ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 52

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
12 ta' Frar 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 52/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 52/02

Kawża C-600/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Diċembru 2017 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 216(1) TFUE — Artikolu 218(9) TFUE — Stabbiliment tal-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni f’korp stabbilit minn ftehim internazzjonali — Kumitat ta’ Reviżjoni tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) — Emenda tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) u tal-appendiċijiet tagħha — Kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha — Kompetenza esterna tal-Unjoni f’qasam li fih l-Unjoni, sa dak iż-żmien, ma tkunx adottat regoli komuni — Validità tad-Deċiżjoni 2014/699/UE — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali)

2

2018/C 52/03

Kawża C-598/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia de Jerez de la Frontera – Spanja) – Banco Santander, SA vs Cristobalina Sánchez López (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Klawżoli inġusti — Setgħat tal-qorti nazzjonali — Effettività tal-protezzjoni rikonoxxuta lill-konsumaturi — Kuntratt ta’ self ipotekarju — Proċedura ta’ eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-garanzija ipotekarja — Proċedura ġudizzjarja ssemplifikata ta’ rikonoxximent tad-drittijiet in rem tal-aġġudikatur

3

2018/C 52/04

Kawża C-61/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2017 – European Bicycle Manufacturers Association (EBMA) vs Giant (China) Co. Ltd, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Dumping — Regolament (UE) Nru 502/2013 — Importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina — Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 18(1) — Kooperazzjoni — Kunċett ta’ informazzjoni neċessarja — Artikolu 9(5) — Talba għal trattament individwali — Riskju ta’ evitar)

3

2018/C 52/05

Kawża C-189/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen – l-Isvezja) – Boguslawa Zaniewicz-Dybeck vs Pensionsmyndigheten (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 46(2) — Artikolu 47(1)(d) — Artikolu 50 — Pensjoni ggarantita — Benefiċċju minimu — Kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni)

4

2018/C 52/06

Kawża C-230/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – Coty Germany GmbH vs Parfümerie Akzente GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Akkordji — Artikolu 101(1) TFUE — Distribuzzjoni selettiva ta’ prodotti kożmetiċi ta’ lussu — Klawżola li tipprojbixxi lid-distributuri milli jużaw terz li ma jkunx awtorizzat fil-kuntest tal-bejgħ bl-internet — Regolament (UE) Nru 330/2010 — Artikolu 4(b) u (c))

5

2018/C 52/07

Kawża C-243/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 30 de Barcelona – Spanja) – Antonio Miravitlles Ciurana et vs Contimark SA, Jordi Socias Gispert (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt tal-kumpanniji — Direttiva 2009/101/KE — Artikoli 2 u 6 sa 8 — Direttiva 2012/30/UE — Artikoli 19 u 36 — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 20, 21 u 51 — Irkupru ta’ djun li jirriżultaw minn kuntratt ta’ xogħol — Dritt li teżerċita, quddiem l-istess qorti, azzjoni kontra l-kumpannija u l-amministratur tagħha, fil-kwalità tiegħu ta’ persuna responsabbli u kodebitur in solidum tad-djun tal-kumpannija)

6

2018/C 52/08

Kawża C-305/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Avon Cosmetics Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Sitt Direttiva 77/388/KEE — Punt 1(a) tal-Artikolu 11A — Valur taxxabbli — Artikolu 17 — Dritt għal tnaqqis — Artikolu 27 — Miżuri partikolari ta’ deroga — Deċiżjoni 89/534/KEE — Sistema ta’ kummerċjalizzazzjoni bbażata fuq il-kunsinna ta’ oġġetti permezz ta’ persuni mhux taxxabbli — Impożizzjoni fuq il-valur normali tal-oġġett determinat fl-aħħar stadju ta’ kummerċjalizzazzjoni — Inklużjoni tal-ispejjeż imħallsa mill-persuni msemmija)

6

2018/C 52/09

Kawża C-329/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État – Franza) – Syndicat national de l’industrie des technologies médicales (Snitem), Philips France vs Premier ministre, Ministre des Affaires sociales et de la Santé (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Mezzi mediċi — Direttiva 93/42/KEE — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ mezz mediku — Marka CE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta s-softwer li jgħin fil-preskrizzjoni medika għal proċedura għaċ-ċertifikazzjoni stabbilita minn awtorità nazzjonali)

7

2018/C 52/10

Kawża C-403/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Soufiane El Hassani vs Minister Spraw Zagranicznych (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (KE) Nru 810/2009 — Artikolu 32(3) — Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi — Deċiżjoni li tirrifjuta l-viża — Dritt tal-applikant li jappella minn din id-deċiżjoni — Obbligu ta’ Stat Membru li jiggarantixxi d-dritt għal rimedju ġurizzjarju

8

2018/C 52/11

Kawża C-408/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Compania Naţională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA, li qabel kienet Compania Naţională de Autostrăzi şi Drumuri Naţionale din România SA vs Ministerul Fondurilor Europene – Direcţia Generală Managementul Fondurilor Externe (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Regolament (KE) Nru 1083/2006 — Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, Fond Soċjali Ewropew u Fond ta’ Koeżjoni — Kuntratt għall-finanzjament tal-kostruzzjoni ta’ awtostrada konkluż mal-Bank Ewropew għall-Investiment qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea — Kunċett ta’ irregolarità fis-sens tar-Regolament Nru 1083/2006)

9

2018/C 52/12

Kawża C-487/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2017 – Telefónica SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Akkordji — Swieq tat-telekomunikazzjoni tal-Portugall u ta’ Spanja — Klawżola ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni li tinsab f’kuntratt konkluż bejn żewġ kumpanniji — Restrizzjoni minħabba l-għan — Drittijiet tad-difiża — Rifjut tas-smigħ tax-xhieda — Multi — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti)

10

2018/C 52/13

Kawża C-567/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – Merck Sharp & Dohme Corporation vs Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà industrijali u kummerċjali — Dritt tal-privattivi — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Regolament (KE) Nru 469/2009 — Artikolu 3(b) — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari — Kundizzjonijiet għall-kisba — Artikolu 10(3) — Għoti ta’ ċertifikat jew ċaħda tal-applikazzjoni għal ċertifikat — Direttiva 2001/83/KE — Artikolu 28(4) — Proċedura ddeċentralizzata)

10

2018/C 52/14

Kawża C-630/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Helsingin hallinto-oikeus – il-Finlandja) – proċedura mibdija minn Anstar Oy (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kundizzjonijiet armonizzati ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti għall-kostruzzjoni — Standard armonizzat EN 1090-1:2009+A1:2011 — Kriterji ta’ determinazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ standard adottat mill-Kumitat Ewropew ta’ Standardizzazzjoni (CEN) skont mandat tal-Kummissjoni Ewropea — Partijiet minn riffieda li għandhom jiġu ffissati fil-konkrit qabel it-twebbis tiegħu u użati għall-iffissar ta’ pannelli tal-faċċata u l-appoġġi tal-ġebel għall-qafas tal-bini)

11

2018/C 52/15

Kawża C-636/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Pamplona – Spanja) – Wilber López Pastuzano vs Delegación del Gobierno en Navarra (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għat-tul — Direttiva 2003/109/KE — Artikolu 12 — Teħid ta’ deċiżjoni ta’ tneħħija kontra residenti għat-tul — Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn l-elementi — Kompatibbiltà)

11

2018/C 52/16

Kawża C-42/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte costituzionale – l-Italja) – Proċeduri kriminali kontra M.A.S., M.B. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 325 TFUE — Sentenza tat-8 ta’ Settembru 2015, Taricco et (C-105/14, EU:C:2015:555) — Proċedura kriminali li tikkonċerna reati fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi termini ta’ preskrizzjoni li jistgħu jwasslu għall-impunità tar-reati — Preġudizzju għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Obbligu li titħalla mhux applikata kull dispożizzjoni tad-dritt intern li tista’ tippreġudika l-obbligi imposti fuq l-Istati Membri mid-dritt tal-Unjoni — Prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege)

12

2018/C 52/17

Kawża C-66/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Poznań-Grunwald i Jeżyce w Poznaniu – il-Polonja) – Grzegorz Chudaś, Irena Chudaś vs DA Deutsche Allgemeine Versicherung Aktiengesellschaft AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 805/2004 — Kamp ta’ applikazzjoni — Titolu eżekuttiv Ewropew għad-debiti mhux ikkontestati — Titoli eżekuttivi li jistgħu jiġu ċċertifikati bħala titolu eżekuttiv Ewropew — Deċiżjoni dwar l-ammont tal-ispejjeż legali li tinsab f’sentenza li ma tirrigwardax debitu mhux ikkontestat — Esklużjoni)

13

2018/C 52/18

Kawża C-344/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Torino – l-Italja) – IJDF Italy Srl vs Violeta Fernando Dionisio, Alex Del Rosario Fernando (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li d-debitur prinċipali u l-garanti jitressqu quddiem l-istess qorti — Deroga mir-regoli li jistabbilixxu l-forum tal-konsumatur — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja)

13

2018/C 52/19

Kawża C-622/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fit-3 ta’ Novembru 2017 – Baltic Media Alliance Ltd vs Lietuvos radijo ir televizijos komisija

14

2018/C 52/20

Kawża C-626/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Roma (l-Italja) fit-3 ta’ Novembru 2017 – Alberto Rossi et vs Ministero della Giustizia

14

2018/C 52/21

Kawża C-634/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Oldenburg (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Novembru 2017 – ReFood GmbH & Co. KG vs Landwirtschaftskammer Niedersachsen

16

2018/C 52/22

Kawża C-638/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-15 ta’ Novembru 2017 – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs UAB Skonis ir kvapas

16

2018/C 52/23

Kawża C-639/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fil-15 ta’ Novembru 2017 – SIA KPMG Baltics, likvidējamās AS Latvijas Krājbanka administratore

17

2018/C 52/24

Kawża C-643/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis-17 ta’ Novembru 2017 – GE Power Controls Portugal – Unipessoal Lda vs Fazenda Pública

17

2018/C 52/25

Kawża C-644/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Novembru 2017 – Eurobolt BV

18

2018/C 52/26

Kawża C-646/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Brindisi (l-Italja) fis-17 ta’ Novembru 2017 – proċeduri kriminali kontra Gianluca Moro

19

2018/C 52/27

Kawża C-647/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fl-20 ta’ Novembru 2017 – Skatteverket vs Srf konsulterna AB

19

2018/C 52/28

Kawża C-650/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Novembru 2017 – QH

20

2018/C 52/29

Kawża C-657/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-24 ta’ Novembru 2017 – Hussein Mohamad Hussein

20

2018/C 52/30

Kawża C-659/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-24 ta’ Novembru 2017 – Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Azienda Napoletana Mobilità SpA

21

2018/C 52/31

Kawża C-667/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari (l-Italja) fl-24 ta’ Novembru 2017 – Francesca Cadeddu vs Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Cagliari et

22

2018/C 52/32

Kawża C-672/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fit-28 ta’ Novembru 2017 – Tratave-Tratamento de Águas Residuais do Ave SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

22

2018/C 52/33

Kawża C-675/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-30 ta’ Novembru 2017 – Ministero della Salute vs Hannes Preindl

23

2018/C 52/34

Kawża C-683/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fis-6 ta’ Diċembru 2017 – Cofemel – Sociedade de Vestuário SA vs G-Star Raw CV

23

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 52/35

Kawża T-505/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Regolamenti (KE) Nri 1782/2003, 1290/2005, 73/2009 u 1122/2009 — Infiq imġarrab mill-Ungerija — Kundizzjonalità — Kontroll tal-kundizzjonijiet statutorji fil-qasam tal-ġestjoni — Kontroll tal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba — Korrezzjonijiet b’rata fissa u speċifiċi — Riskju għall-Fondi)

25

2018/C 52/36

Kawża T-304/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – bet365 Group vs EUIPO – Hansen (BET 365) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BET 365 — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Prova — Użu tat-trade mark għal diversi finijiet — Artikolu 7(3) u Artikolu 52(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

26

2018/C 52/37

Kawża T-609/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – PB vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/309/15 (AD 11) — Tobba għas-sit ta’ Lussemburgu — Rifjut ta’ ammissjoni għall-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni — Limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa għal numru ristrett ta’ lingwi uffiċjali tal-Unjoni — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà — Dannu morali)

26

2018/C 52/38

Kawża T-792/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Diċembru 2017 – N & C Franchise vs EUIPO – Eschenbach Optik (OJO sunglasses) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea OJO sunglasses — Trade mark verbali internazzjonali preċedenti oio — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

27

2018/C 52/39

Kawża T-21/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – RL vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2015 — Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 10, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2015 — Trasferiment interistituzzjonali — Sistema prorata temporis — Eżami komparattiv tal-merti — Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal — Responsabbiltà)

