ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 72

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
26 ta' Frar 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 72/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 72/02

Kawża C-434/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 3 de Barcelona – Spanja) – Asociación Profesional Elite Taxi vs Uber Systems Spain, SL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 56 TFUE — Artikolu 58(1) TFUE — Servizzi fil-qasam tat-trasport — Direttiva 2006/123/KE — Servizzi fis-suq intern — Direttiva 2000/31/KE — Direttiva 98/34/KE — Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni — Servizz ta’ intermedjazzjoni li jippermetti, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, it-tqegħid f’kuntatt bi ħlas ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura tagħhom stess ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġi urbani — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni)

2

2018/C 72/03

Kawża C-521/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Diċembru 2017 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1289 — Impożizzjoni ta’ multa fuq Stat Membru fil-kuntest tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja taż-żona tal-euro — Manipulazzjoni tad-data tal-istatistika dwar id-defiċit tal-Istat Membru kkonċernat — Kompetenza ġudizzjarja — Regolament (UE) Nru 1173/2011 — Artikolu 8(1) u (3) — Deċiżjoni ta’ Delega 2012/678/UE — Artikolu 2(1) u (3), kif ukoll Artikolu 14(2) — Regolament (KE) Nru 479/2009 — Artikolu 3(1), Artikolu 8(1) kif ukoll Artikoli 11 u 11a — Drittijiet tad-difiża — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 41(1) — Dritt għal amministrazzjoni tajba — Artikoli 121, 126 u 136 TFUE — Protokoll Nru 12 dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv — Eżistenza tal-fatti li jikkostitwixxu l-ksur — Dikjarazzjonijiet żbaljati — Determinazzjoni tal-multa — Prinċipju ta’ nonretroattività ta’ dispożizzjonijiet kriminali)

3

2018/C 72/04

Kawża C-664/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Protect Natur-, Arten- und Landschaftsschutz Umweltorganisation vs Bezirkshauptmannschaft Gmünd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2000/60/KE — Politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma — Artikolu 4(1) u Artikolu 14(1) — Obbligi ta’ prevenzjoni tad-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi tal-ilma u li tiġi nkoraġġuta l-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet kollha kkonċernati fl-implementazzjoni tad-direttiva — Konvenzjoni ta’ Aarhus — Parteċipazzjoni pubblika fil-proċess deċiżjonali u aċċess għall-ġustizzja f’materji ambjentali — Artikolu 6 u Artikolu 9(3) u (4) — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Proġett li jista’ jaffettwa l-istat tal-ilma — Proċedura amministrattiva għal awtorizzazzjoni — Organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent — Talba sabiex tinkiseb il-kwalità ta’ parti fil-proċedura amministrattiva — Possibbiltà li jiġu invokati drittijiet misluta mid-Direttiva 2000/60/KE — Dekadenza tal-kwalità ta’ parti fil-proċedura u tad-dritt għal azzjoni legali fil-każ li ma jiġux invokati l-imsemmija drittijiet fi żmien xieraq matul il-proċedura amministrattiva)

4

2018/C 72/05

Kawża C-677/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, European Dynamics Belgium SA (Appell — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Provvista ta’ servizzi esterni dwar il-ġestjoni ta’ programmi u ta’ proġetti, kif ukoll ta’ pariri tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni — Proċedura ta’ kaskata — Kunsiderazzjoni tas-sottokriterji fi ħdan il-kriterji tal-għoti — Prinċipji ta’ ugwaljanza tal-opportunitajiet u ta’ trasparenza — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Nuqqas ta’ motivazzjoni — Telf ta’ opportunità — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea — Talba għal ħlas ta’ kumpens)

5

2018/C 72/06

Kawża C-66/16 P sa C-696/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 – Comunidad Autónoma del País Vasco, Itelazpi, SA (C-66/16 P), Comunidad Autónoma de Cataluña, Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació de la Generalitat de Catalunya (CTTI) (C-67/16 P), Navarra de Servicios y Tecnologías SA, (C-68/16 P), Cellnex Telecom SA, li kienet Abertis Telecom SA, Retevisión I SA (C-69/16 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, SES Astra SA (Appell — Għajnuna mill-Istat — Televiżjoni diġitali — Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati — Sussidju favur operaturi ta’ pjattaformi tat-televiżjoni diġitali terrestri — Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Definizzjoni — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri)

6

2018/C 72/07

Kawża C-70/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 – Comunidad Autónoma de Galicia, Redes de Telecomunicación Galegas Retegal SA (Retegal) vs Il-Kummissjoni Ewropea, SES Astra SA (Appell — Għajnuna mill-Istat — Televiżjoni diġitali — Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati — Sussidju favur operaturi ta’ pjattaformi tat-televiżjoni diġitali terrestri — Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Definizzjoni — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri)

6

2018/C 72/08

Kawża C-81/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Televiżjoni diġitali — Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati — Sussidju favur operaturi ta’ pjattaformi tat-televiżjoni diġitali terrestri — Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Definizzjoni — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri)

7

2018/C 72/09

Kawża C-102/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Belġju) – Vaditrans BVBA vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bit-triq — Perijodi tal-mistrieħ tax-xufier — Regolament (KE) Nru 561/2006 — Artikolu 8(6) u (8) — Possibbiltà li jittieħed il-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum u l-perijodu ta’ mistrieħ imnaqqas ta’ kull ġimgħa ’il bogħod mill-bażi u f’vettura — Esklużjoni tal-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa)

8

2018/C 72/10

Kawża C-158/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 1 de Oviedo – Spanja) – Margarita Isabel Vega González vs Consejería de Hacienda y Sector Público del gobierno del Principado de Asturias (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas bejn l-ETUC, l-UNICE u ċ-CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Klawżola 4 — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Kunċett ta’ kundizzjonijiet tal-impjieg — Tqegħid amministrattiv f’pożizzjoni ta’ leave speċjali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għoti ta’ leave speċjali fil-każ ta’ elezzjoni għal funzjonijiet pubbliċi biss lill-uffiċjali stabbiliti, bl-esklużjoni ta’ membri tal-persunal mhux stabbiliti

8

2018/C 72/11

Kawża C-178/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Impresa di Costruzioni Ing. E. Mantovani SpA, Guerrato SpA vs Provincia autonoma di Bolzano, Agenzia per i procedimenti e la vigilanza in materia di contratti pubblici di lavori servizi e forniture (ACP), Autorità nazionale anticorruzione (ANAC) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 45(2) u (3) — Kundizzjonijiet għall-esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku — Dikjarazzjoni fir-rigward tal-assenza ta’ sentenzi definittivi ta’ kundanna tal-ex amministraturi tal-kumpannija offerenti — Aġir kriminali ta’ ex amministratur — Kundanna kriminali — Dissoċjazzjoni sħiħa u effettiva bejn l-impriża offerenti u dan l-amministratur — Prova — Evalwazzjoni mill-awtorità kontraenti tar-rekwiżiti relatati ma’ dan l-obbligu)

9

2018/C 72/12

Kawża C-226/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Eni SpA, Eni Gas & Power France SA, Union professionnelle des industries privées du gaz (Uprigaz) vs Premier ministre, Ministre de l’Environnement, de l’Énergie et de la Mer (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Enerġija — Settur tal-gass — Sigurtà tal-provvista tal-gass — Regolament (UE) Nru 994/2010 — Obbligu tal-impriżi tal-gass naturali li jieħdu l-miżuri intiżi li jiżguraw il-provvista tal-gass għal klijenti protetti — Il-punt 1 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 — Kunċett ta’ klijenti protetti — Artikolu 8(2) — Obbligu addizzjonali — Artikolu 8(5) — Possibbiltà għall-impriżi tal-gass naturali li jissodisfaw l-obbligu tagħhom fuq livell reġjonali jew fuq livell tal-Unjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-fornituri tal-gass obbligu addizzjonali għall-ħażna tal-gass fejn il-kamp ta’ applikazzjoni jinkludi klijenti li jinsabu fost il-klijenti protetti fis-sens tar-Regolament Nru 994/2010 — Obbligu ta’ ħażna qabel ma jintlaħaq it-80 % fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat)

10

2018/C 72/13

Kawża C-255/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Københavns Byret – id-Danimarka) – proċeduri kriminali kontra Bent Falbert, Poul Madsen, JP vs Politikens Hus A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippreċiża jew li tintroduċi projbizzjoni li jiġu offruti logħob, lotteriji u mħatri mingħajr awtorizzazzjoni u li tintroduċi projbizzjoni ta’ reklamar ta’ logħob, lotteriji u mħatri mingħajr awtorizzazzjoni)

11

2018/C 72/14

Kawża C-268/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 – Binca Seafoods GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Regolament (KE) Nru 834/2007 — Produzzjoni u tikkettar ta’ prodotti organiċi — Regolament (KE) Nru 889/2008 — Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 1358/2014 — Interess ġuridiku — Kunċett ta’ benefiċċju personali)

11

2018/C 72/15

Kawża C-276/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Prequ’ Italia Srl vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża — Dritt għal smigħ — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 244 — Irkupru ta’ dejn fil-qasam doganali — Assenza ta’ smigħ minn qabel tad-destinatarju qabel l-adozzjoni ta’ avviż ta’ rettifika ta’ taxxa — Dritt tad-destinatarju li jikseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-avviż ta’ rettifika — Assenza ta’ sospensjoni awtomatika fil-każ ta’ preżentazzjoni ta’ rimedju amministrattiv — Riferiment għall-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 244 tal-Kodiċi Doganali)

12

2018/C 72/16

Kawża C-277/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Najwyższy – il-Polonja) – Polkomtel sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi — Direttiva 2002/19 — Artikoli 8 u 13 — Direttiva 2002/21 — Artikoli 4, 8 u 19 — Operatur identifikat li jiddisponi minn saħħa sinjifikattiva fis-suq — Kontroll tal-prezzijiet — Obbligi imposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — Obbligu ta’ orjentazzjoni tal-prezzijiet abbażi tal-ispejjeż — Iffissar ta’ tariffi inqas mill-ispejjeż sostnuti mill-operatur ikkonċernat għall-provvista ta’ servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi fin-networks ċellulari — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 16 — Libertà ta’ impriża — Proporzjonalità

13

2018/C 72/17

Kawża C-291/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 8 de Barcelona – Spanja) – Schweppes SA vs Red Paralela SL, Red Paralela BCN SL, li kienet Carbòniques Montaner SL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Trade marks — Direttiva 2008/95/KE — Artikolu 7(1) — Eżawriment tad-dritt mogħti mit-trade mark — Trade marks paralleli — Ċessjoni ta’ trade marks għal parti mit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) — Strateġija kummerċjali li ssaħħaħ b’mod intenzjonat l-immaġini ta’ trade mark globali u unika wara ċ-ċessjoni — Proprjetarji indipendenti iżda li għandhom relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mill-qrib)

14

2018/C 72/18

Kawża C-322/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Global Starnet Ltd vs Ministero dell'Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma Monopoli di Stato (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu pprovduti servizzi, libertà ta’ stabbiliment, Moviment liberu tal-kapital u libertà ta’ intrapriża — Restrizzjonijiet — Għoti ta’ konċessjonijiet ġodda għall-ġestjoni online ta’ logħob — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi — Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali — Obbligu jew nuqqas ta’ obbligu tal-qorti nazzjonali li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja)

15

2018/C 72/19

Kawża C-334/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Albacete – Spanja) – José Luís Núñez Torreiro vs AIG Europe Limited, Sucursal en España, preċedentement Chartis Europe Limited, Sucursal en España, Unión Española de Entidades Aseguradoras y Reaseguradoras (Unespa) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur — Direttiva 2009/103/KE — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 — Kunċett ta’ użu ta’ vetturi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi s-sewqan ta’ vetturi bil-mutur f’toroq u f’terreni li ma humiex adattati għall-użu ta’ vetturi bil-mutur, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li, minkejja li ma humiex adattati, madankollu jintużaw ta’ spiss)

15

2018/C 72/20

Kawża C-364/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 – Trioplast Industrier AB vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Akkordji — Suq tal-boroż industrijali tal-plastik — Intimazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea lill-appellanti għall-ħlas tal-interessi moratorji tal-ammont tal-multa imposta — Rikors għal annullament jew għad-danni)

16

2018/C 72/21

Kawża C-372/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht München – il-Ġermanja) – Soha Sahyouni vs Raja Mamisch (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (UE) Nru 1259/2010 — Kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali — Rikonoxximent ta’ divorzju privat miksub minn qorti reliġjuża fi Stat terz — Kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament)

16

2018/C 72/22

Kawża C-393/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne vs Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH & Co. OHG, rappreżentata minn Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH, li kienet Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG Süd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli — Protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta (DOP) — Regolament (KE) Nru 1234/2007 — Artikolu 118m(2)(a)(ii), (b) u (c) — Regolament (UE) Nru 1308/2013 — Artikolu 103(2)(a)(ii), (b) u (c) — Kamp ta’ applikazzjoni — Sfruttar tar-reputazzjoni ta’ DOP — Użurpazzjoni, imitazzjoni jew evokazzjoni ta’ DOP — Indikazzjoni falza jew qarrieqa — DOP Champagne użata fl-isem ta’ prodott tal-ikel — Isem Champagner Sorbet — Prodott tal-ikel li fih inbid tax-xampanja bħala ingredjent — Ingredjent li jikkonferixxi karatteristika essenzjali lill-prodott tal-ikel)

17

2018/C 72/23

Kawżi Magħquda C-397/16 u C-435/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’appello di Milano, Bundesgerichtshof – l-Italja, il-Ġermanja) – Acacia Srl vs Pneusgarda Srl, falluta, Audi AG (C-397/16), Acacia Srl, Rolando D’Amato vs Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (C-435/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 6/2002 — Disinni Komunitarji — Artikolu 110(1) — Assenza ta’ protezzjoni — Klawżola msejħa ta’ tiswija — Kunċett ta’ parti ta’ prodott kumpless — Tiswija tal-prodott kumpless sabiex jingħata lura d-dehra oriġinali tiegħu — Miżuri li għandhom jiġu adottati mill-utent sabiex ikun jista’ jinvoka l-klawżola msejħa ta’ tiswija — Rimm ta’ karozza replika identika għall-mudell ta’ rimm oriġinali)

