva” adatt għall-iskjerament tagħhom. B’hekk, fil-pakkett ta’ mobbiltà li qed jitfassal, jista’ jkun interessanti li jiġu appoġġjati l-mudelli ġodda ta’ kondiviżjoni tal-użu tal-karozza (ta’ car-pooling jew car-sharing) sabiex jikkomplementaw l-offerta tat-trasport pubbliku.

1.5.9.

B’mod ġenerali, l-UE għandha tistabbilixxi qafas politiku, fiskali u regolatorju sabiex tappoġġja l-iskjerament ta’ dawn il-mudelli sostenibbli ġodda fuq skala kbira, u għandha wkoll:

tiftaħ is-suġġett fil-livell politiku u tfassal viżjoni ċara li tqis is-sostenibbiltà bħala l-pedament tal-immodernizzar tal-mudell soċjali u ekonomiku tagħha;

tinkoraġġixxi l-integrazzjoni tal-esternalitajiet soċjoambjentali fil-loġika ekonomika u xxaqleb it-tassazzjoni tal-Istati Membri lejn tassazzjoni ambjentali. Sakemm dawn l-esternalitajiet ma jiġux integrati fil-prezzijiet, il-prodotti u s-servizzi tal-ekonomija lineari se jibqgħu jiddominaw l-ekonomija tagħna;

tiżviluppa qafas regolatorju li jippromovi l-konsum u l-produzzjoni sostenibbli billi żżid it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-setturi kemm eżistenti kif ukoll dawk ġodda sabiex l-impatti soċjali u ambjentali jitqiesu tul il-katina tal-valur kollha.

1.5.10.

Jenħtieġ li jitfassal mill-ġdid il-mod kif jaħdem is-settur finanzjarju biex isir sostenibbli u jiġi definit mill-ġdid il-kunċett ta’ riskju b’mod li jkun jinkludi l-isfidi fit-tul, dawk ambjentali, soċjali u dawk ta’ governanza, fil-livell mikro u makro. L-atturi kollha tal-katina tal-valur finanzjarju (il-konsumaturi, il-banek, l-investituri, ir-regolaturi, il-gvernijiet) għandhom jieħdu sehem f’dan it-tfassil mill-ġdid. Dan ser iwassal biex ir-riżultati tal-investiment u tas-self jiġu allinjati aħjar mal-preferenzi tal-konsumaturi kkonċernati. Il-KESE jipproponi l-ħolqien ta’ pjattaforma (“hub”) li tipprovdi informazzjoni oġġettiva lill-konsumaturi li tiggwidahom rigward dawn is-suġġetti.

2.

Kummenti ġenerali: il-ħtieġa li jiġu favoriti l-innovaturi li jipproponu mudelli ekonomiċi sostenibbli ġodda fl-Ewropa

2.1.

Is-sostenibbiltà tal-mudell ekonomiku tagħna – jiġifieri l-kapaċità tiegħu li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-ġenerazzjonijiet attwali mingħajr ma jikkomprometti l-kapaċità tal-ġenerazzjonijiet futuri sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom stess – hija diskussa dejjem aktar (2).

2.2.

Fuq livell ekonomiku, il-qgħad tal-massa li jippersisti f’ċerti pajjiżi jirrifletti d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom ċerti kategoriji tal-popolazzjoni biex jaċċessaw suq tax-xogħol li jevolvi b’ritmu mgħaġġel. It-tnaqqis fil-kapaċità tal-akkwist u t-tkabbir dgħajjef f’ċerti pajjiżi żviluppati jqajmu mistoqsijiet dwar l-għanijiet li l-mudell ekonomiku tagħna għandu jaspira għalihom.

2.3.

Fuq livell soċjali, iż-żieda fl-inugwaljanza tqajjem il-kwistjoni tad-distribuzzjoni u l-kondiviżjoni ġusta tar-riżorsi (ekonomiċi u naturali). L-esklużjoni ta’ parti mis-soċjetà mill-benefiċċji ta’ tkabbir tħeġġeġ li l-metodi ta’ governanza tagħna jiġu riveduti sabiex jitwaqqaf mudell ekonomiku aktar inklużiv u parteċipattiv.

2.4.

Fuq livell ambjentali, ir-riskji marbutin mat-tibdil fil-klima jitfgħu dubji dwar id-dipendenza tagħna fuq l-enerġiji li jemettu l-aktar CO2. Il-linearità tas-sistemi ta’ produzzjoni u ta’ konsum tagħna twassal għall-isfruttar żejjed tar-riżorsi naturali u għall-erożjoni tal-bijodiversità. It-tniġġis iġġenerat mill-attivitajiet ekonomiċi tagħna għandu impatti fuq l-ambjent kif ukoll fuq il-benesseri taċ-ċittadini.

2.5.

F’dan il-kuntest, il-mudell ekonomiku attwali huwa kkontestat bid-dehra ta’ għadd ta’ innovaturi li għandhom “mudelli ekonomiċi ġodda”.

2.5.1.

Dawn il-mudelli ġodda, li jistgħu jistrieħu fuq it-teknoloġiji ġodda u speċjalment dik diġitali, qed ibiddlu r-relazzjonijiet bejn il-produtturi, id-distributuri u l-konsumaturi, li kultant isiru “prosumaturi”. Qegħdin jaqilbu ċerti kunċetti tradizzjonali, bħal dak tal-impjegat, filwaqt li joffru forom ta’ xogħol aktar flessibbli u kondiviżi. Għalkemm huma deskritti bħala “ġodda”, fil-verità jistgħu jġeddu prattiki qodma.

2.5.2.

Din l-opinjoni tirrigwarda l-mudelli ekonomiċi ġodda kollha li, minbarra li jfittxu l-profittabbiltà ekonomika, jfittxu wkoll – jew jaħsbu li – iwieġbu għal kwistjonijiet ċentrali oħrajn tal-iżvilupp sostenibbli li huma:

il-ġustizzja soċjali (rispett għad-dinjità tal-bniedem, aċċess akbar għall-beni u s-servizzi, tqassim ġust tar-riżorsi, prezz ġust, solidarjetà);

metodu ta’ governanza parteċipattiv (parteċipazzjoni akbar tal-impjegati u tal-konsumaturi fil-funzjonament u l-linji gwida strateġiċi tal-kumpanija, metodu ta’ produzzjoni u konsum aktar marbut mal-ħtiġijiet reali tal-popolazzjonijiet u mar-realtajiet tat-territorji);

il-preservazzjoni tar-riżorsi u tal-kapital naturali (diżakkoppjar bejn il-prosperità ekonomika u l-użu tar-riżorsi u l-integrazzjoni tal-esternalitajiet negattivi ambjentali).

2.5.3.

L-intraprendituri innovattivi li jipproponu mudelli ekonomiċi ġodda meqjusa aktar sostenibbli jingħaqdu flimkien fir-rigward ta’ bosta kunċetti komuni għalihom bħall-ekonomija ċirkolari, l-ekonomija funzjonali, l-ekonomija ta’ kondiviżjoni, l-ekonomija tal-ġid komuni, il-finanzi responsabbli. Huma jarrikkixxu ekosistema ta’ intraprendituri diġà strutturata, l-ekonomija soċjali, li tpoġġi l-kwistjonijiet ta’ governanza u ta’ utilità soċjali u ekoloġika fil-qalba tal-azzjoni tagħha. L-ekonomija soċjali ma tistax titqies bħala mudell ekonomiku “sostenibbli”“ġdid”, madankollu hi tiġġedded bl-impetu ta’ dawn l-innovaturi. Għalkemm dawn il-mudelli ġodda mhux dejjem isegwu l-istess għanijiet (uħud huma ffukati fuq l-aspetti ambjentali, oħrajn fuq l-aspetti soċjali), huma jimmiraw lejn produzzjonijiet ta’ valur multipli (ekonomiċi, soċjali, ambjentali) u għalhekk ma għandhomx jiġu indirizzati separatament.

2.6.

Għall-UE, li wieħed isir mexxej ta’ mudell ekonomiku sostenibbli hija opportunità li mhux ta’ min jitlifha. Il-mudell ekonomiku Ewropew irid ikompli jinħoloq mill-ġdid biex jintegra l-isfidi fit-tul u jagħmel inseparabbli l-kunċetti ta’ prosperità ekonomika u ta’ sostenibbiltà.

2.6.1.

Fl-Ewropa, il-konsumaturi huma dejjem aktar konxji mill-impatti soċjali u ambjentali tal-konsum tagħhom. Il-ħolqien tal-figura ta’ “prosumatur”, b’mod partikolari fil- qasam tal-enerġija rinnovabbli, tgħin sabiex jiġu modulati relazzjonijiet ġodda fil-katina tal-valur u bejn il-produtturi, id-distributuri u l-konsumaturi. Dan huwa minnu wkoll fi ħdan l-atturi ekonomiċi. Fis-settur finanzjarju pereżempju, il-kunċett ta’ riskju qed jikber sabiex jinkorpora l-kriterji “ekstrafinanzjarji”, l-aktar għall-valutazzjoni tal-assi. Ċerti amministraturi ta’ assi b’hekk ifittxu li jniedu dinamika biex iħeġġu lill-intrapriżi jippreċiżaw – lil hinn mill-obbligi regolatorji tagħhom – ċerti elementi ta’ responsabbiltà soċjali u ambjentali. Din id-dinamika, li llum għadha fi stat embrijoniku, għandha titkompla u tissaħħaħ fuq il-bażi ta’ responsabbiltà vera (3). L-iżvilupp ta’ finanzi sostenibbli huwa l-aħjar mod biex is-sistema finanzjarja Ewropea tiġi orjentata mill-ġdid minn loġika ta’ stabilizzazzjoni fuq żmien qasir lejn loġika ta’ impatt fit-tul.

2.6.2.

L-Ewropa tista’ tikseb bosta benefiċċji jekk issir il-mexxej ta’ din l-ekonomija ġdida.

2.6.3.

Permezz ta’ dawn il-mudelli ġodda l-UE tista’ ssib soluzzjonijiet sabiex tindirizza problemi konkreti. Il-kondiviżjoni tal-użu tal-karozzi (car-sharing), li biddlet il-metodi tagħna tat-trasport, tista’ tippromovi mobbiltà aktar inklużiva u aktar ekoloġika. Il-mudelli ta’ negozju mmirati lejn l-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuni f’diffikultà jikkontribwixxu għat-titjib tal-aċċess għas-suq tax-xogħol għal parti mill-popolazzjoni.

2.6.4.

Għall-UE, din is-sostenibbiltà tal-mudell ekonomiku tista’ ssir ukoll fattur differenzjat li jippermetti li tiġi imposta “marka” Ewropea.

2.6.5.

L-UE għandha l-mezzi sabiex tiżviluppa “promoturi Ewropej” (European champions) f’dawn l-oqsma. Għal ċerti intrapriżi Ewropej, il-kombinazzjoni tal-profittabbiltà ekonomika u l-kriterji tas-sostenibbiltà fi ħdan il-mudell tagħhom issir – jew diġà hi – vantaġġ komparattiv reali għall-akkwist ta’ swieq ġodda.

2.6.6.

Bl-inklużjoni tal-kunċett ta’ sostenibbiltà fil-qalba tal-proġett ta’ modernizzazzjoni tal-ekonomija tagħha u tat-tħassib politiku tagħha, l-UE tista’ timmobilizza mill-ġdid lill-Istati Membri madwar proġett li jgħaqqad, wara x-xokk ta’ Brexit, u tqiegħed lill-bniedem fil-qalba tal-proġett Ewropew.

3.

Għalkemm tfaċċaw mudelli ġodda b’wegħdiet ta’ sostenibbiltà u li huma opportunità vera għall-UE, din l-“espansjoni” teħtieġ li tiġi mifhuma u titqies sabiex jiġu identifikati u inkoraġġuti l-atturi li huma l-forza ta’ din il-bidla.

3.1.

L-ekonomija funzjonali tikkonsisti, pereżempju, fis-sostituzzjoni tal-kunċett ta’ bejgħ tal-beni b’dak tal-bejgħ tal-użu tal-beni. Il-konsumatur individwali ma jixtrix aktar vettura iżda servizz ta’ mobbiltà mingħand fornitur. Mill-aspett tas-sostenibbiltà, it-tranżizzjoni mis-sjieda għall-użu tippermetti a priori: li l-fornituri jiġu mħeġġa jipperfezzjonaw il-manutenzjoni tal-prodotti, li jittawwal iż-żmien ta’ kemm idumu tajbin, u saħansitra li jiddisinjawhom b’mod ekoloġiku u li jirriċiklawhom; li diversi konsumaturi jaqsmu l-użu tal-istess oġġetti u b’hekk jiżdied l-użu tal-oġġetti diġà prodotti u xi drabi mhux użati biżżejjed; li jiġu proposti prezzijiet għall-aċċess ta’ dawn il-prodotti orħos mill-prezz li wieħed ikollu jħallas biex jixtrihom.

3.2.

L-ekonomija ta’ kondiviżjoni huwa kunċett li d-definizzjoni tiegħu għadha ma ġietx stabbilizzata (4). Ġeneralment, huwa japplika għal intraprendituri li jiżviluppaw pjattaformi diġitali li jippermettu lil ċerti individwi jiskambjaw oġġetti jew servizzi: il-kondiviżjoni tal-użu tal-karozzi (carpooling), kiri ta’ oġġetti, xiri ta’ oġġetti użati, self, għoti, eċċ. Iżda din id-definizzjoni hija soġġetta għal diversi dibattiti, b’uħud jinkludu wkoll sistemi ta’ skambju bejn individwi li ma jibbażawx fuq pjattaformi diġitali, oħrajn iżidu intrapriżi li jikru oġġetti li jibqgħu l-proprjetarji tagħhom, oħrajn saħansitra jeskludu kwalunkwe inizjattiva mnedija minn intrapriżi li jfittxu li jagħmlu qligħ.

3.3.

L-ekonomija ċirkolari, min-naħa tagħha, inbniet b’mod kuntrarju għall-mudell lineari (5). Din hija bbażata fuq il-ħolqien ta’ “ċirkwiti ta’ valur pożittivi”, li jintroduċu mill-ġdid prodotti jew materja li jkunu “fit-tmiem tal-ħajja” fiċ-ċirkwit tal-produzzjoni. F’mudell ċirkolari ideali, l-oġġetti huma ekodisinjati; manifatturati bl-użu ta’ riżorsi rinnovabbli jew riċiklati jew bi skart ta’ setturi oħrajn; użati mill-ġdid, imsewwija; “aġġornati”; u finalment riċiklati. Il-vantaġġi tal-ekonomija ċirkolari huma: it-tnaqqis tar-riskji, it-tnaqqis tal-ispejjeż, il-valur miżjud, il-lealtà tal-konsumaturi u l-motivazzjoni tal-impjegati.

3.4.

Il-mudelli ekonomiċi l-ġodda hekk imsejħa sostenibbli ma jinġabrux biss wara t-tliet kunċetti msemmija hawn fuq. Madankollu dawn tal-aħħar jippermettu li jenfasizzaw l-ambigwità ta’ ċerti kunċetti użati biex jiddeskrivu mudelli ekonomiċi ġodda, bħad-dibattiti dwar il-parametri tal-ekonomija ta’ kondiviżjoni jew tal-kunċett simili tal-ekonomija kollaborattiva. Ċerti kunċetti jistgħu wkoll ikopru l-ekonomija funzjonali u l-ekonomija ta’ kondiviżjoni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala katina tal-ekonomija ċirkolari.

3.5.

Jaqbel ukoll li ssir enfasi dwar id-diversità tal-intraprendituri li jiżviluppaw dawn il-mudelli ekonomiċi ġodda: intrapriżi kbar li jiġġeddu jaħdmu flimkien ma’ startups sabiex jilħqu tkabbir esponenzjali, intrapriżi soċjali li jistgħu jiffurmaw parti mill-ekonomija soċjali, assoċjazzjonijiet ta’ voluntiera u inizjattivi taċ-ċittadini.

3.6.

Barra minn hekk, filwaqt li ċerti intraprendituri jfittxu li jkunu ekonomikament vijabbli kif ukoll li jindirizzaw sfidi ambjentali, soċjali jew ta’ governanza, jintegraw is-sostenibbiltà fil-qalba tal-proġett tagħhom u jevalwaw l-impatti tagħhom sabiex jtejbuhom, oħrajn ma għandhomx l-istess “intenzjoni” ta’ sostenibbiltà. Huma jfittxu l-ewwel u qabel kollox ir-redditu u jikkunsidraw il-mudell ekonomiku tagħhom abbażi ta’ esternalitajiet pożittivi fuq il-bqija tas-soċjetà, mingħajr ma jivverifikawhom u mingħajr ma jfittxu li jtejbuhom.

3.7.

Dawn il-mudelli ġodda mhux neċessarjament ifittxu li jkunu sostenibbli fuq kull livell. L-intrapriżi li jiżviluppaw mudelli ekonomiċi bbażati fuq l-ekonomija ċirkolari għandhom it-tendenza li, pereżempju, ipoġġu aktar il-kwistonijiet ambjentali fil-qalba tal-proġetti tagħhom u jimmassimizzaw l-użu effiċjenti tar-riżorsi. Madankollu, sabiex is-sistema tkun sostenibbli wkoll fuq livell soċjali, l-għażla ċirkolari għandha tibqa’ affordabbli u aċċessibbli għall-konsumatur. Barra minn hekk, jekk iċ-ċirkwiti ta’ produzzjoni maħluqin jistgħu jkunu lokali – u b’hekk jiffavorixxu r-riżorsi u l-impjiegi lokali -, mhux eskluż li r-riżorsi użati bħall-materjal riċiklat jiġu trasportati għal distanzi twal. Għall-kuntrarju, l-ekonomija ta’ kondiviżjoni jista’ jkollha bħala objettiv ewlieni ż-żieda tal-aċċess tal-utenti għal oġġett mingħajr madankollu ma jkollha eżiġenza ambjentali.

3.8.

Barra minn hekk huwa wkoll essenzjali li wieħed iżomm f’moħħu li l-impatti reali tal-mudelli ekonomiċi ġodda hekk imsejħa sostenibbli huma suġġetti ta’ tħassib. Għalhekk, il-benefiċċji ambjentali tal-pjattaformi tal-ekonomija kollaborattiva għandhom jiġu diskussi. Il-bilanċ ekoloġiku tal-pjattaformi li jippermetti lil persuni jaċċessaw l-oġġetti ta’ individwi oħrajn minflok ma jixtru oġġetti ġodda huma stess, spiss huwa aktar kumpless milli jidher (6). Il-kondiviiżjoni tal-użu tal-karozzi (car-pooling) fuq distanza twila pereżempju, spiss jidħol f’kompetizzjoni diretta mal-ferrovija aktar milli mal-użu individwali ta’ karozza. Min-naħa l-oħra, il-persuni jakkwistaw l-oġġetti ta’ individwi oħra mhux biex inaqqsu x-xiri tagħhom ta’ oġġetti ġodda iżda biex iżidu l-konsum tagħhom. B’mod aktar ġenerali, it-tranżizzjoni mill-pussess għall-użu mhix biżżejjed biex tiggarantixxi tnaqqis tal-impronta ekoloġika tal-konsum u tnaqqis tal-ispiża għall-konsumatur. Għalhekk, l-intrapriżi li jipproponu l-kiri minflok il-bejgħ ta’ smartphones għandhom it-tendenza li joffru lill-utenti tagħhom tiġdid aċċellerat tal-prodotti u mhux neċessarjament jistabbilixxu sistema ta’ riċiklaġġ jew ta’ użu mill-ġdid.

3.9.

Fl-aħħar nett, ninnotaw li l-ekonomija ta’ kondiviżjoni tqajjem mistoqsijiet importanti dwar il-monopolizzazzjoni, il-protezzjoni tad-data, id-dritt għax-xogħol, it-tassazzjoni tal-iskambji jew tal-kompetizzjoni mal-mudelli ekonomiċi tradizzjonali, fil-forma ta’ dibattiti dwar il-pjattaformi tal-akkomodazzjoni privata.

3.10.

Jekk l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jappoġġjaw lill-intraprendituri li huma l-imħuħ wara dawn il-kunċetti, huma għandhom iżommu ħsieb kritiku dwar l-intenzjonijiet u l-impatti reali tagħhom, u jkunu konxji dwar id-diversità ta’ dawn l-intraprendituri u l-ambigwità tal-kunċetti li huma jħaddnu.

4.

F’din l-aħħar taqsima, din l-opinjoni tfassal il-lista tal-prinċipji “ta’ lieva” li jippermettu lill-UE tħeġġeġ l-iskjerament ta’ dawn il-mudelli ġodda u s-sostenibbiltà tagħhom.

4.1.

L-ewwel nett, jenħtieġ li jitqiesu l-inizjattivi li diġà ttieħdu f’livell Ewropew sabiex jiġu appoġġjati dawn il-mudelli ekonomiċi ġodda. Din il-kwistjoni fil-fatt diġà ġibdet l-attenzjoni ta’ dawk li jfasslu l-politika pubblika fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni. Dawn tal-aħħar bdew jimmonitorjaw l-iżvilupp tagħhom, jagħmlu mistoqsijiet dwar il-kontribut effettiv ta’ dawn il-mudelli ġodda għall-iżvilupp sostenibbli u jirriflettu dwar l-għodod ta’ azzjoni pubblika li se jippermettu l-appoġġ tal-mudelli li għandhom l-ikbar impatt.

4.1.1.

Fil-livell tal-Kummissjoni Ewropea, għaddejjin diversi proġetti fil-qafas tal-Komunikazzjoni tagħha dwar l-industrija intelliġenti, sostenibbli u innovattiva, li tipprevedi l-adozzjoni ta’ strateġija komprensiva dwar il-kompetittività industrijali, filwaqt li jiġi inkluż ir-rwol attiv tal-partijiet interessati kollha, u l-individwi jingħataw is-setgħa:

firxa ta’ miżuri tal-pakkett “Ekonomija ċirkolari” (7), li jinkludi proposti għar-reviżjoni tal-leġislazzjoni dwar l-iskart kif ukoll pjan ta’ azzjoni dettaljat għall-ekonomija ċirkolari, li jinkludi miżuri previsti sal-2018;

pjattaforma tal-partijiet ikkonċernati Ewropej għall-ekonomija ċirkolari sabiex jiġi mħeġġeġ l-iskambju u l-viżibbiltà tal-aħjar prattiki bejn il-partijiet ikkonċernati, kif ukoll in-netwerking tagħhom;

aġenda Ewropea dwar ir-regolamentazzjoni tal-ekonomija kollaborattiva (8) u tal-pjattaformi onlajn (9);

studji dwar is-sostenibbiltà tal-ekonomija tal-kondiviżjoni jew dwar l-ekoloġija industrijali;

l-iżvilupp ta’ linji gwida volontarji dwar is-sejħiet għall-offerti fil-kuntest tal-akkwist pubbliku;

l-iżvilupp ta’ rakkomandazzjonijiet fl-2017 minn grupp ta’ esperti ta’ livell għoli dwar il-finanzjament sostenibbli sabiex il-finanzjament sostenibbli jiġi integrat b’mod ċar fl-istrateġija tal-UE kif ukoll fl-Unjoni tas-swieq kapitali.

4.1.2.

Il-KESE diġà adotta opinjonijiet differenti dwar l-ekonomija funzjonali  (10) , l-ekonomija ta’ kondiviżjoni jew il-kunċett simili tagħha tal-ekonomija kollaborattiva  (11) , l-ekonomija ċirkolari  (12) , l-innovazzjoni bħala l-forza ta’ mudelli ekonomiċi ġodda  (13) u l-ekonomija tal-ġid komuni  (14). Dawn l-opinjonijiet jenfasizzaw:

il-potenzjal ta’ sostenibbiltà ta’ dawn il-mudelli ġodda u l-importanza li l-impatti reali tagħhom jiġu analizzati aħjar;

il-ħtieġa li jiġu privileġġjati l-intrapriżi li verament jadottaw mudelli territorjali, kooperattivi, ekoloġiċi u soċjali.

4.2.

Dawn l-opinjonijiet jipprovdu proposti għal azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ intrapriżi li jadottaw mudelli ekonomiċi kemm ġodda kif ukoll sostenibbli. Aħna se nadottaw dawn l-istrateġiji fil-lista t’hawn taħt, u se ntejbuhom b’ideat oħra li ħarġu mis-seduti li saru bħala parti minn din l-opinjoni.

4.2.1.

L-ewwel nett, jenħtieġ li tinħoloq struttura permanenti ddedikata għall-mudelli ekonomiċi l-ġodda li jkollhom potenzjal ta’ sostenibbiltà, inkarigata mill-monitoraġġ tal-iżvilupp tagħhom u mill-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ifformulati f’din l-opinjoni. Din l-istruttura għandha tassoċja l-istituzzjonijiet Ewropej, bl-ewwel fosthom il-Kummissjoni u l-KESE, kif ukoll federazzjonijiet ta’ intrapriżi innovattivi, trejdjunjins, assoċjazzjonijiet u riċerkaturi.

4.2.2.

Imbagħad, l-awtoritajiet pubbliċi Ewropej għandhom jgħinu sabiex ikun hemm fehim aqwa u monitoraġġ akbar ta’ dawn l-iżviluppi.

4.2.2.1.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista’ żżid il-kontribut tagħha għar-riċerka, speċjalment ir-riċerka responsabbli sabiex tifhem aħjar l-impatti reali, soċjali u ambjentali tal-mudelli ekonomiċi ġodda li jitfaċċaw u l-ostakli għall-iżvilupp tagħhom. Dan jippermetti wkoll li tiġi ċċarata l-ambigwità fl-għadd ta’ kunċetti. Din il-ħidma għandha ssir mal-partijiet involuti fil-proċess ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni sabiex nibdew mill-esperjenza tagħhom.

4.2.2.2.

Huwa importanti, kemm fil-livell Ewropew bil-Eurostat kif ukoll fl-Istati Membri bil-korpi tal-istatistika rispettivi tagħhom, li jiġu żviluppati indikaturi u statistika li jippermettu l-monitoraġġ tal-iżvilupp ta’ dawn il-mudelli u li tissaħħaħ il-viżibbiltà tagħhom.

4.2.2.3.

