ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 31/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8740 — Schmolz+Bickenbach/Assets of Asco Industries) ( 1 ) |
|
2018/C 31/02 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE — Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax jew il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2018/C 31/03 |
||
2018/C 31/04 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 31/05 |
||
|
Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej |
|
2018/C 31/06 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2018/C 31/07 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 31/08 |
||
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 31/09 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
27.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8740 — Schmolz+Bickenbach/Assets of Asco Industries)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 31/01)
Fit-22 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8740. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
27.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/2 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax jew il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 31/02)
Data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni |
21.12.2017 |
|||
Għajnuna Nru |
SA.49509 (2017/N) |
|||
Stat Membru |
Is-Slovakkja |
|||
Reġjun |
Východné Slovensko, Západné Slovensko, Stredné Slovensko |
— |
||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Preferential taxes for biofuels |
|||
Il-bażi legali |
Zákon č. 358/2015 Z. z., Zákon č. 98/2004 Z. z. o spotrebnej dani z minerálneho oleja v znení neskorších predpisov (ďalej len „zákon č. 98/2004 Z. z.“) |
|||
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||
L-għan |
Protezzjoni tal-Ambjent |
|||
Il-forma ta’ l-għajnuna |
Tnaqqis fir-rata tat-taxxa |
|||
L-Estimi |
Baġit globali: EUR 607.08 (f'miljuni) |
|||
L-intensità |
0 % |
|||
It-tul ta' żmien |
01.01.2018 - 31.12.2023 |
|||
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna |
|||
Isem u indirizz ta' l-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
27.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Jannar 2018
dwar il-ħatra tal-membru tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika li jirrappreżenta lill-Kunsill
(2018/C 31/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew ta’ Konsultazzjoni dwar il-Politika Komunitarja ta’ Tagħrif Statistiku u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/116/KEE (1),
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tat-30 ta’ Novembru 2017,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ April 2013 il-Kunsill ħatar lis-Sur Maurizio VICHI I bħala r-rappreżentant tal-Kunsill fil-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika (2). Il-mandat tiegħu jiskadi fil-31 ta’ Marzu 2018. |
(2) |
Is-Sur Maurizio VICHI huwa eliġibbli biex iservi t-tieni mandat ta’ ħames snin bħala l-membru li jirrappreżenta lill-Kunsill fil-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Maurizio VICHI huwa b’dan maħtur mill-ġdid għat-tieni mandat ta’ ħames snin bħala membru li jirrappreżenta lill-Kunsill fil-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2018.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
V. GORANOV
(1) ĠU L 73, 15.3.2008, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar il-ħatra tal-membru li jirrappreżenta lill-Kunsill fil-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika (ĠU C 127, 4.5.2013, p. 1.).
27.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Jannar 2018
li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Italja
(2018/C 31/04)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-20 ta’ Settembru 2016 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (il-“Kumitat”) għall-perijodu mill-25 ta’ Settembru 2016 sal-24 ta’ Settembru 2018. |
(2) |
Il-gvern tal-Italja ppreżenta nomini għal diversi karigi li għandhom jimtlew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu li jintemm fl-24 ta’ Settembru 2018:
I. RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS
Pajjiż |
Membri |
Membri supplenti |
L-Italja |
Is-Sur Salvatore MARRA Is-Sur Giuseppe CASUCCI |
Is-Sinjura Ilaria FONTANIN |
II. RAPPREŻENTANTI TAL-ASSOĊJAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM
Pajjiż |
Membri |
Membri supplenti |
L-Italja |
Is-Sinjura Paola ASTORRI Is-Sur Fabio ANTONILLI |
Is-Sinjura Serena FACELLO |
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx nominati f’data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
V. GORANOV
(1) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C 348, 23.9.2016, p. 3).