18

2018/C 72/24

Kawża C-419/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bolzano – l-Italja) – Sabine Simma Federspiel vs Provincia autonoma di Bolzano, Equitalia Nord SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà ta’ stabbiliment u moviment liberu tal-ħaddiema — Artikoli 45 u 49 TFUE — Rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u tal-kwalifiki l-oħra fil-mediċina — Direttivi 75/363/KEE u 93/16/KEE — Remunerazzjoni tat-tobba speċjalisti mħarrġa)

19

2018/C 72/25

Kawża C-434/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – Peter Nowak vs Data Protection Commissioner (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali — Direttiva 95/46/KE — Artikolu 2(a) — Kunċett ta’ data personali — Risposti bil-miktub mogħtija mill-kandidat waqt eżami professjonali — Korrezzjonijiet tal-eżaminatur marbuta ma’ dawn ir-risposti — Artikolu 12(a) u (b) — Portata tad-drittijiet ta’ aċċess u ta’ rettifika tal-persuna kkonċernata)

20

2018/C 72/26

Kawża C-442/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cout of Appeal – l-Irlanda) – Florea Gusa vs Minister for Social Protection, l-Irlanda, Attorney General (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/38/KE — Persuna li waqfet teżerċita attività bħala persuna li taħdem għal rasha — Żamma tal-istatus ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu — Dritt ta’ residenza — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirriżerva l-għoti ta’ allowance għal persuni li qegħdin ifittxu impjieg għall-persuni li għandhom dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru)

20

2018/C 72/27

Kawża C-462/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Bingen-Alzey vs Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 90(1) — Tnaqqis fil-prezz fil-kundizzjonijiet iddeterminati mil-Istati Membri — Tnaqqis tal-ammont taxxabbli — Prinċipji ddefiniti fis-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 1996, Elida Gibbs, (C-317/94, EU:C:1996:400) — Skontijiet mogħtija lill-fondi tal-assigurazzjoni għall-mard privati)

21

2018/C 72/28

Kawża C-467/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Stuttgart – il-Ġermanja) – Brigitte Schlömp vs Landratsamt Schwäbisch Hall (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Konvenzjoni ta’ Lugano II — Lis pendens — Kunċett ta’ qorti — Awtorità ta’ konċiljazzjoni taħt id-dritt Svizzeru, responsabbli mill-proċedura ta’ konċiljazzjoni qabel kull proċedura fuq il-mertu)

22

2018/C 72/29

Kawża C-492/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Incyte Corporation vs Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali u industrijali — Dritt tal-privattivi — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Regolament (KE) Nru 469/2009 — Artikolu 18 — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Regolament (KE) Nru 1610/96 — Artikolu 17(2) — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari — Tul taż-żmien — Iffissar tad-data ta’ skadenza — Effetti ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Possibbiltà jew obbligu ta’ rettifika tad-data ta’ skadenza)

22

2018/C 72/30

Kawża C-500/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Caterpillar Financial Services sp. z o.o. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 135(1)(a) — Eżenzjonijiet — Taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni — Ostakoli għar-rimbors ta’ VAT miġbura żejda — Artikolu 4(3) TUE — Prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ kooperazzjoni leali — Drittijiet mogħtija lill-individwi — Skadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-obbligu fiskali — Effetti ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Prinċipju ta’ ċertezza legali)

23

2018/C 72/31

Kawżi magħquda C-504/16 u C-613/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln – il-Ġermanja) – Deister Holding AG li kienet Traxx Investments N.V. (C-504/16), Juhler Holding A/S (C-613/16) vs Bundeszentralamt für Steuern (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni diretta — Libertà ta’ stabbiliment — Direttiva 90/435/KEE — Artikolu 1(2) — Artikolu 5 — Kumpannija omm — Holding — Taxxa f’ras il-għajn ta’ profitti mqassma lil kumpannija omm holding mhux residenti — Eżenzjoni — Evażjoni, evitar u abbuż f’materja fiskali — Preżunzjoni)

24

2018/C 72/32

Kawża C-516/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – l-Awstrija) – Erzeugerorganisation Tiefkühlgemüse eGen vs Agrarmarkt Austria (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Programm operattiv fis-settur tal-frott u l-ħaxix — Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 361/2008 — Artikoli 103b, 103d u 103 g — Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea — Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 — Artikolu 60 u Anness IX, punt 23 — Investimenti magħmula fl-azjendi u/jew fl-istabbilimenti tal-organizzazzjoni ta’ produtturi — Kunċett — Aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali)

24

2018/C 72/33

Kawża C-529/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Hamamatsu Photonics Deutschland GmbH vs Hauptzollamt München (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Kodiċi Doganali — Artikolu 29 — Determinazzjoni tal-valur doganali — Tranżazzjonijiet transkonfinali bejn kumpanniji relatati — Ftehim bil-quddiem dwar prezzijiet ta’ trasferiment — Prezz ta’ trasferiment miftiehem li jikkonsisti minn ammont inizjalment fatturat u korrezzjoni b’rata fissa magħmula wara t-tmiem tal-perijodu tal-fatturazzjoni)

25

2018/C 72/34

Kawża C-649/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Peter Valach et vs Waldviertler Sparkasse Bank AG et Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Kamp ta’ applikazzjoni — Azzjoni għal responsabbiltà delittwali kontra l-membri ta’ bord ta’ kredituri li rrifjutaw pjan ta’ rkupru fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza

26

2018/C 72/35

Kawża C-571/17 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Samet Ardic (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri — Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni — Raġunijiet għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiv — Artikolu 4a(1) li jirriżulta mid-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI — Mandat maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà — Kunċett ta’ proċess li rriżulta fid-deċiżjoni — Portata — Persuna li ġiet ikkundannata definittivament għal piena li ċċaħħad il-libertà fi tmiem proċedura li nżammet fil-preżenza tagħha — Piena li l-eżekuzzjoni tagħha ġiet sussegwentement sospiża parzjalment u taħt ċerti kundizzjonijiet — Proċedura sussegwenti li wasslet għar-revoka tas-sospensjoni minħabba n-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet — Proċedura ta’ revoka li nżammet fl-assenza tal-parti kkonċernata)

27

2018/C 72/36

Kawża C-648/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fl-20 ta’ Novembru 2017 – Balcia Insurance SE

27

2018/C 72/37

Kawża C-696/17 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2017 minn Alex SCI mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-10 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-841/16, Alex vs Il-Kummissjoni

28

2018/C 72/38

Kawża C-14/18 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2018 minn Alfamicro – Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-14 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-831/14, Alfamicro vs Il-Kummissjoni

29

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 72/39

Kawża T-76/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2018 – Kenup Foundation et vs EIT (Riċerka u żvilupp teknoloġiku — EIT — Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020 — Sejħa għal proposti għall-ħatra ta’ Komunità ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni — Ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti — Regolament (KE) Nru 294/2008 — Regolament (UE) Nru 1290/2013 — Delegazzjoni illegali ta’ kompetenzi)

31

2018/C 72/40

Kawża T-747/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – EDF vs Il-Kummissjoni Ewropea (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi lil EDF — Riklassifikazzjoni f’kapital tar-riżervi kontabbli b’eżenzjoni mi-taxxa għat-tiġdid tan-Netwerk ta’ Provvista Ġenerali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Awtorità ta’ res judicata — Kriterju tal-investitur privat)

32

2018/C 72/41

Kawża T-68/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2018 – Deichmann vs EUIPO – Munich (Rappreżentazzjoni ta’ salib fuq il-ġenb ta’ żarbun tal-isport) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta salib fuq il-ġenb ta’ żarbun tal-isport — Trade mark ta’ pożizzjoni — Użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 15(1) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

32

2018/C 72/42

Kawża T-204/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – Sun Media vs EUIPO – Meta4 Spain (METABOX) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea METABOX — Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali verbali preċedenti META4 u trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjoni figurattivi preċedenti meta4 — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Xebh tas-sinjali — Probabbiltà ta’ konfużjoni)

33

2018/C 72/43

Kawża T-273/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – Sun Media vs EUIPO – Meta4 Spain (METAPORN) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea METAPORN — Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali verbali preċedenti META 4 u figurattivi preċedenti meta4 — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Xebh tas-servizzi — Kunċett ta’ servizzi komplementari — Xebh tas-sinjali — Probabbiltà ta’ konfużjoni)

34

2018/C 72/44

Kawża T-398/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – Starbucks vs EUIPO – Nersesyan (COFFEE ROCKS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva COFFEE ROCKS — Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti STARBUCKS COFFEE — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

34

2018/C 72/45

Kawża T-630/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – Dehtochema Bitumat vs ECHA (REACH — Ħlas dovut għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza — Tnaqqis mogħti lil SME — Rakkomandazzjoni 2003/361/KE — Kunċett ta’ impriża relatata — Sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni mhux korretta tad-daqs tal-impriża — Tnaqqis ta’ 50 % tal-ammont applikabbli ta’ spejjeż amministrattivi — Kompetenza tal-ECHA — Waqfien ta’ produzzjoni tas-sustanza)

35

2018/C 72/46

Kawża T-804/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2018 – LG Electronics vs EUIPO (Dual Edge) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Dual Edge — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

36

2018/C 72/47

Kawża T-231/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – SE vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — It-tielet paragrafu tal-Artikolu 2(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Kunċett ta’ wild dipendenti — Kunċett ta’ wild li lejha uffiċjal għandu obbligu ta’ manteniment taħt deċiżjoni ġudizzjarja bbażata fuq il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar il-protezzjoni tal-minuri — Rifjut li jingħata l-istatus ta’ wild dipendenti lin-neputija ta’ uffiċjal)

36

2018/C 72/48

Kawża T-809/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2017 – Intercontact Budapest vs CdT

37

2018/C 72/49

Kawża T-816/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni

38

2018/C 72/50

Kawża T-819/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2017 – Sierra vs EUIPO

39

2018/C 72/51

Kawża T-823/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2017 – Etnia Dreams vs EUIPO – Poisson (Etnik)

40

2018/C 72/52

Kawża T-834/17: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2017 – United Parcel Service vs Il-Kummissjoni

41

2018/C 72/53

Kawża T-835/17: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2017 – Eurofer vs Il-Kummissjoni

42

2018/C 72/54

Kawża T-837/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2017 – Negru vs EUIPO – Sky (SkyPrivate)

43

2018/C 72/55

Kawża T-3/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2018 – Holzer y Cia vs EUIPO – Annco (ANN TAYLOR)

43

2018/C 72/56

Kawża T-4/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2018 – Holzer y Cia vs EUIPO – Annco (AT ANN TAYLOR)

44

2018/C 72/57

Kawża T-5/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2018 – Hamburg Beer Company vs EUIPO (Hamburg BEER COMPANY)

45

2018/C 72/58

Kawża T-6/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2018 – Hamburg Beer Company vs EUIPO (Hamburg Beer Company)

46

2018/C 72/59

Kawża T-7/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2018 – inforsacom Informationssysteme vs EUIPO (Business and technology working as one)

46

2018/C 72/60

Kawża T-9/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2018 – Addiko Bank vs EUIPO (STRAIGHTFORWARD BANKING)

47

2018/C 72/61

Kawża T-12/18: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2018 – Zweirad-Center Stadler vs EUIPO – Triumph Designs (Triumph)

47


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 072/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 63, 19.2.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 52, 12.2.2018

ĠU C 42, 5.2.2018

ĠU C 32, 29.1.2018

ĠU C 22, 22.1.2018

ĠU C 13, 15.1.2018

ĠU C 5, 8.1.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 3 de Barcelona – Spanja) – Asociación Profesional Elite Taxi vs Uber Systems Spain, SL

(Kawża C-434/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Artikolu 58(1) TFUE - Servizzi fil-qasam tat-trasport - Direttiva 2006/123/KE - Servizzi fis-suq intern - Direttiva 2000/31/KE - Direttiva 98/34/KE - Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni - Servizz ta’ intermedjazzjoni li jippermetti, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, it-tqegħid f’kuntatt bi ħlas ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura tagħhom stess ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġi urbani - Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni))

(2018/C 072/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 3 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación Profesional Elite Taxi

Konvenuta: Uber Systems Spain, SL

Dispożittiv

L-Artikolu 56 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 58(1) TFUE, kif ukoll l-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, u l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informatika, kif emendata mid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 1998, imsemmi fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), għandhom jiġu interpretati fis-sens li servizz ta’ intermedjazzjoni, bħal dak fil-kawża prinċipali, li għandu bħala għan, permezz ta’ applikazzjoni għal smartphones, it-tqegħid f’kuntatt, bi ħlas, ta’ xufiera mhux professjonisti li jużaw il-vettura tagħhom stess ma’ persuni li jixtiequ jwettqu vjaġġ urban, għandu jitqies li huwa marbut b’mod indissoċjabbli ma’ servizz ta’ trasport u li jaqa’, għalhekk, taħt il-klassifikazzjoni ta’ “servizz fil-qasam tat-trasport”, fis-sens tal-Artikolu 58(1) TFUE. Tali servizz għandu, għaldaqstant, jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE, tad-Direttiva 2006/123 u tad-Direttiva 2000/31.


