ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 14

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
16ta' Jannar 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 14/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8718 — Starwood Capital Group/Accor/Sofitel Budapest Chain Bridge Hotel) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 14/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2018/C 14/03

Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Frar 2018(Ippubblikata skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 ( ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1 ))

3

2018/C 14/04

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

4

2018/C 14/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

5

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2018/C 14/06

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar is-salvagwardji u d-derogi skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data fil-kuntest ta’ proposta għal Regolament dwar statistika integrata tal-azjendi agrikoli

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 14/07

Sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma għall-2018 tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2

9

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 14/08

Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antisussidji

10

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 14/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8736 — Toohil Telecom/Eircom) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

11

2018/C 14/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8693 — EDF/Canadian Solar/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

13


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8718 — Starwood Capital Group/Accor/Sofitel Budapest Chain Bridge Hotel)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 14/01)

Fl-4 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8718. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta’ Jannar 2018

(2018/C 14/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2277

JPY

Yen Ġappuniż

135,81

DKK

Krona Daniża

7,4496

GBP

Lira Sterlina

0,89043

SEK

Krona Żvediża

9,8335

CHF

Frank Żvizzeru

1,1799

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,6708

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,531

HUF

Forint Ungeriż

308,90

PLN

Zloty Pollakk

4,1686

RON

Leu Rumen

4,6278

TRY

Lira Turka

4,6442

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5434

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5263

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6050

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6828

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6223

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 305,74

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,1034

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9040

HRK

Kuna Kroata

7,4340

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 337,05

MYR

Ringgit Malażjan

4,8568

PHP

Peso Filippin

61,753

RUB

Rouble Russu

69,2832

THB

Baht Tajlandiż

39,194

BRL

Real Brażiljan

3,9237

MXN

Peso Messikan

23,1195

INR

Rupi Indjan

77,9805


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


16.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/3


Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Frar 2018

(Ippubblikata skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

(2018/C 14/03)

Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta’ riferenza u ta’ tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

It-tabella ta’ qabel din hija ppubblikata fil-ĠU C 421, 8.12.2017, p. 16.

Minn

sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.2.2018

-0,18

-0,18

0,65

-0,18

0,75

-0,18

0,02

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,54

0,09

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

2,21

-0,42

-0,18

-0,18

0,73

1.1.2018

31.1.2018

-0,18

-0,18

0,65

-0,18

0,75

-0,18

0,02

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,54

0,13

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

1,89

-0,42

-0,18

-0,18

0,73


16.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/4


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 14/04)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Spanja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Is-Siti ta' Wirt Kulturali u Naturali Dinji tal-UNESCO - Santiago

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-Belt ta’ Santiago de Compostela ġiet iddikjarata Wirt Kulturali Dinji mill-UNESCO fl-1985, b’kunsiderazzjoni għas-sbuħija urbana u għall-integrità monumentali tagħha, kif ukoll is-sinifikat spiritwali u kulturali tal-belt li jidwi mill-epoka tal-Medju Evu: il-Pellegrinaġġ tal-Camino de Santiago.

Il-Camino de Santiago (Il-Mixja ta' San Ġakbu) huwa netwerk kbir ta’ rotot antiki ta’ pellegrinaġġi li jestendu fl-Ewropa kollha u jiltaqgħu fejn il-qabar ta’ San Ġakbu f’Santiago de Compostela fil-Majjistral ta’ Spanja.

Id-disinn jirriproduċi l-iskultura ta’ Santiago bħala figura fiċ-ċentru tal-Puerta Santa tal-Katidral ta’ Santiago de Compostela. Fuq in-naħa tax-xellug, fil-forma ta’ nofs tond, hemm il-kelma “ESPAÑA”, fil-parti ta’ isfel fuq in-naħa tax-xellug is-sena ta’ ħruġ “2018”, u taħt il-marka taz-zekka.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

Data tal-ħruġ : l-1 ta’ Frar 2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


16.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/5


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 14/05)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Andorra