28

2018/C 52/40

Kawża T-559/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Durazzo vs SEAE (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2014 — Atti li ma jikkawżax preġudizzju — Inammissibbiltà manifesta — Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss — Artikolu 43 u Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Eżami komparattiv tal-merti — Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni għall-finijiet tal-promozzjoni — Evalwazzjonijiet esklużivament letterali — Assenza ta’ metodu li jippermetti l-komparabbiltà tar-rapporti ta’ evalwazzjoni għall-finijiet tal-promozzjoni — Rikors manifestament fondat)

28

2018/C 52/41

Kawża T-849/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – PGNiG Supply & Trading vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Suq intern tal-gass naturali — Direttiva 2009/73/KE — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni għar-regoli tal-Unjoni tal-modalitajiet ta’ tħaddim tal-pipeline tal-gass OPAL dwar l-aċċess minn terzi u r- regolamentazzjoni tariffarja — Nuqqas ta’ inċidenza diretta — Inammissibbiltà)

29

2018/C 52/42

Kawża T-853/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Techniplan vs Il-Kummissjoni (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni — Rikors għad-danni — Nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżiti formali — Talba għal ordni — Inammissibbiltà manifesta — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni)

30

2018/C 52/43

Kawża T-284/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2017 – Le Pen vs Il-Parlament (Rikors għal annullament u għad-danni — Dritt istituzzjonali — Membru tal-Parlament Ewropew — Privileġġi u immunitajiet — Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari — Tmiem tal-interess ġuridiku — Ma hemmx lok, parzjalment, li tingħata deċiżjoni — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat id-dritt)

30

2018/C 52/44

Kawża T-475/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Rogesa vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Dokumenti dwar installazzjoni li tipproduċi taħlita ta’ pritkuni u minerali sinterizzati — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Deċiżjoni espliċita adottata qabel il-preżentata tar-rikors — Talba għall-konstatazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Interess ġuridiku — Inammissibbiltà manifesta)

31

2018/C 52/45

Kawża T-768/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2017 – Comprojecto-Projectos e Construções et vs BĊE

31

2018/C 52/46

Kawża T-780/17: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2017 – US vs BĊE

34

2018/C 52/47

Kawża T-793/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2017 – Bruel vs Il-Kummissjoni u SEAE

35

2018/C 52/48

Kawża T-805/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2017 – BASF vs ECHA

36

2018/C 52/49

Kawża T-806/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2017 – BASF u REACH & colours vs ECHA

37

2018/C 52/50

Kawża T-811/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2017 – Classic Media vs EUIPO – Pirelli Tyre (CLASSIC DRIVER)

38

2018/C 52/51

Kawża T-812/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2017 – Seco Belgium u Vinçotte vs Il-Parlament

39

2018/C 52/52

Kawża T-813/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Nerantzaki vs Il-Kummissjoni

39

2018/C 52/53

Kawża T-814/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Lietuvos geležinkeliai vs Il-Kummissjoni

40

2018/C 52/54

Kawża T-821/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2017 – Vitromed vs EUIPO – Vitromed Healthcare (VITROMED Germany)

41

2018/C 52/55

Kawża T-825/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – Carbon System Verwaltungs vs EUIPO (LIGHTBOUNCE)

42

2018/C 52/56

Kawża T-826/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – TeamBank vs EUIPO – Fio Systems (FYYO)

42

2018/C 52/57

Kawża T-831/17: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2017 – DRH Licensing & Managing vs EUIPO – Merck (Flexagil)

43

2018/C 52/58

Kawża T-305/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Airdata vs Il-Kummissjoni

44

2018/C 52/59

Kawża T-234/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Meissen Keramik vs EUIPO

44

2018/C 52/60

Kawża T-451/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2017 – Verband der Deutschen Biokraftstoffindustrie vs Il-Kummissjoni

44


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 052/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 42, 5.2.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 32, 29.1.2018

ĠU C 22, 22.1.2018

ĠU C 13, 15.1.2018

ĠU C 5, 8.1.2018

ĠU C 437, 18.12.2017

ĠU C 424, 11.12.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Diċembru 2017 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-600/14) (1)

((Rikors għal annullament - Azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 216(1) TFUE - Artikolu 218(9) TFUE - Stabbiliment tal-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni f’korp stabbilit minn ftehim internazzjonali - Kumitat ta’ Reviżjoni tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) - Emenda tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) u tal-appendiċijiet tagħha - Kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha - Kompetenza esterna tal-Unjoni f’qasam li fih l-Unjoni, sa dak iż-żmien, ma tkunx adottat regoli komuni - Validità tad-Deċiżjoni 2014/699/UE - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali))

(2018/C 052/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn D. Colas, G. de Bergues u M. Hours, aġenti, sussegwentement minn D. Colas u M.-L. Kitamura, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Brodie, M. Holt u D. Robertson, aġenti, assistiti minn J. Holmes, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan, Z. Kupčová u J.-P. Hix, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, W. Mölls u J. Hottiaux, aġenti)

Dispożittiv

1.

Ir-rikors huwa miċħud.

2.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.

3.

Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia de Jerez de la Frontera – Spanja) – Banco Santander, SA vs Cristobalina Sánchez López

(Kawża C-598/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Klawżoli inġusti - Setgħat tal-qorti nazzjonali - Effettività tal-protezzjoni rikonoxxuta lill-konsumaturi - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Proċedura ta’ eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-garanzija ipotekarja - Proċedura ġudizzjarja ssemplifikata ta’ rikonoxximent tad-drittijiet in rem tal-aġġudikatur)

(2018/C 052/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia de Jerez de la Frontera

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco Santander, SA

Konvenut: Cristobalina Sánchez López

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, ma jistgħux jiġu applikati għal proċedura bħal dik inkwisjoni fil-kawża prinċipali, mibdija mill-aġġudikatur ta’ beni immobbli wara eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-garanzija ipotekarja mogħtija fuq dan il-beni minn konsumatur għall-benefiċċju ta’ kreditur bejjiegħ jew fornitur li għandu bħala għan il-protezzjoni tad-drittijiet in rem legalment akkwistati minn dan l-aġġudikatur, sa fejn, minn naħa, din il-proċedura hija indipendenti mir-relazzjoni legali li torbot il-kreditur bejjiegħ jew fornitur mal-konsumatur u, min-naħa l-oħra, il-garanzija ipotekarja ġiet eżegwita, il-beni immobbli nbiegħ u d-drittijiet in rem marbutin magħha ġew trasferiti mingħajr ma l-konsumatur għamel użu mill-mezzi legali previsti f’dan il-kuntest.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2017 – European Bicycle Manufacturers Association (EBMA) vs Giant (China) Co. Ltd, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-61/16 P) (1)

((Appell - Dumping - Regolament (UE) Nru 502/2013 - Importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 18(1) - Kooperazzjoni - Kunċett ta’ “informazzjoni neċessarja” - Artikolu 9(5) - Talba għal trattament individwali - Riskju ta’ evitar))

(2018/C 052/04)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: European Bicycle Manufacturers Association (EBMA) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avocat, J. Beck, solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Giant (China) Co. Ltd (rappreżentant: P. De Baere, avocat), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, assistita minn B. O’Connor, solicitor, u minn S. Gubel, avocat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u A. Demeneix, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-European Bicycle Manufacturers Association (EBMA) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk ta’ Giant (China) Co. Ltd.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen – l-Isvezja) – Boguslawa Zaniewicz-Dybeck vs Pensionsmyndigheten

(Kawża C-189/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 46(2) - Artikolu 47(1)(d) - Artikolu 50 - Pensjoni ggarantita - Benefiċċju minimu - Kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni))

(2018/C 052/05)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Boguslawa Zaniewicz-Dybeck

Konvenuta: Pensionsmyndigheten

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni emendata tiegħu u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/1998 tad-29 ta’ Ġunju 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kalkolu mill-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru ta’ benefiċċju minimu bħall-pensjoni ggarantita inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma hemmx lok li jiġi applikat l-Artikolu 46(2), jew l-Artikolu 47(1)(d) tal-imsemmi regolament. Tali benefiċċju għandu jiġi kkalkolat konformement mad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 50 tal-istess regolament u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, mingħajr madankollu ma jiġu applikati dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, relatati mal-kalkolu pro rata.

2)

Ir-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni emendata tiegħu u aġġornata bir-Regolament Nru 1606/98, u b’mod iktar partikolari l-Artikolu 50 tal-imsemmi regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li jipprevedi li, fil-kalkolu ta’ benefiċċju minimu bħall-pensjoni ggarantita inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-istituzzjoni kompetenti għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-perijodi tal-irtirar kollha li l-persuna kkonċernata tirċievi effettivament minn Stat Membru jew minn numru ta’ Stati Membri oħra.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – Coty Germany GmbH vs Parfümerie Akzente GmbH

(Kawża C-230/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 101(1) TFUE - Distribuzzjoni selettiva ta’ prodotti kożmetiċi ta’ lussu - Klawżola li tipprojbixxi lid-distributuri milli jużaw terz li ma jkunx awtorizzat fil-kuntest tal-bejgħ bl-internet - Regolament (UE) Nru 330/2010 - Artikolu 4(b) u (c)))

(2018/C 052/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Coty Germany GmbH

Konvenuta: Parfümerie Akzente GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li sistema ta’ distribuzzjoni selettiva ta’ prodotti ta’ lussu intiża, prinċipalment, li tinżamm id-dehra ta’ lussu ta’ dawn il-prodotti hija konformi ma’ din id-dispożizzjoni, sakemm l-għażla tal-bejjiegħa mill-ġdid isseħħ abbażi ta’ kriterji oġġettivi ta’ natura kwalitattiva, stabbiliti b’mod uniformi fir-rigward tal-bejjiegħa mill-ġdid potenzjali kollha u applikati b’mod nondiskriminatorju, u sakemm il-kriterji ddefiniti ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju.

2)

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix klawżola kuntrattwali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi lid-distributuri awtorizzati ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva ta’ prodotti ta’ lussu intiża, prinċipalment, li tinżamm id-dehra ta’ lussu ta’ dawn il-prodotti milli jużaw pjattaformi terzi identifikabbli għall-bejgħ fuq l-internet tal-prodotti li jkunu s-suġġett tal-kuntratt, sakemm din il-klawżola hija intiża li żżomm id-dehra ta’ lussu tal-imsemmija prodotti, hija stabbilita b’mod uniformi u applikata b’mod nondiskriminatorju, u hija proporzjonata fid-dawl tal-għan li għandu jintlaħaq, liema fatti għandhom jiġu vverifikati mill-qorti tar-rinviju.

3)

L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji [ftehimiet] vertikali u prattiċi miftiehma, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-projbizzjoni imposta fuq il-membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva ta’ prodotti ta’ lussu, li joperaw bħala distributuri fis-suq, li jintużaw impriżi terzi identifikabbli għall-bejgħ bl-internet, ma tikkostitwixxix restrizzjoni tal-klijentela, fis-sens tal-Artikolu 4(b) ta’ dan ir-regolament, jew restrizzjoni tal-bejgħ passiv lill-utenti finali, fis-sens tal-Artikolu 4(c) tal-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 30 de Barcelona – Spanja) – Antonio Miravitlles Ciurana et vs Contimark SA, Jordi Socias Gispert

(Kawża C-243/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-kumpanniji - Direttiva 2009/101/KE - Artikoli 2 u 6 sa 8 - Direttiva 2012/30/UE - Artikoli 19 u 36 - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 20, 21 u 51 - Irkupru ta’ djun li jirriżultaw minn kuntratt ta’ xogħol - Dritt li teżerċita, quddiem l-istess qorti, azzjoni kontra l-kumpannija u l-amministratur tagħha, fil-kwalità tiegħu ta’ persuna responsabbli u kodebitur in solidum tad-djun tal-kumpannija))

(2018/C 052/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 30 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Antonio Miravitlles Ciurana, Alberto Marina Lorente, Jorge Benito García, Juan Gregorio Benito García

Konvenuti: Contimark SA, Jordi Socias Gispert

Dispożittiv

Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 [KE], bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti, u b’mod partikolari l-Artikoli 2 6 u 8 tagħha, kif ukoll id-Direttiva 2012/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 TFUE, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti, fir-rigward ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata kif ukoll iż-żamma ta’ tibdil tal-kapital tagħha u b’mod partikolari l-Artikoli 19 u 36 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jikkonferixxux fuq l-impjegati, kredituri ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata abbażi tal-ksur tal-kuntratt ta’ xogħol tagħhom, id-dritt li jeżerċitaw, quddiem l-istess qorti tax-xogħol bħal dik li għandha l-kompetenza sabiex tieħu konjizzjoni tal-azzjoni tagħhom intiża sabiex jiġi rrikonoxxut il-kreditu salarjali tagħhom, azzjoni ta’ responsabbiltà kontra l-amministratur ta’ din il-kumpannija, peress li naqas milli jsejjaħ laqgħa ġenerali ta’ din minkejja t-telf serju li din sofriet, sabiex jaraw li dan l-amministratur jiġi ddikjarat kodebitur in solidum tal-imsemmi kreditu salarjali.