Il-Kummissjoni Ewropea
27.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/6 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-26 ta’ Jannar 2018
(2018/C 31/05)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2436 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
135,95 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4428 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,87335 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,8005 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1632 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5655 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,357 |
HUF |
Forint Ungeriż |
309,80 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1422 |
RON |
Leu Rumen |
4,6663 |
TRY |
Lira Turka |
4,6635 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5380 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5325 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,7222 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6943 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6259 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 323,68 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,7883 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8693 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4190 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 558,53 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8179 |
PHP |
Peso Filippin |
63,492 |
RUB |
Rouble Russu |
69,5246 |
THB |
Baht Tajlandiż |
39,037 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,9149 |
MXN |
Peso Messikan |
23,0670 |
INR |
Rupi Indjan |
79,1055 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej
27.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/7 |
Deċiżjoni tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej
tas-27 ta’ Settembru 2017
li tirreġistra lil Transform Europe
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2018/C 31/06)
L-AWTORITÀ GĦALL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ U L-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-applikazzjoni minn Transform Europe,
Billi:
(1) |
L-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (“l-Awtorità”) irċeviet applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala fondazzjoni politika Ewropea skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 minn Transform Europe (“l-applikant”) fil-15 ta’ Settembru 2017 u verżjoni riveduta ta’ parti minn dik l-applikazzjoni fil-21 ta’ Settembru 2017 u fis-26 ta’ Settembru 2017, |
(2) |
L-applikant ippreżenta dokumenti li juru li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, id-dikjarazzjoni fil-forma stabbilita fl-Anness għal dak ir-Regolament, u l-istatuti tal-applikant, li fihom id-dispożizzjonijiet rikjesti mill-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament, |
(3) |
L-applikazzjoni hija mirfuda wkoll minn dikjarazzjoni min-nutar Valérie Bruyaux, skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, li tiċċertifika li l-applikant għandu s-sede tiegħu fil-Belġju u li l-istatuti tiegħu huma konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, |
(4) |
L-applikant ippreżenta dokumenti addizzjonali bi qbil mal-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2401 (2), |
(5) |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-Awtorità eżaminat l-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn imressqa, u tqis li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament u li l-istatuti fihom id-dispożizzjonijiet rikjesti mill-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Transform Europe huwa b’dan irreġistrat bħala fondazzjoni politika Ewropea.
Għandu jakkwista l-personalità ġuridika Ewropea fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil
Transform Europe |
Square de Meeûs 25 |
1000 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2017.
F’isem l-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej
Id-Direttur
M. ADAM
(1) ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2401 tat-2 ta’ Ottubru 2015 dwar il-kontenut u t-tħaddim ta’ reġistru tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 50).
ANNESS
STATUTS
§ 1 Dénomination et siège
L’association a le statut d’association sans but lucratif et est régie par le Titre III et IIIter de la loi belge du vingt-sept juin mil neuf cent vingt et un sur les associations sans but lucratif, les fondations, les partis politiques européens et les fondations politiques européennes (dans les présents statuts «la loi»).
L’Association est dénommée (et sera inscrite au registre des associations du tribunal de district) sous le nom de «Transform Europe», et en abrégé «TE».
Le siège de Transform Europe est établi à Bruxelles, au lieu élu par le Conseil d’Administration de l’association. Il est actuellement à 1000 Bruxelles, Square de Meeûs 25, dans l’arrondissement judiciaire de Bruxelles.
§ 2 Buts
L’objet de l’Association consiste à promouvoir la pensée alternative et le dialogue politique visant à transformer les sociétés actuelles afin de développer une Europe sociale, féministe, écologique, démocratique et pacifique commune ainsi que la solidarité mondiale. L’objet de l’Association sera satisfait
— |
en organisant des débats publics, |
— |
en encourageant l’analyse critique et la recherche, |
— |
par la création et le soutien de médias de communication. |
Transform Europe opère en tant que réseau autonome gouverné par ses membres et observateurs. Sur le plan politique, elle est affiliée au Parti de la gauche européenne.
§ 3 Statut d’association sans but lucratif
L’Association poursuit exclusivement et directement des buts non lucratifs. Elle n’agit pas par intérêt personnel et n’est pas motivée par ses propres objectifs économiques. Les fonds de l’Association ne peuvent être utilisés qu’aux fins décrites dans les présents statuts. Personne ne peut bénéficier de dépenses non conformes aux objets de l’Association ou d’émoluments disproportionnellement élevés.