Suġġett tal-kommemorazzjoni : il-25 anniversarju tal-Kostituzzjoni Andorrana

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-“Monument għall-Irġiel u n-Nisa ta’ Andorra li riedu l-Kostituzzjoni”, li jinsab fil-pjazza tal-Consell General (il-Parlament ta’ Andorra). Dan il-monument juri s-siluwetti ta’ raġel u mara u jikkommemora r-rieda espressa miċ-ċittadini Andorrani, fir-referendum li sar fl-14 ta’ Marzu 1993, biex Andorra ssir stat kostituzzjonali, demokratiku u soċjali, kif espress fl-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Fuq in-naħa tal-lemin tal-monument hemm mappa ta’ Andorra bl-iskrizzjoni bil-Latin “VIRTVS VNITA FORTIOR” (fl-unità l-virtù hija aktar b’saħħitha), li huwa l-motto tal-istat tal-Prinċipat ta’ Andorra. Madwar id-disinn, hemm l-iskrizzjonijiet “25è ANIVERSARI DE LA CONSTITUCIÓ 1993-2018” (il-25 anniversarju tal-Kostituzzjoni 1993-2018”) u l-isem tal-pajjiż “ANDORRA”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

Data tal-ħruġ : L-ewwel trimestru tal-2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

16.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/6


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar is-salvagwardji u d-derogi skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data fil-kuntest ta’ proposta għal Regolament dwar statistika integrata tal-azjendi agrikoli

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż fuq is-sit web tal-KEPD www.edps.europa.eu)

(2018/C 14/06)

L-abbozz tar-Regolament dwar statistika integrata tal-azjendi agrikoli, kif propost mill-Kummissjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, fih innifsu jqajjem xi kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-Data. Madankollu, l-emendi proposti fil-kuntest tad-diskussjonijiet fil-Kunsill iqajmu kwistjonijiet ġodda li inizjalment ma kinux preżenti fil-proposta tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, jekk dawn l-emendi kellhom jiġu inklużi fit-test finali, l-abbozz tar-Regolament isir l-ewwel strument leġiżlattiv tal-UE li jipprevedi deroga mid-drittijiet ta’ aċċess, rettifika kif ukoll mid-dritt ta’ restrizzjoni u mid-dritt ta’ oġġezzjoni għall-ipproċessar ta’ data personali għal skopijiet ta’ statistika skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data. Għalhekk, il-KEPD jilqa’ li l-Kunsill ikkonsultah dwar dan l-iżvilupp ġdid, u b’hekk ipprovda l-opportunità lill-KEPD biex joħroġ Opinjoni f’dan l-istadju tal-proċedura.

Din l-Opinjoni tiffoka fuq it-test tan-neċessità għal derogi skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data moqri fid-dawl tal-Karta. Il-KEPD jenfasizza, b’mod partikolari, li d-drittijiet ta’ aċċess u rettifika huma stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tal-Karta nnifisha, u huma meqjusa bħala komponenti essenzjali tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Kull deroga għal dawn id-drittijiet ma tridx tmur lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju biex jinkiseb l-objettiv tagħha u trid tilħaq l-istandards għoljin meħtieġa mill-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Minbarra li tisħaq fuq il-ħtieġa ta’ valutazzjoni bir-reqqa tan-neċessità, l-Opinjoni tindika wkoll il-ħtieġa li jiġi minimizzat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni u tiddiskuti n-natura tas-salvagwardji meħtieġa. L-Opinjoni tiddiskuti wkoll l-Artikolu 11 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, li potenzjalment jista’ jgħin biex jiġi indirizzat xi tħassib ta’ xi istituti tal-istatistika mqajjem mill-Kunsill, mingħajr il-ħtieġa ta’ xi derogi skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data. B’mod partikolari, f’konformità mal-Artikolu 11, f’każijiet fejn kontrollur jista’ juri li huwa mhux f’pożizzjoni li jidentifika s-suġġett tad-data, id-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont l-Artikoli 15 sa 20 ma japplikawx.