(1)  ĠU C 363, 3.11.2015.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Diċembru 2017 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-521/15) (1)

((Rikors għal annullament - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1289 - Impożizzjoni ta’ multa fuq Stat Membru fil-kuntest tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja taż-żona tal-euro - Manipulazzjoni tad-data tal-istatistika dwar id-defiċit tal-Istat Membru kkonċernat - Kompetenza ġudizzjarja - Regolament (UE) Nru 1173/2011 - Artikolu 8(1) u (3) - Deċiżjoni ta’ Delega 2012/678/UE - Artikolu 2(1) u (3), kif ukoll Artikolu 14(2) - Regolament (KE) Nru 479/2009 - Artikolu 3(1), Artikolu 8(1) kif ukoll Artikoli 11 u 11a - Drittijiet tad-difiża - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 41(1) - Dritt għal amministrazzjoni tajba - Artikoli 121, 126 u 136 TFUE - Protokoll Nru 12 dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv - Eżistenza tal-fatti li jikkostitwixxu l-ksur - Dikjarazzjonijiet żbaljati - Determinazzjoni tal-multa - Prinċipju ta’ nonretroattività ta’ dispożizzjonijiet kriminali))

(2018/C 072/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Gavela Llopis, A. Rubio González u M. A. Sampol Pucurull, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Dumitriu-Segnana, A. F. Jensen u A. de Gregorio Merino, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, J.-P. Keppenne, M. Clausen u F. Simonetti, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 406, 7.12.2015


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Protect Natur-, Arten- und Landschaftsschutz Umweltorganisation vs Bezirkshauptmannschaft Gmünd

(Kawża C-664/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2000/60/KE - Politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma - Artikolu 4(1) u Artikolu 14(1) - Obbligi ta’ prevenzjoni tad-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi tal-ilma u li tiġi nkoraġġuta l-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet kollha kkonċernati fl-implementazzjoni tad-direttiva - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Parteċipazzjoni pubblika fil-proċess deċiżjonali u aċċess għall-ġustizzja f’materji ambjentali - Artikolu 6 u Artikolu 9(3) u (4) - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proġett li jista’ jaffettwa l-istat tal-ilma - Proċedura amministrattiva għal awtorizzazzjoni - Organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent - Talba sabiex tinkiseb il-kwalità ta’ parti fil-proċedura amministrattiva - Possibbiltà li jiġu invokati drittijiet misluta mid-Direttiva 2000/60/KE - Dekadenza tal-kwalità ta’ parti fil-proċedura u tad-dritt għal azzjoni legali fil-każ li ma jiġux invokati l-imsemmija drittijiet fi żmien xieraq matul il-proċedura amministrattiva))

(2018/C 072/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Protect Natur-, Arten- und Landschaftsschutz Umweltorganisation

Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Gmünd

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għat-tagħrif, il-parteċipazzjoni pubblika fil-proċess deċiżjonali u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent ikkostitwita kif xieraq u li topera skont ir-rekwiżiti previsti mid-dritt nazzjonali għandha tkun tista’ tikkontesta quddiem qorti deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni għal proġett li jista’ jmur kontra l-obbligu ta’ prevenzjoni tad-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi tal-ilma kif impost fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma.

2)

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 9(3) ta’ din il-konvenzjoni approvata bid-Deċiżjoni 2005/370 u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2000/60 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dritt proċedurali nazzjonali li jeskludi, f’sitwazzjoni bħal dik inwistjoni fil-kawża prinċipali, l-organizzazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ambjent mid-dritt li jipparteċipaw, bħala parti fil-proċedura, f’proċedura għal awtorizzazzjoni intiża sabiex timplementa d-Direttiva 2000/60 u li tillimita d-dritt għal azzjoni legali sabiex jiġu kkontestati deċiżjonijiet li rriżultaw minn tali proċedura għal persuni li għandhom din il-kwalità biss.

3)

B’riżerva għal verifika mill-qorti tar-rinviju tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi nazzjonali rilevanti, l-Artikolu 9(3) u (4) tal-imsemmija konvenzjoni approvata bid-Deċiżjoni 2005/370, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-impożizzjoni, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fuq organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent ta’ regola tad-dritt proċedurali nazzjonali ta’ dekadenza, li permezz tagħha persuna titlef il-kwalità ta’ parti fil-proċedura u għaldaqstant ma tkunx tista tippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni li tirriżulta wara din il-proċedura jekk hija tkun naqset milli tissottometti l-oġġezzjonijiet tagħha fi żmien xieraq sa mill-proċedura amministrattiva u, sa mhux iktar tard minn matul il-fażi orali ta’ din il-proċedura.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, European Dynamics Belgium SA

(Kawża C-677/15 P) (1)

((Appell - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Provvista ta’ servizzi esterni dwar il-ġestjoni ta’ programmi u ta’ proġetti, kif ukoll ta’ pariri tekniċi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni - Proċedura ta’ kaskata - Kunsiderazzjoni tas-sottokriterji fi ħdan il-kriterji tal-għoti - Prinċipji ta’ ugwaljanza tal-opportunitajiet u ta’ trasparenza - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Nuqqas ta’ motivazzjoni - Telf ta’ opportunità - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - Talba għal ħlas ta’ kumpens))

(2018/C 072/05)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: N. Bambara, aġent, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, European Dynamics Belgium SA (rappreżentanti: M. Sfyri, C.-N. Dede u D. Papadopoulou, dikigoroi)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Ottubru 2015, European Dynamics Luxembourg et vs UASI (T-299/11, EU:T:2015:757), hija annullata sa fejn,

fil-punt 2 tad-dispożittiv, hija tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għar-riżarċiment tad-danni subiti minn European Dynamics Luxembourg SA minħabba t-telf ta’ opportunità li tingħata l-kuntratt qafas bħala l-ewwel kontraenti f’kaskata, u

fil-punti 4 u 5 tad-dispożittiv, hija tiddeċiedi li l-partijiet għandhom jittrażmettu lill-Qorti Ġenerali l-ammont ta’ kumpens ikkwantifikat, stabbilit bi qbil komuni, jew, fin-nuqqas ta’ qbil, dawn tal-aħħar għandhom iressqu quddiem il-Qorti Ġenerali t-talbiet tagħhom marbuta mal-ammont ta’ kumpens ikkwantifikat.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

It-talba għar-riżarċiment tad-danni mressqa minn European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u European Dynamics Belgium SA fil-Kawża T-299/11 hija miċħuda.

4)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) kif ukoll European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u European Dynamics Belgium SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-proċedura tal-appell u mal-proċedura tal-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 90, 7.03.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 – Comunidad Autónoma del País Vasco, Itelazpi, SA (C-66/16 P), Comunidad Autónoma de Cataluña, Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació de la Generalitat de Catalunya (CTTI) (C-67/16 P), Navarra de Servicios y Tecnologías SA, (C-68/16 P), Cellnex Telecom SA, li kienet Abertis Telecom SA, Retevisión I SA (C-69/16 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, SES Astra SA

(Kawża C-66/16 P sa C-696/16 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati - Sussidju favur operaturi ta’ pjattaformi tat-televiżjoni diġitali terrestri - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Vantaġġ - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Definizzjoni - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri))

(2018/C 072/06)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Comunidad Autónoma del País Vasco, Itelazpi, SA (C-66/16 P), Comunidad Autónoma de Cataluña, Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació de la Generalitat de Catalunya (CTTI) (C-67/16 P), Navarra de Servicios y Tecnologías SA, (C-68/16 P), Cellnex Telecom SA, li kienet Abertis Telecom SA, Retevisión I SA (C-69/16 P) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, A. Lamadrid de Pablo u M. Bolsa Ferruz, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková, É. Gippini Fournier u B. Stromsky, aġenti), SES Astra SA (rappreżentanti: F. González Díaz, V. Romero Algarra, abogados u F. Salerno, avocat)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Il-Comunidad Autónoma del País Vasco, Itelazpi SA, il-Comunidad Autónoma de Cataluña, iċ-Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació de la Generalitat de Catalunya (CTTI), Navarra de Servicios y Tecnologías SA, Cellnex Telecom SA u Retevisión I SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 04,04,2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 – Comunidad Autónoma de Galicia, Redes de Telecomunicación Galegas Retegal SA (Retegal) vs Il-Kummissjoni Ewropea, SES Astra SA

(Kawża C-70/16 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati - Sussidju favur operaturi ta’ pjattaformi tat-televiżjoni diġitali terrestri - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Vantaġġ - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Definizzjoni - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri))

(2018/C 072/07)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Comunidad Autónoma de Galicia, Redes de Telecomunicación Galegas Retegal SA (Retegal) (rappreżentanti: F. J. García Martínez u B. Pérez Conde, abogados)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková, É. Gippini Fournier u B. Stromsky, aġenti), SES Astra SA (rappreżentanti: F. González Díaz, V. Romero Algarra, abogados u F. Salerno, avocat)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il Kummissjoni (T-463/13 u T-464/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:901), hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni 2014/489/UE tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 ((C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)) implementata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (‘il barra minn Castilla-La Mancha), hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Comunidad Autónoma de Galicia (il-Komunità Awtonoma ta’ Galicia, Spanja) u minn Redes de Telecomunicación Galegas Retegal SA (Retegal) kemm fil-kuntest ta’ dan l-appell kif ukoll fil-kuntest tal-ewwel istanza.

4)

SES Astra SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 118, 04.04.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-81/16 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati - Sussidju favur operaturi ta’ pjattaformi tat-televiżjoni diġitali terrestri - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Vantaġġ - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Definizzjoni - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri))

(2018/C 072/08)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. A. Sampol Pucurull, M. J. García-Valdecasas Dorrego u A. Rubio González, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková, É. Gippini Fournier u B. Stromsky, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 04.04.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Belġju) – Vaditrans BVBA vs Belgische Staat

(Kawża C-102/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bit-triq - Perijodi tal-mistrieħ tax-xufier - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Artikolu 8(6) u (8) - Possibbiltà li jittieħed il-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum u l-perijodu ta’ mistrieħ imnaqqas ta’ kull ġimgħa ’il bogħod mill-bażi u f’vettura - Esklużjoni tal-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa))

(2018/C 072/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vaditrans BVBA

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 8(6) u (8) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, għandu jiġi interpretat fis-sens li xufier ma jistax jieħu l-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa msemmija fl-imsemmi Artikolu 8(6) fil-vettura.

2)

L-eżami tat-tieni domanda li saret ma wera ebda element ta’ natura li jolqot il-validità tar-Regolament Nru 561/2006 fid-dawl tal-prinċipju ta’ legalità fil-qasam kriminali kif stabbilit fl-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 165, 10.05.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 1 de Oviedo – Spanja) – Margarita Isabel Vega González vs Consejería de Hacienda y Sector Público del gobierno del Principado de Asturias

(Kawża C-158/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn l-ETUC, l-UNICE u ċ-CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Kunċett ta’ “kundizzjonijiet tal-impjieg” - Tqegħid amministrattiv f’pożizzjoni ta’ leave speċjali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għoti ta’ leave speċjali fil-każ ta’ elezzjoni għal funzjonijiet pubbliċi biss lill-uffiċjali stabbiliti, bl-esklużjoni ta’ membri tal-persunal mhux stabbiliti)

(2018/C 072/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 1 de Oviedo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Margarita Isabel Vega González

Konvenuti: Consejería de Hacienda y Sector Público del gobierno del Principado de Asturias

Dispożittiv

1)

Il-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “kundizzjonijiet tal-impjieg”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, jinkludi d-dritt, għal ħaddiem li jkun ġie elett għal funzjoni parlamentari, li jibbenefika minn leave speċjali, previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li permezz tiegħu r-relazzjoni tax-xogħol tkun sospiża, b’tali mod li ż-żamma tal-impjieg ta’ dan il-ħaddiem u d-dritt tiegħu sabiex javvanza jkunu ggarantiti sa tmiem dan il-mandat parlamentari.

2)

Il-klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat li jinsab fl-Anness tad-Direttiva 1999/70 għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi b’mod assolut l-għoti, lil ħaddiem għal żmien determinat, sabiex jeżerċita mandat politiku, ta’ leave li permezz tiegħu r-relazzjoni tax-xogħol tiġi sospiża sakemm issir ir-reintegrazzjoni ta’ dan il-ħaddiem fi tmiem l-imsemmi mandat, meta dan id-dritt ikun irrikonoxxut lill-ħaddiema għal żmien indeterminat.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Impresa di Costruzioni Ing. E. Mantovani SpA, Guerrato SpA vs Provincia autonoma di Bolzano, Agenzia per i procedimenti e la vigilanza in materia di contratti pubblici di lavori servizi e forniture (ACP), Autorità nazionale anticorruzione (ANAC)

(Kawża C-178/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 45(2) u (3) - Kundizzjonijiet għall-esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku - Dikjarazzjoni fir-rigward tal-assenza ta’ sentenzi definittivi ta’ kundanna tal-ex amministraturi tal-kumpannija offerenti - Aġir kriminali ta’ ex amministratur - Kundanna kriminali - Dissoċjazzjoni sħiħa u effettiva bejn l-impriża offerenti u dan l-amministratur - Prova - Evalwazzjoni mill-awtorità kontraenti tar-rekwiżiti relatati ma’ dan l-obbligu))

(2018/C 072/11)

Lingwa tal-kawża: il-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Impresa di Costruzioni Ing. E. Mantovani SpA, Guerrato SpA

Konvenuti: Provincia autonoma di Bolzano, Agenzia per i procedimenti e la vigilanza in materia di contratti pubblici di lavori servizi e forniture (ACP), Autorità nazionale anticorruzione (ANAC)

fil-preżenza ta’: Società Italiana per Condotte d’Acqua SpA, Inso Sistemi per le Infrastrutture Sociali SpA

Dispożittiv

Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], b’mod partikolari l-punti (ċ), (d) u (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) ta’ din id-direttiva kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li l-awtorità kontraenti:

tieħu inkunsiderazzjoni, skont il-kundizzjonijiet li hija stabbilixxiet, kundanna kriminali tal-amministratur ta’ impriża offerenti, anki jekk din il-kundanna għadha ma hijiex definittiva, għal reat li jaffettwa l-kondotta professjonali ta’ din l-impriża meta dan ma baqax jeżerċità l-funzjonijiet tiegħu fis-sena ta’ qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ kuntratt pubbliku, u

li teskludi lill-imsemmija impriża mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt inkwistjoni, minħabba li, billi naqset milli tiddikjara din il-kundanna li kienet għadha mhux definittiva, hija ma ddissoċjatx ruħha kompletament u effettivament mill-aġiri tal-imsemmi amministratur.