§ 4 Admission des membres et leur représentation au sein de l’Association
L’association est composée de membres effectifs dont le nombre ne peut être inférieur à trois.
L’adhésion à l’Association est uniquement ouverte aux fondations et autres associations reconnues légalement. Elles doivent soutenir les objectifs de l’association spécifiés par § 2. Celles-ci peuvent devenir membres effectifs ou membres observateurs. Les membres effectifs sont autorisés à voter lors des assemblées générales et peuvent être élus au conseil d’administration ou au comité de vérification. Les membres observateurs peuvent participer aux assemblées, auxquelles ils sont invités, en tant que consultants. Ils peuvent faire une demande d’adhésion en tant que membre effectif au bout d’un an.
Les demandes d’adhésion doivent être adressées par écrit et leur approbation nécessite une résolution unanime de l’assemblée générale. Une demande d’adhésion à part entière soumise par un membre observateur résidant dans un pays où un membre à part entière (ou plusieurs) est/sont présent(s) doit être déposée avec ce/ces membre(s) pour être discutée en assemblée générale.
Chaque membre doit être représenté au sein de l’Association par une personne physique (représentant) formellement désignée par écrit par le conseil d’administration habilité de l’organisation du membre. La désignation doit être présentée au conseil d’administration de l’Association et peut être révoquée par la nomination d’un nouveau représentant. La révocation prend effet lorsque le conseil d’administration a été informé par écrit de la désignation du nouveau représentant.
§ 5 Démission des membres
Un membre peut démissionner de l’Association à tout moment en notifiant par écrit sa démission au Conseil d’administration.
§ 6 Exclusion des membres
Les membres peuvent être exclus de l’Association s’ils commettent une faute grave et intentionnelle portante atteinte aux intérêts de l’Association. Les décisions relatives aux exclusions sont adoptées par un vote de l’assemblée générale nécessitant au moins les trois quarts des voix des membres.
§ 7 Frais d’adhésion
Les frais d’adhésion sont versés le 1er janvier de chaque année au titre de l’année à venir. La cotisation annuelle s’élève à 100 EUR. Toute modification de la cotisation annuelle doit faire l’objet d’une résolution de l’assemblée générale sans que ce montant ne puisse excéder 5 000 EUR (5 000 EUR) par an.
§ 8 Conseil d’administration
Le conseil d’administration doit être composé d’au moins trois personnes représentantes des membres de Transform Europe. Le conseil d’administration doit être élu par l’assemblée générale pour une période de deux ans mais continue d’assurer ses fonctions après l’expiration de son mandat jusqu’à ce qu’un nouveau conseil d’administration soit élu. Le conseil d’administration peut prendre ses décisions aussi bien au cours de réunions que par téléphone ou courrier électronique. Les décisions doivent être consignées dans le procès-verbal et distribuées à tous les membres de l’Association au plus tard deux semaines après leur adoption.
Si un membre du conseil d’administration prend sa retraite au cours de son mandat, ce poste reste vacant jusqu’à la prochaine réunion de l’Association.
Le conseil d’administration élit parmi ses membres un coordinateur politique qui représentera Transform Europe publiquement et au tribunal. Le coordinateur politique est élu avec une majorité d’au moins trois quarts pour une période ne dépassant pas deux ans. Aucun membre du conseil d’administration ne peut être élu Coordinateur politique plus de deux fois de suite.
Le conseil d’administration peut désigner un conseiller scientifique et stratégique et mettre en place un comité consultatif scientifique.
Le conseil d’administration désigne un trésorier et un ou plusieurs administrateurs (jusqu’à trois) qui, en collaboration avec le coordinateur politique, sont responsables du travail quotidien de l’Association et de la mise en œuvre des résolutions de l’assemblée générale et du conseil d’administration.
Le conseil d’administration prend connaissance des comptes annuels établis par le trésorier avant de les soumettre aux vérificateurs externes.
§ 9 Comité de vérification interne
L’assemblée générale élit un comité de vérification interne dont la responsabilité est de contrôler les comptes annuels et de certifier que les opérations inscrites dans lesdits comptes annuels sont conformes aux décisions prises par l’assemblée générale et le conseil d’administration. Le comité de vérification interne fait part de ses observations à l’assemblée générale et demande à ce que quitus soit donné au conseil d’administration. Le comité de vérification interne n’a pas de mandat politique mais a le droit de formuler des recommandations dans le but d’améliorer la gestion financière de l’Association.