Mutur ewlieni li jista’ jassigura l-iżvilupp tal-mudelli ekonomiċi l-ġodda huwa l-inkoraġġiment tal-edukazzjoni u t-taħriġ tad-diversi partijiet ikkonċernati, sabiex jiżdied l-għarfien tagħhom ta’ dawn il-mudelli u jkunu aktar viżibbli. Illum il-ġurnata, il-mudelli ekonomiċi sostenibbli ġodda għadhom jirrappreżentaw biss sehem żgħir tal-ekonomija Ewropea. Dawn spiss jaffaċċjaw loġika u mekkaniżmi stabbiliti sew, u nuqqas ta’ għarfien tal-kwistjonijiet tagħhom. Għalhekk ikun utli li jiġi żviluppat taħriġ:

għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet pubbliċi u l-amministrazzjonijiet tagħhom, sabiex iħejju sejħiet għall-offerti li x’aktarx jinkoraġġixxu lill-intrapriżi li jkollhom mudelli ekonomiċi sostenibbli ġodda;

għall-intrapriżi innovattivi billi jħeġġu lill-inkubaturi jipproponu taħriġ dwar it-tema tas-sostenibbiltà, pereżempju dwar l-użu mill-ġdid tal-oġġetti;

għall-intrapriżi kollha u b’mod partikolari l-SMEs, sabiex isiru aktar sensittivi għall-mudelli ekonomiċi innovattivi u sostenibbli;

għall-ħaddiema u l-impjegati tas-setturi tal-attività fi żvilupp/rikonverżjoni, sabiex jiġu mgħejuna jiksbu l-ħiliet meħtieġa għall-mudelli ekonomiċi ġodda u għall-kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà;

għaċ-ċittadini u l-konsumaturi, permezz ta’ programm ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-mudelli ekonomiċi ġodda u l-prodotti tagħhom.

4.2.3.

Minbarra monitoraġġ u fehim akbar ta’ dawn il-mudelli, jenħtieġ ukoll li jiġu attivati lievi oħrajn:

4.2.3.1.

Il-promozzjoni ta’ prattiki u esperjenzi tajbin bejn l-innovaturi – kif ukoll mas-settur tar-riċerka – permezz tan-netwerks u l-pjattaformi tal-Internet hija pass essenzjali. Diġà tnedew inizjattivi privati fuq ċerti mudelli ekonomiċi ġodda. Il-Kummissjoni għandha tanalizza kif tista’ tappoġġjahom u tikkomplementahom mingħajr ma tissostitwixxihom, u tinvolvi ruħha aktar magħhom sabiex tifhem aktar dawn l-innovazzjonijiet u taqsam l-għarfien mal-innovaturi. Dawn l-inizjattivi fuq mudelli ekonomiċi oħrajn huma diffiċli, b’mod partikolari minħabba nuqqas ta’ riżorsi umani u finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha tipprovdilhom appoġġ akbar u wkoll tinvolvi ruħha fihom.

4.2.3.2.

Wieħed mill-kompiti ta’ dawn in-netwerks għandu jkunu ukoll l-iffaċilitar tal-aċċess tal-innovaturi għall-mekkaniżmi ta’ appoġġ Ewropej li għandhom dritt għalihom. L-intrapriżi li jkollhom mudelli ekonomiċi ġodda sostenibbli spiss huma SMEs li jilmentaw mid-diffikultà biex jifhmu l-proċeduri kkumplikati tal-UE.

4.2.3.3.

Il-Kummissjoni tista’ tippromovi l-aċċess għall-finanzjament għall-mudelli ekonomiċi sostenibbli permezz ta’ sejħiet għall-offerti ddedikati għall-innovazzjoni. Hija għandha tiżgura wkoll li r-regoli tal-akkwist pubbliku ma jkunux ta’ ostaklu sproporzjonat għal min iġib mudelli ekonomiċi sostenibbli ġodda, u tippjana mekkaniżmu ta’ deroga sabiex tħarishom minn kompetizzjoni li ma jkunux jifilħu għaliha. Barra minn hekk, il-finanzjaturi tradizzjonali tal-innovazzjoni, sew jekk privati jew pubbliċi, ftit li xejn jafu dwar dawn il-mudelli ġodda u għalhekk joqogħdu lura milli jappoġġjawhom, u ma jivvalorizzawx il-benefiċċji soċjali u ambjentali tagħhom. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tanalizza aħjar id-diffikultajiet tal-aċċess għall-finanzjament għall-mudelli ekonomiċi sostenibbli ġodda u toħloq rakkomandazzjonijiet dwar kif dawn jistgħu jingħelbu. Tista’ wkoll tikkunsidra l-ħolqien ta’ valuti alternattivi (virtwali, soċjali) u r-rwol li dawn jista’ jkollhom fl-appoġġ lil dawn il-mudelli.

4.2.3.4.

Biex ikunu jistgħu jiżviluppaw, il-mudelli ekonomiċi sostenibbli ġodda jeħtieġu testijiet. F’ċerti każijiet – bħal fil-qasam tal-mobbiltà jew tal-ekoloġija industrijali – dawn it-testijiet għandhom jitwettqu fi sħubija mal-awtoritajiet pubbliċi. Il-Kummissjoni tista’ tagħti spinta lill-ittestjar ta’ mudelli ġodda permezz ta’ fond ta’ finanzjament tal-innovazzjoni dedikat għall-mudelli sostenibbli u miftuħ għal sħubiji pubbliċi-privati. Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tiżgura li dawn it-testijiet jirrigwardaw żoni rurali u periurbani, u mhux biss ċentri urbani kbar.

4.2.3.5.

Ir-riżultati mill-esperjenza għandhom jippermettu l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ġodda tal-istandardizzazzjoni, kif ukoll l-istandards u r-regolamenti li jimblukkaw l-iżvilupp ta’ ċerti mudelli innovattivi u sostenibbli. Dawn għandhom ikunu magħmula kompatibbli mal-innovazzjoni, bħall-proċessi ta’ approvazzjoni tal-prodotti u s-servizzi ġodda fis-settur tal-bini. Il-biċċa l-kbira tal-intrapriżi wara l-oriġini tal-mudelli ekonomiċi ġodda huma SMEs, li mhux dejjem ikollhom il-mezzi biex ilaħħqu mal-ammont ta’ xogħol li jirriżulta mill-istandards.

4.2.3.6.

L-integrazzjoni tal-mudelli l-ġodda fil-politiki settorjali tal-UE hija wkoll lieva importanti għall-iżvilupp tagħhom. B’hekk, il-pjattaformi ġodda tal-iskambju ta’ oġġetti bejn l-individwi u l-intrapriżi tal-ekonomija funzjonali għandhom jitqiesu bħala atturi tal-prevenzjoni tal-iskart u jiġu appoġġjati fil-qafas tal-politiki Ewropej favur ekonomija ċirkolari. F’dan il-każ, dan ma jinvolvix it-tnedija ta’ inizjattivi ġodda jew regolamenti settorjali, iżda li l-mudelli ekonomiċi ġodda jiġu inklużi fil-qafas tal-istrateġija ġdida għall-industrija (15) u tal-politiki settorjali eżistenti.

4.2.3.7.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-abbużi potenzjali ta’ ċerti mudelli ekonomiċi ġodda, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet soċjali, tar-regolazzjoni tax-xogħol u tal-kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa inġusta. Fir-rigward tal-ekonomija kollaborattiva, l-Unjoni Ewropea għandha ssegwi l-isforzi ta’ monitoraġġ u ta’ armonizzazzjoni Ewropea.

4.2.4.

B’mod ġenerali, il-mudelli ekonomiċi sostenibbli ġodda se jiġu żviluppati biss jekk l-intrapriżi u l-intraprendituri jkunu konvinti li dan huwa dak li se jagħmel sens ekonomikament fl-UE tal-2030 jew tal-2050. Għal din ir-raġuni, is-sostenibbiltà għandha titqies bħala għan trasversali tal-UE. Il-qafas politiku, fiskali u regolatorju tal-UE għandu jagħti viżibbiltà sabiex jorjenta l-azzjonijiet tal-atturi ekonomiċi, tal-korpi pubbliċi u tas-soċjetà ċivili. Għalhekk, din l-opinjoni tirrakkomanda:

jiftħu s-suġġett fuq livell politiku b’kunsiderazzjoni tas-sostenibbiltà bħala kriterju trasversali li se jippermetti l-immodernizzar tal-ekonomija Ewropea; Dan jirrigwarda l-allinjament tal-politiki Ewropej mal-kriterji tas-sostenibbiltà u l-integrazzjoni tagħhom fil-leġislazzjoni. Kull regolament ġdid jista’ b’hekk ikun soġġett għal prova aktar stretta ta’ sostenibbiltà. Fil-livell politiku, l-UE għandha tifformula messaġġ qawwi li juri appoġġ lill-iżvilupp sostenibbli u jixhed it-tmexxija tagħha. Dan għandu jintlaħaq billi l-objettivi tal-iżvilupp sostenibbli jiġu riflessi fi strateġija ġdida tal-Ewropa għall-orizzont 2030, permezz tal-adozzjoni ta’ skeda ristretta ta’ indikaturi tal-prestazzjoni tal-UE u ta’ indikaturi li jmorru lil hinn mill-PDG, u l-integrazzjoni tagħhom fil-qafas tas-semestru Ewropew;

l-integrazzjoni tal-esternalitajiet soċjoambjentali fil-loġika ekonomika, b’inkoraġġiment tal-Istati Membri sabiex jintegraw aħjar t-taxxa ambjentali tagħhom  (16) u jwaqqfu s-sussidji antiekoloġiċi. Is-sinjal tal-prezz tal-karbonju għandu jissaħħaħ fil-livell Ewropew, l-aktar permezz tar-riforma tal-ETS jew miżuri komplementari fil-livell nazzjonali għas-settur tal-enerġija, li jirrappreżenta 60 % tal-emissjonijiet ta’ CO2. Din l-integrazzjoni tippermetti lill-prodotti u lit-teknoloġiji sostenibbli – li għandhom l-għan li jillimitaw esternalitajiet bħal dawn u li għalhekk kultant huma aktar għaljin biex jiġu manifatturati – isiru aktar kompetittivi;

l-iżvilupp ta’ qafas regolatorju li jiffavorixxi l-konsum u l-produzzjoni sostenibbli (standards ta’ ekodisinn, żieda fid-durata tal-oġġetti, tikketti tal-enerġija, objettivi ta’ prevenzjoni tal-iskart, il-ġlieda kontra t-tniġġis, standards ta’ effiċjenza fl-enerġija fil-bini, eċċ.). Illum il-ġurnata, il-leġislazzjoni attwali dwar l-ekodisinn, pereżempju, mhijiex biżżejjed (17). L-istandards għandhom ikunu adattati għas-sitwazzjoni partikolari tal-SMEs (“test tal-SMEs”).

4.2.4.1.

Fl-aħħar nett, jenħtieġ li jitfassal mill-ġdid il-mod kif jopera s-settur finanzjarju biex il-kwistjonijiet ambjentali u soċjali jkunu magħmula sostenibbli u jiġu integrati b’mod ċar fl-għażla tal-investimenti u fil-kunċett ta’ riskju fi ħdan il-qafas tal-istandards prudenzjali u ta’ solvenza. Dan il-proċess diġà nbeda mill-investituri li huma soċjalment responsabbli u ċerti intrapriżi kbar, bil-kunċett ta’ “ħsieb integrat” għat-teħid ta’ deċiżjonijiet strateġiċi u operazzjonali (18). Fil-prattika, din ir-riflessjoni tista’ twassal ukoll għal:

it-tnaqqis taż-“żmien qasir”, pereżempju b’aktar integrazzjoni ta’ dawk li jfaddlu fl-akkwist tal-assi fit-tul,

l-appoġġ lill-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet u softwer open source fis-settur finanzjarju biex tiġi promossa kompetizzjoni tajba,

l-inkoraġġiment tal-allinjament tal-kriterji FinTech u tal-kriterji ta’ sostenibbiltà,

it-tisħiħ tar-rapportar dwar il-kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà (appoġġ għal klassifikazzjonijiet/ċertifikazzjonijiet ekoloġiċi) għall-intrapriżi u l-istituzzjonijiet finanzjarji (ara r-rakkomandazzjonijiet tat-Taskforce dwar id-Divulgazzjoni dwar il-Klima dwar dan is-suġġett),

l-inklużjoni tal-kriterji ta’ sostenibbiltà fid-dmir fiduċjarju,

it-twettiq ta’ testijiet ta’ sostenibbiltà għar-regolamenti finanzjarji futuri Ewropej.

Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  Pereżempju fil-kuntest tad-disa’ Programm Qafas (FP9) għall-perjodu tal-2021-2027.

(2)  SC/047: “It-tranżizzjoni lejn futur Ewropew iżjed sostenibbli – Strateġija għall-2050” (qed titħejja bħalissa) (ara l-paġna 44 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali)..

(3)  Rigward dan, ara ĠU C 21, 21.1.2011, p. 33, li jispjega fid-dettall l-iżvilupp ta’ “prodotti finanzjarji soċjalment responsabbli”.

(4)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 36.

(5)  ĠU C 264, 20.7.2016, p. 98.

(6)  L-Istitut għall-Iżvilupp Sostenibbli u r-Relazzjonijiet Internazzjonali (IDDRI): “Économie du partage, enjeux et opportunités pour la transition écologique” (Ekonomija ta’ kondiviżjoni, sfidi u opportunitajiet għat-tranżizzjoni ekoloġika).

(7)  http://ec.europa.eu/environment/circular-economy/index_en.htm

(8)  COM(2016) 356 final.

(9)  COM(2016) 288 final.

(10)  ĠU C 75, 10.3.2017, p. 1.

(11)  ĠU C 75, 10.3.2017, p. 33, ĠU C 303, 19.8.2016, p. 36, u ĠU C 177, 11.6.2014, p. 1.

(12)  ĠU C 264, 20.7.2016, p. 98ĠU C 230, 14.7.2015, p. 91.

(13)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 28.

(14)  ĠU C 13, 15.1.2016, p. 26.

(15)  COM(2017) 479 final.

(16)  ĠU C 226, 16.7.2014, p. 1.

(17)  Programm ta’ ħidma dwar l-ekodisinn 2016-2019.

(18)  il-ħidma tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar finanzjament sostenibbli.


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/65


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-tassazzjoni tal-ekonomija kollaborattiva — analiżi ta’ politiki fiskali possibbli b’rabta mat-tkabbir tal-ekonomija kollaborattiva”

(opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Estonjana)

(2018/C 081/09)

Relatur:

Giuseppe GUERINI

Korelatur:

Krister ANDERSSON

Konsultazzjoni

Opinjoni esploratorja (mitluba mill-Presidenza Estonjana), 17.3.2017

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa

 

 

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

Adottata fis-sezzjoni

5.10.2017

Adottata fil-plenarja

19.10.2017

Sessjoni plenarja Nru

529

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

168/0/1

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jqis li l-ekonomija kollaborattiva, bil-kapaċità tagħha li toħloq valur soċjali fil-kuntest tal-ekonomija diġitali, tista’ tikkostitwixxi okkażjoni ġdida ta’ tkabbir u żvilupp għall-pajjiżi tal-Unjoni Ewropa, peress li tippermetti l-mobilizzazzjoni ta’ riżorsi mhux sfruttati u tagħti bidu għall-inizjattiva taċ-ċittadini individwali. Il-KESE jiddistingwi b’mod ċar bejn l-ekonomija kollaborattiva u l-ekonomija diġitali jew tal-pjattaformi, fid-dawl tad-differenzi fl-importanza u l-firxa tad-dimensjoni inklużiva u kollaborattiva tagħhom.

1.2.

Għalkemm it-tixrid tal-ekonomija kollaborattiva huwa inkoraġġit u mtejjeb mit-tixrid ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ġodda, u jinstab b’mod partikolari fil-pjattaformi diġitali u fid-diffużjoni wiesgħa tal-ismartphones, il-KESE jqis importanti li jiġi evalwat il-fenomenu tal-ekonomija kollaborattiva fl-intier tagħha u li ma jiġix assimilat għalkollox mal-ekonomija diġitali.

1.3.

Il-KESE huwa tal-fehma li l-UE ma tistax titlef l-opportunità offruta mill-ekonomija kollaborattiva biex tinnova s-sistema tar-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet, l-intrapriżi, iċ-ċittadini u s-swieq. Madankollu, fid-dawl tal-fluwidità u l-veloċità ta’ evoluzzjoni ta’ dan is-settur, huwa essenzjali li s-sistemi ta’ regolazzjoni fiskali u s-sistemi ta’ tassazzjoni jiġu adattati b’mod intelliġenti u flessibbli għall-kuntest il-ġdid tal-ekonomija kollaborattiva u, b’mod aktar ġenerali, tal-ekonomija diġitali.

1.4.

Il-KESE ma jħossx li hemm bżonn ta’ sistema tat-taxxa ġdida u speċifika għall-intrapriżi tal-ekonomija kollaborattiva. Iqis minflok essenzjali li jiżdiedu l-forom ta’ kollaborazzjoni u koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-amministrazzjonijiet differenti involuti fi ħdan id-diversi Stati Membri, biex b’hekk l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jistgħu jlaħħqu mar-ritmu u d-dinamiżmu tal-ekonomija diġitali u tal-ekonomija kollaborattiva.

1.5.

Il-KESE jirrakkomanda li s-sistema ta’ tassazzjoni għall-ekonomija kollaborattiva tħares il-prinċipju tan-newtralità (jiġifieri li ma għandhiex tinterferixxi fl-iżvilupp tas-suq), filwaqt li jiġu identifikati mekkaniżmi ta’ tassazzjoni adatti u ġusti għad-diversi forom ta’ intrapriżi li joperaw fil-kuntest tal-ekonomija kollaborattiva fil-forom tradizzjonali.

1.6.

Il-KESE jispera li tiġi ffurmata malajr sistema Ewropea omoġenja u integrata li tiggarantixxi regoli komuni bejn id-diversi Stati Membri fir-rigward tal-ekonomija kollaborattiva, fid-dawl tat-tendenza naturali tan-netwerks diġitali li joperaw f’kuntest transfruntier. Għalhekk ikun ta’ ħsara jekk jiġu żviluppati forom differenti ta’ regolamentazzjoni f’kull wieħed mill-Istati Membri u huwa meħtieġ approċċ Ewropew ġenwin.

1.7.

Il-KESE jistieden lill-awtoritajiet Ewropej biex jagħmlu kull sforz possibbli biex iwaqqfu forom ta’ kooperazzjoni internazzjonali mhux Ewropea bl-għan li jistabbilixxu ċerti regoli ta’ bażi għall-ekonomija kollaborattiva, billi l-potenzjal tan-netwerks diġitali issa jippermetti l-ġestjoni ta’ attivitajiet ta’ servizz u l-kummerċ ta’ oġġetti f’kull parti tad-dinja, permezz ta’ pjattaforma diġitali li tinsab f’post wieħed fid-dinja.

1.8.

Il-KESE jħoss ukoll il-ħtieġa li r-regoli u l-prinċipji eżistenti għandhom jiġu aġġustati f’konformità ma’ sitwazzjonijiet ġodda li huma differenti mill-passat, parzjalment minħabba l-opportunitajiet li nħolqu mit-teknoloġiji l-ġodda, sabiex jiġi żgurat trattament uniformi u proporzjonat għall-operaturi ekonomiċi kollha li jwettqu attivitajiet f’forma tradizzjonali jew fi ħdan l-ekonomija kollaborattiva.

1.9.

Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu flimkien għall-adozzjoni ta’ qafas legali ġenerali għall-ekonomija kollaborattiva li jkun jista’ jikkoordina u jwassal għal uniformità fir-regoli tat-taxxa applikabbli għal dawn il-forom ta’ ekonomija ġodda.

1.10.

Anki bil-għan li jkun hemm ġestjoni aktar sempliċi tas-sistema tat-taxxa u b’mod partikolari biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-VAT, il-KESE jqis li l-ittestjar ta’ “organizzazzjoni permanenti virtwali” jista’ jagħti l-frott tiegħu fil-kuntest dejjem aktar transfruntier u inqas territorjali li fih jiżviluppaw l-ekonomija diġitali u l-ekonomija kollaborattiva.

1.11.

Il-KESE jqis ukoll importanti li jitfakkar li, minbarra sistema tat-taxxa xierqa, huwa importanti li jiġu żgurati l-protezzjoni u r-rispett: 1) tad-drittijiet tal-konsumatur, ii) tal-privatezza u tar-regoli dwar l-ipproċessar ta’ data personali, iii) tal-ħaddiema u l-fornituri ta’ servizzi involuti fil-mudelli tan-negozju ġodda u fl-attivitajiet tal-pjattaformi kollaborattivi.

2.   Introduzzjoni

2.1.

L-ekonomija kollaborattiva qed tiżdied fil-volum u tikber b’rata mgħaġġla, kif jidher minn data differenti. Huwa stmat li fl-2015, id-dħul relatat mal-ekonomija kollaborattiva fl-Unjoni Ewropea kien ta’ xi EUR 28 biljun (fis-sena preċedenti, dan kien biss nofs dak l-ammont).

2.1.1.

Mill-2015 ’il quddiem, investiment sinifikanti minn pjattaformi ewlenin kompla jagħti spinta lill-iżvilupp tas-settur, tant li huwa stmat li fil-futur, l-ekonomija kollaborattiva tista’ tiġġenera fatturat ta’ bejn EUR 160 biljun u EUR 572 biljun madwar l-UE.

2.2.

Kif muri miċ-ċifri, l-ekonomija kollaborattiva qed tinfirex għal aktar u aktar setturi u għandha l-potenzjal li tiġġenera valur miżjud, toħloq impjiegi f’livelli differenti u tiżgura servizzi effiċjenti fil-prezzijiet kompetittivi għall-konsumaturi Ewropej.

2.3.

Fl-istess ħin, madankollu, is-settur tal-ekonomija kollaborattiva jirrappreżenta serje ta’ sfidi għal-leġislatur Ewropew, li huwa mitlub jiżgura prinċipji u regoli mfassla biex jistabbilixxu qafas legali ċar u prevedibbli (1). Madankollu, l-azzjoni regolatorja tiegħu, ma għandhiex tikkomprometti l-potenzjal kbir għall-innovazzjoni li s-settur wera s’issa.

2.4.

It-terminu “collaborative economy” (ekonomija kollaborattiva) ta’ spiss jintuża minflok “sharing economy” (ekonomija ta’ kondiviżjoni): fl-2015, l-Oxford English Dictionary inkluda “sharing economy” (ekonomija ta’ kondiviżjoni) fost l-entrati l-ġodda tiegħu, filwaqt li ddefinixxiha bħala “sistema ekonomika li fiha l-oġġetti jew is-servizzi jinqasmu bejn l-individwi privati, jew mingħajr ħlas jew inkella b’miżata, ġeneralment permezz tal-Internet”.

2.5.

L-opinjoni attwali se tuża t-terminu “ekonomija kollaborattiva” kif adottat mill-Kummissjoni Ewropea fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta’ Ġunju 2016 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva.

2.6.

B’mod aktar speċifiku, “ekonomija kollaborattiva” tirreferi għall-mudelli kummerċjali fejn l-attivitajiet huma ffaċilitati minn pjattaformi kollaborattivi li jippermettu l-użu temporanju ta’ oġġetti jew servizzi li ta’ spiss jiġu pprovduti minn individwi privati.

2.6.1.

L-ekonomija kollaborattiva tinvolvi tliet kategoriji ta’ atturi: (i) il-fornituri ta’ servizz li jikkondividu l-assi, ir-riżorsi, il-ħin u/jew il-ħiliet – dawn jistgħu jkunu individwi jew professjonisti privati; (ii) l-utenti ta’ tali servizzi; (iii) intermedjarji li jikkollegaw lill-fornituri ta’ servizz mal-utenti aħħarin permezz ta’ pjattaforma onlajn (pjattaformi kollaborattivi). Ġeneralment, it-tranżazzjonijiet tal-ekonomija kollaborattiva ma jinvolvux bidla fis-sjieda u jistgħu jitwettqu għall-profitt jew mhux għall-profitt.

2.7.

B’mod aktar speċifiku, meta mqabbel mal-passat, l-ekonomija kollaborattiva twitti t-triq għal aċċess aktar faċli u effiċjenti tal-oġġetti u s-servizzi permezz ta’ pjattaformi ta’ konnessjoni u dawk kooperattivi, filwaqt li tagħmilha aktar faċli li l-provvista tal-oġġetti u s-servizzi li jistgħu jiġu pprovduti minn professjonisti jew minn dawk mhux professjonisti tlaħħaq mad-domanda tal-konsumatur.

2.8.

L-użu tat-teknoloġija u ta’ pjattaformi ta’ konnessjoni ttrasforma diversi setturi, bħal pereżempju t-trasport fuq distanza qasira u fit-tul, minbarra dak tas-settur tal-lukandi jew ta’ ġestjoni tal-kiri tad-djar jew il-kmamar, li jippermettu l-organizzazzjoni ta’ servizzi li jqabblu d-domanda mal-provvista, b’effiċjenza u rapidità kbira.

2.8.1.

F’dan il-kuntest stabbilixxew ruħhom uħud mill-aqwa amministraturi, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma bbażati barra mill-Unjoni Ewropea u huma eżempju ċar tas-suċċess dejjem jikber tal-ekonomija kollaborattiva. Dawn l-eżempji wrew il-potenzjal kbir ta’ tkabbir ta’ dan is-settur, iżda anki l-problemi li dan joħloq għal-leġislatur fejn jidħol l-aspett legali, fir-rigward tas-sistema tat-taxxa u b’referenza għall-forom ta’ regolamentazzjoni tax-xogħol u ta’ benefiċċji u assigurazzjoni tal-ħaddiema.

2.9.

Minbarra dawn is-setturi, anke setturi oħrajn, bħalma huma ċerti servizzi finanzjarji, servizzi tal-kura personali u tas-saħħa, qed jaqgħu dejjem aktar fl-isfera tal-ekonomija kollaborattiva. Fis-snin li ġejjin se jingħaqdu magħhom setturi oħrajn, filwaqt li saħansitra, se jagħtu lill-ekonomija kollaborattiva pożizzjoni aktar prominenti: b’riżultat ta’ dan, huwa ċar li attwalment, mhux biss huwa utli iżda huwa meħtieġ dibatittu sħiħ dwar l-aspetti regolatorji u fiskali tal-kwistjoni.