(1)  ĠU C 279, 1.8.2016


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Avon Cosmetics Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-305/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Punt 1(a) tal-Artikolu 11A - Valur taxxabbli - Artikolu 17 - Dritt għal tnaqqis - Artikolu 27 - Miżuri partikolari ta’ deroga - Deċiżjoni 89/534/KEE - Sistema ta’ kummerċjalizzazzjoni bbażata fuq il-kunsinna ta’ oġġetti permezz ta’ persuni mhux taxxabbli - Impożizzjoni fuq il-valur normali tal-oġġett determinat fl-aħħar stadju ta’ kummerċjalizzazzjoni - Inklużjoni tal-ispejjeż imħallsa mill-persuni msemmija))

(2018/C 052/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Avon Cosmetics Ltd

Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 17 u 27 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/7/KE, tal-20 ta’ Jannar 2004, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux miżura ta’ deroga, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, awtorizzata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/534/KEE tal-24 ta’ Mejju 1989 li tawtorizza lir-Renju Unit japplika, fir-rigward ta’ ċerti kunsinni mwettqa lil bejjiegħa mhux taxxabbli, miżura ta’ deroga għall-punt 1(a) tal-Artikolu 11A tas-Sitt Direttiva, abbażi tal-Artikolu 27 ta’ din id-direttiva, fil-punt 1(a) tal-Artikolu 11A tad-direttiva msemmija, li tgħid li l-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ta’ kumpannija ta’ bejgħ dirett huwa l-valur normali tal-oġġetti mibjugħa fl-istadju tal-konsum finali, meta l-oġġetti msemmija jiġu kkummerċjalizzati permezz ta’ bejjiegħa mhux taxxabbli għall-VAT, anki jekk din il-miżura ta’ deroga ma tiħux inkunsiderazzjoni, b’mod jew ieħor, il-VAT imħallsa f’ras il-għajn relattiva għall-artikli ta’ dimostrazzjoni mixtrija minn dawn il-bejjiegħa mingħand il-kumpannija msemmija.

2)

L-eżami tal-ewwel domanda ma rrileva ebda element tali li jaffettwa l-validità tad-Deċiżjoni 89/534.

3)

L-Artikolu 27 tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 2004/7, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeżiġix mill-Istat Membru li jitlob l-awtorizzazzjoni biex jidderoga mill-punt 1(a) tal-Artikolu 11A ta’ din id-direttiva, li jinforma lill-Kummissjoni Ewropea li bejjiegħa mhux taxxabbli jħallsu l-VAT fuq xiri ta’ artikli ta’ dimostrazzjoni mixtrija mingħand kumpannija ta’ bejgħ dirett, użati għall-finijiet tal-attività ekonomika tagħhom, sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni, b’mod jew ieħor, din it-taxxa mħallsa f’ras il-għajn fil-metodi tal-miżura ta’ deroga.


(1)  ĠU C 270, 25.7.2016.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État – Franza) – Syndicat national de l’industrie des technologies médicales (Snitem), Philips France vs Premier ministre, Ministre des Affaires sociales et de la Santé

(Kawża C-329/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Mezzi mediċi - Direttiva 93/42/KEE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “mezz mediku” - Marka CE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta s-softwer li jgħin fil-preskrizzjoni medika għal proċedura għaċ-ċertifikazzjoni stabbilita minn awtorità nazzjonali))

(2018/C 052/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Syndicat national de l'industrie des technologies médicales (Snitem), Philips France

Konvenuti: Premier ministre, Ministre des Affaires sociales et de la Santé

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi, kif emendata bid-Direttiva 2007/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 għandhom jiġu interpretati fis-sens li softwer li waħda mill-funzjonijiet tiegħu tippermetti l-użu ta’ data ta’ pazjent, għall-finijiet, b’mod partikolari, li jiġu skoperti kontraindikazzjonijiet, l-interazzjoni bejn mediċini u d-dożi eċċessivi, jikkostitwixxi, għal dak li jikkonċerna din il-funzjoni, mezz mediku, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, u dan anki jekk tali softwer ma jkunx jaġixxi direttament ġewwa jew fuq il-ġisem tal-bniedem.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Soufiane El Hassani vs Minister Spraw Zagranicznych

(Kawża C-403/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (KE) Nru 810/2009 - Artikolu 32(3) - Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi - Deċiżjoni li tirrifjuta l-viża - Dritt tal-applikant li jappella minn din id-deċiżjoni - Obbligu ta’ Stat Membru li jiggarantixxi d-dritt għal rimedju ġurizzjarju)

(2018/C 052/10)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Soufiane El Hassani

Konvenut: Minister Spraw Zagranicznych

Dispożittiv

L-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jipprovdu għal proċedura ta’ appell mid-deċiżjonijiet ta’ rifjut ta’ viżi, li l-modalitajiet tagħha għandhom jaqgħu taħt l-ordinament ġuridiku ta’ kull Stat Membru b’osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività. Din il-proċedura għandha tiggaranixxi, f’ċertu stadju tal-proċedura, rimedju ġudizzjarju.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Compania Naţională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA, li qabel kienet Compania Naţională de Autostrăzi şi Drumuri Naţionale din România SA vs Ministerul Fondurilor Europene – Direcţia Generală Managementul Fondurilor Externe

(Kawża C-408/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, Fond Soċjali Ewropew u Fond ta’ Koeżjoni - Kuntratt għall-finanzjament tal-kostruzzjoni ta’ awtostrada konkluż mal-Bank Ewropew għall-Investiment qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea - Kunċett ta’ “irregolarità” fis-sens tar-Regolament Nru 1083/2006))

(2018/C 052/11)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Compania Naţională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA, li qabel kienet Compania Naţională de Autostrăzi şi Drumuri Naţionale din România SA

Konvenut: Ministerul Fondurilor Europene – Direcţia Generală Managementul Fondurilor Externe

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] u b’mod partikolari l-Artikolu 15(c) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru jipprevedi, għall-finijiet ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku konkluż wara d-data tal-adeżjoni tiegħu fl-Unjoni fid-dawl tat-twettiq ta’ proġett mibdi abbażi ta’ kuntratt ta’ finanzjament konkluż mal-Bank Ewropew tal-Investiment qabel l-imsemmija adeżjoni, l-applikazzjoni tal-kriterji speċifiċi previsti mid-dispożizzjonijiet tal-gwida tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi tal-Bank Ewropew tal-Investiment li ma humiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 9(5) u l-Artikolu 60(a) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond tal-Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, għandhom jiġu interpretati fis-sens li proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fil-kuntest ta’ liema ġew applikati kriterji iktar restrittivi minn dawk iddikjarati fid-Direttiva 2004/18, ma tistax titqies li twettqet b’konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni u ma hijiex eliġibbli għal finanzjament Ewropew mhux rimborsabbli, mogħti retrospettivament.

L-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu ta’ kriterji ta’ pre-klassifikazzjoni tal-offerenti iktar restrittivi minn dawk previsti mid-Direttiva 2004/18 jikkostitwixxi “irregolarità” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li jiġġustifika l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 98 ta’ dan ir-regolament, sa fejn il-possibbiltà li dan l-użu kellu effett fuq il-baġit tal-fond inkwistjoni ma tistax tiġi eskluża, li għandha tkun il-qorti tar-rinviju li tivverifika dan.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2017 – Telefónica SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-487/16 P) (1)

((Appell - Akkordji - Swieq tat-telekomunikazzjoni tal-Portugall u ta’ Spanja - Klawżola ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni li tinsab f’kuntratt konkluż bejn żewġ kumpanniji - Restrizzjoni minħabba l-għan - Drittijiet tad-difiża - Rifjut tas-smigħ tax-xhieda - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti))

(2018/C 052/12)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Telefónica SA (rappreżentanti: J. Folguera Crespo u P. Vidal Martínez, abogados)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Telefónica SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 427, 21.11.2016.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – Merck Sharp & Dohme Corporation vs Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks

(Kawża C-567/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà industrijali u kummerċjali - Dritt tal-privattivi - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 3(b) - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Kundizzjonijiet għall-kisba - Artikolu 10(3) - Għoti ta’ ċertifikat jew ċaħda tal-applikazzjoni għal ċertifikat - Direttiva 2001/83/KE - Artikolu 28(4) - Proċedura ddeċentralizzata))

(2018/C 052/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Merck Sharp & Dohme Corporation

Konvenut: Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandu jiġi interpretat fis-sens li avviż ta’ għeluq tal-proċedura maħruġ konformement mal-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata, fir-rigward tal-farmakoviġilanza, bid-Direttiva 2010/84/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 2010, mill-Istat Membru ta’ referenza, qabel l-iskadenza tal-privattiva bażika msemmija fl-Artikolu 1(c) tar-Regolament Nru 469/2009, ma jistax jiġi ekwiparat għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, b’tali mod li ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari ma jistax jinkiseb fuq il-bażi ta’ tali avviż.

2)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 469/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assenza ta’ ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, mill-Istat Membru kkonċernat, fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari f’dan l-Istat Membru ma tikkostitwixxix irregolarità li tista’ tiġi rrimedjata taħt din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Helsingin hallinto-oikeus – il-Finlandja) – proċedura mibdija minn Anstar Oy

(Kawża C-630/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kundizzjonijiet armonizzati ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti għall-kostruzzjoni - Standard armonizzat EN 1090-1:2009+A1:2011 - Kriterji ta’ determinazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ standard adottat mill-Kumitat Ewropew ta’ Standardizzazzjoni (CEN) skont mandat tal-Kummissjoni Ewropea - Partijiet minn riffieda li għandhom jiġu ffissati fil-konkrit qabel it-twebbis tiegħu u użati għall-iffissar ta’ pannelli tal-faċċata u l-appoġġi tal-ġebel għall-qafas tal-bini))

(2018/C 052/14)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Helsingin hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Anstar Oy

Fil-preżenza ta’: Turvallisuus- ja kemikaalivirasto (Tukes)

Dispożittiv

L-istandard EN 1090–1:2009+A1:2011, intitolat “Eżekuzzjoni ta’ strutturi tal-azzar u ta’ strutturi tal-aluminju – Parti 1: Rekwiżiti għal kejl ta’ konformità ta’ komponenti strutturali”, għandu jiġi interpretat fis-sens li prodotti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandhom jiġu ffissati fil-konkrit qabel it-twebbis tiegħu, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jekk għandhom funzjoni strutturali, fis-sens li, l-irtirar tagħhom minn kostruzzjoni jnaqqas immedjatament ir-reżistenza tagħha.


(1)  ĠU C 63, 27.2.2017.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Pamplona – Spanja) – Wilber López Pastuzano vs Delegación del Gobierno en Navarra

(Kawża C-636/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għat-tul - Direttiva 2003/109/KE - Artikolu 12 - Teħid ta’ deċiżjoni ta’ tneħħija kontra residenti għat-tul - Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn l-elementi - Kompatibbiltà))

(2018/C 052/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no1 de Pamplona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Wilber López Pastuzano

Konvenuta: Delegación del Gobierno en Navarra

Dispożittiv

L-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, kif interpretata minn parti mill-qrati ta’ dan l-Istat, ma tipprevedix l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-protezzjoni kontra t-tneħħija ta’ ċittadin ta’ Stat terz residenti għat-tul fir-rigward tad-deċiżjonijiet amministrattivi kollha ta’ tneħħija, irrispettivament min-natura jew mill-modalitajiet ġuridiċi ta’ din il-miżura.


(1)  ĠU C 46, 13.2.2017.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte costituzionale – l-Italja) – Proċeduri kriminali kontra M.A.S., M.B.

(Kawża C-42/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 325 TFUE - Sentenza tat-8 ta’ Settembru 2015, Taricco et (C-105/14, EU:C:2015:555) - Proċedura kriminali li tikkonċerna reati fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi termini ta’ preskrizzjoni li jistgħu jwasslu għall-impunità tar-reati - Preġudizzju għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Obbligu li titħalla mhux applikata kull dispożizzjoni tad-dritt intern li tista’ tippreġudika l-obbligi imposti fuq l-Istati Membri mid-dritt tal-Unjoni - Prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege))

(2018/C 052/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte costituzionale

Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali

M.A.S., M.B.

fil-preżenza ta’: Presidente del Consiglio dei Ministri

Dispożittiv

L-Artikolu 325(1) u (2) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-qorti nazzjonali tħalli mhux applikati, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali fir-rigward ta’ reati marbuta mat-taxxa fuq il-valur miżjud, dispożizzjonijiet interni fil-qasam tal-preskrizzjoni li jaqgħu taħt id-dritt sostantiv nazzjonali u li jipprekludu l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali effettivi u dissważivi f’numru kunsiderevoli ta’ każijiet ta’ frodi gravi li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jew li jipprevedu termini ta’ preskrizzjoni iqsar għall-każijiet ta’ frodi gravi li jippreġudikaw l-imsemmija interessi minn dawk previsti għall-każijiet li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm tali nuqqas ta’ applikazzjoni ma jwassalx għal ksur tal-prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege minħabba nuqqas ta’ preċiżjoni tal-liġi applikabbli jew minħabba l-applikazzjoni retroattiva ta’ leġiżlazzjoni li timponi kundizzjonijiet ta’ inkriminazzjoni iktar iebsa minn dawk fis-seħħ fil-mument tat-twettiq tar-reat.