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, il-KEPD jirrakkomanda li l-Kunsill jerġa’ jevalwa l-ħtieġa għad-derogi proposti fid-dawl tal-istandard stabbilit skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data moqri fid-dawl tal-Karta. Sakemm il-leġiżlatur tal-UE ma jkunx jista’ jipprovdi ġustifikazzjonijiet oħra għall-ħtieġa ta’ tali derogi, u jdejjaq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet, il-KEPD minflok jirrakkomanda li jiġi kkunsidrat sa liema punt l-Artikolu 11 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jista’ jgħin biex it-tħassib tal-istituti nazzjonali tal-istatistika jiġi leġittimizzat. Dan jista’ jkun rilevanti fl-istadji tal-ipproċessar ta’ data meta t-tasti li jgħaqqdu lill-individwi mas-settijiet tad-data li jikkonċernawhom ikunu diġà tħassru u jkunu ttieħdu miżuri tekniċi u organizzazzjonali oħra biex jiġi żgurat li l-individwi ma jistgħux jiġu identifikati mill-ġdid mill-istituti tal-istatistika jew minn xi parti oħra.

Madankollu, il-KEPD jenfasizza li, għall-perjodu inizjali li ħafna drabi jkun meħtieġ għall-preparazzjoni tal-istatistika li fih l-individwi jeħtiġilhom jibqgħu direttament jew indirettament mhux identifikabbli, jibqgħu japplikaw ir-regoli ġenerali stabbiliti fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data. Waħdu, il-fatt li jitqiegħdu fis-seħħ miżuri tekniċi u organizzazzjonali biex jiġi pprovdut aċċess u drittijiet oħra lill-individwi jista’ jirrikjedi riżorsi umani u finanzjarji, mhux ġustifikazzjoni valida biex issir deroga mid-drittijiet tal-individwi skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data. Dan huwa minnu għad-drittijiet kollha tas-suġġett tad-data skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u b’mod speċjali kruċjali għad-drittijiet ta’ aċċess u r-rettifiki espliċitament meħtieġa skont il-Karta, li jikkostitwixxu komponenti essenzjali tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni ta’ data personali.

1.   INTRODUZZJONI U SFOND

Fid-9 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) adottat Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (“il-Proposta”) (1). L-għan tal-Proposta huwa li toħloq sistema ta’ statistika tal-azjendi agrikoli aktar koerenti, flessibbli u interkonnessa u li tipprovdi l-qafas leġiżlattiv għal programm ta’ stħarriġ fost l-azjendi agrikoli li jibda b’ċensiment agrikolu li se jsir fl-2020.

L-abbozz tar-Regolament innifsu, kif propost mill-Kummissjoni, wara l-konsultazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (“KEPD”), qajjem biss ftit kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data u dawn ġew trattati kif xieraq fil-Proposta. Tabilħaqq, il-KEPD jilqa’ li ġie kkonsultat mill-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tal-Proposta u li l-kummenti informali tiegħu ġew ikkunsidrati. B’mod partikolari, huwa jappoġġja r-referenzi, fil-premessa 16, għal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u għad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħha, kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) skont il-każ. Huwa jilqa’ wkoll ir-referenza, fil-premessa 26, għall-fatt li l-KEPD kien ikkonsultat. Billi l-Proposta, kif ippubblikata fid-9 ta’ Diċembru 2016, ma qajmet l-ebda tħassib pendenti sinifikanti ta’ protezzjoni tad-data, il-KEPD iddeċieda f’dak l-istadju li ma joħroġx Opinjoni formali.

Madankollu, ftit mill-emendi diskussi fil-kuntest tan-negozjati fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (“il-Kunsill”) matul il-proċess leġiżlattiv iqajmu kwistjonijiet ġodda li ma kinux inizjalment preżenti fil-Proposta tal-Kummissjoni. Jekk dawn l-emendi kellhom jiġu inklużi fit-test finali, l-abbozz tar-Regolament isir l-ewwel strument tal-UE li espliċitament jipprevedi deroga mid-drittijiet ta’ aċċess u r-rettifika kif ukoll mid-dritt ta’ restrizzjoni u mid-dritt ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (“GDPR”).

