ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 79

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
2 ta' Marzu 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 79/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8523 — BD/Bard) ( 1 )

1

2018/C 79/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8798 — TA Associates/OTPP/Flexera Holdings) ( 1 )

1

2018/C 79/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8594 — COSCO SHIPPING/OOIL) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

2018/C 79/04

Regoli dwar is-sigurtà u s-sikurezza fil-Parlament Ewropew — Deċiżjoni tal-Bureau tal-15 ta’ Jannar 2018

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 79/05

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 0,00 % fl-1 ta’ Marzu 2018 — Rata tal-kambju tal-euro

16

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2018/C 79/06

Rapport Speċjali Nru 6/2018 — Moviment Liberu tal-Ħaddiema — il-libertà fundamentali hija żgurata iżda orjentament aħjar tal-fondi tal-UE jkun ta’ għajnuna għall-mobbiltà tal-ħaddiema

17


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 79/07

Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu mill-2014 sal-2020 (Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 568)

18


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8523 — BD/Bard)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 79/01)

Fit-18 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8523. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8798 — TA Associates/OTPP/Flexera Holdings)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 79/02)

Fl-20 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8798. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8594 — COSCO SHIPPING/OOIL)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 79/03)

Fil-5 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8594. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/3


REGOLI DWAR IS-SIGURTÀ U S-SIKUREZZA FIL-PARLAMENT EWROPEW

Deċiżjoni tal-Bureau

tal-15 ta’ Jannar 2018

(2018/C 79/04)

Werrej

KAPITOLU 1:

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 5

Artikolu 1

Definizzjonijiet 5

Artikolu 2

Għan 6

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni 6

Artikolu 4

L-uffiċċji tal-Membri 6

Artikolu 5

Prinċipji 7

Artikolu 6

L-organizzazzjoni 7

Artikolu 7

Kompiti tad-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u s-Sikurezza 7

Artikolu 8

Persunal awtorizzat 8

Artikolu 9

Qadi ta’ dmirijiet tal-persunal tad-DĠ SAFE 8

Artikolu 10

Obbligu ta’ konformità u ta’ kooperazzjoni 8

Artikolu 11

Delega ta’ kompiti lil parti kkuntrattata 9

KAPITOLU 2:

STATI TA’ ALLERT 9

Artikolu 12

Livelli ta’ stati ta’ allert 9

Artikolu 13

Deċiżjoni dwar il-livell ta’ stat ta’ allert 9

Artikolu 14

Komunikazzjoni dwar il-livelli ta’ stat ta’ allert 10

KAPITOLU 3:

IL-PREVENZJONI TA’ INĊIDENTI GĦAS-SIGURTÀ 10

Artikolu 15

Valutazzjoni tar-riskju 10

Artikolu 16

Kontroll tal-Aċċess 10

Artikolu 17

Protezzjoni personali 10

KAPITOLU 4:

RISPONS GĦAL INĊIDENTI GĦAS-SIGURTÀ 11

Artikolu 18

Suspett ta’ inċident għas-sigurtà 11

Artikolu 19

L-okkorrenza ta’ inċident għas-sigurtà 11

Artikolu 20

Rapport ta’ inċident għas-sigurtà 11

KAPITOLU 5:

ARMI TAS-SERVIZZ 11

Artikolu 21

Prinċipji ġenerali 11

Artikolu 22

Awtorizzazzjoni biex tinġarr arma tas-servizz 12

Artikolu 23

Stazzjonament u użu ta’ armi tas-servizz 12

Artikolu 24

Preżenza ta’ persunal tas-sigurtà estern armat fis-siti tal-Parlament 12

Artikolu 25

Konsegwenzi ta’ ħruġ jew l-użu ta’ arma tas-servizz - Rappurtar u assistenza 12

KAPITOLU 6:

INFURZAR 12

Artikolu 26

Infurzar tal-konformità ma’ miżuri ta’ sigurtà 12

KAPITOLU 7:

INKJESTI DWAR SIGURTÀ U INVESTIGAZZJONIJIET AWŻILJARI 13

Artikolu 27

Inkjesti dwar sigurtà 13

Artikolu 28

Investigazzjonijiet awżiljari 13

Artikolu 29

Miżuri investigattivi fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet awżiljari 14

KAPITOLU 8:

DISPOSIZZJONIJIET FINALI 15

Artikolu 30

Kollaborazzjoni ma’ Stati Membri ospitanti u pajjiżi terzi, awtoritajiet nazzjonali, istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u korpi internazzjonali 15

Artikolu 31

Mekkaniżmu tal-ilmenti għall-Membri tal-Parlament Ewropew 15

Artikolu 32

Regoli ta’ implimentazzjoni 15

Artikolu 33

Tħassir 15

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ u pubblikazzjoni 15

IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 232 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattati, u b’mod partikolari l-Artikoli 1 u 18 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 25(2) tagħhom,

Billi:

(1)

L-għan ta’ sigurtà tal-Parlament huwa li jiżgura l-funzjonament tajjeb tal-Parlament billi tinżamm l-ordni u billi jkun żgurat ambjent bla periklu u sigur ġewwa s-siti tal-Parlament u livelli suffiċjenti ta’ protezzjoni minn theddid fiżiku lill-persuni, bini u assi.

(2)

Il-Parlament jenħtieġ li jaħdem biex jintlaħaq livell xieraq ta’ sigurtà għal persuni, bini u assi, li jsib bilanċ tajjeb bejn is-sigurtà u l-aċċessibbiltà.

(3)

Is-Sigurtà u s-sikurezza fil-Parlament jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-prinċipji tal-legalità, tal-proporzjonalità, tar-responsabbiltà u tal-effiċjenza.

(4)

Kwistjonijiet ta’ sigurtà u sikurezza jenħtieġ li jitqiesu fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Parlament.

(5)

Id-dmir ta’ diliġenza tal-Parlament jinkludi diliġenza dovuta fit-teħid tal-passi raġonevoli kollha fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà għall-prevenzjoni ta’ dannu raġonevolment prevedibbli lill-persuni msemmija fl-Artikolu 3(2), lis-siti tal-Parlament u lill-assi fiżiċi tiegħu.

(6)

Il-Parlament daħal fi ftehimiet mal-gvernijiet tal-Belġju, tal-Lussemburgu u ta’ Franza li jikkonfermaw li l-Parlament huwa responsabbli għas-sigurtà fis-siti tiegħu.

(7)

Il-Parlament iffirma Memorandum ta’ Qbil mal-gvern tal-Belġju dwar il-verifiki ta’ sigurtà u jista’ jiffirma ftehimiet simili ma’ Stati Membri oħra.

(8)

Il-prattika attwali fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fl-Istati Membri u f’organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn uriet li sistema ta’ stati ta’ allert hija l-aktar mod effiċjenti li tiżgura li miżuri xierqa u proporzjonati ta’ sigurtà jittieħdu b’rispons għal livell evalwat ta’ riskju. Is-sistema ta’ stat ta’ allert għall-Parlament introdotta permezz tad-Deċiżjoni tal-Bureau tas-16 ta’ Diċembru 2002 teħtieġ li tiġi riveduta u simplifikata sabiex din issir iktar flessibbli u effettiva bħala rispons għal theddid għas-sigurtà.