3.   L-ekonomija kollaborattiva u mudelli kummerċjali ġodda

3.1.

It-tixrid tal-għodod tat-Teknoloġija tal-Informatika u tal-Komunikazzjoni u tal-hekk imsejjaħ Internet tal-Oġġetti wassal għall-ħolqien ta’ ħafna kumpaniji tat-teknoloġija ġodda. Illum hemm ħafna mudelli tan-negozju relatati mas-settur tal-ekonomija diġitali u kollaborattiva. Dawn il-mudelli huma identifikati skont l-istruttura tagħhom u d-daqs tal-intrpriża, minbarra r-relazzjoni mal-ambitu tas-swieq ta’ referenza, mal-modi ta’ użu tat-teknoloġiji u mal-mudell organizzattiv. Fir-rigward tat-trattament fiskali, madankollu nistgħu nidentifikaw tliet gruppi ta’ sintesi:

il-mudell tal-kumpaniji l-kbar li jwettqu diversi funzjonijiet fuq bażi diġitali permezz tal-web, fejn il-parti l-kbira tad-dħul huwa ġġenerat mill-bejgħ u l-ġestjoni tad-data miġbura u mir-reklami (eżempju Google);

il-mudell tal-pjattaformi ta’ ġestjoni u ta’ tqabbil tad-domanda mal-provvista, ibbażat fuq il-kuntatt bejn il-konsumaturi u l-fornituri li jużaw il-pjattaformi diġitali bħala strutturi kollaborattivi u fejn it-tranżazzjonijiet jiġġeneraw dħul kemm għall-pjattaforma ta’ konnessjoni kif ukoll għall-fornituri tas-servizzi finali (eżempju Airbnb, Uber);

il-mudell tal-pjattaformi ta’ kummerċ bejn il-pari fejn teoretikament m’hemm l-ebda tranżazzjoni ekonomika fi flus, iżda li jistgħu jiġġeneraw kummerċ ta’ oġġetti u servizzi bejn l-utenti u l-fornituri fuq l-istess livell.

3.2.

Fir-rigward tal-mudell tal-pjattaformi l-kbar ta’ riċerka ġenerali fuq il-web, il-pjattaforma tippermetti l-ipproċessar tad-data u l-ħolqien ta’ valur miżjud, li mbagħad jista’ jiġi aġġustat skont id-domanda speċifika tal-konsumatur u jinbiegħ.

3.3.

F’dan il-kuntest, il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni dwar il-valur speċifiku tad-data, li saħansitra ġie kklassifikat bħala “l-munita l-ġdida” (2). Il-valur miżjud huwa soġġett għall-VAT u jiġi applikat il-prinċipju tad-destinazzjoni. Madankollu, il-valutazzjoni tad-daqs tal-ħolqien tal-valur f’diversi stadji tista’ tkun diffiċli u b’konsegwenza ta’ dan anke l-allokazzjoni tal-obbligi tat-tassazzjoni.

3.4.

It-tkabbir mgħaġġel tal-mudelli kummerċjali ġodda jeħtieġ valutazzjoni globali tal-ħolqien tal-valur u l-obbligi tat-tassazzjoni.

3.5.

Fir-rigward tal-pjattaformi li jagħmluha ta’ intermedjarju bejn id-domanda u l-provvista, (il-Mudell tat-tip Uber), mistoqsija preliminari importanti tikkonċerna l-possibbiltà li jiġu stabbiliti regoli u rekwiżiti ta’ aċċess għas-suq biex ikunu japplikaw għall-pjattaformi diġitali li joperaw fis-settur tal-ekonomija kollaborattiva u, fuq kollox, għall-fornituri ta’ servizz li jużaw tali pjattaformi.

3.5.1.

Ir-rekwiżiti ta’ aċċess għas-suq jistgħu jinkludu l-ħtieġa għal awtorizzazzjoni uffiċjali sabiex tkun tista’ titħaddem intrapriża, liċenzja jew obbligi minimi tal-kwalità (pereżempju d-daqs tal-bini jew it-tip ta’ vettura, rekwiżiti ta’ assigurazzjoni jew ta’ depożiti, eċċ.). Id-dħul iġġenerat, ta’ spiss huwa vvalutat u allokat lil individwu jew lil entità kummerċjali, soġġetti għal taxxa korporattiva ta’ profitt.

3.6.

Id-Direttiva dwar is-Servizzi tistipula li r-rekwiżiti ta’ aċċess għas-suq previsti fl-Istati Membri differenti għandhom ikunu ġustifikati u proporzjonati, filwaqt li jitqiesu l-mudell kummerċjali partikolari u s-servizzi innovattivi involuti, mingħajr preferenza għal xi mudell ta’ negozju jew ta’ mmaniġġjar tas-servizzi partikolari fuq oħrajn (il-prinċipju tan-newtralità).

3.7.

Il-KESE jaqbel mal-kumment tal-Kummissjoni fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2016, skont liema, regolamentazzjoni aktar flessibbli tas-swieq ta’ servizzi, inklużi dawk fl-ekonomija kollaborattiva, twassal għal produttività ogħla, tiffaċilita d-dħul fis-suq ta’ atturi ġodda, tnaqqas il-prezz għas-servizzi u tiżgura għażliet akbar għall-konsumaturi.

3.8.

Għalhekk, huwa ttamat li r-rekwiżiti ta’ aċċess għas-suq li japplikaw għall-ekonomija kollaborattiva, kif u meta dawn jeżistu fid-diversi sistemi legali nazzjonali, ikunu konformi mad-Direttiva dwar is-Servizzi u jiżguraw: (i) kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn id-diversi operaturi ekonomiċi fis-setturi fejn jikkoeżistu operaturi konvenzjonali u operaturi tal-ekonomija kollaborattiva; (ii) rekwiżiti regolatorji ċari, sempliċi u li jippromwovu l-potenzjal tal-innovazzjoni u l-opportunitajiet li l-ekonomija kollaborattiva tista’ toffri lil numru dejjem jikber ta’ persuni.

4.   Qafas istituzzjonali

4.1.

Peress li dan jikkonsisti minn servizzi online pprovduti minn pjattaformi diġitali, is-settur tal-ekonomija kollaborattiva jmur lil hinn, tal-inqas parzjalment, mill-kunċett tat-territorjalità li jikkaratterizza l-attività ekonomika konvenzjonali. Għalhekk, huwa importanti li jiġi żviluppat ukoll qafas regolatorju adegwat u ċar għall-ekonomija kollaborattiva, li jirrifletti l-għan ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, li tintaxxa l-profitti meta dawn isiru.

4.2.

Il-KESE josserva li ċ-ċertezza tad-dritt tkun appoġġjata minn regoli sabiex il-kumpaniji li joffru u jippromovu servizzi relatati mal-ekonomija kollaborattiva jitqiesu li għandhom uffiċċju rreġistrat fl-Ewropa. F’dan ir-rigward, preċiżament fir-rigward tal-karatteristiċi speċifiċi tal-intrapriżi diġitali, qed tiġi diskussa l-possibbiltà li tigi identifikata formula ġdida ta’ stabbiliment virtwali tal-intrapriżi, li ġiet iddefinita bħala “organizzazzjoni permanenti virtwali”. Din hija formulazzjoni interessanti biex jingħelbu l-problemi tad-determinazzjoni tal-post ta’ stabbiliment ta’ din it-tip ta’ attività, li madankollu tirrikjedi riflessjoni wiesgħa u studju xieraq li għandu jitwettaq fis-snin li ġejjin. Dan jippermetti li jiġi identifikat uffiċċju fl-UE għall-attivitajiet żviluppati permezz tas-suq diġitali, filwaqt li jiġi żgurat li l-valur ekonomiku tat-tranżazzjonijiet jiġi ntaxxat fl-Ewropa, u b’mod aktar ġenerali, fejn jinħoloq il-valur.

4.3.

L-ekonomija kollaborattiva tista’ tiffaċilita xi wħud mill-kompiti tal-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa, bħala riżultat tad-diġitalizzazzjoni tal-ħlasijiet li jsiru permezz tal-pjattaformi kollaborattivi u t-traċċabbiltà sħiħa ta’ tali ħlasijiet. Id-disinn tas-sistemi tal-ħlasijiet jista’ jagħmilha aktar faċli għall-operaturi fis-settur biex jissodisfaw l-obbligi tat-taxxa tagħhom, bħalma huwa l-każ fl-Estonja, fejn il-proċedura għas-sewwieqa u għal xi fornituri ta’ servizz biex jiddikjaraw id-dħul tagħhom, ġiet issemplifikata f’kooperazzjoni mal-pjattaformi diġitali.

4.4.

B’mod ġenerali, il-KESE jittama li l-iskambju ta’ informazzjoni preċiża u traċċabbli bejn l-awtoritajiet tat-taxxa, l-operaturi u l-pjattaformi kollaborattivi se jgħin biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fir-rigward tal-ħlas tat-taxxa fis-settur tal-ekonomija kollaborattiva kif ukoll il-piż tal-infurzar fuq l-awtoritajiet finanzjarji, filwaqt li l-kooperazzjoni ssir aktar sempliċi u aktar sigura permezz tal-ambjent teknoloġiku li fih isiru t-tranżazzjonijiet.

5.   It-tassazzjoni tal-ekonomija kollaborattiva

5.1.

Fir-rigward tat-tassazzjoni tal-ekonomija kollaborattiva, għandu jiġi rrimarkat li fir-rapport tiegħu tat-28 ta’ Mejju 2014, il-Grupp ta’ Esperti dwar it-Tassazzjoni tal-Ekonomija Diġitali mwaqqaf mill-Kummissjoni Ewropea kkonkluda li ma għandux ikun hemm sistema tat-taxxa speċjali għall-ekonomija jew għall-intrapriżi diġitali, u li jitqies aktar adatt li r-regolamenti u l-mudelli tat-taxxa fis-seħħ jiġu aġġustati għall-kuntesti l-ġodda, filwaqt li tintuża t-traċċabbiltà wiesgħa tat-tranżazzjonijiet li jseħħu fuq il-pjattaformi tal-ekonomija kollaborattiva għall-ġestjoni tal-obbligi tat-taxxa.

5.2.

F’termini prattiċi, il-mudelli kummerċjali l-ġodda jeħtieġu attenzjoni partikolari mill-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa, b’mod partikolari meta l-pjattaformi huma bbażati barra mill-UE, biex jippruvaw jagħmlu distribuzzjoni ġusta u proporzjonata tal-piż tat-taxxa fuq il-valur ekonomiku ġġenerat mid-diversi atturi: il-fornituri, il-benefiċjarji u l-pjattaformi ta’ intermedjazzjoni.

5.3.

Il-KESE jqis li hemm bżonn li jittieħed approċċ raġonevoli u proporzjonat fl-adattament tar-regoli ġenerali u l-prinċipji li jirregolaw il-kwistjonijiet tat-taxxa fis-settur tal-ekonomija kollaborattiva. Dan l-approċċ għandu jipprovdi regoli ċari u prevedibbli għall-operaturi tas-settur, sabiex ma jiġux iġġenerati spejjeż eċċessivi ta’ konformità li jistgħu jipperikolaw it-tkabbir ta’ settur żviluppat reċentement bi prospetti futuri li huma estensivi iżda li għadhom mhux prevedibbli għalkollox jew għadhom ma jistgħux jitkejlu kompletament.

5.4.

Kwalunkwe inizjattiva Ewropea futura possibbli dwar it-tassazzjoni tal-mudelli ta’ negozju tal-ekonomija kollaborattiva għandha tqis id-diversi inizjattivi kontra l-evitar li tnedew fis-snin reċenti mill-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tat-taxxa b’tali mod li twassal biex id-diversi inizjattivi regolatorji jiġu kkoordinati b’mod reċiproku f’qafas ta’ interventi organiku u koerenti.

5.5.

Hemm bżonn ta’ inizjattiva koordinata dwar it-tassazzjoni tal-ekonomija kollaborattiva sabiex jissaħħaħ is-suq intern Ewropew u jiżdied it-tkabbir tiegħu, peress li dan huwa settur li diġà jifforma parti sinifikanti mill-ekonomija Ewropea u saħansitra għandu jkollu rwol akbar fis-snin li ġejjin.

5.5.1.

F’dan ir-rigward, l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat joffru bażi legali solida għat-tfassil ta’ regoli diretti kif ukoll indiretti dwar it-tassazzjoni għall-ekonomija kollaborattiva, immirati lejn it-tisħiħ tas-suq intern u t-titjib tal-mod kif jaħdem.

5.6.

Xi Stati Membri ddeċidew li jieħdu azzjoni biex jintaxxaw is-settur tal-ekonomija kollaborattiva permezz ta’ leġislazzjoni ġdida, vinkolanti, filwaqt li oħrajn approvaw linji gwida indirizzati lill-operaturi tas-settur. Madankollu, kif diġà ntqal qabel, hija meħtieġa inizjattiva għat-tassazzjoni tal-ekonomija kollaborattiva fil-livell Ewropew.

5.7.

Għalhekk, il-KESE jittama li jista’ jsir intervent leġislattiv fil-livell Ewropew fuq it-tassazzjoni tal-ekonomija kollaborattiva, filwaqt li jiġu previsti koordinazzjoni u involviment adatti tal-Istati Membri bl-objettiv li jissaħħaħ is-suq intern u li jiġu sfruttati bis-sħiħ l-opportunitajiet li joriġinaw mill-ekonomija kollaborattiva.

5.8.

Il-fornituri ta’ servizzi tal-ekonomija kollaborattiva huma ċertament soġġetti għall-obbligi ta’ taxxa, madankollu hemm xi diffikultajiet fl-identifikazzjoni tal-kontribwenti, anke minħabba l-fatt li dawn jistgħu joperaw kemm f’kapaċità professjonali (pereżempju joffru provvista kontinwa ta’ servizz), kif ukoll b’mod okkażjonali (fil-forma ta’ appoġġ għad-dħul mingħajr ma dan isir professjoni). Minbarra din id-diffikultà fl-identifikazzjoni tal-kontribwenti, il-kompitu tal-kejl tad-dħul taxxabbli b’mod preċiż huwa ta’ spiss kumpless.

5.9.

F’dan ir-rigward, il-KESE jqis l-iffissar ta’ livelli limiti ta’ dħul minimu bħala mezz potenzjalment utli sabiex tittieħed deċiżjoni dwar jekk attività partikolari għandhiex titqies bħala professjonali jew le. Madankollu, huwa jittama li l-għażla ta’ tali livelli limiti tkun ġustifikata b’evidenza jew raġunijiet adatti.

5.10.

Fir-rigward tal-mudelli kummerċjali l-ġodda, hemm bżonn ta’ koordinazzjoni madwar l-UE kollha sabiex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja jew l-abbuż tat-taxxa. L-aħjar prattiki ta’ mudelli tat-tassazzjoni, b’mod partikolari għall-intrapriżi li jmexxu u jwettqu l-attivitajiet ta’ tqabbil bejn id-domanda u l-provvista permezz ta’ pjattaformi diġitali, għandhom jiġu introdotti u applikati mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura l-koordinazzjoni bejn ir-regoli billi tidentifika xi regoli komuni u kondiviżi permezz ta’ direttiva.

5.11.

Fl-istess ħin, il-KESE jħeġġeġ lill-amministrazzjonijiet finanzjarji nazzjonali jippubblikaw linji gwida sabiex jipprovdu indikazzjonijiet ċari għall-fornituri ta’ servizz li joperaw fi ħdan l-ekonomija kollaborattiva. Peress li l-fornituri ta’ servizz ta’ spiss huma individwi privati, fil-prattika hemm bżonn li tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-obbligi ta’ tassazzjoni, peress li ta’ spiss, dawn ma jkunux jafu jekk għandhomx iħallsu t-taxxa.

5.12.

Il-KESE jittama li l-liġijiet Ewropej u nazzjonali jipprevedu mekkaniżmi li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-operaturi tal-ekonomija kollaborattiva u l-awtoritajiet tat-taxxa. Permezz tal-użu wiesgħa ta’ data validata u traċċabbli, din il-kollaborazzjoni tista’ twassal għas-semplifikazzjoni u t-trasparenza fiskali, sakemm ikun possibbli li, għal ċerti attivitajiet, il-pjattaformi diġitali jsiru “sostituti għall-ħlas dirett tat-taxxa” f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet fiskali.

5.12.1.

F’dan ir-rigward, il-KESE jenfasizza li ċ-ċertezza dwar it-taxxa tirrikjedi attenzjoni partikolari dwar l-evoluzzjoni u t-tkabbir mgħaġġla tal-mudelli kummerċjali l-ġodda, li qed iżidu t-tħassib dwar l-inċertezza fil-qasam tat-taxxa u dwar l-impatt tagħhom fuq il-kummerċ u l-investiment transkonfinali, b’mod partikolari fil-kuntest tat-tassazzjoni internazzjonali (3).

5.13.

Il-KESE jenfasizza li l-ekonomija kollaborattiva tista’ potenzjalment tespandi l-bażi tat-taxxa nazzjonali filwaqt li toħloq impjiegi ġodda u twassal riżorsi ġodda għall-ekonomija. Bl-għan li jisfruttaw din il-bażi ġdida, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżviluppaw sistemi ta’ skambju tal-informazzjoni fi ħdan l-awtorità li huma aktar effiċjenti. Din id-data flimkien ma’ opportunitajiet teknoloġiċi ġodda tista’ toħloq ċertezzi fiskali ikbar bi spejjeż iktar baxxi kemm għall-fornituri tas-servizz kif ukoll għall-awtoritajiet tat-taxxa. Peress li l-pjattaforma diġitali, il-fornitur tas-servizzi u l-klijent jistgħu jkunu fi Stati Membri differenti, il-kwistjoni għandha tiġi mistħarrġa aktar fil-livell komunitarju biex tingħata attenzjoni adatta għall-protezzjoni tad-data transfruntiera.

6.   VAT

6.1.

Fir-rigward tal-attivitajiet tal-ekonomija kollaborattiva u jekk dawn humiex soġġetti għall-VAT, qabel kollox għandha ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet imwettqa minn mudelli kummerċjali ġodda differenti, pereżempju direttament minn pjattaformi kollaborattivi u dawk ta’ fornituri ta’ servizz individwali rreġistrati ma’ tali pjattaformi, u l-mudelli li permezz ta’ pjattaformi jiżviluppaw attivitajiet differenti, pereżempju l-bejgħ ta’ spazji u data tal-utenti għal reklamar.

6.2.

Fir-rigward ta’ dawn l-aħħar każijiet, l-intrapriżi diġà huma soġġetti għal taxxa korporattiva. Dawn jiġbru l-informazzjoni mill-utenti – kull darba li utent jdaħħal tfittxija, il-kumpaniji jiġbru l-informazzjoni. Dawn jistgħu jbigħu dik l-informazzjoni lil min jirreklama u lil partijiet interessati oħra u, jekk jinħoloq il-valur, il-VAT għandha tiġi imposta fuq l-iskambju tad-data (il-ġbir u l-bejgħ tal-informazzjoni).

6.3.

Fir-rigward tal-mudelli li jaħdmu fuq it-tqabbil bejn id-domanda u l-provvista, jista’ jitqies li jinħoloq “valur miżjud” meta jiġi pprovdut servizz u meta titħalla ssir tranżazzjoni/skambju bejn il-klijenti u l-ġestjonarji; għalhekk dan għandu jkun soġġett għall-VAT.

6.4.

F’termini ġenerali, għall-finijiet ta’ VAT, għandha ssir distinzjoni bejn sitwazzjonijiet differenti li jikkonċernaw il-metodi ta’ ħlas għal servizzi mogħtija fl-ekonomija kollaborattiva: (i) sitwazzjonijiet fejn is-servizzi jingħataw bi ħlas ta’ somma flus; (ii) sitwazzjonijiet li fihom ir-remunerazzjoni għas-servizz ma ssirx bil-flus, iżda b’forma ta’ servizz ieħor jew remunerazzjoni mhux monetarja; u (iii) sitwazzjonijiet li fihom is-servizz jingħata liberament mingħajr ebda ritorn.

6.5.

Ir-regoli dwar il-VAT applikabbli għas-sitwazzjoni (i) t’hawn fuq jistgħu jinsiltu mir-regoli u l-prinċipji tal-liġi eżistenti kif stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, filwaqt li s-sitwazzjoni (ii) tista’ ma taqax fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar il-VAT li jeżisti llum.

6.5.1.

Fir-rigward taċ-ċirkostanzi prattiċi li possibbilment jaqgħu taħt il-punt (ii), il-KESE jitlob li ssir analiżi bir-reqqa ta’ jekk l-attivitajiet tal-pjattaformi kollaborattivi humiex soġġetti għall-obbligi tal-VAT. Tabilħaqq, il-qafas legali f’dan il-qasam mhuwiex ċar attwalment, b’mod partikolari dwar servizzi li u, kif issemma qabel, ma jeħtiġux ħlas monetarju, iżda jużaw data dwar il-konsumaturi, il-preferenzi u d-drawwiet tagħhom għal skopijiet kummerċjali.

6.6.

Fil-fehma tal-KESE, huwa importanti li l-Kummissjoni tindirizza u tirregola l-kwistjoni tal-VAT fl-ekonomija kollaborattiva bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni tagħha, possibbilment billi tapplika regoli u prinċipji semplifikati taħt ċerti livelli limiti tal-fatturat – kif diġà sar f’xi pajjiżi – sabiex jiġu limitati l-ispejjeż tal-konformità, b’mod partikolari għall-SMEs u l-fornituri ta’ servizz okkażjonali.

6.7.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali għandhom jippromovu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fl-applikazzjoni tar-regoli dwar il-VAT għas-settur tal-ekonomija kollaborattiva.

7.   Kummenti finali

7.1.

Il-KESE jappoġġja l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva, fejn il-PE jinnota li “l-intraprendituri Ewropej juru tendenza qawwija li joħolqu pjattaformi kollaborattivi għal skopijiet soċjali, u jagħraf li qed jikber dejjem aktar l-interess fl-ekonomija kollaborattiva abbażi ta’ mudelli ta’ negozju kooperattivi” (4).

7.2.

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-ekonomija kollaborattiva, il-potenzjal innovattiv tagħha u l-ħtieġa li r-regoli dwar it-taxxa jiġu adattati għat-tkabbir esponenzjali tas-settur jitolbu l-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata fl-attivitajiet ta’ konsultazzjoni u analiżi promossi mill-Kummissjoni Ewropa. L-għan ta’ dan il-grupp għandu jkun dak li jlaqqa’ flimkien il-partijiet interessati tas-settur, ir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE/l-amministrazzjonijiet finanzjarji nazzjonali, u l-ispeċjalisti akkademiċi sabiex jitnieda dibatittu konġunt dwar kwistjonijiet relatati mat-tassazzjoni tal-ekonomija kollaborattiva.

7.3.

Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi aktar rakkomandazzjonijiet għal skambju aħjar tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tat-tassazzjoni u għal trattament ugwali tal-fornituri ta’ servizz. Il-Kumitat iqis li jkun meħtieġ titfassal opinjoni ta’ segwitu sabiex jiġu vvalutati aktar ir-rekwiżiti tal-politika dwar it-taxxa, kif ukoll l-impatt u l-eżiti tat-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali.

7.4.

Fir-rigward tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-konsumaturi involuti fl-ekonomija kollaborattiva, il-KESE hawnhekk jirreferi għall-Opinjoni dwar L-ekonomija kollaborattiva u l-awtoregolazzjoni  (5). Madankollu, f’dan il-kuntest, huwa importanti li wieħed jiftakar li l-impatt tal-ekonomija kollaborattiva fuq is-suq tax-xogħol għandu effetti sinifikanti ħafna, li jirrikjedu attenzjoni speċifika għall-protezzjoni tal-ħaddiema, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet għall-kura tas-saħħa u s-sistema tas-sigurtà soċjali.

7.4.1.

F’dan ir-rigward, il-KESE jenfasizza għal darb’oħra l-bżonn li jitqies l-impatt tal-ekonomija kollaborattiva fuq is-suq tax-xogħol u jirrimarka li l-protezzjoni sħiħa tal-ħaddiema u l-fornituri ta’ servizz hija għan li għandu dejjem jitqies mil-leġislaturi tal-UE u dawk nazzjonali.

Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 36 , punt 8.2.4.

(2)  Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara l-artiklu tal-Forum Ekonomiku Dinji: https://www.weforum.org/agenda/2015/08/is-data-the-new-currency/

(3)  Għal aktar informazzjoni ara d-dokument “IMF/OECD Report for the G20 Finance Ministers Tax Certainty” (Rapport tal-IMF/OECD għat-Taxxa tal-Ministri tal-Finanzi tal-G20 dwar iċ-ċertezza tat-taxxa).

(4)  Rapport dwar aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva (2017/2003(INI), 11 ta’ Mejju 2017.

(5)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 36, punt 8.2.4.


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/72


Opinjoni tal-Kumitat Eknomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-użu tal-art għall-produzzjoni tal-ikel sostenibbli u s-servizzi tal-ekosistema”

(opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Estonjana)

(2018/C 081/10)

Relatur:

Roomet SÕRMUS

Konsultazzjoni

Ittra mill-Prim Ministru tar-Repubblika tal-Estonja bid-data tas-17.3.2017

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

 

 

Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

28.3.2017

 

 

Sezzjoni responsabbli

Sezzjoni Speċjalizzatagħall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent

Adottata fis-sezzjoni

3.10.2017

Data tal-adozzjoni fis-sessjoni plenarja

18.10.2017

Sessjoni tal-plenarja Nru

529

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

126/0/2

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-ħamrija agrikola huwa essenzjali li jkun hemm qafas ta’ referenza komuni tal-UE biex jimmonitorja l-progress fil-ġbir u l-użu tad-data; jista’ jintuża wkoll għad-definizzjoni ta’ kundizzjoni tajba tal-ħamrija, terminoloġija uniformi, kriterji uniformi għall-monitoraġġ kif ukoll il-prijoritajiet u l-miżuri ta’ politika differenti biex tinkiseb kundizzjoni tajba tal-ħamrija.

1.2.