(1)  ĠU C 232, 27.06.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Eni SpA, Eni Gas & Power France SA, Union professionnelle des industries privées du gaz (Uprigaz) vs Premier ministre, Ministre de l’Environnement, de l’Énergie et de la Mer

(Kawża C-226/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Enerġija - Settur tal-gass - Sigurtà tal-provvista tal-gass - Regolament (UE) Nru 994/2010 - Obbligu tal-impriżi tal-gass naturali li jieħdu l-miżuri intiżi li jiżguraw il-provvista tal-gass għal klijenti protetti - Il-punt 1 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 - Kunċett ta’ “klijenti protetti” - Artikolu 8(2) - Obbligu addizzjonali - Artikolu 8(5) - Possibbiltà għall-impriżi tal-gass naturali li jissodisfaw l-obbligu tagħhom fuq livell reġjonali jew fuq livell tal-Unjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-fornituri tal-gass obbligu addizzjonali għall-ħażna tal-gass fejn il-kamp ta’ applikazzjoni jinkludi klijenti li jinsabu fost il-“klijenti protetti” fis-sens tar-Regolament Nru 994/2010 - Obbligu ta’ ħażna qabel ma jintlaħaq it-80 % fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat))

(2018/C 072/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eni SpA, Eni Gas & Power France SA, Union professionnelle des industries privées du gaz (Uprigaz)

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Environnement, de l’Énergie et de la Mer

Fil-preżenza ta’: Storengy, Total Infrastructures Gaz France (TIGF)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, li timponi fuq il-fornituri ta’ gass naturali obbligu ta’ ħażna tal-gass li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom jinkludi klijenti li ma jinsabux fost il-“klijenti protetti” elenkati fil-punt 1 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, sakemm il-kundizzjonijiet previsti mill-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet jiġu osservati, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

2)

L-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 994/2010 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-fornituri tal-gass naturali li josservaw l-obbligi tagħhom li jżommu ħażniet ta’ gass, sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista fil-każ ta’ kriżi, neċessarjament u esklużivament permezz ta’ infrastrutturi li jinsabu fit-territorju nazzjonali. F’dan il-każ għandha madankollu tkun il-qorti tar-rinviju li tivverifika jekk il-possibbiltà offruta bil-leġiżlazzjoni nazzjonali lill-awtorità kompetenti li tieħu inkunsiderazzjoni “l-istrumenti l-oħra ta’ modulazzjoni” tal-fornituri kkonċernati tiggarantixxix lilhom l-opportunità effettiva li jissodisfaw l-obbligi tagħhom fuq livell reġjonali jew fuq livell tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Københavns Byret – id-Danimarka) – proċeduri kriminali kontra Bent Falbert, Poul Madsen, JP vs Politikens Hus A/S

(Kawża C-255/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippreċiża jew li tintroduċi projbizzjoni li jiġu offruti logħob, lotteriji u mħatri mingħajr awtorizzazzjoni u li tintroduċi projbizzjoni ta’ reklamar ta’ logħob, lotteriji u mħatri mingħajr awtorizzazzjoni))

(2018/C 072/13)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Københavns Byret

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Bent Falbert, Poul Madsen, JP/Politikens Hus A/S

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi sanzjonijiet kriminali fil-każ ta’ kummerċ fil-logħob, fil-lotteriji jew fl-imħatri fit-territorju nazzjonali mingħajr awtorizzazzjoni, ma tikkostitwixxix regolament tekniku, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, suġġetta għall-obbligu ta’ notifika skont l-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva. Min-naħa l-oħra, dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi sanzjonijiet kriminali fil-każ ta’ reklamar tal-logħob, tal-lotteriji jew tal-imħatri li ma ġewx awtorizzati, tikkostitwixxi regolament tekniku, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, suġġetta għall-obbligu ta’ notifika skont l-Artikolu 8(1) tal-imsemmija direttiva, sa fejn mix-xogħol preparatorju ta’ din id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali jsegwi ċarament li din kellha l-mira u l-għan li testendi għas-servizzi ta’ logħob online projbizzjoni tar-reklamar eżistenti qabel, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 – Binca Seafoods GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-268/16 P) (1)

((Appell - Regolament (KE) Nru 834/2007 - Produzzjoni u tikkettar ta’ prodotti organiċi - Regolament (KE) Nru 889/2008 - Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 1358/2014 - Interess ġuridiku - Kunċett ta’ “benefiċċju personali”))

(2018/C 072/14)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Binca Seafoods GmbH (rappreżentant: H. Schmidt, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis, G. von Rintelen u K. Walkerová, aġenti)

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Marzu 2016, Binca Seafoods vs Il-Kummissjoni (T-94/15, mhux ippubblikat, EU:T:2016:164), huwa annullat.

2)

Il-kawża hija mibgħta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 279, 01.08.2016


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Prequ’ Italia Srl vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

(Kawża C-276/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 244 - Irkupru ta’ dejn fil-qasam doganali - Assenza ta’ smigħ minn qabel tad-destinatarju qabel l-adozzjoni ta’ avviż ta’ rettifika ta’ taxxa - Dritt tad-destinatarju li jikseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-avviż ta’ rettifika - Assenza ta’ sospensjoni awtomatika fil-każ ta’ preżentazzjoni ta’ rimedju amministrattiv - Riferiment għall-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 244 tal-Kodiċi Doganali))

(2018/C 072/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Prequ’ Italia Srl

Konvenuta: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

Dispożittiv

Id-dritt għal smigħ ta’ kull persuna qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni li tista’ taffettwa b’mod sfavorevoli l-interessi tagħha għandu jiġi interpretat fis-sens li d-drittijiet tad-difiża tad-destinatarju ta’ avviż ta’ rettifika ta’ taxxa, adottat mill-awtoritajiet doganali fl-assenza ta’ smigħ minn qabel tal-persuna kkonċernata, ma humiex miksura jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-persuna kkonċernata li tikkontesta dan l-att fil-kuntest ta’ rimedju amministrattiv tkun limitata li tipprevedi l-possibbiltà li tintalab is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ dan l-att sal-bidla eventwali tiegħu billi jsir riferiment għall-Artikolu 244 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2000, mingħajr ma l-preżentazzjoni ta’ rimedju amministrattiv tissospendi awtomatikament l-eżekuzzjoni tal-att ikkontestat, peress li l-applikazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 244 ta’ dan ir-regolament mill-awtoritajiet doganali, ma tirrestrinġix l-għoti tas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni meta jeżistu raġunijiet li jitqajjem dubju dwar il-konformità tad-deċiżjoni kkontestata mal-leġiżlazzjoni doganali jew meta jkun hemm il-biża ta’ dannu irreparabbli għall-persuna kkonċernata.


(1)  ĠU C 305, 22.8.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Najwyższy – il-Polonja) – Polkomtel sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

(Kawża C-277/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi - Direttiva 2002/19 - Artikoli 8 u 13 - Direttiva 2002/21 - Artikoli 4, 8 u 19 - Operatur identifikat li jiddisponi minn saħħa sinjifikattiva fis-suq - Kontroll tal-prezzijiet - Obbligi imposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali - Obbligu ta’ orjentazzjoni tal-prezzijiet abbażi tal-ispejjeż - Iffissar ta’ tariffi inqas mill-ispejjeż sostnuti mill-operatur ikkonċernat għall-provvista ta’ servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi fin-networks ċellulari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 16 - Libertà ta’ impriża - Proporzjonalità)

(2018/C 072/16)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Polkomtel sp. z o.o.

Konvenut: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

fil-preżenza ta’: Krajowa Izba Gospodarcza Elektroniki i Telekomunikacji

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 13 tad- Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta operatur, identifikat bħala li għandu saħħa sinjifikattiva f’suq partikolari, jiġi impost fuqu minn Awtorità Regolatorja Nazzjonali, obbligu li jiġu ffissati prezzijiet abbażi tal-ispejjeż, din l-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tista’, sabiex tippromwovi l-effiċjenza ekonomika u tiffavorixxi kompetizzjoni sostenibbli, tiffissa l-prezzijiet tas-servizzi li huma suġġetti għal tali obbligu f’ammont inqas tal-ispejjeż sostnuti minn dan l-operatur għall-provvista, jekk dawn l-ispejjeż huma ogħla minn dawk ta’ operatur effikaċi, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.

2)

L-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2002/19 moqrija flimkien mal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li meta Awtorità Regolatorja Nazzjonali timponi fuq operatur identifikat bħala li jkollu saħħa sinjifikattiva f’suq partikolari obbligu li jiffissa prezzijiet orjentati għall-prezzijiet abbażi tal-ispejjeż, li kull sena jiffissa l-prezz fuq il-bażi tal-informazzjoni l-iktar attwali u jikkomunika, għal verifika, dawn il-prezzijiet kif ukoll l-elementi li jiġġustifikawhom qabel ma jkunu applikati, sakemm dawn l-obbligi huma bbażati fuq in-natura tal-problema kkonstatata, proporzjonati u ġġustifikati fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Qafas), fatt li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.

3)

L-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2002/19 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta obbligu ta’ orjentament tal-prezzijiet abbażi tal-ispejjeż ikun ġie impost fuq operatur fuq il-bażi tal-Artikolu 13(1) ta’ din id-direttiva, dan l-operatur jista’ jiġi impost fuqu li jaġġusta l-prezzijiet qabel jew wara li jkun beda japplika l-prezzijiet.


(1)  ĠU C 335, 12.09.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 8 de Barcelona – Spanja) – Schweppes SA vs Red Paralela SL, Red Paralela BCN SL, li kienet Carbòniques Montaner SL

(Kawża C-291/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 7(1) - Eżawriment tad-dritt mogħti mit-trade mark - Trade marks paralleli - Ċessjoni ta’ trade marks għal parti mit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) - Strateġija kummerċjali li ssaħħaħ b’mod intenzjonat l-immaġini ta’ trade mark globali u unika wara ċ-ċessjoni - Proprjetarji indipendenti iżda li għandhom relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mill-qrib))

(2018/C 072/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 8 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Schweppes SA

Konvenuti: Red Paralela SL, Red Paralela BCN SL, li kienet Carbòniques Montaner SL

fil-preżenza ta’: Orangina Schweppes Holding BV, Schweppes International Ltd, Exclusivas Ramírez SL,

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, moqri fid-dawl tal-Artikolu 36 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-proprjetarju ta’ trade mark nazzjonali jopponi għall-importazzjoni ta’ prodotti identiċi mogħnija bl-istess trade mark provenjenti minn Stat Membru ieħor, li fih din it-trade mark, li inizjalment kienet il-proprjetà tal-istess proprjetarju, hija issa miżmuma minn terz li kiseb id-drittijiet fir-rigward tagħha permezz ta’ ċessjoni, meta, wara din iċ-ċessjoni:

il-proprjetarju, waħdu jew billi jikkoordina l-istrateġija tiegħu ta’ trade mark ma’ dan it-terz, kompla jsaħħaħ b’mod attiv u intenzjonat l-apparenza jew l-immaġini ta’ trade mark unika u globali, u b’hekk joħloq jew isaħħaħ konfużjoni f’għajnejn il-pubbliku kkonċernat fir-rigward tal-oriġini kummerċjali tal-prodotti mogħnija b’din it-trade mark,

jew

jeżistu rabtiet ekonomiċi bejn il-proprjetarju u dan it-terz, fis-sens li huma jikkoordinaw il-politika kummerċjali tagħhom jew jaqblu bejniethom sabiex jikkontrollaw flimkien l-użu tat-trade mark, b’tali mod li huma għandhom il-possibbiltà jiddeterminaw direttament jew indirettament il-prodotti li fuqhom din it-trade mark hija mqiegħda jew jikkontrollaw il-kwalità tagħhom.


(1)  ĠU C 305, 22.8.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Global Starnet Ltd vs Ministero dell'Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma Monopoli di Stato

(Kawża C-322/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi, libertà ta’ stabbiliment, Moviment liberu tal-kapital u libertà ta’ intrapriża - Restrizzjonijiet - Għoti ta’ konċessjonijiet ġodda għall-ġestjoni online ta’ logħob - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi - Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali - Obbligu jew nuqqas ta’ obbligu tal-qorti nazzjonali li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja))

(2018/C 072/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Global Starnet Ltd

Konvenuti: Ministero dell'Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma Monopoli di Stato

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 267(3) TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma jistgħux jiġu appellati b’mod ġudizzjarju hija obbligata, bħala prinċipju, li tipproċedi b’rinviju għal deċiżjoni preliminari ta’ kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni anki jekk, fil-kuntest tal-istess proċedura nazzjonali, il-Qorti Kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat tkun evalwat il-kostituzzjonalità tar-regoli nazzjonali ta’ kontenut identiku għal dawk tad-dritt tal-Unjoni.

2)

L-Artikoli 49 u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq persuni diġà konċessjonarji fis-settur tal-ġestjoni online ta’ logħob awtorizzat mil-liġi, kundizzjonijiet ġodda għall-eżerċizzju tal-attività tagħhom permezz ta’ addendum għall-kuntratt eżistenti, dment li l-qorti tar-rinviju tikkonkludi li din il-leġiżlazzjoni tista’ tiġi ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, li hija adatta sabiex tiżgura li jintlaħqu l-għanijiet imfittxija u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.


(1)  ĠU C 343, 19.09.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Albacete – Spanja) – José Luís Núñez Torreiro vs AIG Europe Limited, Sucursal en España, preċedentement Chartis Europe Limited, Sucursal en España, Unión Española de Entidades Aseguradoras y Reaseguradoras (Unespa)

(Kawża C-334/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 2009/103/KE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 - Kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi s-sewqan ta’ vetturi bil-mutur f’toroq u f’terreni li ma humiex “adattati għall-użu ta’ vetturi bil-mutur”, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li, minkejja li ma humiex adattati, madankollu “jintużaw ta’ spiss”))

(2018/C 072/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Albacete

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: José Luís Núñez Torreiro

Konvenuti: AIG Europe Limited, Sucursal en España, anciennement Chartis Europe Limited, Sucursal en España, Unión Española de Entidades Aseguradoras y Reaseguradoras (Unespa)

Dispożittiv

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti l-esklużjoni mill-kopertura ta’ assigurazzjoni obbligatorja ta’ danni li jirriżultaw mis-sewqan ta’ vetturi bil-mutur f’toroq jew f’terreni li ma humiex “adattati għall-użu ta’ vetturi bil-mutur”, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li, minkejja li ma humiex adattati għal dan il-għan, madankollu “jintużaw ta’ spiss”.


(1)  ĠU C 305, 22.08.2016


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 – Trioplast Industrier AB vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-364/16 P) (1)

((Appell - Akkordji - Suq tal-boroż industrijali tal-plastik - Intimazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea lill-appellanti għall-ħlas tal-interessi moratorji tal-ammont tal-multa imposta - Rikors għal annullament jew għad-danni))

(2018/C 072/20)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Trioplast Industrier AB (rappreżentanti: T. Pettersson, F. Sjövall, u A. Johansson, advokater)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u P. Rossi, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Trioplast Industrier AB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 343, 19.9.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht München – il-Ġermanja) – Soha Sahyouni vs Raja Mamisch

(Kawża C-372/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (UE) Nru 1259/2010 - Kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali - Rikonoxximent ta’ divorzju privat miksub minn qorti reliġjuża fi Stat terz - Kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament))

(2018/C 072/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Soha Sahyouni

Konvenut: Raja Mamisch

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li divorzju li jirriżulta minn dikjarazzjoni unilaterali ta’ wieħed mill-konjuġi quddiem qorti reliġjuża, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 343, 19.9.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne vs Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH & Co. OHG, rappreżentata minn Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH, li kienet Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG Süd

(Kawża C-393/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli - Protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta (DOP) - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Artikolu 118m(2)(a)(ii), (b) u (c) - Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Artikolu 103(2)(a)(ii), (b) u (c) - Kamp ta’ applikazzjoni - Sfruttar tar-reputazzjoni ta’ DOP - Użurpazzjoni, imitazzjoni jew evokazzjoni ta’ DOP - Indikazzjoni falza jew qarrieqa - DOP “Champagne” użata fl-isem ta’ prodott tal-ikel - Isem “Champagner Sorbet” - Prodott tal-ikel li fih inbid tax-xampanja bħala ingredjent - Ingredjent li jikkonferixxi karatteristika essenzjali lill-prodott tal-ikel))

(2018/C 072/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne

Konvenuti: Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH & Co. OHG, rappreżentata minn Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH, li kienet Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG Süd,

fil-preżenza ta’: Galana NV

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 118m(2)(a)(ii), (b) u (c), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 491/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 u l-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom il-każ fejn denominazzjoni ta’ oriġini protetta, bħalma hija “Champagne”, tiġi użata bħala parti mill-isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel, bħalma huwa “Champagner Sorbet” li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet ma’ din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet.