(9)

Jenħtieġ li jkun possibbli għal Stati Membri ospitanti u pajjiżi terzi li jawtorizzaw lill-Parlament biex jipprovdi protezzjoni personali armata lill-President meta jkun preżenti fit-territorju tagħhom u li jinġarru armi tan-nar għall-protezzjoni tal-persuni fis-siti tiegħu stess.

(10)

Kwistjonijiet li jirrigwardaw il-kards ta’ aċċess huma rregolati minn Deċiżjoni separata tal-Bureau adottata skont l-Artikolu 116a(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament.

(11)

Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-Parlament jenħtieġ li jiżgura l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“sigurtà” tfisser il-ħarsien tal-integrità fiżika ta’ persuni, bini jew assi;

(2)

“inċident għas-sigurtà” tfisser kwalunkwe theddida fis-seħħ jew imminenti għas-sigurtà, inklużi atti ta’ vjolenza, vandaliżmu, sabutaġġ, serq, jew atti oħra suġġett għal-liġi kriminali, iżda esklużi każijiet ta’ forza maġġuri;

(3)

“theddida għas-sigurtà” tfisser avveniment jew persuna li jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jkollhom impatt ħażin fuq is-sigurtà jekk ma jkunx hemm rispons jew jekk ma jiġux ikkontrollati;

(4)

“inċident maġġuri għas-sigurtà” tfisser inċident għas-sigurtà li jista’ raġonevolment ikun mistenni li ser iwassal għal telf ta’ ħajja, korriment serju jew ħsara, dannu sinifikanti lill-proprjetà tal-Parlament jew tfixkil tal-kapaċitajiet operazzjonali essenzjali tal-Parlament;

(5)

“ordni” tfisser sitwazzjoni li tippermetti t-tmexxija bla xkiel tal-attivitajiet parlamentari, ir-rispett għad-dinjità tal-Parlament, iż-żamma tas-sigurtà fil-binjiet tal-Parlament u l-funzjonament tat-tagħmir tal-Parlament;

(6)

“theddida għall-ordni” tfisser avveniment jew persuna li jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jkollhom impatt ħażin fuq l-ordni fil-Parlament jekk ma jkunx hemm rispons jew ma jiġux ikkontrollati;

(7)

“sikurezza” tfisser il-prevenzjoni ta’ aċċidenti u rispons f’każ ta’ aċċidenti, il-prevenzjoni ta’ nirien u r-rispons f’każ ta’ nirien kif ukoll l-ewwel għajnuna u inkluża l-evakwazzjoni tal-binjiet;

(8)

“urġenza” tfisser il-ħtieġa ta’ azzjoni rapida meta ffaċċata b’inċident ta’ sigurtà;

(9)

“riskju għas-sigurtà” tfisser il-kombinazzjoni tal-konsegwenzi potenzjali ta’ theddida għas-sigurtà u l-probabbiltà assoċjata tal-okkorrenza;

(10)

“kontroll tar-riskju” tfisser kwalunkwe miżura ta’ sigurtà li tista’ raġonevolment tkun mistennija li timminimizza b’mod effettiv riskju għas-sigurtà permezz tal-prevenzjoni, il-mitigazzjoni jew l-evitar ta’ inċident għas-sigurtà;

(11)

“prevenzjoni tar-riskju” tfisser miżuri ta’ sigurtà li jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jnaqqsu l-probabbiltà ta’ inċident għas-sigurtà;

(12)

“mitigazzjoni tar-riskju” tfisser miżuri ta’ sigurtà li jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jnaqqsu l-konsegwenza ta’ inċident għas-sigurtà;

(13)

“żona ta’ aċċess limitat” tfisser żona li għaliha l-aċċess huwa ristrett permezz tal-użu ta’ tagħmir elettroniku li jaqra l-kards ta’ aċċess, serraturi elettroniċi jew tagħmir ieħor;

(14)

“assi” tfisser kull proprjetà mobbli ġewwa s-siti tal-Parlament;

(15)

“siti” tfisser l-istabbilimenti kollha tal-Parlament, inkluż bini, uffiċċji, kmamar u żoni oħra, kif ukoll żoni li fihom sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni fejn il-Parlament iwettaq attivitajiet permanenti jew temporanji;

(16)

“stat ta’ allert” tfisser sett ta’ miżuri ta’ sigurtà maħsuba biex jipprovdu livell speċifiku ta’ protezzjoni proporzjonat mat-theddid għas-sigurtà;

(17)

“miżuri ta’ sigurtà standard” tfisser sett ta’ miżuri ta’ sigurtà applikati għal kull livell ta’ stat ta’ allert u armonizzati ma’ miżuri ta’ sigurtà ekwivalenti applikabbli fl-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni fl-istess livell ta’ allert;

(18)

“miżuri ta’ sigurtà fakultattivi” tfisser sett ta’ miżuri addizzjonali li l-Parlament jista’ jadotta għal kull stat ta’ allert sabiex jirrispondi b’mod aktar effiċjenti u flessibbli għar-riskji identifikati lill-Parlament.

Artikolu 2

Għan

L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li:

jistabbilixxi l-qafas legali fir-rigward tas-sigurtà fil-Parlament, inklużi l-prinċipji bażiċi applikabbli fil-qasam tas-sigurtà;

jistabbilixxi l-qafas legali fir-rigward tas-sikurezza fil-Parlament; u

jiddefinixxi l-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet fir-rigward tas-sigurtà fil-Parlament u l-missjoni tal-awtoritajiet tas-sigurtà tal-Parlament.

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fis-siti kollha tal-Parlament ġewwa u barra l-Unjoni. Fejn il-Parlament jikkondividi siti ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni, l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi implimentata f’konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni kkonċernati.

2.   Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni speċifika dwar gruppi partikulari ta’ persunal, din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Membri, għall-persunal tal-Parlament, għall-fornituri tas-servizzi u l-persunal tagħhom, għat-trainees u għal kwalunkwe persuna oħra b’aċċess għas-siti tal-Parlament.

3.   Bla preġudizzju għal-liġi nazzjonali, din id-Deċiżjoni għandha tapplika barra mis-siti tal-Parlament għal persunal inkarigat mill-Parlament bil-protezzjoni personali tal-President sa fejn din il-protezzjoni hija kkonċernata.

4.   Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika fir-rigward taċ-ċibersigurtà.

5.   Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għat-trattament u l-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali, bl-eċċezzjoni tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tas-sigurtà u investigazzjonijiet ta’ ksur possibbli tal-kunfidenzjalità.

6.   Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Maniġġar tal-Kontinwità tal-Operat kif approvat mill-Bureau fid-9 ta’ Mejju 2016.

7.   Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għas-sigurtà ta’ Membri jew persunal tal-Parlament fuq missjonijiet uffiċjali, bl-eċċezzjoni tal-President.