§ 10 Assemblées générales
Sont de la compétence exclusive de l’assemblée générale:
a) |
la nomination et la révocation des administrateurs et des vérificateurs; |
b) |
la décharge à octroyer aux Administrateurs et vérificateurs; |
c) |
l’approbation des comptes et budgets; |
d) |
la modification des statuts sociaux; |
e) |
l’exclusion d’un membre effectif |
f) |
la dissolution de l’association; |
g) |
Tous les cas où les statuts l’exigent; |
L’assemblée générale ordinaire a lieu une fois par an. Des assemblées générales extraordinaires sont organisées lorsque les intérêts de l’Association l’imposent ou lorsqu’un cinquième des membres le demande au conseil d’administration, par courrier postal ou électronique, indiquant l’objet et les raisons de leur action. En cas de nécessité, et avec l’accord d’au moins deux tiers des membres, des assemblées peuvent avoir lieu par l’intermédiaire de systèmes de messagerie instantanée ou par téléphone. Les décisions doivent être consignées dans le procès-verbal par un membre du conseil d’administration. Le procès-verbal doit être approuvé par au moins deux autres membres du conseil d’administration et transmis à tous les autres membres de l’Association au plus tard deux semaines après la date de l’assemblée. Les objections relatives au procès-verbal doivent être communiquées par écrit au plus tard trois semaines après la réception du procès-verbal.
L’assemblée générale adopte les comptes annuels et décharge de toute responsabilité le trésorier et le conseil d’administration.
§ 11 Convocation des assemblées générales
Les assemblées générales doivent être convoquées par le conseil d’administration, qui enverra par courrier des invitations comprenant les détails de l’ordre du jour qu’il a fixé. Les invitations doivent être envoyées quatre semaines à l’avance. Cette exigence sera réputée satisfaite si l’invitation est envoyée dans les délais à la dernière adresse du membre connue par l’Association.
Des invités peuvent être conviés à participer aux assemblées générales. Le conseil d’administration doit préciser ce point dans l’invitation. Chaque membre a droit de formuler des objections à de telles invitations sous trois semaines. L’invité sera alors rayé de la liste.
§ 12 Conduite des assemblées générales
L’assemblée générale est réputée disposer d’un quorum si plus de 50 pour cent des membres de l’Association sont présents ou représentés. Si l’assemblée générale ne dispose pas d’un quorum, une nouvelle assemblée générale assortie du même ordre du jour doit être convoquée sous quatre semaines. La nouvelle assemblée est réputée disposer d’un quorum quel que soit le nombre de membres présents ou représentés.
L’assemblée générale est présidée par un membre du conseil d’administration. Si ces derniers ne sont pas disponibles, l’assemblée générale doit élire un président. Le président de l’assemblée doit désigner un responsable du procès-verbal.
L’ordre du jour défini par le conseil d’administration peut être amendé ou complété par une résolution de l’assemblée générale. Toute motion à cet effet doit être adoptée par l’assemblée générale à la majorité des votes valides exprimés, les abstentions étant considérées comme des votes invalides. Les motions concernant l’exclusion de membres ou les amendements des statuts et les motions relatives aux changements des objets de l’Association ou à sa dissolution exigent une majorité de trois quarts des votes valides exprimés.
Les votes se font généralement à main levée. Si un quart des membres présents l’exige, un scrutin écrit doit être organisé.
§ 13 Saisie des résolutions
Les résolutions doivent être consignées par le responsable du procès-verbal (§ 12) dans un rapport précisant la date et le lieu de l’assemblée ainsi que l’issue du vote. Le rapport doit être signé par le président de l’assemblée et par le responsable du procès-verbal.
Tout membre effectif peut en prendre connaissance, au siège de l’association.