(1)  ĠU C 195, 19.6.2017.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Poznań-Grunwald i Jeżyce w Poznaniu – il-Polonja) – Grzegorz Chudaś, Irena Chudaś vs DA Deutsche Allgemeine Versicherung Aktiengesellschaft AG

(Kawża C-66/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 805/2004 - Kamp ta’ applikazzjoni - Titolu eżekuttiv Ewropew għad-debiti mhux ikkontestati - Titoli eżekuttivi li jistgħu jiġu ċċertifikati bħala titolu eżekuttiv Ewropew - Deċiżjoni dwar l-ammont tal-ispejjeż legali li tinsab f’sentenza li ma tirrigwardax debitu mhux ikkontestat - Esklużjoni))

(2018/C 052/17)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Poznań-Grunwald i Jeżyce w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grzegorz Chudaś, Irena Chudaś

Konvenuta: DA Deutsche Allgemeine Versicherung Aktiengesellschaft AG

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati, għandhom jiġu interpretati fis-sens li deċiżjoni eżekuttiva dwar l-ammont tal-ispejjeż legali, inkluża f’sentenza li ma tirrigwardax debitu mhux ikkontestat, ma tistax tiġi ċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew.


(1)  ĠU C 161, 22.5.2017.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Torino – l-Italja) – IJDF Italy Srl vs Violeta Fernando Dionisio, Alex Del Rosario Fernando

(Kawża C-344/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li d-debitur prinċipali u l-garanti jitressqu quddiem l-istess qorti - Deroga mir-regoli li jistabbilixxu l-forum tal-konsumatur - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2018/C 052/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IJDF Italy Srl

Konvenuti: Violeta Fernando Dionisio, Alex Del Rosario Fernando

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma japplikawx fil-kuntest ta’ tilwima relattiva għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ kawżi relatati, meta t-tilwima msemmija ma tkunx tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/13.


(1)  ĠU C 330, 2.10.2017.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fit-3 ta’ Novembru 2017 – Baltic Media Alliance Ltd vs Lietuvos radijo ir televizijos komisija

(Kawża C-622/17)

(2018/C 052/19)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus apygardos administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Baltic Media Alliance Ltd

Konvenuta: Lietuvos radijo ir televizijos komisija

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-medja awdjoviżiva (1) ikopri biss il-każ fejn l-Istat Membru ta’ riċezzjoni jkollu l-intenzjoni li jissospendi x-xandir jew it-trażmissjoni mill-ġdid ta’ xandiriet bit-televiżjoni, jew ikopri kwalunkwe miżura oħra adottata mill-Istat Membru ta’ riċezzjoni sabiex jillimita b’mod ieħor il-libertà ta’ riċezzjoni u t-trażmissjoni mill-ġdid ta’ servizzi ta’ mezzi awdjoviżivi?

2)

Il-premessa 8 u l-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-medja awdjoviżiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jipprojbixxu lill-Istat Membru ta’ riċezzjoni, meta dan jikkonstata li, fi programm tat-televiżjoni trażmess mill-ġdid jew imxandar fuq l-internet minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, ġiet ippubblikata, trażmessa u ddistribwita l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2010/13, milli jadotta, mingħajr ma jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva, deċiżjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 33(11) u fil-punt 1 tal-Artikolu 33(12) tal-Liġi Litwana dwar il-provvista ta’ informazzjoni lill-pubbliku, jiġifieri li jiġi impost temporanjament fuq ix-xandara li jeżerċitaw l-attività tagħhom fit-territorju tal-Istat ta’ riċezzjoni u fuq il-persuni l-oħra li jipprovdu servizz ta’ xandir ta’ programmi tat-televiżjoni bl-internet li jibqgħu jxandru jew jittrażmettu mill-ġdid permezz tal-internet il-programm inkwistjoni biss f’selezzjoni ta’ programmi mxandra permezz ta’ ħlas ta’ tariffa addizzjonali?


(1)  ĠU 2010, L 95, p. 1.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Roma (l-Italja) fit-3 ta’ Novembru 2017 – Alberto Rossi et vs Ministero della Giustizia

(Kawża C-626/17)

(2018/C 052/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di Pace di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alberto Rossi et

Konvenut: Ministero della Giustizia

Domandi preliminari

1)

L-attività fis-servizz tal-Giudice di Pace rikorrent taqa’ taħt il-kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien determinat” previst fid-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikoli 1(3) u 7 tad-Direttiva 2003/88 (1), fil-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], approvat bid-Direttiva 1999/70 (2) u fl-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-Maġistrat Ordinarju jew “togato” jista’ jitqies bħala ħaddiem għal żmien indeterminat paragunabbli għall-ħaddiem għal żmien determinat “Giudice di Pace” għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], approvat bid-Direttiva 1999/70?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, id-differenza fil-proċedura ta’ reklutaġġ għal żmien indeterminat tal-maġistrati ordinarji, meta mqabbla mal-proċeduri ta’ għażla ex lege adottati għar-reklutaġġ għal żmien determinat tal-Giudici di Pace, tikkostitwixxi bażi oġġettiva fis-sens tal-Klawżola 4(1) u/jew (4) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], approvat bid-Direttiva 1999/70, sabiex jiġi ġġustifikat in-nuqqas ta’ applikazzjoni – fil-ġurisprudenza tal-Corte di Cassazione (il-Qorti tal-Kassazzjoni) sedenti f’Awli magħquda fis-Sentenza Nru 13721/2017 u tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) fl-opinjoni tat-8 ta’ April 2017 Nru 464/2017 – fir-rigward tal-Giudici di Pace, bħal fil-każ tar-rikorrent, ħaddiem għal żmien determinat, tal-istess kundizzjonijiet ta’ xogħol applikabbli għall-maġistrati ordinarji impjegati għal żmien indeterminat paragunabbli, u sabiex jiġi ġġustifikat in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-miżuri preventivi u ta’ sanzjoni kontra l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat, previsti fil-Klawżola 5 tal-imsemmi ftehim qafas approvat bid-Direttiva 1999/70 u tal-leġiżlazzjoni interna li titrasponiha, jiġifieri l-Artikolu 5(4bis) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001, u dan fid-dawl tal-fatt li ma jeżistu la prinċipju fundamentali tad-dritt intern u lanqas regola kostituzzjonali li jistgħu jiġġustifikaw kemm id-diskriminazzjoni fuq il-kundizzjonijiet ta’ xogħol, kif ukoll il-projbizzjoni assoluta li l-kuntratt tal-Giudici di Pace jiġi kkonvertit f’wieħed għal żmien indeterminat, kif ukoll fid-dawl ta’ regola preċedenti tad-dritt intern (Artikolu 1 tal-Liġi Nru 217/1974) li kienet diġà pprevediet l-ekwiparabbiltà tal-kundizzjonijiet ta’ xogħol u l-istabbilizzazjoni tar-relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi tal-imħallfin onorarji?

4)

F’kull każ, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni f’dan il-każ, l-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-kunċett, previst fid-dritt tal-Unjoni, ta’ imħallef indipendenti u imparzjali, jipprekludu li Giudice di Pace, li huwa interessat f’soluzzjoni determinata tal-kawża favur ir-rikorrent li bħala l-unika attività ta’ xogħol jaqdi l-istess funzjoni ġudizzjarja, ikun jista’ jissostitwixxi ruħu għall-imħallef stabbilit bil-liġi minħabba li l-għola qorti fid-dritt intern – il-Corte di Cassazione (il-Qorti tal-Kassazzjoni) sedenti f’Awli magħquda – tirrifjuta li tiżgura l-ħarsien effettiv tad-drittijiet invokati, u b’dan il-mod iġġiegħel lill-imħallef stabbilit bil-liġi jiddikjara, fejn meħtieġ, li huwa ma għandux kompetenza fir-rigward tal-għarfien tad-dritt invokat, minkejja li d-dritt inkwistjoni – bħall-vaganzi mħallsa fil-kawża prinċipali – huwa msejjes fuq id-dritt primarju u sekondarju tal-Unjoni Ewropea f’sitwazzjoni ta’ applikazzjoni diretta vertikali tal-leġiżlazzjoni “Komunitarja” fil-konfront tal-Istat? Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li hemm ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta, qed jintalab, barra minn hekk, li jiġu indikati r-rimedji interni sabiex jiġi evitat li l-ksur tal-leġiżlazzjoni primarja tad-dritt tal-Unjoni jkun jinvolvi wkoll iċ-ċaħda assoluta fid-dritt intern tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni fil-kawża inkwistjoni.


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Oldenburg (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Novembru 2017 – ReFood GmbH & Co. KG vs Landwirtschaftskammer Niedersachsen

(Kawża C-634/17)

(2018/C 052/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Oldenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ReFood GmbH & Co. KG

Konvenuta: Landwirtschaftskammer Niedersachsen

Domandi preliminari

Id-domandi segwenti dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (1) qegħdin isiru għall-finijiet ta’ deċiżjoni preliminari:

1.

Id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens ta’ eżenzjoni li tapplika għall-vjaġġi kollha li, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 (2), jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009?

2.

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv:

Id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens ta’ eżenzjoni li tapplika għal vjaġġi li huma suġġetti għal regoli dwar il-kollezzjoni, it-trasport, l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, moqri flimkien mar-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 142/2011 (3)?

3.

Fil-każ li t-tieni domanda tingħata risposta fin-negattiv:

Id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens ta’ eżenzjoni li tapplika biss għal dawk il-vjaġġi li huma spedizzjonijiet li jeħtieġu kunsens skont l-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009?


(1)  ĠU L 190, p. 1

(2)  Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU 2009 L 300, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU 2011 L 54, p. 1)


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-15 ta’ Novembru 2017 – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs UAB Skonis ir kvapas

(Kawża C-638/17)

(2018/C 052/22)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teism

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Konvenuta: UAB Skonis ir kvapas

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE (1), tal-21 ta’ Ġunju 2011, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (test ikkodifikat) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni “sigarri jew sigarri żgħar” tinkludi (jew le) l-każ fejn parti mill-kisja f’tabakk naturali jew rikostitwit tkun mgħottija, barra minn hekk, minn saff ieħor estern (tal-karti), bħal fil-kawża prinċipali? Il-fatt li l-użu tal-karta bħala saff supplimentari fil-kisja esterna tal-prodott tat-tabakk (fejn hemm il-filtru) iwassal għal xebh viżiv ta’ dan il-prodott ma’ sigarett huwa rilevanti għar-risposta għal din id-domanda?


(1)  ĠU L 176, p. 24.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fil-15 ta’ Novembru 2017 – SIA “KPMG Baltics”, likvidējamās AS “Latvijas Krājbanka” administratore

(Kawża C-639/17)

(2018/C 052/23)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “KPMG Baltics”, likvidējamās AS “Latvijas Krājbanka” administratore

Konvenuti: SIA “Ķipars AI”

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “ordni ta’ trasferiment” fis-sens tad-Direttiva 98/26/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli, fil-verżjoni tagħha emendata bid-Direttiva 2009/44/KE (2), jinkludi ordni ta’ ħlas mogħtija minn persuna li qed tiddepożita lil istituzzjoni ta’ kreditu għat-trasferiment ta’ fondi lil istituzzjoni oħra ta’ kreditu?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda preliminari, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli, emendata bid-Direttiva 2009/44/KE, li jipprovdi li “[l]-ordnijiet ta’ trasferiment u t-totalizzar (netting) għandhom ikunu legalment infurzabbli u vinkolanti fuq partijiet terzi, anke fil-każ ta’ proċedimenti ta’ falliment kontra parteċipant, ladarba l-ordnijiet ta’ trasferiment ikunu ddaħħlu fis-sistema qabel il-mument tal-bidu ta’ tali proċedimenti ta’ falliment kif definit fl-Artikolu 6(1). Dan għandu japplika anke fil-każ ta’ proċedimenti ta’ falliment kontra parteċipant (fis-sistema kkonċernata jew f’sistema interoperabbli) jew kontra l-operatur tas-sistema ta’ sistema interoperabbli li mhuwiex parteċipant”, għandu jiġi interpretat fis-sens li ordni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha titqies li “ddaħlet fis-sistema” u għandha tiġi eżegwita?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 107.