8.   Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għar-regoli dwar il-kards ta’ aċċess skont l-Artikolu 116a tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament.

Artikolu 4

L-uffiċċji tal-Membri

L-aċċess mid-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u s-Sikurezza (DĠ SAFE) lil uffiċċju allokat lil Membru, għandu jkun limitat għall-prevenzjoni u r-rispons għal inċidenti għas-sigurtà kif previst fl-Artikoli 18, 19 u 27 sa 29 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Prinċipji

1.   L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tkun konformi mat-Trattati, b’mod partikolari mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u mar-regoli applikabbli tal-liġi nazzjonali.

2.   Miżuri meħuda taħt din id-Deċiżjoni għandhom ikun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, għall-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u għall-Artikolu 86 u għall-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.   Sa fejn din id-Deċiżjoni ma tipprovdix xi dispożizzjoni speċifika, il-Parlament għandu japplika fis-siti tiegħu u fil-bini tiegħu, ir-regolamenti dwar is-sikurezza, speċjalment dwar is-sikurezza kontra n-nirien, tal-Istat Membru li fih huma jinsabu.

4.   Is-Sigurtà u s-sikurezza fil-Parlament huma bbażati fuq il-prinċipji tal-legalità, tal-proporzjonalità, tar-responsabbiltà u tal-effiċjenza.

5.   Il-prinċipju tal-legalità jindika l-ħtieġa li wieħed jibqa’ strettament fil-qafas legali fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-ħtieġa ta’ konformità mar-rekwiżiti legali.

6.   Kull miżura ta’ sigurtà indirizzata lil persuna fiżika għandha tittieħed apertament sakemm ma jkunx raġonevolment mistenni li dan jikkomprometti l-effett tagħha. Id-destinatarji ta’ miżura ta’ sigurtà għandhom ikunu infurmati bil-quddiem dwar ir-raġunijiet u dwar l-impatt probabbli tal-miżura, sakemm ma jkunx raġonevolment mistenni li l-effett tal-miżura jiġi kompromess minħabba l-għoti ta’ din l-informazzjoni. F’dak il-każ, id-destinatarju tal-miżura ta’ sigurtà għandu jiġi infurmat wara li jkun intemm ir-riskju li jiġi kompromess l-effett ta’ miżura ta’ sigurtà.

7.   L-użu ta’ setgħat mill-awtoritajiet tas-sigurtà kif ukoll l-intensità tal-intervenzjoni individwali permezz ta’ miżura ta’ sigurtà għandhom ikunu proporzjonali għal-livell ta’ riskju għas-sigurtà.

Artikolu 6

L-organizzazzjoni

1.   Skont l-Artikolu 22(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, il-President huwa l-awtorità responsabbli għas-sigurtà fil-Parlament.

2.   Id-DĠ SAFE, taħt l-awtorità tas-Segretarju Ġenerali, jiżgura s-sigurtà u s-sikurezza skont din id-Deċiżjoni fis-siti tal-Parlament. Is-Segretarju Ġenerali jista’ jagħti istruzzjonijiet lid-Direttur Ġenerali għas-Sigurtà u s-Sikurezza sabiex jiżgura s-sigurtà u s-sikurezza.

3.   Il-President jista’ jinkariga persunal bl-implimentazzjoni tal-istruzzjonijiet tiegħu biex jerġa’ jkun hemm is-sigurtà u l-ordni fis-siti tal-Parlament f’sitwazzjoni speċifika.

4.   Fil-każ li Membru jtellef l-andament xieraq tal-proċedimenti tal-plenarja, is-Segretarju Ġenerali jista’ jitlob l-assistenza tad-DĠ SAFE meta jkunu adottati miżuri skont l-Artikolu 165(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew.

5.   Id-DĠ SAFE huwa appoġġjat fil-kompiti tiegħu mill-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ Sigurtà tal-Kumitat ta’ Tmexxija.

Artikolu 7

Kompiti tad-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u s-Sikurezza

1.   Id-DĠ SAFE għandu:

jiżgura livell adatt ta’ sigurtà, sikurezza u ordni kif ukoll il-protezzjoni ta’ persuni, ta’ bini u ta’ assi permezz tal-prevenzjoni u r-rispons għal inċidenti ta’ sigurtà u sikurezza fis-siti tal-Parlament;

japplika approċċ koerenti u integrat, li jipprovdi livelli xierqa ta’ protezzjoni għall-persuni, bini u assi, b’mod proporzjonat mar-riskji identifikati;

jrawwem u jsaħħaħ il-kultura tas-sigurtà tal-Parlament, jiżgura sigurtà effiċjenti, itejjeb il-governanza tas-sigurtà tal-Parlament, jintensifika aktar in-netwerks u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u internazzjonali u jtejjeb il-monitoraġġ u l-kontroll tal-miżuri ta’ sigurtà;

jorganizza l-protezzjoni personali tal-President;

jiżviluppa metodoloġija komprensiva tal-valutazzjoni tar-riskju, iwettaq analiżi u valutazzjonijiet tar-riskju u jirrakkomanda lis-Segretarju Ġenerali l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni jew għall-mitigazzjoni tar-riskji assoċjati ma’ inċidenti għas-sigurtà jew theddid identifikati kif ukoll jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri;

ikun involut fl-ikkummissjonar u fl-assessjar tat-tagħmir relatat mas-sigurtà jew tal-pjanti arkitettoniċi relatati mas-sigurtà. L-approvazzjoni u l-awtorizzazzjoni finali ta’ tali tagħmir u pjanti jenħtieġu konsultazzjoni minn qabel tad-DĠ SAFE.

2.   Meta s-sigurtà tal-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni, jew tkun ġestita minnhom, id-DĠ SAFE għandu jivverifika jekk is-sigurtà pprovduta hijiex tal-inqas ekwivalenti għal dik tal-Parlament.

3.   Id-DĠ SAFE għandu jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt fir-rigward tal-kontrolli ta’ sfond tas-sigurtà u ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ sigurtà għall-Membri fuq talba tagħhom u għall-persunal ikkonċernat, filwaqt li jiżgura l-komunikazzjoni meħtieġa mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċedura interna fir-rigward tal-ipproċessar ta’ talbiet. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu skont l-arranġamenti bilaterali rilevanti konklużi bejn il-Parlament u l-awtoritajiet tas-sigurtà tal-Istati Membri u l-Ftehimiet Interistituzzjonali konklużi bejn il-Parlament u istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni.

4.   Id-DĠ SAFE għandu jirrakkomanda lis-Segretarju Ġenerali l-istat ta’ allert xieraq b’antiċipazzjoni jew b’rispons għal theddid u inċidenti li jaffettwaw is-sigurtà tal-Parlament, kif ukoll miżuri meħtieġa għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn.