2)

L-Artikolu 118m(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament Nru 491/2009 u l-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-użu ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta bħala parti mill-isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet dwar din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet, bħalma huwa “Champagner Sorbet”, jikkostitwixxi sfruttar tar-reputazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jekk dan il-prodott tal-ikel ma għandux bħala karatteristika essenzjali, togħma ġġenerata prinċipalment mill-preżenza ta’ dan l-ingredjent fil-kompożizzjoni tiegħu.

3)

L-Artikolu 118m(2)(b) tar-Regolament Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament Nru 491/2009 u l-Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-użu ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta bħala parti mill-isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet dwar din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet, bħalma huwa “Champagner Sorbet” ma jikkostitwixxix użurpazzjoni, imitazzjoni jew evokazzjoni, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

4)

L-Artikolu 118m(2)(c) tar-Regolament Nru 491/2009 u l-Artikolu 103(2)(c) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma applikabbli kemm għall-indikazzjonijiet foloz jew qarrieqa li huma ta’ natura li joħolqu impressjoni żbaljata dwar l-oriġini tal-prodott ikkonċernat kif ukoll għall-indikazzjonijiet foloz u qarrieqa dwar in-natura jew fuq il-kwalitajiet essenzjali ta’ dan il-prodott.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’appello di Milano, Bundesgerichtshof – l-Italja, il-Ġermanja) – Acacia Srl vs Pneusgarda Srl, falluta, Audi AG (C-397/16), Acacia Srl, Rolando D’Amato vs Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (C-435/16)

(Kawżi Magħquda C-397/16 u C-435/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Disinni Komunitarji - Artikolu 110(1) - Assenza ta’ protezzjoni - Klawżola msejħa “ta’ tiswija” - Kunċett ta’ “parti ta’ prodott kumpless” - Tiswija tal-prodott kumpless sabiex jingħata lura d-dehra oriġinali tiegħu - Miżuri li għandhom jiġu adottati mill-utent sabiex ikun jista’ jinvoka l-klawżola msejħa “ta’ tiswija” - Rimm ta’ karozza replika identika għall-mudell ta’ rimm oriġinali))

(2018/C 072/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż u t-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d'appello di Milano, Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Acacia Srl (C-397/16), Acacia Srl, Rolando D’Amato (C-435/16)

Konvenuti: Pneusgarda Srl, falluta, Audi AG (C-397/16), Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (C-435/16)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 110(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-klawżola msejħa “ta’ tiswija” li huwa jinkludi ma tissuġġettax l-esklużjoni tal-protezzjoni għal disinn Komunitarju fir-rigward ta’ disinn li jikkostitwixxi parti ta’ prodott kumpless li tintuża bl-għan li tippermetti t-tiswija ta’ dan il-prodott kumpless sabiex jingħata lura d-dehra oriġinali tiegħu, għall-kundizzjoni li d-disinn protett ikun jiddependi fuq id-dehra tal-prodott kumpless.

2)

L-Artikolu 110(1) tar-Regolament Nru 6/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-klawżola msejħa “ta’ tiswija” li huwa jinkludi tissuġġetta l-esklużjoni tal-protezzjoni għal disinn Komunitarju fir-rigward ta’ disinn li jikkostitwixxi parti ta’ prodott kumpless li tintuża bl-għan li tippermetti t-tiswija ta’ dan il-prodott kumpless sabiex jingħata lura d-dehra oriġinali tiegħu, għall-kundizzjoni li l-parti ta’ sostituzzjoni jkollha dehra identika, fuq il-livell viżiv, għal dik tal-parti oriġinarjament inkorporata fil-prodott kumpless meta tqiegħed fis-suq.

3)

L-Artikolu 110(1) tar-Regolament Nruo6/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tkun tista’ tiġi invokata l-klawżola msejħa “ta’ tiswija” li din id-dispożizzjoni tinkludi, il-fabbrikant jew il-bejjiegħ ta’ parti ta’ prodott kumpless huma suġġetti għal obbligu ta’ diliġenza fir-rigward tal-osservanza, mill-utenti downstream, tal-kundizzjonijiet imposti permezz tal-imsemmija dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bolzano – l-Italja) – Sabine Simma Federspiel vs Provincia autonoma di Bolzano, Equitalia Nord SpA

(Kawża C-419/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment u moviment liberu tal-ħaddiema - Artikoli 45 u 49 TFUE - Rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u tal-kwalifiki l-oħra fil-mediċina - Direttivi 75/363/KEE u 93/16/KEE - Remunerazzjoni tat-tobba speċjalisti mħarrġa))

(2018/C 072/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bolzano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sabine Simma Federspiel

Konvenuta: Provincia autonoma di Bolzano, Equitalia Nord SpA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/363/KEE, tas-16 ta’ Ġunju 1975, dwar il-koordinazzjoni ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi dwar attivitajiet tat-tobba, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill, tas-26 ta’ Jannar 1982, kif ukoll l-Artikolu 24(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE, tal-5 ta’ April 1993, biex tiffaċilità l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u prova oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-għoti ta’ borża ta’ studju nazzjonali għall-finanzjament ta’ taħriġ, mogħti fi Stat Membru ieħor, li jwassal għall-kisba ta’ titolu ta’ tabib speċjalista huwa suġġett għall-kundizzjoni li t-tabib li jibbenefika minnha jeżerċita l-attività professjonali tiegħu f’dan l-ewwel Stat Membru għal ħames snin matul perijodu ta’ għaxar snin mid-data tal-kisba tal-ispeċjalizzazzjoni jew, fin-nuqqas ta’ dan, li jħallas lura sa 70 % mill-ammont tal-borża ta’ studju rċevuta, flimkien mal-interessi.

2)

L-Artikoli 45 u 49 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-għoti ta’ borża ta’ studju nazzjonali intiża sabiex tiffinanzja taħriġ, mogħti fi Stat Membru ieħor, li jwassal għall-kisba ta’ titolu ta’ tabib speċjalista huwa suġġett għall-kundizzjoni li t-tabib benefiċjarju jeżerċita l-attività professjonali tiegħu f’dan l-ewwel Stat Membru għal ħames snin matul perijodu ta’ għaxar snin mid-data tal-kisba tal-ispeċjalizzazzjoni jew, fin-nuqqas ta’ dan, li jħallas lura sa 70 % mill-ammont tal-borża ta’ studju rċevuta, flimkien mal-interessi, sa fejn il-miżuri previsti minn din il-leġiżlazzjoni effettivament ma jikkontribwixxux sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u ta’ bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali u jmorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju f’dan ir-rigward, liema fatt għandu jiġi evalwat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 392, 24.10.2016


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – Peter Nowak vs Data Protection Commissioner

(Kawża C-434/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Direttiva 95/46/KE - Artikolu 2(a) - Kunċett ta’ “data personali” - Risposti bil-miktub mogħtija mill-kandidat waqt eżami professjonali - Korrezzjonijiet tal-eżaminatur marbuta ma’ dawn ir-risposti - Artikolu 12(a) u (b) - Portata tad-drittijiet ta’ aċċess u ta’ rettifika tal-persuna kkonċernata))

(2018/C 072/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Peter Nowak

Konvenut: Data Protection Commissioner

Dispożittiv

L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-risposti bil-miktub mogħtija minn kandidat waqt eżami professjonali u kwalunkwe kummenti tal-eżaminatur marbuta ma’ dawn ir-risposti, jikkostitwixxu data personali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 364, 03.10.2016


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cout of Appeal – l-Irlanda) – Florea Gusa vs Minister for Social Protection, l-Irlanda, Attorney General

(Kawża C-442/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/38/KE - Persuna li waqfet teżerċita attività bħala persuna li taħdem għal rasha - Żamma tal-istatus ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu - Dritt ta’ residenza - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirriżerva l-għoti ta’ allowance għal persuni li qegħdin ifittxu impjieg għall-persuni li għandhom dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru))

(2018/C 072/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Florea Gusa

Konvenuti: Minister for Social Protection, l-Irlanda, Attorney General,

Dispożittiv

L-Artikolu 7(3)(b) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jżomm l-istatus ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu għall-finijiet tal-Artikolu 7(1)(a) ta’ din id-direttiva ċittadin ta’ Stat Membru li, wara li jkun irrisjeda regolarment u eżerċita attività inkwantu ħaddiem li jaħdem għal rasu fi Stat Membru ieħor għal perijodu ta’ madwar erba’ snin, waqaf minn din l-attività minħabba nuqqas ta’ xogħol debitament irreġistrat u kkawżat minn raġunijiet indipendenti mill-volontà tiegħu u li rreġistra ruħu inkwantu persuna li qiegħda tfittex impjieg mal-uffiċċju tal-impjieg kompetenti ta’ dan l-Istat Membru msemmi l-aħħar.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Bingen-Alzey vs Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG

(Kawża C-462/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 90(1) - Tnaqqis fil-prezz fil-kundizzjonijiet iddeterminati mil-Istati Membri - Tnaqqis tal-ammont taxxabbli - Prinċipji ddefiniti fis-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 1996, Elida Gibbs, (C-317/94, EU:C:1996:400) - Skontijiet mogħtija lill-fondi tal-assigurazzjoni għall-mard privati))

(2018/C 072/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Bingen-Alzey

Konvenuta: Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG

Dispożittiv

Fid-dawl tal-prinċipji ddefiniti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 1996, Elida Gibbs (C-317/94, EU:C:1996:400, punti 28 u 31), fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud, u fid-dawl tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li l-iskont mogħti, skont liġi nazzjonali, minn impriża faramċewtika lil impriża tal-assigurazzjoni għall-mard privata jwassal, fis-sens tal-imsemmi artikolu, għal tnaqqis tal-ammont taxxabbli favur din l-impriża farmaċewtika, meta kunsinni tal-prodotti farmaċewtiċi jsiru permezz ta’ bejjiegħa bl-ingrossa lil spiżeriji li jagħmlu dawn il-kunsinni lil persuni koperti minn assigurazzjoni għall-mard privata li tirrimborsa lill-assigurati tagħha l-prezz tax-xiri tal-prodotti farmaċewtiċi.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Stuttgart – il-Ġermanja) – Brigitte Schlömp vs Landratsamt Schwäbisch Hall

(Kawża C-467/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Konvenzjoni ta’ Lugano II - Lis pendens - Kunċett ta’ “qorti” - Awtorità ta’ konċiljazzjoni taħt id-dritt Svizzeru, responsabbli mill-proċedura ta’ konċiljazzjoni qabel kull proċedura fuq il-mertu))

(2018/C 072/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Brigitte Schlömp

Konvenuta: Landratsamt Schwäbisch Hall

Dispożittiv

L-Artikoli 27 u 30 tal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata fit-30 ta’ Ottubru 2007, li ġiet approvata f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/430/KE, tas-27 ta’ Novembru 2008, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ lis pendens, id-data li fiha nbdiet proċedura obbligatorja ta’ konċiljazzjoni quddiem awtorità ta’ konċiljazzjoni taħt id-dritt Svizzeru tikkostitwixxi d-data li fiha “qorti” titqies li ġiet adita.


(1)  ĠU C 428, 21.11.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Incyte Corporation vs Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala

(Kawża C-492/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Dritt tal-privattivi - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 18 - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament (KE) Nru 1610/96 - Artikolu 17(2) - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Tul taż-żmien - Iffissar tad-data ta’ skadenza - Effetti ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Possibbiltà jew obbligu ta’ rettifika tad-data ta’ skadenza))

(2018/C 072/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Incyte Corporation

Konvenut: Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, moqri fid-dawl tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-data tal-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, kif indikata f’applikazzjoni għal ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari, li abbażi tagħha l-awtorità nazzjonali kompetenti għall-ħruġ ta’ tali ċertifikat tkun ikkalkolat it-tul taż-żmien tiegħu, tkun żbaljata f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn hija tkun waslet għal metodoloġija ta’ kalkolu tat-tul taż-żmien tal-imsemmi ċertifikat mhux konformi ma’ dak li jipprovdi l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 469/2009, kif interpretat f’sentenza sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

2)

L-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 469/2009, moqri fid-dawl tal-premessa 17 u tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 1610/96, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik deskritta fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv, il-proprjetarju ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għandu, abbażi tal-imsemmi Artikolu 18, dritt għal appell sabiex jikseb ir-rettifika tat-tul taż-żmien indikat f’dan iċ-ċertifikat, sakemm dan ma jkunx skada.


(1)  ĠU C 454, 5.12.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Caterpillar Financial Services sp. z o.o.