Dan l-element sinifikanti ġdid jiġġustifika Opinjoni tal-KEPD f’dan l-istadju tal-proċedura. Għalhekk, il-KEPD jilqa’ li l-Kunsill iddeċieda li jikkonsultah dwar dan l-iżvilupp ġdid u - fis-26 ta’ Settembru 2017 — talab b’mod speċifiku li l-KEPD iħares lejn dawn l-emendi proposti fil-kuntest tan-negozjati fil-Kunsill (4).

L-iskop ta’ din l-Opinjoni huwa li tipprovdi rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar l-abbozz tar-Regolament li jiffoka fuq l-abbozz ta’ emendi rilevanti li qed jiġu diskussi fil-Kunsill. Il-fokus ta’ din l-Opinjoni, taħt Taqsima 2, huwa li tiddiskuti u tgħin biex tivvaluta jekk id-derogi proposti jilħqux jew le t-test tan-neċessità għal derogi għal skopijiet statistiċi skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”). Barra minn hekk, fit-Taqsima 3, il-KEPD jipprovdi rakkomandazzjonijiet rigward id-dispożizzjonijiet proposti dwar is-salvagwardji.

4.   KONKLUŻJONIJIET

Jekk l-emendi proposti kellhom jiġu inklużi fit-test finali, l-abbozz tar-Regolament isir l-ewwel strument leġiżlattiv tal-UE li jipprevedi deroga mid-drittijiet ta’ aċċess, rettifika kif ukoll mid-dritt ta’ restrizzjoni u mid-dritt ta’ oġġezzjoni għall-ipproċessar ta’ data personali għal skopijiet ta’ statistika skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data. Minħabba n-novità u l-importanza tas-suġġett, il-KEPD jilqa’ u japprezza l-konsultazzjoni u t-tħassib tal-Kunsill għall-impatt li din il-Proposta jista’ jkollha fuq il-protezzjoni tad-data personali.

Il-KEPD jirrakkomanda li l-Kunsill jerġa’ jevalwa l-ħtieġa għad-derogi proposti fid-dawl tal-istandard stabbilit skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data moqri fid-dawl tal-Karta.

Sakemm il-leġiżlatur tal-UE ma jkunx jista’ jipprovdi ġustifikazzjonijiet oħra għall-ħtieġa ta’ tali derogi, u jdejjaq il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet, il-KEPD minflok jirrakkomanda li jiġi kkunsidrat sa liema punt l-Artikolu 11 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jista’ jgħin biex it-tħassib tal-istituti nazzjonali tal-istatistika jiġi leġittimizzat. B’mod partikolari, dan jista’ jkun rilevanti fl-istadji tal-ipproċessar ta’ data meta t-tasti li jgħaqqdu lill-individwi mas-settijiet tad-data dwarhom ikunu diġà tħassru u jkunu ttieħdu miżuri tekniċi u organizzazzjonali oħra biex jiġi żgurat li l-individwi ma jistgħux jiġu identifikati mill-ġdid mill-istituti tal-istatistika jew minn xi parti oħra.

Jekk il-ħtieġa għal derogi speċifiċi tkun ġustifikata fi stadju iktar tard, il-KEPD joffri r-rakkomandazzjonijiet addizzjonali li ġejjin rigward l-Artikolu 12a b’rabta mal-kundizzjonijiet u s-salvagwardji:

Il-KEPD jilqa’ d-dikjarazzjoni ċara li d-data personali m’għandhiex tintuża biex jittieħdu miżuri jew deċiżjoni rigward xi suġġett tad-data partikolari.

Il-KEPD jilqa’ wkoll id-dispożizzjoni li tirrikjedi li d-data personali għandha tintuża biss għal skopijiet statistiċi.

Il-KEPD jirrakkomanda li t-test ikun irrivedut biex jipprovdi b’mod ċar li l-ipproċessar ta’ data personali għandu jkun soġġett għal psewdonimizzazzjoni u (aktar milli jew) għal salvagwardji xierqa oħra skont l-Artikolu 89(1).

Brussell, l-20 ta’ Novembru 2017.

Giovanni BUTTARELLI

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2016) 786 final — 2016/0389 (COD).