Fl-Istati Membri kollha, it-telf tal-art agrikola hija problema sinifikanti minħabba d-degradazzjoni tal-ħamrija, l-abbandun tal-art, it-tibdil fil-klima u l-urbanizzazzjoni. Għalhekk il-KESE jipproponi li jiġġedded il-qafas eżistenti tal-UE sabiex jiġu protettti ż-żoni agrikoli u l-fertilità tagħhom fl-Istati Membri, li huma siewja għall-produzzjoni tal-ikel u l-provvista ta’ servizzi oħra tal-ekosistema, filwaqt li jittejjeb il-monitoraġġ u tiġi pprovduta informazzjoni affidabbli.

1.3.

Il-bdiewa, bħala s-sidien u l-utenti tal-art agrikola, għandhom kompitu speċjali fil-provvista tas-servizzi tal-ekosistema, li għandha tiġi rikonoxxuta u appoġġjata. Il-ħamrija tipprovdi l-aktar servizzi tal-ekosistema importanti. Il-ħamrija hija l-bażi tal-parti ewlenija tal-produzzjoni tal-ikel globali u hija meħtieġa għall-produzzjoni tal-bijomassa. Il-ħamrija taħżen il-karbonju u għalhekk tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

1.4.

Il-modernizzazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), fost affarijiet oħra, għandha tibqa’ tkun immirata lejn it-titjib tas-saħħa u l-fertilità tal-ħamrija u l-art agrikola, li huwa essenzjali għaż-żamma u biex ikomplu jissaħħu l-produttività u s-sostenibbiltà tas-settur agrikolu.

1.5.

Skont il-Ftehim dwar il-Klima, l-inizjattivi eżistenti u ġodda għandhom jiġu promossi biex iċ-ċiklu tal-karbonju tal-ħamrija jinżamm f’bilanċ, b’mod li ma jheddidx il-produzzjoni tal-ikel. Sabiex jiżdied il-kontenut tal-karbonju tal-ħamrija, il-KESE jipproponi li l-prinċipji tal-ġestjoni tal-ħamrija sostenibbli jiġu inkorporati fil-miżuri politiċi tal-UE. Għandhom jiġu promossi, fost affarijiet oħra, il-produzzjoni tal-bijomassa permezz tat-titjib tal-aċċess għall-ilma u fatturi oħra tal-ħamrija (l-istruttura u l-ventilazzjoni tal-ħamrija, id-disponibbiltà tan-nutrijenti, il-valur tal-pH, l-attività bijoloġika tal-ħamrija), ħdim tar-raba’ partikolarment konservattiv, l-agrikoltura tal-mergħat u l-ġestjoni sostenibbli tal-bwar, produzzjoni agrikola integrata, bl-użu ta’ metodi ppruvati u ttestjati minn agrikoltura organika u konvenzjonali, bħalma huma n-newba tal-uċuħ tar-raba’, il-kultivazzjoni tal-għelejjel tal-legumi, l-irkupru tal-iskart organiku u l-kompost, kif ukoll il-ħolqien ta’ kopertura ta’ pjanti għax-xitwa għall-għelieqi. Il-ħamrija u l-bwar b’livell għoli ta’ karbonju għandhom jiġu mmaniġġjati b’mod sostenibbli sabiex jippromovu s-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija u fil-pjanti.

1.6.

L-Istati Membri għandhom jitħeġġu u jiġu motivati jadottaw miżuri xierqa għall-protezzjoni tal-ħamrija fil-qafas tat-tieni pilastru tal-PAK.

1.7.

L-investimenti addizzjonali fit-teknoloġiji favur l-ambjent u l-klima u fis-sistemi ta’ titjib tal-art għandhom jiġu appoġġjati bil-ħsieb tal-użu sostenibbli tal-art u tal-ħamrija.

1.8.

L-agrikoltura msejsa fuq l-għarfien (jiġifieri, l-agrikoltura ta’ preċiżjoni u l-approċċi agroekoloġiċi) għandha titħeġġeġ. Il-potenzjal tal-biedja ta’ preċiżjoni favur ir-riżorsi, il-ħamrija u l-ambjent jitwettaq permezz tal-integrazzjoni tad-data dwar il-ħamrija, il-fertilizzant, il-protezzjoni tal-pjanti, it-temp u r-rendiment, li fost l-oħrajn teħtieġ aċċess aħjar għad-data disponibbli fil-bażijiet tad-data nazzjonali, aktar mobbiltà u aktar faċilità biex tintuża, fejn japplika l-prinċipju li l-bdiewa huma s-sidien tad-data ġġenerata. Il-prerekwiżit għal dan huwa l-aċċess għall-Internet u l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni mill-bdiewa.

1.9.

Id-data dwar il-ħamrija għandha tintuża aktar fit-tfassil tal-politika u fid-deċiżjonijiet tal-ippjanar relatati mal-użu tal-art. Fl-istess ħin, jeħtieġ li tittejjeb il-kwalità u d-disponibbiltà tad-data dwar il-ħamrija, b’mod speċjali f’żoni fejn sa issa għadha ma twettqitx biżżejjed riċerka. Fil-livell tal-UE, għandu jkun hemm qbil dwar monitoraġġ uniformi tal-ħamrija.

1.10.

Għandha tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tal-ħamrija fis-sistema edukattiva kollha. F’dan ir-rigward għandhom jintużaw riżorsi pedagoġiċi moderni u t-tema tal-ħamrija għandha tiġi inkuża fil-kurrikuli tad-diversi livelli edukattivi.

1.11.

Anke l-miżuri għall-għoti ta’ informazzjoni lill-bdiewa dwar il-ħamrija u l-prattiki agrikoli tajbin għandhom rwol importanti. Għal dan il-għan, l-involviment ta’ servizzi konsultattivi huwa ta’ importanza partikolari.

2.   Introduzzjoni

2.1.

Din l-opinjoni tal-KESE qed titfassal fuq talba tal-presidenza Estonjana u għandha l-għan li tenfasizza l-importanza kruċjali tal-użu sostenibbli tal-art (1) u tal-ħamrija (2) għall-produzzjoni tal-ikel u għat-twettiq tas-servizzi tal-ekosistema.

2.2.

Fuq talba tal-Presidenza Estonjana, il-Kumitat se janalizza kif il-kwistjoni tal-art agrikola se tiġi trattata fid-diversi oqsma ta’ politika tal-UE. Se jikkunsidra wkoll x’jistgħu jagħmlu dawk li jfasslu l-politika u n-negozji fl-UE biex jippromovu l-użu sostenibbli u effettiv tal-ħamrija, riżorsa li hija essenzjali għall-produzzjoni tal-ikel u l-provvista ta’ servizzi oħra tal-ekosistema.

2.3.

Fil-livell tal-UE, f’dan l-istadju hemm varjetà ta’ regoli ta’ protezzjoni tal-ħamrija. Minkejja li d-diversi oqsma politiki tal-UE jikkontribwixxu għall-protezzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tal-art agrikola, il-protezzjoni tal-ħamrija fil-biċċa l-kbira mhijiex l-objettiv prinċipali tagħhom. Il-KESE jemmen li issa huwa ż-żmien propizju biex nibdew id-dibattitu dwar kif miżuri differenti jistgħu jiġu kkoordinati aħjar fil-livell tal-UE.

2.4.

Kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri għandhom jibbażaw it-tfassil tal-politiki tagħhom fuq l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti għall-perjodu sal-2030 (3). Dawn l-għanijiet jinkludu l-promozzjoni tal-ekosistemi, il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, it-twaqqif u t-treġġigħ lura tad-deterjorament u d-degradazzjoni tal-ħamrija, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-użu effiċjenti tagħhom, u l-integrazzjoni tal-miżuri dwar it-tibdil fil-klima fil-politiki, l-istrateġiji u l-ippjanar nazzjonali. Prekundizzjoni indispensabbli għall-agrikoltura sostenibbli u l-produzzjoni tal-ikel hija l-protezzjoni tal-art agrikola, kif ukoll l-użu sostenibbli tal-ħamrija, li hija riżorsa finita u fil-prinċipju mhux rinnovabbli.

2.5.

Barra minn hekk, numru ta’ inizjattivi (4) ġew imnedija biex jippromovu l-ġestjoni tal-ħamrija sostenibbli u biex jissensibilizzaw dwar ir-rwol importanti tal-art agrikola għas-sigurtà alimentari u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

2.6.

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għal-limiti tal-pjaneta tagħna. Dawn jistgħu jintużaw biex jiġu determinati l-limiti ekoloġiċi li l-individwi ma jistgħux josbqu jekk ma jridux jagħmlu ħsara lill-ambjent.. Jinnota li diġà nqabżu tlieta mid-disa’ limiti planetarji (it-tibdil fil-klima, it-telf ta’ bijodiversità, iċ-ċiklu tan-nitroġenu) (5). Fl-istess ħin, il-Kumitat huwa konxju li l-iżgurar ta’ fornimenti globali tal-ikel huwa sfida li l-Ewropa teħtieġ li tieħu b’mod serju bħala parti mir-responsabbiltajiet globali tagħha.

3.   Il-kwistjonijiet prinċipali dwar l-użu tal-art u tal-ħamrija għall-produzzjoni agrikola

3.1.

Id-domanda globali għall-prodotti tal-ikel se tiżdied fid-deċennji li ġejjin. Għaldaqstant, l-art agrikola f’xi reġjuni tad-dinja inevitabbilment ser ikollha tiġi ġestita b’mod aktar intensiv, li jista’ jkollu impatt negattiv fuq il-ħamrija u l-ambjent f’sens usa’, jekk il-ħamrija ma tinħadimx minn perspettiva ekoloġika. Sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti tal-ikel, il-produttività taż-żoni agrikoli eżistenti għandha tinżamm u l-fertilità għandha tiġi preservata mil-lat bijoloġiku, kimiku u fiżiku.

3.2.

L-Opinjoni tal-KESE dwar “Sistemi tal-ikel aktar sostenibbli” (6) tiddeskrivi l-konsegwenzi ta’ ġesjoni tal-biedja mhux xierqa fil-produzzjoni tal-ikel: it-telf tal-bijodiversità, id-degradazzjoni tal-ħamrija, it-tniġġis tal-ilma u tal-arja u l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. Għalhekk għandu jiġi żgurat li dawn ir-riżorsi jintużaw b’mod effiċjenti u sostenibbli sabiex jiġu ssalvagwardjati l-provvisti tal-ikel. Dan għandu jkun parti wkoll minn politika komprensiva tal-provvista tal-ikel, kif stabbilit fl-Opinjoni tal-KESE dwar “Il-kontribut tas-soċjetà ċivili għall-iżvilupp ta’ politika komprensiva dwar l-ikel fl-UE”.

3.3.

It-tibdil fil-klima għandu konsegwenzi wkoll għad-disponibbiltà tar-riżorsi naturali bażiċi – l-ilma u l-ħamrija. Minkejja li ttieħdu numru ta’ miżuri kontra t-tibdil fil-klima, il-kontenut tal-karbonju tal-ħamrija qed jonqos sena wara l-oħra, abbażi tad-data dwar il-ħamrija tal-wiċċ. Madankollu, aktar informazzjoni dwar l-aktar saffi fondi tirrifletti t-tendenza b’mod aktar realistiku.

3.4.

Fir-rapport tagħha “The European environment – state and outlook 2015” (L-ambjent Ewropew – il-qagħda u l-perspettiva 2015) (7), l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) twissi li s-servizzi tal-ekosistema tal-ħamrija – inkluż il-produzzjoni tal-ikel, il-protezzjoni tal-bijodiversità, u l-ħżin tal-karbonju, l-ilma u n-nutrijenti fil-ħamrija – qegħdin dejjem aktar taħt theddida. Skont ir-reġjun, il-problemi prinċipali identifikati fir-rapport huma l-erożjoni tal-ħamrija, it-telf tal-materja organika fil-ħamrija, il-kontaminazzjoni u l-issiġillar tal-ħamrija, kif ukoll l-urbanizzazzjoni, l-abbandun tal-art u l-konsegwenzi ta’ produzzjoni agrikola dejjem aktar intensiva fuq il-ħabitats naturali u seminaturali. It-tnaqqis tal-fertilità tal-ħamrija huwa wkoll fost it-theddidiet ġenerali rikonoxxuti għall-ħamrija.

4.   Il-kwistjoni tal-art agrikola f’diversi oqsma tal-politika tal-UE

4.1.

Ir-rapport imfassal mill-Kummissjoni Ewropea analizza l-miżuri għall-protezzjoni tal-ħamrija tat-28 Stat Membru tal-UE (8). L-analiżi identifikat 35 miżura politika tal-UE u 671 miżura politika nazzjonali għall-protezzjoni tal-ħamrija. Il-miżuri tal-UE jinkludu dokumenti ta’ strateġija, direttivi, regolamenti u diversi miżuri ta’ akkumpanjament. Tliet kwarti mill-miżuri nazzjonali huma primarjament regoli vinkolanti.

4.2.

Id-diversità tal-miżuri fl-Istati Membri toffri l-opportunità biex tindirizza l-problemi kumplessi tal-protezzjoni tal-ħamrija filwaqt li fl-istess ħin ittejjeb il-koordinazzjoni. Id-dritt tal-UE parzjalment jipprovdi regoli siewja u stretti dwar il-protezzjoni tal-ħamrija, imma s-sistema għandha xi dgħufijiet. Il-politiki nazzjonali mhumiex biżżejjed biex jagħlqu d-distakki fil-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tal-ħamrija u r-regoli dwar il-protezzjoni tal-ħamrija jvarjaw b’mod sinifikanti minn pajjiż għal ieħor.

4.3.

Is-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-UE, fis-seħħ sa mill-bidu tal-2014, jirrikonoxxi d-degradazzjoni tal-ħamrija bħala problema serja u jistabbilixxi l-mira li sal-2020 l-UE jkollha ġestjoni tal-ħamrija sostenibbli u protezzjoni adegwata tal-ħamrija u tagħmel progress dwar ir-riabilitazzjoni tal-art kontaminata. L-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom ukoll li jżidu l-miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija u jtejbu l-materja organika tal-ħamrija.

4.4.

Il-miżuri tal-UE li ġejjin, fost l-oħrajn, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala rilevanti għall-protezzjoni tal-ħamrija u relattivament effettivi: id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali u d-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali, ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-ilma (id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma), id-Direttiva dwar in-Nitrati, is-sistema ta’ kundizzjonalità tal-PAK, kif ukoll ir-regoli dwar il-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba. Sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-ħamrija, l-implimentazzjon ita’ dawn il-miżuri jista’ jkollha impatt akbar jekk iċ-ċirkustanzi lokali jiġu kkunsidrati b’mod flessibbli u l-miżuri jiġu kkoordinati aħjar bejniethom.

4.5.

Il-kwistjonijiet tal-protezzjoni tal-ħamrija jistgħu jiġu indirizzati wkoll bl-użu ta’ diversi tipi ta’ appoġġ finanzjarju disponibbli permezz tal-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Life + u l-programm Orizzont 2020.

4.6.

Il-pagamenti diretti taħt l-ewwel pilastru tal-PAK, li jkopru madwar 90 % tal-art agrikola utilizzata fl-UE, huma inċentiv ekonomiku importanti għal deċiżjonijiet dwar l-użu u l-ġestjoni tal-art mill-bdiewa. Il-pagamenti diretti huma strettament marbuta maż-żamma tal-art agrikola f’kundizzjoni agrikola u ekoloġika tajba u r-rispett tar-rekwiżiti dwar il-kundizzjonalità u l-ekoloġizzazzjoni skont ir-regolamenti bażiċi tal-PAK. L-Istati Membri għandhom ċertu marġni ta’ diskrezzjoni. 30 % tal-pagamenti diretti huma suġġetti għal rekwiżiti ambjentali li għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħamrija, jipproteġu l-bijodiversità u jippromovu l-iffissar tal-karbonju (9). Huwa importanti li jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-ekoloġizzazzjoni ma jiġux imxejna minn burokrazija żejda meta tiġi implimentata l-miżura.

4.7.

Fi ħdan it-tieni pilastru tal-PAK, il-programmi ta’ żvilupp rurali joffru wkoll l-opportunità lill-Istati Membrili biex jimplimentaw il-miżuri tal-UE dwar il-protezzjoni tal-ħamrija, li huma mfassla skont l-ispeċifikazzjonijiet lokali f’kull Stat Membru.

4.8.

Il-perspettivi għall-protezzjoni tal-ħamrija, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għall-konsegwenzi tiegħu jistgħu jinkisbu wkoll permezz ta’ għadd ta’ inizjattivi leġislattivi ppjanati (bħall-Pakkett tal-Klima u l-Enerġija, ir-Regolament dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF), ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi eċċ.).

4.9.

Il-modernizzazzjoni tar-regolament tal-UE dwar il-fertilizzanti – li qed tiġi diskussa f’konnessjoni mal-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari – li se tiżgura li l-fertilizzanti organiċi u bbażati fuq l-iskart ikunu jistgħu jintużaw b’mod aktar faċli, hija rilevanti ħafna wkoll għal kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-ħamrija. Il-materjal riċiklat li se jintuża bħala emenda jew fertilizzant tal-ħamrija m’għandux, madankollu, ikun fih sustanzi perikolużi (ksenobijotiċi). Għalkemm il-proposta tal-Kummissjoni tistabbilixi valuri ta’ limitu għall-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi niġġiesa fil-fertilizzant minerali jew organiku, għad hemm bżonn ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda u nodfa sabiex jiġu prodotti fertilizzanti u emendi tal-ħamrija li jkunu siguri għall-użu tal-art, mingħajr ma tiġi affettwata l-produttività primarja. Fl-Opinjoni tiegħu l-KESE jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni, u jindika li l-fertilità u l-protezzjoni tal-ħamrija huma objettivi ewlenin għar-reviżjoni tar-Regolament (10).

5.   Proposti li jippromovu l-użu sostenibbli tal-ħamrija bħala riżorsa essenzjali għall-produzzjoni tal-ikel u t-twettiq ta’ servizzi tal-ekosistema fl-Unjoni Ewropea

5.1.

Għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-ħamrija agrikola huwa essenzjali li jkun hemm qafas ta’ referenza komuni tal-UE biex jimmonitorja l-progress fil-ġbir u l-użu tad-data; dan jista’ jintuża wkoll għal terminoloġija komuni, id-definizzjoni ta’ kundizzjoni tajba tal-ħamrija, il-prijoritajiet, il-kriterji għall-monitoraġġ b’kunsiderazzjoni tal-kundizjonijiet differenti tal-ħamrija u tal-klima, u diversi miżuri ta’ politika differenti biex tinkiseb kundizzjoni tajba tal-ħamrija. Dan huwa prerekwiżit biex jiġu vvalutati b’mod xieraq il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u jittieħdu l-miżuri neċessarji.

5.2.

Fl-Istati Membri kollha, it-telf tal-art agrikola minħabba d-degradazzjoni tal-ħamrija, l-abbandun tal-art, it-tibdil fil-klima u l-urbanizzazzjoni hija problema sinifikanti. Qed jisparixxu dejjem aktar żoni agrikoli biex jagħmlu l-wisa’ għall-iżvilupp ta’ uċuħ artifiċjali. Bejn l-2006 u l-2012, it-teħid tal-art annwali fil-pajjiżi Ewropej kien madwar 107 000 ettaru/sena. It-tipi ta’ art li ttieħdu bl-aktar mod frekwenti għal żvilupp artifiċjali kienu l-art li tinħadem u r-raba’ permanenti, segwiti mill-mergħat u minn żoni agrikoli mħallta (11). Għalhekk il-KESE jipproponi li jiġġedded il-qafas eżistenti tal-UE sabiex jiġu protettti ż-żoni agrikoli u l-fertilità tagħhom fl-Istati Membri, li huma siewja għall-produzzjoni tal-ikel u l-provvista ta’ servizzi oħra tal-ekosistema. Għal dan il-għan għandhom jinħolqu aktar possibbiltajiet tekniċi għal monitoraġġ imtejjeb u l-provvista ta’ informazzjoni affidabbli.

Il-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni Ewropea

5.3.

Bil-ħsieb tal-modernizzazzjoni tal-PAK, il-ġestjoni effiċjenti u sostenibbli tal-art agrikola għandha tiġi żgurata fil-perjodu ta’ programmazzjoni finanzjarja li jmiss. L-għan għandu jkun, fost affarijiet oħra, li jkomplu jiġu protetti s-saħħa u l-fertilità tal-art agrikola u l-ħamrija, li huwa essenzjali għaż-żamma u biex ikomplu jissaħħu l-produttività u s-sostenibbiltà tas-settur agrikolu.

5.4.

Fil-qafas tal-miżuri tal-ekoloġizzazzjoni tal-ewwel pilastru tal-PAK, għandhom jinstabu soluzzjonijiet aħjar biex itejbu l-kundizzjoni tal-ħamrija. L-ewwel nett għandha tiġi promossa n-newba tal-uċuħ tar-raba’ bl-użu ta’ speċi leguminużi jew tal-ħaxix. Id-diskussjonijiet dwar l-effikaċja tal-ekoloġizzazzjoni jiffukaw l-aktar fuq il-kwistjoni tal-bijodiversità, imma l-impatt pożittiv tal-kultivazzjoni tal-uċuħ leguminużi fuq il-fertilità tal-ħamrija għandu jingħata aktar piż milli ngħata sa issa (12).

5.5.

L-agrikoltura ma tipproduċix biss ikel ta’ kwalità għolja. Hija responsabbli wkoll għall-bijodiversità u għall-pajsaġġi miftuħa. Għandha wkoll rwol importanti fl-adattament u fil-mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima. Il-provvista ta’ beni pubbliċi hija primarjament żgurata permezz ta’ miżuri għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, li joħolqu valur miżjud u jindirizzaw l-impatt tal-agrikoltura fuq il-ħamrija, l-ilma u l-bijodiversità.

5.6.

L-Istati Membri għandhom jitħeġġu u jiġu motivati sabiex, fil-qafas tat-tieni pilastru tal-PAK, jadottaw miżuri għall-protezzjoni tal-ħamrija, li jippermettulhom il-flessibilità massima biex jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi lokali, il-kundizzjonijiet differenti (inklużi t-tipi ta’ ħamrija) u l-problemi speċifiċi.

5.7.

Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tagħti attenzjoni akbar lill-proposti speċifiċi li saru mill-Istati Membri biex titjieb il-kwalità tal-ħamrija u l-użu sostenibbli tagħha (pereżempju bil-promozzjoni tat-trattament bil-ġir biex tiġi miġġielda l-aċidifikazzjoni tal-ħamrija, jew tal-irrigazzjoni u tad-drenaġġ biex tiġi miġġielda l-iskarsezza tal-ilma jew il-kontenut żejjed tal-ilma). Meta tiġi mmaniġġjata l-ħamrija organika, l-ebda għażla ta’ ġestjoni m’għandha tiġi eskluża, imma għandhom jiġu pprovduti diversi miżuri għall-protezzjoni u l-kura tal-ħamrija.

5.8.

L-investimenti addizzjonali fit-teknoloġiji favur l-ambjent u l-klima għandhom jiġu promossi bil-ħsieb tal-użu sostenibbli tal-art u tal-ħamrija. Għal produzzjoni sostenibbli tal-ikel għandha titħeġġeġ l-agrikoltura bbażata fuq l-għarfien (inkluża l-biedja bi preċiżjoni u l-approċċi agroekoloġiċi) li għandha tiżgura li l-inputs agrikoli jiġu applikati fil-kwantità t-tajba, fil-post it-tajjeb u fil-waqt it-tajjeb. Ta’ importanza kbira huwa t-tijib tal-attività bijoloġika permezz tal-introduzzjoni tal-materja organika u l-ksib ta’ bilanċ ta’ nutrijenti fil-ħamrija – il-fertilizzazzjoni żejda toħloq riskji ambjentali minħabba l-iskular tan-nutrijenti, filwaqt li, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ nutrijenti jnaqqas il-fertilità tal-ħamrija. Jeħtieġ ukoll li tiġi osservata l-liġi tal-minimu (13) peress li fin-nuqqas ta’ ċerti nutrijenti (bħall-fosfru) jiżdied ir-riskju tal-iskular ta’ nutrijenti oħra.

5.9.

It-trobbija tal-bhejjem għandha rwol importanti u spiss kruċjali fl-użu tal-art minħabba ċ-ċiklu tan-nutrijenti, iż-żamma tal-fertilità tal-ħamrija (14) u l-assorbiment tal-karbonju. Fl-UE hemm ħafna art agrikola, inkluż il-bwar, li hija adattata biss għall-agrikoltura tal-mergħat jew għall-għelejjel tal-foraġġ, u għaldaqstant f’ċerti reġjuni t-trobbija tal-annimali għandha tkompli tiġi inkoraġġuta sabiex il-bdiewa ma jċedux din l-art. Il-prattika, li hija mifruxa f’xi partijiet tal-UE, taż-żamma tal-bur permanenti permezz tal-ħsad biss ma toffri l-ebda alternattiva għall-agrikoltura tal-mergħat, jew bil-ħsieb tal-produzzjoni tal-ikel jew għall-effiċjenza tar-riżorsi jew il-ħamrija. Għalhekk fil-PAK jeħtieġ li jinstabu miżuri li jiżguraw il-profitabbiltà tat-trobbija tal-bhejjem fid-diversi reġjuni tal-UE, u għandhom jinstabu soluzzjonijiet li jippermettu l-użu attiv u sostenibbli tal-art għall-produzzjoni tal-ikel.

5.10.

F’xi reġjuni tal-UE, is-sistemi tad-drenaġġ agrikoli skaduti huma problema ewlenija; għalhekk, fir-rigward tat-tibdil fil-klima u aktar milli sar s’issa, l-investiment fit-tul fl-infrastruttura agrikola, bħall-modernizzazzjoni tas-sistemi tad-drenaġġ, għandu jintuża biex tiġi ppreservata l-art agrikola għall-produzzjoni tal-ikel u għaż-żamma tal-fertilità tal-ħamrija.

L-użu tal-art u s-servizzi tal-ekosistema

5.11.