(Kawża C-500/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 135(1)(a) - Eżenzjonijiet - Taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni - Ostakoli għar-rimbors ta’ VAT miġbura żejda - Artikolu 4(3) TUE - Prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ kooperazzjoni leali - Drittijiet mogħtija lill-individwi - Skadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-obbligu fiskali - Effetti ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Prinċipju ta’ ċertezza legali))

(2018/C 072/30)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caterpillar Financial Services sp. z o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

Dispożittiv

Il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 4(3) TUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, li tippermetti r-rifjut ta’ talba għar-rimbors ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) miġbura żejda, meta din it-talba tkun ġiet ippreżentata mill-persuna taxxabbli wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin, minkejja li jirriżulta minn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, mogħtija wara l-iskadenza tal-imsemmi terminu, li l-ħlas tal-VAT li kien s-suġġett tal-imsemmija talba għar-rimbors ma kienx dovut.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/24


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln – il-Ġermanja) – Deister Holding AG li kienet Traxx Investments N.V. (C-504/16), Juhler Holding A/S (C-613/16) vs Bundeszentralamt für Steuern

(Kawżi magħquda C-504/16 u C-613/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni diretta - Libertà ta’ stabbiliment - Direttiva 90/435/KEE - Artikolu 1(2) - Artikolu 5 - Kumpannija omm - Holding - Taxxa f’ras il-għajn ta’ profitti mqassma lil kumpannija omm holding mhux residenti - Eżenzjoni - Evażjoni, evitar u abbuż f’materja fiskali - Preżunzjoni))

(2018/C 072/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deister Holding AG li kienet Traxx Investments N.V. (C-504/16), Juhler Holding A/S (C-613/16)

Konvenut: Bundeszentralamt für Steuern

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE tat-20 ta’ Novembru 2006, moqri flimkien mal-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva, minn naħa waħda, u l-Artikolu 49 TFUE, min-naħa l-oħra, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, meta ishma f’kumpannija omm mhux residenti huma miżmuma minn persuni li ma jkunux intitolati għar-rimbors jew għall-eżenzjoni minn taxxa minn ras il-għajn jekk huma direttament irċevew id-dividendi ġejjin minn sussidjarja residenti, tirrifjuta, fil-każ fejn waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni tkun issodisfatta, l-eżenzjoni tal-ħlasijiet tad-dividendi mit-taxxa fuq id-dħul kapitali lil din il-kumpannija omm.


(1)  ĠU C 475, 19.12.2016


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/24


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – l-Awstrija) – Erzeugerorganisation Tiefkühlgemüse eGen vs Agrarmarkt Austria

(Kawża C-516/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Programm operattiv fis-settur tal-frott u l-ħaxix - Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 361/2008 - Artikoli 103b, 103d u 103 g - Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 - Artikolu 60 u Anness IX, punt 23 - Investimenti magħmula fl-azjendi u/jew fl-istabbilimenti tal-organizzazzjoni ta’ produtturi - Kunċett - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali))

(2018/C 072/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Erzeugerorganisation Tiefkühlgemüse eGen

Konvenuta: Agrarmarkt Austria

Dispożittiv

1)

Il-punt 23 tal-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011, tas-7 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat, sa fejn jirreferi għal investimenti magħmula “fuq l-azjendi [fl-azjendi] u/jew l-istabbilimenti tal-organizzazzjoni tal-produtturi”, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

is-sempliċi fatt li investiment magħmul fil-kuntest ta’ programm operattiv imsemmi fl-Artikolu 60(1) ta’ dan ir-regolament ikun illokalizzat f’art li tagħha terz, u mhux l-organizzazzjoni ta’ produtturi kkonċernata, ikun proprjetarju ma jikkostitwixxix, fil-prinċipju, skont l-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, raġuni għal nuqqas ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna tal-ispejjeż inkorsi, taħt dan l-investiment, minn din l-organizzazzjoni ta’ produtturi;

dan il-punt 23 tal-Anness IX, jirreferi għal investimenti magħmula f’azjendi u/jew fi stabbilimenti li huma, fid-dritt kif ukoll fil-fatt, imqiegħda taħt il-kontroll esklużiv tal-imsemmija organizzazzjoni ta’ produtturi, b’tali mod li kwalunkwe użu ta’ dawn l-investimenti bi profitt għal terz jiġi eskluż.

2)

Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-awtorità nazzjonali kompetenti, minn naħa, tirrifjuta l-ħlas tal-bilanċ tal-għajnuna finanzjarja li tkun intalbet minn organizzazzjoni ta’ produtturi għal investiment finalment meqjus bħala mhux eliġibbli għal din b’applikazzjoni tal-punt 23 tal-Anness IX, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 543/2011 u, min-naħa l-oħra, titlob mingħand din l-organizzazzjoni ta’ produtturi r-rimbors tal-għajnuna diġà rċevuta għal dan l-investiment.

3)

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-assenza ta’ limitazzjoni tal-effetti ta’ din is-sentenza ratione temporis, huwa ma jipprekludix li l-prinċipju ta’ ċertezza legali jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi eskluż l-irkupru ta’ għajnuna mħallsa indebitament, sakemm il-kundizzjonijiet previsti jkunu l-istess għall-irkupru ta’ benefiċċji finanzjarji purament nazzjonali, l-interess tal-Unjoni Ewropea jittieħed b’mod sħiħ inkunsiderazzjoni u l-bona fide tal-benefiċjaru tkun stabbilita.


(1)  ĠU C 462, 12.12.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/25


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Hamamatsu Photonics Deutschland GmbH vs Hauptzollamt München

(Kawża C-529/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Kodiċi Doganali - Artikolu 29 - Determinazzjoni tal-valur doganali - Tranżazzjonijiet transkonfinali bejn kumpanniji relatati - Ftehim bil-quddiem dwar prezzijiet ta’ trasferiment - Prezz ta’ trasferiment miftiehem li jikkonsisti minn ammont inizjalment fatturat u korrezzjoni b’rata fissa magħmula wara t-tmiem tal-perijodu tal-fatturazzjoni))

(2018/C 072/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hamamatsu Photonics Deutschland GmbH

Konvenut: Hauptzollamt München

Dispożittiv

L-Artikoli 28 sa 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux li jitqies, bħala valur għal skopijiet doganali, valur ta’ tranżazzjoni miftiehem li jikkonsisti, parzjalment, minn ammont inizjalment iffatturat u ddikjarat u, parzjalment, minn aġġustament b’rata fissa li jsir wara t-tmiem tal-perijodu ta’ fatturazzjoni, mingħajr ma jkun possibbli li jkun magħruf jekk, fi tmiem il-perijodu ta’ fatturazzjoni, dan l-aġġustament ikunx sar 'il fuq jew 'l isfel.


(1)  ĠU C 30, 30.01.2017


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/26


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Peter Valach et vs Waldviertler Sparkasse Bank AG et

(Kawża C-649/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Kamp ta’ applikazzjoni - Azzjoni għal responsabbiltà delittwali kontra l-membri ta’ bord ta’ kredituri li rrifjutaw pjan ta’ rkupru fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza)

(2018/C 072/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peter Valach, Alena Valachová, SC Europa ZV II a.s., SC Europa LV a.s., VAV Parking a.s., SC Europa BB a.s., Byty A s.r.o.

Konvenuti: Waldviertler Sparkasse Bank AG, Československá obchodná banka a.s., Stadt Banská Bystrica

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika għal azzjoni għal responsabbiltà delittwali, mibdija kontra l-membri ta’ bord ta’ kredituri minħabba l-aġir tagħhom matul vot dwar pjan ta’ ristrutturazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza, u li, għalhekk, tali azzjoni hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/27


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Samet Ardic

(Kawża C-571/17 PPU) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri - Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni - Raġunijiet għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiv - Artikolu 4a(1) li jirriżulta mid-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI - Mandat maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà - Kunċett ta’ “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” - Portata - Persuna li ġiet ikkundannata definittivament għal piena li ċċaħħad il-libertà fi tmiem proċedura li nżammet fil-preżenza tagħha - Piena li l-eżekuzzjoni tagħha ġiet sussegwentement sospiża parzjalment u taħt ċerti kundizzjonijiet - Proċedura sussegwenti li wasslet għar-revoka tas-sospensjoni minħabba n-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet - Proċedura ta’ revoka li nżammet fl-assenza tal-parti kkonċernata))

(2018/C 072/35)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Samet Ardic

Dispożittiv

Fil-każ fejn il-parti kkonċernata dehret personalment fil-proċess kriminali li rriżulta fid-deċiżjoni ġudizzjarja li ddikjaratha b’mod definittiv ħatja ta’ reat u, minħabba f’hekk, imponiet fuqha piena li ċċaħħad il-libertà li l-eżekuzzjoni tagħha ġiet sussegwentement sospiża parzjalment bil-kundizzjoni li jiġu osservati ċerti kundizzjonijiet, il-kunċett ta’ “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni”, fis-sens tal-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment [konsenja] bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprevedix proċedura sussegwenti ta’ revoka ta’ din is-sospensjoni bbażata fuq il-ksur tal-imsemmija kundizzjonijiet matul il-perijodu ta’ probation, sa fejn id-deċiżjoni ta’ revoka adottata fi tmiem din il-proċedura la temenda n-natura u lanqas il-piena inizjalment ippronunzjati.


(1)  ĠU C 402, 27.11.2017


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fl-20 ta’ Novembru 2017 – “Balcia Insurance” SE

(Kawża C-648/17)

(2018/C 072/36)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Balcia Insurance” SE

Konvenuta: AS “Baltijas Apdrošināšanas Nams”

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE (1) tal-24 ta’ April 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (l-Ewwel Direttiva) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” jinkludi sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-ftuħ tal-bibien ta’ vettura pparkjata?

2)

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE tal-24 ta’ April 1972, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” jinkludi sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri sitwazzjoni li fiha d-dannu għall-proprjetà ta’ terzi jirriżulta mill-użu tal-vettura min-naħa ta’ passiġġier?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/28


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2017 minn Alex SCI mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-10 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-841/16, Alex vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-696/17 P)

(2018/C 072/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Alex SCI (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-10 ta’ Ottubru 2017 fl-intier tiegħu, ħlief sa fejn dan jirrikonoxxi n-natura kontestabbli tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Settembru 2016

Billi tiddeċiedi mill-ġdid:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Settembru 2016;

taqta’ u tiddeċiedi li l-għajuna mogħtija lill-CABAB mill-FEŻR, mill-Istat Franċiż, mill-Kunsill Reġjonali tal-Aquitaine u mill-Kunsill Ġenerali tal-Pyrénées Atlantiques hija illegali u inkompatibbli mas-suq komuni;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tal-proċedura, inklużi l-ispejjeż tal-avukat tas-somma ta’ EUR 5 000.

Aggravji u argumenti prinċipali

A.   Ammissibbiltà

Ir-rikorrenti titlob il-konferma tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali dwar in-natura kontestabbli tad-deċiżjoni. L-ittra tal-21 ta’ Settembru 2016 tikkostitwixxi att kontestabbli fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

Fir-rigward tal-locus standi u tal-interess ġuridiku ta’ Alex SCI, l-appellanti titlob il-bidla tad-digriet tal-Qorti Ġenerali. Is-sitwazzjoni kummerċjali tagħha hija affettwata fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

B.   Mertu

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-illegalità esterna minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni. Ebda bażi legali, testwali jew ġurisprudenzjali ma hija msemmija fid-deċiżjoni tal-21 ta’ Settembru 2016, b’mod li mal-qari tagħha biss, Alex SCI, irrappreżentata mill-amministratur tagħha, ma tifhimx din id-deċiżjoni. Peress li d-deċiżjoni hija motivata fid-dritt u fil-fatt b’mod insuffiċjenti wisq, id-deċiżjoni hija vvizzjata minn illegalità esterna.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-illegalità interna (eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat u assenza ta’ notifika). Il-Communauté Agglomération Côte-basque – Adour (CABAB) xtaqet, fil-kuntest tal-istrateġija ekonomika tagħha, tiżviluppa s-sit “Technocité” f’Bayonne sabiex tistabbilixxi pjattaforma speċjalizzata fil-qasam tal-aeronawtika. Għal dan l-għan, hija talbet finanzjamenti mingħand il-FEŻR, mingħand l-Istat Franċiż, mingħand il-Kunsill Reġjonali tal-Aquitaine u mingħand il-Kunsill Ġenerali tal-Pyrénées Atlantiques sabiex dawn jikkofinanzjaw il-proġett tagħha permezz tal-ħlas, minn kull wieħed minnhom, ta’ EUR 1 000 000.

Minn naħa, ladarba l-elementi li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat huma ssodisfatti, dawn il-ħlasijiet jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat mhux innotifikata, kuntarja għall-Artikolu 108 TFUE.

Min-naħa l-oħra, dawn il-ħlasijiet huma inkompatibbli mas-suq komuni. Fil-fatt, il-proġett Technocité jikkostitwixxi pjattaforma industrijali u terzjarja speċjalizzata fl-iżvilupp tat-teknoloġiji l-iktar avvanzati fl-oqsma tal-aeronawtika, spazjali u tas-sistemi integrati (“embedded systems”). Dan is-settur huwa miftuħ ħafna għall-kompetizzjoni. Din l-għajnuna għaldaqstant tmur kontra l-Artikolu 107 TFUE.

Fl-aħħar nett, fir-rigward tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehimiet ta’ ħlas tal-għajnuna, għandu jitfakkar li l-għan ta’ dawn il-ftehimiet huwa li jiġi ffinanzjat proġett ta’ “Ċentru Aeronawtiku Technocité”, sabiex is-sit jiġi żviluppat u jsir minnu “pjattaforma speċjalizzata fir-riċerka u fl-iżvilupp tat-teknoloġiji l-iktar avvanzati fil-qasam tal-aeronawtika, spazjali u tas-sistemi integrati”. Iż-żona Technocité tkopri attivitajiet ta’ kull xorta li jiġu eżerċitati minn kumpanniji mhux relatati bħal Fidal, Avantis, Decra, Sepa, Trescal, KPMG, Capgemini eċċ., jiġifieri kumpanniji li jeżerċitaw f’oqsma li ma jaqgħux taħt l-aeronawtika.

Finalment, l-għajnuna mill-Istat għandha tiġi annullata u s-somom għandhom jitħallsu lura (ara, b’mod partikolari, ir-Regolamenti Nru 734/2013 (1) u 2988/95 (2), Artikolu 4(1) u (4); Il-Kunsill tal-Istat Franċiż (KE), 2 ta’ Ġunju 1992, Ġabra p. 165; KE, 6 ta’ Novembru 1998, Ġabra p. 397; Il-Qorti tal-Ġustizzja, 11 ta’ Lulju 1996, SFEI, Kawża C-39/94).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 734/2013 tat-22 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 659/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 204, p. 15).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/29


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2018 minn Alfamicro – Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-14 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-831/14, Alfamicro vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-14/18 P)

(2018/C 072/38)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Alfamicro – Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda. (rappreżentanti: G. Gentil Anastácio u D. Pirra Xarepe, advogados)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2017, mogħtija fil-kawża T-831/14;

tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali, sabiex tiġi deċiża skont l-Artikolu 263 TFUE.

tikkundanna lill-Kummissjoni għat-totalità tal-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Alfamicro ma taqbilx mal-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali li ddikjarat infondata l-azzjoni ppreżentata minn Alfamicro, fejn ikkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 277 849,93, inkrementat b’EUR 26,88 ta’ interessi għal kull ġurnata ta’ dewmien fil-ħlas. Alfamicro tqis li l-Qorti Ġenerali jmissha ddeċidiet il-kawża billi bbażat lilha nnifisha fuq l-Artikolu 263 TFUE, u mhux fuq l-Artikolu 272 TFUE. Barra minn hekk, Alfamicro tqis li l-Kummissjoni, bħall-Qorti Ġenerali, ma osservatx, fid-deċiżjoni tagħha, li għandha n-natura ta’ deċiżjoni amministrattiva, il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ bona fide, u ta’ ċertezza legali.