§ 14 Dissolution de l’Association et dévolution de ses actifs
La demande de dissolution de l’association peut être avancée à l’écrit par au moins cinq de ses membres. La dissolution de l’association ne peut être décidée qu’à l’occasion d’une assemblée générale extraordinaire avec une majorité des trois quarts. Cette assemblée générale extraordinaire décide à qui les actifs doivent être transférés et nomme un liquidateur. Si l’Association est dissoute ou résiliée ou si son objet initial n’est plus pertinent, ses actifs seront transférés à une organisation à but non lucratif soutenant les mêmes objectifs, ou des objectifs similaires, que l’association.
Septembre 2017
Assemblée générale de Transform Europe
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
27.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/12 |
Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(2018/C 31/07)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (kodifikazzjoni).
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
L-AWSTRIJA
Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 420, 22.11.2014
LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI
Ajruporti u ajrudromi
Ajruporti
(1) |
Graz |
(2) |
Innsbruck |
(3) |
Klagenfurt |
(4) |
Linz |
(5) |
Salzburg |
(6) |
Wien – Schwechat |
Ajrudromi
(1) |
Dobersberg |
(2) |
Eferding |
(3) |
Feldkirch Heliport |
(4) |
Feldkirchen – Ossiacher See |
(5) |
Ferlach-Glainach |
(6) |
Freistadt |
(7) |
Friesach-Hirt |
(8) |
Fürstenfeld |
(9) |
Gmunden |
(10) |
Goldeck Talstation |
(11) |
Hofkirchen |
(12) |
Hohenems-Dornbirn |
(13) |
Glock Ferlach Heliport |
(14) |
Kapfenberg |
(15) |
Kirchdorf-Micheldorf |
(16) |
Krems-Langenlois |
(17) |
Kufstein-Langkampfen |
(18) |
Lanzen-Turnau |
(19) |
Leoben-Timmersdorf |
(20) |
Lienz-Nikolsdorf |
(21) |
Ludesch Heliport |
(22) |
Mariazell |
(23) |
Mayerhofen |
(24) |
Niederöblarn |
(25) |
Nötsch im Gailtal |
(26) |
Pinkafeld |
(27) |
Pöchlarn-Wörth |
(28) |
Punitz-Güssing |
(29) |
Reutte-Höfen |
(30) |
Ried-Kirchheim |
(31) |
St. Andrä im Lavanttal |
(32) |
St. Donat–Mairist |
(33) |
St. Georgen am Ybbsfeld |
(34) |
St. Johann/Tirol |
(35) |
Scharnstein |
(36) |
Schärding-Suben |
(37) |
Schruns Heliport ‘Sanatorium Dr. Schenk’ |
(38) |
Seitenstetten |
(39) |
Spitzerberg |
(40) |
Stockerau |
(41) |
Trieben |
(42) |
Villach LKH Heliport |
(43) |
Völtendorf |
(44) |
Vöslau |
(45) |
Weiz-Unterfladnitz |
(46) |
Wels |
(47) |
Wiener Neustadt/Ost |
(48) |
Wolfsberg |
(49) |
Wucher Zürs – Lech am Arlberg Heliport |
(50) |
Zell am See |
(51) |
Zwatzhof Heliport |
(52) |
Langenlebarn – limitat għal titjiriet militari |
(53) |
Zeltweg – limitat għal titjiriet militari |
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
27.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/16 |
Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mit-Turkija, mir-Russja, mill-Korea u mill-Malasja
(2018/C 31/08)
Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mit-Turkija, mir-Russja, mill-Korea u mill-Malasja, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal rieżami
It-talba saret fil-25 ta’ Ottubru 2017 mill-Kumitat tad-Difiża tal-Industrija tat-Tubi tal-Azzar Mingħajr Saldaturi Paralleli (“l-applikant”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw madwar 51 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti fittings tal-pajpijiet u tat-tubi.
2. Il-prodott li qed jiġi rieżaminat
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet (għajr fittings tal-fondut, flanġijiet u tagħmir bil-kamin) tal-ħadid jew azzar (mhux inkluż l-azzar inossidabbli) bl-akbar dijametru ta’ barra li ma jaqbiżx is-609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-issaldjar jew finijiet oħra, li bħalissa huwa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19 u ex 7307 99 80 (Kodiċi TARIC 7307931191, 7307931193, 7307931194, 7307931195, 7307931199, 7307931991, 7307931993, 7307931994, 7307931995, 7307931999, 7307998092, 7307998093, 7307998094, 7307998095 u 7307998098) (“il-prodott li qed jiġi rieżaminat”), u li joriġinaw mit-Turkija, mir-Russja, mill-Korea u mill-Malasja.