Il-Valutazzjoni tal-Ekosistema għall-Millenju tal-2005 (15) tiddefinixxi s-servizzi tal-ekosistema bħala l-prodotti ekoloġiċi, soċjali u ekonomiċi pprovduti mill-ekosistemi lill-bnedmin. Il-formazzjoni tal-ħamrija hija servizz tal-ekosistema u prerekwiżit għas-servizzi l-oħra kollha tal-ekosistema, bħall-produzzjoni tal-ikel. Il-produzzjoni sostenibbli tal-ikel hija għalhekk inkonċepibbli mingħajr il-protezzjoni tal-ħamrija.

5.12.

Il-bdiewa għandhom rwol essenzjali fil-provvista ta’ servizzi tal-ekosistema, li għandu jiġi rikonoxxut u appoġġjat. Il-ħamrija tipprovdi l-aktar servizzi tal-ekosistema importanti (16). Hija s-sors tal-ħajja għall-mikrobi, il-pjanti u l-annimali u riżerva importanti tal-bijodiversità; tiffiltra l-ilma u taħżen l-ilma meħtieġ għat-tkabbir tal-pjanti, tirregola l-għargħar, taħżen in-nutrijenti u tagħmilhom disponibbli għall-pjanti; hija kapaċi wkoll tittrasforma t-tossini. Il-ħamrija hija l-bażi tal-parti ewlenija tal-produzzjoni tal-ikel globali u hija meħtieġa għall-produzzjoni tal-bijomassa. Il-ħamrija taħżen il-karbonju u għalhekk tista’ tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

5.13.

Għandha tingħata aktar attenzjoni għall-użu tal-art, li jinfluwenza l-funzjonament tal-ekosistemi u għalhekk it-twettiq tas-servizzi tal-ekosistema. Id-degradazzjoni tal-ħamrija, l-użu insostenibbli tal-art u l-frammentazzjoni tal-ħabitats minħabba l-urbanizzazzjoni u l-kostruzzjoni tad-djar u t-toroq qed jipperikolaw il-provvista ta’ bosta servizzi tal-ekosistema ewlenin, jheddu l-bijodiversità u jnaqqsu r-reżiljenza tal-Ewropa għat-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali. Qegħdin ukoll jiggravaw id-degradazzjoni tal-ħamrija u d-deżertifikazzjoni (17). Sabiex jiġu indirizzati dawn il-problemi, il-prinċipji stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Guidelines on best practice to limit, mitigate or compensate soil sealing [Linji Gwida dwar Prttiki Tajba għal-limitazzjoni, il-mitigazzjoni u l-kumpens tal-issiġillar tal-ħamrija] għandhom jiġu kkunsidrati aktar (18).

5.14.

Il-funzjonijiet u s-servizzi tal-ekosistemi tal-ħamrija huma suġġetti li rari jiġu koperti mil-leġislazzjoni, peress li m’hemmx suq għal dawn is-servizzi u mhumiex rikonoxxuti biżżejjed mis-soċjetà. Pereżempju fir-Regolament bażiku tal-PAK dwar il-pagamenti diretti, isiru xi referenzi għall-kwalità tal-ħamrija, iżda ma ssir l-ebda indikazzjoni għall-bijodiversità tal-ħamrija u s-sinerġiji tagħha mal-produttività primarja. Barra mill-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tal-ħamrija, il-funzjonijiet ewlenin tal-ħamrija jiddependu mill-kundizzjoni tal-mikroorganiżmi u l-fauna fil-ħamrija, kif ukoll fuq il-proċessi bijoloġiċi inkluż l-iffissar tan-nitroġenu, is-sekwestru tal-karbonju, il-filtrazzjoni tal-ilma, u l-abbiltà ta’ prevenzjoni tat-tnixxija tan-nutrijenti. Minbarra l-karatteristiċi tal-ħamrija, is-saħħa tal-għelejjel hija importanti wkoll biex il-potenzjal tal-ħamrija jkun jista’ jintuża bis-sħiħ għall-produzzjoni tal-ikel u s-sekwestru tal-karbonju.

5.15.

Fl-Opinjoni tal-KESE dwar Tfassil mill-ġdid possibbli tal-PAK (19), il-KESE stqarr li l-miżuri ambjentali, dwar it-tibdil fil-klima u tal-bijodiversità skont il-Pilastru 2 tal-PAK jistgħu jiġu mmirati aktar milli ġew sa issa lejn it-twettiq ta’ servizzi tal-ekosistema msaħħa mill-bdiewa. Fir-rigward tal-ħamrija u l-użu tal-art, il-miżuri ta’ appoġġ għandhom primarjament ikunu ffukati fuq il-ġestjoni tal-bwar u tal-ħamrija organika b’tali mod li jiġi promoss is-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija. Fl-interess ttal-ħamrija, il-ħart tal-wiċċ għandu jitnaqqas kemm jista’ jkun. Madankollu, jinħtieġ ċertu grad ta’ ħart tal-wiċċ minħabba l-arrikkament tan-nutrijenti ta’ uċuħ tar-raba’ mhux maħduma sabiex jiġu introdotti n-nutrijenti fiż-żona tal-għeruq u jitnaqqas ir-riskju tat-tnixxija tan-nutrijenti. Il-kompressjoni tal-ħamrija tnaqqas il-kapaċità tal-ħamrija biex tipprevjeni t-telf ta’ nutrijenti.

5.16.

F’xi reġjuni tal-UE, għandhom jiġu promossi l-konverżjoni tal-art li tinħadem f’bur, it-tnaqqis tad-densità ta’ bhejjem fuq il-bur, filwaqt li tiġi rispettata densità ta’ bhejjem minima, iż-żamma ta’ torbiera umda tal-wiċċ u miżuri li jillimitaw l-erożjoni tal-ħamrija u jnaqqsu d-deżertifikazzjoni f’żoni nexfin.

5.17.

F’xi reġjuni, l-isfidi ewlenin li tiffaċċja l-agrikoltura huma ż-żamma tal-bijodiversità fuq l-art agrikola, aktar promozzjoni tal-prattiki tal-biedja sostenibbli u ż-żieda fl-effiċjenza tal-produzzjoni mingħajr ma tiġi intensifikata aktar il-biedja. Reġjuni oħra huma ffaċċjati bil-kompitu ewlieni tat-tnaqqis fil-pressjoni fuq l-użu tal-art, il-ħamrija u l-ekosistemi naturali. Fir-reġjuni tan-Nofsinhar, l-iskarsezza tal-ilma hija wkoll sfida ewlenija.

5.18.

Dawn l-aspetti tal-produzzjoni agrikola, li huma importanti ħafna għall-ekosistema, għandhom jitqiesu fit-tfassil u r-riforma tal-Politika Agrikola Komuni u oqsma oħra ta’ politika.

Il-ħamrija u t-tibdil fil-klima

5.19.

Billi l-ħamrija hija l-akbar riżerva ta’ karbonju terrestri fid-dinja (20), għandha parti importanti fit-trattament tat-tibdil fil-klima u fis-sekwestru tal-karbonju. Fil-qafas internazzjonali tal-protezzjoni tal-klima, il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija hija assenjata rwol ewlieni fl-istabbilizzar u fiż-żieda tal-kontenut tal-materjali organiċi li jgħinu biex jippreservaw il-funzjonijiet tal-ħamrija u jipprevjenu d-degradazzjoni tal-ħamrija. Skont il-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima (COP 21), l-inizjattivi eżistenti u ġodda għandhom jiġu promossi biex iċ-ċiklu tal-karbonju tal-ħamrija jinżamm f’bilanċ, b’mod li ma jheddidx il-produzzjoni tal-ikel, kif iddikjarat fl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima.

5.20.

Skont il-Prinċipju 9 tal-World Soil Charter (Karta dwar il-Ħamrija Dinjija) (21) tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO), il-ħamrija kollha tipprovdi servizzi tal-ekosistema essenzjali għar-regolazzjoni tal-klima globali. Sabiex jiżdied il-kontenut tal-karbonju tal-ħamrija, il-KESE jipproponi li l-prinċipji tal-Linji Gwida Volontarji għall-Ġestjoni tal-Ħamrija Sostenibbli (22) adottati fl-2016 mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) jiġu inkorporati fil-miżuri politiċi tal-UE. Għandu jingħata appoġġ, fost l-oħrajn, lill-produzzjoni tal-bijomassa billi jittejjeb l-aċċess għall-ilma (eż. bil-kostruzzjoni ta’ sistemi ta’ irrigazzjoni b’kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet ambjentali lokali), jitnaqqas il-ħdim tar-raba’ għall-minimu, l-agrikoltura tal-mergħat, il-produzzjoni integrata, il-bini ekoloġiku, in-newba tal-uċuħ tar-raba’, il-kultivazzjoni ta’ uċuħ leguminużi, l-irkupru tal-iskart organiku, il-kompostjar u l-ħolqien ta’ kopertura ta’ pjanti għax-xitwa għall-għelieqi. Il-ħamrija b’livell għoli ta’ karbonju u l-bwar għandhom jiġu mmaniġġjati b’mod sostenibbli.

5.21.

L-inizjattivi ewlenin dwar it-tibdil fil-klima jeħtieġ li jkunu appoġġjati fil-livell Ewropew. M’għandux jintnesa, madankollu, li s-sitwazzjoni tal-ħamrija tvarja bil-kbir bejn l-Istati Membri, u għaldaqstant id-differenzi reġjonali għandhom jitqiesu fil-kuntest tal-miżuri eżistenti u ġodda.

Disponibbiltà ta’ data relatata mal-ħamrija u l-użu tagħha

5.22.

Għandu jsir aktar użu mid-data dwar il-ħamrija fit-tfassil tal-politika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-użu tal-art sabiex jiġu implimentati politiki bbażati fuq il-fatti u għall-finijiet tal-ippjanar tal-użu tal-art fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. L-iskambju tad-data għandu jiġi kkoordinat filwaqt li tiġi rrispettata s-sjieda tad-data fi ħdan qafas regolatorju miftiehem.

5.23.

Fl-istess ħin, jeħtieġ li jittejbu l-kwalità u d-disponibbiltà tad-data dwar il-ħamrija, b’mod speċjali f’oqsma fejn sa issa għadha ma twettqitx biżżejjed riċerka (pereżempju data dwar il-karbonju fil-ħamrija). Biex tittejjeb id-disponibbiltà tad-data jinħtieġu għanijiet ċari fuq perjodu qasir u twil ta’ żmien.

5.24.

Sabiex jittejjeb l-aċċess għad-data dwar il-ħamrija u biex jiġi promoss l-użu tagħha, il-mapep tal-ħamrija għandhom jiġu aġġornati u r-rekwiżiti minimi li għandhom jikkonformaw magħhom l-Istati Membri fir-rigward tal-iskala spazjali tal-mapep tal-ħamrija għandhom ikomplu jiżdiedu. Madankollu, għandhom jitqiesu l-isfidi tal-immappjar tal-ħamrija f’xi reġjuni tal-Unjoni Ewropea.

5.25.

Il-monitoraġġ armonizzat u kontinwu tal-ħamrija għandu jiġi miftiehem fil-livell tal-UE, flimkien ma’ numru limitat ta’ indikaturi relatati mat-tibdil fl-istatus tal-ħamrija u mal-effikaċja tal-miżuri għall-protezzjoni tal-ħamrija.

5.26.

Il-bdiewa jkollhom jieħdu deċiżjonijiet kumplessi dwar l-ippjanar tal-produzzjoni tagħhom fuq bażi ta’ kuljum. Wieħed ma jistax jaħseb fil-biedja ta’ preċiżjoni favur ir-riżorsi, il-ħamrija u l-ambjent mingħajr l-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. L-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali mill-bdiewa hija prekundizzjoni għal dan, bl-għażliet u bil-flessibilità skont il-kundizzjonijiet rispettivi tal-ħamrija u tal-klima.

5.27.

Il-potenzjal tal-biedja ta’ preċiżjoni jista’ jiġi realizzat permezz tal-integrazzjoni tad-data dwar il-ħamrija, il-fertilizzant, il-pestiċida, it-temp u l-produzzjoni, li teħtieġ, fost l-oħrajn, aċċess aħjar għad-data li tinsab fil-bażijiet tad-data nazzjonali, aktar mobbiltà u aktar faċilità biex tintuża mill-utent. Għandhom jiġu promossi soluzzjonijiet li jippermettu lill-bdiewa jkollhom aċċess għall-big data maħżuna fil-bażijiet tad-data nazzjonali matul il-ħidma tagħhom ta’ kuljum, bl-użu ta’ soluzzjonijiet tas-softwer minn fornituri pubbliċi jew privati, anke b’kooperazzjoni ma’ servizzi ta’ konsulenza. Il-fornituri tas-softwer għandhom, pereżempju, bil-kunsens ta’ dawk affettwati, jingħataw aċċess aktar faċli għall-aktar data preċiża possibbli dwar il-ħamrija agrikola u kampjuni tal-ħamrija. Il-bdiewa għandhom iżommu s-sjieda tad-data li jipproduċu.

Żvilupp tal-bażi tal-għarfien u applikazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni

5.28.

Ix-xjenza għandha rwol importanti fil-ħolqien ta’ għarfien ġdid, fid-disseminazzjoni tal-innovazzjonijiet, fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji u fl-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-użu sostenibbli tal-art u tal-ħamrija. Il-KESE jaqbel mar-rakkomandazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Vjenna dwar il-Ħamrija (23) li “r-relazzjoni bejn l-attivitajiet tal-bniedem u l-ħamrija u l-effetti tagħhom fuq komponenti oħra tal-ambjent għandhom ikunu l-fokus ewlieni tax-xjenza tal-ħamrija”. Il-kollaborazzjoni bejn ix-xjenza tal-ħamrija u x-xjenzi alleati hija importanti wkoll.

5.29.

Inħolqu opportunitajiet ta’ finanzjament relattivament tajbin għar-riċerka dwar il-ħamrija u l-produzzjoni tal-ikel fil-qafas tal-programm tal-UE Orizzont 2020, li għandhom jinżammu meta jitħejja d-9 Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

5.30.

Għandha titqiegħed enfasi partikolari fuq it-trasferiment tar-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp lejn il-kumpaniji, li jiżguraw li l-art u l-ħamrija jintużaw għall-produzzjoni sostenibbli tal-ikel. Il-KESE jistieden lix-xjenzjati, lill-bdiewa, lill-konsulenti u lil partijiet ikkonċernati oħra jiżviluppaw kooperazzjoni f’dan il-qasam, billi jieħdu vantaġġ mill-possibbiltajiet offruti mis-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP-AGRI).

5.31.

L-agrikoltura qed tagħmel użu dejjem akbar minn diversi bijostimulanti biex ittejjeb l-istruttura tal-ħamrija, l-effiċjenza nutrizzjonali tal-pjanti u l-provvista tal-ilma sabiex jitjiebu r-rendimenti u l-kwalità tal-uċuħ. Billi kull ħamrija hija unika u l-kompożizzjoni tagħha qed tinbidel b’mod kostanti, l-impatt tal-użu tal-bijostimulanti fuq il-bilanċ bijoloġiku tal-ħamrija mhuwiex riċerkat biżżejjed, u għandhom jitwettqu studji aktar indipendenti f’dan il-qasam.

Sensibilizzazzjoni

5.32.

Sabiex ikun hemm sensibilizzazzjoni fost il-bdiewa, fost dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi u l-partijiet ikkonċernati oħra dwar l-importanza tal-ħamrija agrikola għall-produzzjoni sostenibbli tal-ikel u l-provvista ta’ servizzi tal-ekosistema, jinħtieġ dibattitu wiesa’, li jinvolvi firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, dwar il-qagħda tal-ħamrija u l-opportunitajiet għall-protezzjoni tal-ħamrija. Aktar sensibilizzazzjoni tgħin biex tiżgura li jiġi investit aktar fl-użu sostenibbli tal-ħamrija u fir-riċerka.

5.33.

Is-sensibilizzazzjoni dwar ir-rwol tal-ħamrija għandha tiżdied fil-livelli kollha tas-sistema edukattiva, b’opportunitajiet li tinġabar l-esperjenza prattika. Meta jkunu qed jiġu trattati kwistjonijiet relatati mal-użu tal-art u l-protezzjoni tal-ħamrija għandhom jintużaw metodi ta’ tagħlim moderni.

5.34.

Il-miżuri li jissensibilizzaw lill-bdiewa dwar kompożizzjonijiet differenti tal-ħamrija, prattiki tal-biedja tajba, l-importanza tan-newba tal-uċuħ tar-raba’, il-fertilizzanti eċċ. għandhom rwol partikolarment importanti. Il-parteċipazzjoni u l-involviment tas-servizzi konsultattivi huma kruċjali.

Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  L-“art” tirreferi għall-parti tal-wiċċ tad-dinja li mhijiex mgħottija bl-ilma.

(2)  Il-“ħamrija” tista’ tiġi definita bħala s-saff ta’ fuq tal-qoxra tad-dinja, magħmul minn partiċelli ta’ minerali, materja organika, ilma, arja u organiżmi ħajjin. Hija l-interfaċċja bejn l-art, l-arja u l-ilma, u hija l-ħabitat tal-biċċa l-kbira tal-bijosfera. [http://eur-lex.europa.eu/legal-content/DE/TXT/?uri=CELEX:52006DC0231].

(3)  http://www.un.org/sustainabledevelopment/sustainable-development-goals/

(4)  Dawn l-inizjattivi jinkludu, pereżempju, id-Deċennju Internazzjonali tal-Ħamrija, is-Sħubija Globali Favur il-Ħamrija tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO), l-inizjattiva Franċiża 4 ‰: Ħamrija għas-Sigurtà Alimentari u għall-Protezzjoni tal-Klima, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “People4Soil” eċċ.

(5)  J. Rockström, et al., 2009, “Planetary Boundaries: Exploring the Safe Operating Space for Humanity, Ecology and Society [Il-limiti tal-pjaneta: nanalizzaw l-ispazju sigur li fih jistgħu joperaw l-umanità, l-ekoloġija u s-soċjetà]”, Vol. 14, https://www.consecol.org/vol14/iss2/art32/main.html

(6)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 64.

(7)  https://www.eea.europa.eu/soer.

(8)  L-Inventarju Aġġornat u l-Valutazzjoni tal-Istrumenti tal-Politika dwar il-Protezzjoni tal-Ħamrija fl-Istati Membri tal-UE http://ecologic.eu/14567

(9)  https://ec.europa.eu/agriculture/direct-support/greening_en

(10)  Opinjoni tal-KESE dwar il-fertilizzanti, ĠU C 389, 21.10.2016, p. 80.

(11)  https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/indicators/land-take-2/assessment-1.

(12)  Ir-rhizobia, batterji li huma attivi fin-noduli tal-għeruq ta’ ħafna speċi ta’ uċuħ leguminużi (xnien, trew, lupini, piżelli, fażola, eċċ.), huma l-aktar organiżmi importanti involuti fl-iffissar tan-nitroġenu, li huwa ta’ importanza kbira għaż-żamma tal-fertilità tal-ħamrija.

(13)  https://en.wikipedia.org/wiki/Liebig%27s_law_of_the_minimum

(14)  Opinjoni tal-KESE dwar “Sistemi tal-ikel aktar sostenibbli”, ĠU C 303, 19.8.2016, p. 64.

(15)  http://www.millenniumassessment.org/en/index.html

(16)  http://www.iuss.org/index.php?article_id=588

(17)  https://www.eea.europa.eu/soer-2015/synthesis/report/3-naturalcapital

(18)  http://ec.europa.eu/environment/soil/pdf/guidelines/en%20-%20Sealing%20Guidelines.pdf

(19)  ĠU C 288, 31.08.2017, p.10.

(20)  Hemm darbtejn aktar karbonju fil-ħamrija milli hemm fl-atmosfera, u tliet darbiet aktar milli hemm fil-flora matul l-istaġun tat-tkabbir.

(21)  http://www.fao.org/soils-2015/news/news-detail/en/c/293552/

(22)  http://www.fao.org/documents/card/en/c/5544358d-f11f-4e9f-90ef-a37c3bf52db7/

(23)  http://www.iuss.org/index.php?article_id=588


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/81


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE”

(Eżami mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri)

(opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2018/C 081/11)

Relaturi:

Bernd DITTMANN; Denis MEYNENT; Ronny LANNOO

Deċiżjoni tal-Bureau

30.5.2017

Bażi legali

Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-KESE

Adottata fil-plenarja

18.10.2017

Sessjoni plenarja Nru

529

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

176/0/1

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Sabiex tiġi stabbilita leġislazzjoni adatta li tagħmel possibbli li jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 3 tat-TUE, il-KESE jfakkar fl-importanza tal-prinċipju tal-implimentazzjoni kif imiss u f’waqtha; il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità; il-prinċipji tal-prekawzjoni u tal-prevedibbiltà; il-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”; u l-prinċipji tad-dimensjoni esterna tal-kompetittività u tat-test tas-suq intern.

1.2.

L-għan tal-leġislazzjoni Ewropea għandu dejjem ikun li jinħoloq qafas legali li jippermetti lin-negozji u liċ-ċittadini jgawdu l-vantaġġi tas-suq intern u li jevitaw piżijiet amministrattivi bla bżonn. Huwa għalhekk li l-KESE jemmen li l-monitoraġġ tal-applikazzjoni fil-post huwa essenzjali. Huwa wkoll favur leġislazzjoni li tista’ tiġi adattata. Huwa jinnota li mhuwiex biss il-kontenut tal-leġislazzjoni iżda l-proċess leġislattiv ukoll li għandhom ikunu jistgħu jiġu adattati biex jikkorrispondu mal-ħtiġijiet tan-negozji u taċ-ċittadini.

1.3.

Għal din ir-raġuni, huwa tal-fehma li l-applikabbiltà tal-liġi tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi kkunsidrata sa mill-bidu ta’ dan iċ-ċiklu leġislattiv, fil-mument tal-valutazzjonijiet tal-impatt, u li l-ekosistema Ewropea f’dan il-qasam għandha tkompli tiġi żviluppata.

1.4.

Madankollu, il-KESE jenfasizza li t-titjib tar-regolamentazzjoni ma jiħux post id-deċiżjonijiet politiċi u m’għandu fl-ebda każ iwassal għal deregolamentazzjoni u lanqas ikollu l-effett li jnaqqas il-livell tal-protezzjoni soċjali, il-protezzjoni tal-ambjent u d-drittijiet fundamentali.

1.5.

Il-biċċa l-kbira tad-diffikultajiet marbutin mal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea tiġi min-nuqqas ta’ traspożizzjoni tad-direttivi. Għalhekk, il-KESE ġeneralment jirrakkomanda l-użu ta’ regolamenti aktar milli direttivi fl-Opinjonijiet tiegħu.

1.6.

Il-KESE huwa tal-fehma li t-titjib tal-mod li bih il-Kummissjoni tikkonsulta mal-partijiet interessati huwa kruċjali fl-iżvilupp ta’ leġislazzjoni li tkun faċli biex tiġi implimentata mill-Istati Membri u l-partijiet interessati.

1.7.

F’dan il-kuntest, il-KESE jemmen li jista’ jaqdi rwol siewi bħala intermedjarju bejn il-leġislaturi u l-utenti tal-leġislazzjoni tal-UE. Min-naħa tiegħu, il-KESE jaġġusta kontinwament il-metodi ta’ ħidma tiegħu. Għaldaqstant, dan l-aħħar iddeċieda li jieħu sehem attiv fil-valutazzjoni taċ-ċiklu leġislattiv bili jwettaq valutazzjonijiet ex-post tal-acquis tal-Unjoni.

2.   Introduzzjoni

2.1.

Fl-21 ta’ Diċembru 2016, is-Sur Pietro Russo, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), informa b’ittra lill-Viċi President tal-KESE, is-Sur Michael Smyth, li ser jiġu stabbiliti kuntatti fil-livell amministrattiv dwar analiżi panoramika mnedija mill-QEA dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE li jsir mill-Kummissjoni Ewropea, b’konformità mal-obbligi tagħha. L-eżami mitlub mill-Qorti jissejjes fuq l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) li jipprevedi li l-“Kummissjoni Ewropea għandha tippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni u tieħu l-inizjattivi xierqa għal dan il-għan. Hija għandha tissorvelja l-applikazzjoni tat-Trattati kif ukoll tal-miżuri adottati mill-Istituzzjonijiet skont dawn it-Trattati. Hija għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni taħt il-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea […]”.

2.2.

Fit-3 ta’ Mejju 2017, is-Sur Leo Brincat, Membru tal-Qorti, ressaq quddiem is-Segretarju Ġenerali tal-KESE dokument bi tliet settijiet ta’ mistoqsijiet.

2.3.

Fid-dawl tal-importanza politika tad-dossier, is-Segretarju Ġenerali tal-KESE għarraf bih lill-Bureau, li ddeċieda li jwaqqaf grupp ad hoc magħmul minn tliet membri, inkarigat mit-tfassil ta’ risposta fil-forma ta’ Opinjoni fuq inizjattiva proprja abbażi tal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-KESE. Il-QEA għandha tirċievi l-kontribut tal-KESE sabiex dan jiġi integrat fir-rapport tagħha, previst għal Mejju 2018.

2.4.

Essenzjalment, il-Qorti tixtieq tisma’ lill-KESE dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni Ewropea biex tinforza l-liġi tal-UE jissodisfawx il-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini Ewropej. Il-Qorti tixtieq tkun taf dwar l-aspetti speċifiċi tal-monitoraġġ tal-applikazjoni tal-leġislazzjoni li jiġbdu l-attenzjoni tal-KESE b’mod partikolari.

3.   Il-mistoqsijiet tal-Qorti

3.1.

Il-QEA fasslet tliet settijiet ta’ mistoqsijiet bil-għan li tkun taf il-pożizzjoni tal-KESE f’dak li jirrigwarda:

a.

l-inizjattivi ewlenin imnedija mill-Kummissjoni bil-għan li l-liġi tal-UE tiġi applikata aħjar (“Tfassil Aħjar tal-Liġijiet” u “Id-dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar”), b’mod partikolari fir-rigward tar-rilevanza tagħhom, ir-reazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-ewwel effetti pożittivi potenzjali tagħhom);

b.

it-temi ewlenin marbuta ma’ applikazzjoni aħjar tal-liġi tal-UE, b’mod partikolari dwar l-applikabbiltà, it-trasparenza u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-liġi tal-UE;

c.

ir-responsabbiltajiet ewlenin tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni aħjar tal-liġi tal-UE, b’mod partikolari l-użu li jagħmel il-KESE mill-informazzjoni u r-rapporti prodotti mill-Kummissjoni (1), il-punti u s-suġġerimenti tal-KESE dwar kif jista’ jittejjeb it-tfassil tar-rapporti dwar l-applikazzjoni tal-liġi.