(2)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(4)  Ara n-Nota mill-Presidenza għad-delegazzjonijiet dwar “il-premessa 16a u l-Artikolu 12a fit-test tal-Presidenza (protezzjoni tad-data)” (ref nr 12351/17) datata Brussell, 21 ta’ Settembru 2017. Dan id-dokument huwa wkoll disponibbli għall-pubbliku fir-Reġistru tal-Kunsill fuq http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-12351-2017-INIT/en/pdf


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/9


Sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma għall-2018 tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2

(2018/C 14/07)

Qiegħed jingħata avviż hawnhekk dwar it-tnedija tas-sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma għall-2018 tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (FCH-2 JU).

Dan il-pjan ta’ ħidma, inklużi d-dati ta’ skadenza u l-baġits għall-attivitajiet, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Portal tal-Parteċipanti (http://ec.europa.eu/research/participants/portal) flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa u l-attivitajiet relatati, u gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal tal-Parteċipanti.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/10


Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antisussidji

(2018/C 14/08)

1.   Kif previst fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri kompensatorji msemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidju u l-ħsara. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni se jkollhom iċ-ċans li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Terminu perentorju

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.   Din in-notifika hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data tal-iskadenza (3)

Stainless Steel Wajer

l-Indja

Dazju antisussidji

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 861/2013 tat-2 ta’ Settembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 240, 7.9.2013, p. 1)

8.9.2018


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8736 — Toohil Telecom/Eircom)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 14/09)

1.

Fit-8 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Toohil Telecom Holdings Limited (“Toohil Telecom”, l-Irlanda), ultimament ikkontrollata minn Xavier Niel (Franza); kif ukoll

Eircom Holdco S.A. (“Eircom”, il-Lussemburgu)

Toohill Telecom takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll ta’ Eircom kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Toohil Telecom: parti mill-grupp ta’ kumpaniji kkontrollati minn Xavier Niel li huma prinċipalment iffokati fuq l-investimenti fis-setturi li ġejjin: telekomunikazzjonijiet, xandir, teknoloġiji ġodda, negozji ġodda u proprjetà immobbli. B’mod partikolari, Xavier Niel jikkontrolla Iliad, kumpanija Franċiża attiva fil-forniment ta’ servizzi ta’ telefonija fissa u mobbli u tal-aċċess għall-internet u servizzi ta’ hosting.

—   Eircom: Eircom toffri firxa ta’ servizzi ta’ linja fissa tal-vuċi, ta’ dejta, broadband b’veloċità għolja, telefonija ċellulari u servizzi televiżi, kif ukoll servizzi ta’ Voice over Internet Protocol u Wi-Fi lil konsumaturi individwali, djar, utenti tan-negozji, klijenti bl-ingrossa, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u l-gvern fir-Repubblika tal-Irlanda. Hija toffri wkoll firxa ta’ servizzi ta’ konnettività għall-klijenti tas-settur pubbliku fl-Irlanda ta’ Fuq, kif ukoll lil kumpaniji Irlandiżi b’sussidjarji jew fergħat fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8736 — Toohil Telecom / Eircom

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


16.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8693 — EDF/Canadian Solar/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 14/10)

1.

Fid-9 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Canadian Solar Inc (“Canadian Solar”, il-Kanada),

EDF ENR PWT ENR (“EDF ENR”, Franza), tappartjeni għall-grupp EDF (Franza),

L-impriża konġunta (joint venture, JV) stabbilita ġdida Newco (Franza).

Canadian Solar u EDF ENR jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Newco.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

EDF ENR hija speċjalizzata fil-produzzjoni ta’ ingotti, briks, wejfers, ċelloli u moduli fotovoltajċi, u hija sussidjarja indiretta u proprjetà kollha kemm hi ta’ EDF Group, kumpanija tal-enerġija attiva fil-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriċità, it-trasmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista bl-imnut tal-elettriċità,

Canadian Solar hija attiva madwar id-dinja fil-manifattura u l-provvista ta’ moduli fotovoltajċi u l-iżvilupp, il-kostruzzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ proġetti ta’ enerġija fotovoltajka.

Newco se tiżviluppa, timmanifattura u tbigħ ingotti, briks u wejfers solari.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8693 — EDF/Canadian Solar/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.