5.   Id-DĠ SAFE għandu jipproponi strateġija dwar is-sikurezza lis-Segretarju Ġenerali.

Artikolu 8

Persunal awtorizzat

1.   Huwa biss il-persunal li huwa individwalment awtorizzat mis-Segretarju Ġenerali, li jiddelega dik is-setgħa lid-Direttur Ġenerali għas-Sigurtà u s-Sikurezza, li jista’ jiġi fdat, skont id-dmirijiet speċifiċi tiegħu u għall-perijodu li matulu jwettaq dawn id-dmirijiet, bis-setgħa li jieħu miżura waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

(a)

iġorr jew juża armi tas-servizz;

(b)

iwettaq inkjesti dwar sigurtà;

(c)

iwettaq investigazzjonijiet awżiljarji.

2.   B’risposta għal sitwazzjonijiet speċifiċi, u fil-limiti ta’ din id-Deċiżjoni u r-regoli ta’ implimentazzjoni, id-Direttur Ġenerali għas-Sigurtà u s-Sikurezza jista’ joħroġ struzzjonijiet tas-servizz li japplikaw għall-persunal kollu li jwettaq kompiti partikolari u jidentifika l-miżuri ta’ sigurtà awtorizzati.

Artikolu 9

Qadi ta’ dmirijiet tal-persunal tad-DĠ SAFE

1.   M’għandux ikun meħtieġ għall-persunal tad-DĠ SAFE li jiksbu ordnijiet individwali mis-superjuri tagħhom fir-rigward tal-għażla tal-miżuri ta’ sigurtà jekk ikunu preklużi milli jagħmlu dan minħabba urġenza, dment li dawk il-miżuri huma koperti minn din id-Deċiżjoni.

2.   Il-persunal tad-DĠ SAFE ma għandhomx jitqiegħdu f’xi żvantaġġ minħabba l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, sakemm ma jkunux aġixxew barra mill-ambitu tal-mandat tagħhom, mill-istruzzjonijiet tas-servizz jew bi ksur tal-liġi.

Artikolu 10

Obbligu ta’ konformità u ta’ kooperazzjoni

1.   Il-konformità ma’ din id-Deċiżjoni u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha, kif ukoll mal-miżuri meħuda minn persunal awtorizzat fl-applikazzjoni tagħhom, għandha tkun obbligatorja.

2.   Fuq talba, l-uffiċjali kollha, inklużi l-fornituri ta’ servizz u l-persunal tagħhom, kif ukoll it-trainees u anki l-viżitaturi u l-mistednin, għandhom jikkooperaw mad-DĠ SAFE fl-implimentazzjoni tal-missjoni tiegħu.

3.   Nuqqas ta’ konformità ma’ din id-Deċiżjoni, mar-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha, kif ukoll mal-miżuri meħuda fl-applikazzjoni tagħhom tista’ twassal għal azzjoni dixxiplinari skont it-Trattati, skont l-Artikoli 11 u 166 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, tar-Regolamenti tal-Persunal, sanzjonijiet kuntrattwali jew azzjoni legali taħt il-liġijiet u regoli nazzjonali.

Artikolu 11

Delega ta’ kompiti lil parti kkuntrattata

Kompiti ta’ sigurtà u ta’ sikurezza aċċessorji li l-Parlament innifsu ma jistax iwettaq direttament għal raġunijiet legali, tekniċi jew operattivi jistgħu jiġu ddelegati lil partijiet terzi skont ir-regoli u l-proċeduri interni tal-Parlament. Dawn il-kompiti jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, tfittxija permezz ta’ klieb speċjalizzat, tfittxija elettronika, servizzi ta’ sigurtà kontra n-nirien, il-ġestjoni ta’ materjali u oġġetti perikolużi, it-tneħħija ta’ vetturi abbandunati jew perikolużi u l-għoti ta’ assistenza minn persunal ta’ sigurtà estern għal avvenimenti speċifiċi. Madankollu, dawn il-kompiti għandhom jibqgħu r-responsabbiltà esklużiva tal-Parlament.

KAPITOLU 2

STATI TA’ ALLERT

Artikolu 12

Livelli ta’ stati ta’ allert

1.   L-istati ta’ allert għandhom jiġu identifikati permezz ta’ kodiċi kuluriti. ABJAD jikkorrispondi mal-aktar livell baxx ta’ theddida; ISFAR, ORANĠJO u AĦMAR jikkorrispondu mal-livelli għola ta’ theddida:

l-istat ta’ allert “ABJAD” għandu japplika meta l-ebda theddida jew inċident partikolari li jaffettwaw is-sigurtà ma jkunu ġew identifikati fil-Parlament;

l-istat ta’ allert “ISFAR” għandu japplika meta jiġi identifikat theddid jew meta jkun hemm inċidenti li jaffettwaw is-sigurtà li jistgħu jkollhom effett negattiv fuq il-Parlament jew fuq il-funzjonament tiegħu;

l-istat ta’ allert “ORANĠJO” għandu japplika meta jiġi identifikat theddid jew meta jkun hemm inċidenti li jaffettwaw is-sigurtà fil-Parlament u li huma mmirati lejn il-Parlament, il-funzjonament tiegħu jew attivitajiet, minkejja li ebda oġġett, bersall jew ħin definittiv tal-attakk ma jkun ġie identifikat;

l-istat ta’ allert “AĦMAR” għandu japplika meta jsir theddid ta’ attakk imminenti li jaffettwa s-sigurtà, u li huwa mmirat speċifikament lejn il-Parlament jew il-funzjonament tiegħu.

2.   Qabel ma tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 32 dwar il-livelli ta’ stat ta’ allert, is-Segretarju Ġenerali għandu jinforma bil-fomm lill-Bureau dwar il-miżuri previsti.

Artikolu 13

Deċiżjoni dwar il-livell ta’ stat ta’ allert

1.   Il-President, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjoni tad-DĠ SAFE, għandu:

(a)

jiddeċiedi, f’konsultazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni b’siti fl-istess Stat Membru, ma’ korpi oħra rilevanti tal-Unjoni u mal-Istati Membri ospitanti u ma’ pajjiżi terzi, il-livelli ta’ stat ta’ allert u l-postijiet ta’ xogħol li għalihom għandhom japplikaw;

(b)

jiddeċiedi liema, jekk hemm, mill-miżuri ta’ sigurtà fakultattivi jenħtieġ li jittieħdu;

(c)

jinforma lill-Membri tal-Bureau dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu.

2.   Taħt l-awtorità tas-Segretarju Ġenerali, id-DĠ SAFE għandu:

(a)

jimplimenta deċiżjonijiet dwar il-livell tal-istat ta’ allert fis-siti tal-Parlament;

(b)

f’każ ta’ urġenza jieħu d-deċiżjonijiet stipulati fil-paragrafu 1(a) u (b). Id-Direttur Ġenerali għas-Sigurtà u s-Sikurezza għandu, malajr kemm jista’ jkun, wara li jkun ħa dawn il-miżuri, jinforma lill-President u lis-Segretarju Ġenerali dwar il-miżuri u r-raġunijiet għalihom;

(c)

jimmonitorja kontinwament it-theddid u r-riskji għas-sigurtà bl-iskop tal-verifika tal-adegwatezza tal-livell tal-istat ta’ allert applikat.