(2)  ĠU 2009, L 146, p. 37.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis-17 ta’ Novembru 2017 – GE Power Controls Portugal – Unipessoal Lda vs Fazenda Pública

(Kawża C-643/17)

(2018/C 052/24)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GE Power Controls Portugal – Unipessoal Lda

Konvenuta: Fazenda Pública

Domanda preliminari

Skont l-Artikolu 313(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (1), għandu jitqies li l-oġġetti inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma ta’ natura Komunitarja u fil-każ li ma jkunux ta’ din in-natura, għandhom jitqiesu bħala oġġetti introdotti fit-territorju doganali konformement mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2913/92 (2), li jaqgħu taħt l-eċċezzjoni prevista fl-ewwel parti tal-imsemmi Artikolu 313(2)(a) [tar-Regolament Nru 2454/93], fejn in-natura Komunitarja tiġi attribwita biss lil dawk l-oġġetti li fir-rigward tagħhom tiġi prodotta l-prova li kienu suġġetti għal proċeduri ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera fit-territorju doganali tal-KE?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Novembru 2017 – Eurobolt BV

(Kawża C-644/17)

(2018/C 052/25)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eurobolt BV

Parti oħra: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

1)

a)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna kkonċernata tista’ tinvoka l-ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, tat-Trattati jew ta’ kwalunkwe dispożizzjoni legali relatata mal-applikazzjoni tagħhom jew mal-użu ħażin ta’ poter insostenn tal-kontestazzjoni tagħha tal-legalità ta’ att ta’ istituzzjoni tal-Unjoni li għandu jiġi implementat minn awtoritajiet nazzjonali?

b)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li pparteċipaw fit-tfassil ta’ att li l-validità tiegħu hija kkontestata fi proċedura quddiem il-qorti nazzjonali huma obbligati li jikkomunikaw lil din tal-aħħar, fuq talba, l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħhom u li ħadu jew li jmisshom ħadu inkunsiderazzjoni fl-adozzjoni ta’ dan l-att?

c)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt għal rimedju effettiv jimponi fuq il-qorti li tivverifika, mingħajr ebda riżerva, l-osservanza tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (1)? Dan l-Artikolu 47 jimplika, b’mod partikolari, li din il-qorti hija kompetenti sabiex tevalwa b’mod sħiħ jekk il-konstatazzjoni tal-fatti kinitx eżawrjenti u jekk din hijiex adegwata fir-rigward tal-konsewenzi legali li ġew invokati? B’mod partikolari, din id-dispożizzjoni timplika wkoll li din il-qorti hija kompetenti sabiex tevalwa b’mod sħiħ jekk kellhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni fatti li allegatament ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni fil-proċess deċiżjonali, iżda li setgħu jċaħħdu mill-effett tagħhom il-konsegwenzi legali marbuta mal-fatti li kienu tassew ittieħdu inkunsiderazzjoni?

2

a.

Il-kunċett ta’ “informazzjoni rilevanti kollha” fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li taħtha jaqgħu l-osservazzjonijiet li importatur indipendenti, stabbilit fl-Unjoni, tal-prodotti li huma s-suġġett tal-investigazzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, ikun ippreżenta bħala tweġiba għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, jekk dan l-importatur ikun ġie informat mill-Kummissjoni dwar din l-investigazzjoni, ikun ikkomunika lill-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba u jkun wieġeb fil-ħin għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni wara li jkun ingħata l-opportunità sabiex jagħmel dan?

b.

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għad-domanda 2a, dan l-importatur jista’ jinvoka l-ksur tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 jekk l-osservazzjonijiet li huwa jkun ippreżenta bħala tweġiba ma jkunux tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kumitat Konsultattiv previst f’din id-dispożizzjoni tal-inqas għaxart ijiem ta’ xogħol qabel il-laqgħa ta’ dan tal-aħħar?

c.

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għad-domanda 2b, dan il-ksur tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 iwassal għall-illegalità ta’ dan l-att u jirrikjedi li l-applikazzjoni tiegħu tiġi skartata?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009, L 343, p. 51).


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Brindisi (l-Italja) fis-17 ta’ Novembru 2017 – proċeduri kriminali kontra Gianluca Moro

(Kawża C-646/17)

(2018/C 052/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Brindisi

Parti fil-kawża prinċipali

Gianluca Moro

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(1), l-Artikolu 3(1)(c) u l-Artikolu 6(1), (2) u (3) tad-Direttiva 2012/13/UE (1), kif ukoll l-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet proċedurali kriminali ta’ Stat Membru li abbażi tagħhom id-drittijiet tad-difiża li jirriżultaw mill-emenda tal-akkuża jiġu ggarantiti b’mod differenti fir-rigward tal-kwalità u tal-kwantità tagħhom, u dan skont jekk l-emenda tkunx tirrigwarda l-aspetti fattwali tal-akkuża jew il-klassifikazzjoni ġuridika tagħha, b’mod partikolari billi l-imputat ikun awtorizzat jitlob il-proċedura bbażata fuq sistema ta’ piena alternattiva u li tibbenefika lill-imputat, jiġifieri l-proċedura ta’ negozjar tal-piena (“patteggiamento”), fl-ewwel każ biss.


(1)  Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU L 142, p. 1)


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fl-20 ta’ Novembru 2017 – Skatteverket vs Srf konsulterna AB

(Kawża C-647/17)

(2018/C 052/27)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skatteverket

Konvenuta: Srf konsulterna AB

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ “dħul għal avvenimenti” tal-Artikolu 53 tad-Direttiva tal-VAT (1) għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li jkopri servizz fil-forma ta’ taħriġ ta’ ħamest ijiem dwar il-kontabbiltà li huwa pprovdut unikament lill-persuni taxxabbli u li jeħtieġ reġistrazzjoni u ħlas bil-quddiem?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Novembru 2017 – QH

(Kawża C-650/17)

(2018/C 052/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: QH

Domandi preliminari

1.

Prodott huwa protett minn privattiva bażika fis-seħħ, konformement mal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009 (1), biss meta jkun jaqa’ fl-ambitu tas-suġġett tal-protezzjoni ddefinit mill-pretensjonijiet tal-privattiva u jkun għalhekk ipprovdut lill-espert bħala mod konkret ta’ realizzazzjoni?

2.

Il-kundizzjonijiet meħtieġa mill-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 ma jkunux għalhekk suffiċjentement issodisfatti meta l-prodott inkwistjoni jissodisfa d-definizzjoni funzjonali ġenerali li l-pretensjonijiet tal-privattiva jagħtu ta’ kategorija ta’ ingredjenti attivi iżda ma jkunx madankollu individwalizzat bħala mod konkret ta’ realizzazzjoni dedott mill-metodu protett mill-privattiva bażika?

3.

Prodott ma jkunx diġà protett minn privattiva bażika fis-seħħ, konformement mal-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009, meta jkun jaqa’ fid-definizzjoni funzjonali mogħtija fil-pretensjonijiet tal-privattiva iżda jkun ġie żviluppat wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal privattiva bażika f’attività inventiva awtonoma?


(1)  Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU 2009, L 152, p. 1).


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-24 ta’ Novembru 2017 – Hussein Mohamad Hussein

(Kawża C-657/17)

(2018/C 052/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hussein Mohamad Hussein

Konvenut: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

Domandi preliminari

1.

In-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu stabbilit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1560/2003 (1) (Regolament ta’ Implementazzjoni) għal stħarriġ mill-ġdid (rimostranza) fil-każ ta’ ċaħda fit-terminu stabbilit ta’ talba għat-teħid tal-inkarigu skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament Nru 604/2013 (Regolament Dublin III) (2) mill-Istat Membru rikjest għal trasferiment ta’ kompetenza lill-Istat Membru rikjedenti, jirriżulta fit-trasferiment tar-responsabbiltà lill-Istat Membru rikjedenti fil-każ li l-Istat Membru rikjedenti ikun għamel din it-talba fit-terminu stabbilit u skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament Dublin III u fil-każ li abbażi ta’ investigazzjonijiet (sussegwenti) jiġi stabbilit li l-Istat Membru rikjest jiġi stabbilit bħala l-Istat Membru responsabbli skont il-kriterji tal-Kapitolu III tar-Regolament Dublin III?

2.

L-Istat Membru rikjest – u li huwa kkunsidrat bħala l-Istat Membru responsabbli skont il-kriterji tal-Kapitolu III tar-Regolament Dublin III – jista’ effettivament jagħti l-kunsens tiegħu għat-talba għat-teħid tal-inkarigu skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament Dublin III anki jekk it-terminu msemmi fl-Artikolu 22(7) tar-Regolament Dublin III diġà skada u l-Istat Membru rikjest kien preċedentement irrifjuta l-applikazzjoni fit-terminu stabbilit?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 tat-2 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 200).

(2)  Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU 2013, L 180, p. 31).


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-24 ta’ Novembru 2017 – Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Azienda Napoletana Mobilità SpA

(Kawża C-659/17)

(2018/C 052/30)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Konvenuta: Azienda Napoletana Mobilità SpA

Domanda preliminari

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2000/128/KE tal-11 ta’ Mejju 1999 (1) tapplika wkoll fir-rigward tal-persuni li jimpjegaw li jeżerċitaw attività ta’ trasport pubbliku lokali – taħt sistema essenzjalment mingħajr kompetizzjoni, minħabba n-natura esklużiva tas-servizz ipprovdut – u li kienu bbenefikaw minn tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet soċjali bħala konsegwenza tal-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ taħriġ u ta’ xogħol, b’effett mid-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 407 tal-1990, fir-rigward, f’dan il-każ, tal-perijodu bejn l-1997 u Mejju 2001?


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 1999 dwar l-iskema ta’ għajnuna mogħtija mill-Italja fir-rigward tal-interventi li jippromwovu l-impjieg (innotifikata bin-numru C(1999) 1364) (ĠU 2000, L 42, p. 1).


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari (l-Italja) fl-24 ta’ Novembru 2017 – Francesca Cadeddu vs Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Cagliari et

(Kawża C-667/17)

(2018/C 052/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Francesca Cadeddu

Konvenuti: Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Cagliari, Regione autonoma della Sardegna, Regione autonoma della Sardegna – Agenzia regionale per il lavoro

Domanda preliminari

L-Artikolu 80 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (1) tal-11 ta’ Lulju 2006 u l-Artikolu 2(4) tal-istess regolament għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 50(1)(c) tad-DPR Nru 917 tat-22 ta’ Diċembru 1986, li skontha huma assimilati mad-dħul minn impjieg “c) l-ammonti mħallsa minn kwalunkwe persuna bħala borża ta’ studju jew allowance, premju, jew sussidju għal skopijiet ta’ studji jew taħriġ professjonali, jekk ma tkun teżisti l-ebda relazzjoni ta’ impjieg bejn il-benefiċjarju u l-pagatur”, liema ammonti huma konsegwentement suġġetti għat-taxxa ġenerali fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi, anki jekk il-borża ta’ studju tkun tħallset permezz ta’ fondi strutturali Ewropej?


(1)  Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, p. 25).


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fit-28 ta’ Novembru 2017 – Tratave-Tratamento de Águas Residuais do Ave SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-672/17)

(2018/C 052/32)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tratave – Tratamento de Águas Residuais do Ave SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ta’ newtralità u l-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) tat-28 ta’ Novembru 2006 jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 78(11) tal-Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (il-Kodiċi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud), interpretata fis-sens li, fil-każijiet ta’ nuqqas ta’ ħlas, it-taxxa tista’ tiġi aġġustata biss ladarba jiġi kkomunikat l-annullament tat-taxxa lix-xerrej tal-oġġett jew tas-servizz, li jkun il-persuna taxxabbli, għall-iskopijiet tar-rettifika tat-tnaqqis magħmul inizjalment?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, il-prinċipju ta’ newtralità u l-Artikolu 90 tad-Direttiva 2006/112/KE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 78(11) tal-Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado, interpretata fis-sens li, fil-każijiet ta’ nuqqas ta’ ħlas, it-taxxa ma tistax tiġi aġġustata meta l-komunikazzjoni tal-annullament tat-taxxa lix-xerrej tal-oġġett jew tas-servizz, li jkun il-persuna taxxabbli, ma ssirx qabel tmiem it-terminu previst għat-tnaqqis tat-taxxa skont l-Artikolu 98(2) tal-Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-30 ta’ Novembru 2017 – Ministero della Salute vs Hannes Preindl

(Kawża C-675/17)

(2018/C 052/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministero della Salute

Konvenut: Hannes Preindl

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 21, 22 u 24 tad-Direttiva [2005/36/KE] (1) jimponu fuq Stat Membru, fejn hemm l-obbligu ta’ taħriġ full-time u l-projbizzjoni korrelativa ta’ reġistrazzjoni simultanja għal żewġ korsijiet universitarji, ir-rikonoxximent awtomatiku ta’ kwalifiki li minflok ikunu nkisbu fl-Istat Membru ta’ oriġini b’mod simultanju jew f’perijodi parzjalment sovrapposti?

2)

F’każ ta’ risposta affermattiva, l-Artikolu 22(a) u l-Artikolu 21 tad-Direttiva jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità tal-Istat Membru li mingħandha huwa mitlub ir-rikonoxximent għandha madankollu d-dritt li tivverifika l-kundizzjoni li t-tul totali, il-livell u l-kwalità ta’ dan it-taħriġ ma jkunux inferjuri għal dawk tat-taħriġ kontinwu full-time?