Alfamicro ssostni li, kemm l-analiżi kif ukoll il-kuntest, tal-ittra tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2014, juru li din l-ittra tikkostitwixxi att amministrattiv deċiżjonali, jiġifieri deċiżjoni amministrattiva. Il-kliem li bih huwa redatt, il-fatt li huwa bbażat fuq verifika tal-Qorti tal-Awdituri, il-fatt li l-Kummissjoni siltet konklużjonijiet mill-verifika għall-ftehimiet kollha li fihom hija parti l-appellanti, l-aġġustamenti mwettqa mill-Kummissjoni, kollha jindikaw li din hija kwistjoni ta’ deċiżjoni amministrattiva. Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, li tirrifletti l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sens li tattribwixxi lill-azzjoni ppreżentata l-kwalità ta’ azzjoni dikjaratorja u mhux ta’ azzjoni li tikkontesta deċiżjoni amministrattiva, tillimita serjament id-drittijiet tad-difiża tal-appellanti. Barra minn hekk, Alfamicro tqis li l-Qorti Ġenerali kisret b’mod serju l-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn il-partijiet u l-prinċipju ta’ ekwilibriju kuntrattwali.

Billi naqqset iktar minn 93 % mill-għajnuna miftehma mal-appellanti, il-Kummissjoni ma adottatx il-miżuri xierqa, hekk kif kien jimponi l-ftehim ta’ għajnuna, u b’dan il-mod kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Billi ma kkundannatx dan l-aġir tal-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ma tosservax u taffettwa l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Minbarra dan, il-Kummissjoni, li kellha tadotta l-miżuri xierqa, adottat miżuri li ma kinux xierqa, li kienu arbitrarji, u għaldaqstant ma hemmx ċertezza legali. Billi ma kkundannatx dan l-aġir tal-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali wkoll ma tosservax il-prinċipju ta’ ċertezza legali.


Il-Qorti Ġenerali

26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2018 – Kenup Foundation et vs EIT

(Kawża T-76/15) (1)

((“Riċerka u żvilupp teknoloġiku - EIT - Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020 - Sejħa għal proposti għall-ħatra ta’ Komunità ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni - Ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti - Regolament (KE) Nru 294/2008 - Regolament (UE) Nru 1290/2013 - Delegazzjoni illegali ta’ kompetenzi”))

(2018/C 072/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kenup Foundation (Kalkara, Malta), Candena GmbH (Lunebourg, il-Ġermanja), CO BIK Center odličnosti za biosenzoriko, instrumentacijo in procesno kontrolo (Ajdovščina, is-Slovenja), Evotec AG (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment U. Soltész, C. Wagner, H. Weiß u A. Richter, sussegwentement U. Soltész, H. Weiß u A. Richter, fl-aħħar nett U. Soltész u H. Weiß, avukati)

Konvenuta: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), (rappreżentanti: M. Kern, aġent, assistit minn P. de Bandt u M. Gherghinaru, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentant: E. Perici Calascione, avukat) u Stiftung Universität Lüneburg (rappreżentant: F. Oehl, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tad-9 ta’ Diċembru 2014, li s-sens tagħhom ġie kkomunikat b’ittra tal-10 ta’ Diċembru 2014, li permezz tagħhom l-EIT ħatar il-Komunità ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) “Innovazzjoni għal ħajja b’saħħitha u tixjiħ attiv” u ċaħad il-proposta magħmula mill-konsorzju Kenup.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tad-9 ta’ Diċembru 2014, li s-sens tagħhom ġie kkomunikat b’ittra tal-10 ta’ Diċembru 2014, li permezz tagħhom l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) ħatar il-Komunità ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) “Innovazzjoni għal ħajja b’saħħitha u tixjiħ attiv” u ċaħad il-proposta magħmula mill-konsorzju Kenup, huma annullati.

2)

L-EIT għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Kenup Foundation, Candena GmbH, CO BIK Center odličnosti za biosenzoriko, instrumentacijo in procesno kontrolo u minn Evotec AG.


(1)  ĠU C 146, 4.5.2015.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – EDF vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-747/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi lil EDF - Riklassifikazzjoni f’kapital tar-riżervi kontabbli b’eżenzjoni mi-taxxa għat-tiġdid tan-Netwerk ta’ Provvista Ġenerali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Awtorità ta’ res judicata - Kriterju tal-investitur privat”))

(2018/C 072/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Électricité de France (EDF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Debroux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u D. Recchia, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn G. de Bergues u D. Colas u J. Bousin, sussegwentement minn D. Colas u J. Bousin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263TFUE u għall-anullament tal-Artikoli 1 sa 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.13869 (C 68/2002) (ex NN 80/2002) – Riklassifikazzjoni f’kapital tar-riżervi kontabbli b’eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tan-Netwerk ta’ Provvista Ġenerali (“NPĠ”), implimentata minn Franza favur EDF (ĠU 2016, L 34, p. 152).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Electricité de France (EDF) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti minn din tal-aħħar minħabba l-intervent tar-Repubblika Franċiża.

3)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni minħabba l-intervent tagħha.


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2018 – Deichmann vs EUIPO – Munich (Rappreżentazzjoni ta’ salib fuq il-ġenb ta’ żarbun tal-isport)

(Kawża T-68/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta salib fuq il-ġenb ta’ żarbun tal-isport - Trade mark ta’ pożizzjoni - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15(1) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 072/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deichmann SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Munich, SL (Capellades, Spanja) (rappreżentanti: J. Güell Serra u M. del Mar Guix Vilanova, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 2345/2014-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Deichmann u Munich.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deichmann SE hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u ta’ Munich, SL.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – Sun Media vs EUIPO – Meta4 Spain (METABOX)

(Kawża T-204/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea METABOX - Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali verbali preċedenti META4 u trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjoni figurattivi preċedenti meta4 - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Xebh tas-sinjali - Probabbiltà ta’ konfużjoni”))

(2018/C 072/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sun Media Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: A. Schnider, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Meta4 Spain, SA (Las Rozas, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2016 (Każ R 307/2015-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meta4 Spain u Sun Media.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sun Media Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 232, 27.6.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – Sun Media vs EUIPO – Meta4 Spain (METAPORN)

(Kawża T-273/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea METAPORN - Trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali verbali preċedenti META 4 u figurattivi preċedenti meta4 - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Xebh tas-servizzi - Kunċett ta’ servizzi komplementari - Xebh tas-sinjali - Probabbiltà ta’ konfużjoni”))

(2018/C 072/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sun Media Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: A. Schnider, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Meta4 Spain, SA (Las Rozas, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2016 (Kawżi magħquda R 653/2015-2 u R 674/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meta4 Spain u Sun Media,

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sun Media Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 270, 25.7.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – Starbucks vs EUIPO – Nersesyan (COFFEE ROCKS)

(Kawża T-398/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva COFFEE ROCKS - Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti STARBUCKS COFFEE - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 072/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Starbucks Corp. (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Schmitt, avukat u I. Fowler, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Kusturovic, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Hasmik Nersesyan (Borgloon, il-Belġju)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Mejju 2016 (Każ R 559/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Starbucks Corp. u Hasmik Nersesyan.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Mejju 2016 (Każ R 559/2015-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 335, 12.9.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – Dehtochema Bitumat vs ECHA

(Kawża T-630/16) (1)

((“REACH - Ħlas dovut għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza - Tnaqqis mogħti lil SME - Rakkomandazzjoni 2003/361/KE - Kunċett ta’ impriża relatata - Sottomissjoni ta’ ‘dikjarazzjoni mhux korretta tad-daqs tal-impriża’ - Tnaqqis ta’ 50 % tal-ammont applikabbli ta’ spejjeż amministrattivi - Kompetenza tal-ECHA - Waqfien ta’ produzzjoni tas-sustanza”))

(2018/C 072/45)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Dehtochema Bitumat s. r. o. (Bělá pod Bezdězem, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Holý, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: inizjalment minn J.-P. Trnka, E. Maurage u M. Heikkilä, sussegwentement minn J.-P. Trnka u M. Heikkilä, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-ECHA SME(2016) 3038 tas-7 ta’ Lulju 2016 li tikkonstata li r-rikorrenti ma tissodisfax il-kundizzjonijiet sabiex tibbenefika mit-tnaqqis tal-ħlasijiet previsti għall-impriżi ta’ daqs medju u li timponi fuqha spiża amministrattiva.

Dispożittiv

1)

It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) SME(2016) 3038 tas-7 ta’ Lulju 2016 hija miċħuda bħala inammissibbli.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Dehtochema Bitumat s. r. o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2018 – LG Electronics vs EUIPO (Dual Edge)

(Kawża T-804/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Dual Edge - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2018/C 072/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Settembru 2006 (Każ R 832/2016-2) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Dual Edge bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

LG Electronics, Inc. Hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – SE vs Il-Kunsill

(Kawża T-231/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - It-tielet paragrafu tal-Artikolu 2(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kunċett ta’ ‘wild dipendenti’ - Kunċett ta’ ‘wild li lejha uffiċjal għandu obbligu ta’ manteniment taħt deċiżjoni ġudizzjarja bbażata fuq il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar il-protezzjoni tal-minuri’ - Rifjut li jingħata l-istatus ta’ wild dipendenti lin-neputija ta’ uffiċjal”))

(2018/C 072/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: SE (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 2016, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ta’ din l-istituzzjoni rrifjutat li tirrikonoxxi li n-neputija tar-rikorrent kienet “wild dipendenti” ta’ dan tal-aħħar fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 2(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

SE huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 213, 3.7.2017.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/37


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2017 – Intercontact Budapest vs CdT

(Kawża T-809/17)

(2018/C 072/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Intercontact Budapest (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: É. Subasicz, avukat)

Konvenut: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

b’mod prinċipali, tikkonstata jekk il-punti ta’ klassifikazjoni mogħtija lil kull offerent jirriflettux ir-realtà minn perspettiva ta’ paragun tal-offerti mressqa, u jekk josservawx il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, nondiskriminazzjoni, proporzjonalità u trasparenza.

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-10 ta’ Lulju 2017, dwar ir-riżultat tal-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi FL/GEN 16-01 u FL/GEN 16-02.

b’mod ulterjorment sussidjarju, tannulla l-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, nondiskriminazzjoni, proporzjonalità u trasparenza, inkwantu l-konvenut applika evalwazzjonijiet differenti fil-konfront tal-offerenti fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi, fis-sens li f’kull proċedura evalwat attivitajiet identiċi b’mod differenti (1).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, inkwantu l-konvenut ma kkomunikalhiex l-informazzjoni mitluba fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku (2).

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tat-trasparenza tal-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, inkwantu l-konvenut ippubblika r-riżultat tal-proċeduri fil-Ġurnal Uffiċjali biss tardivament u mingħajr ma inkluda l-kontenut sħiħ skont id-Direttiva tal-Unjoni (3).

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-Direttiva dwar il-kuntratti pubbliċi inkwantu l-konvenut ma kkomunikax it-termini għall-preżentata ta’ rikors, fejn b’dan il-mod illimitat il-possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors (4).


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku [il-kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65), premessi 1 u 90.

(2)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1), Artikolu 113.

(3)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku [il-kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65), Artikolu 50.

(4)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas 26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku [il-kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65), punt 16 tal-parti D tal-Anness V.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/38


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-816/17)

(2018/C 072/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: D. Holderer, aġent D. Waelbroeck u A. Steichen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ottubru 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38944 li allegatament ġiet implementata mil-Lussemburgu favur Amazon;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ottubru 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38944 li allegatament ġiet implementata mil-Lussemburgu favur Amazon sa fejn din tordna l-irkupru tal-għajnuna;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, maqsum fi tliet partijiet, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 170 TFUE sa fejn il-Kummissjoni ma stabbilixxietx l-eżistenza ta’ vantaġġ fil-konfront ta’ Amazon EU S.à.r.l (iktar ’il quddiem “LuxOpCO”).

L-ewwel parti bbażata fuq il-fatt li l-applikazzjoni tad-deċiżjoni fiskali u t-tiġdid tagħha fl-2011 ma wasslet għall-għoti ta’ ebda vantaġġ sa fejn ir-royalty imħallsa minn terz għal liċenzja fuq attivi intanġibbli kienet ogħla minn dik imħallsa minn LuxOpCo lil Amazon Europe Holding Technologies SCS (iktar ’il quddiem “LuxSCS”) skont il-ftehim ta’ liċenzja. Ir-rikorrent iqis li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ottubru 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38944 li allegatament ġiet implementata mil-Lussemburgu favur Amazon (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) tiddikjara b’mod żbaljat li r-royalty effettivament imħallsa minn LuxOpCo tvarja minn prezz f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta.

It-tieni parti bbażata fuq żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ liġi li bihom hija vvizzjata l-analiżi mwettqa fid-deċiżjoni kkontestata relatata ma’ allegata applikazzjoni ħażina tal-metodu tranżazzjonali tal-marġni nett fil-kuntest tad-deċiżjoni fiskali, kemm fl-għażla tal-parti eżaminata kif ukoll fl-applikazzjoni tal-parametri tal-imsemmi metodu.

It-tielet parti bbażata fuq l-argument li jgħid li, għall-kuntrarju, huwa l-kalkolu tal-prezz ta’ trasferiment kif imwettaq mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata li jwassal għal riżultat li jiddevja manifestament mill-prinċipju ta’ distakkament.

2.

It-tieni motiv, maqsum f’żewġ partijiet, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107 TFUE sa fejn il-Kummissjoni ma stabbilixxietx in-natura selettiva tad-deċiżjoni fiskali inkwistjoni.