3.   Il-kapijiet tal-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament, għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-istat ta’ allert tal-Uffiċċju ta’ Kollegament rispettiv.

4.   Il-kapijiet tal-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament jistgħu jieħdu miżuri addizzjonali ta’ sigurtà f’każ ta’ urġenza f’konformità mad-Deċiżjoni preżenti. Is-Segretarju Ġenerali u d-Direttur Ġenerali għas-Sigurtà u s-Sikurezza għandhom jiġu mgħarrfa b’dawn il-miżuri mingħajr dewmien.

Artikolu 14

Komunikazzjoni dwar il-livelli ta’ stat ta’ allert

1.   Il-livelli tal-istat ta’ allert għandhom ikunu murija fiż-żoni pubbliċi permezz ta’ sistema ta’ sinjalazzjoni b’kodiċi tal-kuluri.

2.   Meta jkun hemm bidla fil-livell tal-istat ta’ allert, il-President għandu jinforma lill-Membri kollha u lill-persunal tal-Parlament dwar il-miżuri li għandhom impatt fuq l-attivitajiet tal-Parlament. Istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u l-awtoritajiet nazzjonali rispettivi għandhom ukoll ikunu mgħarrfa dwar il-miżuri adottati.

KAPITOLU 3

IL-PREVENZJONI TA’ INĊIDENTI GĦAS-SIGURTÀ

Artikolu 15

Valutazzjoni tar-riskju

Sabiex jiġu evitati inċidenti għas-sigurtà, id-DĠ SAFE għandu:

jivvaluta r-riskju għas-sigurtà li huwa inerenti fl-eżekuzzjoni ta’ funzjonijiet partikolari tal-persunal fis-segretarjat ġenerali tal-Parlament u r-riskju għas-sigurtà tal-persuni ġewwa s-siti tal-Parlament;

b’konsultazzjoni mad-Direttorati Ġenerali rilevanti, jivvaluta r-riskju għas-sigurtà tas-siti u tal-assi tal-Parlament;

għas-sigurtà ta’ avvenimenti ġewwa u madwar is-siti tal-Parlament, jipproponi azzjoni xierqa lis-Segretarju Ġenerali jew lis-servizz ikkonċernat.

Artikolu 16

Kontroll tal-Aċċess

1.   Sabiex jiġu evitati inċidenti għas-sigurtà, id-DĠ SAFE jista’ jwettaq kontrolli ta’ sigurtà fuq il-persuni kollha, inklużi l-Membri, oġġetti u l-assi qabel ma jidħlu u waqt li jkunu preżenti fis-siti tal-Parlament, b’mod partikolari:

jivverifika l-identità ta’ kwalunkwe persuna li tixtieq tidħol jew diġà preżenti fil-Parlament;

iwettaq verifiki ta’ sfond ta’ persuni esterni għall-Parlament qabel ma dawn jingħataw aċċess għal siti tal-Parlament sabiex jiġi stabbilit jekk dawn jippreżentawx theddida għas-sigurtà.

Għal dan il-għan, id-DĠ SAFE jista’ juża, filwaqt li jiżgura l-konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali, kwalunkwe sors ta’ informazzjoni disponibbli lill-Parlament, filwaqt li titqies l-affidabbiltà ta’ tali sorsi, u jaċċessa data rilevanti li l-Parlament għandu fir-rigward tal-persuni kkonċernati;

jispezzjoni permezz ta’ mezzi viżwali u tekniċi, fil-kanċelli tad-dħul fil-Parlament, persuni, vetturi, tagħmir u oġġetti. Spezzjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu bagalji personali u oġġetti postali;

jopera sistema ta’ kontroll tal-aċċess għas-siti tal-Parlament għall-persuni u vetturi;

jirreġistra d-dħul u l-ħruġ minn siti tal-Parlament u żoni ta’ aċċess limitat f’siti tal-Parlament, ta’ persuni, vetturi, oġġetti u tagħmir;

iwaqqaf persuni, vetturi u oġġetti mhux awtorizzati, milli jidħlu fis-siti tal-Parlament.

2.   F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1, l-aċċess għas-siti tal-Parlament jista’ jiġi miċħud.

Artikolu 17

Protezzjoni personali

Id-DĠ SAFE għandu jieħu l-miżuri operazzjonali xierqa sabiex jiżgura l-protezzjoni personali tal-President, f’koordinazzjoni mal-Uffiċċju Privat tal-President u mas-Servizz tal-Protokoll tal-Parlament u f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti jew mal-pajjiż terz ikkonċernat. Wara valutazzjoni tar-riskju mid-DĠ SAFE, il-President jista’ jordna li persuni oħra, inklużi Membri, jiġu pprovduti protezzjoni personali fis-siti tal-Parlament.

KAPITOLU 4

RISPONS GĦAL INĊIDENTI GĦAS-SIGURTÀ

Artikolu 18

Suspett ta’ inċident għas-sigurtà

1.   F’każ ta’ suspett sostanzjat ta’ inċident għas-sigurtà, id-DĠ SAFE għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-verifika. F’każ ta’ suspett sostanzjat ta’ inċident maġġuri għas-sigurtà, id-Direttur Ġenerali għas-Sigurtà u s-Sikurezza għandu jinforma minnufih lis-Segretarju Ġenerali, li min-naħa tiegħu jista’, b’mod partikolari, jagħti struzzjonijiet lid-DĠ SAFE biex jispezzjona l-bini tal-Parlament u, l-assi. Fit-twettieq ta’ dak id-dmir, id-DĠ SAFE jista’ jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali.

2.   Id-DĠ SAFE għandu jinforma minnufih lis-Segretarju-Ġenerali dwar il-miżuri meħuda. Jekk ikunu kkonċernati Membri, is-Segretarju Ġenerali għandu jinforma lill-President.

Artikolu 19

L-okkorrenza ta’ inċident għas-sigurtà

1.   Fil-każ li jseħħ inċident għas-sigurtà, id-DĠ SAFE għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex iwaqqaf l-inċident b’mod effettiv. F’dan ir-rigward, jista’ b’mod partikolari jieħu miżuri:

immirati lejn persuna li hija theddida għas-sigurtà, bħaċ-ċaħda ta’ aċċess lil tali persuna, jew li din tiġi ordnata titlaq mis-siti tal-Parlament u li persuni jiġu skortati ’l barra mis-siti tal-Parlament;

immirata lejn oġġetti li huma ta’ theddida għas-sigurtà, inkluż is-sekwestru, it-tneħħija, ir-rimi u t-trasferiment ta’ dawn l-oġġetti lill-awtoritajiet nazzjonali;

meħtieġa għall-ħarsien immedjat ta’ dawk preżenti fis-siti tal-Parlament, b’mod partikolari, joħroġ struzzjonijiet obbligatorji għall-okkupanti tal-binjiet. Wara li jkun ħa miżuri bħal dawn, il-persunal awtorizzat għandu minnufih jinforma lill-ġerarkija tiegħu u jistenna aktar struzzjonijiet;

jispezzjona s-siti tal-Parlament, inkluż l-aċċess għall-uffiċċji tal-Membri, jekk spezzjoni bħal din hija meħtieġa biex jimpedixxi, jittardja jew iwaqqaf l-inċident għas-sigurtà.