3. Miżuri eżistenti
Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1283/2014 (3), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/306 (4), kontra importazzjonijiet mill-Korea u mill-Malasja u dazju antidumping impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 78/2013 (5) kontra l-importazzjonijiet mir-Russja u mit-Turkija.
Hemm ukoll miżuri fis-seħħ kontra l-prodott li qed jiġi rieżaminat li joriġina miċ-Ċina, li kienu estiżi għat-Tajwan, għall-Indonesja, għas-Sri Lanka u għall-Filippini (6).
4. Raġunijiet għar-rieżami ta’ skadenza
It-talba hija msejsa fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għat-tkomplija u/jew ir-rikorrenza ta’ dumping u għat-tkomplija u/jew ir-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.
4.1. Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni u/jew rikorrenza tad-dumping
L-allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping għat-Turkija hija bbażata fuq paragun tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi rieżaminat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Fin-nuqqas ta’ dejta affidabbli dwar il-prezzijiet domestiċi għar-Russja, l-allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali kkalkulat (kostijiet tal-manifattura, kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u profitt) fir-Russja mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell tal-ħruġ tax-xogħol mill-fabbrika) tal-prodott rieżaminat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
L-allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping għall-Korea hija bbażata fuq paragun tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami meta dan jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti, fid-dawl tan-nuqqas ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet mill-Korea lejn l-Unjoni.
Fin-nuqqas ta’ dejta affidabbli dwar il-prezzijiet domestiċi għall-Malasja, l-allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping hija bbażata fuq paragun ta’ valur maħdum (kostijiet tal-manifattura, kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u profitt) fil-Malasja mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ex-works) tal-prodott taħt rieżami meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika, minħabba n-nuqqas ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjoni mill-Malasja lejn l-Unjoni.
Abbażi tal-paraguni ta’ hawn fuq, li juru l-preżenza ta’ dumping għall-erba’ pajjiżi kkonċernati skont kif allegat mill-applikant, il-Kummissjoni tallega li hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping mit-Turkija u mir-Russja u probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping mill-Korea u mill-Malasja.
4.2. Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu
L-applikant jallega l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni u rikorrenza ta’ dannu.
F’dan ir-rigward l-applikant wera li, saħansitra wara r-ritruttrar, l-industrija tal-Unjoni għadha f’sitwazzjoni fraġli. Revoka tal-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet mit-Turkija, mir-Russja, mill-Korea u mill-Malaysia jwassli għal deterjorament ulterjuri ta’ sitwazzjoni li hija diġà diffiċli.
L-applikant ipprovda wkoll evidenza suffiċjenti li turi li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni probabbilment jiżdied minħabba l-potenzjal tal-faċilitajiet ta’ manifattura tal-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati. Barra minn hekk. minħabba li l-Istati Uniti tal-Amerka imponew dazji għolja antidumping kontra wħud mill-aktar esportaturi importanti lejn l-UE, hemm ir-riskju ta’ devjazzjoni tat-traffiku kummerċjaliminn dawk is-swieq lejn l-UE jekk il-miżuri jiskadu.
L-applikant jindika wkoll li l-esportazzjonijiet mill-erba’ pajjiżi kkonċernati bi prezzijiet li huma oġġett ta’ dumping, f’ċerti każijiet, eżerċitaw pressjoni fuq il-prezz fl-industrija tal-Unjoni Ewropea għal aktar minn deċennju, u li l-prezzijiet għadhom ma rritornawx għal kundizzjonijiet ekwi u kompetizzjoni ġusta.
Għalhekk, kif indikat mill-applikant, il-miżuri eżistenti xorta jkunu meħtieġa biex tkun evitata rikorrenza ta’ importazzjonijiet massivi bi prezzijiet oġġett ta’ dumping u dannużi.