3.2.

It-tweġibiet ta’ din l-Opinjoni, li bl-ebda mod ma tippretendi li hi eżawrjenti, huma bbażati fuq pożizzjonijiet espressi f’bosta Opinjonijiet tal-KESE (2).

4.   Kummenti ġenerali

4.1.

L-għanijiet tal-Unjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-TUE. B’mod partikolari: “Hija għandha taħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa mibni fuq tkabbir ekonomiku bilanċjat u stabbiltà tal-prezzijiet, ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, intiża li twassal għal livell massimu ta’ mpjieg u progress soċjali, u livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità tal-ambjent. […] Hija għandha tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri.”

4.2.

F’dan il-kuntest, il-KESE jfakkar fl-importanza tal-prinċipji diġà definiti biex tiġi stabbilita leġislazzjoni adatta sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija hawn fuq. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, il-prinċipju tal-implimentazzjoni kif imiss u f’waqtha, il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, il-prinċipju tal-prekawzjoni, tal-prevedibbiltà, ta’ “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”, tad-dimensjoni esterna tal-kompetittività u tat-test tas-suq intern (3).

5.   Kummenti speċifiċi

5.1.

Dwar l-inizjattivi ewlenin imnedija mill-Kummissjoni bil-għan li l-liġi tal-UE tiġi applikata aħjar (“Tfassil aħjar tal-liġijiet” (4) u “Id-dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar” (5))

5.1.1.

Il-kwistjoni tat-“Tfassil aħjar tal-liġijiet” ilha żmien twil tokkupa lill-KESE, li ddedika għaliha għadd kbir ta’ Opinjonijiet u rapporti ta’ informazzjoni (6), kif ukoll bosta dibattiti, seminars, studji u seduti (7).

5.1.2.

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipji tal-programm “Tfassil aħjar tal-liġijiet”, il-KESE huwa tal-fehma li r-regolamentazzjoni fiha nnifisha mhijiex ostaklu u li, għall-kuntrarju, hija essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fit-Trattat. Il-Kumitat, għalhekk, jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Viċi President Timmermans fakkar kemm-il darba li l-programm REFIT ma setax iwassal għal deregolamentazzjoni tal-acquis tal-UE u lanqas ikollu l-effett li jnaqqas il-livell tal-protezzjoni soċjali, il-protezzjoni tal-ambjent u tad-drittijiet fundamentali (8).

5.1.3.

Il-KESE huwa tal-fehma li t-tijib tar-regolamentazzjoni aħjar u intelliġenti hija kompitu komuni għall-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri kollha għall-benefiċċju taċ-ċittadini, in-negozji, il-konsumaturi u l-ħaddiema. Madankollu, il-KESE jenfasizza li t-titjib tar-regolamentazzjoni ma jiħux post id-deċiżjonijiet politiċi.

5.1.4.

B’hekk, fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Komunikazzjoni “Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar – Aġenda tal-UE”, il-KESE (9):

laqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-miżuri marbutin mar-regolamentazzjoni aħjar ser ikopru ċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ ta’ att legali u li ser jiġu koperti kemm il-miżuri ex-ante kif ukoll dawk ex-post;

talab l-inklużjoni tal-korpi konsultattivi tal-UE fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet;

kien favur involviment komprensiv tal-partijiet interessati permezz ta’ konsultazzjonijiet matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ ta’ inizjattiva politika;

enfasizza l-ħtieġa li jintgħażlu l-partijiet interessati adatti u talab għall-indipendenza, l-imparzjalità u t-trasparenza fl-għażla tal-esperti għall-korpi differenti;

talab għal iżjed trasparenza fir-rigward tat-trilogi informali u argumenta favur l-użu limitat ta’ dan l-istrument;

talab li l-Kummissjoni tiffoka iżjed fuq in-nuqqasijiet fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE fl-Istati Membri u rrakkomanda, għalhekk, li jintużaw ir-regolamenti pjuttost milli d-direttivi.

5.1.5.

Min-naħa l-oħra, meta aċċetta l-istedina indirizzata lilu mill-Kummissjoni biex jieħu sehem fil-Pjattaforma REFIT u meta żviluppa proposti bil-għan li jittejjeb il-funzjonament ta’ din il-pjattaforma (10), il-KESE ta xhieda tal-impenn tiegħu favur qafas legali tal-UE li jippermetti lin-negozji u liċ-ċittadini jgawdu l-vantaġġi tas-suq intern u li jevitaw piżijiet amministrattivi bla bżonn.

5.1.6.

Fil-qafas tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-grupp ta’ riflessjoni tal-partijiet ikkonċernati tal-pjattaforma REFIT, il-KESE kkontribwixxa b’mod attiv fit-tfassil ta’ għadd ta’ Opinjonijiet tal-pjattaforma, li kkontribwixxew għall-programm ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni u ser ikomplu jagħmlu dan fil-ġejjieni. Il-prijoritajiet tal-KESE ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-elementi pprovduti mis-sezzjonijiet tiegħu u kienu jinkludu, fost l-oħrajn, proposta ta’ semplifikazzjoni fir-rigward tal-problemi ta’ duplikazzjoni u rekwiżiti ripetittivi li jirriżultaw minn atti legali differenti tal-Unjoni, kif ukoll il-bżonn ta’ standards Ewropej ċari u kompleti għall-prodotti tal-bini (ir-Regolament dwar il-Prodotti tal-Bini). Il-Kumitat kkontribwixxa wkoll għall-iżvilupp ta’ lista komprensiva ta’ suġġerimenti dwar kif jistgħu jittejbu l-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni tal-partijiet interessati mill-Kummissjoni Ewropea, li ser jgħin fir-rieżami li għaddej bħalissa tal-linji gwida u tas-sett ta’ għodod għal tfassil aħjar tal-liġijiet.

5.2.

Dwar it-temi ewlenin marbuta ma’ applikazzjoni aħjar tal-liġi tal-UE (l-applikabbiltà tal-leġislazzjoni, it-trasparenza u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku)

5.2.1.   Applikabbiltà

5.2.1.1.

Il-KESE kontinwament jadatta l-metodi ta’ ħidma tiegħu bil-għan li jikkontribwixxi biex tiġi vvalutata l-kwalità tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE. Inqas minn sentejn ilu ddeċieda li jieħu sehem attiv fil-valutazzjoni taċ-ċiklu leġislattiv bili jwettaq valutazzjonijiet ex-post tal-acquis tal-Unjoni.

5.2.1.2.

Il-KESE (11) huwa tal-fehma li l-applikabbiltà tal-liġi tal-UE għandha tiġi kkunsidrata sa mill-bidu ta’ dan iċ-ċiklu leġislattiv, fil-mument tal-valutazzjonijiet tal-impatt. Minkejja l-progress li diġà sar, l-ekosistema Ewropea fil-qasam tal-valutazzjoni tal-impatt (VI) għad trid tiġi żviluppata iżjed. Il-KESE jipproponi numru ta’ possibbiltajiet ta’ titjib biex tissaħħaħ il-kwalità tal-VI, fosthom speċifikazzjonijiet għal studji fil-qasam tal-VI li jkunu trasparenti, aċċessibbli u pluralisti, l-estensjoni tar-reġistru Ewropew tal-VI, il-ħtieġa ta’ approċċ kwalitattiv u approċċ metodoloġiku konverġenti fil-livell tal-matriċi ta’ riċerka tal-VI bejn l-istituzzjonijiet Ewropej differenti. Il-KESE għandu wkoll, fil-futur, janalizza ċerti studji tal-impatt (dawk li jikkonċernaw temi fejn l-istituzzjoni għandha pożizzjoni b’saħħitha), jeżamina mill-ġdid l-aspetti metodoloġiċi u jagħti fehmtu dwar il-possibbiltà li jiġu kkunsidrati d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali, ambjentali jew territorjali fl-aktar stadju avvanzat taċ-ċiklu leġislattiv. Din il-ħidma għandha wkoll tiffaċilita l-iżvilupp ta’ kwalunkwe Opinjoni konsultattiva tal-KESE relatata mal-abbozzi ta’ leġislazzjoni mħejjija minn dawn l-istess valutazzjonijiet tal-impatt.

5.2.1.3.

Fil-fehma tal-KESE (12), l-għan tal-leġislazzjoni Ewropea għandu dejjem ikun li jinħoloq qafas legali li jippermetti lin-negozji u liċ-ċittadini jgawdu l-vantaġġi tas-suq intern u li jevitaw piżijiet amministrattivi bla bżonn. Għalhekk, il-KESE jemmen li l-monitoraġġ tal-applikazzjoni fil-post huwa essenzjali. Huwa wkoll favur leġislazzjoni li tista’ tiġi adattata.

5.2.1.4.

Il-leġislazzjoni Ewropea għandha tkun soda dwar l-objettivi tagħha, dejjem konformi mal-objettivi mħaddna fit-trattat u flessibbli fil-qafas tat-traspożizzjoni tagħha fil-liġi nazzjonali (13). F’dan il-kuntest, il-KESE huwa favur li ssir kjarifika tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

5.2.1.5.

Il-KESE jinnota, barra minn hekk, li mhuwiex biss il-kontenut tal-leġislazzjoni iżda l-proċess leġislattiv innifsu li għandhom ikunu jistgħu jiġu adattati biex jikkorrispondu mal-ħtiġijiet tan-negozji u taċ-ċittadini (14). F’dan il-kuntest, il-KESE jirrakkomanda (15):

a.

applikazzjoni iktar stretta tal-prinċipji tal-programm “tfassil aħjar tal-liġijiet”;

b.

it-trasparenza fil-livelli kollha tal-abbozzar tal-leġislazzjoni;

c.

l-iżvilupp ta’ sistema ta’ monitoraġġ iktar sistematika għat-traspożizzjoni tad-direttivi fil-livell nazzjonali;

d.

li jiġu kkunsidrati r-rwol u s-setgħat imsaħħa mogħtija mit-Trattati lill-parlamenti nazzjonali;

e.

użu iktar frekwenti mill-Kummissjoni tal-komunikazzjonijiet interpretattivi tagħha;

f.

sforz imsaħħaħ fil-livell tas-semplifikazzjoni tal-leġislazzjoni u tal-kodifikazzjoni.

5.2.1.6.

Il-biċċa l-kbira tad-diffikultajiet marbutin mal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE tiġi min-nuqqas ta’ traspożizzjoni tad-direttivi. Għalhekk, il-KESE ġeneralment jirrakkomanda l-użu ta’ regolamenti aktar milli direttivi fl-Opinjonijiet tiegħu (16).

5.2.1.7.

Barra minn hekk, fil-qafas tal-programm REFIT, il-Kummissjoni kienet ħabbret li kellhom isiru konsultazzjonijiet għall-valutazzjonijiet, ir-rapporti tal-kwalità u t-tħejjija ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra aħjar il-fehmiet tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju tal-Kummissjoni Ewropea, li issa għandu wkoll kompetenza fir-rigward tal-evalwazzjonijiet ex-post.

5.2.1.8.

Il-KESE huwa tal-fehma li t-titjib tal-mod li bih il-Kummissjoni tikkonsulta mal-partijiet interessati huwa kruċjali fl-iżvilupp ta’ leġislazzjoni li faċilment tista’ tiġi implimentata mill-Istati Membri u l-partijiet interessati. F’dan ir-rigward, huwa diġà ressaq proposti biex jittejjeb b’mod strutturat il-proċess ta’ konsultazzjoni u biex jiġi żgurat il-monitoraġġ tiegħu (17).

5.2.1.9.

Il-KESE esprima d-dispjaċir tiegħu li l-miżuri tal-programm “Tfassil aħjar tal-liġijiet” ma jikkunsidrawx biżżejjed ir-rwol, il-funzjoni u r-rappreżentattività tal-KESE kif stabbiliti fit-Trattati u, b’hekk, ikunu qed jitilfu l-opportunità li jagħmlu użu mill-għarfien espert u l-kompetenza tal-membri tiegħu u li jiġu apprezzati l-kompiti mogħtija lilu. Sfortunatament, il-fatt li l-KESE jipparteċipa fil-pjattaforma REFIT (il-fażi ex-post) ma jirriflettix b’mod adegwat il-kompiti u r-responsabbiltajiet tiegħu f’dak li jirrigwarda t-tisħiħ tal-leġittimità demokratika u l-effettività tal-istituzzjonijiet (18).

5.2.1.10.

Il-KESE huwa tal-fehma li l-applikazzjoni tal-acquis tal-UE ta’ spiss issofri minn nuqqas ta’ rieda politika min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali li jirrispettaw u jiżguraw li jiġu rispettati r-regolamenti li ma jidhrux li “jidħlu” mal-korpus tal-liġijiet u t-tradizzjonijiet nazzjonali u t-tendenza persistenti li jiżdiedu mekkaniżmi regolatorji ġodda mhux meħtieġa mar-regolamenti tal-UE jew li jingħażlu ċerti partijiet biss ta’ dawn ir-regolamenti u jiġu injorati oħrajn (19).

5.2.1.11.

Fl-aħħar nett, il-KESE huwa tal-fehma li s-sistema “EU Pilot” (djalogu informali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-ksur tal-liġi tal-UE qabel it-tnedija ta’ proċedura ta’ ksur formali) hija pass ieħor fid-direzzjoni t-tajba, iżda l-funzjonament tagħha għad irid jiġi vvalutat. Barra minn hekk, din is-sistema ma għandhiex tintuża biex tissostitwixxi l-proċeduri ta’ ksur.

5.2.2.   Trasparenza

5.2.2.1.

Il-KESE (20) jemmen li kull leġislazzjoni għandha tkun ir-riżultat ta’ deliberazzjonijiet politiċi pubbliċi. Huwa jemmen li l-proċess leġislattiv Ewropew jistħoqqlu jiġi rivedut fil-qafas tat-Trattat ta’ Lisbona u, jekk meħtieġ, fil-kuntest ta’ Trattat ġdid sabiex il-politiki Ewropej jagħtu riżultati aħjar. Il-KESE jixtieq jenfasizza l-kwalità, il-leġittimità, it-trasparenza u n-natura inklużiva tal-leġislazzjoni.

5.2.2.2.

Il-laqgħat tal-formazzjonijiet tal-Kunsill li jaħdmu skont il-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għandhom ikunu pubbliċi, għall-finijiet ta’ trasparenza u demokrazija. Il-KESE huwa tal-fehma li l-proċedura leġislattiva aċċellerata fit-trilogu m’għandhiex tiġi applikata ħlief f’każi ta’ emerġenza, li fil-fatt huwa konformi mal-kundizzjonijiet tat-Trattat (21).

5.2.2.3.

Għall-kuntrarju tal-kumitati tal-Parlament Ewropew, il-laqgħat tat-trilogu la huma trasparenti u lanqas aċċessibbli. Il-limitazzjoni tal-proċedura leġislattiva għal qari wieħed biss twassal għal-limitazzjoni tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili (22).

5.2.2.4.

Il-Parlament Ewropew, iżda wkoll il-korpi bħall-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u l-KESE, għandhom jiġu integrati aħjar fiċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew (23).

5.2.2.5.

Fir-rigward tal-atti delegati, il-Kummissjoni Ewropea għandha żżid aktar trasparenza għat-teħid tad-deċiżjonijiet (ara l-Artikolu 290 tat-TFUE), fatt li l-Kumitat enfasizza diversi drabi (24).

5.2.2.6.

Bara minn hekk, inħolqot ċerta konfużjoni minħabba l-għadd varjat ta’ ismijiet tal-aġendi u l-programmi (“Tfassil aħjar tal-liġijiet”, “Regolamentazzjoni Intelliġenti”, “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”, eċċ.). Għandha tiġi ċċarata l-klassifikazzjoni ta’ dawn il-programmi u l-proġetti, kif ukoll ir-relazzjoni bejniethom, sabiex il-pubbliku jifhem lil min huma indirizzati (25).

5.2.2.7.

Barra minn hekk, fl-interess tat-trasparenza u l-leġittimità, il-Kumitat talab (26) li l-konsultazzjonijiet tal-Kummissjoni jsiru mingħajr preġudizzju għad-djalogu ċivili strutturat (l-Artikolu 11(2) tat-TFUE) jew għall-konsultazzjonijiet li jsiru f’kuntesti speċifiċi, bħall-konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali fil-qafas tad-djalogu soċjali (l-Artikolu 154 tat-TFUE) jew il-konsultazzjoni tal-korpi konsultattivi bħall-KESE (l-Artikolu 304 tat-TFUE).

5.2.3.   Sensibilizzazzjoni tal-pubbliku

5.2.3.1.

Jeħtieġ li tissaħħaħ u tittejjeb il-komunikazzjoni mal-pubbliku. Il-komunikazzjoni tnibbet l-interess, li jġib miegħu l-fehim. L-hekk imsejħa narrattiva ġdida għall-Ewropa għandha tibda bi strateġija ta’ komunikazzjoni u semplifikazzjoni kondiviża mill-Kummissjoni u l-Istati Membri. F’dan ir-rigward, jidher utli li ntennu dak li l-KESE kien saħaq dwaru fl-Opinjoni tiegħu dwar “L-Att dwar is-Suq Uniku”, jiġifieri li l-partiti politiċi, il-mezzi tax-xandir, l-istituzzjonijiet edukattivi u l-partijiet interessati kollha għandhom responsabbiltà storika fir-rigward tal-kapaċità tal-UE li tiffaċċja b’suċċess l-isfidi tad-dinja globali fuq il-bażi tal-valuri li s’issa dejjem ikkaratterizzaw l-ekonomiji soċjali tagħna tas-suq (27).

5.2.3.2.

In-netwerks ta’ appoġġ stabbiliti mill-Kummissjoni ftit li xejn huma magħrufa; dan huwa partikolarment minnu għan-netwerk SOLVIT, li għandu l-għan li jgħin liċ-ċittadini jew lin-negozji tal-UE meta d-drittijiet tagħhom ma jiġux rispettati mill-amministrazzjoni pubblika ta’ Stat Membru ieħor. Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni bil-għan li jiġi promoss aħjar dan in-netwerk.

5.2.3.3.

Possibbiltà waħda (28) tista’ tkun li l-Kummissjoni tagħmel iktar enfasi fuq l-informazzjoni pubblika, għaliex fl-aħħar mill-aħħar huma l-gvernijiet tal-Istati Membri, li ma jittrasponux il-liġi, jew li jagħmlu dan b’mod żbaljat jew tardiv. Huma proprju dawn il-pajjiżi li approvaw ir-regolamentazzjoni fil-Kunsill. Huma għandhom jitqiesu responsabbli għall-applikazzjoni universalment difettuża tal-acquis tal-UE, liema ħaġa tiġi kkonfermata mill-ġdid kull sena fir-rapporti dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE. Il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll b’mod sistematiku liema miżuri huma essenzjali biex titwettaq bidla radikali tas-sitwazzjoni attwali u għandha tikkunsidra l-proposti preċedenti tal-KESE (29) f’dan il-qasam.

5.3.

Dwar ir-responsabbiltajiet ewlenin tal-Kummissjoni dwar implimentazzjoni aħjar tal-liġi tal-UE (monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE (30) u r-rispett ta’ din l-istess liġi mill-Istati Membri)

5.3.1.

Naturalment, il-kwistjoni tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE hija ta’ tħassib, għall-KESE, li fassal Opinjonijiet speċifiċi dwar dan is-suġġett (31). Huwa indirizza wkoll din il-kwistjoni f’Opinjonijiet dwar suġġetti oħrajn (“Regolamentazzjoni Intelliġenti”, “Tfassil aħjar tal-liġijiet”, “REFIT”, eċċ.) u f’seduti u seminars dwar is-suġġett (b’mod partikolari fil-qafas tal-Osservatorju tiegħu tas-Suq Uniku).

5.3.2.

F’dan il-kuntest, il-KESE spiss talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta r-rapport annwali tagħha għal Opinjoni sabiex jitqiesu l-fehmiet tas-soċjetà ċivili organizzata f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE u jappoġġa l-applikazzjoni tal- liġi fl-UE (32).

5.3.3.

Fil-fatt, il-KESE jemmen li jista’ jaqdi rwol siewi bħala intermedjarju bejn il-leġislaturi u l-utenti tal-leġislazzjoni tal-UE. Huwa jista’, pereżempju, jagħmel kontribut speċifiku għar-rapport fuq inizjattiva proprja tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapport annwali tal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE mill-Istati Membri billi jimmira fuq iż-żidiet li saru mill-Istat Membri waqt it-traspożizzjoni (33).

5.3.4.

Barra minn hekk, il-KESE (34) ssuġġerixxa miżuri għat-titjib tat-traspożizzjoni tad-direttivi, b’mod partikolari:

tiġi antiċipata l-għażla tal-istrument normattiv tat-traspożizzjoni;

jitħaffef il-pass tal-proċess tat-traspożizzjoni hekk kif id-direttiva tigi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, billi l-koordinazzjoni interna tiġi assenjata lil punt ta’ kuntatt intern li jżomm bażi tad-data stabbilita għal dan il-għan;

tiġi ppreferuta t-traspożizzjoni permezz ta’ transkrizzjoni mill-ġdid f’każ ta’ dispożizzjonijiet preċiżi u inkundizzjonati jew ta’ definizzjonijiet;

tiġi konċessa traspożizzjoni permezz ta’ referenza mmirata għad-dispożizzjonijiet normattivi/inkundizzjonati tad-direttiva bħalma huma l-listi, it-tabelli li juru l-prodotti, sustanzi u oġġetti previsti mid-direttiva, il-mudelli tad-dokumenti jew iċ-ċertifikati mehmużin fl-anness għad-direttiva;

jiġu adottati proċeduri nazzjonali ta’ traspożizzjoni skont l-iskop tad-direttiva billi wieħed jirrikorri għal proċeduri mgħaġġla mingħajr ma jiġu injorati l-konsultazzjonijiet interni obbligatorji marbuta mal-adozzjoni tat-testi normattivi.

5.3.5.

Bl-istess mod, il-KESE huwa tal-fehma li monitoraġġ adegwat tal-affarijiet Ewropej fi ħdan l-Istati Membri jkun partikolarment utli għall-Kummissjoni u jikkontribwixxi għall-kwalità tal-ħidma tagħha (35).

Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  Arar r-Rapport mill-Kummissjoni dwar “Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea – Rapport Annwali tal-2015” [COM(2016) 463 final].

(2)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 47; ĠU C 18, 19.1.2011, p. 100; ĠU C 277, 17.11.2009, p. 6; ĠU C 248, 25.8.2011, p. 87; ĠU C 24, 31.1.2006, p. 52 (INT/262) (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 325, 30.12.2006, p. 3 (INT/311) (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 43, 15.2.2012, p. 14; ĠU C 230, 14.7.2015, p. 66; ĠU C 383, 17.11.2015, p. 57; ĠU C 13, 15.1.2016, p. 192; ĠU C 303, 19.8.2016, p. 45; ĠU C 487, 28.12.2016, p. 51.

(3)  ĠU C 487, 28.12.2016, p. 51 (punt 2.14).

(4)  COM(2016) 615 final.

(5)  ĠU C 18, 19.1.2017, p. 10.

(6)  Ara l-Opinjonijiet “Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar – Aġenda tal-UE” (relatur: is-Sur Dittmann, ĠU C 13, 15.1.2016, p. 192); “Il-valutazzjoni tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati mill-Kummissjoni Ewropea” (relatur: is-Sur Lannoo, ĠU C 383, 17.11.2015, p. 57); “REFIT” (relatur: is-Sur Meynent, ĠU C 303, 19.8.2016, p. 45); “Regolamentazzjoni aħjar: atti ta’ implimentazzjoni u atti ddelegati” (rapport ta’ informazzjoni li ma ġiex ippubblikat fil-ĠU, relatur: is-Sur Pegado Liz).

(7)  Nistgħu nsemmu bħala eżempju l-Jum Ewropew tal-Konsumatur 2016 dwar it-tema “It-tfassil aħjar tal-liġijiet għall-konsumaturi?”, id-dibattitu mal-Viċi President Frans Timmermans fis-sessjoni plenarja tat-18 ta’ Marzu 2017, l-istudju “L-implimentazzjoni tal-għan ta’ ‘Tfassil aħjar tal-liġijiet’– L-effett tar-rapport Stoiber” u l-edizzjoni tal-2015 tal-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili dwar it-tema “Id-djalogu ċivili: għodda għal leġislazzjoni aħjar fl-interess ġenerali”.

(8)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 45 (punt 2.2).

(9)  ĠU C 13, 15.1.2016, p. 192.

(10)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 45 (punt 2.12.1).

(11)  ĠU C 434, 15.12.2017, p. 11, punt 4.6.1.

(12)  ĠU C 487, 28.12.2016, p. 51 (punt 1.7).

(13)  Idem (punt 1.11).

(14)  Idem (punt 2.7).

(15)  ĠU C 248, 25.8.2011, p. 87 (punt 3.6).

(16)  ĠU C 204, 9.8.2008, p. 9 (punt 2.1).

(17)  ĠU C 383, 17.11.2015, p. 57

(18)  ĠU C 13, 15.1.2016, p. 192 (punt 2.6).

(19)  ĠU C 18, 19.1.2011, p. 100 (punt 3.5).

(20)  ĠU C 487, 28.12.2016, p. 51 (punti 1.9 u 2.6).

(21)  Idem (punt 3.11).

(22)  Idem (punt 3.15).

(23)  Idem (punt 3.16).

(24)  Idem (punt 3.17).

(25)  ĠU C 230, 14.7.2015, p. 66 (punt 5.2).

(26)  ĠU C 383, 17.11.2015, p. 57 (punt 2.1.2).

(27)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 47 (punt 1.7).

(28)  ĠU C 13, 15.1.2016, p. 192 (punt 4.4.9).

(29)  ĠU C 230, 14.7.2015, p. 66

(30)  COM(2016) 463 final.

(31)  ĠU C 204, 9.8.2008, p. 9ĠU C 347, 18.12.2010, p. 62

(32)  ĠU C 347, 18.12.2010, p. 62 (punt 1.10).