2.   Id-DĠ SAFE għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippreserva l-evidenza relatata ma’ inċidenti għas-sigurtà fil-Parlament, jekk meħtieġ f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali.

3.   Id-DĠ SAFE għandu jinforma minnufih lis-Segretarju-Ġenerali dwar il-miżuri meħuda. Jekk ikunu kkonċernati Membri, is-Segretarju Ġenerali għandu jinforma lill-President.

Artikolu 20

Rapport ta’ inċident għas-sigurtà

F’każ ta’ inċident maġġuri għas-sigurtà jew ta’ emerġenza, id-DĠ SAFE għandu jħejji rapport li jagħti sunt tal-inċident. Ir-rapport għandu jkun mibgħut lis-Segretarju-Ġenerali. Jekk ikun ikkonċernat Membru, is-Segretarju Ġenerali għandu jibgħat ir-rapport lill-President.

KAPITOLU 5

ARMI TAS-SERVIZZ

Artikolu 21

Prinċipji ġenerali

Kwalunkwe stazzjonament, ġarr, ħżin u użu ta’ armi tas-servizz, għandu jkun f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni, mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħha u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’:

liġi nazzjonali tal-Istati Membri ospitanti jew tal-pajjiżi terzi li fit-territorju tagħhom il-Parlament ikollu post tax-xogħol jew siti oħra;

kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali oħra applikabbli f’każ partikolari, pereżempju fejn il-persunal tas-sigurtà jakkumpanja lill-President barra l-Istati Membri ospitanti jew pajjiżi terzi;

dritt internazzjonali pubbliku.

Artikolu 22

Awtorizzazzjoni biex tinġarr arma tas-servizz

Il-persunal awtorizzat biss, u dawk awtorizzati b’mod eċċezzjonali skont l-Artikolu 24 jistgħu, meta jkunu qed jaqdu dmirijiethom, iġorru u jużaw arma tas-servizz. Bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-każijiet koperti mill-Artikolu 24, l-armi jridu jkunu armi tas-servizz maħruġa mill-Parlament fuq bażi individwali u ma jistgħux ikunu skambjati bejn kollegi, ħlief f’każijiet ta’ emerġenza.

Artikolu 23

Stazzjonament u użu ta’ armi tas-servizz

Persunal li jkun ġie awtorizzat iġorr u juża arma tas-servizz jista’ juża dawk l-armi biss biex jiddefendi ruħu jew biex jipproteġi lill-oħrajn minn theddida imminenti, kemm jekk attwali jew raġonevolment ipperċepita bħala tali, ta’ mewt jew ta’ korriment serju, jew sabiex jiġi evitat it-twettiq ta’ reat serju li jinvolvi theddida serja għall-ħajja. Ir-reazzjoni tagħhom għandha tkun proporzjonali mal-bżonn li jiddefendu ruħhom u lill-oħrajn. Il-persunal li jkun ġie awtorizzat, għandu jidentifika ruħu bħala tali u jagħti twissija ċara dwar l-intenzjoni tiegħu li juża armi tas-servizz, sakemm, biex isir dan, ma jkunx qiegħed indebitament lilu nnifsu f’riskju, joħloq riskju ta’ mewt jew korriment serju għall-persuni oħra, jew ikun ċarament mhux xieraq jew bla sens li jagħmel dan fiċ-ċirkostanzi tal-inċident.

Artikolu 24

Preżenza ta’ persunal tas-sigurtà estern armat fis-siti tal-Parlament

1.   Il-kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern u r-Rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali nominati (2) jistgħu jkunu akkumpanjati minn żewġ membri tal-persunal tas-sigurtà estern armati. Il-President, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjoni mid-DĠ SAFE, jista’ jawtorizza l-preżenza ta’ persunal tas-sigurtà estern armat addizzjonali għal tali delegazzjonijiet u jista’ wkoll jawtorizza li viżitaturi oħrajn ikunu akkumpanjati minn persunal tas-sigurtà estern armat.

2.   It-talbiet kollha għal stazzjonament ta’ persunal tas-sigurtà estern armat għandhom jiġu notifikati bil-miktub fi żmien xieraq lid-Direttur Ġenerali tad-DĠ SAFE. Qabel kwalunkwe stazzjonament awtorizzat, id-DĠ SAFE għandu jikkomunika l-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ stazzjonament u r-regoli ta’ ingaġġ lil kwalunkwe persunal tas-sigurtà estern armat bħal dan.

3.   Is-Segretarju Ġenerali għandu jkun mgħarraf b’kull stazzjonament ta’ persunal tas-sigurtà estern armat fis-siti tal-Parlament.

Artikolu 25

Il-konsegwenzi ta’ ħruġ jew l-użu ta’ arma tas-servizzRappurtar u assistenza

1.   Kull membru tal-persunal li joħroġ jew juża arma tas-servizz għandu mingħajr dewmien jinforma lid-Direttur Ġenerali għas-Sigurtà u s-Sikurezza u għandu jħejji rapport bil-miktub dwar l-inċident. Id-Direttur Ġenerali għas-Sigurtà u s-Sikurezza għandu immedjatament jinforma lis-Segretarju Ġenerali dwar l-inċident, u dan tal-aħħar għandu jinforma lill-President. Is-Segretarju Ġenerali għandu jniedi investigazzjoni interna immedjata tal-inċident u jinforma lill-President bir-riżultat ta’ dik l-investigazzjoni.

2.   Is-Segretarju Ġenerali għandu jiżgura li kwalunkwe membru tal-persunal li joħroġ jew juża arma tas-servizz fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha jista’ jibbenefika mill-appoġġ mediku jew psikoloġiku meħtieġ.

KAPITOLU 6

INFURZAR

Artikolu 26

Infurzar tal-konformità ma’ miżuri ta’ sigurtà

1.   Jekk meħtieġ, sabiex jerġa’ jkun hemm l-ordni fis-siti tal-Parlament jew biex jiġi eliminat inċident għas-sigurtà, tista’ tintuża forza proporzjonali, fil-limiti ta’ din id-Deċiżjoni u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ armi tas-servizz, mill-persunal tad-DĠ SAFE fdati b’dan id-dmir sabiex jinfurzaw il-miżuri ta’ sigurtà applikabbli.

2.   Meta jkunu qed iwettqu d-dmirijiet tagħhom, il-persunal tad-DĠ SAFE għandhom, sa fejn hu possibbli, jużaw mezzi oħra disponibbli qabel ma jirrikorru għall-użu tal-forza jew għall-armi tas-servizz skont din id-Deċiżjoni u skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

3.   Wieħed ma jistax juża bħala difiża l-fatt li kien qed jobdi ordni ta’ superjur biex jiġġustifika l-użu tal-forza jew ta’ armi tas-servizz li jirriżultaw f’mewt jew f’korriment serju ta’ persuna, f’każ ta’ proċedimenti dixxiplinari jew legali, jekk tali ordni hija manifestament illegali jew tikkostitwixxi ksur manifest tal-istandards tas-sikurezza u l-membru tal-persunal inkwistjoni kellu l-opportunità li jirrifjuta li jeżegwixxi din l-ordni. Superjuri li jagħtu tali ordnijiet illegali għandhom ikunu suġġetti għal proċedimenti dixxiplinari.