(1)  Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (GU L 255, p. 22).


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fis-6 ta’ Diċembru 2017 – Cofemel – Sociedade de Vestuário SA vs G-Star Raw CV

(Kawża C-683/17)

(2018/C 052/34)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cofemel – Sociedade de Vestuário SA

Konvenuta: G-Star Raw CV

Domandi preliminari

1)

L-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE (1) tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, f’dan il-każ, regola li tirriżulta mill-Artikolu 2(1)(i) tal-Código de Direitos de Autor e Direitos Conexos (il-Kodiċi tad-Drittijiet tal-Awtur u Drittijiet Konnessi, iktar ’il quddiem iċ-“CDADC”) – li tagħti protezzjoni tal-copyright lil xogħlijiet ta’ arti applikata, disinni industrijali jew lil xogħolijiet ta’ design li, lil hinn mill-għan utilitarju li jservu, joħolqu effett viżiv proprju u distintiv mill-perspettiva estetika, fejn l-oriġinalità tagħhom hija kriterju ċentrali għall-għoti ta’ protezzjoni, fl-ambitu tad-drittijiet tal-awtur?

2)

L-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, f’dan il-każ, regola li tirriżulta mill-Artikolu 2(1)(i) taċ-CDADC– li tagħti protezzjoni tal-copyright lil xogħlijiet ta’ arti applikata, disinni industrijali jew lil xogħolijiet ta’ design jekk, fid-dawl ta’ evalwazzjoni partikolarment eżiġenti fir-rigward tan-natura artistika tagħhom, u fid-dawl tal-ideat dominanti fiċ-ċirkoli kulturali u istituzzjonali, jixirqilhom li jiġu kklassifikati bħala “ħolqien artistiku” jew “xogħol ta’ arti”?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).


Il-Qorti Ġenerali

12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-505/15) (1)

((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Regolamenti (KE) Nri 1782/2003, 1290/2005, 73/2009 u 1122/2009 - Infiq imġarrab mill-Ungerija - Kundizzjonalità - Kontroll tal-kundizzjonijiet statutorji fil-qasam tal-ġestjoni - Kontroll tal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba - Korrezzjonijiet b’rata fissa u speċifiċi - Riskju għall-Fondi”))

(2018/C 052/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér, G. Koós u Z. Bíró-Tóth u E. Tóth, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 182, p. 39), sa fejn din id-deċiżjoni twettaq korrezzjonijiet speċifiċi u b’rata fissa fir-rigward tal-Ungerija.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) hija annullata peress li wettqet korrezzjoni finanzjarja bbażata fuq in-nuqqas ta’ konformità, dwar ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid, tal-kontrolli mwettqa mill-Ungerija sabiex jiżguraw l-osservanza mill-irziezet tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676 tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-Ungerija u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – bet365 Group vs EUIPO – Hansen (BET 365)

(Kawża T-304/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BET 365 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Prova - Użu tat-trade mark għal diversi finijiet - Artikolu 7(3) u Artikolu 52(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2018/C 052/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: bet365 Group Limited (Stoke-on-Trent, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, R. Black u J. Bickle, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Robert Hansen (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pütz-Poulalion, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Marzu 2016 (Każ R 3243/2014–5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn R. Hansen u bet365 Group

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-21 ta’ Marzu 2016 (Każ R 3243/2014–5), hija annullata sa fejn din tirrigwarda s-servizzi li jaqgħu fil-klassi 41 elenkati fir-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea BET 365.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – PB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-609/16) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/309/15 (AD 11) - Tobba għas-sit ta’ Lussemburgu - Rifjut ta’ ammissjoni għall-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni - Limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa għal numru ristrett ta’ lingwi uffiċjali tal-Unjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà - Dannu morali))

(2018/C 052/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: PB (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/309/15 (AD 11) – Tobba għas-siti ta’ Lussemburgu u ta’ Ispra (Qasam: Tobba Lussemburgu) tat-28 ta’ Settembru 2015 li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-eżamijiet ta’ selezzjoni organizzati fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) u, min-naħa l-oħra, għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-28 ta’ Settembru 2015 li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/309/15 (AD 11) – Tobba għas-siti tal-Lussemburgu u ta’ Ispra (Qasam: Tobba Lussemburgu) irrifjuta li jammetti lil PB għall-eżamijiet ta’ selezzjoni organizzati fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016 (kawża inizjalment ippreżentata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-39/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Diċembru 2017 – N & C Franchise vs EUIPO – Eschenbach Optik (OJO sunglasses)

(Kawża T-792/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea OJO sunglasses - Trade mark verbali internazzjonali preċedenti oio - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2018/C 052/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: N & C Franchise Ltd (Nicosia, Ċipru) (rappreżentanti: C. Chrysanthis, P.-V. Chardalia u A. Vasilogamvrou, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Eschenbach Optik GmbH (Nuremberg, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Settembru 2016 (Każ R 32/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eschenbach Optik u N&C Franchise

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

N & C Franchise Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – RL vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-21/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2015 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 10, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2015 - Trasferiment interistituzzjonali - Sistema prorata temporis - Eżami komparattiv tal-merti - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Responsabbiltà”))

(2018/C 052/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: RL (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram u V. Hanley-Emilsson, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Mejju 2016 li tirrifjuta li tagħti promozzjoni lir-rikorrent fl-1 ta’ Lulju 2015 u, min-naħa l-oħra, għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament sostna.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

RL huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 27.3.2017.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Durazzo vs SEAE

(Kawża T-559/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2014 - Atti li ma jikkawżax preġudizzju - Inammissibbiltà manifesta - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss - Artikolu 43 u Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Eżami komparattiv tal-merti - Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni għall-finijiet tal-promozzjoni - Evalwazzjonijiet esklużivament letterali - Assenza ta’ metodu li jippermetti l-komparabbiltà tar-rapporti ta’ evalwazzjoni għall-finijiet tal-promozzjoni - Rikors manifestament fondat”))

(2018/C 052/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giacomo Durazzo (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: inizjalment S. Marquardt u M. Silva, sussegwentement S. Marquardt, aġenti, assistit minn M. Troncoso Ferrer, F.-M. Hislaire u S. Moya Izquierdo, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament ta’ tliet atti tas-SEAE, jiġifieri, l-ewwel nett, il-proposta ta’ promozzjoni tal-11 ta’ Lulju 2014 sa fejn hija tirrigwarda l-grad AD 13, it-tieni nett, id-deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 2014 li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014 u, it-tielet nett, id-deċiżjoni tat-28 ta’ Mejju 2015 li tiċħad l-ilment ippreżentat kontra dan ir-rifjut ta’ promozzjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tad-29 ta’ Ottubru 2014 li Giacomo Durazzo ma jiġix promoss għall-grad AD 13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014 hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Is-SEAE huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 302, 14.9.2015 (kawża rreġistrata inizjalment quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-101/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – PGNiG Supply & Trading vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-849/16) (1)

((Rikors għal annullament - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2009/73/KE - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni għar-regoli tal-Unjoni tal-modalitajiet ta’ tħaddim tal-pipeline tal-gass OPAL dwar l-aċċess minn terzi u r- regolamentazzjoni tariffarja - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà))

(2018/C 052/41)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: PGNiG Supply & Trading GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Jeżewski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6950 finali, tat-28 ta’ Ottubru 2016, dwar ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-pipeline tal-gass OPAL, mogħtija mid-Direttiva 2003/55/KE, għar-regoli relatati mal-aċċess minn terzi u mar-regolamentazzjoni tariffarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent.

3)

PGNiG Supply & Trading GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

4)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

5)

PGNiG Supply & Trading, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Naftogaz Ukrainy SA, OPAL Gastransport GmbH & Co. KG u Gazprom Eksport LLC għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Techniplan vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-853/16) (1)

((“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni - Rikors għad-danni - Nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżiti formali - Talba għal ordni - Inammissibbiltà manifesta - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”))

(2018/C 052/42)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Techniplan Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: R. Giuffrida u A. Bonavita, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu, aġent)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni, b’mod illegali, naqset milli tieħu azzjoni fir-rigward tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex jiġi impost l-obbligu li tittieħed azzjoni previst fl-Artikolu 266 TFUE u sabiex titħallas somma bħala kumpens għad-dannu mġarrab “għal kull jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Techniplan Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2017 – Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T-284/17) (1)

((“Rikors għal annullament u għad-danni - Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament Ewropew - Privileġġi u immunitajiet - Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok, parzjalment, li tingħata deċiżjoni - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat id-dritt”))

(2018/C 052/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marion Anne Perrine Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Ceccaldi, sussegwentement minn R. Bosselut, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Dean u S. Alonso de León, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament P8_TA(2017)0056 tat-2 ta’ Marzu 2017 ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew P8_TA(2017)0056 tat-2 ta’ Marzu 2017 ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Marion Anne Perrine Le Pen.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

M. A. P. Le Pen għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Parlament.


(1)  ĠU C 231, 17.7.2017.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Rogesa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-475/17) (1)

((“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Dokumenti dwar installazzjoni li tipproduċi taħlita ta’ pritkuni u minerali sinterizzati - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni espliċita adottata qabel il-preżentata tar-rikors - Talba għall-konstatazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta”))

(2018/C 052/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH (Dillingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u A. Sitzer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: H. Krämer, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, prinċipalment, tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2017 u, sussidjarjament, ta’ dik tal-11 ta’ Lulju 2017, li jirrifjutaw l-għoti ta’ aċċess għad-dokument Ares (2017) 1684109, tat-2 ta’ Novembru 2009, u għad-dokument Ares (2017) 1685639, tad-29 ta’ Novembru 2009.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 318, 25.9.2017.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/31


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2017 – Comprojecto-Projectos e Construções et vs BĊE

(Kawża T-768/17)

(2018/C 052/45)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Comprojecto-Projetos e Construções, Lda. (Lisbona, il-Portugall), Paulo Eduardo Matos Gomes de Azevedo (Lisbona), Julião Maria Gomes de Azevedo (Lisbona), Isabel Maria Matos Gomes de Azevedo (Lisbona) (rappreżentant: M. A. Ribeiro, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-atti kkontestati, b’mod partikolari:

(i)

id-deċiżjoni tal-konvenut li ma jiħux azzjoni;

(ii)

id-deċiżjoni tal-konvenut li ma jagħtix bidu għal proċeduri ta’ ksur;

(iii)

id-deċiżjoni tal-Governador do Banco de Portugal (il-Gvernatur tal-Bank tal-Portugall) u ta’ numru ta’ “uffiċjali” li ddeċidew l-ilmenti u t-talbiet magħmula bejn is-26 ta’ Ġunju 2013 u t-22 ta’ April 2015.

għall-istess raġunijiet, jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tieħu deċiżjoni:

(i)

sabiex ir-rikorrenti jitqiegħdu f’kundizzjoni li jannullaw il-pożizzjoni tal-imħallfin li ddeċidew fl-azzjoni għal kumpens ta’ danni ċivili ppreżentata kontra BCP et;

(ii)

sabiex ir-rikorrenti jitqiegħdu f’kundizzjoni li jippreżentaw azzjoni ta’ rkupru kontra l-Istat Portugiż;

(iii)

sabiex jiġi evalwat jekk l-Istat Membru / il-Ministério Público (l-Uffiċċju tal-Prosekutur) / PGR [Procuradoria Geral da República (il-Prokuratur Ġenerali tar-Repubblika)] kellhomx raġunijiet sabiex jirrikużaw l-intervent tagħhom fl-azzjoni ċivili;

(iv)

sabiex jiġi evalwat jekk l-Istat Membru / il-Ministério Público / PGR kellux motivi validi sabiex ma jikkomunikax dan il-każ lill-OLAF.

fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tagħti raġun lir-rikorrenti, fis-sens tal-Artikoli 268 u 340 TFUE, tikkundanna lill-BĊE sabiex tħallas l-ammont ta’ EUR 45 828 257,80, flimkien mal-interessi moratorji skont ir-rata legali sal-ħlas effettiv kif ukoll l-ispejjeż, danni u indennizzi li, wara li jitwettqu x-xogħlijiet meħtieġa, jiġu indikati;

madankollu, fid-dawl ta’ dak li ġie stabbilit fl-Artikolu 280 TFUE u kif ukoll li l-atti “tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponu obbligi pekunjarji fuq persuni li mhumiex l-Istati, ikollhom forza eżekuttiva”, skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 299 TFUE, l-istess Qorti Ġenerali għandha timponi li l-konvenut jirrikjedi li dawn l-ammonti jiġu likwidati minn BCP [Banco Comercial Português];

tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-bank ċentrali nazzjonali huwa l-“awtorità amministrattiva li għandha l-kompetenza jew li tiddeċiedi dwar ilmenti jew li tagħti bidu għall-proċedimenti legali adegwati”, konformement ma’ kif inhu stabbilit fl-Artikolu 11(1)(b) tad-Direttiva 2005/29/KE, kif ukoll ma kif inhu previst fl-Artikolu 81(1) u fl-Artikolu 83(1) tad-Direttiva 2007/64/KE u ma kif inhu previst fl-Artikolu 96(1)(b) – Sanzjonijiet aċċessorji – tad-DL [decreto-lei (Digriet Liġi)] 317/2009, l-aġent tal-konvenut għandu jimponi lil BCP sabiex tittrasferixxi “immedjatament” l-ammonti ċċitati iktar ’il fuq fil-kontijiet tar-rikorrenti.