5. Proċedura
Wara li ġie ddeterminat, b’segwitu għal konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li teżisti biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
Ir-rieżami tal-iskadenza se jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping tal-prodott li qed jiġi rieżaminat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.
5.1. Perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u l-perjodu kkunsidrat
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping se tkopri s-sena 2017 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami”). L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).
5.2. Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping
Il-produtturi esportaturi (7) tal-prodott li qiegħed jiġi rieżaminat mill-pajjiżi kkonċernati, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.2.1. Investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
Proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati fit-Turkija, fir-Russja fil-Korea u fil-Malasja.
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fl-erba’ pajjiżi kkonċernati li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma hawnhekk mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta’ din in-Notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.
Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi li ntgħażlu fil-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-erba’ pajjiżi kkonċernati.
Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”).
5.2.2. Investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati
Importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mir-Russja, mit-Turkija, mill-Korea u mill-Malasja lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.
Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wassal għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom kif mitlub fl-Anness II ta’ din in-Notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li ntgħażlu għall-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.3. Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu
Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi fl-Unjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat huma mistednin jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.3.1. Investigazzjoni dwar il-produtturi tal-Unjoni
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li hemm bżonn jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “il-kampjunar”). Il-kampjunar jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet proviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta’ kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.7 aktar ’l isfel). Produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi l-produtturi tal-Unjoni li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom ikunu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li finalment intgħażlu biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.4. Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, fl-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi rieżaminat.
Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom sal-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.
5.5. Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.6. Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ jenħtieġ li titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.7. Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ hija ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu (a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u (b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristrett” (8). Partijiet li jissottomettu l-informazzjoni matul l-investigazzjoni huma mistiedna jipprovdu r-raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.
Partijiet li jagħtu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati tant li jippermettu fehim raġonevoli tas-sostanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali.
Jekk parti li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġuni tajba għat-talba għal trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jistax jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ ittra elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jitressqu fuq CD-ROM jew DVD personalment jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz tal-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu tagħhom u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission |
|||
Directorate-General for Trade |
|||
Directorate H |
|||
Office: CHAR 04/039 |
|||
1049 Bruxelles/Brussel |
|||
BELGIUMBELGIQUE/BELGIË |
|||
|
6. Nonkooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta’ skadenza stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun iwassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata jenħtieġ li tikkuntattja l-Kummissjoni immedjatament.
7. Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ punt ta’ kuntatt bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn terzi persuni għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.
It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jinħtieġ li ssir bil-miktub u jinħtieġ li jiġu speċifikati r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal seduta ta’ smigħ trid tkun ippreżentata fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.
8. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Billi dan ir-rieżami fil-kuntest tal-iskadenza qed jitnieda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jitħassru jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti interessata tqis li jkun iġġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.
10. Ipproċessar ta’ dejta personali
Id-dejta personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).
(1) ĠU C 466, 14.12.2016, p. 20.
(2) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1283/2014 tat-2 ta’ Diċembru 2014 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 347, 3.12.2014, p. 17).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/306 tat-3 ta’ Marzu 2016 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1283/2014 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 38).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 78/2013 tas-17 ta' Jannar 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Russja u mit-Turkija (ĠU L 27, 29.1.2013, p. 1).
(6) ĠU L 282, 28.10.2015, p. 14.
(7) Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiżi kkonċernati li tipproduċi u tesporta l-prodott rieżaminat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ parti terza, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott rieżaminat.
(8) Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
27.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/26 |
AVVIŻ TA' INFORMAZZJONI — KONSULTAZZJONI PUBBLIKA
Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Konfederazzjoni Żvizzera
(2018/C 31/09)
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (1) daħal fis-seħħ fl-2002. L-Anness 7 tal-Ftehim dwar il-kummerċ fil-prodotti tas-settur tal-inbid. Dan l-Anness jipprevedi l-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi taż-żewġ partijiet.
Iż-żewġ partijiet qegħdin fil-proċess ta’ aġġornament tal-lista ta’ denominazzjonijiet protetti skont dan l-Anness. F’dan il-kuntest qed tiġi kkunsidrata l-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea tal-ismijiet segwenti tal-Konfederazzjoni Żvizzera, bħala indikazzjonijiet ġeografiċi.