(33)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 45 (punt 3.2.4).

(34)  ĠU C 204, 9.8.2008, p. 9 (punt 5).

(35)  ĠU C 325, 30.12.2006, p. 3 (punt 6.1.13) (mhux disponibbli bil-Malti).


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

Il-529 Sessjoni Plenarja tal-KESE fit-18 u d-19 ta' Ottubru 2017

2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/88


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar a) Pakkett ta’ konformità

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta’Azzjoni dwar ir-rinfurzar ta’ SOLVIT: inwasslu l-benefiċċji tas-suq uniku liċ-ċittadini u lin-negozji

[COM(2017) 255 final — SDW(2017) 210 final]

(b) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ portal diġitali uniku li jipprovdi informazzjoni, proċeduri, u servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012

[COM(2017) 256 final — 2017/0086 (COD)]

(c) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura li permezz tagħhom il-Kummissjoni tista’ titlob lil impriżi u lil assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jipprovdu l-informazzjoni relatata mas-suq intern u ma’ oqsma relatati

[COM(2017) 257 final — 2017/0087 (COD)]

(2018/C 081/12)

Relatur:

Bernardo HERNÁNDEZ BATALLER

Konsultazzjoni

(a)

Il-Kummissjoni Ewropea, 5.7.2017

(b)

Il-Parlament Ewropew, 12.6.2017

Il-Kunsill, 14.6.2017

(c)

Il-Parlament Ewropew, 31.5.2017

Il-Kunsill, 10.10.2017

Bażi legali

(a)

Artikolu 304 tat-TFUE

(b)

Artikoli 21(2), 48 u 114(1) tat-TFUE

(c)

Artikoli 43(2), 91, 100, 114, 192, 194(2) u 337 tat-TFUE

 

 

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Adottata fis-sezzjoni

4.10.2017

Adottata fis-sessjoni plenarja

18.10.2017

Sessjoni tal-plenarja Nru

529

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

184/0/5

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-pjani tal-Kummissjoni Ewropea biex toħloq kultura ta’ twettiq u applikazzjoni intelliġenti tas-suq uniku, inkwantu dan joffri ħafna possibbiltajiet lill-persuni li jixtiequ jgħixu u jaħdmu fi Stat Membru ieħor u lill-impriżi li jixtiequ jkabbru s-swieq taghħom.

1.2.

Il-KESE jappoġġja l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni biex iżżid il-kwalità u l-effikaċja tan-netwerks SOLVIT. Bl-istess mod, jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex, bil-kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet kollha tas-soċjetà ċivili, iżżid l-għarfien ta’ dawn in-netwerks sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika aktar mis-servizzi ta’ SOLVIT, li għandhom jintużaw aktar mill-intrapriżi fil-kuntest tal-libertajiet ekonomiċi tas-suq uniku, u għaldaqstant huwa importanti li din l-għodda tissaħħaħ.

1.3.

Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva li tinsab fil-proposta ta’ Regolament dwar “portal diġitali uniku” li jippermetti liċ-ċittadini u lill-impriżi li jaċċedu faċilment għal informazzjoni eżawrjenti. Jidhirlu li hija xi ħaġa pożittiva li dak il-portal ikollu aċċess għall-informazzjoni, għall-proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u riżoluzzjoni tal-problemi b’mod effikaċi fuq il-bażi tal-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ “darba biss”“perspettiva tal-amministrazzjoni bħala ħaġa sħiħa”.

1.4.

Fir-rigward tal-Proposta għal Regolament li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura ta’ talba għall-informazzjoni, jeżistu diverġenzi fid-diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili peress li xi entitajiet huma favur filwaqt li oħrajn, bħal dawk li jirrappreżentaw lill-intrapriżi, jesprimu tħassib serju. Fil-każ li l-Proposta għal Regolament tiġi adottata fiż-żmien previst, il-KESE jitlob li din l-għodda tintuża mill-Kummissjoni, bil-proporzjonalità massima, meta dan ikun meħtieġ, għal każijiet b’dimensjoni transkonfinali b’saħħitha u filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati, b’mod speċjali fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali. Fir-rigward tal-informazzjoni disponibbli għall-KE sabiex tindirizza l-ostakli għas-suq uniku diġà jeżistu kanali ta’ informazzjoni wesgħin li jistgħu jintużaw aħjar u b’mod aktar sistematiku biex jiġu identifikati l-ostakli fis-suq uniku, inkluż in-nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni tal-UE. Fi kwalunkwe każ, il-KESE jistenna li, b’mod imperattiv, ikun hemm valutazzjoni ta-funzjonament tar-Regolament fi żmien ħames snin.

1.5.

Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex jagħmlu aktar progress fil-qasam tal-governanza elettronika, b’mod speċjali fir-rigward tar-rikonoxximent tal-identità elettronika u d-dokumenti ta’ identità barranin, peress li l-evalwazzjoni tas-servizzi pprovduti mhijiex l-aktar adegwata.

1.6.

Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tinvolvi lis-soċjetà ċivili fil-proċess billi tapprofitta mill-ħidma u r-riżultati tax-xogħol tagħha, bħala mezz biex tevalwa l-qagħda tas-suq intern tal-UE. Fi kwalunkwe każ, l-organizzazzjonijiet li jsawru l-KESE għandhom l-esperjenza, il-mezzi u l-kapaċità li jaħdmu flimkien fir-rigward tas-SOLVIT, bil-għan li jissaħħu l-attivitajiet għas-sensibilizzazzjoni dwaru u biex jissorveljaw il-kwalità tiegħu fil-proposta għal Portal Diġitali Uniku. Dan għandu jsir mingħajr ma jintemm il-kontribut għat-twettiq tal-valutazzjonijiet li jitqiesu xierqa.

2.   Il-proposti tal-Kummissjoni

2.1.

Fid-dikjarazzjoni konġunta dwar il-prijoritajiet leġislattivi tal-UE għall-2017, ippubblikata fit-13 ta’ Diċembru 2016, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea tennew l-impenn tagħhom biex jippromovu l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni fis-seħħ. Fl-istess ġurnata, il-Kummissjoni ppreżentat il-Komunikazzjoni tagħha dwar “Id-Dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar”, li tistabbilixxi kif il-Kummissjoni ser tintensifika l-isforzi tagħha biex tiggarantixxi applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE għall-benefiċċju ta’ kulħadd. B’mod partikolari, fl-“Istrateġija tas-Suq Uniku” ġew stabbiliti l-10 prijoritajiet tal-Kummissjoni, bil-għan li tinħoloq kultura ta’ konformità mar-regoli tas-suq uniku, b’enfasi speċjali fuq it-tisħiħ tas-SOLVIT.

2.2.

Attwalment (1) teżisti SOLVIT bħala netwerk ta’ ċentri stabbiliti mill-Istati Membri (+ ŻEE) fi ħdan l-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom, sabiex jiġi offrut mezz rapidu u informali li permezz tiegħu jistgħu jissolvew il-problemi li l-individwi u l-intrapriżi jiffaċċjaw meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fis-suq intern.

2.2.1.

Każ ta’ “SOLVIT” huwa kwalunkwe problema transkonfinali li tinħoloq mill-possibbiltà ta’ ksur, minn awtorità pubblika, tad-dritt tal-Unjoni applikabbli fis-suq intern, dejjem u meta dik il-problema ma tkunx soġġetta għal proċedura ġudizzjarja fil-livell nazzjonali jew tal-UE.

2.2.2.

SOLVIT tifforma parti mill-amministrazzjoni nazzjonali u l-azzjoni tagħha hija ta’ natura sempliċement informali. Ma tistax tintervjeni f’dawn il-każijiet:

problemi bejn impriżi,

drittijiet tal-konsumatur,

kumpens għal danni u telf, jew

azzjonijiet quddiem il-qrati.

2.3.

L-hekk imsejjaħ “Pakkett ta’ konformità” tal-Kummissjoni huwa magħmul mid-dokumenti li ġejjin:

2.4.

Pjan ta’ azzjoni għat-tisħiħ ta’ SOLVIT (2).

2.4.1.

Il-Kummissjoni tintrabat li tieħu miżuri ġodda, flimkien mal-Istati Membri, biex jissaħħaħ ir-rwol strateġiku ta’ SOLVIT bil-għan li s-Suq Uniku jibda jiffunzjona aħjar fil-prattika għaċ-ċittadini u n-negozji.

2.4.2.

Jikkomplementa l-għanijiet tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Socjali u inizjattivi oħrajn relatati, li jirriflettu l-prijorità tal-Kummissjoni li tippromovi l-ġustizzja socjali u l-opportunitajiet indaqs fl-Unjoni.

2.4.3.

L-għan tal-Komunikazzjoni hu li tippromovi SOLVIT bi tliet modi:

i.

ittejjeb il-kwalità tiegħu;

ii.

tintensifika l-attivitajiet biex isir magħruf; u

iii.

ssaħħaħ ir-rwol tiegħu fl-osservanza tal-liġi tal-Unjoni.

2.4.4.

B’mod ġenerali, permezz ta’ attivitajiet aktar strateġiċi għall-promozzjoni ta’ SOLVIT u l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni aktar strutturata mal-organizzazzjonijiet intermedjarji u n-netwerks rilevanti, għandu jissaħħaħ ir-rwol ta’ SOLVIT f’dak li jirrigwarda l-għoti ta’ osservazzjonijiet u evidenza utli dwar il-funzjonament tas-suq uniku fil-prattika: dan ikun jinvolvi “massa kritika” akbar ta’ każijiet, li jfisser aktar negozji.

2.4.5.

Fil-kuntest tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-amministrazzjoni elettronika, il-Kummissjoni se tevalwa l-vijabbiltà tal-prinċipju ta’ “darba biss”. B’hekk jiġi evitat li ċ-ċittadini u n-negozji li jixtiequ jressqu lment quddiem il-Kummissjoni għall-ewwel darba, wara li ma jkunux kisbu soluzzjoni dwar il-każ tagħhom, ikollhom jibagħtu mill-ġdid l-informazzjoni kollha li diġà tinsab f’idejn SOLVIT.

2.5.

Proposta ta’ Regolament dwar il-ħolqien ta’ portal diġitali uniku (3).

2.5.1.

Il-Proposta għal Regolament tistabbilixxi regoli għall-ħolqien u l-funzjonament ta’ portal diġitali uniku li jippermetti liċ-ċittadini u n-negozji aċċess faċli għal informazzjoni sħiħa u ta’ kwalità għolja, għal servizzi effettivi ta’ għajnuna u s-soluzzjoni ta’ problemi u għal proċeduri effiċjenti fir-rigward tal-leġislazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli għaċ-ċittadini u n-negozji li jeżerċitaw jew biħsiebhom jeżerċitaw id-drittijiet imnissla mil-liġi tal-Unjoni fl-ambitu tas-suq intern.

2.5.2.

Tipproponi wkoll li jiġi ffaċilitat l-użu tal-proċeduri mill-utenti ta’ Stati Membri oħrajn, tappoġġja l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ “darba biss” u tistabbilixxi regoli biex ikunu nnotifikati l-ostakli tas-suq intern abbażi tal-ġabra tal-fehmiet tal-utenti, notifiki dwar il-funzjonament tas-suq intern u l-istatistika mis-servizzi inklużi fil-portal.

2.5.3.

Fl-Annessi ta’ din il-proposta hemm lista’ ta’ tlettax-il proċedura bażika għaċ-ċittadini u l-impriżi li jittrasferixxu ruħhom fi Stat Membru ieħor u lista ta’ servizzi ta’ assistenza u riżoluzzjoni tal-problemi stabbiliti permezz ta’ atti vinkolanti tal-Unjoni, aċċessibbli permezz tal-“portal”.

2.5.4.

Oqsma ta’ informazzjoni relatati maċ-ċittadini: vjaġġi fi ħdan l-Unjoni; xogħol u rtirar fl-Unjoni; vetturi fl-Unjoni; residenza fi Stat Membru ieħor; edukazzjoni jew traineeship fi Stati Membri oħrajn; kura tas-saħħa; drittijiet; obbligi u regoli dwar kwistjonijiet li jinvolvu l-familji f’sitwazzjonijiet transkonfinali; u konsumaturi f’sitwazzjonijiet transkonfinali.

2.5.5.

Oqsma ta’ informazzjoni relatati man-negozji: l-istabbiliment, il-ġestjoni u l-għeluq ta’ negozju; persunal, taxxi, prodotti, servizzi; l-iffinanzjar ta’ negozju; akkwist pubbliku u saħħa u sigurtà fil-post tax-xogħol.

2.6.

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura li permezz tagħhom il-Kummissjoni tista’ titlob lill-impriżi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jipprovdu l-informazzjoni relatata mas-suq intern u ma’ oqsma relatati (4).

2.6.1.

L-għan tal-Proposta għal Regolament hu li tgħin lill-Kummissjoni biex tissorvelja u tara li jiġu infurzati r-regoli tas-suq intern, billi tippermettilha tikseb informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva, fil-fond u affidabbli f’waqtha, li tiġi minn firxa ta’ operaturi tas-suq permezz ta’ talbiet għal informazzjoni mmirati sewwa.

2.6.2.

Il-proposta, li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha l-“mikroimpriżi”, ma tistabbilixxi ebda piż amministrattiv addizzjonali, inkwantu tikkontempla proċedura eċċezzjonali u komplimentari għall-ksib tal-informazzjoni meħtieġa f’dawk il-każijiet fejn jista’ jkun hemm ostakli li jfixklu l-ħidma tas-suq intern. L-għodda ta’ informazzjon maħluqa permezz ta’ din l-inizjattiva tikkostitwixxi l-aħħar rimedju meta l-mezzi l-oħrajn għall-ksib ta’ informazzjoni jkunu fallew.

2.6.3.

Il-proposta tistabbilixxi l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex tintalab l-informazzjoni, id-Deċiżjoni li tapprovahom, kif tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali u s-segretezza professjonali, kif ukoll il-possibbiltà li jiġu imposti multi f’każijiet ta’ nuqqas ta’ risposti b’mod deliberat jew ta’ negliġenza gravi fil-provvista ta’ informazzjoni inkorretta, mhux kompluta jew qarrieqa. Fi kwalunkwe każ, jiġu rregolati l-faċilitajiet ta’ kontroll ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

2.6.4.

Skont il-proposta, id-disponibbiltà ta’ informazzjoni konkreta dwar in-nuqqas ta’ funzjonament tajjeb tas-suq uniku tippermetti lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali jiggarantixxu osservanza akbar tar-regoli tas-suq uniku u tfassil aħjar tal-politiki tal-Unjoni. Skont il-Kummissjoni, dan isaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi fis-suq uniku u jikkontribwixxi sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tiegħu.

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

Il-Kumitat jenfasizza l-ħtieġa li jiddaħħlu ċerti elementi fil-“Pakkett ta’ konformità” ippreżentat mill-Kummissjoni biex tissaħħaħ il-leġittimità tal-proposta regolatorja tagħha, jiġu ssodisfati l-aspettattivi tal-istituzzjonijiet u l-korpi kollha involuti fl-implimentazzjoni futura tagħha u jiġi żgurat li tiġi implimentata b’mod effiċjenti fl-Istati Membri kollha kkonċernati.

3.2.

L-għan prinċipali tal-imsemmi “Pakkett”, li huwa t-tisħiħ ta’ SOLVIT, intalab kemm mill-Istati Membri permezz ta’ talbiet espliċiti lill-Kummissjoni, magħmula mill-Kumitat dwar il-Kompetittività, kif ukoll mill-Parlament Ewropew, li tagħti bażi qawwija ta’ leġittimità demokratika lill-proposta leġislattiva inkwistjoni.

3.2.1.

Ikun utli li jiġu estiżi u speċifikati r-regoli u l-funzjonijiet tal-korpi u l-istituzzjonijiet responsabbli biex jissorveljaw l-applikazzjoni futura tal-qafas leġislattiv ikkonċernat u, b’mod aktar konkret, tar-Regolament li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura li permezz tagħhom il-Kummissjoni tista’ titlob lill-impriżi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jipprovdu informazzjoni dwar is-suq intern u oqsma oħrajn relatati.

3.2.2.

F’dan ir-rigward, il-Kumitat jinnota l-ħtieġa li jinbidel il-fokus tal-proposta tal-Kummissjoni, għaliex, minn naħa waħda, ma tinkludi l-ebda referenza għar-rwol tal-Kumitat fil-fażi tal-applikazzjoni tar-regolament u, min-naħa l-oħra, jidher li l-iskop finali prinċipali tagħha huwa t-tisħiħ tar-rwol proprju tal-Kummissjoni fil-qafas tal-fażi amministrattiva qabel ma jitressaq rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.

3.2.2.1.

L-ewwel nett, il-proposta msemmija ddgħajjef il-leġittimità tas-sussidjarjetà funzjonali tal-Unjoni billi teskludi lill-Kumitat milli jwettaq kompiti assenjati lilu speċifikament mit-Trattati, u li għalihom huwa ddedika b’suċċess parti sostanzjali tal-ħidma tiegħu.

3.2.2.2.

Il-KESE għandu l-esperjenza, il-mezzi u l-kapaċità biex jgħin fis-sensibilizzazzjoni wiesgħa dwar il-funzjonament tas-SOLVIT. Bl-istess mod, il-Kumitat jiġi eskluż minn kull tip ta’ kooperazzjoni fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolamenti proposti.

3.2.2.3.

Dan l-approċċ tal-proposta dwar il-“portal diġitali uniku” għandu jiġi emendat minħabba li, fil-verżjoni attwali tiegħu, ma jirriflettix id-dimensjoni istituzzjonali tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 tat-TUE, jillimita r-rwol tal-Kumitat bħala rappreżentant tal-interessi tas-soċjetà ċivili organizzata u jagħmel ħsara lill-prinċipju nnifsu tad-demokrazija parteċipattiva fid-dimensjoni funzjonali tagħha, u b’hekk inaqqas l-effiċjenza tal-implimentazzjoni futura tar-Regolament.

3.2.2.4.

Il-“portal diġitali uniku” għandu jgħin biex tinkiseb aktar malajr amministrazzjoni elettronika effikaċi, interoperabbli u aċċessibbli għal kullħadd. Il-KESE jappoġġja l-applikazzjoni tal-prinċipju “darba biss” u jtenni (5) l-provenjenza tal-prinċipju ta’ “perspettiva tal-amministrazzjoni bħala ħaġa sħiħa”, li jikkonsisti f’kollaborazzjoni bejn id-diversi korpi pubbliċi, lil hinn mil-limiti tal-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, sabiex l-applikant jingħata proposta integrata minn korp wieħed.

3.2.3.

Fit-tieni lok, il-punt III tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar it-tisħiħ ta’ SOLVIT jinkludi miżuri importanti biex jittejjeb ir-rwol tas-SOLVIT bħala għodda għall-infurzar tal-liġi tal-UE, b’reazzjoni għat-talbiet ripetuti mill-Kunsill Kompettitività u l-Parlament Ewropew.

3.3.

Jenħtieġ ukoll li jsiru diversi osservazzjonijiet bil-għan li tinkiseb l-iżjed applikazzjoni effiċjenti possibbli tal-proposta tal-Kummissjoni.

3.3.1.

Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-intenzjoni li tiġi promossa SOLVIT, iridu jiġu indirizzati żewġ kwisjonijiet li ma jidhrux fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni.

3.3.2.

Minn naħa waħda, minħabba l-ħrug tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, li mistenni jseħħ f’nofs l-2019, il-kunċett ta’ “suq” imsemmi fil-punt II tal-Pjan imsemmi se jġarrab tnaqqis sostanzjali. Jekk, min-naħa l-oħra, sa dak iż-żmien ma jkunx ġie konkluż il-ftehim li jirregola r-relazzjoni bilaterali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, u l-imsemmi Stat ma jiffurmax parti miż-Żona Ekonomika Ewropea, l-amministrazzjoni tiegħu tinħeles awtomatikament minn kwalunkwe obbligu relatat mal-implimentazzjoni tal-Pjan, u dan ikollu impatt negattiv fuq iċ-ċittadini tiegħu u ċ-ċittadini tal-Istati li fihom jopera n-netwerk taċ-ċentri SOLVIT.

3.3.3.

Minn naħa l-oħra, peress li l-liġi tal-Unjoni u, b’mod aktar konkret, il-libertajiet ekonomiċi fundamentali tagħha għandhom kamp ta’ applikazzjoni extraterritorjali li jibbenefika kif ukoll jobbliga liċ-ċittadini ta’ Stati terzi u l-amministrazzjonijiet tagħhom, għandhom jikkunsidraw il-ħolqien ta’ ċentri u l-applikazzjoni ta’ SOLVIT fit-territorju tal-Istati li magħhom l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet ftehimiet internazzjonali ta’ rabta partikolari, bħal dawk previsti fl-ewwel tliet sottopunti tal-Artikolu 218(6)(a) tat-TFUE. Dan iwassal għal benefiċċju ċar għaċ-ċittadini, l-impriżi u ċ-ċittadini tal-imsemmija Stati terzi, u għal implimentazzjoni aħjar tar-regoli dwar is-suq intern.

3.4.

Fit-tieni lok, jenħtieġ li jinħolqu inċentivi għall-amministrazzjonijiet pubbliċi ta’ dawk l-Istati Membri li, bħala konsegwenza tad-distakk diġitali, jew għal raġunijiet oħrajn, ikunu jeħtieġu aktar riżorsi minn oħrajn biex japplikaw ir-Regolament dwar l-istabbiliment ta’ “portal diġitali uniku”.

3.4.1.

Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li tipproponi l-approvazzjoni ta’ azzjoni orjentata biex issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Din l-azzjoni tidher li hi ġġustifikata biex tinċentiva lill-impriżi kkonċernati, fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta fil-punt III tal-imsemmi Pjan tal-Kummissjoni, li juru differenzi sproporzjonati fin-numru ta’ każijiet għal kull ċentru SOLVIT, differenzi li mhumiex ġustifikati biss minħabba d-differenzi fil-piż demografiku u ekonomiku bejn l-Istati parteċipanti.

3.5.

Fl-aħħar nett, jenħtieġ impenn fl-Istati kollha li fihom jopera n-netwerk SOLVIT biex l-għażla ta’ persunal adatt u stabbli li jipproċessa l-każijiet ippreżentati fiċ-ċentri tan-netwerk issir fl-iqsar żmien possibbli u permezz ta’ kompetizzjonijiet pubbliċi u trasparenti.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1.   Dwar SOLVIT

4.1.1.

Il-KESE jappoġġja t-titjib konkret sabiex tittejjeb il-ħidma ta’ SOLVIT. Dan jista’ jkun għodda utli, peress li joffri pjattaforma għaċ-ċittadini u l-impriżi biex jingħata rimedju għal firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet marbuta mas-suq intern. Il-Kummissjoni għandha tkompli ttejjeb il-viżibbiltà globali ta’ SOLVIT.

4.1.2.

Applikazzjoni aħjar tal-liġi hija ta’ benefiċċju kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-impriżi. Iċ-ċifri juru li matul is-snin żdied il-proporzjon ta’ każijiet ta’ ċittadini, speċjalment fil-kuntest tas-sigurtà soċjali, b’paragun mal-każijiet ta’ negozji ppreżentati lil SOLVIT. Min-naħa l-oħra, ir-rata ta’ riżoluzzjoni tal-każijiet ta’ negozji, ta’ 80 %, kienet inferjuri għall-medja tan-netwerk (89 %). Il-Kummissjoni għandha tadotta l-mezzi xierqa sabiex l-utenti kollha jkunu jistgħu japprofittaw mill-possibbiltajiet tan-netwerk. Huwa importanti li dan l-istrument jissaħħaħ u l-KESE jittama li jintlaħqu l-aspettativi tal-“pjan direzzjonali għat-tisħiħ tas-SOLVIT”, b’mod partikolari dwar l-introduzzjoni ta’ proċess ta’ rimedju għall-kumpaniji fil-qasam tar-rikonoxximent reċiproku tal-oġġetti u appoġġ legali b’mod iktar dirett u effikaċji għan-netwerk permezz ta’ għodda mtejba ta’ pariri legali informali u għodod ta’ taħriġ interattiv, b’possibbiltà li jiġu ġestiti l-opinjonijiet diverġenti.

4.2.   Dwar il-proposta tar-Regolament dwar il-“portal diġitali uniku”

4.2.1.

Il-Kumitat jappoġġja l-inizjattiva ta’ “portal diġitali uniku” li tinsab fil-proposta ta’ Regolament. Il-portal għandu joffri liċ-ċittadini u lill-impriżi l-informazzjoni u l-assistenza kollha li jeħtieġu sabiex joperaw fis-suq intern kollu. B’disinn tajjeb, din l-għodda tista’ tgħin kemm liċ-ċittadini li jgħixu u jaħdmu fi Stat ieħor tal-UE kif ukoll lill-impriżi li jixtiequ jużaw kwalunkwe mil-libertajiet ekonomiċi fi Stat Membru ieħor, speċjalment l-SMEs u l-impriżi ġodda.

4.2.2.

Ta’ sikwit, iċ-ċittadini u n-negozji ma jkunux konxji għalkollox mid-drittijiet tagħhom u l-opportunitajiet fis-suq intern. Il-“portal diġitali uniku” għandu jtejjeb u jikkollega l-istrumenti eżistenti u jgħin lill-impriżi biex jikkumplimentaw il-proċeduri u l-formalitajiet amministrattivi li jintużaw l-aktar fuq l-Internet. Il-portal għandu jwassal biex is-suq intern isir aktar trasparenti, kif ukoll aktar sigur u prevedibbli.

4.2.3.

Huwa essenzjali li l-portal diġitali uniku jipprovdi kull informazzjoni u assistenza li n-negozji jeħtieġu biex jagħmlu n-negozju bejn il-fruntieri aktar faċli. Dan jinkludi informazzjoni ta’ kwalità għolja u aġġornata dwar is-suq, is-soluzzjoni tal-problemi u l-mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim, kif ukoll proċeduri elettroniċi għal dawk il-kumpaniji li jixtiequ jwettqu attivitajiet transkonfinali.

4.3.   Dwar il-proposta ta’ Regolament SMIT

4.3.1.