tiddikjara li l-konvenut:

(i)

għandu jitlob lill-aġent tiegħu, il-bank ċentrali nazzjonali, jirrikjedi li BCP tipproduċi l-elementi kollha ċċitati iktar ’il fuq u li, fil-każ li skont l-Artikolu 13(2) tal-Lei Orgânica (Liġi Organika) dawn ma jkunux ġew prodotti mill-istituzzjoni ta’ kreditu, Banco de Portugal għandha timponi li l-istituzzjoni ta’ kreditu tittrasferixxi “immedjatament” l-ammonti inkwistjoni fil-kontijiet tal-imsemmija rikorrenti;

(ii)

peress li, jista’ jirriżulta li l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha tikkumpensa “immedjatament” lill-imsemmija rikorrenti, għandu jiġi ssodisfatt dak li huwa stabbilit fl-Artikolu 41(2)(a), fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u fl-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri, kif seħħ b’riferiment għal Banco de Portugal u l-Ministério Público / PGR, fid-dawl ta’ kif inhu stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament 2532/98 fir-rigward tas-setgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet, il-BĊE jkollu jiddeċiedi “li tinbeda l-proċedura tal-ksur”, billi jistieden lil BCP tieħu azzjoni, ġaladarba din l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tagħti deċiżjoni, u ma tistax toqgħod lura milli tagħmel dan;

sa fejn, fid-dawl tal-Artikolu 256(1) TFUE, din ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali, jekk il-bank ċentrali nazzjonali ma jirrikonoxxix li “naqas milli jwettaq xi obbligazzjoni taħt it-Trattati, dak il-bank ikun mitlub jadotta l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti”, konformement mal-Artikolu 271(d) TFUE, il-kwistjoni jkollha titressaq quddiem it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema);

sa fejn, barra minn hekk, din ma hijiex ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja jkollha l-intenzjoni li tilqa’ t-talbiet tar-rikorrenti, skont kif inhu stabbilit fl-Artikolu 264 TFUE, il-Qorti Ġenerali jkollha tipproponi lit-Tribunal Supremo l-annullament tad-deċiżjoni tal-bank ċentrali nazzjonali invokata mill-konvenut u, fid-dawl ta’ dak li ġie stabbilit fl-Artikolu 41(1)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 11(3)(c) tad-Direttiva 2005/29/KE, ikollha tagħti deċiżjoni mmotivata.

tiddikjara li l-konvenut u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jsejħu u jitolbu lill-Istat Portugiż / il-Ministério Público / PGR jieħdu azzjoni sabiex tingħata deċiżjoni dwar l-atti mwettqa minn BCP;

tiddikjara li l-konvenut għandu jirreferi dan il-każ lill-OLAF;

fid-dawl tal-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tikkwantifika minn issa l-ispejjeż li jirriżultaw minn din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw bħala motivi:

1.

Il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2005/29/KE (1).

2.

Irrispettivament mis-serq bi “sgass” tal-“kaxxaforti”, BCP kienet taf, jew kellha l-obbligu tkun taf, li s-sistema finanzjarja kienet qiegħda tintuża għall-ħasil tal-flus u konsegwentement, l-istituzzjoni ta’ kreditu kienet taf li kien hemm frodi u evażjoni fiskali, b’tali mod li kien qed jittieħed dħul mill-baġit tal-Unjoni. Dawn l-atti, huma “illegali u [jolqtu] l-interessi finanzjarji tal-Unjoni” u, huma “raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali” li, “tikkostitwixxi għan leġittimu li jista’ jiġġustifika ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi”.

3.

Indipendentement minn kif iktar minn EUR 1 000 000 insterqu mill-“kaxxaforti”, jinsabu inkwistjoni “[i]interessi finanzjarji tal-Unjoni”, b’mod speċifiku d-dħul li jsostni l-“baġit tal-Unjoni Ewropea u dawk koperti mill-baġits tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u l-baġits immexxija u mmonitorjati minnhom” u, konsegwentement, jinsabu wkoll inkwistjoni atti li jistgħu jiġu kkwalifikati bħala “irregolarità” minħabba “ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-Komunità li jirriżulta minn att jew nuqqas ta' operatur ekonomiku, li għandu, jew li jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-budget ġenerali tal-Komunità jew il-budget mmexxi minnhom, jew billi jnaqqas jew jitlef id-dħul li jakkumula minn riżorsi tagħhom stess miġbura direttament għan-nom tal-Komunità, jew permezz ta'nefqa mhux ġustifikata”.

4.

Meta, istituzzjoni ta’ kreditu, Stat Membru / bank ċentrali nazzjonali, jew il-Bank Ċentrali Ewropew jew l-Istat Membru / il-Ministério Público / PGR, isiru jafu dwar dan it-tip ta’ ksur u prattiki u, jippermettuhom u ma jikkundannawhomx, huma jkunu qed jinċentivaw ksur ta’ dak li ġie stabbilit fl-Artikoli 310(1), (2) u (3) u 325 TFUE, kif ukoll qed jammettu li l-istituzzjoni ta’ kreditu inkwistjoni tipprattika atti li jistgħu jiġu kkwalifikati bħala “irregolarità” bi ksur ta’ dak li ġie stabbilit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95 (2).

5.

Minbarra li l-konvenut irrifjuta t-talba sabiex jieħu azzjoni, barra minn hekk, huwa:

(i)

ma rrapurtax il-każ lill-OLAF;

(ii)

ma fetaħx proċeduri ta’ “ksur” kontra l-istituzzjoni ta’ kreditu BCP;

(iii)

ma rrinvjax id-deċiżjoni lill-qrati ċivili li quddiemhom sa mill-1 ta’ Frar 2010 hija pendenti kawża għal kumpens ċivili kontra BCP et.

(iv)

ma kkundannax irrimedjabbilment lill-aġent tiegħu, Banco de Portugal, fl-azzjoni amministrattiva komuni extrakuntrattwali li ġiet ippreżentata fis-27 ta’ Ottubru 2015 u li hija attwalment pendenti quddiem it-Tribunal Administrativo e Fiscal de Sintra (il-Qorti Amministrattiva u Fiskali ta’ Sintra, il-Portugall) u li, fir-rigward tagħha l-qorti ma esprimiet ebda pożizzjoni.

6.

Ksur tal-obbligu ta’ imparzjalità, użu ħażin ta’ poter u ksur tar-rekwiżiti essenzjali min-naħa tal-aġent tal-konvenut, Banco de Portugal.


(1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU 2005, L 149, p. 22).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/34


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2017 – US vs BĊE

(Kawża T-780/17)

(2018/C 052/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: US (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement:

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni 2016 (li jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2015 sal-1 ta’ Settembru 2016) u d-deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2016 dwar l-Annual salary and bonus review (“ASBR”) għas-sena 2016, innotifikati lir-rikorrent rispettivament fit-30 ta’ Novembru 2016 u fid-9 ta’ Jannar 2017;

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tat-3 ta’ Mejju 2017 li tiċħad it-talbiet għal eżami amministrattiv mill-ġdid tar-rikorrent tal-15 ta’ Frar 2017 u tad-9 ta’ Marzu 2017;

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tat-12 ta’ Settembru 2017, innotifikata lir-rikorrent fid-19 ta’ Settembru 2017, li tiċħad l-ilment ta’ dan tal-aħħar magħmula fis-7 ta’ Lulju 2017;

tordna l-għoti ta’ kumpens għad-danni sostnuti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’motivi f’dak li jikkonċerna t-talba għal annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni 2016.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent huwa limitat għal kritika ġenerali, ripetittiva u ċirkulari.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni li jivvizzja r-rapport inkwistjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, fastidju sostnut mir-rikorrent kif ukoll il-ksur tal-obbligu ta’ premura u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

4.

Ir-raba motiv, ibbażat fuq l-irregolarità proċedurali mwettqa mill-konvenut meta lesta r-rapport inkwistjoni.

Ir-rikorrent jinvoka barra minn hekk motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-linji gwida tal-eżerċizzju ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-allowances kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, f’dak li jikkonċerna d-deċiżjoni dwar l-eżerċizzju għall-2016.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/35


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2017 – Bruel vs Il-Kummissjoni u SEAE

(Kawża T-793/17)

(2018/C 052/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Damien Bruel (Pariġi, Franza) (rappreżentant: H. Hansen, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors odjern bħala ammissibbli u fondat;

konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni mhux datata u ffirmata elettronikament fil-25 ta’ Settembru 2017 intitolata “Talba ta’ sostituzzjoni tal-espert prinċipali Nru 2 fl-‘Amministrazzjoni finanzjarja u kunttrattwali tal-proġett’”;

tiddikjara li hemm lok għal riżarċiment sħiħ tad-danni materjali u morali kkważati lir-rikorrent bil-ksur serju tad-dritt għal amministrazzjoni tajba li jikkonsisti fl-adozzjoni tad-deċiżjoni mhux datata u ffirmata elettronikament fil-25 ta’ Settembru 2017 intitolata “Talba ta’ sostituzzjoni tal-espert prinċipali Nru 2 fl-‘Amministrazzjoni finanzjarja u kunttrattwali tal-proġett’”;

tikkundanna lill-konvenuti in solidum jew inkella kull wieħed minnhom għall-ammont sħiħ ta’ EUR 152 250,00 rappreżentanti danni materjali u ta’ EUR 25 000,00 rappreżentanti danni morali;

fi kwalunkwe każ:

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjez kollha;

tirriżerva favur ir-rikorrent kull dritt, titolu, rimedju u azzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali. Dan il-motiv huwa maqsum fi tliet partijiet.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ, safejn ir-rikorrent ma kienx f’pożizzjoni li jippreżenta l-opinjoni tiegħu fuq l-allegazzjonijiet magħmula fil-konfront tiegħu qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontesta.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl, safejn ir-rikorrenti ma kellux aċċess għall-fajl li jikkonċernah minkejja t-talbiet magħmula f’dan is-sens.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, safejn il-motivazzjoni inkluża fid-deċiżjoni kkontestata ma tippermettix lir-rikorrent jifhem dak li huwa allegat li wettaq.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/36


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2017 – BASF vs ECHA

(Kawża T-805/17)

(2018/C 052/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BASF SE (Ludwigshafen am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Cana, E. Mullier u H. Widemann, avukati, u D. Abrahams, Barrister)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-Deċiżjoni DSH-30-3-D-0122-2017 tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, tat-2 ta’ Ottubru 2017, li tagħti l-aċċess għas-sottomissjoni konġunta tas-sustanza disodju 4,4’-bis[(4-anilino-6-morfolino- 1,3,5- triażin-2-yl)ammino]stilbene- 2,2’-disulfonat (EC Nru 240-245-2);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura;

tordna kull miżura oħra li tista’ tkun xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (iktar ’il quddiem l-“Aġenzija”) wettqet żball ta’ fatt fundamentali billi eskludiet ċerti fatti rilevanti mill-bażi tad-deċiżjoni kkontestata.

Ir-rikorrenti ssostni li billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-isforzi mwettqa mill-partijiet qabel l-2017, l-Aġenzija qiegħda tibbaża ruħha fuq evalwazzjoni tal-fatti żbaljata, li jmur kontra l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tivvizzja d-deċiżjoni kkontestata, bil-konsegwenza li din tal-aħħar għandha tiġi annullata.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Aġenzija wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni billi ma evalwatx il-fatti u ċ-ċikustanzi kollha rilevanti, billi kkonkludiet li l-applikant għamel iktar sforz mir-rikorrenti u billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-Artikolu 25 tar-Regolament REACH (1).

Ir-rikorrenti ssostni li l-Aġenzija wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti tas-sitwazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija intiża li tirregola, billi kkonkludiet li l-applikant għamel iktar sforz mir-rikorrenti u billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni t-tħassib tar-rikorrenti dwar id-duplikazzjoni ta’ testijiet fuq annimali vertebrati mill-applikant, bi ksur tal-Artikolu 25 tar-Regolament REACH.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Aġenzija tal-prinċipju ta’ ċertezza legali sa fejn hija poġġiet lir-rikorrenti f’sitwazzjoni ta’ inċertezza legali inaċċettabbli għal dak li jirrigwarda l-possibbiltà tal-applikant li jibbaża ruħu fuq l-informazzjoni tar-rikorrenti u l-kwalità u l-adegwatezza tal-informazzjoni tal-applikant.