KAPITOLU 7

INKJESTI DWAR SIGURTÀ U INVESTIGAZZJONIJIET AWŻILJARI

Artikolu 27

Inkjesti dwar sigurtà

1.   Wara notifika lis-Segretarju Ġenerali, id-DĠ SAFE jista’ jwettaq inkjesti dwar is-sigurtà, fil-qafas tal-investigazzjonijiet dwar inċidenti għas-sigurtà sabiex jiġu evitati inċidenti simili fil-futur.

Sa fejn l-inkjesti dwar is-sigurtà jikkonċernaw lill-Membri, dawn jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-President.

2.   Inkjesti dwar is-sigurtà jistgħu jinkludu biss il-miżuri li ġejjin:

verifiki tal-log files tal-kontroll tal-aċċess u l-ħruġ, filmati tas-CCTV, reġistrazzjonijiet ta’ komunikazzjoni u data simili kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u sorsi oħra ta’ informazzjoni;

verifiki preliminari;

it-teħid tad-dikjarazzjonijiet minn kwalunkwe persuna kapaċi li tiċċara l-fatti;

il-ġbir tal-evidenza u l-protezzjoni tax-xena tal-inċident;

it-twettiq ta’ miżuri ta’ sorveljanza.

3.   Il-persunal inkarigat li jwettaq inkjesti ta’ sigurtà għandu jaġixxu b’mod oġġettiv u imparzjali.

4.   Id-DĠ SAFE għandu jirrapporta lis-Segretarju Ġenerali dwar inkjesti dwar is-sigurtà imwettqa fil-qafas ta’ investigazzjonijiet dwar inċidenti għas-sigurtà.

Artikolu 28

Investigazzjonijiet awżiljari

1.   Wara notifika lis-Segretarju Ġenerali, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi jew struzzjonijiet lil servizzi kompetenti oħra, id-DĠ SAFE jista’ jwettaq investigazzjonijiet awżiljari mitluba minn korpi interni fl-aġir tal-persuni li jistgħu jagħtu lok għal proċeduri amministrattivi, dixxiplinarji, ċivili jew kriminali. L-investigazzjonijiet awżiljarji mitluba minn korpi esterni għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tas-Segretarju Ġenerali.

Sa fejn tali investigazzjonijiet awżiljarji jikkonċernaw lill-Membri, huma għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-President.

2.   L-investigazzjonijiet awżiljarji jistgħu jitwettqu biss fuq talba ta’ korp intern jew estern kompetenti għall-proċedimenti amministrattivi, dixxiplinarji, ċivili jew kriminali, ħlief għal każijiet meta, għal raġunijiet ta’ urġenza, tali talba ma tkunx għadha ġiet riċevuta b’mod formali.

F’każijiet bħal dawn, il-miżuri meħuda huma limitati għall-ġbir tal-provi, dokumentati fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 29(6).

3.   Il-korp li qed jitlob investigazzjoni awżiljari għandu jispeċifika l-mandat billi jiddefinixxi l-objettiv tal-investigazzjoni u l-miżuri li għandhom jittieħdu.

4.   Permezz ta’ investigazzjoni awżiljarja, id-DĠ SAFE, jista’ biss:

jassisti jew jappoġġa investigazzjoni li nfetħet mill-President dwar Membru skont l-Artikolu 166 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament;

jassisti jew jappoġġa investigazzjoni miftuħa mill-Awtorità tal-Ħatra sabiex tivverifika l-eżistenza ta’ ksur minn membru tal-persunal jew ex membru tal-persunal fl-obbligi previsti fl-Artikolu 86 tar-Regolamenti tal-Persunal;

jassisti jew jappoġġa investigazzjoni miftuħa b’delega mill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti dwar l-imġiba ta’ fornituri tas-servizzi u l-persunal tagħhom b’aċċess għall-bini, għall-assi jew għall-informazzjoni mmaniġġjata mill-Parlament;

jassisti jew jappoġġa investigazzjonijiet dwar it-telf jew l-iżvelar mhux awtorizzat ta’ informazzjoni klassifikata tal-Unjoni, miftuħa mill-President, fejn tali telf jew żvelar mhux awtorizzat jinvolvi Membru jew, fejn hija kkonċernata kwalunkwe persuna oħra, mis-Segretarju Ġenerali b’konformità mal-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-15 ta’ April 2013 dwar ir-regoli dwar it-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament Ewropew;

jikkoopera mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri fl-investigazzjonijiet tagħhom inklużi miżuri ta’ kontrospjunaġġ u l-ġlieda kontra t-terroriżmu;

jikkoopera mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi f’konformità mal-arranġamenti prattiċi maqbula ma’ dak l-uffiċċju.

jikkoopera ma’ awtoritajiet ta’ Stati Membri ospitanti u pajjiżi terzi fit-tmexxija prattika tal-investigazzjonijiet tagħhom.

Artikolu 29

Miżuri investigattivi fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet awżiljari

1.   Miżuri investigattivi mwettqa mid-DĠ SAFE fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet awżiljari għandhom ikunu limitati skont il-mandat riċevut u l-ambitu ta’ setgħat investigattivi korrispondenti tal-korp intern jew estern kompetenti. Il-korp kompetenti għandu, kemm jista’ jkun, jispeċifika l-kompiti li għandhom jitwettqu.

2.   F’dak ir-rigward u taħt dawk il-kondizzjonijiet, id-DĠ SAFE jista’:

jipproteġi x-xeni u l-ġbir tal-evidenza;

jitlob l-assistenza ta’ kwalunkwe uffiċjal jew impjegat ieħor tal-Parlament jew parti esterna kkuntrattata minnu;

jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet ta’ kwalunkwe persuna kapaċi li tiċċara l-fatti;

jkollu aċċess għal kwalunkwe siti fi ħdan il-faċilitajiet jew post tax-xogħol tal-Parlament li mhux soġġetti għal regolamenti speċifiċi u jwettaq spezzjonijiet fuq il-post, inklużi tal-effetti personali;

jaċċessa dokumenti u informazzjoni rilevanti sa fejn meħtieġa għall-inkjesta.

3.   L-informazzjoni mibgħuta jew miksuba matul l-investigazzjoni awżiljarja, tkun xi tkun il-forma tagħha, għandha tkun soġġetta għas-segretezza professjonali.

4.   L-intervisti jistgħu jiġu ffilmjati jew irrekordjati dment li l-persuna li tkun qed tiġi intervistata tkun informata minn qabel u li l-miżuri kollha meħtieġa u xierqa jittieħdu biex tkun żgurata l-kunfidenzjalità tad-data personali.