Teżisti diverġenza fil-pożizzjonijiet adottati mid-diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, partikolarment l-organizzazzjonijiet tan-negozji, li jiffurmaw il-KESE fir-rigward tal-proposta ta’ Regolament sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet u l-proċeduri li jippermettu lill-Kummissjoni titlob lill-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi sabiex jipprovdulha informazzjoni dwar is-suq intern.

4.3.2.

L-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-kumpaniji jistaqsu dwar il-proposta fid-dawl tal-fatt li, fil-parti l-kbira tagħha, hija mmirata lejn in-negozji, iżda huma l-Istati Membri li huma responsabbli għall-ostakli persistenti għas-suq uniku:

(a)

Infurzar aħjar tar-regoli miftiehma huwa essenzjali biex is-suq uniku jiffunzjona b’mod aktar effettiv. Dan jibda billi tingħata gwida u assistenza lill-Istati Membri fit-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli. Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol akbar fil-proċess ta’ infurzar sabiex tiżgura li l-operaturi ekonomiċi kollha jkunu konformi mar-regoli, mingħajr ma żżomm lura milli tniedi proġetti pilota jew proċedimenti ta’ ksur għal nuqqas ta’ konformità;

(b)

Fir-rigward tal-informazzjoni disponibbli għall-KE sabiex tindirizza l-ostakli għas-suq uniku diġà jeżistu kanali ta’ informazzjoni wesgħin, bħal pereżempju n-Netwerk Enterprise Europe, il-pjattaforma tal-ODR, TRIS, is-sistema tal-IMI u l-Pjattaforma REFIT. Dawn il-kanali jistgħu jiġu analizzati aħjar u b’mod aktar sistematiku biex jiġu identifikati l-ostakoli u s-segmentazzjonijiet fis-suq uniku, inkluż in-nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni tal-UE.

(c)

In-negozji jibżgħu u jinkwetaw dwar il-piż amministrattiv akbar tal-obbligu ġdid biex jipprovdu informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali u data sensittiva tal-kumpaniji (il-politika tal-ipprezzar, l-istrateġija tan-negozju) b’riskju ta’ multi u penali.

4.3.3.

Min-naħa tagħhom, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-entitajiet tas-soċjetà ċivili jikkunsidraw bħala pożittiva l-proposta ta’ Regolament billi jikkunsidraw li huwa importanti:

(a)

l-aċċess xieraq għal data affidabbli għaliex, minbarra li żżid it-trasparenza, ittejjeb il-ħidma tas-suq intern biex ikun jista’ jipprovdi informazzjoni pertinenti, utli, koerenti u speċjalment sinifikanti għall-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi mill-Kummissjoni,

(b)

biex tinkiseb b’mod xieraq informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva, eżawrjenti u affidabbli, mingħand għażla ta’ operaturi tas-suq permezz ta’ talbiet għal informazzjoni ddelimitati sew, u

(c)

li l-Kummissjoni tiġi megħjuna tiżgura li d-drittijiet taċ-ċittadini u tan-negozji jiġu rrispettati fis-suq uniku, u tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Istati Membri.

4.3.4.

Bħala konsegwenza, fl-ipoteżi li tiġi approvata l-proposta ta’ Regolament skont it-termini kkontemplati, il-KESE jitlob li din l-għodda tintuża mill-Kummissjoni, bil-proporzjonalità massima, għall-każijiet b’dimensjoni transkonfinali b’saħħitha, meta dan jirriżulta li huwa meħtieġ u b’ħarsien tad-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati, b’mod speċjali fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali.

4.3.4.1.

Barra minn hekk, il-proposta li ssir valutazzjoni msemmija fit-test spjegattiv tal-proposta għandha titqiegħed fit-test leġislattiv biex issir regola vinkolanti. Din il-valutazzjoni tar-regolamenti għandha sseħħ fi żmien ħames snin mill-adozzjoni tar-Regolament, sabiex issir analiżi tal-funzjonament ta’ dawn l-attivitajiet ta’ sorveljanza.

5.   Ir-rwol tal-KESE fil-proċess

5.1.

Il-kisba tas-suq uniku tal-UE u l-applikazzjoni korretta tar-regoli tiegħu jikkostitwixxu wieħed mill-prinċipji prijoritarji tal-KESE.

5.2.

Ta’ spiss, iċ-ċittadini u l-impriżi ma jkunux għalkollox konxji mid-drittijiet u l-opportunitajiet li joffri s-suq intern. Il-“portal uniku diġitali” għandu jtejjeb u jikkollega l-għodod eżistenti u jgħin lill-impriżi biex jikkumplimentaw il-proċeduri u l-formalitajiet amministrattivi użati l-aktar ta’ spiss fuq l-Internet. Dan il-portal għandu jiżgura li s-suq intern ikun aktar trasparenti u, min-naħa l-oħra, aktar sigur u prevedibbli.

5.3.

Il-KESE jinsab dispost li jikkontribwixxi għan din l-inizjattiva, bħala rappreżentant tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Għal dan il-għan, huwa joffri li jgħin fis-superviżjoni u l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-“portal diġitali uniku”.

5.4.

Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni biex tikkoopera mill-qrib miegħu sabiex b’hekk tapprofitta mill-għarfien u l-esperjenza tal-membri tiegħu, li jiġu mit-tmienja u għoxrin Stat Membru.

Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-17.9.2013 (ĠU L 249, 19.9.2013, p. 10).

(2)  COM(2017) 255 final.

(3)  COM(2017) 256 final.

(4)  COM(2017) 257 final.

(5)  ĠU C 487, 28.12.2016, p. 99.


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/95


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom”

[COM(2017) 279 final — 2017/0111 (COD)]

(2018/C 081/13)

Relatur:

Dirk BERGRATH

Korelatur:

Mihai MANOLIU

Konsultazzjoni

Il-Parlament Ewropew, 15.6.2017

Il-Kunsill, 22/06/2017

Bażi legali

Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Suq Uniku, Produzzjoni u Konsum

Adottata fis-sezzjoni

4.10.2017

Adottata fil-plenarja

18.10.2017

Sessjoni plenarja Nru

529

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

188/0/3

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Fil-fehma tal-KESE, il-ħolqien tal-impjiegi, kif ukoll l-investiment immirat lejn ir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa, it-tkabbir ekonomiku, it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, mudelli ġodda ta’ negozju, teknoloġiji fl-avangwardja, il-ħarsien tal-ambjent u s-saħħa pubblika għandhom ikunu objettivi ewlenin tal-politika tal-UE.

1.2.

Il-KESE jemmen li l-operaturi tat-trasport kellhom opportunitajiet mitlufa biex inaqqsu l-kontijiet tal-karburant, li jgħoddu għal kwart tal-ispejjeż operattivi tagħhom. L-effiċjenza fl-użu tal-karburant hija kriterju fundamentali f’deċiżjonijiet dwar xiri, u t-tnaqqis tal-konsum tal-karburant għandu jgħin biex jitnaqqas il-kont tal-importazzjoni tal-karburant. L-UE teħtieġ ċertifikazzjoni, valutazzjoni tal-konsum tal-karburant, u standards tal-emissjonijiet u tal-konsum, u dan għandu jmexxi l-innovazzjoni. Kompetizzjoni ħarxa bejn il-produtturi tal-vetturi nħolqot minn politiki u pjani għal vetturi elettriċi. Is-settur tat-trasport jeħtieġ jagħmel il-kontribut tiegħu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, flimkien ma’ dawk tal-bini, l-agrikoltura u l-iskart.

1.3.

L-azzjoni tal-UE hi ġġustifikata fid-dawl tal-impatt transfruntier tat-tibdil fil-klima u tal-ħtieġa li jiġu ssalvagradjati s-swieq uniċi tal-fjuwil, tal-vetturi u tas-servizzi tat-trasport. Il-frammentazzjoni tas-suq tat-trasport u t-telfien tat-trasparenza tas-suq, id-differenzi fil-leġislazzjoni u l-prattiki politiċi diverġenti dwar il-monitoraġġ, kif ukoll in-nuqqas ta’ bażi ta’ data komuni li fiha data ta’ monitoraġġ, kollha għandhom effetti ekonomiċi u soċjali sinifikanti.

1.4.

Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-proposta għal Regolament tagħmilha eħfef biex jiġu monitorjati u mxerda kejl ta’ CO2 ta’ HDVs (Vetturi Heavy-Duty) li jkunu għadhom kif ġew irreġistrati fl-UE, u tforni lill-klijenti – ħafna minnhom SMEs – b’informazzjoni ċara dwar il-konsum

1.5.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-għażla fil-proposta għal Regolament tat-tielet għażla ta’ rappurtar ikkombinat, għax din tiggarantixxi l-fluss ta’ informazzjoni diġitali, hija mezz sabiex id-data tinġabar kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE, u tinvolvi spejjeż amministrattivi baxxi.

1.6.

Il-KESE jenfasizza li swieq sinifikanti bħal pereżempju l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Ġappun u ċ-Ċina, tul dawn l-aħħar snin implimentaw miżuri għaċ-ċertifikazzjoni u għall-effiċjenza tal-karburant fil-forma ta’ standards dwar il-konsum tal-karburant u/jew standards dwar l-emissjonijiet, biex jistimulaw l-innovazzjoni u jtejbu l-effiċjenza tal-vetturi b’mod mgħaġġel. Il-kompetittività tal-produtturi Ewropej ta’ vetturi heavy-duty għalhekk tiddependi li jintlaħqu dawn l-istandards.

1.7.

Filwaqt li huwa minnu li s-suq bażikament jitfa’ pressjoni fuq il-produtturi biex ikomplu jnaqqsu l-konsum tal-karburant ta’ trakkijiet fl-UE, il-kumpaniji tat-trasport iddominati mill-SMEs spiss iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet fil-finanzjament tal-prezz tax-xiri ogħla għall-HDVs li jwasslu għal użu aktar effiċjenti tal-karburant.

1.8.

Il-KESE jirrakkomanda li, meta tkun qed tistabbilixxi l-limiti potenzjali tas-CO2 għal vetturi heavy-duty, il-Kummissjoni għandha timmira li ssib bilanċ bejn il-miri li jistgħu jintlaħqu fi żmien qasir sa medju u l-mira aktar fit-tul ta’ livell ta’ emissjonijiet ta’ żero għat-trasport bit-triq. Dan ifisser li l-innovazzjoni f’teknoloġiji eżistenti għandha tkun stimulata, mingħajr ma jiġu limitati l-investimenti f’vetturi b’emissjonijiet żero.

1.9.

F’dan il-kuntest, il-KESE jemmen li r-rakkomandazzjonijiet li ressaq fl-Opinjoni tiegħu dwar ir-rapport finali tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 jistgħu jiġu applikati wkoll għal vetturi heavy-duty, speċjalment fil-perijodu ta’ żmien tal-implimentazzjoni.

1.10.

Il-KESE jisħaq fuq ir-rwol tal-investiment pubbliku u r-regolamentazzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trasport bit-triq, inklużi dawk prodotti mit-trasport ta’ merkanzija tqila.

1.11.

Il-KESE jenfasizza li kwalunkwe azzjoni regolatorja għandha timxi id f’id ma’ aktar miżuri ta’ politika biex titnaqqas id-domanda għat-trasport bit-triq – inkluż it-trasport ta’ merkanzija tqila – billi ssir bidla għal mezzi oħra tat-trasport (ferroviji, passaġġi tal-ilma interni, eċċ.) li jipproduċu inqas emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra.

2.   Introduzzjoni

2.1.

Il-proposta għal Regolament għandha l-għan li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi heavy-duty ġodda rreġistrati fl-Unjoni Ewropea u l-konsum tal-karburant tagħhom. Dan japplika biss għal vetturi heavy-duty mfassla u mibnija għall-ġarr ta’ passiġġieri jew ta’ merkanzija u trejlers (1).

2.2.

It-trasport u l-mobilità huma ta’ importanza vitali għall-ekonomija Ewropea u l-kompetittività tagħha. Din l-importanza hija wkoll riflessa fil-varjetà wiesgħa ta’ oqfsa ta’ politika oħra li jinfluwenzaw b’mod qawwi lil dan is-settur. Jekk jitwettqu l-prijoritajiet tal-Unjoni tal-Enerġija, is-Suq Uniku Diġitali u l-Aġenda għall-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment f’kull każ dan ser jibbenefika l-mobilità u s-settur tat-trasport.

2.3.

F’Ottubru 2014, il-kapijiet ta’ Stat u ta’ gvern tal-UE (2) stabbilixxew mira ta’ tnaqqis vinkolanti tal-emissjonijiet prodotti madwar l-ekonomija kollha tal-UE b’mill-anqas 40 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Din il-mira hija bbażata fuq tbassir globali li jikkonforma ma’ medda medja ta’ żmien tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima (COP 21) (3). Il-Kummissjoni ħabbret li ser tintroduċi l-istandards tal-effiċjenza tal-karburant għal vetturi ġodda heavy duty.

2.4.

Fl-2015, skont id-data tal-industrija, l-esportazzjonijiet tat-trakkijiet iġġeneraw bilanċ kummerċjali favorevoli ta’ EUR 5,1 biljun. Dan is-settur jaġħmel parti minn industrija awtomobilistika li tiġġenera 12,1 miljun impjieg dirett u indirett fl-Ewropa, ekwivalenti għal 5,6 % tal-impjiegi totali tal-UE.

2.5.

Il-Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b’Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares ’il Quddiem (Frar 2015) identifika t-transizzjoni għal ekonomija b’użu effiċjenti tal-enerġija, mingħajr karbonju fis-settur tat-trasport, bħala qasam ewlieni għal azzjoni. B’impetu mill-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima, il-miżuri stabbiliti fl-Istrateġija Ewropea għal mobbiltà b’emissjonijiet baxxi (Lulju 2016) (4) issa qed jiġu implimentati. Investimenti infrastrutturali bħala parti mill-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa għandhom jistimolaw il-ħolqien ta’ mobbiltà futura nadifa, kompetittiva u konnessa fl-Ewropa.

2.6.

Bejn l-1990 u l-2014, l-emissjonijiet tas-CO2 fl-UE minn vetturi kummerċjali żdiedu ferm aktar malajr minn dawk mill-karozzi. L-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi kummerċjali żdiedu b’madwar 25 %; l-emissjonijiet mill-karozzi b’madwar 12 % biss. It-trakkijiet u x-xarabankijiet issa jammontaw għal madwar kwart tal-emissjonijiet tas-CO2 relatati mat-trasport bit-triq fl-UE. Is-sehem tagħhom ta’ emissjonijiet qed ikompli jikber, hekk kif iż-żieda kontinwa u stretta ta’ limiti tas-CO2 qed inaqqsu l-emissjonijiet mill-karozzi u l-vannijiet.

2.7.

Bħalissa, unità ta’ trattur 4×2 tipika Ewropea ta’ 40 tunnellata f’“ċiklu ta’ prova fuq distanzi twal” tikkonsma madwar 33,1 l ta’ karburant għal kull 100 km fit-toroq u l-awtostradi. Trakk tad-distribuzzjoni 4×2 tipiku Ewropew ta’ 12-il tunnellata f’“ċiklu ta’ prova ta’ kunsinna urbana” jikkonsma madwar 21,4 l ta’ karburant għal kull 100 km (5).

2.8.

Vetturi heavy-duty (HDVs) issoltu huma manifatturati f’diversi stadji; ġeneralment, prodotti magħmulin skont speċifikazzjonijiet partikolari biss huma disponibbli. Ix-xażi huwa prodott minn prodottur wieħed u mbagħad, fl-istadju li jmiss, jirċievi karozzerija minn produttur ieħor. Dan ifisser li għadd ta’ produtturi differenti għandhom impatt fuq il-konsum tal-karburant tal-vettura kompluta u b’hekk fuq l-emissjonijiet tas-CO2 tagħha.

2.9.

Ix-xerrejja ta’ vetturi heavy-duty huma fil-biċċa l-kbira tagħhom operaturi tat-trasport tal-merkanzija. Dawn jistgħu jesperjenzaw spejjeż tal-karburant ogħla iktar minn kwart tal-ispejjeż operazzjonali tagħhom, u jikklassifikaw l-effiċjenza tal-karburant bħala l-ogħla kriterju għax-xiri tagħhom. Filwaqt li l-effiċjenza tal-karburant tal-vetturi heavy-duty tjiebet f’deċennji reċenti, ħafna mill-iktar minn nofs miljun kumpanija ta’ trasport, li huma fil-biċċa l-kbira SMEs, għad m’għandhomx aċċess għal informazzjoni standardizzata biex jevalwaw it-teknoloġiji tal-effiċjenza tal-karburant, biex iqabblu t-trakkijiet ħalli jagħmlu l-iktar deċiżjoni ta’ xiri infurmata u biex inaqqsu l-ispejjeż tal-karburant tagħhom. Din is-sitwazzjoni tiġi aggravata minħabba n-nuqqas ta’ metodoloġija miftehma b’mod komuni għall-kejl tal-konsum tal-karburant.

2.10.

In-nuqqas ta’ trasparenza fis-suq jissarraf f’inqas pressjoni għal produtturi tal-HDVs tal-UE biex jagħmlu aktar sforzi biex titjieb l-effiċjenza tal-vetturi u biex jinvestu fl-innovazzjoni f’suq globali tant kompetittiv. Hemm ir-riskju konsegwenti li s-settur tal-manifattura tal-UE jista’ jitlef it-tmexxija attwali tiegħu fl-effiċjenza fl-użu tal-karburant ta’ vetturi.

2.11.

It-trasparenza fir-rendiment tal-karburant u tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi għandha tistimola wkoll kompetizzjoni fi ħdan is-suq tal-UE, fejn fl-2016 il-Kummissjoni identifikat kartel bejn il-produtturi ta’ trakkijiet li kien ilu jopera bejn l-1997 u l-2011.

3.   Il-proposta għal Regolament

3.1.

Ir-Regolament propost huwa parti mill-pakkett L-Ewropa Attiva, li għandhom l-għan li: itejbu s-sikurezza fit-triq; jippromovu pedaġġ aktar ġust; inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, it-tniġġis tal-arja, il-konġestjoni tat-traffiku u l-burokrazija għan-negozji; jiġġieldu kontra l-impjieg illegali; u jiżguraw kundizzjonijiet deċenti u perjodi ta’ mistrieħ għall-ħaddiema.

3.2.

Fuq medda twila ta’ żmien, dawn il-miżuri ser ikollhom effett pożittiv ferm lil hinn mis-settur tat-trasport: se jippromovu l-impjieg, it-tkabbir u l-investiment, isaħħu l-ġustizzja soċjali, iżidu l-għażla tal-konsumatur u jipprovdu lill-Ewropa bi triq ċara lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet.

3.3.

Matul it-12-il xahar li ġejjin li dan il-pakkett se jiġi supplimentat b’aktar proposti li jinkludu standards tal-emissjonijiet wara l-2020 għall-karozzi u l-vannijiet, kif ukoll – għall-ewwel darba – għal vetturi heavy-duty. Dawn il-proposti se jagħtu spinta ulterjuri lill-proċess tal-innovazzjoni, isaħħu l-kompetittività, inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, itejbu l-kwalità tal-arja, is-saħħa pubblika u s-sikurezza fit-toroq.

3.4.

Il-lakuna fl-għarfien se titnaqqas permezz ta’ softwer tas-simulazzjoni – għodda effiċjenti għall-kalkolu tal-konsum ta’ karburant u tal-ispejjeż. Ir-regolazzjoni ġdida taċ-ċertifikazzjoni (l-approvazzjoni tat-tip) dwar id-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 se tkun ibbażata fuq data tal-prestazzjoni individwali u l-proċess ċertifikat tas-sejbien ta’ sorsi u l-ġestjoni tad-data użata.

3.5.

Din il-proposta għal Regolament timplimenta l-Komunikazzjoni tal-2014 dwar Strateġija għat-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-Vetturi Heavy-Duty. L-istrateġija tal-HDVs ħabbret miżura ta’ implimentazzjoni li tistabbilixxi l-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 minn HDVs ġodda mqiegħda fis-suq tal-UE, ikkalkulati mill-għodda ta’ simulazzjoni VECTO, u proposta leġislattiva dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dawn l-emissjonijiet.

3.6.

Peress li VECTO hija biss għodda ta’ simulazzjoni, it-tieni pakkett għandu jinkludi testijiet dwar il-konsum ta’ karburant fit-triq, kif il-Kummissjoni beħsiebha tagħmel għal karozzi u vetturi kummerċjali ħfief. Jeħtieġ li tiġi żviluppata metodoloġija biex tiddifferenzja l-imposti għall-użu tal-infrastruttura għal HDVs ġodda skont l-emissjonijiet tas-CO2 (reviżjoni tad-Direttiva Eurovignette u d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika).

3.7.

Il-KESE jappella lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jaqblu li jiggarantixxu li l-partijiet terzi (istituti ta’ riċerka, kumpaniji tat-trasport, NGOs) se jkollhom aċċess għad-data VECTO uffiċjali dwar il-konsum tal-karburant b’mod li ċ-ċifri jkunu jistgħu jiġu ċċekkjati u mqabbla permezz ta’ ttestjar indipendenti. Jeħtieġ li jitwettqu kontroll tal-kwalità u verifika tad-data ppreżentata sabiex jiġu indirizzati kwalunkwe nuqqasijiet jew irregolaritajiet. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu b’mod konformi mad-drittijiet fundamentali.

3.8.

Il-proposta timplimenta wkoll l-Istrateġija Ewropea tal-2016 għal Mobbiltà b’Emissjonijiet Baxxi, li l-għanijiet tagħha jinkludu t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra fit-trasport tat-triq b’tal-inqas 60 % fl-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 u t-tnaqqis b’mod drastiku tal-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja. L-istrateġija tiddikjara wkoll li l-Kummissjoni se tħaffef il-ħidma analitika fuq l-għażliet ta’ tfassil għall-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 bil-ħsieb li tħejji proposta leġislattiva matul il-mandat ta’ din il-Kummissjoni.

3.9.

Għal finijiet ta’ monitoraġġ, mill-2020 ’l quddiem, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jridu jissottomettu data dwar vetturi ġodda rreġistrati fl-UE għall-ewwel darba matul is-sena ta’ qabel, u produtturi ta’ vetturi heavy-duty għandhom jissottomettu data dwar vetturi b’data ta’ produzzjoni li taqa’ matul is-sena kalendarja preċedenti. Dan ir-rapportar annwali huwa dovut sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena. It-tip ta’ data li għandha titressaq hija mniżżla fil-Parti A u B tal-Anness I għall-proposta għal Regolament.

3.10.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) se tamministra, f’isem il-Kummissjoni, bażi ta’ data ċentrali tad-data li tiġi ppreżentata u li se tkun disponibbli għall-pubbliku (għajr għal ċertu data sensittiva).

3.11.

L-awtoritajiet kompetenti u l-produtturi għandhom ikunu responsabbli għall-preċiżjoni u l-kwalità tad-data li jippreżentaw. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ twettaq il-verifika tagħha stess tal-kwalità tad-data ppreżentata u, fejn xieraq, tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkoreġi d-data ppubblikata fir-reġistru ċentrali. M’hemmx obbligi diretti ta’ rapportar għall-SMEs u għall-mikrointrapriżi.

3.12.

Il-Kummissjoni se tipproduċi rapport annwali li jinkludi l-analiżi tad-data mibgħuta mill-Istati Membri u l-produtturi għas-sena kalendarja preċedenti. L-analiżi għandha tinkludi, bħala minimu, ċifri dwar il-medja tal-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 tal-flotta ta’ vetturi heavy-duty tal-Unjoni kollha kemm hi, kif ukoll ta’ kull produttur. Trid tqis ukoll, fejn disponibbli, id-data dwar it-teħid ta’ teknoloġiji ġodda u avvanzati ta’ tnaqqis tas-CO2.

3.13.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa permezz ta’ atti delegati biex temenda r-rekwiżiti tad-data stipulati fl-annessi għall-proposta għal Regolament, u li twettaq bidliet fil-proċess ta’ monitoraġġ u rapportar.

4.   Kummenti ġenerali

4.1.

Bħal f’opinjonijiet preċedenti dwar proposti leġislattivi tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis ta’ emissjonijiet tas-CO2, il-KESE jikkonferma l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi kollha tal-UE li għandhom l-għan li jilħqu miri speċifiċi għat-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra, billi din hija parti ewlenija fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Għal dan il-għan, l-ebda miżura raġonevoli sabiex jitnaqqsu wkoll l-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ma tista’ tiġi injorata, billi dawn il-vetturi jifformaw iktar minn 10 % tal-flotta.

4.2.

Barra minn hekk, l-istrument magħżul – Regolament tal-UE – huwa l-iktar adatt biex tiġi żgurata konformità immedjata mad-dispożizzjonijiet adottati, u biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jista’ jkollhom implikazzjonijiet għas-suq intern.

4.3.

Id-data dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-karburant hija prodotta bl-użu ta’ softwer tas-simulazzjoni msejħa VECTO (Għodda għall-kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vetturi).

4.3.1.

Id-deċiżjoni li tiġi żviluppata din l-għodda saret wara li tqiesu għażliet oħra għal proċeduri tal-kalkolu, inklużi sodod tal-ittestjar tal-magna, tad-dinamometru tax-xażi, u testijiet abbord fi traffiku reali b’Sistemi Portabbli tal-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS). Ir-raġunijiet ewlenin għall-għażla ta’ simulazzjoni minflok kwalunkwe proċedura ta’ ttestjar oħra kienu:

1.

kumparabbiltà: riżultati tat-testijiet għal tipi differenti ta’ HDVs huwa direttament komparabbli;

2.

effiċjenza tal-ispejjeż: l-ispiża għolja tal-faċilitajiet tal-ittestjar meta mqabbla mas-simulazzjoni;

3.

il-kapaċità li tiġi trattata varjabilità għolja: sensiliet ta’ produzzjoni HDV huma żgħar ħafna billi vetturi bħal dawn huma fil-biċċa l-kbira tagħhom prodotti skont speċifikazzjoni partikolari tal-utenti aħħarin;

4.

riproduċibbiltà: is-simulazzjoni toffri l-ogħla punteġġi għar-riproduċibbiltà tat-testijiet;

5.

preċiżjoni: jista’ jiġi identifikat iffrankar żgħir mill-ottimizzazzjonijiet ta’ komponent wieħed;