L-ewwel parti bbażata fuq il-fatt li l-Kummissjoni tippreżumi, b’mod żbaljat, in-natura selettiva tad-deċiżjoni fiskali inkwistjoni filwaqt li, skont il-ġurisprudenza, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li jeżisti vantaġġ sabiex tippreżumi n-natura selettiva tiegħu, iżda għandha, fil-kuntest tal-analiżi tagħha tan-natura selettiva, tiddefinixxi qabelxejn il-kuntest ta’ riferiment applikabbli, u sussegwentement tidentifika deroga mill-imsemmi kuntest ta’ riferiment.

It-tieni parti bbażata fuq iċ-ċirkustanza li l-Kummissjoni ma pproduċietx il-prova tal-allegata natura selettiva tal-għajnuna msemmija fir-raġunamenti sussidjarji tagħha. Dawn iż-żewġ konstatazzjonijiet sussidjarji tan-natura selettiva huma manifestament ivvizzjati sa fejn il-Kummissjoni żbaljat dwar il-kuntesti ta’ riferiment u, fi kwalunkwe każ, naqset milli turi l-eżistenza ta’ kwalunkwe deroga minn dawn tal-aħħar.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 4 u 5 TFUE sa fejn il-Kummissjoni twettaq armonizzazzjoni fiskali moħbija billi timponi l-interpretazzjoni tagħha tal-prezz “tajjeb” ta’ trasferiment li LuxOpCo għandha tħallas lil LuxSCS skont il-ftehim ta’ liċenzja inkwistjoni. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni qiegħda fir-realtà tisfrutta d-dritt tal-għajnuna mill-Istat sabiex twettaq armonizzazzjoni fiskali moħbija fil-qasam tal-prezz ta’ trasferiment, bi ksur tal-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament 2015/1589 u tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn il-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tad-drittijiet tad-difiża billi adottat deċiżjoni li teskludi sommarjament dokumentazzjoni ex post ipprovduta minn Amazon u li l-argument prinċipali tagħha, jiġifieri l-iżball fl-għażla tal-parti eżaminata għall-ħtiġijiet tal-metodu tranżazzjonali tal-marġni nett, ma setax ikun is-suġġett ta’ osservazzjonijiet ulterjuri mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jew minn Amazon.

5.

Il-ħames motiv, imqajjem sussidjarjament, ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament 2015/1589, sa fejn l-irkupru tal-għajuna huwa inkompatibbli mal-prinċipju ta’ ċertezza legali fid-dawl tal-bona fide tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu fl-applikazzjoni tal-prezzijiet ta’ trasferiment u tan-natura imprevedibbli tal-approċċ il-ġdid fir-rigward tal-prezzijiet ta’ trasferiment applikat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/39


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2017 – Sierra vs EUIPO

(Kawża T-819/17)

(2018/C 072/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Mercedes Sierra (Alicante, Spanja) (rappreżentant: E. Fontes Vila, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali tordna lill-konvenut ineħħi, mill-“Appraisal Report” (rapport ta’ evalwazzjoni) tar-rikorrenti, fir-rigward tal-proċedura ta’ evalwazzjoni 2016, kwalunkwe kritika marbuta mal-istil ta’ komunikazzjoni tal-istess rikorrenti, sa fejn din il-kritika ma tirriflettix il-verità u tikkostitwixxi ndħil fid-dritt fundamentali tal-persuna għall-espressjoni libera tal-ideat u tal-opinjonijiet tagħha.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-EUIPO adottata fil-proċedura annwali ta’ evalwazzjoni tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet fil-pożizzjoni tax-xogħol tar-rikorrenti, li tikkorrispondi għall-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-2016.

B’mod konkret, ir-rikorrenti qiegħda titlob li evalwazzjonijiet partikolari jitneħħew mill-“Appraisal Report” (rapport ta’ evalwazzjoni).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka d-dritt tagħha li tesprimi ruħha b’mod liberu fi ħdan l-Uffiċċju mingħajr il-biża’ li tiġi ssanzjonata għaliex tagħmel hekk.

Ir-rikorrenti tqis li kien hemm ksur tad-dritt tagħha għal-libertà ta’ espressjoni u tqis li r-raġuni li tiġġustifika d-deċiżjoni li l-uffiċjal ma tiġix promossa b’mod li jistħoqqilha, fid-dawl tal-evalwazzjoni tad-dedikazzjoni tagħha, tal-kwalità u tal-eżerċizzju tax-xogħol tagħha, tqiegħda f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/40


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2017 – Etnia Dreams vs EUIPO – Poisson (Etnik)

(Kawża T-823/17)

(2018/C 072/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Etnia Dreams, SL (Valencia, Spanja) (rappreżentant: P. Gago Comes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Serge Poisson (Limal, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Etnik”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 721 301

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 880/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tilqa’ t-talba tagħha u b’konsegwenza ta’ dan tagħti deċiżjoni ġdida li fiha tilqa’ l-oppożizzjoni Nru B 2 791 229, kif ukoll, permezz tal-mezzi legali xierqa, tiċħad l-applikazzjoni għall-inklużjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 721 301 “Etnik” għall-klassijiet 3 u 35, bis-saħħa tal-Artikoli 8(1)(a) u (b) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, inkwantu teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark tal-Unjoni Nru 11 017 241 li hija proprjetà ta’ Etnia Dreams S.L.

Motivi invokati

Il-bażi tal-oppożizzjoni tidħol kjarament taħt l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

Il-konvenut imissu applika l-aħħar inċiż tar-Regola 17, paragrafi 3 u 4 tar-Regolament Nru 2868/95, u konsegwentement imissu nnotifika l-irregolarità lir-rikorrenti sabiex jinstab rimedju għaliha fit-terminu ta’ xahrejn.

Ksur tal-Artikoli 41 u 42 tar-Regolament Nru 207/2009.

Ksur tal-Artikoli 10, 41, 47 u 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Ksur tal-prinċipji ta’ bona fide u tar-rispett tal-aspettattivi leġittimi.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/41


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2017 – United Parcel Service vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-834/17)

(2018/C 072/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: United Parcel Service, Inc. (Atlanta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Ryan, solicitor, F. Hoseinian u W. Knibbeler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkumpensa lil UPS għad-danni mġarrba, fl-ammont ta’ EUR 1 742 biljun u l-interessi applikabbli;

tikkumpensa lil UPS għat-taxxi li ser jiġu imposti fuq il-kumpens miksub, abbażi tar-rata tat-taxxa applikabbli fid-data li tingħata s-sentenza; u

tikundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob kumpens taħt l-Artikolu 340 TFUE għat-telf imġarrab bħala konsegwenza tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 431, Każ COMP/M.6570 UPS/TNT Express (id-“Deċiżjoni”) li ġiet annullata mill-Qorti Ġenerali fis-7 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża T-194/13.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tiddikjara li d-Deċiżjoni hija vvizzjata bi ksur serju ta’ dispożizzjonijiet legali li huma intiżi li jagħtu drittijiet lil UPS. Skont ir-rikorrenti, kull każ ta’ ksur individwalment saħħaħ id-Deċiżjoni u waqqaf lir-rikorrenti milli jakkwista lil TNT u milli jimmaterjalizza l-benefiċċji assoċjati ma’ dik it-tranżazzjoni proposta.

Ir-rikorrenti tiddikjara li dan il-ksur huwa ksur serju tal-liġi li tirregola (1) l-analiżi tal-konċentrazzjoni tal-prezzijiet; (2) l-analiżi tal-effiċjenzi; (3) l-evalwazzjoni tal-kapaċità kompetittiva ta’ FedEx; u (4) l-evalwazzjoni tal-prossimità tal-kompetizzjoni magħmula fid-Deċiżjoni.

Skont ir-rikorrenti, kull ksur, ikkunsidrat individwalment jew meħudin flimkien, huwa responsabbli għad-Deċiżjoni illegali u jistabbilixxi r-responsabbiltà tal-Unjoni taħt l-Artikolu 340 TFUE.

Ir-rikorrenti tiddikjara wkoll li dan il-ksur imbagħad kien ikkawża t-telf tar-rikorrenti għaliex, kieku dan il-ksur ma seħħx, UPS kienet takkwista lil TNT. Mingħajr kwalunkwe waħda mill-analiżi tal-konċentrazzjoni tal-prezzijiet, l-analiżi tal-effiċjenzi, l-evalwazzjoni tal-kapaċità kompetittiva ta’ FedEx u l-evalwazzjoni tal-prossimità tal-kompetizzjoni, li kollha kemm huma kienu żbaljati, kif tiddikjara r-rikorrenti, l-ebda amministrazzjoni normalment prudenti u diliġenti kienet tipprojbixxi t-tranżazzjoni proposta.

Skont ir-rikorrenti, hija għandha għalhekk titqiegħed fil-pożizzjoni li kienet tkun fiha kieku d-Deċiżjoni illegali ma kinitx adottata bħala kumpens abbażi tal-Artikolu 340 TFUE.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/42


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2017 – Eurofer vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-835/17)

(2018/C 072/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eurofer, Association Européenne de l’Acier, ASBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Killick, Barrister u G. Forwood, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1795 tal-5 ta Ottubru 2017 (ĠU L 258, p. 24);

tordna l-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura mitluba, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq żball ta’ liġi, sa fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li ma takkumulax l-importazzjonijiet Serbi ma’ dawk tal-erba’ pajjiżi l-oħra li huma s-suġġett tal-investigazzjoni, skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku (1).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq żball ta’ liġi, sa fejn il-Kummissjoni qieset li ma kienx “meħtieġ” li jiġu previsti miżuri ta’ difiża kontra s-Serbja, fis-sens tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament bażiku, u dan anki fuq bażi mhux akkumulata.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku, il-ksur tad-dritt ta’ aċċess tar-rikorrenti u tad-drittijiet tagħha tad-difiża, kif ukoll in-nuqqas ta’ osservanza tal-amministrazzjoni tajba stabbilit mill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba li l-Kummissjoni naqset milli tikkomunika l-marġni ta’ dannu (bejgħ għal prezz inqas minn dak indikat) u l-marġni ta’ bejgħ għal prezz inqas minn dak indikat rigward l-importazzjonijiet Serbi, u r-rifjut konsegwenti li teżamina b’attenzjoni u b’mod imparzjali l-apetti kollha rilevanti tal-każ.


(1)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, p. 21).


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/43


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2017 – Negru vs EUIPO – Sky (SkyPrivate)

(Kawża T-837/17)

(2018/C 072/54)

Lingwa tar-rikors: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Alexandru Negru (Iași, ir-Rumanija) (rappreżentant: I.-M. Iliescu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky plc (Isleworth, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea u li tinkludi l-element verbali “Skyprivate”

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 349/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/43


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2018 – Holzer y Cia vs EUIPO – Annco (ANN TAYLOR)

(Kawża T-3/18)

(2018/C 072/55)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Holzer y Cia, SA de CV (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Annco, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “ANN TAYLOR” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 865 651

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: pproċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 2370/2016-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonferma l-validità tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 9 865 651 “ANN TAYLOR” fir-rigward tal-prodotti kollha li għalihom din l-applikazzjoni talbet protezzjoni;

tikkundanna lill-intervenjent għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Il-Bord tal-Appell wettaq żball fl-analiżi tiegħu fir-rigward: tal-eżistenza ta’ xebh li jikkawża konfużjoni bejn is-sinjali kunfliġġenti u l-għarfien min-naħa tal-proprjetarju ta’ trade mark b’xebh li jikkawża konfużjoni meta ppreżenta l-applikazzjoni tiegħu; tal-intenzjonijiet tal-proprjetarju meta rreġistra t-trade mark tiegħu; tal-valur probatorju mogħti lill-evidenza mressqa mill-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u tal-oneru tal-prova.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/44


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2018 – Holzer y Cia vs EUIPO – Annco (AT ANN TAYLOR)

(Kawża T-4/18)

(2018/C 072/56)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Holzer y Cia, SA de CV (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Annco, Inc. (New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade figurattiva li tinkludi l-element verbali “AT ANN TAYLOR” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 197 647

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 2371/2016-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonferma l-validità tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 11 197 647 “AT ANN TAYLOR” għall-prodotti kollha li għalihom intalbet il-protezzjoni permezz tal-applikazzjoni inkwistjoni;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Il-Bord tal-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tiegħu għal dak li jirrigwarda: l-eżistenza ta’ xebh li joħloq konfużjoni bejn is-sinjali kunfliġġenti u l-għarfien tal-proprjetarju, meta ppreżentat l-applikazzjoni tagħha, ta’ trade mark li tant tixxiebah li toħloq konfużjoni; l-intenzjonijiet tal-proprjetarju fil-mument tal-preżentazzjoni tat-trade mark tagħha; is-saħħa probatorja mogħtija lill-provi prodotti mir-rikorrenti li qiegħda titlob l-annullament u l-oneru tal-prova.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/45


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2018 – Hamburg Beer Company vs EUIPO (Hamburg BEER COMPANY)

(Kawża T-5/18)

(2018/C 072/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hamburg Beer Company GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u M. Alber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Hamburg BEER COMPANY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 272 743

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 436/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/46


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2018 – Hamburg Beer Company vs EUIPO (Hamburg Beer Company)

(Kawża T-6/18)

(2018/C 072/58)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hamburg Beer Company GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u M. Alber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Hamburg Beer Company” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 272 784

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 437/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/46


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2018 – inforsacom Informationssysteme vs EUIPO (Business and technology working as one)

(Kawża T-7/18)

(2018/C 072/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: inforsacom Informationssysteme GmbH (Neu-Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u M. Alber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Business and technology working as one” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 272 586

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 808/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/47


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2018 – Addiko Bank vs EUIPO (STRAIGHTFORWARD BANKING)

(Kawża T-9/18)

(2018/C 072/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Addiko Bank AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Seling, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża: it-trade mark verbali tal-Unjoni “STRAIGHTFORWARD BANKING” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 133 449

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 1090/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/47


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2018 – Zweirad-Center Stadler vs EUIPO – Triumph Designs (Triumph)

(Kawża T-12/18)

(2018/C 072/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zweirad-Center Stadler GmbH (Regensburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ruess u A. Doepner-Thiele, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Triumph Designs Ltd (Swadlincote, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Triumph” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 717 672

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 665/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għall-prodotti fil-klassijiet 9, 12 u 25;

tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark għal dawn il-prodotti jew, sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-EUIPO sabiex jadotta l-miżuri neċessarji;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.