5.   Il-persuni suġġetti għal investigazzjoni, jew fejn l-implikazzjoni personali possibbli ta’ tali persuni toħroġ matul il-kors ta’ investigazzjoni, għandhom jiġu infurmati minnufih dwar l-investigazzjoni. Il-forniment ta’ dik l-informazzjoni jista’ jiġi pospost jekk dan jista’ jipperikola l-investigazzjoni, jew f’każijiet li jeħtieġu l-użu ta’ proċeduri investigattivi li jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ awtorità ġudizzjarja nazzjonali u ż-żamma ta’ segretezza assoluta għall-iskopijiet tal-investigazzjoni.

6.   Ladarba tkun tlestiet investigazzjoni, id-DĠ SAFE għandu jibgħat rapport lis-Segretarju Ġenerali. Dak ir-rapport għandu jistabbilixxi l-fatti u ċ-ċirkustanzi inkwistjoni u jipproponi, fejn ikun xieraq, il-miżuri ta’ sigurtà u ta’ sikurezza li għandhom jittieħdu. Sejbiet li jappartjenu lil persuna msemmija, ma jistgħux jiġu stabbiliti mingħajr ma dik il-persuna tingħata l-opportunità tikkummenta fuq il-fatti li jikkonċernawha.

7.   Is-Segretarju Ġenerali għandu jgħaddi r-rapport lill-korp intern jew estern li jagħmel it-talba. Jekk ikunu kkonċernati Membri, is-Segretarju Ġenerali għandu jibgħat kopja tar-rapport lill-President.

KAPITOLU 8

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 30

Kollaborazzjoni ma’ Stati Membri ospitanti u ma’ pajjiżi terzi, awtoritajiet nazzjonali, istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u korpi internazzjonali

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi u r-responsabbiltajiet ta’ servizzi oħra tal-Parlament, id-DĠ SAFE għandu jiżgura kollaborazzjoni esterna:

(a)

mad-dipartimenti tas-sigurtà u tas-sikurezza tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni, dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà u s-sikurezza ta’ persuni, bini u assi fil-Parlament;

(b)

mas-servizzi ta’ sigurtà, sikurezza, ta’ intelligence u ta’ valutazzjoni tat-theddid, inklużi l-awtoritajiet tas-sigurtà u tas-sikurezza nazzjonali, tal-Istati Membri, tal-pajjiżi terzi u tal-organizzazzjonijiet u tal-korpi internazzjonali dwar il-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw is-sigurtà u s-sikurezza fil-Parlament;

(c)

mas-servizzi tal-pulizija, tat-tifi tan-nar u oħrajn ta’ emerġenza fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha ta’ rutina u ta’ emerġenza li jolqtu s-sigurtà u s-sikurezza tal-Parlament; u

(d)

mad-dipartimenti tas-sigurtà u tas-sikurezza tal-istituzzjonijiet, tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji tal-Unjoni l-oħra, kif ukoll mal-korpi internazzjonali bil-ħsieb li jkun hemm skambju ta’ esperjenzi tal-aħjar prattiċi u l-promozzjoni tal-koordinazzjoni, fejn xieraq, anke fil-qasam tat-taħriġ tal-persunal tiegħu.

Artikolu 31

Mekkaniżmu tal-ilmenti għall-Membri tal-Parlament Ewropew

Membru li jidhirlu li din id-Deċiżjoni ma tkunx ġiet applikata b’mod korrett fil-konfront tiegħu jew tagħha, jista’ jiġbed l-attenzjoni tal-President dwar dan. Il-President għandu jeżamina l-kwistjoni u jieħu azzjoni xierqa, jekk iqis dan neċessarju.

Artikolu 32

Regoli ta’ implimentazzjoni

Is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew jista’ jadotta regoli ta’ implimentazzjoni għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 33

Tħassir

Ir-regoli dwar is-sigurtà adottati mid-Deċiżjonijiet tal-Bureau tal-1 u tat-3 ta’ Ottubru 2001, tas-16 ta’ Diċembru 2002 u tal-25 ta’ Frar 2004 huma mħassra.

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ u pubblikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Marzu 2018.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  Il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill tal-Ministri tal-UE, il-Kummissjoni tal-UE, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), il-Bank Ċentrali Ewropew, in-NATO, l-FMI, in-NU, il-Bank Dinji, id-WTO.


Il-Kummissjoni Ewropea

2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/16


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

0,00 % fl-1 ta’ Marzu 2018

Rata tal-kambju tal-euro (2)

L-1 ta’ Marzu 2018

(2018/C 79/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2171

JPY

Yen Ġappuniż

129,98

DKK

Krona Daniża

7,4470

GBP

Lira Sterlina

0,88520

SEK

Krona Żvediża

10,1185

CHF

Frank Żvizzeru

1,1519

ISK

Krona Iżlandiża

123,70

NOK

Krona Norveġiża

9,6600

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,434

HUF

Forint Ungeriż

313,78

PLN

Zloty Pollakk

4,1853

RON

Leu Rumen

4,6573

TRY

Lira Turka

4,6435

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5746

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5654

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,5263

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6866

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6150

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 323,49

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,5200

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7290

HRK

Kuna Kroata

7,4480

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 800,16

MYR

Ringgit Malażjan

4,7814

PHP

Peso Filippin

63,239

RUB

Rouble Russu

69,1788

THB

Baht Tajlandiż

38,424

BRL

Real Brażiljan

3,9740

MXN

Peso Messikan

23,0364

INR

Rupi Indjan

79,3245


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/17


Rapport Speċjali Nru 6/2018

“Moviment Liberu tal-Ħaddiema — il-libertà fundamentali hija żgurata iżda orjentament aħjar tal-fondi tal-UE jkun ta’ għajnuna għall-mobbiltà tal-ħaddiema”

(2018/C 79/06)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 6/2018 “Moviment Liberu tal-Ħaddiema — il-libertà fundamentali hija żgurata iżda orjentament aħjar tal-fondi tal-UE jkun ta’ għajnuna għall-mobbiltà tal-ħaddiema” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/18


Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu mill-2014 sal-2020

(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 568)

(2018/C 79/07)

Id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Kummissjoni Ewropea b’dan qed iniedi s-sejħa għall-proposti li ġejja sabiex jingħataw għotjiet għal proġetti skont il-prijoritajiet u l-għanijiet definiti fil-Programm ta’ Ħidma tal-2018 fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014–2020.

Stedina għal proposti għal dan il-qasam:

CEF-TC-2018-1: Arkivjar elettroniku

Il-baġit indikattiv totali disponibbli għall-proposti magħżula fl-ambitu ta’ dawn is-sejħiet huwa ta’ EUR 1,53 miljun.

L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-proposti hija t-3 ta’ Mejju 2018.

Id-dokumentazzjoni rispettiva tas-sejħa tinsab fuq is-sit web tat-Telekomunikazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa:

https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-telecom/apply-funding/2018-cef-telecom-calls-proposals