— |
Aargau |
— |
Appenzell Ausserrhoden |
— |
Calamin |
— |
Dézaley |
— |
Dézaley-Marsens |
— |
Jura |
Il-Kummissjoni tistieden lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, biex tressaq oppożizzjoni għal tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni sostanzjata kif xieraq.
Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jenħtieġ li jintbagħtu f’dan l-indirizz elettroniku:
AGRI-A5-GI@ec.europa.eu
Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk dawn juru li l-protezzjoni tal-isem propost:
(a) |
toħloq kunflitt mal-isem ta’ varjetà tal-pjanti jew ta’ razza tal-bhejjem u b’hekk il-konsumatur jista' jitfixkel dwar x'inhu l-oriġini vera tal-prodott; |
(b) |
tkun kompletament jew parzjalment omonima ma’ dik ta’ isem li diġà huwa protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (2), skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (3), u skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż (4), jew li jkun inkluż fil-ftehimiet li l-Unjoni tkun ikkonkludiet mal-pajjiżi li ġejjin:
|
(c) |
fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama tal-marka kummerċjali u t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, tista’ tqarraq bil-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott; |
(d) |
tipperikola l-eżistenza ta’ isem jew ta’ marka kummerċjali kompletament jew parzjalment identiċi, jew tipperikola l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż; |
(e) |
jew jekk jistgħu jagħtu dettalji li bihom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed titqies il-protezzjoni huwa ġeneriku. |
Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-possibbiltà li dawn l-ismijiet ikunu protetti fl-Unjoni Ewropea tiddependi minn jekk jintemmewx b’suċċess dawn in-negozjati, kif ukoll mill-att legali sussegwenti.
(1) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
(2) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(4) ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/49/KE tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja dwar il-kummerċ tal-inbid (ĠU L 28, 30.1.2009, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/979/KE tat-18 ta' Novembru 2002 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (ĠU L 352 30.12.2002, p. 1).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1623 tal-1 ta’ Ġunju 2016 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (ĠU L 250, 16.9.2016, p. 1).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/361/KE tas-27 ta' Mejju 1997 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fuq ir-rikonoxximent komuni u l-protezzjoni tad-deskrizzjoni ta' spirti alkoħoliċi (ĠU L 152, 11.6.1997, p. 15)
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/UE tas-16 ta' Settembru 2010 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1).
(10) Il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (ĠU L 346, 15.12.2012 p. 3).
(11) Il-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (ĠU L 354, 21.12.2012 p. 3) u l-Protokoll tal-Adeżjoni mal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador (ĠU L 356, 24.12.2016, p. 3).
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/916/KE tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali li jaġġusta l-aspetti kummerċjali tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa l-waħda, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet fir-rigward tal-konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi f’ċerti nbejjed, ir-rikonixximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ ismijiet ta’ nbejjed u r-rikonixximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ disinjazzjonijiet għall-ispirti u xorb aromatizzat (ĠU L 342, 27.12.2001, p. 6).
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/91/KE tat-30 ta' Lulju 2003 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar kummerċ fl-inbejjed u l-ispirti (ĠU L 35, 6.2.2004, p. 1).
(14) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/232/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-Kummerċ tal-inbid (ĠU L 87, 24.3.2006, p. 1).
(15) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/580/KE tat-12 ta' Ġunju 2006 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u affarijiet marbuta mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra – il-Protokoll 3 dwar konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi għal ċerti nbejjed, l-għarfien reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll tal-ismijiet tal-inbid, tax-xorb alkoħoliku u tal-inbejjed aromatizzati (ĠU L 239, 1.9.2006, p. 1).
(16) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/855/KE tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (ĠU L 345, 28.12.2007, p. 1).
(17) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/474/KE tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra – il-Protokol 6, (ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10).
(18) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/36/KE tad-29 ta’ April 2008 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (ĠU L 28, 30.1.2010, p. 1).
(19) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/7/UE tat-3 ta' Diċembru 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 10, 15.1.2013, p. 1).
(20) Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3).
(21) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/164/UE tal-14 ta’ Frar 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, 30.3.2012, p. 1).