Ir-rikorrenti tqis li billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, l-Aġenzija kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali billi ma llimitatx l-aċċess għas-sottomissjoni konġunta tar-rikorrenti minkejja li l-applikant qiegħed jirreġistra permezz ta’ nonparteċipazzjoni kompleta u billi ma eżaminatx il-kwistjonijiet relatati mal-fajl ta’ nonparteċipazzjoni kompleta (kwalità u duplikazzjoni eventwali ta’ testijiet fuq annimali vertebrati). Għaldaqstant, ir-rikorrenti tinsab f’sitwazzjoni ta’ inċertezza legali għal dak li jirrigwarda l-mod ta’ kif għandha tipproteġi id-drittijiet tagħha, peress li l-portata u l-estent tad-drittijiet mogħtija lill-applikant għadhom opaki.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Aġenzija tal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni billi hija ma spjegatx għalfejn hija qieset li l-korrispondenza ta’ qabel l-2017 ma kinitx rilevanti.

L-Aġenzija adottat id-deċiżjoni kkontestata billi bbażat ruħha fuq parti biss tan-negozjati li seħħew bejn il-partijiet u llimitat b’mod arbitrarju l-kontroll tagħha għal ftit mill-iskambji bejn il-partijiet li seħħew minn Jannar 2017. Ir-rikorrenti ppreżentat il-korrispondenza kollha bejn l-applikant u r-rikorrenti dwar is-sustanza, u enfasizzat għalfejn tali korrispondenza hija rilevanti. Minkejja l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mir-rikorrenti dwar ir-rilevanza tal-korrispondenza, l-Aġenzija ma tat l-ebda raġuni għalfejn hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni, u fil-fatt injorat kompletament, il-komunikazzjonijiet bejn ir-rikorrenti u SSS qabel Jannar 2017.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/37


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2017 – BASF u REACH & colours vs ECHA

(Kawża T-806/17)

(2018/C 052/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BASF SE (Ludwigshafen am Rhein, il-Ġermanja) u REACH & colours Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (REACH & colours Kft.) (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: R. Cana, E. Mullier u H. Widemann, lawyers, u D. Abrahams, barrister)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) bin-numru DSH-30-3-D-0122-2017, tat-2 ta’ Ottubru 2017, li tagħti aċċess għas-sottomissjoni konġunta tas-sustanza hexasodium 2,2’- [vinylenebis [(3-sulphonato- 4,1-phenylene)imino [6-(diethylamino) - 1,3,5-triazine- 4,2- diyl]imino]] bis(benzene- 1,4-disulphonate) (KE Nru 255-217-5);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża;

tordna kwalunkwe miżura oħra addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv: l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) wettqet żball ta’ liġi li jivvizzja d-deċiżjoni kkontestata minħabba li eskludiet fatti rilevanti mill-bażi ta’ din id-deċiżjoni.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-ECHA, peress li injorat kompletament l-isforzi mwettqa mill-partijiet qabel l-2017 u peress li wettqet konstatazzjonijiet fattwali żbaljati fir-rigward tal-identità tal-ewwel rikorrenti u fir-rigward tad-data tas-sottomissjoni tat-tweġiba għat-talba għal informazzjoni tal-ECHA, tibbaża ruħha fuq determinazzjoni żbaljata ta’ fatti, li jmur kontra l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u jivvizzja d-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li għandha tiġi annullata.

2.

It-tieni motiv: l-ECHA wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni minħabba li naqset milli tevalwa l-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, minħabba li kkonkludiet li l-applikant kien għamel iktar sforzi mir-rikorrenti u minħabba li naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-Artikolu 25 tar-Regolament REACH (1).

Ir-rikorrenti jsostnu li l-ECHA wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija intiża li tirregola, peress li kkonkludiet li l-applikant kien għamel iktar sforzi mir-rikorrenti, peress li naqset milli tqis il-fatti speċifiċi tat-tilwima quddiemha u peress li naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni t-tħassib tar-rikorrenti dwar id-dupplikazzjoni ta’ testijiet fuq annimali vertebrati, bi ksur tal-Artikolu 25 tar-Regolament REACH.

3.

It-tielet motiv: l-ECHA kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba li qiegħdet lir-rikorrenti f’pożizzjoni mhux aċċettabbli ta’ inċertezza legali fir-rigward tal-possibbiltà tal-applikant li juża d-data tar-rikorrenti u fir-rigward tal-kwalità u tal-konformità tad-data tal-applikant.

Ir-rikorrenti jqisu li l-ECHA, meta adottat id-deċiżjoni kkontestata, kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali peress li ma tillimitax l-aċċess mogħti għas-sottomissjoni konġunta tar-rikorrenti minkejja li l-applikant qiegħed jirreġistra permezz ta’ esklużjoni fakultattiva (opt-out) kompleta u peress li l-ECHA ma indirizzatx il-kwistjonijiet fil-fajl dwar l-esklużjoni fakultattiva kompleta (kwalità u l-possibbiltà ta’ dupplikazzjoni tal-istudji fuq annumali vertebrati). Għaldaqstant, ir-rikorrenti jinstabu f’sitwazzjoni ta’ inċertezza legali fir-rigward ta’ kif jipproteġu d-drittijiet tagħhom, u dan minħabba li l-kamp ta’ applikazzjoni u l-portata tad-drittijiet mogħtija lill-applikant ma humiex stabbiliti b’mod ċar.

4.

Ir-raba’ motiv: l-ECHA naqset milli twettaq l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, minħabba li naqset milli tispjega għaliex ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-korrispondenza rilevanti ta’ qabel l-2017.

L-ECHA adottat id-deċiżjoni kkontestata billi bbażat ruħha fuq parti żgħira biss min-negozjati li kien hemm bejn il-partijiet u llimitat ir-reviżjoni tagħha, b’mod arbitrarju, għall-ftit skambji li kien hemm bejn il-partijiet minn Jannar 2017 ’il quddiem. Ir-rikorrenti kienu ppreżentaw il-korrispondenza kollha dwar is-sustanza bejnhom u l-applikant, filwaqt li enfasizzaw għaliex din il-korrispondenza kienet rilevanti. Minkejja l-ispjegazzjoni tar-rikorrenti dwar ir-rilevanza tal-korrispondenza, l-ECHA ma pprovdiet ebda motivazzjoni għaliex ma ħaditx inkunsiderazzjoni, u fil-fatt injorat kompletament, il-komunikazzjonijiet bejn ir-rikorrenti u SSS qabel Jannar 2017.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006 L 396, p. 1).


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/38


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2017 – Classic Media vs EUIPO – Pirelli Tyre (CLASSIC DRIVER)

(Kawża T-811/17)

(2018/C 052/50)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Classic Media AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Masberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pirelli Tyre SpA (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “CLASSIC DRIVER” li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 108 587

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 59/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni, bl-ispejjeż għall-opponent.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/39


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2017 – Seco Belgium u Vinçotte vs Il-Parlament

(Kawża T-812/17)

(2018/C 052/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Seco Belgium (Brussell, il-Belġju) u Vinçotte (Vilvoorde, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Delvaux u R. Simar, avukati)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni, b’data mhux magħrufa, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew iddeċieda li jagħti l-kuntratt (06D20/2017/M005 – Missjonijiet ta’ kontroll u pariri tekniċi fil-kuntest ta’ akkwisti, proġetti u xogħlijiet ta’ proprjetà immobbli lill-Parlement Ewropew fi Brussell (ĠU 2017/S 118-236114)) lil [offerent ieħor];

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw motiv uniku, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1.1, 1.2 u 1.3 tal-Anness “Speċifikazzjonijiet Tekniċi” tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt marbuta mal-Avviż ta’ Kuntratt 06D20/2017/M005 – Missjonijiet ta’ kontroll u pariri tekniċi fil-kuntest ta’ akkwisti, proġetti u xogħlijiet ta’ proprjetà immobbli lill-Parlement Ewropew fi Brussell (ĠU 2017/S 118-236114), żball manifest ta’ evalwazzjoni, ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, tad-dmirijiet ta’ diliġenza u ta’ analiżi dettaljata, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza, tal-prinċipju ta’ trasparenza, tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jirriżulta b’mod partikolari mill-Artikolu 113 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1), tal-Artikolu 161 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2012, L 362, p. 1), tad-dritt għal rimedju effettiv, u ta’ ċerti dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għoti tal-kuntratt inkwistjoni.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/39


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Nerantzaki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-813/17)

(2018/C 052/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eleni Nerantzaki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Korogiannakis, lawyer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord għas-Selezzjoni tal-EPSO tas-7 ta’ Marzu 2017 li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-istadju sussegwenti tal-kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/331/16;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra Ares(2017)s 4916702 tal-14 ta’ Settembru 2017, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni li ma tiġix ammessa għall-kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/331/16;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż legali u spejjeż oħra u dawk sostnuti b’rabta ma’ dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-konvenuta fl-evalwazzjoni tal-kwalifiki professjonali tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/331/16.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq raġunament inadegwat u kontradittorju li jikkostitwixxi ksur kemm tal-Artikolu 25 kif ukoll tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/40


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2017 – Lietuvos geležinkeliai vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-814/17)

(2018/C 052/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lietuvos geležinkeliai AB (Vilnjus, il-Litwanja) (rappreżentanti: W. Deselaers, K. Apel, P. Kirst, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, kompletament jew parzjalment, l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 6544 finali tat-2 ta’ Ottubru 2017 dwar proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE fil-Każ AT.39813 – Ferrovija Baltika; u/jew

tnaqqas il-multi imposti imposti fuq ir-rikorrenti bl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 6544 finali tat-2 ta’ Ottubru 2017; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 102 TFUE, żball manifest ta’ liġi peress li intuża test legali żbaljat għall-evalwazzjoni tal-allegat abbuż. Skont ir-rikorrenti, jista’ jkun hemm abbuż biss jekk l-aċċess għal-linji tal-ferrovija kien essenzjali jew indispensabbli għall-kompetituri sabiex jikkompetu fis-suq downstream (li ma huwiex il-każ).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 102 TFUE u żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti targumenta li anki taħt it-test legali (żbaljat) applikat mill-Kummissjoni, it-tneħħija tal-linja tal-ferrovjarja li tgħaqqad Mažeikiai fil-Majjistral tal-Litwanja mal-fruntiera Latvjana (iktar ’il quddiem il-“linja tal-ferrovija”) bħala faċilità mhux essenzjali ma kinitx tikkostitwixxi abbuż ta’ pożizzjoni dominanti fiċ-ċirkustanzi legali u fattwali tal-każ preżenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 2 tar-Regolament 1/2003 sa fejn, skont ir-rikorrenti, ma hemmx biżżejjed provi u nuqqas ta’ motivazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 23.3 tar-Regolament 1/2003, u żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni fl-iffissar tal-ammont tal-multa.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament 1/2003, żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni peress li fil-fatt ġie ordnat rimedju sproporzjonat (jiġifieri l-bini mill-ġdid tal-linja tal-ferrovija).


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/41


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2017 – Vitromed vs EUIPO – Vitromed Healthcare (VITROMED Germany)

(Kawża T-821/17)

(2018/C 052/54)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vitromed GmbH (Jena, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Linß, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vitromed Healthcare (Jaipur, l-Indja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “VITROMED Germany” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 459 903

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 2402/2016-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-opponent għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/42


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – Carbon System Verwaltungs vs EUIPO (LIGHTBOUNCE)

(Kawża T-825/17)

(2018/C 052/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Carbon System Verwaltungs GmbH (Marktheidenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Gilch u L. Petri, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “LIGHTBOUNCE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 152 028

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 2301/2016-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ottubru 2017 (R 2301/2016-1);

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 2017/1001.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/42


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – TeamBank vs EUIPO – Fio Systems (FYYO)

(Kawża T-826/17)

(2018/C 052/56)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TeamBank AG Nürnberg (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Terheggen u H. Lindner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fio Systems AG (Leipzig, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “FYOO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 589 261

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 2337/2016-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 2337/2016-4 sa fejn din tiċħad il-prodotti fil-klassi 9;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/43


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2017 – DRH Licensing & Managing vs EUIPO – Merck (Flexagil)

(Kawża T-831/17)

(2018/C 052/57)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: DRH Licensing & Managing AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Salomonowitz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Flexagil” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 301 237

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 2043/2016-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-17 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 2043/2016-4 fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura kif ukoll tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell fil-Każ R 2043/2016-4.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 18 tar-Regolament 2017/1001.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Airdata vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-305/15) (1)

(2018/C 052/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 270, 17.8.2015.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Meissen Keramik vs EUIPO

(Kawża T-234/16) (1)

(2018/C 052/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016.


12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2017 – Verband der Deutschen Biokraftstoffindustrie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-451/17) (1)

(2018/C 052/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 318, 25.9.2017.